ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.098.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
17 ta' April 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 311/2009 tas-16 ta’ April 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2009 tas-16 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 313/2009 tas-16 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2009 tas-16 ta’ April 2009 li jadotta miżura ta’ appoġġ temporanja u eċċezzjonali għas-suq tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga fil-forma ta’ skema ta’ rimi f’parti mir-Renju Unit

26

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/36/KE tas-16 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, rigward prodotti kożmetiċi, għall-iskop tal-adattar tal-Anness III tagħhom mal-progress tekniku ( 1 )

31

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

 

 

2009/326/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

38

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/327/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2009 li ttemm il-proċediment kontra d-dumping li jirrigwarda l-importazzjoni ta’ prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f’fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan

39

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 311/2009

tas-16 ta’ April 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

93,2

MA

79,9

TN

139,0

TR

111,9

ZZ

106,0

0707 00 05

MA

51,1

TR

147,5

ZZ

99,3

0709 90 70

MA

47,9

TR

92,5

ZZ

70,2

0805 10 20

EG

44,4

IL

63,9

MA

44,9

TN

51,8

TR

55,3

ZZ

52,1

0805 50 10

TR

63,2

ZA

79,4

ZZ

71,3

0808 10 80

AR

98,1

BR

77,1

CA

124,7

CL

83,4

CN

70,7

MK

22,1

NZ

118,7

US

131,0

UY

28,2

ZA

84,1

ZZ

83,8

0808 20 50

AR

79,5

CL

88,1

CN

64,3

ZA

89,4

ZZ

80,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 312/2009

tas-16 ta’ April 2009

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness 37 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jipprovdi li numru li jidentifika l-persuna għandu jiddaħħal fid-dikjarazzjoni doganali f’ċerti każijiet. Madankollu, it-tip ta’ numru ta’ identifikazzjoni li għandu jintuża huwa stabbilit mill-Istati Membri u huma dawn li jirrikjedu li l-persuna kkonċernata tkun reġistrata fis-sistemi nazzjonali tagħhom. B’hekk, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra li jixtiequ jimportaw oġġetti, iġġorru u jċaqalqu oġġetti taħt proċedura ta’ tranżitu, jesportaw oġġetti jew japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-użu ta’ simplifikazzjonijiet doganali jew ta’ proċeduri doganali fi Stati Membri differenti, ikollhom jirreġistraw u jiksbu numru ta’ identifikazzjoni differenti f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri.

(2)

Il-miżuri biex titjieb is-sigurtà, introdotti fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jipprovdu għall-analiżi u l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni konnessa mar-riskju bejn l-awtoritajiet tad-dwana u bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni f’qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju, sabiex l-awtoritajiet tad-dwana jirċievu tagħrif ta’ qabel il-wasla u qabel it-tluq tal-merkanzija kollha li tidħol jew toħroġ miż-żona doganali Komunitarja, u sabiex l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat jingħata lill-operaturi ekonomiċi affidabbli li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Sabiex tkun iktar effettiva l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandu jkun possibbli li tidentifika l-persuni kkonċernati permezz ta’ referenza għal numru komuni uniku għal kull waħda minn dawk il-persuni.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni sabiex numru tar-Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (in-numru EORI) jkun assenjat lil kull operatur ekonomiku u, fejn xieraq, lil persuni oħra bħala referenza komuni fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet tad-dwana madwar il-Komunità u biex jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u bejn dawn l-awtoritajiet u awtoritajiet oħra. Biex ikun żgurat li dan in-numru jkun uniku, għandu jintuża numru wieħed biss.

(4)

Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistgħu jeħtieġu li persuni minbarra l-operaturi ekonomiċi jkollhom jipprovdu numru EORI fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet tad-dwana. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jirreġistraw dawk il-persuni.

(5)

Biex tkun limitata l-ħtieġa għal tibdiliet sostanzjali fis-sistemi ta’ reġistrazzjoni nazzjonali eżistenti u tad-dispożizzjonijiet legali, u biex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni ta’ sistema ċentrali ma’ sistemi nazzjonali oħra, huwa xieraq li jkun provdut li operaturi ekonomiċi u, fejn xieraq, persuni oħra, għandhom japplikaw għal numru EORI u dan għandu jingħata lilhom mill-Istati Membri.

(6)

Minħabba d-diversità tal-awtoritajiet involuti fir-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra fl-Istati Membri, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet biex jassenjaw in-numri EORI u jirreġistraw l-operaturi u l-persuni l-oħra kkonċernati.

(7)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, dawn għandhom ikunu jistgħu jiksbu numru EORI li huwa validu fi Stati Membri oħra billi jirreġistraw fi Stat Membru wieħed. Bil-ħsieb li jiġi simplifikat l-ipproċessar tal-informazzjoni u jkunu faċilitati l-kuntatti mal-awtoritajiet tad-dwana, ladarba jkun ingħata dan in-numru, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għandhom ikunu obbligati jużaw dak in-numru uniku fil-komunikazzjonijiet kollha mal-awtoritajiet tad-dwana fejn mezz ta’ identifikazzjoni huwa meħtieġ.

(8)

Għall-finijiet tas-simplifikazzjoni amministrattiva u biex ikun provdut aċċess affidabbli u faċli għad-dejta għall-awtoritajiet tad-dwana, sistema elettronika ċentrali għandha tiġi żviluppata għall-ħżin u l-iskambju ta’ dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi u persuni oħra u dwar in-numri EORI.

(9)

Sabiex tkun żviluppata sistema elettronika ċentrali u jkun żgurat l-operat bla xkiel u sikur tagħha, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib.

(10)

Id-dejta disponibbli fis-sistema ċentrali għandha tintuża fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u awtoritajiet nazzjonali oħra biss sa fejn l-aċċess tagħhom għal din id-dejta huwa meħtieġ bl-għan li jintlaħqu l-obbligi legali tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċaqliq tal-merkanzija kkonċernata permezz ta’ proċedura doganali.

(11)

Il-pubblikazzjoni tan-numri EORI u dejta limitata tar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra hija strument li tippermetti l-verifika ta’ dik id-dejta minn partijiet oħra. Għalhekk, in-numri EORI u ċerta dejta limitata ta’ reġistrazzjoni għandhom ikunu ppubblikati. Madankollu, fid-dawl tal-konsegwenzi tal-pubblikazzjoni, din għandha sseħħ biss meta l-operatur ekonomiku jew persuna oħra, ikunu taw liberament il-permess speċifiku u infurmat tagħhom bil-miktub.

(12)

Il-protezzjoni ta’ individwi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Istati Membri hija rregolata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta u l-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali (4) mill-Kummissjoni hija rregolata bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (5).

(13)

Skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE l-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni għandhom jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri, u skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji rigward l-ipproċessar ta’ dejta personali fid-dawl tal-kompiti limitati tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji rigward id-dejta, u dawn l-awtoritajiet, li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkooperaw b’mod attiv u għandhom jiżguraw li jkun hemm sorveljanza koordinata tal-ipproċessar li skont dan ir-Regolament.

(14)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1875/2006 (6) li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93, hu neċessarju li jiġu aġġustati u speċifikati ċertu dettalji dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq li għandhom jingħataw lill-awtoritajiet doganali fuq merkanzija dieħla u ħierġa mit-territorju tal-Komunità.

(15)

Hemm bżonn ta’ aktar regoli ddettaljati b’mod partikolari rigward l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-operatur tal-mezzi ta’ trasport u l-uffiċċju tad-dwana tad-dħul f’każijiet fejn mezzi ta’ trasport jaslu f’port jew ajruport differenti minn dawk li jkunu ddikjarati fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.

(16)

Barra minn hekk, għandu jkun speċifikat f’liema każijiet u f’liema forma l-operatur tal-mezzi tat-trasport għandu jinnotifika lill-uffiċċju tad-dwana tad-dħul bil-wasla tal-mezzi tat-trasport.

(17)

Huma neċessarji regoli iktar dettaljati li jiddefinixxu il-persuna responsabbli biex tipprovdi informazzjoni dwar merkanzija mhux Komunitarja maħżuna temporanjament mal-wasla tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità. Informazzjoni bħal din għanda tinkiseb kemm jista’ jkun minn dejta diġà disponibbli għall-awtoritajiet tad-dwana.

(18)

Ġew identifikati każijiet addizzjonali fejn ma jkunx hemm bżonn ta’ dikjarazzjonijiet ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq, b’mod partikolari fir-rigward ta’ merkanzija ddestinata għall-pjattaformi ta’ tħaffir jew ta’ produzzjoni jew merkanzija li ġejja minn dawn il-pjattaformi, kif ukoll armi u tagħmir militari ttrasportat mill-awtoritajiet militari ta’ Stat Membru. Minbarra dan, sabiex ikun limitat il-piż għall-operaturi ekonomiċi, kunsinni ta’ merkanzija b’valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 22 għandhom, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jiġu eżentati mid-dikjarazzjonijiet ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq. Meta japplikaw eżenzjonijiet bħal dawn, għandha ssir analiżi tar-riskju mal-wasla jew mat-tluq tal-merkanzija bbażata fuq id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja jew id-dikjarazzjoni doganali għall-merkanzija kkonċernata.

(19)

Huwa neċessarju wkoll li jiġi speċifikat it-trattament ta’ dikjarazzjonijiet ta’ qabel it-tluq li għalihom ma tkunx intbagħtet konferma ta’ ħruġ mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ lill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni, b’dispożizzjonijiet għal proċedura ta’ inkjesta u informazzjoni bejn l-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni u tal-ħruġ. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli għall-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni li jagħlaq movimenti ta’ esportazzjoni li għalihom ikun għadu ma rċieva l-ebda konferma ta’ ħruġ mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ, jew fuq il-bażi ta’ evidenza ppreżentata mill-esportatur jew id-dikjarant jew minħabba l-iskadenza ta’ limitu ta’ żmien speċifikat.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 introduċa fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 numru ta’ miżuri, inter alia fir-rigward tad-dejta li għandha tinġabar għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ. Ċerti żviluppi tekniċi tat-teknoloġija tal-informazzjoni neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri wrew li huma meħtieġa xi aġġustamenti għal dik id-dejta, stabbiliti fl-Anness 30 A mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(21)

Sabiex jiġu identifikati aħjar każijiet fejn settijiet simplifikati ta’ dejta jistgħu jintużaw għal ċerti kategoriji ta’ dikjarazzjonijiet, il-“Mezz tat-trasport” għandu jkun element obbligatorju tad-dejta.

(22)

L-aħjar metodu għal identifikazzjoni mingħajr ambigwità tal-mezz tat-trasport huwa l-użu tan-numru tal-identifikazzjoni tal-vapur tal-IMO (Unique European Vessel Identification Number) u tan-Numru Ewropew tal-Identifikazzjoni tal-Vapuri uniku (ENI). Din id-dejta għandha għalhekk tiġi pprovduta minflok l-isem tal-vapur.

(23)

Ladarba t-trasportatur għandu jiġi infurmat kull meta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi ppreżentata minn persuna oħra, huwa meħtieġ li tinġabar ir-referenza tan-numru tad-dokument tat-trasport tat-trasportatur.

(24)

Iċ-ċaqliq possibbli fl-operazzjonijiet internazzjonali tat-trasport iwassal għall-ħtieġa li jkun hemm dispożizzjoni għall-possibilità li jiġu rreġistrati talbiet ta’ bidla fid-destinazzjoni. Għal dak l-iskop għandha tiddaħħal tabella ġdida għar-rekwiżiti tad-dejta tat-talbiet għal bidla fid-destinazzjoni.

(25)

Minħabba r-rekwiżit li jingħata n-numru EORI mhux se tibqa’ l-ħtieġa li jintużaw in-numri tal-kodiċi sabiex jiġu identifikati l-partijiet, u fir-rigward tal-kunsinni postali, ir-referenzi għad-dikjarazzjonijiet postali għandhom jiġu sostitwiti minn referenzi għall-għoti ta’ dejta mis-servizzi postali.

(26)

Bħala konsegwenza tal-aġġustar magħmul fir-rekwiżiti tad-dejta, in-noti relevanti ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta għandhom jiġu aġġustati wkoll.

(27)

Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(28)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, għandhom jiżdiedu il-punti/paragrafi li ġejjin mal-:

“16.   In-numru EORI (In-Numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi) tfisser: Numru uniku fil-Komunità Ewropea, assenjat minn awtorità doganali jew awtorità maħtura ta’ Stat Membru lill-operaturi ekonomiċi u lil persuni oħra skont ir-regoli definiti fil-Kapitolu 6.

17.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tfisser: Id-dikjarazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 36a tal-Kodiċi li trid tiġi ppreżentata għall-merkanziji li jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Komunità, ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament”

(2)

Fit-Titolu I tal-Parti I jiżdied il-Kapitolu 6 li ġej:

KAPITOLU 6

Is-Sistema ta’ Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni

Artikolu 4k

1.   In-numru EORI għandu jintuża għall-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet tad-dwana.

L-istruttura tan-numru EORI għandha tkun konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness 38.

2.   Jekk l-awtorità responsabbli għall-għoti tan-numru EORI ma tkunx awtorità doganali, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra u għall-għoti tan-numri EORI lil dawn il-persuni.

L-awtoritajiet tad-dwana tal-Istat Membru għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u d-dettalji tal-indirizz tal-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-għoti tan-numru EORI kif imniżżel fl-Artikolu 1(16). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan it-tagħrif fuq l-Internet.

3.   Soġġetti għall-paragrafu 1, bħala n-numru EORI l-Istati Membri jistgħu jużaw numru li huwa diġà assenjat lil operatur ekonomiku jew persuna oħra mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet fiskali, ta’ statistika jew oħrajn.

Artikolu 4 l

1.   Operatur ekonomiku stabbilit fiż-żona doganali tal-Komunità għandu jkun irreġistrat mill-awtorità doganali jew l-awtorità maħtura tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit. L-operaturi ekonomiċi għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni qabel ma jibdew l-attivitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 1(12). Madankollu, l-operaturi ekonomiċi li ma applikawx għar-reġistrazzjoni jistgħu japplikaw matul l-ewwel operat tagħhom.

2.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 4k(3), l-Istati Membri jistgħu jneħħu l-obbligu li operatur ekonomiku jew persuna oħra japplikaw għal numru EORI.

3.   Meta operatur ekonomiku mhux stabbilit fiż-żona doganali tal-Komunità ma jkollux numru EORI, għandu jkun irreġistrat mill-awtorità doganali jew l-awtorità maħtura tal-Istat Membru fejn hu jkun wettaq għall-ewwel darba wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

jippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor jew dikjarazzjoni doganali fil-Komunità li mhijiex:

(i)

dikjarazzjoni doganali li ssir skont l-Artikoli 225-238; jew

(ii)

dikjarazzjoni doganali magħmula għall-proċedura temporanja tal-importazzjoni;

(b)

jippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ jew id-dħul fil-Komunità;

(ċ)

iħaddem stabbiliment ta’ ħażna temporanja skont l-Artikolu 185(1);

(d)

japplika għal awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 324a jew 372;

(e)

japplika għal ċertifikat ta’ operatur ekonomiku awtorizzat skont l-Artikolu 14a.

4.   M’għandhomx ikunu reġistrati persuni oħra minbarra l-operaturi ekonomiċi sakemm ma jiġux sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

din ir-reġistrazzjoni ma tkunx meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru;

(b)

il-persuna ma tkunx ġiet preċedentement assenjata numru EORI;

(ċ)

il-persuna tkun involuta f’operazzjonijiet li għalihom ikun meħtieġ numru EORI skont l-Anness 30 A jew l-Anness 37, it-Titolu I.

5.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4:

(a)

persuna stabbilita fiż-żona doganali tal-Komunità, minbarra operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1, għandha tkun irreġistrata mill-awtorità doganali jew l-awtorità maħtura tal-Istat Membru li fih hija stabbilita,

(b)

persuna mhux stabbilita fiż-żona doganali tal-Komunità, minbarra operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 3, għandha tkun irreġistrata mill-awtorità doganali jew l-awtorità maħtura tal-Istat Membru li fih hija involuta f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni doganali.

6.   L-operaturi ekonomiċi u l-persuni l-oħra għandu jkollhom numru EORI wieħed biss.

7.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikolu 4(2) tal-Kodiċi għandu japplika mutatis mutandis fid-determinazzjoni ta’ jekk il-persuna tkunx stabbilita fi Stat Membru.

Artikolu 4 m

1.   Id-dejta dwar ir-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u, fejn ikun xieraq, persuni oħra, ipproċessata fis-sistema kif imsemmi fl-Artikolu 4o għandu jkun fiha d-dejta mniżżla fl-Anness 38d soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4o (4) u (5).

2.   Meta jkunu qed jirreġistraw operaturi ekonomiċi u persuni oħra għal numru EORI, l-Istati Membri jistgħu jobbligawhom li jagħtu iktar dejta minbarra dik imniżżla fl-Anness 38d fejn dan ikun meħtieġ għal finijiet stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali tagħhom.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jew, fejn xieraq, persuni oħra, jippreżentaw id-dejta msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b’mezzi elettroniċi.

Artikolu 4n

In-numru EORI għandu jintuża, jekk dan ikun meħtieġ, fil-komunikazzjonijiet kollha tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra mal-awtoritajiet tad-dwana. Dan jintuża wkoll għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u bejn dawn l-awtoritajiet u awtoritajiet oħra skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4p u 4q.

Artikolu 4o

1.   L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiżviluppaw sistema ċentrali elettronika tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li jkun fiha d-dejta mniżżla fl-Anness 38d provduta mill-Istati Membri kollha.

2.   L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jipproċessaw u jiskambjaw bejn l-awtoritajiet tad-dwana u bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana d-dejta tar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni, elenkata fl-Anness 38d, tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, bl-użu tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1.

Id-dejta li mhux imniżżla fl-Anness 38d m’għandhiex tkun ipproċessata fis-sistema ċentrali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tagħhom jinżammu aġġornati, u jkunu kompluti u preċiżi.

4.   L-Istati Membri għandhom itellgħu regolarment fuq is-sistema ċentrali d-dejta mniżżla fil-punti 1 sa 4 tal-Anness 38d li tikkonċerna lill-operaturi ekonomiċi u persuni oħra kull meta jkun assenjat numru EORI ġdid jew isir xi tibdil f’dik id-dejta.

5.   L-Istati Membri għandhom itellgħu regolarment fuq is-sistema ċentrali, meta din tkun disponibbli fis-sistemi nazzjonali, id-dejta mniżżla fil-punti 5 sa 12 tal-Anness 38d li tikkonċerna lill-operaturi ekonomiċi u persuni oħra kull meta jkun assenjat numru EORI ġdid jew isir xi tibdil f’dik id-dejta.

6.   Dawk in-numri EORI li jkunu assenjati biss skont l-Artikolu 41(1) sa (5) għandhom jittellgħu fis-sistema ċentrali, flimkien ma’ dejta oħra mniżżla fl-Anness 38d.

7.   Fejn huwa stabbilit li operatur ekonomiku jew persuna li mhijiex operatur ekonomiku jkunu waqfu milli jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(12), l-Istati Membri għandhom juru dan fid-dejta mniżżla fil-punt 11 tal-Anness 38d.

Artikolu 4p

F’kull Stat Membru, l-awtorità maħtura skont l-Artikolu 4k(2) għandha tagħti aċċess dirett għad-dejta msemmija fl-Anness 38d lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 4q

1.   F’kull Stat Membru, l-awtoritajiet li ġejjin jistgħu jagħtu aċċess dirett lil xulxin skont il-każ għad-dejta msemmija fil-punti 1 sa 4 tal-Anness 38d li jkollhom fil-pussess tagħhom:

(a)

L-awtoritajiet tad-dwana;

(b)

L-awtoritajiet veterinarji;

(ċ)

L-awtoritajiet tas-sanità;

(d)

L-awtoritajiet tal-istatistika;

(e)

L-awtoritajiet fiskali;

(f)

L-awtoritajiet responsabbli għall-ġlieda kontra l-frodi;

(g)

L-awtoritajiet responsabbli għall-politika tal-kummerċ, inklużi l-awtoritajiet tal-agrikoltura meta jkunu rilevanti;

(h)

L-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà tal-fruntieri.

2.   L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jaħżnu d-dejta msemmija f’dak il-paragrafu jew jagħmlu skambju ta’ dejta bejniethom biss jekk dan l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-finijiet tas-sodisfar tal-obbligi legali tagħhom rigward iċ-ċaqliq tal-oġġetti kkonċernati fi proċedura doganali.

3.   L-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dettalji tal-indirizzi tal-awtoritajiet msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan it-tagħrif fuq l-Internet.

Artikolu 4r

In-numru EORI u d-dejta mniżżla fl-Anness 38d għandhom ikunu pproċessati fis-sistema ċentrali għall-perjodu ta’ żmien rikjest mil-liġi tal-Istati Membri li jkunu tellgħu d-dejta msemmija fl-Artikolu 4o(4) u (5).

Artikolu 4s

1.   Dan ir-Regolament ma jbiddilx u bl-ebda mod ma jaffettwa l-livell tal-protezzjoni tal-individwi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja u dik nazzjonali, u b’mod partikolari ma jbiddel la l-obbligi tal-Istati Membri rigward l-ipproċessar tad-dejta personali skont id-Direttiva 95/46/KE u lanqas l-obbligi tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji b’rigward l-ipproċessar tad-dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 meta jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.

2.   Id-dejta tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, ikkostitwita mill-ġabra ta’ dejta mniżżla fil-punti 1, 2 u 3 tal-Anness 38d, tista’ tkun ippubblikata biss fuq l-Internet mill-Kummissjoni bil-permess tagħom bil-miktub, speċifiku, infurmat, u mogħti liberament. Meta jingħata, dan il-permess għandu jkun komunikat, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, lill-awtorità jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri, li huma maħtura skont l-Artikolu 4k(2), jew lill-awtoritajiet tad-dwana.

3.   Id-drittijiet tal-persuni rigward id-dejta tar-reġistrazzjoni tagħhom imniżżla fl-Anness 38d, li tkun ipproċessata fis-sistemi nazzjonali, għandhom ikunu eżerċitati skont il-liġi tal-Istat Membru li jkun ħażen id-dejta personali tagħhom, u partikolarment, meta jkunu applikabbli, id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 4t

L-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-dejta u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkoperaw b’mod attiv u jiżguraw superviżjoni koordinata tas-sistema msemmija fl-Artikolu 4o (1).”

(3)

L-Artikolu 181b huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 181b

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu u l-Anness 30 A:

Trasportatur tfisser : il-persuna li ġġib il-merkanzija, jew li tassumi responsabilita għall-ġarr tal-merkanzija ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 36b (3) tal-Kodiċi. Iżda,

fil-każ ta’ trasportazzjoni magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 183b, trasportatur tfisser il-persuna li se topera l-mezz ta’ trasport li, wara li jkun iddaħħal ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità, jimxi waħdu bħala mezz ta’ trasport attiv;

fil-każ ta’ traffiku bil-baħar jew bl-ajru fejn hemm arranġament għal sehem fl-użu jew kuntrattar tal-bastiment, kif imsemmi fl-Artikolu 183c, trasportatur tfisser il-persuna li kkonkludiet kuntratt u ħarġet polza ta’ karigu jew karigu bl-ajru, għall-ġarr effettiv ta’ merkanzija ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità.”

(4)

Fl-Artikolu 181c, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

il-merkanzija koperta minn dikjarazzjonijiet doganali magħmula minn kwalunkwe att ieħor skont l-Artikoli 230, 232 u 233, minbarra pelits, kontenituri, u kull mezz ta’ trasport li juża toroq, linji ta’ ferroviji, l-ajru, il-baħar u mogħdijiet tal-ilma interni taħt kuntratt ta’ trasport;”

(b)

Il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

il-merkanzija li għaliha dikjarazzjoni doganali orali hija permessa skont l-Artikoli 225, 227 u 229(1), minbarra pelits, kontenituri, u kull mezz ta’ trasport li juża toroq, linji ta’ ferroviji, l-arju, il-baħar u mogħdijiet tal-ilma interni taħt kuntratt ta’ trasport;”

(ċ)

Il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

il-merkanzija ttrasportata abbord bastimenti ta’ servizzi regolari tal-baħar, iċċertifikata b’mod xieraq skont l-Artikolu 313b, u merkanzija abbord bastimenti jew inġenji tal-ajru ttrasportata bejn portijiet jew ajruporti Komunitarji mingħajr ma tidħol f’ebda port jew ajruport li jinsab barra t-territorju doganali tal-Komunità;”

(d)

il-punti (l) sa (n) li ġejjin huma miżjuda:

“(l)

armi u tagħmir militari mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità mill-awtoritajiet li jieħdu ħsieb id-difiża militari ta’ Stat Membru, ġewwa mezz tat-trasport militari jew mezz tat-trasport operat għall-użu esklussiv tal-awtoritajiet militari;

(m)

il-merkanzija li ġejja mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità direttament mill-pjattaformi tat-tħaffir u l-produzzjoni operati minn persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità:

(i)

merkanzija li hija inkorporata fi pjattaformi bħal dawn għall-iskop tal-kostruzzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni jew il-konverżjoni tagħhom;

(ii)

merkanzija li ntużat għat-tagħmir jew l-armar tal-pjattaformi msemmija;

(iii)

provvisti oħra użati jew ikkunsmati fuq il-pjattaformi msemmija; u prodotti ta’ skart mhux perikoluż mill-pjattaformi msemmija;

(n)

merkanzija f’kunsinna li l-valur intrinsiku tagħha ma jaqbiżx it-EUR 22 sakemm l-awtoritajiet tad-dwana jaċċettaw, bi qbil mal-operatur ekonomiku, li jwettqu analiżi tar-riskju bl-użu tal-informazzjoni li tinsab fis-sistema użata mill-operatur ekonomiku jew li hija pprovduta minnha.”

(e)

It-tieni paragrafu huwa mħassar.

(5)

L-Artikolu 183 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jippermettu l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fuq il-karta jew kull proċedura oħra li tissostitwiha kif miftiehem bejn l-awtoritajiet tad-dwana, f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi biss:”

(b)

Huma miżjuda l-paragrafi 6 sa 9 li ġejjin:

“6.   L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinnotifikaw immedjatament bir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul lill-persuna li ppreżentatha. Fejn id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi ppreżentata minn persuna msemmija fl-Artikolu 36b(4) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinnotifikaw ukoll lit-trasportatur bir-reġistrazzjoni, dejjem jekk it-trasportatur huwa konness mas-sistema doganali.

7.   Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul minn persuna msemmija fl-Artikolu 36b(4) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jassumu, ħlief fejn hemm evidenza kuntrarja, li t-trasportatur ta l-kunsens tiegħu taħt ftehim kuntrattwali u li l-preżentazzjoni saret bl-għarfien tiegħu

8.   L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinnotifikaw immedjatament il-persuna li ppreżentat emendi għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, meta jiġu rreġistrati dawn l-emendi. Fejn l-emendi għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jiġu ppreżentati minn persuna msemmija fl-Artikolu 36b(4) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinnotifikaw ukoll lit-trasportatur, dejjem jekk it-trasportatur ikun talab lil-awtoritajiet tad-dwana biex jibagħtu dawn in-notifiki u jekk ikun konness mas-sistema doganali.

9.   Jekk, wara perjodu ta’ 200 ġurnata mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, il-wasla tal-mezzi tat-trasport ma tkunx ġiet innotifikata lid-dwana skont l-Artikolu 184 g jew il-merkanzija ma tkunx ġiet ippreżentata lid-dwana skont l-Artikolu 186, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul titqies li ma tkunx ġiet ippreżentata.”

(6)

L-Artikolu 183b huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 183b

Fil-każ ta’ trasportazzjoni kkombinata, fejn il-mezz ta’ trasport attiv dieħel it-territorju doganali tal-Komunità qiegħed jittrasporta mezz ieħor ta’ trasport biss, li wara d-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità, ser jiċċaqlaq waħdu bħala mezz attiv ta’ trasport, l-obbligu li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandu jaqa’ fuq l-operatur ta’ dak il-mezz ta’ trasport l-ieħor.

Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandu jikkorrispondi mal-limitu ta’ żmien relevanti għall-mezz attiv tat-trasport li jidħol fit-territorju doganali tal-Komunità, kif speċifikat fl-Artikolu 184a.”

(7)

L-Artikolu 183d huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 183d

1.   Jekk mezz ta’ trasport attiv dieħel ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità għandu l-ewwel jasal f’uffiċċju tad-dwana li jinsab ġewwa Stat Membru li ma kienx ġie ddikjarat fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-operatur ta’ dan il-mezz ta’ trasport jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinforma l-uffiċċju tad-dwana tad-dħul iddikjarat permezz ta’ messaġġ ta’ ‘rikjesta għal bidla fid-destinazzjoni’. Dan il-messaġġ għandu jkollu d-dettalji stipulati fl-Anness 30 A u għandu jimtela skont in-noti ta’ spjegazzjoni li hemm f’dak l-Anness. Dan il-paragrafu ma japplikax fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 183a.

2.   L-uffiċċju tad-dwana tad-dħul iddikjarat għandu javża immedjatament lill-uffiċju doganali tad-dħul attwali bil-bidla fid-destinazzjoni u bir-riżultati tal-analiżi ta’ riskju ta’ sikurezza u sigurtà.”

(8)

Fl-Artikolu 184a (1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

għal merkanzija fi kwantità/kwantità ippakkjata individwalment (break bulk); ħlief fejn japplikaw il-punti (c) jew (d), mill-inqas erba’ sigħat qabel il-wasla fl-ewwel port fit-territorju doganali tal-Komunità”.

(9)

L-Artikolu 184d huwa emendat kif ġej:

(a)

It-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Meta dik l-analiżi tipprovdi bażi raġonevoli sabiex l-awtoritajiet tad-dwana jqisu li d-dħul tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità jkun ta’ theddida għas-sigurtà u s-sikurezza tal-Komunità ta’ natura daqshekk serja li jkun jenħtieġ intervent immedjat, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinnotifikaw lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u, jekk ikun differenti, lit-trasportatur, sakemm it-trasportatur huwa konness mas-sistema doganali, li l-merkanzija m’għandhiex titgħabba.”

(b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Meta merkanzija li ma tkunx koperta b’dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skont l-Artikolu 181c (c) sa (i), (l) sa (n), tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità, għandha ssir analiżi tar-riskju mal-preżentazzjoni tal-merkanzija, ibbażata fuq id-dikjarazzjoni fil-qosor għall-ħażna temporanja jew id-dikjarazzjoni doganali li jkopru din il-merkanzija, fejn dawn ikunu disponibbli.”

(10)

Fl-Artikolu 184e, it-tieni u t-tielet paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Meta jiġi identifikat riskju, l-uffiċċju tad-dwana tal-ewwel port jew ajruport ta’ dħul għandu jieħu azzjoni projbittiva f’każ ta’ kunsinni identifikati bħala theddida ta’ natura tant serja li jkun jinħtieġ intervent immedjat, u, f’kull każ għandu jgħaddi r-riżultati tal-analiżi tar-riskju lill-portijiet jew lill-ajruporti sussegwenti.

F’portijiet jew ajruporti sussegwenti fit-territorju doganali tal-Komunità, l-Artikolu 186 għandu japplika għall-merkanzija ppreżentata lid-dwana f’dak il-port jew ajruport.”

(11)

L-Artikolu 184f għandu jitħassar.

(12)

Fil-Parti I tat-Titolu VI tal-Kapitolu 1 għandha tiżdied it-Taqsima 5 li ġejja:

Taqsima 5

Notifika tal-wasla

Artikolu 184 g

L-operatur tal-mezz tat-trasport attiv li jidħol fit-territorju doganali tal-Komunità jew rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tad-dwana tal-ewwel uffiċċju doganali tad-dħul bil-wasla tal-mezz tat-trasport. Din in-notifika tal-wasla għandha jkollha d-dettalji neċessarji għall-identifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul ippreżentati fir-rigward tal-merkanzija li nġarret fuq dak il-mezz ta’ trasport. Fejn possibbli, għandhom jintużaw metodi disponibbli ta’ notifika tal-wasla.”

(13)

L-Artikolu 186 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 186

1.   Merkanzija mhux Komunitarja ppreżentata lid-dwana għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja kif speċifikat mill-awtoritajiet tad-dwana.

Id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja għandha tiġi ppreżentata mill-persuna li tippreżenta l-merkanzija jew xi ħadd ieħor f’ismu mhux aktar tard miż-żmien tal-preżentazzjoni. Fejn id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja tkun ippreżentata minn persuna oħra għajr l-operatur tal-faċilità ta’ ħażna temporanja, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinnotifikaw lill-operatur bid-dikjarazzjoni sakemm din il-persuna hija indikata fid-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja u hija konnessa mas-sistema doganali.

2.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħazna temporanja tista’ tieħu waħda minn dawn il-forom li ġejjin, kif preskritt mill-awtoritajiet tad-dwana:

(a)

referenza għal kull dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għall-merkanzija kkonċernata, issuplimentata bid-dettalji ta’ dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja,

(b)

dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja, li tink - ludi referenza għal kull dikjarazzjoni fil-qosor ta’ dħul għall-merkanzija kkonċernata,

(ċ)

manifest jew dokument ieħor tat-trasport, bil-kundizzjoni li jkun fih id-dettalji ta’ dikjarazzjoni fil-qosor ta’ ħażna temporanja u jinkludi referenza għal kull dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għall-merkanzija kkonċernata.

3.   Mhux se tkun meħtieġa referenza għal dikjarazzjoni fil-qosor ta’ dħul meta l-merkanzija diġà tkun inżammet f’maħżen temporanju jew ġiet assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana u ma tkunx ħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità.

4.   Jistgħu jintużaw sistemi tal-inventarju kummerċjali tal-portijiet jew tat-trasport, bil-kundizzjoni li jkunu approvati mill-awtoritajiet tad-dwana.

5.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja tista’ tiġi ppreżentata ma’, jew ikun fiha, in-notifika tal-wasla msemmija fl-Artikolu 184 g.

6.   Għall-iskopijiet tal-Artikolu 49 tal-Kodiċi, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja ġiet iddepożitata fid-data tal-preżentazzjoni tal-merkanzija.

7.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja għandha tinżamm mill-awtoritajiet tad-dwana sabiex jivverifikaw li l-merkanzija li hi qed tirreferi għaliha tkun assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana.

8.   Dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja ma għandhiex tkun meħtieġa meta, mhux aktar tard mill-ħin tal-preżentazzjoni tagħha lid-dwana:

(a)

il-merkanzija tiġi ddikjarata għal proċedura doganali jew inkella tiġi kklassifikata taħt trattament jew użu approvat mid-dwana, jew

(b)

il-prova li l-merkanzija għandha l-istatus Komunitarju hi stabbilita skont l-Artikoli 314b sa 336.

9.   Meta dikjarazzjoni doganali tkun ġiet iddepożitata fl-uffiċċju tad-dwana tad-dħul bħala dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skont l-Artikolu 36c tal-Kodiċi, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jaċċettaw id-dikjarazzjoni minnufih mal-preżentazzjoni tal-merkanzija u l-merkanzija għandha titqiegħed direttament taħt il-proċedura ddikjarata skont il-kundizzjonijiet stipulati għal dik il-proċedura.

10.   Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 sa 9, meta merkanzija mhux Komunitarja li tkun ġiet ittrasportata mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ taħt proċedura ta’ tranżitu tiġi ppreżentata lid-dwana f’uffiċċju tad-destinazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità, id-dikjarazzjoni tat-tranżitu maħsuba għall-awtoritajiet tad-dwana fl-uffiċċju tad-destinazzjoni għandha tiġi meqjusa bħala d-dikjarazzjoni fil-qosor għal ħażna temporanja.”

(14)

L-Artikolu 189 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 189

Il-merkanzija li tiddaħħal ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità bil-baħar jew bl-ajru li tinżamm abbord l-istess mezz ta’ trasport għall-ġarr, mingħajr trażbord, għandha tiġi ppreżentata lid-dwana skont l-Artikolu 40 tal-Kodiċi biss fil-port jew ajruport tal-Komunità fejn tinħatt jew tiġi trażbordata.”

(15)

Fl-Artikolu 251(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fil-każ ta’ merkanzija oħra, l-uffiċju doganali tal-esportazzjoni jkun ġie infurmat, skont l-Artikolu 792a(1), jew iqis skont l-Artikolu 796e(2) li l-merkanzija dikjarata ma tkunx ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità.”

(16)

L-Artikolu 592a huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

merkanzija koperta minn dikjarazzjoni doganali magħmula minn kwalunkwe att ieħor skont l-Artikoli 231, 232 (2) u 233, ħlief pelits, kontenituri, u kull mezz ta’ trasport li juża toroq, linji ta’ ferroviji, l-arju, il-baħar u mogħdijiet tal-ilma interni taħt kuntratt ta’ trasport;”

(b)

Il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

merkanzija li għaliha hija permessa dikjarazzjoni orali skont l-Artikoli 226, 227 u 229(2), ħlief pelits, kontenituri, u kull mezz ta’ trasport li juża toroq, linji ta’ ferroviji, l-arju, il-baħar u mogħdijiet tal-ilma interni taħt kuntratt ta’ trasport;”

(ċ)

il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

merkanzija ttrasportata abbord bastimenti ta’ servizzi regolari tat-tbaħħir, iċċertifikati b’mod xieraq skont l-Artikolu 313b; u merkanzija fuq vapuri jew inġenji tal-ajru li jivvjaġġaw bejn portijiet jew ajruporti tal-Komunità mingħajr waqfiet f’port jew ajruport barra t-territorju doganali tal-Komunità;”

(d)

il-punti (k) sa (m) li ġejjin huma miżjuda:

“(k)

armi u tagħmir militari maħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità mill-awtoritajiet responsabbli għad-difiża militari ta’ Stat Membru, ġewwa mezz tat-trasport militari jew trasport operat minn awtoritajiet militari għall-użu esklussiv tal-awtoritajiet militari;

(l)

il-merkanzija li ġejja maħruġa mit-territorju doganali tal-Komunità direttament lejn pjattaformi tat-tħaffir jew produzzjoni operati minn persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità:

(i)

merkanzija li għandha tintuża għall-kostruzzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni jew il-konverżjoni ta’ dawn il-pjattaformi;

(ii)

merkanzija li għandha tintuża għat-tagħmir jew l-armar tal-pjattaformi msemmija;

(iii)

provvisti użati jew ikkunsmati fuq il-pjattaformi msemmija;

(m)

merkanzija f’kunsinna li l-valur intrinsiku tagħha ma jaqbiżx it-EUR 22 sakemm l-awtoritajiet tad-dwana jaċċettaw, bi qbil mal-operatur ekonomiku, li jwettqu analiżi tar-riskju bl-użu tal-informazzjoni li tinsab fis-sistema użata mill-operatur ekonomiku jew li hija pprovduta minnha.”

(17)

Fl-Artikolu 592b (1) (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

għal merkanzija fi kwantità/kwantità ppakkjata individwalment (break bulk), ħlief għal fejn japplikaw il-punti (iii) jew (iv), għallinqas erba’ sigħat qabel ma tħalli l-port li jinsab fit-territorju doganali tal-Komunità;”

(18)

L-Artikolu 592 g huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 592 g

Fejn il-merkanzija koperta minn eżenzjoni, skont l-Artikolu 592a (c) sa (m), mill-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni tad-dwana sal-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikoli 592b u 592c, tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-preżentazzjoni tal-merkanzija, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni doganali li tkopri l-merkanzija, fejn din tkun disponibbli.”

(19)

Fl-Artikolu 792a(1), it-tielet sentenza għandha titħassar.

(20)

L-Artikolu 792b huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 792b

L-Artikoli 796da u 796e għandhom japplikaw mutatis mutandis f’każijiet fejn tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni fuq il-karta.”

(21)

Wara l-Artikolu 796d, għandu jiddaħħal l-Artikolu 796da li ġej:

“Artikolu 796da

1.   Fejn, wara 90 jum mir-rilaxx tal-merkanzija għat-trasport, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni jkun għadu ma rċeviex il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-ħruġ’ imsemmi fl-Artikolu 796d(2), l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni jista’, fejn meħtieġ, jitlob lill-esportatur jew lid-dikjarant sabiex jindikaw id-data li fiha l-merkanzija tkun ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità u l-uffiċċju tad-dwana li minnu tkun ħarġet.

2.   L-esportatur jew id-dikjarant jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew wara talba magħmula skont il-paragrafu 1, jinfurmaw lill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni li l-merkanzija tkun ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità, filwaqt li jindikaw id-data li fiha l-merkanzija tkun ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità u l-uffiċċju tad-dwana li minnu tkun ħarġet u jitolbu mill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni li l-ħruġ jiġi ċċertifikat. F’dan il-każ, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jitlob għall-messaġġ tar-’Riżultati tal-ħruġ’ mingħand l-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ, li għandu jwieġeb fi żmien 10 ijiem.

3.   Fejn, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ ma jikkonfermax il-ħruġ tal-merkanzija fil-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu javża lill-esportatur jew lid-dikjarant.

L-esportatur jew id-dikjarant min-naħa tiegħu jista’ jipprovdi lill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni bi prova li l-merkanzija ħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità.

4.   L-evidenza msemmija fil-paragrafu 3 tista’ tiġi pprovduta b’mod partikolari bis-saħħa ta’ waħda minn dawn il-mezzi jew taħlita tagħhom:

(a)

kopja tan-nota ta’ kunsinna ffirmata jew awtentikata mid-destinatarju barra t-territorju doganali tal-Komunità,

(b)

il-prova ta’ ħlas jew il-fattura jew in-nota ta’ kunsinna ffirmata kif dovut jew awtentikata mill-operatur ekonomiku li ħareġ il-merkanzija 'l barra mit-territorju doganali tal-Komunità,

(ċ)

dikjarazzjoni ffirmata jew awtentikata mill-kumpanija li ħarġet il-merkanzija 'l barra mit-territorju doganali tal-Komunità,

(d)

dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru jew pajjiż barra mit-territorju doganali tal-Komunità,

(e)

ir-rekords tal-operaturi ekonomiċi dwar merkanzija pprovduta għall-pjattaformi ta’ tħaffir u produzzjoni ta’ żejt u l-gass.”

(22)

L-Artikolu 796e huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 796e

1.   L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jiċċertifika l-ħruġ lill-esportatur jew lid-dikjarant fil-każijiet li ġejjin:

(a)

li jkun irċieva messaġġ ta’ ‘Riżultati ta’ Ħruġ’ mingħand l-uffiċċju doganali tal-ħruġ;

(b)

fil-każijiet msemmija fl-Artikoli 796da (2), hu ma jkun irċieva l-ebda messaġġ ta’ ‘Riżultati ta’ Ħruġ’ mingħand l-uffiċċju doganali tal-ħruġ fi żmien 10 ijiem, iżda jkun sodisfatt li l-evidenza pprovduta skont l-Artikolu 796da(4) tkun biżżejjed.

2.   Fejn, wara perjodu ta’ 150 jum mid-data tar-rilaxx tal-merkanzija għall-esportazzjoni, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni ma jkun irċieva la messaġġ tar-‘Riżultati tal-Ħruġ’ mill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ u lanqas provi sodisfaċenti skont l-Artikolu 796da(4), huwa jista’ jqis dan bħala informazzjoni li l-merkanzija ma tkunx ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità.

3.   L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jinforma lill-esportatur jew lid-dikjarant u lill-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ iddikjarat dwar l-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jinforma lill-uffiċċju tal-ħruġ iddikjarat jekk huwa jkun aċċetta l-provi skont il-punt b tal-paragrafu 1.”

(23)

L-Artikolu 842a huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-każijiet imniżżla fl-Artikolu 592a(a) sa (m)”

(b)

il-punt (b) hu mħassar.

(24)

Fl-Artikolu 842d (1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 592b(2) u (3) u l-Artikolu 592c għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

(25)

L-Artikolu 842f għandu jiddaħħal:

“Artikolu 842f

Meta l-merkanzija soġġetta għal dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ tkun, wara perjodu ta’ 150 ġurnata mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni, għadha ma ħarġitx mit-territorju Komunitarju, id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ titqies li ma tkunx giet ippreżentata.”

(26)

L-Anness 30 A hu emendat skont fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(27)

L-Anness 37 hu emendat skont fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(28)

L-Anness 38 hu emendat skont fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(29)

L-Anness 38d huwa miżjud, skont fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Madankollu, sal-1 ta’ Lulju 2010, il-punt (2) tal-Artikolu 1, safejn dan huwa relatat mal-Artikolu 4o(4), u d-dejta msemmija fil-punt 4 tal-Anness 38d, għandhom japplikaw biss meta dak id-dejta tkun disponibbli fis-sistemi nazzjonali.

Sa fejn il-punt (2) tal-Artikolu 1 huwa relatat mal-Artikolu 4o(1), għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Stat Membru jista’ japplika l-punt (2) tal-Artikolu 1 sa fejn dan hu relatat mal-Artikolu 4 l qabel l-1 ta’ Lulju 2009. F’dak il-każ, għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-data tal-applikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.


ANNESS I

L-Anness 30 A huwa emendat kif ġej:

(1)

Taqsima 1 hija emendata kif ġej:

(a)

Fin-nota 1.1, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“It-talba għal bidla fid-destinazzjoni li jeħtieġ li ssir meta mezz attiv ta’ trasport li jkun dieħel fit-territorju doganali tal-Komunità jasal l-ewwel f’uffiċċju tad-dwana li jinsab fi Stat Membru li ma jkunx imsemmi fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tinkludi t-tagħrif li dwaru hemm id-dettalji fit-tabella 6.”

(b)

In-Nota 1.2 hija sostitwita b’li ġej:

“1.2.

It-Tabelli 1 sa 7 jinkludu l-elementi kollha tad-dejta meħtieġa għall-proċeduri, għad-dikjarazzjonijiet u għat-talbiet għal bidla fid-destinazzjoni kkonċernati. Huma jipprovdu stampi komprensivi tar-rekwiżiti meħtieġa għad-diversi proċeduri, dikjarazzjonijiet u talbiet għal bidla fid-destinazzjoni.”

(ċ)

In-Nota 1.6 hija sostitwita b’li ġej:

“1.6.

Id-deskrizzjonijiet u n-noti inklużi fit-Taqsima 4 f’dak li għandu x’jaqsam mad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ, mal-proċeduri ssimplifikati u mat-talbiet għal bidla fid-destinazzjoni japplikaw għall-elementi tad-dejta msemmija fit-Tabelli 1 sa 7.”.

(d)

Fin-nota 2.1, it-tieni paragrafu, “Tabella 6” hija sostitwita mill-espressjoni “Tabella 7”.

(e)

Fin-nota 2.2, it-tieni paragrafu, “Tabella 6” hija sostitwita mill-espressjoni “Tabella 7”.

(f)

Fin-nota 3.1, it-tieni paragrafu, “Tabella 6” hija sostitwita mill-espressjoni “Tabella 7”.

(g)

Fin-nota 3.2, it-tieni paragrafu, l-espressjoni “Tabella 6” hija sostitwita mill-espressjoni “Tabella 7”.

(h)

In-Nota 4.1 hija sostitwita b’li ġej:

“4.1.

Il-kolonni ‘Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ – kunsinni express’ u ‘Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul – kunsenji express’ tat-tabella 2 ikopru d-dejta meħtieġa li għandha tintbagħat b’mod elettroniku lill-awtoritajiet tad-dwana għall-finijiet tal-analiżi tar-riskju qabel ma jintbagħtu jew jaslu l-kunsinji express. Is-servizzi postali jistgħu jagħżlu li jibagħtu d-dejta msemmija fil-kolonni tat-Tabella 2 b’mod elettroniku lill-awtoritajiet tad-dwana għall-finijiet tal-analiżi tar-riskju qabel ma jintbagħtu jew jaslu l-kunsinni postali.”

(i)

In-Nota 4.2 hija sostitwita b’li ġej:

“4.2.

Għall-finijiet ta’ dan l-anness, kunsinna express tfisser oġġett individwali mwassal minn servizz integrat ta’ ġbir rapidu/definit skont il-ħin u ż-żmien, trasport, rilaxx mid-dwana u twassil ta’ pakketti filwaqt li jkun qed jiġi ttraċċat u kkontrollat il-post fejn ikunu l-oġġetti tul kemm idum is-servizz.”

(j)

Nota 4.3 hija sostitwita b’li ġej:

“4.3.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, kunsinna postali tfisser oġġett individwali ta’ piż massimu ta’ 50 kg, imwassal bis-sistema postali skont ir-regoli tal-Konvenzjoni tal-Unjoni Postali Universali, meta l-oġġetti jinġarru minn jew f’isem detenturi ta’ drittijiet jew obbligi skont dawn ir-regoli.”

(k)

Fin-nota 5.1, il-frażi “tabella 6” hija sostitwita mill-frażi “tabella 7”.

(2)

Il-Ħtiġijiet tat-Taqsima 2 għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ huma emendati kif ġej:

(a)

Fil-punt 2.1, fit-Tabella 1, bejn ir-ringieli “Kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport” u l-“Uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ”, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“Il-mezz tat-trasport mal-fruntiera

 

Z”

(b)

Fil-punt 2.2, it-Tabella 2 hija emendata kif ġej:

(i)

Fit-tieni kolonna, it-titolu “Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ – Kunsinni postali u “express” (Ara n-noti 3.1, u 4.1 sa 4.3)” huwa sostitwit minn “Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ – Kunsinnii express (Ara n-noti 3.1, u 4.1 sa 4.3)”.

(ii)

Fir-raba’ kolonna, it-titolu “Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul – Kunsinni postali u “express” (Ara n-noti 2.1, u 4.1 sa 4.3)” huwa sostitwit minn “Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul – Kunsinni express (Ara n-noti 2.1 u 4.1 sa 4.3)”;

(iii)

Bejn ir-ringieli “Trasportatur” u “Kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport”, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:

“In-numru ta’ referenza tat-twassil

 

 

Z

Id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali.

 

 

Z”

(iv)

Bejn ir-ringieli “Kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport” u “Uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ”, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“Il-mezz tat-trasport mal-fruntiera

 

 

Z”

(ċ)

Fil-punt 2.3., Tabella 3, bejn ir-ringiela “Kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport”, u “Post minn fejn issir it-tagħbija”, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“Il-mezz tat-trasport mal-fruntiera

Z”

(d)

Fil-punt 2.4., Tabella 4, bejn ir-ringieli “Kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport”, u “Post minn fejn issir it-tagħbija”, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“Il-mezz tat-trasport mal-fruntiera

Z”

(e)

Fil-punt 2.5, it-Tabella 5 hija emendata kif ġej:

(i)

Bejn ir-ringieli “Kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport”, u “Uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ”, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“Il-mezz tat-trasport mal-fruntiera

 

Z”

(ii)

Bejn ir-ringiela “Numru tal-identifikazzjoni tat-tagħmir, jekk f’kontenitur” u “Kodiċi tal-merkanzija” tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“In-numru tal-oġġett individwali tal-merkanzija

X

X”

(f)

Hija miżjuda l-punt 2.6 ġdida kif ġej:

“2.6.   Ir-rekwiżiti għat-talbiet għal bidla fid-destinazzjoni – It-tabella 6.

L-isem

 

Il-mezz tat-trasport mal-fruntiera

Z

L-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport li jkun qed jaqsam il-fruntiera

Z

Id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali.

Z

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-ewwel uffiċċju tad-dħul iddikjarat

Z

Min qed jitlob il-bidla fid-destinazzjoni

Z

MRN

X

In-numru tal-oġġett individwali tal-merkanzija

X

Il-kodiċi tal-ewwel post effettiv tal-wasla

Z

Il-kodiċi tal-ewwel post effettiv tal-wasla

Z”

(3)

Fit-Taqsima numru 3, imsejħa Rekwiżiti għall-proċeduri ssimplifikati, il-frażi “Tabella 6” hija sostitwita mill-frażi “Tabella 7”.

(4)

It-Taqsima 4, Noti ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta, hija emendata kif ġej:

(a)

Qabel in-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta “Dikjarazzjoni” jiddaħħal dan li ġej:

MRN

It-talba għal bidla fid-destinazzjoni: In-numru ta’ referenza tal-moviment huwa alternattiva għaż-żewġ elementi ta’ dejta li ġejjin:

L-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport li jkun qed jaqsam il-fruntiera

Id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali.”

(b)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta “Numru tad-dokument tat-trasport” l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“Ir-referenza tad-dokument tat-trasport li tkopri t-trasport tal-merkanzija minn jew lejn it-territorju doganali. F’każ li min ikun qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ikun differenti mit-trasportatur, għandu jingħata wkoll in-numru tad-dokument tat-trasport tat-trasportatur.”;

(ċ)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta “Konsenjatur” hija emendata kif ġej:

(i)

in-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna hija mħassra.

(ii)

it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ: Dan it-tagħrif għandu jingħata jekk differenti minn tal-persuna li tkun qed tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor; huwa jieħu l-forma tan-numru tal-EORI ta’ dak li jagħmel il-kunsinna, kull meta dan in-numru jkun disponibbli għal min ikun qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. F’każ fejn id-dettalji meħtieġa għal dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ ikunu inklużi f’dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 182b(3) tal-Kodiċi u skont l-Artikolu 216 ta’ dan ir-Regolament, dan it-tagħrif jikkorrispondi ma’ ‘Dak li jagħmel il-kunsinna/L-esportatur’ ta’ dik id-dikjarazzjoni doganali.

Id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul: din l-informazzjoni tieħu l-forma tan-numru tal-EORI ta’ dak li jagħmel il-kunsinna, kull meta dan in-numru jkun disponibbli għal min ikun qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor.”

(d)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Konsenjatur/esportatur” hija emendata kif ġej:

(i)

in-nota (2) ta’ qiegħ il-paġna hija mħassra.

(ii)

wara l-ewwel paragrafu, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Daħħal in-numru tal-EORI msemmi fl-Artikolu 1(16). Meta dak li jagħmel il-kunsinna/l-esportatur ma jkollux numru tal-EORI, l-amministrazzjoni doganali tista’ tassenjalu numru ad hoc għad-dikjarazzjoni kkonċernata.”;

(e)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta “Persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni fil-qosor” hija emendata kif ġej:

(i)

in-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) hija mħassra;

(ii)

wara l-kliem “il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Dan it-tagħrif jieħu l-forma tan-numru tal-EORI ta’ min ikun qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor”.

(f)

Bejn in-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta “Il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor” u n-nota ta’ spjegazzjoni tal-elementi tad-dejta “Konsenjatarju” jiddaħħal dan li ġej:

Min qed jitlob il-bidla fid-destinazzjoni

It-talba għal bidla fid-destinazzjoni: Min ikun qed jitlob il-bidla fid-destinazzjoni mad-dħul. Dan it-tagħrif jieħu l-forma tan-numru tal-EORI ta’ min ikun qed jitlob il-bidla fid-destinazzjoni mad-dħul”

(g)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Konsenjatarju” hija emendata kif ġej:

(i)

in-nota (1) ta’ qiegħ il-paġna hija mħassra;

(ii)

wara t-tabella jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“F’każ li jrid jingħata dan it-tagħrif, huwa jieħu l-forma tan-numru tal-EORI tal-konsenjatarju, kull meta dan ikun magħruf minn min ikun qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor.”;

(iii)

wara l-paragrafu li jibda bil-frażi “dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ” il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“Huwa jieħu l-forma tan-numru tal-EORI tal-konsenjatarju, kull meta dan ikun magħruf minn min ikun qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor.”

(h)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Rappreżentant dikjaranti” hija emendata kif ġej:

(i)

n-nota (1) ta’ qiegħ il-paġna hija mħassra.

(ii)

wara l-ewwel paragrafu, hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Dan it-tagħrif jieħu l-forma tan-numru tal-EORI tar-rappreżentant ta’ dak li jagħmel id-dikjarazzjoni”.

(i)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Trasportatur” hija sostitwita b’li ġej:

Trasportatur

Dan it-tagħirf għandu jingħata meta jkun differenti mill-persuna li qed tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.

Dan it-tagħrif jieħu l-forma tan-numru tal-EORI tat-trasportatur, kull meta dan ikun magħruf minn min ikun qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Madanakollu, f’sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 183 (6) u (8), għandu jingħata n-numru tal-EORI tat-trasportatur. In-numru tal-EORI tat-trasportatur għandu jingħata wkoll f’sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 184d(2).”

(j)

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Il-parti li trid tiġi nnotifikata” hija emendata kif ġej:

(i)

in-nota (1) ta’ qiegħ il-paġna hija mħassra.

(ii)

wara l-ewwel paragrafu, hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Dan it-tagħrif jieħu l-forma tan-numru tal-EORI tal-parti li trid tiġi nnotifikata, kull meta dan ikun magħruf minn min ikun qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor.”

(k)

Fin-nota tal-ispjegazzjoni tad-dejta “L-identità u n-nazzjonalità tal-mezz attiv ta’ trasport li jkun qed jaqsam il-fruntiera” l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“L-identità u n-nazzjonalità tal-mezz attiv ta’ trasport li jkun qed jaqsam il-fruntiera tat-territorju doganali tal-Komunità. It-tifsiriet li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness 37 għall-kaxxa SAD 18 għandhom jintużaw għall-identità. F’każ li jkun hemm trasport bil-baħar jew permezz tal-mogħdijiet tal-ilma interni, għandu jkun iddikjarat in-numru tal-identifikazzjoni tal-vapur tal-IMO jew in-Numru Ewropew tal-Identifikazzjoni tal-Vapur (ENI) uniku. F’każ ta’ trasport bl-ajru, ma għandu jingħata l-ebda tagħrif.

Il-kodiċi li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Anness 38 għal Kaxxa SAD 21 għandhom jintużaw għan-nazzjonalità fejn din l-informazzjoni għadha mhix inkluża fl-identità.”

(l)

Bejn in-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “L-identità u n-nazzjonalità tal-mezz attiv ta’ trasport li jkun qed jaqsam il-fruntiera” u n-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “In-numru ta’ referenza tat-twassil” jiddaħħal dan li ġej:

L-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport li jkun qed jaqsam il-fruntiera

It-talba għal bidla fid-destinazzjoni: Dan it-tagħrif għandu jieħu l-forma tan-numru tal-identifikazzjoni tal-vapur tal-IMO, tal-kodiċi tal-ENI jew tan-numru tat-titjira tal-IATA għat-trasport bil-baħar, permezz tal-mogħdijiet tal-ilma interni, jew bl-ajru rispettivament.

Għat-trasport bl-ajru, f’sitwazzjonijiet fejn l-operatur tal-inġenju tal-ajru jġorr il-merkanzija skont arranġament dwar l-użu ta’ kodiċi komuni (“code-sharing”) mas-sħab, għandhom jintużaw in-numri tat-titjira tas-sħab li magħhom hemm l-arranġament dwar l-użu ta’ kodiċi komuni.”;

(m)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “In-numru ta’ referenza tat-twassil” l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“L-identifikazzjoni tal-vjaġġ tal-mezz ta’ trasport, pereżempju n-numru tal-vjaġġ, in-numru tat-titjira, in-numru tat-tripp, jekk applikabbli.

Għat-trasport bl-ajru, f’sitwazzjonijiet fejn l-operatur tal-inġenju tal-ajru jġorr il-merkanzija skont arranġament dwar l-użu ta’ kodiċi komuni (“code-sharing”) mas-sħab, għandhom jintużaw in-numri tat-titjira tas-sħab li magħhom hemm l-arranġament dwar l-użu ta’ kodiċi komuni.”;

(n)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Il-kodiċi tal-ewwel post tal-wasla” huwa miżjud dan li ġej:

“It-talba għal bidla fid-destinazzjoni: il-kodiċi tal-Uffiċċju tad-Dwana tal-ewwel dħul iddikjarat għandu jiġi pprovdut”

(o)

Bejn in-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Il-kodiċi tal-ewwel post tal-wasla” u n-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali”, qed jiddaħħal dan li ġej:

Il-kodiċi tal-ewwel post effettiv tal-wasla

It-talba għal bidla fid-destinazzjoni: il-kodiċi tal-Uffiċċju tad-Dwana effettiv tal-ewwel dħul għandu jiġi pprovdut.

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-ewwel uffiċċju tad-dħul iddikjarat

It-talba għal bidla fid-destinazzjoni: Għandhom jintużaw il-kodiċi li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Anness 38 tal-kaxxa SAD nru 2.”

(p)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali” huwa miżjud il-paragrafu li ġej:

“It-talba għal bidla fid-destinazzjoni: Dan it-tagħrif għandu jkun limitat għad-data; għandu jintuża l-kodiċi nru n8 (CCYYMMDD).”;

(q)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Il-kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport” it-tieni u t-tielet paragrafi huma sostitwiti b’li ġej:

“Id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ għall-kunsinji “express” – il-kunsinji postali: għandu jingħata biss il-pajjiż tad-destinazzjoni aħħarija tal-merkanzija.

Id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul għall-kunsinji “express” – il-kunsinji postali: għandu jingħata biss il-pajjiż tat-tluq oriġinali tal-merkanzija.”;

(r)

Bejn in-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Il-kodiċi tal-valuta” u n-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “L-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ”, qed jiddaħħal dan li ġej:

Il-mezz tat-trasport mal-fruntiera

Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul: Il-mezz tat-trasport li jikkorrispondi mal-mezz attiv tat-trasport li permezz tiegħu l-merkanzija mistennija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità. Fil-każ ta’ trasport b’diversi mezzi, għandhom japplikaw ir-regoli mniżżlin fin-nota ta’ spjegazzjoni għall-kaxxa nru 21 tal-Anness 37;

Fejn il-merkanzija bl-ajru tinġarr permezz ta’ mezzi tat-trasport oħrajn apparti bl-ajru, għandu jiġi ddikjarat il-mezz tat-trasport l-ieħor.

Għandhom jintużaw il-Kodiċi nru 1, 2, 3, 4, 7, 8 jew 9 skont id-dispożizzjoni li hemm fl-Anness 38 għall-kaxxa tal-SAD nru 25.

[Ref.: il-kaxxa SAD nru 25]”;

(s)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “L-uffiċċju tad-dwana tal-ħruġ” it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“Id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ għall-kunsinji “express” – il-kunsinji postali: m’hemmx bżonn li jingħata dan l-element meta jista’ jintgħaraf awtomatikament u b’mod mhux ambigwu mill-elementi l-oħra tad-dejta mogħtija min-negozjant.”;

(t)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Post tat-tagħbija”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“Id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul għall-kunsinji “express” – il-kunsinji postali: m’hemmx bżonn li jingħata dan l-element meta jista’ jintgħaraf awtomatikament u b’mod mhux ambigwu mill-elementi l-oħra tad-dejta mogħtija min-negozjant.”;

(u)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “In-numru tal-oġġett individwali tal-merkanzija” l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“In-numru tal-oġġett individwali f’relazzjoni man-numru totali tal-oġġetti li hemm fid-dikjarazzjoni, fid-dikjarazzjoni sommarja jew fit-talba għal bidla fid-destinazzjoni.

It-talba għal bidla fid-destinazzjoni: meta jiġi pprovdut l-MRN u t-talba għal bidla fid-destinazzjoni ma tkunx tirrigwarda l-oġġetti individwali kollha tal-merkanzija ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, min ikun qed jitlob il-bidla fid-destinazzjoni għandu jagħti n-numri tal-oġġetti individwali relevanti mogħtija lill-oġġetti tal-merkanzija fid-dikjarazzjoni sommarja oriġinali tad-dħul.”


ANNESS II

L-Anness 37, it-Titolu II jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-Kaxxa 2: Il-Konsenjatur/Esportatur, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Daħħal in-numru EORI msemmi fl-Artikolu 1(16). Meta dak li jagħmel il-kunsinna/l-esportatur ma jkollux numru tal-EORI, l-amministrazzjoni doganali tista’ tassenjalu numru ad hoc għad-dikjarazzjoni kkonċernata.”

(b)

Fil-Kaxxa 8: Konsenjatarju, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn ikun meħtieġ numru ta’ identifikazzjoni, daħħal in-numru EORI msemmi fl-Artikolu 1(16). Jekk ma jkunx ġie assenjat numru EORI lill-konsenjatarju, daħħal in-numru mitlub mil-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.”

(ċ)

Fil-Kaxxa 14: Dikjarant/Rappreżentant, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Daħħal in-numru tal-EORI msemmi fl-Artikolu 1(16). Meta d-dikjarant/rappreżentant ma jkollux numru EORI, l-amministrazzjoni doganali tista’ tassenjalu numru ad hoc għad-dikjarazzjoni kkonċernata.”

(d)

Fil-Kaxxa 50: Prinċipal, l-ewwel sentenza tinbidel b’li ġej:

“Daħħal l-isem sħiħ (tal-persuna jew kumpanija) u l-indirizz tal-prinċipal, flimkien man-numru EORI msemmi fl-Artikolu 1(16). Meta n-numru EORI jkun provdut, l-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw l-obbligu li jkun provdut l-isem sħiħ (tal-persuna jew tal-kumpanija) u l-indirizz.”

(2)

It-Taqsima C hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-Kaxxa 2: Konsenjatur/Esportatur, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn ikun meħtieġ numru ta’ identifikazzjoni, daħħal in-numru EORI msemmi fl-Artikolu 1(16). Jekk ma ġiex assenjat numru tal-EORI lill-konsenjant/esportatur, daħħal in-numru mitlub mil-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.”

(b)

Fil-Kaxxa 8: Konsenjatarju, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Daħħal in-numru tal-EORI msemmi fl-Artikolu 1(16). Meta l-konsenjatarju ma jkollux numru tal-EORI, l-amministrazzjoni doganali tista’ tassenjalu numru ad hoc għad-dikjarazzjoni kkonċernata.”

(ċ)

Fil-Kaxxa 14: Dikjarant/Rappreżentant, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Daħħal in-numru tal-EORI msemmi fl-Artikolu 1(16). Meta d-dikjarant/rappreżentant ma jkollux numru tal-EORI, l-amministrazzjoni doganali tista’ tassenjalu numru ad hoc għad-dikjarazzjoni kkonċernata.”


ANNESS III

L-Anness 38, it-Titolu II jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-Kaxxa 2: Il-konsenjatur/esportatur huwa sostitwit b’li ġej:

“Fejn huwa meħtieġ numru ta’ identifikazzjoni, għandu jintuża n-numru EORI. Huwa strutturat kif ġej:

Sezzjoni

Kontenut

Tip ta’ sezzjoni

Format

Eżempji

1

L-identifikazzjoni tal-Istat Membru li jassenja n-numru (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha 2)

Alfabetiku 2

a2

PL

2

Identifikatur uniku fl-Istat Membru

Alfanumeriku 15

an..15

1234567890ABCDE

Eżempju: ‘PL1234567890ABCDE’ għal esportatur Pollakk (kodiċi tal-pajjiż: PL) li għandu n-numru EORI nazzjonali uniku ‘1234567890ABCDE.’

Kodiċi tal-pajjiż: il-kodiċi alfabetiċi Komunitarji għall-pajjiżi u t-territorji huma bbażati fuq il-kodiċi ISO alpha 2 (a2) kurrenti safejn huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta’ Mejju 1995 dwar l-istatistika rigward il-kummerċ ta’ oġġetti bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u pajjiżi mhux membri fuq in-naħa l-oħra (*). Regolarment, il-Kummissjoni tippubblika regolamenti li jaġġornaw il-lista tal-kodiċi tal-pajjiżi.

(*)  ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10.”"

(2)

It-test tal-Kaxxa 8: Konsenjatarju huwa sostitwit b’li ġej:

“Fejn huwa meħtieġ numru ta’ identifikazzjoni, għandu jintuża n-numru EORI, bl-istruttura kif speċifikata fid-deskrizzjoni għall-kaxxa 2.”

(3)

Fil-Kaxxa 14: Dikjarant/Rappreżentant, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel sentenza hi sostitwita b’li ġej:

“Fejn huwa meħtieġ numru ta’ identifikazzjoni, għandu jintuża n-numru EORI, bl-istruttura kif speċifikata fid-deskrizzjoni għall-kaxxa 2.”

(b)

it-tieni sentenza hi mħassra.

(4)

Il-Kaxxa 50 li ġejja hi miżjuda wara l-kaxxa 49:

Il-Kaxxa 50: Prinċipali

Fejn huwa meħtieġ numru ta’ identifikazzjoni, għandu jintuża n-numru EORI, bl-istruttura kif speċifikata fid-deskrizzjoni għall-kaxxa 2.”



ANNESS IV

“ANNESS 38d

(imsemmija fl-Artikolu 4o)

Dejta pproċessata fis-sistema ċentrali stipulata fl-Artikolu 4o(1)

(1)

In-numru EORI kif imsemmi fl-Artikolu 1(16).

(2)

Isem sħiħ tal-persuna

(3)

Indirizz ta’ stabbiliment/indirizz ta’ residenza: l-indirizz sħiħ tal-post fejn il-persuna hija stabbilita/toqgħod, inkluż l-identifikatur tal-pajjiż jew tat-territorju (il-kodiċi tal-pajjiż ISO alpha 2, jekk disponibbli, kif definit fl-Anness 38, it-Titolu II, il-kaxxa 2).

(4)

In-numru(-i) ta’ identifikazzjoni tal-VAT, meta jkun/u assenjat/i mill-Istati Membri.

(5)

Fejn xieraq, l-istatus legali kif imsemmi fid-dokument ta’ stabbiliment.

(6)

Data ta’ stabbiliment jew, fil-każ ta’ persuna naturali, id-data tat-twelid.

(7)

Tip ta’ persuna (persuna naturali, persuna ġuridika, assoċjazzjoni ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tal-Kodiċi) f’forma ta’ kodiċi. Il-kodiċi relevanti jingħataw hawn taħt:

(1)

Persuna naturali

(2)

Persuna ġuridika

(3)

Assoċjazzjoni ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tal-Kodiċi

(8)

Informazzjoni ta’ kuntatt: isem u indirizz tal-persuna ta’ kuntatt u kwalunkwe minn dawn li ġejjin: numru tat-tel., feks, indirizz elettroniku.

(9)

Fil-każ li l-persuna mhijiex stabbilita fiż-żona doganali Komunitarja: numru(-i) ta’ identifikazzjoni meta dan ikun assenjat lill-persuna kkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz li miegħu jkun hemm fis-seħħ Ftehim dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi kwistjonijiet doganali. Dan in-numru(-i) ta’ identifikazzjoni għandu jinkludi l-identifikatur tal-pajjiż jew taż-żona (il-kodiċi tal-pajjiż ISO alpha 2, jekk disponibbli, kif definit fl-Anness 38, it-Titolu II, il-kaxxa 2).

(10)

Fejn ikun xieraq, il-kodiċi tal-attività ekonomika ewlenija b’erba’ numri skont il-Klassifikazzjoni tal-Istatistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE) imniżżel fir-reġistru tan-negozju tal-Istat Membru kkonċernat.

(11)

Data ta’ skadenza tan-numru EORI, fejn applikabbli.

(12)

Kunsens, jekk jingħata, għall-iżvelar tad-dejta personali mniżżla fil-punti 1, 2 u 3.”


17.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 313/2009

tas-16 ta’ April 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [(Ir-Regolament dwar l-OKS Unika)] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2006, l-2007 u l-2008, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tal-ħjar u taċ-ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares għandhom jiġu aġġustati.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill- 1 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-iskattar

Livell tal-iskattar

(tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

594 495

78.0020

l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

108 775

78.0065

0707 00 05

Ħjar

l-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

19 309

78.0075

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

17 223

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

16 421

78.0100

0709 90 70

Zukkini

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

65 893

78.0110

0805 10 20

Larinġ

l-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

700 277

78.0120

0805 20 10

Klementin

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

385 569

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

95 620

78.0155

0805 50 10

Lumi

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

335 735

78.0160

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

64 586

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

il-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

89 754

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

876 665

78.0180

l-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

106 465

78.0220

0808 20 50

Lanġas

l-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

257 327

78.0235

l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

37 316

78.0250

0809 10 00

Berquq

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

4 199

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

il-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

133 425

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

39 144

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

7 658 ”


17.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 314/2009

tas-16 ta’ April 2009

li jadotta miżura ta’ appoġġ temporanja u eċċezzjonali għas-suq tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga fil-forma ta’ skema ta’ rimi f’parti mir-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 191 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara s-sejbiet reċenti ta’ livelli elevati ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs) li nstabu fil-laħam tal-majjal li ġej mill-Irlanda, is-sitwazzjoni tas-suq tal-laħam tal-majjal fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ fuq kienet partikolarment kritika. L-awtoritajiet kompetenti ħadu diversi miżuri biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni.

(2)

L-għalf kontaminat kien ikkonsenjat fl-irziezet tal-majjali u tal-baqar fl-Irlanda. L-għalf kontaminat jikkostitwixxi porzjon kbir ħafna tad-dieta tal-majjali u jirriżulta f’livelli elevati ta’ diossini fil-laħam mill-majjali mill-irziezet affettwati. Minħabba d-diffikultajiet biex il-laħam tal-majjal fl-irziezet jiġi ttraċċat lura u minħabba l-livelli elevati ta’ diossini li nstabu fil-laħam tal-majjal affettwat, l-awtoritajiet Irlandiżi ddeċidew li bħala miżura ta’ prekawzjoni jiġbru lura l-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-majjal kollha mis-suq.

(3)

Minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali u d-diffikultajiet prattiċi li qed jesperjenza s-suq tal-majjal fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 1278/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jadotta miżuri għall-appoġġ ta’ emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat fl-Irlanda (2) u r-Regolament (KE) Nru 1329/2008 tat-22 ta’ Diċembru 2008 li jadotta miżuri għall-appoġġ ta’ emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat f’parti mir-Renju Unit (3).

(4)

Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembur 2008 stieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa bdiewa u biċċeriji fl-Irlanda permezz ta’ miżuri kofinanzjati biex jitneħħew il-bhejjem u l-prodotti rilevanti mis-suq.

(5)

F’dan il-kuntest, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 94/2009 tat-30 ta’ Jannar 2009 li jadotta miżuri ta’ appoġġ temporanji u eċċezzjonali għas-suq tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga fil-forma ta’ skema ta’ rimi fl-Irlanda (4) jipprovdi skema ta’ rimi ta’ ċerti majjali u baqar li jkunu ġejjin minn irziezet li jkunu użaw għalf kontaminat kif ukoll għal prodotti tal-laħam tal-majjal li huma bblukkati fi, jew taħt ir-responsabbiltà ta’ biċċeriji fl-Irlanda.

(6)

Barra dan, fit-23 ta’ Diċembru 2008 l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni kontra skema ta’ għajnuna mill-Istat dwar miżuri eċċezzjonali marbuta ma’ prodotti tal-laħam li joriġina mill-bhejjem minn ħnieżer wara kontaminazzjoni bid-diossina fl-Irlanda (5) (minn hawn ‘il quddiem “skema ta’ għajnuna mill-Istat N 643/2008”) Dik l-iskema tipprovdi, taħt ċerti kundizzjonijiet, kumpens għal-laħam tal-majjal li jkun ġie rkuprat minn Stati Membri oħra.

(7)

Parti konsiderevoli tal-majjali li jinqatlu ġewwa l-Irlanda ta’ Fuq joriġinaw mill-Irlanda. F’dan ir-rigward, il-kontaminazzjoni tal-għalf fl-Irlanda bla dubju għandha wkoll riperkussjonijiet għas-suq tal-laħam tal-majjal fl-Irlanda ta’ Fuq. Madankollu, il-laħam tal-majjal li jkun ġej minn majjali maqtula fl-Irlanda huwa eliġibbli għall-kumpens taħt l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat Nru 643/2008, u b’hekk jiġi eskluż mill-kumpens taħt dik l-iskema kwalunkwe laħam li jkun ġej minn majjali maqtula fl-Irlanda ta’ Fuq.

(8)

Is-settur taċ-ċanga fl-Irlanda ta’ Fuq kien affettwat ukoll mill-kontaminazzjoni tal-għalf fl-Irlanda. Partikolarment, skont l-awtoritajiet tar-Renju Unit, huwa stabbilit li xi rziezet tal-baqar fl-Irlanda ta’ Fuq irċevew konsenji ta’ għalf kontaminat. B’riżultat ta’ dan, ċerti baqar qed jinżammu magħluqa fl-irziezet fl-Irlanda ta’ Fuq fejn eżami ta’ kampjuni minn baqar oħrajn irriżultaw pożittivi għal livelli elevati ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs); Barra minn hekk, ċertu kwantità ta’ ċanga li tkun ġejja mill-bhejjem maqtula fl-Irlanda ta’ Fuq mhux aktar tard mis-6 ta’ Diċembru 2008 u li hi maħżuna fir-Renju Unit, oriġinat minn merħliet fejn eżami ta’ kampjuni minn baqar oħra f’dawn il-merħliet irriżultaw pożittivi għal livelli elevati ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs).

(9)

Fil-livell ta’ rziezet fl-Irlanda ta’ Fuq, l-għalf kontaminat u l-applikazzjoni ta’ kontrolli li jipprojbixxu li l-baqar konċernati jidħlu fil-katina tal-ikel biex jitnaqqsu r-riskji potenzjali għas-saħħa pubblika, ħolqu sitwazzjoni fejn l-attivitajiet tan-negozju tagħhom qegħdin f’riskju serju. Barra minn hekk, il-problemi marbuta mal-benesseri tal-bhejjem jippersistu peress li l-baqar konċernati tqalu eċċessivament. Barra minn hekk, ċertu bdiewa konċernati qed ikollhom diffikultajiet finanzjarji konsiderevoli biex iżommu l-kreditu tagħhom għall-għalf.

(10)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit, għalhekk talbu lill-Kummissjoni tipprovdi aktar miżuri ta’ appoġġ ta’ emerġenza għas-suq tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga fl-Irlanda ta’ Fuq.

(11)

It-Taqsima I tal-Kapitolu II tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tipprovdi għal miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ. B’mod partikolari, l-Artikolu 44 tiegħu jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ appoġġ speċjali għas-suq fil-każ ta’ mard tal-bhejjem u l-Artikolu 45 jipprovdi li, fir-rigward tas-setturi tal-laħam u l-bajd tat-tjur, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq sabiex jittieħed kont ta’ disturbi serji fis-suq attribwiti direttament għal telf ta’ fiduċja tal-konsumatur minħabba riskji għas-saħħa pubblika, jew għas-saħħa tal-bhejjem. Biex jissolvew il-problemi prattiċi li ġejjin mis-sitwazzjoni attwali tas-suq tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga fl-Irlanda ta’ Fuq, huwa xieraq li tittieħed miżura temporanja u eċċezzjonali ta’ appoġġ għal dak is-suq, simili għal dawk stipulati fit-Taqsima I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u simili għal dawk adottati għall-Irlanda skont ir-Regolament (KE) Nru 94/2009.

(12)

Dik il-miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għandha tkun fil-forma ta’ skema ta’ rimi ta’ ċerti baqar li qed jinżammu magħluqa fl-irziezet fl-Irlanda ta’ Fuq fejn eżami ta’ kampjuni minn baqar oħrajn irriżultaw pożittivi għal livelli elevati ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs). Barra minn hekk, huwa xieraq ukoll li tiġi pprovduta skema ta’ rimi ta’ prodotti taċ-ċanga u tal-laħam tal-majjal li huma miżmuma fi, jew taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll ta’ biċċeriji fir-Renju Unit, u li dwarhom hemm l-inċertezza jekk dawn il-prodotti ġewx minn baqar jew majjali li ġew minn irziezet li użaw għalf kontaminat.

(13)

Dik il-miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għandha għalhekk tindirizza r-riskji dejjem akbar għas-saħħa u l-benesseri tal-bhejjem, u fl-istess ħin telimina l-possibbiltà li prodotti minn bhejjem li jista’ jkollhom livelli elevati ta’ kontaminazzjoni jidħlu fil-katina tal-ikel jew tal-għalf. Barra minn hekk, dik il-miżura għandha tevita li s-suq taċ-ċanga u l-laħam tal-majjal fl-Irlanda ta’ Fuq ikun fi żvantaġġ kompetittiv distint meta mqabbel ma’ dak fl-Irlanda, fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-iskema ta’ rimi taħt ir-Regolament (KE) Nru 94/2009 u dawk taħt l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat N 643/2008.

(14)

Il-miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għandha tkun iffinanzjata parzjalment mill-Komunità. Il-kontribut Komunitarju għall-kumpens għandu jiġi espress bħal ammonti medji massimi għal kull bhima jew għal kull tunnellata ta’ ċanga jew laħam tal-majjal, għal kwantità limitata ta’ prodotti konċernati, waqt li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jintalbu jiddeterminaw il-prezz ta’ kumpens u għalhekk l-ammont tal-finanzjament parzjali abbażi tal-valur tal-bhejjem u l-prodotti fis-suq ikkumpensati fil-limiti speċifikati.

(15)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-kontrolli u l-miżuri ta’ sorveljanza kollha meħtieġa għall-applikazzjoni xierqa tal-miżura eċċezzjonali pprovduta f’dan ir-Regolament u jinfurmaw lill-Kummissjoni skont dan.

(16)

Billi għal raġunijiet ta’ benesseri tal-bhejjem, saħħa pubblika u provvista tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti kellhom jibdew ir-rimi tal-bhejjem kif ukoll tal-prodotti konċernati mill-14 ta’ Frar 2009, id-data tar-rikjesta mir-Renju Unit, hemm il-ħtieġa tal-provvediment li dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(17)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

1.   Miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għal parti mis-suq tar-Renju Unit qiegħda hawnhekk tiġi introdotta fil-forma ta’ skema ta’ rimi għal:

(a)

baqar li ilhom fl-irziezet mis-6 ta’ Diċembru 2008 fi rziezet fl-Irlanda ta’ Fuq fejn kampjuni minn baqar oħrajn urew riżultati pożittivi ta’ livelli elevati ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs);

(b)

ċanga friska, imkessħa jew iffriżata li tkun ġejja mill-bhejjem maqtula fl-Irlanda ta’ Fuq mhux aktar tard mis-6 ta’ Diċembru 2008 u li hi maħżuna fl-Irlanda ta’ Fuq u ġejja minn merħliet fejn kampjuni minn baqar oħra f’dawn il-merħliet irriżultaw pożittivi għal livelli elevati ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs).

(c)

laħam tal-majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat li ġej minn bhejjem li oriġinaw mill-Irlanda u li nqatlu fl-Irlanda ta’ Fuq mhux aktar tard mis-6 ta’ Diċembru 2008. Il-laħam tal-majjal huwa maħżun fir-Renju Unit:

(i)

fil-biċċerija; jew

(ii)

barra ‘l biċċerija, taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll tal-biċċerija, sakemm il-biċċerija tissodisfa l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 2

Rimi ta’ bhejjem u laħam

1.   L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit huma awtorizzati biex jikkumpensaw għar-rimi tal-bhejjem u l-laħam imsemmi fl-Artikolu 1, bil-għan li jinqatlu u jinqerdu għal kollox dawn il-bhejjem u l-prodotti sekondarji rilevanti tagħhom u li l-laħam jinqered f’konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti.

Il-qerda tal-bhejjem ħajjin għandha ssir billi jinġarru lejn biċċerija, u wara li jingħaddu u jintiżnu, il-karkassi kollha jiġu ttrasportati lejn impjant ta’ trattament, fejn jiġu ttrattati l-materjali kollha.

Meta l-bhejjem ma jistgħux jiġu ttrasportati lejn biċċerija, jistgħu jinqatlu fir-razzett.

Il-qerda tal-laħam issir wara l-użin u t-trasport lejn impjant ta’ trattament, fejn jiġu ttrattati l-materjali kollha.

Dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu taħt is-sorveljanza permanenti tal-awtoritajiet kompetenti, bl-użu ta’ listi standardizzati ta’ kontroll li jinkorporaw paġni ta’ wżin u għadd.

2.   Il-kumpens li se jitħallas mill-awtoritajiet kompetenti għar-rimi tal-bhejjem imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 u l-prodotti msemmija fil-punti (b) u (c) ta’ dak l-Artikolu ma għandux jaqbeż il-valur tas-suq tal-bhejjem u l-prodotti konċernati fil-mument ta’ qabel id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Irlandiżi li jiġbru lura, bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal kollha mis-suq.

Sabiex jiġi evitat kumpens żejjed, il-kumpens imħallas mill-awtoritajiet kompetenti għandu jqis kwalunkwe tip ieħor ta’ kumpens li l-fornituri tal-bhejjem jew biċċeriji jistgħu jkunu intitolati għalih.

3.   Il-kumpens għall-prodotti li se jintremew skont dan ir-Regolament għandu jitħallas mill-awtoritajiet kompetenti wara li l-impjant ta’ trattament jirċievi l-prodotti u wara l-kontrolli skont l-Artikolu 4(1)(c). Il-kumpens imħallas skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun eliġibbli għal finanzjament parzjali mill-Komunità wara li tkun ġiet stabbilita l-qerda kompluta tal-prodotti konċernati abbażi tal-verifiki dokumentarji u fiżiċi kollha meħtieġa.

Il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (6) għandu japplika mutatis mutandis.

Għandu jkun eliġibbli biss għal finanzjament parzjali mill-Komunità dak l-infiq iddikjarat sa mhux aktar tard minn dak għall-Lulju 2009.

Artikolu 3

Finanzjament

2.   Għall kull annimal jew laħam li jinqered kompletament, il-Komunità għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab skont l-Artikolu 2(1). Dan il-finanzjament parzjali għandu jkun ekwivalenti għal mhux aktar minn ammont medju massimu ta’:

(a)

EUR 468,62 għal kull ras għal mhux iktar minn 5 196 baqra;

(b)

EUR 3 150,00 għal kull tunnellata ċanga għal mhux iktar minn 40 tunnellata ċanga;

(c)

EUR 1 133,50 għal kull tunnellata ta’ laħam tal-majjal għal mhux iktar minn 1 034 tunnellata ta’ laħam tal-majjal.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-finanzjament parzjali għall kull annimal u prodott tal-laħam ikkumpensat abbażi tal-valur fis-suq imsemmi fl-Artikolu 2(2) u jirrispetta l-ammonti medji massimi stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2009, bit-total tal-infiq kumpensatorju, billi jindika l-għadd u l-kategoriji ta’ baqar kif ukoll il-volum u t-tipi ta’ ċanga jew laħam tal-majjal li ntremew skont dan ir-Regolament.

6.   Jekk jiġi stabbilit li l-benefiċjarju tal-ammont imħallas skont l-Artikolu 2(3) jkun irċieva wkoll kumpens taħt polza ta’ assigurazzjoni jew kumpens imħallas minn persuna terza, ir-Renju Unit għandu jirkupra dak l-ammont u jikkredita 50 % tiegħu lill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija bħala tnaqqis tal-infiq korrispondenti. Jekk l-ammont imħallas skont l-Artikolu 2(3) kien ogħla mill-kumpens riċevut, ir-Renju Unit għandu jirkupra ammont ugwali għal dak il-kumpens.

Artikolu 4

Kontrolli u komunikazzjoni

3.   Ir-Renju Unit għandu jadotta l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżgura l-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, partikolarment billi:

(a)

jiżgura li ebda prodott kumpensat skont l-Artikolu 2 ma jidħol fil-katina tal-ikel u l-għalf billi jipprevedi sorveljanza adattata fuq il-post, aġenti ta’ denaturazzjoni kif jixraq u siġilli fuq il-konsenji;

(b)

iwettaq kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà, mill-anqas darba kull xahar, f’kull impjant ta’ trattament parteċipanti biex jiżgura li l-karkassi, iċ-ċanga u l-laħam tal-majjal kollha ttrasportati mill-bidu tal-iskema jew mill-aħħar tali kontroll ikunu ġew ittrattati;

(c)

iwettaq kontroll tal-inventarju fuq il-post, rigward ċanga u laħam tal-majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat maħżun f’lokalitajiet għajr minn biċċeriji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(c)(ii), biex jistabbilixxi l-kwantità ta’ ċanga u ta’ laħam tal-majjal derivat mill-bhejjem maqtula mhux aktar tard mis-6 ta’ Diċembru 2008, biex jiżgura li dik iċ-ċanga u dak il-laħam tal-majjal huma sikuri, jistgħu jiġu identifikati faċilment u jinżammu fiżikament apparti minn ħażniet oħrajn, u li l-operazzjonijiet ta’ tneħħija huma soġġetti għall-kontrolli ta’ identifikazzjoni u wżin meħtieġa;

(d)

jipprovdi għal kontrolli fuq il-post u rapporti dettaljati dwar dawk il-kontrolli li partikolarment jindikaw:

(i)

il-firxa tal-età, il-klassifika u l-għadd totali ta’ bhejjem ittrasportati mir-razzett, id-data u l-ħin tat-trasport tagħhom u l-wasla f’biċċerija;

(ii)

il-kwantitajiet ta’ karkassi ttrasportati taħt is-siġill mill-biċċerija u milqugħa fl-impjant ta’ trattament, il-permess tal-moviment tal-bhejjem u n-numri tas-siġilli;

(iii)

fil-każ ta’ qtil fir-razzett kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1), l-għadd ta’ bhejjem maqtula fir-razzett, l-għadd ta’ karkassi ttrasportati taħt is-siġill mir-razzett u l-kwantità milqugħa fl-impjanti ta’ trattament, il-permess tal-moviment tal-bhejjem u n-numri tas-siġilli;

(iv)

għall kull prodott taċ-ċanga u tal-laħam tal-majjal, id-data tal-qtil tal-annimal li minnu jkun ġej il-prodott u protokoll tal-piż ta’ dak il-prodott; u rigward iċ-ċanga u l-laħam tal-majjal frisk, imkessħa jew iffriżati maħżuna f’lokalitajiet għajr biċċeriji, il-lokalità u l-passi meħuda biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-prodott konċernat matul il-ħażna u t-tneħħija;

(v)

il-kwantitajiet u l-klassifika ta’ prodott taċ-ċanga u tal-laħam tal-majjal ittrasportat taħt siġill mill-punt tal-ġbir u milqugħ fl-impjant ta’ trattament, il-permess tal-moviment u n-numri tas-siġilli;

(vi)

l-aspetti, ir-reġistri u d-dokumenti vverifikati skont il-kontroll meħtieġ taħt il-punt (b) hawn fuq, u mill-anqas sommarju għal kull ġurnata tal-kwantitajiet ta’ karkassi, ċanga u laħam tal-majjal li jidħlu fl-impjant ta’ trattament, id-dati korrispondenti u l-kwantitajiet ittrattati.

4.   Ir-Renju Unit għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

(a)

kemm jista’ jkun malajr wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, deskrizzjoni tal-arranġamenti implimentati tagħha għall-kontroll u r-rappurtar tal-operazzjonijiet involuti kollha;

(b)

mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2009 rapport dettaljat dwar il-kontrolli mwettqa skont il-paragrafu 1.

Artikolu 5

Miżura ta’ intervent

Il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala miżuri ta’ intervent biex jirregolaw is-swieq agrikoli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (7).

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-14 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 78.

(3)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 29, 31.1.2009, p. 41.

(5)  ĠU C 36, 13.2.2009, p. 2.

(6)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


DIRETTIVI

17.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/31


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/36/KE

tas-16 ta’ April 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, rigward prodotti kożmetiċi, għall-iskop tal-adattar tal-Anness III tagħhom mal-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “L-użu ta’ żebgħa permanenti tax-xagħar u r-riskju tal-kanċer tal-bużżieqa tal-awrina”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex tal-Ikel maħsuba għal Konsumaturi, attwalment il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti għal Konsumaturi (minn issa ‘l quddiem il-“KXPK”) (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali kienu ta’ tħassib. Dan irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tal-kimiċi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

Il-KXPK jirrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni ġenerali għas-sikurezza għas-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi l-ħtiġijiet għall-ittestjar tas-sustanzi wżati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità/mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

(3)

Skont l-opinjonijiet tal-KXPK, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, qablet dwar strateġija komprensiva biex tirregola s-sustanzi użati fiż-żebgħa tax-xagħar li dwarha l-industrija ġiet obbligata tressaq il-fajls bid-data xjentifika dwar is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar biex jiġu vvalutati mill-KXPK.

(4)

Is-sustanzi li għalihom ġew ippreżentati fajls aġġornati dwar is-sikurezza qed jiġu vvalutati attwalment mill-KXPK. Diġà ngħataw opinjonijiet finali għal 17-il sustanza fiż-żebgħa tax-xagħar mill-KXPK. Għalhekk, tista’ ssir regolamentazzjoni definittiva ta’ dawn is-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar, fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet bħal dawn.

(5)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ din id-Direttiva mill-15 ta’ Mejju 2010,

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  L-isem tal-kumitat ġie mibdul bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (ĠU L 66, 04.03.2004, p. 45).


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1 tal-Anness III qed jiżdiedu n-numri ta’ referenzi 189-205 kif ġej:

In-numru ta’ referenza

Is-sustanza

Restrizzjonijiet

Il-kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

Kamp ta’ applikazzjoni u/jew użu

Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kożmetiku lest

Limitazzjonijiet u ħtiġijiet oħrajn

a

b

c

d

e

f

“189

Trisodium 5-hydroxy-1-(4-sulphophenyl)-4-(4-sulphophenylazo)pyrazole-3-carboxylate and aluminium lake (15)

Acid Yellow 23

CAS 1934-21-0

EINECS 217-699-5

Acid Yellow 23 Aluminum lake

CAS 12225-21-7

EINECS 235-428-9

CI 19140

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

0,5  %

 

 

190

Benzenemethanaminium, N-ethyl-N-[4-[[4-[ethyl-[(3-sulfophenyl)-methyl]-amino]-phenyl] [2-sulfophenyl)methylene]-2,5-cyclohexadien-1-ylidene]-3-sulfo, inner salt, id-dissodju tal-melħ u l-imluħa tiegħu tal-ammonju u tal-aluminju (15)

Acid Blue 9

CAS 3844-45-9

EINECS 223-339-8

Acid Blue 9 Ammonium salt

CAS 2650-18-2

EINECS 220-168-0

Acid Blue 9 Aluminum lake

CAS 68921-42-6

EINECS 272-939-6

CI 42090

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

0,5  %

 

 

191

Disodium 6-hydroxy-5-[(2-methoxy-4-sulphonato-m-tolyl)azo]naphthalene-2-sulphonate (15)

Curry Red

CAS 25956-17-6

EINECS 247-368-0

CI 16035

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

0,4  %

 

 

192

Trisodium 1-(1-naphthylazo)-2-hydroxynaphthalene-4’,6,8-trisulphonate u aluminium lake (15)

Acid Red 18

CAS 2611-82-7

EINECS 220-036-2

Acid Red 18 Aluminum lake

CAS 12227-64-4

EINECS 235-438-3

CI 16255

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

0,5  %

 

 

193

Idroġenu 3,6-bis(diethylamino)-9-(2,4-disulphonatophenyl)xanthylium, melħ tas-sodju (15)

Acid Red 52

CAS 3520-42-1

EINECS 222-529-8

CI 45100

a)

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

b)

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

b)

0,6  %

a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

a)

Il-proporzjon ta’ taħlit għandu jkun stampat fuq it-tikketta.

194

Disodium 5-amino-4-hydroxy-3-(phenylazo)naphthalene-2,7-disulphonate (15)

Acid Red 33

CAS 3567-66-6

EINECS 222-656-9

CI 17200

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

0,5  %

 

 

195

Sodju 1-amino-4-(cyclohexylamino)-9,10-dihydro-9,10-dioxoanthracene-2-sulphonate (15)

Acid Blue 62

CAS 4368-56-3

EINECS 224-460-9

CI 62045

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

0,5  %

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

 

196

1-[(2’-Methoxyethyl)amino]-2-nitro-4-[di-(2’-hydroxyethyl)amino]benzene (15)

HC Blue No 11

CAS 23920-15-2

EINECS 459-980-7

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

2,0  %

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

 

197

1,5-Di-(ß-hydroxyethylamino)-2-nitro-4-chlorobenzene (15)

HC Yellow No 10

CAS 109023-83-8

EINECS 416-940-3

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

0,1  %

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

 

198

3-Methylamino-4-nitrophenoxyethanol (15)

3-Methylamino-4-nitrophenoxyethanol (INCI)

CAS 59820-63-2

EINECS 261-940-7

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

0,15  %

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

 

199

2,2’-[[4-[(2-hydroxyethyl)amino]-3-nitrophenyl]imino]bisethanol (15)

HC Blue No 2

CAS 33229-34-4

EINECS 251-410-3

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

2,8  %

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

200

1-Propanol, 3-[[4-[bis(2-hydroxyethyl)amino]-2-nitrophenyl]amino] (15)

HC Violet No 2

CAS 104226-19-9

EINECS 410-910-3

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

2,0  %

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

201

Phenol, 2-chloro-6-(ethylamino)-4-nitro- (15)

2-Chloro-6-ethylamino-4-nitrophenol

CAS 131657-78-8

EINECS 411-440-1

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

3,0  %

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

202

4,4’-[1,3-Propanediylbis(oxy)]bisbenzene-1,3-diamine u melħ tat-tetrahydrochloride (15)

1,3-bis-(2,4-Diaminophenoxy)propane

CAS 81892-72-0

EINECS 279-845-4

1,3-bis-(2,4-Diaminophenoxy)propane HCl

CAS 74918-21-1

EINECS 278-022-7

a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar

b)

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

b)

1,2 % bħala bażi ħielsa (1,8 % bħala melħ tat-tetrahydrochloride)

a)

Wara taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,2 % ikkalkulat bħala bażi libera (1,8 % bħala melħ tat-tetrahydrocholoride).

a)

Il-proporzjon ta’ taħlit għandu jkun stampat fuq it-tikketta

Għal a) u għal b):

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

203

6-Methoxy-N2-methyl-2,3-pyridinediamine hydrochloride u l-melħ dihydrochloride (15)

6-Methoxy-2-methylamino-3-aminopyridine HCl

CAS 90817-34-8 (HCl)

CAS 83732-72-3 (2HCl)

EINECS 280-622-9 (2HCl)

a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

b)

0,68 % bħala bażi ħielsa (1,0 % bħala dihydrochloride)

a)

Wara taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż iż-0,68 % ikkalkulat bħala bażi libera (1,0 % bħala dihydrochloride).

Għal a) u għal b):

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

a)

Il-proporzjon ta’ taħlit għandu jkun stampat fuq it-tikketta

Għal a) u għal b):

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

204

2,3-Dihydro-1H-indole-5,6-diol u l-melħ tiegħu hydrobromide (15)

Dihydroxyindoline

CAS 29539-03-5

Dihydroxyindoline HBr

CAS 138937-28-7

EINECS 421-170-6

Sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

2,0  %

 

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

205

4-Hydroxypropylamino-3-nitrophenol (15)

4-Hydroxypropylamino-3-nitrophenol (INCI)

CAS 92952-81-3

EINECS 406-305-9

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

2,6 %

a)

Wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,6 % ikkalkulata bħala bażi ħielsa.

Għal a) u b):

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu f’nitrosamin: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrite

Il-proporzjon ta’ taħlit għandu jiġi stampat fuq it-tikketta.

(2)

Titħassar it-taqsima b fil-kolonni “c” u “d” tan-numru ta’ reġistrazzjoni 55 tal-Parti 2 tal-Anness III.

(3)

Jitħassru n-numri ta’ referenza 7, 9, 14, 24, 28, 47, u 58 fil-Parti 2 tal-Anness III.


(15)  Il-bażi ħielsa u l-imluħa ta’ dan l-ingredjent ta’ kulur tax-xagħar, sakemm mhumiex projbiti skont l-Anness II, jistgħu jintużaw.”


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

17.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/38


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2009

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2009/326/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 26 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2) u b’mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-ammont annwali massimu ta’ EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)

Ir-Rumanija ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta’ diżastru kkawżat minn għargħar. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-applikazzjoni tilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolamenti (KE) Nru 2012/2002, u għaldaqstant tipproponi li tawtorizza l-appropjazzjonijiet korrispondenti.

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 11 785 377 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p.3.


Il-Kummissjoni

17.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ April 2009

li ttemm il-proċediment kontra d-dumping li jirrigwarda l-importazzjoni ta’ prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f’fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan

(2009/327/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   It-tnedija tal-proċediment

(1)

Fl-1 ta’ Frar 2008, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż (“l-avviż ta’ inizjazzjoni”) ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), il-bidu ta’ proċediment kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f’fuljetti (“SSCR”), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”), ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan (“il-pajjiżi kkonċernati”).

(2)

Il-proċediment inbeda wara lment imressaq fil-21 ta’ Diċembru 2007 minn EUROFER (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, li f’dan il-każ ilaħħaq aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-SSCR fil-Komunità. L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping ta’ SSCR li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, u din l-evidenza tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati u ż-żjarat ta’ verifika

(3)

Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-kwerelant, lill-produtturi Komunitarji kollha, l-importaturi/kummerċjanti u l-utenti magħrufa li huma kkonċernati u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom, kif ukoll il-produtturi esportaturi u l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati dwar it-tnedija tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smiegħ.

(4)

Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jkollhom l-opportunità li jressqu talba gћal trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”) jew għal trattament individwali (“IT”) jekk ikunu jixtiequ, il-Kummissjoni bagћtet il-formoli xierqa lill-produtturi esportaturi magћrufa li huma kkonċernati kif ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Erba’ gruppi ta’ kumpaniji fir-RPĊ talbu MET skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, jew inkella IT f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet gћal MET.

(5)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan, ta’ importaturi fil-Komunità, u ta’ produtturi Komunitarji, it-teħid ta’ kampjuni għal dawk il-partijiet ġie previst fl-avviż ta’ inizjazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(6)

Madankollu, fil-każ tar-RPĊ u r-Repubblika tal-Korea, billi l-investigazzjoni tal-kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji kollha li kienu qed jikkooperaw tqieset bħala fattibbli fi żmien id-dati stabbiliti u fl-istess waqt mhux ta’ xi piż sproporzjonat, sussegwentement ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni mhux meħtieġ. Fil-każ tat-Tajwan, minn fost l-10 kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji (grupp wieħed ikkonsista f’żewġ kumpaniji) li rrispondew għall-mistoqsijiet intiżi għat-teħid tal-kampjuni, intgħażel kampjun ta’ erba’ kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji. Madankollu, wieħed minnhom sussegwentement irtira l-kooperazzjoni tiegħu; għaldaqstant il-kampjun finali huwa magħmul minn tliet kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji. Fl-aħħar nett, kumpanija waħda Tajwaniża li ma ntgħażlitx għat-teħid ta’ kampjuni talbet li tiġi eżaminata individwalment skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, billi din ma ressqitx biżżejjed informazzjoni, tqieset li mhix qed tikkoopera.

(7)

Fir-rigward tal-importaturi tal-SSCR, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi kollha magħrufa biex jipprovdu informazzjoni dwar importazzjonijiet u bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Għadd kbir ta’ importaturi offrew li jikkooperaw. Il-ħames importaturi ewlenin f’dak li huwa volum ta’ importazzjonijiet intgħażlu għall-kampjun. Dawn l-importaturi jirrappreżentaw madwar 16 % tal-importazzjonijiet Komunitarji totali mill-pajjiżi kkonċernati. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni. Madankollu, tlieta mill-importaturi magħżula eventwalment ma ppreżentawx risposta għall-kwestjonarju u ddeċidew li ma jkomplux jikkooperaw fl-investigazzjoni. Iż-żewġ importaturi li kien għad fadal irrappreżentaw 2-4 % tal-importazzjonijiet Komunitarji totali mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Billi l-inklużjoni ta’ xi wħud mill-importaturi l-oħra li kienu offrew li jikkooperaw qajla kienet se taffettwa r-rappreżentattività tal-kampjun, ġie deċiż li ma jiġux sostitwiti t-tliet importaturi magħżula għall-kampjun li temmew il-kooperazzjoni tagħhom fl-investigazzjoni.

(8)

Fir-rigward tal-produtturi Komunitarji, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, intagħżel kampjun abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-SSCR mill-KE fil-Komunità, li jista’ jkun investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi fil-Komunità, il-Kummissjoni għażlet erba’ kumpaniji (żewġ gruppi ta’ kumpaniji relatati) li jipproduċu u jbiegħu l-akbar volum fil-Komunità. F’dik li hija produzzjoni Komunitarja, il-kumpaniji magħżula għat-teħid tal-kampjun jirrappreżentaw 62 % tal-istima totali ta’ produzzjoni tal-SSCR fil-Komunità u 99 % tal-volum tal-bejgħ fil-Komunità mill-produtturi li offrew li jikkooperaw. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni. Barra minn hekk, il-produtturi Komunitarji li kien għad fadal intalbu jipprovdu ċerta dejta ġenerali għall-analiżi tal-ħsara.

(9)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet kollha magħrufa, lill-produtturi u l-esportaturi Komunitarji, u lill-produtturi esportaturi li ġew magħżula bħala kampjuni. Waslu lura kwestjonarji mimlija mingħand erba’ produtturi Komunitarji, 25 kumpanija li jappartjenu għal erba’ gruppi ta’ kumpaniji fir-RPĊ, tmien kumpaniji li jappartjenu għal tliet gruppi ta’ kumpaniji fir-Repubblika tal-Korea, tliet produtturi esportaturi magħżula bħala kampjuni mit-Tajwan, kumpanija waħda mit-Tajwan li talbet eżaminar individwali, żewġ importaturi u ħames utenti fil-Komunità. Barra minn dawn, sitt produtturi Komunitarji oħra minn fost dawk li kien għad fadal ipprovdew id-dejta ġenerali mitluba.

(10)

Il-Kummissjoni kisbet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa għall-iskop ta’ eżaminar tat-talbiet MET/IT fil-każ tar-RPĊ, u għal determinazzjoni tad-dumping, il-ħsara li rriżultat u l-interess Komunitarju għall-pajjiżi kkonċernati. Żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi Komunitarji

ArcelorMittal, Genk, il-Belġju,

ArcelorMittal, Pariġi, Franza,

ThyssenKrupp Nirosta, Krefeld, il-Ġermanja,

ThyssenKrupp Terni, Terni, l-Italja;

(b)

Produtturi esportaturi fit-Tajwan

Chia Far Industrial Factory Co., Ltd, Tajpej,

Jie Jin Material Science Technology Co. Ltd, Yung Kang City,

Yeun Chyang Industrial Co., Ltd, Shijou Shiang, Chang-Hwa,

Il-Grupp YUSCO (Yieh United Steel Corporation u kumpaniji relatati), Kaohsiung;

(ċ)

Produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea

Daiyang Metal Co., Ltd; Seoul,

Il-grupp ta’ BNG Steel Co., Ltd u Hyundai Steel Company; Changwon u Seoul,

Il-grupp ta’ POSCO u Daimyung TMS CO., Ltd; Seoul;

(d)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Lianzhong Stainless Steel Corp. (LISCO), Guangzhou,

Ningbo Qiyi Precision Metals Co., Ltd; Ningbo,

POSCO China Group, (grupp ta’ 8 kumpaniji); Zhangjiagang, Qingdao u Ħong Kong SAR,

Il-grupp STSS (Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd u 14-il kumpanija relatata); Taiyuan, Tianjin, Wuxi, Foshan, Ħong Kong SAR u Willich, il-Ġermanja;

(e)

Importaturi mhux relatati fil-Komunità

Minmetals Germany GmbH, Düsseldorf, il-Ġermanja,

Nord Est Metalli Srl, San Vito al Tagliamento, l-Italja;

(f)

Utenti fil-Komunità

BSH Bosch Siemens Hausgeräte GmbH, Munich, il-Ġermanja,

Eberspächer GmbH & Co. KG, Neunkirchen, il-Ġermanja,

Lowara Srl, Montecchio Maggiore, l-Italja.

(11)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li jaf ma jingħatalhomx MET, saret verifika fil-pajjiż analogu magħżul provviżorjament, l-Istati Uniti tal-Amerika, fil-kwartieri tal-produtturi li ġejjin:

AK Steel; West Chester, OH, Coshocton, OH u Butler, PA,

Theis Precision Metal; Bristol, CT.

1.3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(12)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta Jannar 2004 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

1.4.   Prodott ikkonċernat

(13)

Il-prodott li allegatament huwa oġġett ta’ dumping jikkonsisti f’prodotti tal-azzar inossidabbli mgħattna, li mhux maħduma ulterjorment għajr mgħattna mingħajr tisħin (imraqqa mingħajr tisħin) f’fuljetti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan (“il-prodott ikkonċernat”), u li normalment huma ddikjarati fi ħdan il-kodiċi NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89.

(14)

L-SSCR jintuża f’firxa wiesgħa ta’ industriji mmirati għall-konsum u applikazzjonijiet finali. Eżempji ta’ dawn huma:

Il-manifattura tal-karozzi: is-sistema tal-egżost, komponenti ta’ dekorazzjoni, tas-sigurtà kif ukoll strutturali;

Tagħmir għall-industriji tal-kimiċi, il-petrokimiċi, il-manifattura tal-karta, l-ipproċessar tal-ikel u l-farmaċewtiċi;

Apparat tad-dar, għodod tal-kċina, oġġetti tal-mejda u pożati;

Il-manifattura ta’ tagħmir mediku;

Dwalijiet pubbliċi u tagħmir ta’ aċċessorji tat-toroq;

Il-manifattura ta’ tubi għat-trasport ta’ fluwidi, dekorazzjoni, applikazzjonijiet strutturali, u skambjaturi tas-sħana;

Bini ta’ vapuri;

Impjanti tad-desalinità;

Il-manifattura ta’ trakkijiet u vaguni tal-ferroviji, bawżers, u kontenituri ta’ tkessiħ;

Applikazzjonijiet strutturali u dekorattivi fl-industrija tal-bini.

1.5.   Rapport Provviżorju u l-proċedura sussegwenti

(15)

Fl-4 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati Rapport Interim li jistipula s-sejbiet provviżorji tagħha fir-rigward ta’ dan il-proċediment, jiġifieri l-fatt li l-investigazzjoni stabbiliet b’mod provviżorju l-eżistenza ta’ dumping imma ma kkonkludietx dwar l-eżistenza ta’ xi rabta materjali bejn l-importazzjonijiet li kkostitwew dumping u kwalunkwe ħsara sofferta mill-industrija Komunitarja u enfasizzat il-ħtieġa li tiġi investigata aktar is-sitwazzjoni kif ukoll l-aspett ta’ theddida ta’ ħsara possibbli. Abbażi tas-sejbiet provviżorji tqies xieraq li ma jiġux imposti xi miżuri provviżorji imma li titkompla l-investigazzjoni. Il-partijiet kollha ngħataw l-opportunità li jippreżentaw evidenza u kummenti rigward is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li ħasset li kienet meħtieġa għas-sejbiet finali tagħha.

2.   L-IRTIRAR TAL-ILMENT U TMIEM IL-PROĊEDIMENT

(16)

Permezz ta’ ittra tal-4 ta’ Marzu 2009 indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant formalment irtira l-ilment tiegħu. Skont il-kwerelant, dan l-irtirar tħeġġeġ mill-fatt li s-sitwazzjoni attwali tas-suq għall-industrija Komunitarja hija differenti ferm mis-sitwazzjoni tas-suq kif kienet meta tressaq l-ilment, billi dan l-aħħar id-domanda reali u apparenti fl-UE waqgħet sew u dan wassal ukoll għal tnaqqis fl-importazzjoni. Minħabba dawn it-turbolenzi fis-suq, il-kwerelant ma jridx ikompli bil-każ attwali tiegħu li kien imsejjes fuq analiżi ta’ dejta storika li m’għadhiex tirrifletti bi sħiħ il-kundizzjonijiet attwali tas-suq. Skont il-kwerelant, ikun aħjar li f’dawn iċ-ċirkostanzi wieħed iwieġeb għal kwalunkwe prattiki kummerċjali inġusti u inġurjużi permezz ta’ każ ġdid - jekk xi sitwazzjoni fil-ġejjieni titlob azzjoni ta’ dan it-tip - biex b’hekk jiġu indirizzati l-kwistjonijiet fit-totalità kollha tagħhom.

(17)

Il-kwerelant argumenta wkoll li jekk il-volumi tal-importazzjoni jerġgħu jikbru, dawn l-importazzjonijiet jafu fiċ-ċirkustanzi prevalenti jixħtu l-vjabbiltà tal-industrija Komunitarja f’dubju.

(18)

Għandu jiġi nnutat li s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-prodott ikkonċernat kemm fil-KE u anki fil-pajjiżi inkwistjoni hija kkaratterizzata minn bidla bla preċedent tal-parametri ekonomiċi fundamentali. Filwaqt li f’dawn iċ-ċirkustanzi huwa diffiċli li tagħmel preżunzjonijiet motivati dwar l-iżvilupp tas-suq fuq medda qasira u medja ta’ żmien, jidher ukoll li s-sitwazzjoni ekonomika hija volatili u li s-sejbien ta’ dumping inġurjuż ma jistax jiġi eskluż. Billi matul talanqas parti mill-perjodu tal-investigazzjoni nstab li kien hemm żieda konsiderevoli ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi inkwistjoni f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir u meta wieħed iqis it-twaqqigħ tal-prezz stabbilit, hu meqjus xieraq li jiġu ssorveljati l-importazzjonijiet lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat. L-informazzjoni miksuba fil-qafas ta’ sorveljanza ta’ dan it-tip tippermetti lill-Kummissjoni tirreaġixxi malajr, jekk ikun meħtieġ. Pereżempju, din tista’ tintuża għall-għanijiet ta’ tnedija ta’ xi proċediment ġdid dejjem jekk il-kundizzjonijiet kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku jkunu sodisfatti, jiġifieri jekk ikun hemm biżżejjed evidenza prima facie ta’ dumping inġurjuż.

(19)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, jekk ikun hemm xi proċediment ġdid rigward dan il-prodott u ċ-ċirkustanzi jkunu jitolbuha, jista’ jkun jixraq li titwettaq investigazzjoni minnufih. Ir-Regolament bażiku fl-Artikolu 7(1) tabilħaqq jaħseb għal xi possibbiltà ta’ dan it-tip billi jippermetti impożizzjoni pjuttost mgħaġġla ta’ miżuri provviżorji wara t-tnedija.

(20)

Il-perjodu ta’ sorveljanza għandu japplika għal perjodu sa 24 xahar mill-pubblikazzjoni tat-tmiem tal-proċediment preżenti.

(21)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta l-ilment jiġi rtirat ħlief jekk tmiem bħal dan ma jkunx fl-interess Komunitarju.

(22)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċedura attwali għandha tintemm billi l-investigazzjoni ma tefgħet l-ebda dawl fuq il-possibbiltà li dan it-tmiem imur kontra l-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu ma waslu lura l-ebda kummenti li setgħu varjaw din id-deċiżjoni.

(23)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonkludi li l-proċediment kontra d-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f’fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-proċediment kontra d-dumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli mgħattna, li mhux maħduma ulterjorment għajr mgħattna mingħajr tisħin (imraqqa mingħajr tisħin) f’fuljetti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, u t-Tajwan, u li normalment huma ddikjarati fi ħdan il-kodiċi NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81 u 7220 20 89 jintemm permezz ta’ dan.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġunrata wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, il-16 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 29, 1.2.2008, p. 13.