ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
4 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2008 tat-3 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1202/2008 tat-2 ta' Diċembru 2008 li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1203/2008 tat-2 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz f’IV; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIa; dik il-parti ta’ IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u l-Kattegat min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1204/2008 tat-3 ta' Diċembru 2008 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għal prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel (Verżjoni kodifikata) ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta ( 1 )

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1206/2008 tat-3 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn ta' l-24 sa tat-28 ta’ Novembru 2008 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

31

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/902/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2008 dwar in-noninklużjoni tal-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6281)  ( 1 )

35

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1201/2008

tat-3 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

254,9

MA

58,8

TR

71,4

ZZ

128,4

0707 00 05

JO

167,2

MA

59,1

TR

82,7

ZZ

103,0

0709 90 70

JO

230,6

MA

71,6

TR

110,4

ZZ

137,5

0805 10 20

BR

44,6

MA

76,3

TR

79,0

UY

34,6

ZA

43,5

ZW

30,8

ZZ

51,5

0805 20 10

MA

61,9

TR

65,0

ZZ

63,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

62,9

HR

49,2

IL

74,6

TR

58,9

ZZ

61,4

0805 50 10

MA

64,0

TR

62,8

ZA

79,4

ZZ

68,7

0808 10 80

CA

89,4

CL

64,2

CN

71,8

MK

33,4

US

109,3

ZA

113,0

ZZ

80,2

0808 20 50

AR

73,4

CL

48,4

CN

81,3

TR

103,0

US

142,2

ZZ

89,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1202/2008

tat-2 ta' Diċembru 2008

li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) [traduzzjoni mhux uffiċjali] jistabbilixxi kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2008 għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28.


ANNESS

Nru

09/DSS

Stat Membru

PRT

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

l-ilmijiet ta-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX

Data

9.10.2008


4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1203/2008

tat-2 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz f’IV; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIa; dik il-parti ta’ IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u l-Kattegat min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

61/T&Q

Stat Membru

FRA

Stokk

COD/2A3AX4

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

IV; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIa; dik il-parti ta’ IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u l-Kattegat

Data

7.10.2008


4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1204/2008

tat-3 ta' Diċembru 2008

dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti” li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għal prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti ta’ prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 9(4) u (5) it-tieni sub-paragrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2301/97 tal- 20 ta’ Novembru 1997 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru taċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku” li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 dwar iċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku għal prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Bi qbil mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92, tal-14 ta’ Lulju 1992 dwar ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (4), l-Istati Membri bagħtu lill-Kummissjoni applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet bħala ċertifikati ta’ karattru speċifiku.

(3)

L-ismijiet ikkonċernati setgħu tniżżlu fir-“Registru ta’ ċertifikati ta’ karattru speċifiku” u b’hekk huma protetti matul il-Komunità kollha bħala speċjalitajiet tradizzjonali iggarantiti. Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, l-imsemmi reġistru ġie mibdul bir-“Registru ta’ l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti”, previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament imsemmi.

(4)

L-ismijiet hekk irreġistrati huma intitolati li jużaw l-kliem l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti’ li huma irriservati għalihom.

(5)

It-terminu “Serrano” huwa kkonsidrat speċifiku minnu nnifsu skond ta’ l-Artikolu 4(2) punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 i.e. ma jistax jiġi tradott. Għalhekk għandu jintuża kif inhu. Aktar minn hekk, it-terminu “Serrano” huwa rreġistrat mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu “Muntanja”. Ma hemm l-ebda konflitt bejn iż-żewġ termini.

(6)

F’dak li jirrigwarda l-ismijiet “Leche certificada de Granja” u “Traditional Farmfresh Turkey”, il-protezzjoni intalbet biss għall-verżjoni Spanjola ta’ l-isem “Leche certificada de Granja” u għall-verżjoni Ingliża ta’ l-isem “Traditional Farmfresh Turkey”. Għalhekk, bi qbil mad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar u l-preżentazzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, kif ukoll meta dawn iż-żewġ prodotti jiġu irreklamati (5) u jinbigħu, it-tikketti tagħhom għandhom jinkludu fil-lingwi l-oħra, eżatt ħdejn l-isem ikkonċernat, il-kliem “Stil tradizzjonali Spanjol” jew “Stil tradizzjonali Britanniku”.

(7)

F’dak li jirrigwarda l-isem “Traditional Farmfresh Turkey”, bi qbil mad-Direttiva 2000/13/KE, l-ittikkettjar, u b’mod partikolari l-informazzjoni intenzjonata għall-konsumatur m’għandha fl-ebda każ twassal għal konfużjoni mat-termini stabbiliti għall-indikazzjoni ta’ xi tipi ta’ xogħlijiet ta’ l-irziezet fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1538/91 tal-5 ta’ Ġunju 1991 li jintroduċi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar xi normi tal-kummerċ tal-laħam tat-tjur (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness I huma hawnhekk miżjuda fir-“Reġistru ta’ l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti”, kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 9(4) u (5) it-tieni sub-paragrafu tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

Artikolu 2

Meta jsir il-bejgħ ta’ “Leche certificada de Granja” f’lingwi oħra apparti mill-Ispanjol, it-tikketta trid tinkludi l-espressjoni “stil tradizzjonali Spanjol” jew l-ekwivalenti tiegħu fil-lingwi l-oħra.

Meta jsir il-bejgħ ta’ “Traditional Farmfresh Turkey” f’lingwi oħra apparti mill-Ingliż, it-tikketta għandha tinkludi espressjoni ekwivalenti għal: “stil tradizzjonali Britanniku”.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 2301/97 jitħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Il-Presdient tal-Kummissjoni

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 319, 21.11.1997. p. 8.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 9.

(5)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(6)  ĠU L 143, 7.6.1991, p. 11.


ANNESS I

Vieille Kriek, Vieille Kriek-Lambic, Vieille Framboise-Lambic, Vieux fruit-Lambic/Oude Kriek, Oude Kriekenlambiek, Oude Frambozenlambiek, Oude Fruit-lambiek, [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (1)

Vieille Gueuze, Vieille Gueuze-Lambic, Vieux Lambic/Oude Geuze, Oude Geuze-Lambiek, Oude Lambiek, [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (2)

Faro [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (3)

Kriek, Kriek-Lambic, Framboise-Lambic, Fruit-Lambic/Kriek, Kriekenlambiek, Frambozenlambiek, Vruchtenlambiek [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (4)

Lambic, Gueuze-Lambic, Gueuze,/Lambiek, Geuze-Lambiek, Geuze [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (5)

Mozzarella [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (6)

Jamón Serrano [Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (7)

Leche certificada de Granja [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (8)

Traditional Farmfresh Turkey (Dundjan Tradizzjonali Frisk), [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (9)

Falukorv [Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (10)

Sahti [Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (11)

Panellets [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (12)

Kalakukko [Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (13)

Karjalanpiirakka [Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (14)

Hushållsost [Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006] (15)


(1)  Il-punti ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinsabu fil-ĠU C 21, 21.1.1997, p. 5.

(2)  Il-punti ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinsabu fil-ĠU C 21, 21.1.1997, p. 5.

(3)  Il-punti ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinsabu fil-ĠU C 21, 21.1.1997, p. 5.

(4)  Il-punti ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinsabu fil-ĠU C 21, 21.1.1997, p. 5.

(5)  Il-punti ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinsabu fil-ĠU C 21, 21.1.1997, p. 5.

(6)  Il-punti ewlenija fl-ispeċifikazzjoni jinsabu f’Anness II Regolament (KE) Nru 2527/98 (ĠU L 317, 26.11.1998, p. 14). Dawn il-punti jissostitwixxu dawk li jinsabu fil-ĠU C 246, 24.8.1996, p. 9.

(7)  Il-punti ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinsabu fil-ĠU C 371, 1.12.1998, p. 3.

(8)  Il-punti ewlenija fl-ispeċifikazzjoni jinsabu fil-ĠU C 21, 21.1.1997, p. 15.

(9)  Il-punti ewlenija fl-ispeċifikazzjoni jinsabu fil-ĠU C 405, 24.12.1998, p. 9.

(10)  Il-punti ewlenija fl-ispeċifikazzjoni jinsabu fil-ĠU C 78, 10.3.2001, p. 16.

(11)  Il-punti ewlenija fl-ispeċifikazzjoni jinsabu fil-ĠU C 125, 26.4.2001, p. 5.

(12)  Il-punti ewlenija fl-ispeċifikazzjoni jinsabu fil-ĠU C 5, 9.1.2001, p. 3.

(13)  Il-punti ewlenija fl-ispeċifikazzjoni jinsabu fil-ĠU C 235, 21.8.2001, p. 12.

(14)  Il-punti ewlenija fl-ispeċifikazzjoni jinsabu fil-ĠU C 102, 27.4.2002, p. 14.

(15)  Il-punti ewlenija fl-ispeċifikazzjoni jinsabu fil-ĠU C 110, 8.5.2003, p. 18.


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2301/97

(ĠU L 319, 21.11.1997, p. 8)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/98

(ĠU L 133, 7.5.1998, p. 10)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2527/98

(ĠU L 317, 26.11.1998, p. 14)

Biss l-Artikolu 1, l-ewwel u t-tieni paragrafi, u l-Anness I

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/1999

(ĠU L 291, 13.11.1999, p. 25)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1482/2000

(ĠU L 167, 7.7.2000, p. 8)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/2001

(ĠU L 328, 13.12.2001, p. 29)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2002

(ĠU L 39, 9.2.2002, p. 11)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 688/2002

(ĠU L 106, 23.4.2002, p. 7)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1285/2002

(ĠU L 187, 16.7.2002, p. 21)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 317/2003

(ĠU L 46, 20.2.2003, p. 19)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 223/2004

(ĠU L 37, 10.2.2004, p. 3)

 


ANNESS III

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2301/97

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 4

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1205/2008

tat-3 ta’ Diċembru 2008

li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/2/KE tistabbilixxi regoli ġenerali għat-twaqqif ta’ infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea. Billi għall-funzjonament xieraq ta’ dik l-infrastruttura, hemm bżonn li utent ikun jista’ jsib settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi u biex jistabbilixxi jekk jistgħux jintużaw u għal liema għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjonijiet fil-forma ta’ metadejta għal dawk is-settijiet ta’ dejta ġeografika u servizzi. Billi din il-metadejta għandha tkun kumpatibbli u utilizzabbli f’kuntest Komunitarju u transkonfinali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-metadejta użata biex tiddeskrivi s-settijiet ta’ dejta ġeografika u servizzi li jikkorrespondu mat-temi elenkati fl-Anness I, II u III tad-Direttiva 2007/2/KE

(2)

Hija meħtieġa d-definizzjoni ta’ sett ta’ elementi ta’ metadejta biex tkun tista’ tiġi identifikata r-riżorsa ta’ informazzjoni li għaliha nħolqot il-metadejta, il-klassifikazzjoni tagħha u l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tagħha u r-referenza temporali, il-kwalità u l-validità, il-konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni fuq l-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ dejta ġeografika u servizzi, restrizzjonijiet fuq l-aċċess u l-użu, u organizzazzjoni responsabbli għar-riżorsa. Huma meħtieġa wkoll elementi ta’ metadejta relatati mar-rekord tal-metadejta nnifsu biex isir monitoraġġ ħalli l-metadejta maħluqa tinżamm aġġornata, u biex tiġi identifikata l-organizzazzjoni responsabbli għall-ħolqien u ż-żamma tal-metadejta. Dan huwa s-sett minimu ta’ elementi ta’ metadejta meħtieġ biex jikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE u ma jipprekludix il-possibbilità għall-organizzazzjonijiet biex jiddokumentaw ir-riżorsi ta’ l-informazzjoni b’mod aktar estensiv b’elementi addizzjonali miġjubin minn standards internazzjonali jew prattiċi tax-xogħol fil-komunità tagħhom ta’ interess. Dan lanqas ma jipprekludi l-possibbilità li jiġu adottati linji gwida stabbiliti u miżmumin aġġornati mill-Kummissjoni, partikolarment meta jkun meħtieġ li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-metadejta.

(3)

Huma meħtieġa struzzjonijiet għall-validazzjoni ta’ metadejta skond id-Direttiva 2007/2/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-moltipliċità mistennija ta’ kull element ta’ metadejta, jiġifieri, jekk il-valuri għal kull element huma dejjem mistennija fir-rekord tal-metadejta, jew jistgħux jiġru darba, jew jiġru aktar minn darba.

(4)

Id-dominju tal-valuri ta’ kull element ta’ metadejta huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-metadejta f’kuntest multilingwi u li dak id-dominju tal-valuri għandu jieħu l-forma ta’ test liberu, dati, kodiċijiet ġejjin minn standards internazzjonali, bħall-kodiċijiet ta’ lingwa, kliem ewlieni ġej minn listi kkontrollati jew teżawri, jew sekwenzi ta’ karattri.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħolqien u ż-żamma ta’ metadejta għal settijiet ta’ dejta ġeografika, sensiela ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika u servizzi ta’ dejta ġeografika li jikkorrespondu mat-temi elenkati fl-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2007/2/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/2/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima A ta’ l-Anness.

Artikolu 3

Ħolqien u żamma ta’ metadejta

Il-metadejta li tiddeskrivi sett ta’ dejta ġeografika, sensiela ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika jew servizz ta’ dejta ġeografika għandha tinkludi l-elementi ta’ metadejta jew gruppi ta’ elementi ta’ metadejta stabbiliti fit-Taqsima B ta’ l-Anness u għandhom jinħolqu u jinżammu skond ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet C u D tiegħu.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.


ANNESS

REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TA’ METADEJTA

TAQSIMA A

Interpretazzjoni

1.   Għandhom japplikaw t-tifsiriet li ġejjin:

“sekwenza ta’ karattri” tfisser id-dominju tal-valuri ta’ elementi ta’ metadejta mfissra bħala sett ta’ karattri kkunsidrati bħala unità;

“test liberu” ifisser dominju tal-valuri ta’ elementi ta’ metadejta mfissra f’lingwa naturali waħda jew iżjed;

“nisel” tfisser l-istorja ta’ sett ta’ dejta, u ċ-ċiklu ta’ ħajja mill-ġbir u l-kisba sal-kumpilazzjoni u d-derivazzjoni sal-forma kurrenti tiegħu, skond l-EN ISO 19101;

“element ta’ metadejta” ifisser unità separata ta’ metadejta, skond l-EN ISO 19115;

“namespace” tfisser kollezzjoni ta’ ismijiet, identifikata bir-referenza Uniform Resource Identifier (URI), li jintużaw fid-dokumenti ta’ Extensible Markup Language (XML) bħala ismijiet ta’ elementi u ismijiet ta’ attributi;

“kwalità” tfisser it-totalità ta’ karatteristiċi ta’ prodott li jkollha x’taqsam ma’ l-abbilità tiegħu li jissodisfa bżonnijiet espliċiti jew impliċiti, skond l-EN ISO 19101;

“riżorsa” tfisser riżorsa ta’ informazzjoni li għandha referenza diretta jew indiretta għal lokalità jew żona ġeografika speċifika;

“sensiela ta’ sett ta’ dejta ġeografika” tfisser kollezzjoni ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika li għandha l-istess speċifikazzjoni ta’ prodott.

2.   Referenzi għall-validità ta’ settijiet ta’ dejta ġeografiċi għandhom jinftehmu li jirrigwardaw xi waħda minn dawn li ġejjin:

il-medda ta’ spazju u żmien li hija relevanti għad-dejta;

jekk id-dejta ġietx ivverifikata ma’ standard ta’ kejl jew prestazzjoni;

safejn id-dejta hija tajba għall-iskop previst;

meta jkun xieraq, il-validità legali tas-sett tad-dejta ġeografika.

TAQSIMA B

Elementi ta’ metadejta

1.   IDENTIFIKAZZJONI

Għandhom jiġu pprovduti l-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

1.1.   Titolu ta’ riżorsa

Dan huwa isem karatteristiku u spiss uniku li bih tkun magħrufa r-riżorsa.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

1.2.   Astratt ta’ riżorsa

Dan huwa sunt narrattiv qasir tal-kontenut tar-riżorsa.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

1.3.   Tip ta’ riżorsa

Dan huwa t-tip ta’ riżorsa li qed jiġi deskritt mill-metadejta.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.

1.4.   Identifikatur tar-riżorsa

L-identifikatur tar-riżorsi jiddefinixxi l-link(s) għar-riżorsa u/jew il-link għall-informazzjoni addizzjonali dwar ir-riżorsa.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta hija sekwenza ta’ karattri, imfissra komunement bħala Uniform Resource Locator (URL) (identifikatur uniformi tar-riżorsa)

1.5.   Identifikatur tar-riżorsa uniku

Valur li jidentifika r-riżorsa b’mod uniku.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa kodiċi ta’ sekwenza ta’ karattri obbligatorju, ġeneralment mogħti mill-proprjetarju tad-dejta, u namespace ta’ sekwenza ta’ karattri li jidentifika b’mod uniku il-kuntest tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni (per eżempju l-proprjetarju tad-dejta).

1.6.   Riżorsa akkoppjata

Jekk ir-riżorsa hija servizz ta’ dejta ġeografika, dan l-element ta’ metadejta jidentifika, meta jkun rilevanti, is-sett(ijiet) ta’ dejta ġeografika mmirata tas-servizz permezz tal-Unique Resource Identifiers (URI) (identifikaturi ta’ riżorsi uniċi) tiegħu(tagħhom).

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa kodiċi ta’ sekwenza ta’ karattri obbligatorju, ġeneralment mogħti mill-proprjetarju tad-dejta, u namespace ta’ sekwenza ta’ karattri li jidentifika b’mod uniku il-kuntest tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni (per eżempju l-proprjetarju tad-dejta).

1.7.   Lingwa tar-riżorsa

Il-lingwa (lingwi) użata(i) fir-riżorsa.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa limitat għal-lingwi ddefiniti fl-ISO 639-2.

2.   KLASSIFIKAZZJONI TA’ DEJTA U SERVIZZI ĠEOGRAFIĊI

2.1.   Kategorija tas-suġġett

Il-kategorija tas-suġġett hija skema ta’ klassifikazzjoni ta’ livell għoli biex tassisti fir-raggruppar u tfittix ibbażat skond is-suġġett ta’ riżorsi ta’ dejta ġeografika.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.2.

2.2.   Tip ta’ servizz ta’ dejta ġeografika

Din hija klassifikazzjoni biex tassisti fit-tfittix ta’ servizzi ta’ dejta ġeografika disponibbli. Servizz speċifiku għandu jiġi kkategorizzat f’kategorija waħda biss.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.3.

3.   KELMA EWLENIJA

Jekk ir-riżorsa hija servizz ta’ dejta ġeografika, għandha tingħata ta’ l-anqas kelma ewlenija waħda mit-Taqsima D.4.

Jekk riżorsa hija sett ta’ dejta ġeografika jew sensiela ta’ sett ta’ dejta ġeografika, għandha tingħata ta’ l-anqas kelma ewlenija waħda mill-General Environmental Multi-lingual Thesaurus (GEMET) [Teżawru Multilingwi Ambjentali Ġenerali] li tiddeskrivi t-tema tad-dejta ġeografika rilevanti kif deskritta fl-Anness I, II jew III tad-Direttiva 2007/2/KE.

Għal kull kelma ewlenija, għandhom jingħataw l-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

3.1.   Valur tal-kelma ewlenija

Il-valur tal-kelma ewlenija huwa kelma użata komunement, kelma formalizzata jew frażi użata biex tiddeskrivi s-suġġett. Filwaqt li l-kategorija tas-suġġett mhijiex raffinata għal mistoqsijiet dettaljati, il-kliem ewlieni jgħin biex jonqos it-tfittix għal test sħiħ u jippermetti tfittix tal-kliem ewlieni strutturat.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

3.2.   Vokabularju kkontrollat ta’ oriġini

Jekk il-valur ta’ kelma ewlenija joriġina minn Vokabularju Kkontrollat (Teżawru, Ontoloġija), per eżempju GEMET, għandha tingħata r-referenza tal-Vokabularju Kkontrollat ta’ oriġini.

Din ir-referenza għandha tinkludi ta’ l-anqas it-titolu u data ta’ referenza (data ta’ pubblikazzjoni, data ta’ l-aħħar reviżjoni jew tal-ħolqien) tal-vokabularju kkontrollat ta’ oriġini.

4.   POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA

Il-ħtieġa għall-pożizzjoni ġeografika msemmija fl-Artikolu 11(2)(e) tad-Direttiva 2007/2/KE għandha titfisser permezz tal-kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika ta’ l-element ta’ metadejta.

4.1.   Kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika

Dan huwa d-daqs tar-riżorsa fl-ispazju ġeografiku, mogħti bħala kwadru ta’ delimitazzjoni.

Il-kwadru ta’ delimitazzjoni għandu jitfisser b’lonġitudnijiet għall-punent u għall-lvant u latitudnijiet għan-nofsinnhar u għat-tramuntana fi gradi deċimali, bi preċiżjoni ta’ mill-anqas 2 deċimali.

5.   REFERENZA TEMPORALI

Dan l-element ta’ metadejta jindirizza l-ħtieġa biex ikun hemm informazzjoni fuq id-dimensjoni temporali tad-dejta kif msemmija fl-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 2007/2/KE. Għandu jingħata ta’ l-anqas wieħed mill-elementi ta’ metadejta msemmi fil-punti 5.1 sa 5.4.

Id-dominju tal-valuri ta’ l-elementi ta’ metadejta msemmijin fil-punti 5.1 sa 5.4 huwa sett ta’ dati. Kull data għandha tirreferi għal sistema ta’ referenza temporali u għandha titfisser f’forma li hija kumpatibbli ma’ dik is-sistema. Is-sistema ta’ referenza standard għandha tkun il-kalendarju Gregorjan, bid-dati mfissra skond l-ISO 8601.

5.1.   Medda temporali

Il-medda temporali tiddefinixxi l-perjodu ta’ żmien kopert bil-kontenut tar-riżorsa. Dan il-perjodu taż-żmien jista’ jitfisser bħala wieħed min dawn li ġejjin:

data individwali;

intervall ta’ dati mfissrin permezz tad-data tal-bidu u d-data tat-tmiem ta’ l-intervall;

taħlita ta’ dati individwali u intervalli ta’ dati.

5.2.   Data tal-pubblikazzjoni

Din hija d-data ta’ pubblikazjoni tar-riżorsa meta tkun disponibbli, jew id-data tad-dħul fis-seħħ. Jista’ jkun hemm iżjed minn data waħda ta’ pubblikazzjoni.

5.3.   Data ta’ l-aħħar reviżjoni

Din hija d-data ta’ l-aħħar reviżjoni tar-riżorsa, jekk ir-riżorsa ġiet riveduta. M’għandux ikun hemm iżjed minn data waħda ta’ l-aħħar reviżjoni.

5.4.   Data tal-ħolqien

Din hija d-data tal-ħolqien tar-riżorsa. M’għandux ikun hemm iżjed minn data waħda ta’ ħolqien.

6.   KWALITÀ U VALIDITÀ

Il-ħtiġijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2007/2/KE dwar il-kwalità u l-validità tad-dejta ġeografika għandhom jiġu indirizzati bl-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

6.1.   Nisel

Din hija stqarrija fuq l-istorja tal-proċess u/jew il-kwalità globali tas-sett ta’ dejta ġeografika. Meta jkun xieraq tista’ tinkludi stqarrija dwar jekk is-sett ta’ dejta ġiex ivvalidat jew ġietx żgurata l-kwalità, dwar jekk hijiex il-verżjoni uffiċjali (jekk jeżistu diversi verżjonijiet), u jekk għandhiex validità legali.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

6.2.   Riżoluzzjoni ġeografika

Ir-riżoluzzjoni ġeografika tirreferi għal-livell ta’ dettall tas-sett ta’ dejta. Għandha titfisser bħala sett ta’ żero sa ħafna distanzi ta’ riżoluzzjoni (tipikament għal dejta fi grilja u prodotti miġjubin minn immaġnijiet) jew skali ekwivalenti (tipiċi għal mapep jew prodotti dderivati minn mapep).

Skala ekwivalenti ġeneralment titfisser bħala valur ta’ numru sħiħ (integer) li jfisser id-denominatur ta’ l-iskala.

Distanza ta’ riżoluzzjoni għandha titfisser bħala valur numeriku assoċjat ma’ unità ta’ tul.

7.   KONFORMITÀ

Il-ħtiġijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2)(a) u l-Artikolu 11(2)(d) tad-Direttiva 2007/2/KE dwar il-konformità, u l-grad ta’ konformità, mar-regoli implimentattivi skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jiġu indirizzati bl-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

7.1.   L-Ispeċifikazzjoni

Din hija referenza għar-regoli implimentattivi adottati skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE jew xi speċifikazzjoni oħra li magħha tikkonforma riżorsa partikolari.

Riżorsa tista’ tikkonforma ma’ aktar minn regola waħda implimentattiva adottata skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE jew speċifikazzjoni oħra.

Din ir-referenza għandha tinkludi ta’ l-anqas it-titolu u data ta’ referenza (data ta’ pubblikazzjoni, data ta’ l-aħħar reviżjoni jew tal-ħolqien) tar-regoli implimetattivi adottati skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE jew ta’ l-ispeċifikazzjoni.

7.2.   Grad

Dan huwa l-grad ta’ konformità tar-riżorsa mar-regoli implimentattivi adottati skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE jew xi speċifikazzjoni oħra.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.5.

8.   RESTRIZZJONI DWAR L-AĊĊESS U L-UŻU

Restrizzjoni dwar l-aċċess u l-użu tista’ tkun waħda jew iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

sett ta’ kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu (8.1)

sett ta’ limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku (8.2).

8.1.   Kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu

Dan l-element ta’ metadejta jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess u użu ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi, u meta japplika, tariffi korrispondenti kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2)(b) u l-Artikolu 11(2)(f) tad-Direttiva 2007/2/KE.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

L-element għandu jkollu valuri. Jekk l-ebda kundizzjoni ma tapplika għall-aċċess u l-użu tar-riżorsa, għandha tintuża “l-ebda kundizzjoni ma tapplika”. Jekk il-kundizzjonijiet mhumiex magħrufin, għandha tintuża “kundizzjonijiet mhumiex magħrufin”.

Dan l-element għandu jipprovdi wkoll informazzjoni fuq kull tariffa meħtieġa għall-aċċess u l-użu tar-riżorsa, jekk japplika, jew issir referenza għall-Uniform Resource Locator (URL) fejn tinstab l-informazzjoni fuq it-tariffi.

8.2.   Limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku

Meta l-Istati Membri jillimitaw l-aċċess pubbliku għal settijiet ta’ dejta ġeografika u għal servizzi ta’ dejta ġeografika skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2007/2/KE, dan l-element ta’ metadejta għandu jipprovdi informazzjoni fuq il-limitazzjonijiet u r-raġunijiet għalihom.

Jekk m’hemmx limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku, dan l-element ta’ metadejta għandu jindika dak il-fatt.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa test liberu.

9.   L-ORGANIZZAZZJONIJIET RESPONSABBLI GĦALL-ISTABBILIMENT, L-AMMINISTRAZZJONI, IL-MANUTENZJONI U D-DISTRIBUZZJONI TA’ SETTIJIET TA’ DEJTA U SERVIZZI ĠEOGRAFIĊI

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 5(2)(d) u l-Artikolu 11(2)(g) tad-Direttiva 2007/2/KE, għandhom jiġu pprovduti ż-żewġ elementi ta’ metadejta li ġejjin:

9.1.   Parti responsabbli

Din hija d-deskrizzjoni ta’ l-organizzazzjoni responsabbli għall-istabbiliment, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni tar-riżorsa.

Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi:

l-isem ta’ l-organizzazzjoni bħala test liberu,

indirizz ta’ e-mail għall-kuntatt bħala sekwenza ta’ karattri.

9.2.   Rwol tal-parti responsabbli

Dan huwa r-rwol ta’ l-organizzazzjoni responsabbli.

Id-dominju tal-valuri ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa ddefinit fit-Taqsima D.6.

10.   METADEJTA DWAR METADEJTA

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jiġu pprovduti l-elementi ta’ metadejta li ġejjin:

10.1.   Punt ta’ kuntatt tal-metadejta

Din hija d-deskrizzjoni ta’ l-organizzazzjoni responsabbli għall-ħolqien u l-manutenzjoni tal-metadejta.

Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi:

l-isem ta’ l-organizzazzjoni bħala test liberu;

indirizz ta’ e-mail għall-kuntatt bħala sekwenza ta’ karattri.

10.2.   Data tal-metadejta

Id-data li tispeċifika meta r-rekord tal-metadejta nħoloq jew ġie aġġornat.

Din id-data għandha tkun mfissra f’konformità ma’ l-ISO 8601.

10.3.   Lingwa tal-Metadejta

Din hija l-lingwa li fiha huma mfissra l-elementi ta’ metadejta.

Id-dominju tal-valur ta’ dan l-element ta’ metadejta huwa limitat għal-lingwi uffiċjali tal-Komunità mfissrin f’konformità ma’ l-ISO 639-2.

TAQSIMA C

Struzzjonijiet fuq il-Moltipliċità u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Elementi ta’ Metadejta

Il-metadejta li tiddeskrivi riżorsa għandha tinkludi, fir-rigward ta’ sett ta’ dejta ġeografika jew sensiela ta’ sett ta’ dejta ġeografika, l-elementi ta’ metadejta jew gruppi ta’ elementi ta’ metadejta elenkati fit-Tabella 1 u, fir-rigward ta’ servizz ta’ sett ta’ dejta ġeografika, l-elementi ta’ metadejta jew gruppi ta’ elementi ta’ metadejta elenkati fit-Tabella 2.

Dawk l-elementi ta’ metadejta jew gruppi ta’ elementi ta’ metadejta għandhom ikunu skond il-moltipliċità mistennija u l-kundizzjonijiet relatati stabbiliti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Meta ma tiġi mfissra l-ebda kundizzjoni fir-rigward ta’ element ta’ metadejta partikolari, dak l-element għandu jkun obbligatorju.

It-tabelli jagħtu l-informazzjoni li ġejja:

l-ewwel kolonna fiha r-referenza għall-paragrafu fit-Taqsima B ta’ l-Anness li tiddefinixxi l-element ta’ metadejta jew grupp ta’ elementi ta’ metadejta;

it-tieni kolonna fiha l-isem ta’ l-element ta’ metadejta jew grupp ta’ elementi ta’ metadejta;

it-tielet kolonna tispeċifika l-moltipliċità ta’ element ta’ metadejta. L-espressjoni tal-moltipliċità ssegwi n-notazzjoni tal-Unified Modelling Language (UML) għall-moltipliċità, fejn:

1 ifisser li f’sett ta’ riżultati, għandu jkun hemm dan l-element ta’ metadejta darba biss,

1..* ifisser li għandu jkun hemm ta’ l-anqas darba dan element f’sett ta’ riżultati,

0..1 jindika li l-preżenza ta’ l-element ta’ metadejta f’sett ta’ riżultati hija kondizzjonali imma tista’ tiġri darba biss,

0..* jindika li l-preżenza ta’ l-element ta’ metadejta f’sett ta’ riżultati hija kondizzjonali imma l-element ta’ metadejta jista’ jiġri darba jew iżjed,

meta l-moltipliċità hija 0..1 jew 0..*, il-kundizzjoni tiddefinixi meta l-elementi ta’ metadejta jkunu obbligatorji,

ir-raba’ kolonna fiha stqarrija kondizzjonali f’każ li l-moltipliċità ta’ l-element ma tapplikax għat-tipi kollha ta’ riżorsi. L-elementi kollha huma obbligatorji f’ċirkustanzi oħrajn.

Tabella 1

Metadejta għal settijiet ta’ dejta ġeografika u sensiela ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika

Referenza

Elementi ta’ metadejta

Moltipliċità

Kundizzjoni

1.1

Titolu ta’ riżorsa

1

 

1.2

Astratt ta’ riżorsa

1

 

1.3

Tip ta’ riżorsa

1

 

1.4

Identifikatur tar-riżorsa

0..*

Obbligatorja jekk l-URL hija disponibbli biex tinkiseb aktar informazzjoni fuq ir-riżorsa, u/jew aċċess għal servizzi relatati.

1.5

Identifikatur tar-riżorsa uniku

1..*

 

1.7

Lingwa tar-riżorsa

0..*

Obbligatorja jekk ir-riżorsa tinkludi informazzjoni testwali.

2.1

Kategorija tas-suġġett

1..*

 

3

Kelma Ewlenija

1..*

 

4.1

Kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika

1..*

 

5

Referenza temporali

1..*

 

6.1

Nisel

1

 

6.2

Riżoluzzjoni ġeografika

0..*

Obbligatorja għal settijiet ta’ dejta u sensiela ta’ settijiet ta’ dejta jekk skala ekwivalenti jew distanza ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiġu speċifikati.

7

Konformità

1..*

 

8.1

Kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu

1..*

 

8.2

Limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku

1..*

 

9

Organizzazzjoni responsabbli

1..*

 

10.1

Punt ta’ kuntatt tal-metadejta

1..*

 

10.2

Data tal-metadejta

1

 

10.3

Lingwa tal-Metadejta

1

 


Tabella 2

Metadejta għal servizzi ta’ dejta ġeografika

Referenza

Element ta’ metadejta

Moltipliċità

Kundizzjoni

1.1

Titolu ta’ riżorsa

1

 

1.2

Astratt ta’ riżorsa

1

 

1.3

Tip ta’ riżorsa

1

 

1.4

Identifikatur tar-riżorsa

0..*

Obbligatorja jekk ir-rabta mas-servizz hija disponibbli.

1.6

Riżorsa akkoppjata

0..*

Obbligatorja jekk ir-rabta mas-settijiet ta’ dejta li fuqhom jopera s-servizz huma disponibbli.

2.2

Tip ta’ servizz ta’ dejta ġeografika

1

 

3

Kelma Ewlenija

1..*

 

4.1

Kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika

0…*

Obbligatorja għal servizzi b’daqs ġeografiku espliċitu

5

Referenza temporali

1..*

 

6.2

Riżoluzzjoni ġeografika

0..*

Obbligatorja meta jkun hemm restrizzjoni fuq ir-riżoluzzjoni ġeografika għal dan is-servizz.

7

Konformità

1..*

 

8.1

Kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu

1..*

 

8.2

Limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku

1..*

 

9

Organizzazzjoni responsabbli

1..*

 

10.1

Punt ta’ kuntatt tal-metadejta

1..*

 

10.2

Data tal-metadejta

1

 

10.3

Lingwa tal-Metadejta

1

 

TAQSIMA D

Dominji tal-valuri

Meta jkun speċifikat fid-deskrizzjoni ta’ l-elementi ta’ metadejta fit-Taqsima B, id-dominji tal-valuri deskritti fit-Taqsima D.1 sa D.6 għandhom jintużaw bil-moltipliċità mfissra fit-Tabella 1 u t-Tabella 2 tat-Taqsima C.

Fir-rigward ta’ dominju partikolari, kull valur huwa ddefinit bi:

identifikatur numeriku;

isem testwali għall-bnedmin li jista’ jiġi tradott fil-lingwi differenti tal-Komunità;

isem newtrali fil-lingwa għall-kompjuters (il-valur imfisser bejn il-parentesi);

deskrizzjoni jew definizzjoni fakoltattiva.

1.   TIP TA’ RIŻORSA

1.1.   Sensiela ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika (series).

1.2.   Sett ta’ dejta ġeografika (dataset)

1.3.   Servizzi ta’ dejta ġeografika (services)

2   KATEGORIJI TAS-SUĠĠETT SKOND L-EN ISO 19115

2.1.   Biedja (farming)

Trobbija ta’ l-annimali u/jew kultivazzjoni tal-pjanti.

Din il-kategorija tapplika għat-tema dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE Anness III(9) Faċilitajiet agrikoli u ta’ l-akkwakultura.

2.2.   Bijota (biota)

Flora u/jew fawna f’ambjent naturali.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(17) Reġjuni bijoġeografiċi, Anness III(18) Ħabitats naturali u l-bijotopi, Anness III(19) Distribuzzjoni ta’ l-ispeċi.

2.3.   Konfini (boundaries)

Deskrizzjonijiet ta’ l-art legali.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness I(4) Unitajiet amministrattivi, Anness III(1) Unitajiet statistiċi.

2.4.   Klimatoloġija / Meteoroloġija / Atmosfera (climatologyMeteorologyAtmosphere)

Proċessi u fenomeni ta’ l-atmosfera.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(13) Kundizzjonijiet atmosferiċi, Anness III(14) Karatteristiċi ġeografiċi meteoroloġiċi.

2.5.   Ekonomija (economy)

Attivitajiet ekonomiċi, kundizzjonijiet u impjieg.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(20) Riżorsi ta’ enerġija, Anness III(21) Riżorsi minerali.

2.6.   Elevazzjoni (elevation)

Għoli 'l fuq jew 'l isfel mil-livell tal-baħar.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness II(1) Elevazzjoni.

2.7.   Ambjent (environment)

Riżorsi ambjentali, protezzjoni u konservazzjoni.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness I(9) Siti protetti.

2.8.   Informazzjoni ġeoxjentifka (geoscientificInformation)

Informazzjoni dwar ix-xjenzi tad-dinja.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(3) Ħamrija, Anness II(4) Ġeoloġija, Anness III(12) Żoni ta’ riskju naturali.

2.9.   Saħħa (health)

Saħħa, servizzi tas-saħħa, ekoloġija umana, u sigurtà.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness III(5) Is-saħħa u s-siġurtà tal-bniedem.

2.10.   Mapep bażiċi b’immaġnijiet / Kopertura tad-dinja (imageryBaseMapsEarthCover)

Mapep bażiċi.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness II(3) Orthoimagery, Anness II(2) Kopertura ta’ l-art.

2.11.   Intelliġenza / Militari (intelligenceMilitary)

Bażijiet militari, strutturi, attivitajiet.

Din il-kategorija ma tapplikax speċifikament għall-ebda tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE.

2.12.   Ilmijiet interni (inlandWaters)

Karatteristiċi ta’ l-ilmijiet interni, sistemi ta’ dranaġġ u l-karatteristiiċi tagħhom.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness I(8) Idrografija.

2.13.   Lokalità (location)

Informazzjoni u servizzi pożizzjonali.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness I(3) Ismijiet ġeografiċi, Anness I(5) Indirizzi.

2.14.   Oċeani (oceans)

Karatterisitiċi ta’ korpi ta’ ilma salmastru (bl-esklużjoni ta’ ilmijiet interni).

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(16) Reġjuni tal-baħar, Anness III(15) Karatteristiċi ġeografiċi oċeanografiċi.

2.15.   Ippjanar / Katast (planningCadastre)

Informazzjoni użata għal azzjonijiet xierqa għall-użu futur ta’ l-art.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness I(6) Pakketti katastali, Anness III(4) Użu ta’ l-art, Anness III(11) Amministrazzjoni ta’ żoni/restrizzjoni/żoni regolati u unitajiet ta’ rapportar.

2.16.   Soċjetà (society)

Karatteristiċi ta’ soċjetà u kultura.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(10) Distribuzzjoni tal-popolazzjoni – demografija.

2.17.   Bini (structure)

Bini mill-bniedem.

Din il-kategorija tapplika għat-temi ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejjin: Anness III(2) Bini, Anness III(8) Faċilitajiet ta’ produzzjoni u industrijali, Anness III(7) Faċilitajiet ta’ monitoraġġ ambjentali.

2.18.   Trasport (transportation)

Mezzi u għajnuniet għall-ġarr ta’ persuni u/jew oġġetti.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness I(7) Networks tat-trasport.

2.19.   Utilitajiet / Komunikazzjoni (utilitiesCommunication)

Enerġija, sistemi ta’ l-ilma u ta’ l-iskart u infrastruttura u servizzi tal-komunikazzjoni.

Din il-kategorija tapplika għat-tema ta’ dejta ġeografika tad-Direttiva 2007/2/KE li ġejja: Anness III(6) Servizzi ta’ utilità u tal-gvern.

3   TIP TA’ SERVIZZ TA’ DEJTA ĠEOGRAFIKA

3.1.   Servizz ta’ sejbien (discovery)

Servizzi li jagħmlu possibbli t-tfittix ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika abbażi tal-kontenut tal-metadejta korrispondenti u l-wiri tal-kontenut tal-metadejta.

3.2.   Servizz ta’ viżjoni (view)

Servizz ta’ viżjoni li jagħmilha possibbli, bħala minimu, li jintwerew, jiġu nnavvigati, isir zooming 'il barra u 'l ġewwa, isir panning, jew jitqiegħdu fuq xulxin settijiet ta’ dejta ġeografika li jistgħu jkunu viżibbli u li jintwerew l-informazzjoni ta’ spjega u kwalunkwe kontenut rilevanti tal-metadejta.

3.3.   Servizz ta’ download (download)

Servizz li jippermetti li kopji ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika, jew partijiet minn tali settijiet jitniżżlu mill-Internet u, fejn prattikabbli jkun hemm aċċess dirett għalihom.

3.4.   Servizz ta’ trasformazzjoni (transformation)

Servizz ta’ trasformazzjoni, li jippermetti li settijiet ta’ dejta ġeografika jiġu trasformati bil-għan li tinkiseb l-interoperabbiltà.

3.5.   Servizz ta’ Dejta Ġeografika Invoke (invoke)

Servizz li jippermetti li jiġu ddefiniti kemm l-inputs tad-dejta u l-outputs tad-dejta mistennija mis-servizz ġeografiku u fluss tax-xogħol jew katina ta’ servizz li jikkombinaw servizzi multipli. Jippermetti wkoll li jiġi ddefinit l-interface ta’ servizz web estern tal-fluss tax-xogħol jew katina ta’ servizz.

3.6.   Servizzi oħrajn (other)

4   KLASSIFIKAZZJONI TA’ SERVIZZI TA’ DEJTA ĠEOGRAFIKA

Il-kliem ewlieni huwa bbażat fuq it-tassonomija ta’ servizzi ġeografiċi ta’ l-EN ISO 19119. Din it-tassonomija hija organizzata f’kategoriji, is-subkategoriji jiddefinixxu d-dominju tal-valuri tal-klassifikazzjoni tas-servizzi ta’ dejta ġeografika.

100   Servizzi ta’ interazzjoni umana ġeografiċi (humanInteractionService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

101.

Werrej tal-katalogi (humanCatalogueViewer)

Servizz tal-klijent li jippermetti utent li jinteraġixxi ma’ katalogu biex isib, jibbrawsja u jamministra metadejta dwar dejta ġeografika jew servizzi ġeografiċi.

102.

Werrej ġeografiku (humanGeographicViewer)

Servizz tal-klijent li jippermetti utent li jara kollezzjoni jew kopertura tal-karatteristiċi waħda jew iżjed.

103.

Werrej ġeografiku ta’ l-ispreadsheet (humanGeographicSpreadsheetViewer)

Servizz tal-klijent li jippermetti utent li jinteraġixxi ma’ oġġetti ta’ dejta multipli u biex jintalbu kalkoli bħal spreadsheet aritmetika imma estiża għad-dejta ġeografika.

104.

Editur tas-servizzi (humanServiceEditor)

Servizz tal-klijent li jippermetti utent jikkontrolla servizzi ta’ l-ipproċessar ġeografiċi.

105.

Editur tad-definizzjoni ta’ katina (humanChainDefinitionEditor)

Jipprovdi interazzjoni għal servizz ta’ definizzjoni ta’ katina.

106.

Maniġer tal-workflow enactment(humanWorkflowEnactmentManager)

Jipprovdi interazzjoni għal utent b’servizz ta’ workflow enactment.

107.

Editur ta’ karatteristiċi ġeografiċi (humanGeographicFeatureEditor)

Werrej ġeografiku li jippermetti utent jinteraġixxi mad-dejta tal-karatteristiċi.

108.

Editur ta’ simboli ġeografiċi (humanGeographicSymbolEditor)

Servizz ta’ klijent li jippermetti lil bniedem li jagħżel u jamministra libreriji ta’ simboli.

109.

Editur tal-ġeneralizzazzjoni ta’ karatteristiċi (humanFeatureGeneralizationEditor)

Servizz ta’ klijent li jippermetti li utent jimmodifika l-karatteristiċi kartografiċi ta’ karatterisitika jew kollezzjoni ta’ karatteristiċi billi tiġi ssimplifikata l-viżwalizzazzjoni tagħha filwaqt li jinżammu l-elementi ewlenin tagħha – l-ekwivalenti ġeografiku ta’ simplifikazzjoni.

110.

Werrej ta’ l-istruttura tad-dejta ġeografika (humanGeographicDataStructureViewer)

Servizz ta’ klijent li jippermetti utent li jaċċedi għal parti ta’ sett ta’ dejta biex jara l-istruttura interna.

200   Mudell ġeografiku/servizz ta’ amministrazzjoni ta’ informazzjoni (infoManagementService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

201.

Servizz ta’ aċċess għal karatteristiċi (infoFeatureAccessService)

Servizz li jipprovdi klijent b’aċċess għal u amministrazzjoni ta’ ħażna ta’ karatteristiċi.

202.

Servizz ta’ aċċess għal mappa (infoMapAccessService)

Servizz li jipprovdi klijent b’aċċess għall-grafika ġeografika, jiġifieri stampi ta’ dejta ġeografika.

203.

Servizz ta’ aċċess għall-kopertura (infoCoverageAccessService)

Servizz li jipprovdi klijent aċċess għal u amministrazzjoni ta’ ħażna ta’ kopertura.

204.

Servizz ta’ deskrizzjoni ta’ sensuri (infoSensorDescriptionService)

Servizz li jipprovdi d-deskrizzjoni ta’ sensur ta’ kopertura, inkluż il-lokalità u l-orjentazzjoni tas-sensur, kif ukoll il-karatteristiċi ġeometriċi, dinamiċi u radjumetriċi tas-sensur għall-finijiet ta’ ġeo-ipproċessar.

205.

Servizz ta’ aċċess għall-prodotti (infoProductAccessService)

Servizz li jipprovdi aċċess għal u amministrazzjoni ta’ ħażna ta’ prodotti ġeografiċi.

206.

Servizz ta’ tipi ta’ karatterisitiċi (infoFeatureTypeService)

Servizz li jipprovdi klijent b’aċċess għal u amministrazzjoni ta’ ħażna ta’ definizzjonijiet ta’ tipi ta’ karatterisitiċi.

207.

Servizz ta’ katalogu (infoCatalogueService)

Servizz li jipprovdi servizzi ta’ sejbien u amministrazzjoni fuq ħażna ta’ metadejta dwar eżempji.

208.

Servizz ta’ reġistru (infoRegistryService)

Servizz li jipprovdi aċċess għall-ħażna ta’ metadejta dwar tipi.

209.

Servizz ta’ direttorju ġeografiku (infoGazetteerService)

Servizz li jipprovdi aċċess għal direttorju ta’ eżempji ta’ klassi jew klassijiet ta’ fenomeni fid-dinja reali li jkollhom xi informazzjoni dwar il-pożizzjoni.

210.

Servizz ta’ amministrazzjoni ta’ ordnijiet (infoOrderHandlingService)

Servizz li jipprovdi klijent bil-kapaċità li jiġu ordnati prodotti minn provditur.

211.

Servizz ta’ ordnijiet permanenti (infoStandingOrderService)

Servizz ta’ amministrazzjoni ta’ ordni li jippermetti lil utent li jitlob li prodott fuq żona ġeografika jitqassam meta jkun disponibbli.

300   Servizzi ta’ fluss tax-xogħol/amministrazzjoni ta’ ħidmiet ġeografiċi (taskManagementService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

301.

Servizz ta’ definizzjoni ta’ katina (chainDefinitionService)

Servizz ta’ definizzjoni ta’ katina biex ikun jista’ jiġi esegwit servizz ta’ workflow enactment.

302.

Servizz ta’ workflow enactment (workflowEnactmentService)

Is-servizz ta’ workflow enactment jinterpreta katina u jikkontrolla l-istanzazzjoni ta’ servizzi u attivitajiet ta’ sekwenzjar.

303.

Servizz ta’ abbonament (subscriptionService)

Servizz biex jippermetti lil klijenti jirreġistraw għan-notifikazzjoni dwar ġrajjiet.

400   Servizzi ta’ pproċessar ġeografiku – ġeografiku (spatialProcessingService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

401.

Servizz ta’ konverżjoni ta’ koordinati (spatialCoordinateConversionService)

Servizz għal bdil ta’ koordinati minn sistema waħda ta’ koordinati għal sistema ta’ koordinati oħra li hija relatata ma’ l-istess datum.

402.

Servizz ta’ trasformazzjoni ta’ koordinati (spatialCoordinateTransformationService)

Servizz għal bdil ta’ koordinati minn sistema ta’ referenza ta’ koordinati bbażata fuq datum wieħed għal sistema ta’ referenza ta’ koordinati bbażati fuq datum ieħor.

403.

Servizz ta’ konverżjoni ta’ kopertura/vettur (spatialCoverageVectorConversionService)

Servizz biex tinbidel ir-rappreżentazzjoni ġeografika minn skema ta’ kopertura għal skema ta’ vettur, jew viċi versa.

404.

Servizz ta’ konverżjoni ta’ koordinati ta’ immaġni (spatialImageCoordinateConversionService)

Servizz ta’ trasformazzjoni ta’ koordinati jew konverżjoni ta’ koordinati biex tinbidel is-sistema ta’ referenza ta’ koordinati għal immaġni.

405.

Servizz ta’ rettifika (spatialRectificationService)

Servizz għat-trasformazzjoni ta’ immaġni fi projezzjoni parallela perpendikulari u għalhekk ta’ skala kostanti.

406.

Servizz ta’ Ortorettifika (spatialOrthorectificationService)

Servizz ta’ rettifika li jneħħi l-inklinazzjoni ta’ immaġni u l-ispostament minnħabba l-elevazzjoni ta’ l-art.

407.

Servizz ta’ aġġustament tal-mudell ta’ ġeometrija tas-sensur (spatialSensorGeometryModelAdjustmentService)

Servizz li jaġġusta l-mudelli ta’ ġeometrija tas-sensur biex ikun hemm tqabbil aħjar ta’ l-immaġni ma’ immaġnijiet oħrajn u/jew pożizzjonijiet ta’ l-art magħrufin.

408.

Servizz tal-konverżjoni tal-mudell ta’ ġeometrija ta’ l-immaġni (spatialImageGeometryModelConversionService)

Servizz li jikkonverti l-mudelli ta’ ġeometrija tas-sensur f’mudell ta’ ġeometija tas-sensur differenti imma ekwivalenti.

409.

Servizz ta’ subsettjar (spatialSubsettingService)

Servizz li joħroġ dejta minn input minn reġjun ġeografiku kontinwu jew skond il-lokalità/pożizzjoni ġeografika jew bil-koordinati ta’ grilja.

410.

Servizz ta’ kampjunatura (spatialSamplingService)

Servizz li joħroġ dejta minn input bl-użu ta’ skema ta’ kamjunatura konsistenti jew bil-lokalità ġeografika jew bil-koordinati ta’ grilja.

411.

Servizz ta’ bdil ta’ tiling (spatialTilingChangeService)

Servizz li jibdel it-tiling ta’ dejta ġeografika.

412.

Servizz tal-kejl tad-dimensjonijiet (spatialDimensionMeasurementService)

Servizz biex jiġu kkomputati d-dimensjonijiet ta’ oġġetti viżibbli f’immaġni jew ġeodejta oħra.

413.

Servizzi ta’ manipulazzjoni ta’ karatteristiċi (spatialFeatureManipulationService)

Reġistrazzjoni ta’ karatteristika ma’ oħra, immaġni jew sett ta’ dejta jew sett ta’ koordinati oħra; korrezzjoni għaċ-ċaqliq relattiv, differenzi fir-rotazzjoni, differenzi fl-iskala, u differenzi fil-perspettiva. Dan is-servizz jivverifika li l-karatteristiċi kollha fil-Kollezzjoni ta’ Karatteristiċi huma konsistenti topoloġikament skond ir-regoli ta’ topoloġija tal-Kollezzjoni ta’ Karatteristiċi, u jidentifika u/jew jikkorreġi kull inkonsistenza li tinstab.

414.

Servizz ta’ tqabbil ta’ karatteristiċi (spatialFeatureMatchingService)

Servizz li jiddetermina liema karatteristiċi u porzjonijiet ta’ karatteristiċi jirrappreżentaw l-istess entità fid-dinja reali minn sorsi ta’ dejta multipli, eż., tqabbil tat-trufijiet u tqabbil ikkombinat limitat.

415.

Servizz ta’ ġeneralizzazzjoni ta’ karatterisitċi (spatialFeatureGeneralizationService)

Servizz li jnaqqas il-varjazzjoni ġeografika f’kollezzjoni ta’ karatteristiċi biex tiżdied l-effettività ta’ komunikazzjoni billi jkun hemm azzjoni kontra l-effetti mhux mixtieqa tat-tnaqqis ta’ dejta.

416.

Servizz tad-determinazzjoni tar-rotta (spatialRouteDeterminationService)

Servizz biex jiddetermina l-aħjar mogħdija bejn żewġ punti speċifikati bbażat fuq il-parametri ta’ input u proprjetajiet li hemm fil-Kollezzjoni ta’ Karatteristiċi.

417.

Servizz ta’ pożizzjonar (spatialPositioningService)

Servizz ipprovdut minn apparat li jipprovdi l-pożizzjoni biex juża, jikseb u jinterpreta bla ambigwità informazzjoni fuq il-pożizzjoni, u jiddetermina jekk ir-riżultati jħarsux il-ħtiġijiet ta’ l-użu.

418.

Servizz ta’ analiżi ta’ prossimità (spatialProximityAnalysisService)

Mogħti pożizzjoni u karatteristika ġeografika, isib l-oġġetti kollha b’sett partikolari ta’ attributi li jinsabu f’distanza speċifikata mill-utenti ta’ pożizzjoni jew karattersitika.

500   Servizzi ta’ pproċessar ġeografiku – tematiku (thematicProcessingService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

501.

Servizz ta’ kalkolu ta’ ġeoparametri (thematicGoparameterCalculationService)

Servizz biex ikun hemm riżultati kwantitattivi orjentati għall-applikazzjoni li ma jkunux disponibbli mid-dejta mhux ipproċessata nnifisha.

502.

Servizz ta’ klassifikazzjoni tematika (thematicClassificationService)

Servizz għall-klassifikazzjoni ta’ reġjuni ta’ dejta ġeografika bbażat fuq attributi tematiċi.

503.

Servizz ta’ ġeneralizzazzjoni ta’ karatteristiċi (thematicFeatureGeneralizationService)

Servizz li jiġġeneralizza tipi ta’ karatteristiċi f’kollezzjoni ta’ karatterisitiċi biex tiżdied l-effettività ta’ komunikazzjoni billi jkun hemm azzjoni kontra l-effetti mhux mixtieqa tat-tnaqqis ta’ dejta.

504.

Servizz ta’ subsettjar (thematicSubsettingService)

Servizz li joħroġ dejta minn input ibbażat fuq valuri ta’ parametru.

505.

Servizz ta’ għadd ġeografiku (thematicSpatialCountingService)

Servizz li jgħodd il-karatteristiċi ġeografiċi.

506.

Servizz ta’ bdil ta’ rilevament (thematicChangeDetectionService)

Servizz biex isib id-differenzi bejn żewġ settijiet ta’ dejta li jirrappreżentaw l-istess żona ġeografika fi żminijiet differenti.

507.

Servizzi ta’ estrazzjoni ta’ informazzjoni ġeografika (thematicGeographicInformationExtractionService)

Servizzi li jappoġġaw l-estrazzjoni ta’ informazzjoni tal-karatteristiċi u ta’ l-art minn immaġnijiet miġbura u skannjati mill-bogħod.

508.

Servizz ta’ l-ipproċessar ta’ l-immaġni (thematicImageProcessingService)

Servizz għall-bdil ta’ valuri ta’ attributi tematiċi ta’ immaġni bl-użu ta’ funzjonijiet matematiċi.

509.

Servizz ta’ ġenerazzjoni ta’ riżoluzzjoni mnaqqsa (thematicReducedResolutionGenerationService)

Servizz li jnaqqas ir-riżoluzzjoni ta’ immaġni.

510.

Servizzi għall-manipulazzjoni ta’ immaġni (thematicImageManipulationService)

Servizzi għall-manipulazzjoni tal-valuri ta’ dejta f’immaġnijiet: bdil ta’ valuri tal-kulur u tal-kuntrast, l-applikazzjoni ta’ diversi filtri, manipulazzjoni ta’ riżoluzzjoni ta’ l-immaġni, tneħħija tal-ħoss, “striping”, korrezzjonijiet sistematiċi-radjumetriċi, attenwazzjoni atmosferika, tibdil fl-illuminazzjoni tax-xena, eċċ.

511.

Servizzi biex tiftiehem l-immaġni (thematicImageUnderstandingService)

Servizzi li jipprovdu rilevament tal-bidla ta’ immaġni awomatikament, differenzjar ta’ immaġni reġistrata, analiżi u wiri ta’ sinjifikat-ta’-differenza, u differenzjar skond iż-żona u skond il-mudell.

512.

Servizzi ta’ sinteżi ta’ immaġni (thematicImageSynthesisService)

Servizzi għall-ħolqien jew għat-trasformazzjoni ta’ immaġnijiet bl-użu ta’ mudelli ġeografiċi bbażati fuq il-kompjuter, trasformazzjonijiet ta’ perspettiva, u manipulazzjonijiet ta’ karatteristiċi ta’ immaġni għat-titjib ta’ viżibbilità, biex ir-riżoluzzjoni tkun aktar akuta, u/jew biex jitnaqqsu l-effetti tal-kopertura tas-sħab jew taċ-ċpar.

513.

Manipulazzjoni ta’ l-immaġni multi-band (thematicMultibandImageManipulationService)

Servizzi li jimmodifikaw immaġni bl-użu ta’ bands multipli ta’ l-immaġni.

514.

Servizz ta’ rilevament ta’ l-oġġett (thematicObjectDetectionService)

Servizz biex oġġetti fid-dinja reali jiġu rilevati f’immaġni.

515.

Servizz ta’ geoparsing (thematicGeoparsingService)

Servizz ta’ skannjar ta’ dokumenti b’testi għal referenzi bbażati fuq il-lokalità, bħall-isem ta’ post, indirizzi, kodiċijiet postali, eċċ, bi preparazzjoni għall-bidla għal servizz ta’ geocoding.

516.

Servizz ta’ geocoding (thematicGeocodingService)

Servizz biex jiżdiedu r-referenzi ta’ test ibbażati fuq il-lokalità b’koordinati ġeografiċi (jew xi referenza ġeografika oħra).

600   Servizzi ta’ pproċessar ġeografiku – temporali (temporalProcessingService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

601.

Servizz ta’ trasformazzjoni ta’ sistema ta’ referenza temporali (temporalReferenceSystemTransformationService)

Servizz biex jinbidlu l-valuri ta’ eżempji temporali minn sistema ta’ referenza waħda għal sistema ta’ referenza temporali oħra.

602.

Servizz ta’ subsettjar (temporalSubsettingService)

Servizz ta’ estrazzjoni ta’ dejta minn input f’intervall kontinwu bbażat fuq valuri ta’ pożizzjoni temporali.

603.

Servizz ta’ kampjunatura (temporalSamplingService)

Servizz ta’ estrazzjoni ta’ dejta minn input bl-użu ta’ skema ta’ kampjunatura konsistenti bbażata fuq valuri ta’ pożizzjoni temporali.

604.

Servizz ta’ analiżi ta’ prossimità temporali (temporalProximityAnalysisService)

Minħabba intervall jew ġrajja temporali, dan is-servizz jinkludi l-oġġetti kollha b’sett ta’ attributi partikolari li jinsabu f’intervall speċifikat mill-utent, mill-intervall jew ġrajja.

700   Servizzi ta’ pproċessar ġeografiku – metadejta (metadejtaProcessingService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

701.

Servizz ta’ kalkolu ta’ statistika (metadejtaStatisticalCalculationService)

Servizz biex tiġi kkalkulata l-istatistika ta’ sett ta’ dejta.

702.

Servizzi ta’ annotazzjoni ġeografika (metadejtaGeographicAnnotationService)

Servizzi biex tiżdied informazzjoni anċillari f’immaġni jew karatteristika f’Kollezjoni ta’ Karatteristiċi.

800   Servizzi ta’ komunikazzjoni ġeografika (comService)

Din il-kategorija tikkomprendi s-subkategoriji li ġejjin:

801.

Servizz ta’ kodifikazzjoni (comEncodingService)

Servizz li jipprovdi implimentazzjoni ta’ regola ta’ kodifikazzjoni u jipprovdi interface għall-funzjonalità ta’ kodifikazzjoni u dekodifikazzjoni.

802.

Servizz ta’ trasferiment (comTransferService)

Servizz li jipprovdi implimentazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment wieħed jew iżjed, li jippermetti t-trasferiment ta’ dejta bejn sistemi ta’ informazzjoni ddistribwita fuq mezzi ta’ komunikazzjoni off-line u on-line.

803.

Servizz ta’ kompressjoni ġeografika (comGeographicCompressionService)

Servizz li jikkonverti porzjonijiet ġeografiċi ta’ kollezzjoni ta’ karatteristiċi fi u minn forma kompressa.

804.

Servizz ta’ konverżjoni ta’ format ġeografiku (comGeographicFormatConversionService)

Servizz li jikkonverti minn format ta’ dejta ġeografika wieħed għal format ieħor.

805.

Servizz ta’ messaġġi (comMessagingService)

Servizz li jħalli lil utenti multipli jaraw, jikkummentaw fuq, u jitolbu editjar ta’ kollezzjonijiet ta’ karatteristiċi simultanjament.

806.

Amministrazzjoni mill-bogħod ta’ fajls u ta’ fajls esegwibbli (comRemoteFileAndExecutableManagement)

Servizz li jipprovdi aċċess għal ħażna sekondarja ta’ karatteristiċi ġeografiċi daqslikieku kienet lokali għall-klijent.

5   GRAD TA’ KONFORMITÀ

5.1.   Tikkonforma (conformant)

Ir-riżorsa tikkonforma għal kollox ma’ l-ispeċifikazzjoni ċċitata.

5.2.   Ma tikkonformax (notConformant)

Ir-riżorsa ma tikkonformax ma’ l-ispeċifikazzjoni ċċitata.

5.3.   Mhux ivvalutata (notEvaluated)

Il-konformità għadha ma ġietx ivvalutata.

6   RWOL TAL-PARTI RESPONSABBLI

6.1.   Provditur ta’ riżorsa (resourceProvider)

Parti li tissupplixxi r-riżorsa.

6.2.   Kustodju (custodian)

Il-parti li taċċetta r-responsabbilità għad-dejta u tiżgura kura u manutenzjoni xierqa tar-riżorsa.

6.3.   Sid (owner)

Parti li hija s-sid tar-riżorsa.

6.4.   Utent (user)

Parti li tuża r-riżorsa.

6.5.   Distributur (distributor)

Parti li tiddistribwixxi r-riżorsa.

6.6.   Oriġinatur (originator)

Parti li ħolqot ir-riżorsa

6.7.   Punt ta’ kuntatt (pointOfContact)

Parti li tista’ tiġi kkuntattjata biex jinkiseb tagħrif dwar ir-riżorsa jew l-akkwist tagħha.

6.8.   Investigatur Ewlieni (principalInvestigator)

Parti ewlenija responsabbli għall-ġbir ta’ informazzjoni u biex issir ir-riċerka.

6.9.   Proċessur (processor)

Parti li pproċessat id-dejta b’mod li r-riżorsa ġiet mmodifikata.

6.10.   Pubblikatur (publisher)

Parti li ppubblikat r-riżorsa.

6.11.   Awtur (author)

Parti li kienet l-awtriċi tar-riżorsa.


4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1206/2008

tat-3 ta’ Diċembru 2008

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn ta' l-24 sa tat-28 ta’ Novembru 2008 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn ta' l-24 sa tat-28 ta’ Novembru 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numri tas-serje 09.4343 u 09.4435.

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn ta' l-24 sa tat-28 ta’ Novembru 2008 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 24.11.2008-28.11.2008

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 24.11.2008-28.11.2008

Limitu

09.4315

L-Indja

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 24.11.2008-28.11.2008

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 24.11.2008-28.11.2008

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 24.11.2008-28.11.2008

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 24.11.2008-28.11.2008

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

24

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 24.11.2008-28.11.2008

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Novembru 2008

dwar in-noninklużjoni tal-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6281)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/902/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru, matul perjodu ta’ 12-il sena min-notifika ta’ din id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li jkunu diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawn is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-napropamide.

(3)

Għan-napropamide, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew eżaminati skont id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għan-napropamide l-Istat Membru relatur kien id-Danimarka u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fis-6 ta’ Settembru 2005.

(4)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni saritlu reviżjoni esperta mill-Istati Membri u l-EFSA fil-Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tagħha u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Marzu 2008 fil-format tal-konklużjoni tal-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni esperta tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva napropamide (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzat fil-11 ta’ Lulju 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għan-napropamide.

(5)

Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. B’mod partikolari ma kienx possibbli li ssir evalwazzjoni affidabbli tar-riskju. Barra minn hekk, id-dejta disponibbli ma kinitx turi li r-riskji għall-organiżmi akkwatici u l-għasafar li jieklu l-ħut u l-mammali huma aċċettabbli. Għaldaqstant, ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli li n-napropamide laħqet il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni esperta u dwar jekk kienx beħsiebu jkompli jappoġġja s-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew investigati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-evalwazzjonijiet li saru fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat esperti tal-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom in-napropamide jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għaldaqstant in-napropamide ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li awtorizzazzjonijiet mogħtija għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom in-napropamide jiġu rtirati f’perjodu ta’ żmien preskritt u li ma jiġġeddux u li ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida għal prodotti bħal dawn.

(9)

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom in-napropamide għandu jkun limitat għal perjodu ta’ 12-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun ieħor tat-tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom in-napropamide jistgħu jibqgħu jinkisbu mill-bdiewa sa 18-il xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċizjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għan-napropamide skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, li r-regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati tagħha ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (5), fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-napropamide ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom in-napropamide jiġu rtirati sas-7 ta’ Mejju 2009;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom in-napropamide mhi se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mis-7 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 140, 1-72. Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva napropamide iffinalizzat fis-26 ta’ Marzu 2008.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 326/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.