ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 423

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
7 ta' Diċembru 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 423/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 423/02

Kawża C-681/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Brescia – l-Italja) – JH vs KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2008/104/KE – Xogħol temporanju – Artikolu 5(5) – Ugwaljanza fit-trattament – Miżuri neċessarji sabiex jiġi evitat l-użu abbużiv tax-xogħol temporanju – Obbligu, għall-Istati Membri, li jevitaw l-assenjazzjonijiet suċċessivi – Assenza ta’ previżjoni ta’ limiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali – Rekwiżit ta’ interpretazzjoni konformi)

2

2020/C 423/03

Kawża C-732/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 – PAO Rosneft Oil Company, li kienet NK Rosneft OAO, RN-Shelf-Arctic OOO, AO RN-Shelf-Far East, li kienet RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO, RN-Exploration OOO, Tagulskoe OOO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista tal-entitajiet li japplikaw għalihom il-miżuri restrittivi)

3

2020/C 423/04

Kawża C-778/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Association française des usagers de banques vs Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern – Direttiva 2007/64/KE – Artikolu 45 – Direttiva (UE) 2015/2366 – Artikolu 55 – Xoljiment ta’ kuntratt qafas – Direttiva 2014/17/UE – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur dwar proprjetajiet immobbli għal użu residenzjali – Artikolu 12(1), (2)(a) u (3) – Prattika ta’ rbit – Prattika ta’ abbinar – Direttiva 2014/92/UE – Kontijiet ta’ pagament – Artikoli 9 sa 14 – Tibdil ta’ kont – Obbligu ta’ depożitu tad-dħul tiegħu f’kont ta’ pagament tal-persuna li ssellef matul tul stabbilit mill-kuntratt ta’ self għal korrispettiv ta’ vantaġġ individwalizzat – Tul tal-obbligu – Telf tal-vantaġġ individwalizzat f’każ ta’ għeluq antiċipat tal-kont)

3

2020/C 423/05

Kawża C-791/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Schoonzicht vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Proprjetà immobbli ta’ investiment – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Aġġustament tat-tnaqqis inizjali – Aġġustament f’darba tat-tnaqqis kollu wara l-ewwel użu tal-oġġett ikkonċernat – Perijodu ta’ aġġustament)

4

2020/C 423/06

Kawża C-813/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 – Deza, a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. (Appell – Ambjent – Regolament (KE) Nru 1272/2008 – Klassifikazzjoni, tikkettar u ppakkjar ta’ċerti sustanzi u taħlitiet – Regolament (UE) 2017/776 – Klassifikazzjoni tal-antrakinon – Sustanza li hija preżunta karċinoġenika għall-bnedmin – Żbalji ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1272/2008 u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Żnaturament tal-fatti u tal-provi – Portata tal-istħarriġ)

5

2020/C 423/07

Kawża C-92/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Burgo Group SpA vs Gestore dei Servizi Energetici SpA – GSE (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Promozzjoni tal-koġenerazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi skema ta’ għajnuna – Skema ta’ għajnuna favur installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja li tmur lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2010)

5

2020/C 423/08

Kawża C-117/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės – il-Litwanja) – Linas Agro AB vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 – Dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jeċċedi 80 % tal-piż – Definizzjoni – Regolament (KE) Nru 945/2005 – Determinazzjoni tal-kontenut ta’ nitrat tal-ammonju – Preżunzjoni li skontha prodott b’kontenut ta’ nitroġenu li jeċċedi 28 % tal-piż fih kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jeċċedi 80 % tal-piż)

6

2020/C 423/09

Kawża C-212/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation vs Compagnie des pêches de Saint-Malo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Kunċett – Nawfraġju tat-tanker taż-żejt Erika – Skema ta’ għajnuna favur impriżi tal-akkwakultura u tas-sajd – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa – Evalwazzjoni tal-validità – Eżami ex officio – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ preżentatata ta’ rikors għal annullament mill-konvenuta fil-kawża prinċipali – Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali – Kontribuzzjonijiet salarjali – Vantaġġ – Determinazzjoni tad-debitur tal-obbligu ta’ restituzzjoni)

7

2020/C 423/10

Kawża C-335/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – E. Sp. z o.o. Sp. k. vs Minister Finansów (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90 – Tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT – Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz – Kundizzjonijiet imposti minn leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis – Kundizzjoni li abbażi tagħha d-debitur ma għandux ikun is-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza jew ta’ stralċ – Kundizzjoni li l-kreditur u d-debitur għandhom ikunu suġġetti għall-VAT)

7

2020/C 423/11

Kawża C-396/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 – Il-Bank Ċentrali Ewropew vs Estate of Espírito Santo Financial Group SA, fi stralċ (Appell – Deċiżjoni 2004/258/KE – Artikolu 4(1)(a) – Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Artikolu 10(4) – Aċċess għad-dokumenti tal-BĊE – Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi – Kunfidenzjalità tal-laqgħat u tad-deliberazzjonijiet tal-korpi tal-BĊE – Riżultat tad-deliberazzjonijiet – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku – Obbligu ta’ motivazzjoni)

8

2020/C 423/12

Kawża C-447/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2020 – Close SA, Cegelec SA vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Xogħlijiet ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu – Portata tal-obbligu tal-awtorità kontraenti li tinforma lill-offerent li ma jkunx kiseb il-kuntratt – Motivazzjoni)

9

2020/C 423/13

Kawża C-529/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Potsdam – il-Ġermanja) – Möbel Kraft GmbH & Co. KG vs ML (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Artikolu 16(c) – Dritt ta’ rtirar – Eċċezzjonijiet – Oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew ippersonalizzati b’mod ċar – Oġġetti li l-produzzjoni tagħhom inbdiet mill-kummerċjant)

9

2020/C 423/14

Kawża C-540/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – WV vs Landkreis Harburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ obbligi ta’ manteniment – Regolament (KE) Nru 4/2009 – Artikolu 3(b) – Qorti tal-post tar-residenza abitwali tal-kreditur tal-manteniment – Azzjoni għall-irkupru mressqa minn organu pubbliku ssurrogat fid-drittijiet tal-kreditur ta’ manteniment)

10

2020/C 423/15

Kawża C-543/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Jebsen & Jessen (GmbH & Co.) KG vs Hauptzollamt Hamburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Artikolu 78 – Artikolu 236(1) – Proċedura ta’ importazzjoni – Reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali – Politika kummerċjali – Antidumping – Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2015/82 – Dazju antidumping definittiv – Impenn ta’ prezz – Eżenzjoni – Artikolu 2(1) – Kundizzjoni ta’ preżentazzjoni ta’ fattura ta’ impenn – Nuqqas li jissemma element elenkat fl-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/82)

10

2020/C 423/16

Kawża C-556/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Société Eco TLC vs Ministre d’État, ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Kunċett ta’ riżorsi tal-Istat – Responsabbiltà estiża tal-produtturi – Organu ekoloġiku awtorizzat mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jirċievi kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand negozjanti ta’ ċerti prodotti sabiex jissodisfa f’isimhom l-obbligu legali tagħhom ta’ trattament tal-iskart li ġej minn dawn il-prodotti – Għajnuna finanzjarja mħallsa minn dan l-organu ekoloġiku lill-operaturi li jqassmu l-iskart bi ftehim)

11

2020/C 423/17

Kawża C-623/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 – Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Rikors għal annullament – Deċiżjoni ta’ rkupru ta’ dejn – Titolu eżekuttiv – Awtorità ta’ res judicata – Adozzjoni ta’ deċiżjoni li tifforma titolu eżekuttiv fis-sens tal-Artikolu 299 TFUE għall-finijiet tal-irkupru ta’ sussidji mogħtija kuntrattwalment – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-programm qafas għall-innovazzjoni u għall-kompetittività (CIP) (2007 – 2013))

12

2020/C 423/18

Kawża C-629/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – Sappi Austria Produktions-GmbH & Co KG, Wasserverband Region Gratkorn-Gratwein vs Landeshauptmann von Steiermark (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Skart – Direttiva 2008/98/KE – Artikolu 2(2)(a), il-punt 1 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 6(1) – Ilmijiet mormija – Ħama tad-dranaġġ – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ skart – Tmiem tal-istatus ta’ skart – Operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ riċiklaġġ)

12

2020/C 423/19

Kawża C-677/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Vâlcea – Ir-Rumanija) – SC Valoris SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Craiova – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vâlcea, Administraţia Fondului pentru Mediu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipji tad-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Ħlas lura ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Terminu previst għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ tali taxxi – Assenza ta’ terminu simili għar-rimbors ta’ somom irċevuti minn dan l-Istat Membru bi ksur tad-dritt nazzjonali)

13

2020/C 423/20

Kawża C-720/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – GR vs Stadt Duisburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Deċiżjoni Nru 1/80 – Artikolu 7, l-ewwel paragrafu – Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tal-impjieg ta’ Stat Membru – Naturalizzazzjoni tal-membru tal-familja kkonċernat fl-Istat Membru ospitanti – Żamma tad-dritt ta’ residenza – Drittijiet miksuba)

13

2020/C 423/21

Kawża C-654/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg- l-Awstrija) – FP Passenger Service vs Austrian Airlines AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien – Tul tad-dewmien – Ħin tal-ftuħ tal-bieb tal-ajruplan fid-destinazzjoni – Ħin effettiv tal-wasla – Ħin tal-wasla previst – Domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet jew risposta għal domanda li tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza)

14

2020/C 423/22

Kawża C-334/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Veszprémi Törvényszék (l-Ungerija) fit-23 ta’ Lulju 2020 – Amper Metal Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

14

2020/C 423/23

Kawża C-336/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2020 – QY vs Bank 11 für Privatkunden und Handel GmbH

15

2020/C 423/24

Kawża C-352/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-31 ta’ Lulju 2020 – HOLD Alapkezelő Befektetési Alapkezelő Zrt. vs Magyar Nemzeti Bank

17

2020/C 423/25

Kawża C-363/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-5 ta’ Awwissu 2020 – MARCAS MC Szolgáltató Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

17

2020/C 423/26

Kawża C-373/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Szczecinie (il-Polonja) fis-6 ta’ Awwissu 2020 – A.M. vs Dyrektor Z. Oddziału Regionalnego Agencji Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa

19

2020/C 423/27

Kawża C-380/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – BQ vs Deutsche Lufthansa AG

19

2020/C 423/28

Kawża C-381/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – VR vs Deutsche Lufthansa AG

20

2020/C 423/29

Kawża C-382/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – AL vs Deutsche Lufthansa AG

20

2020/C 423/30

Kawża C-383/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – LK vs Deutsche Lufthansa AG

21

2020/C 423/31

Kawża C-384/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – DP vs Deutsche Lufthansa AG

21

2020/C 423/32

Kawża C-385/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 49 de Barcelona (Spanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – EL, TP vs Caixabank SA

22

2020/C 423/33

Kawża C-389/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Vigo (Spanja) fl-14 ta’ Awwissu 2020 – CJ vs Tesorería General de la Seguridad Social

22

2020/C 423/34

Kawża C-392/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Mokotowa w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej

23

2020/C 423/35

Kawża C-393/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie (il-Polonja) fit-18 ta’ Awwissu 2020 – T.B., D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S

24

2020/C 423/36

Kawża C-396/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-30 ta’ Lulju 2020 – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

24

2020/C 423/37

Kawża C-406/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Germanja) fit-28 ta’ Awwissu 2020 – Phantasialand vs Finanzamt Brühl

25

2020/C 423/38

Kawża C-410/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de La Coruña (Spanja) fit-2 ta’ Settembru 2020 – Banco Santander, S.A. vs J.A.C. u M.C.P.R.

25

2020/C 423/39

Kawża C-411/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Settembru 2020 – S vs Familienkasse Niedersachsen-Bremen der Bundesagentur für Arbeit

26

2020/C 423/40

Kawża C-415/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2020 – Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH vs Hauptzollamt Hamburg

27

2020/C 423/41

Kawża C-426/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Braga, Juízo do Trabalho de Barcelos (il-Portugall) fl-10 ta’ Settembru 2020 – GD, ES vs Luso Temp – Empresa de Trabalho Temporário, S.A.

27

2020/C 423/42

Kawża C-436/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fis-16 ta’ Settembru 2020 – Asociación Estatal de Entidades de Servicios de Atención a Domicilio (ASADE) vs Consejería de Igualdad y Políticas Inclusivas

28

2020/C 423/43

Kawża C-452/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2020 – PJ vs Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio dei monopoli per la Toscana, Ministero dell'Economia e delle Finanze

29

2020/C 423/44

Kawża C-472/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-30 ta’ Settembru 2020 – Lombard Pénzügyi és Lízing Zrt. vs PN

29

2020/C 423/45

Kawża C-474/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovni sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fit-30 ta’ Settembru 2020 – I.D. vs Z. b. d.d., Z.

30

2020/C 423/46

Kawża C-501/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Ottubru 2020 – M P A vs LC D N M T

31

2020/C 423/47

Kawża C-584/20 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-411/17, Landesbank Baden-Württemberg vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

32

2020/C 423/48

Kawża C-353/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln – il-Ġermanja) – Interseroh Dienstleistungs GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

33

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 423/49

Kawża T-51/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Laboratorios Ern vs EUIPO – SBS Bilimsel Bio Çözümler (apiheal) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva apiheal – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti APIRETAL – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

34

2020/C 423/50

Kawża T-53/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Ottubru 2020 – SBS Bilimsel Bio Çözümler vs EUIPO – Laboratorios Ern (apiheal) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva apiheal – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti APIRETAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

34

2020/C 423/51

Kawża T-87/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Broughton vs Eurojust (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Sospensjoni tal-avvanz għal livell ogħla matul perijodu ta’ sitt xhur – Annullament tal-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-grad superjuri – Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi – Investigazzjoni amministrattiva – Dmir ta’ lealtà – Imparzjalità – Drittijiet tad-difiża – Opportunitajiet ugwali għall-partijiet – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikoli 11 u 12 tar-Regolamenti tal-Persunal)

35

2020/C 423/52

Kawża T-487/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – CU vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Salarju bażiku ta’ kull xahar ta’ uffiċjali rreklutati qabel l-1 ta’ Mejju 2004 – Applikazzjoni ta’ fattur ta’ multiplikazzjoni inqas mill-unità – Tnaqqis tal-fattur ta’ multiplikazzjoni – Żball ta’ liġi – Ugwaljanza ta’ trattament – Aspettattivi leġittimi)

36

2020/C 423/53

Kawża T-602/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Eugène Perma France vs EUIPO – SPI Investments Group (NATURANOVE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NATURANOVE – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea NATURALIUM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

37

2020/C 423/54

Kawża T-472/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2020 – LC vs Il-Kummissjoni

37

2020/C 423/55

Kawża T-563/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2020 – Satabank vs BĊE

38

2020/C 423/56

Kawża T-599/20: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2020 – YG vs Il-Kummissjoni

39

2020/C 423/57

Kawża T-631/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2020 – MZ vs Il-Kummissjoni

39

2020/C 423/58

Kawża T-643/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

40


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 423/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 414, 30.11.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 399, 23.11.2020

ĠU C 390, 16.11.2020

ĠU C 378, 9.11.2020

ĠU C 371, 3.11.2020

ĠU C 359, 26.10.2020

ĠU C 348, 19.10.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Brescia – l-Italja) – JH vs KG

(Kawża C-681/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2008/104/KE - Xogħol temporanju - Artikolu 5(5) - Ugwaljanza fit-trattament - Miżuri neċessarji sabiex jiġi evitat l-użu abbużiv tax-xogħol temporanju - Obbligu, għall-Istati Membri, li jevitaw l-assenjazzjonijiet suċċessivi - Assenza ta’ previżjoni ta’ limiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Rekwiżit ta’ interpretazzjoni konformi)

(2020/C 423/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Brescia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JH

Konvenuta: KG

Dispożittiv

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tillimitax in-numru ta’ assenjazzjonijiet suċċessivi li l-istess ħaddiem temporanju jista’ jwettaq mal-istess impriża utenti u li ma tissuġġettax il-legalità tal-użu tax-xogħol temporanju għall-indikazzjoni tar-raġunijiet ta’ natura teknika jew relatati ma’ rekwiżiti ta’ produzzjoni, ta’ organizzazzjoni jew ta’ sostituzzjoni li jiġġustifikaw dan l-użu. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li Stat Membru ma jieħu ebda miżura sabiex jippreżerva n-natura temporanja tax-xogħol temporanju kif ukoll leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedi ebda miżura sabiex jiġu evitati l-assenjazzjonijiet suċċessivi tal-istess ħaddiem temporanju lill-istess impriża utenti bil-għan li jiġu evitati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/104 fl-intier tagħha.


(1)  ĠU C 35, 28.01.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 – PAO Rosneft Oil Company, li kienet NK Rosneft OAO, RN-Shelf-Arctic OOO, AO RN-Shelf-Far East, li kienet RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO, RN-Exploration OOO, Tagulskoe OOO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-732/18 P) (1)

(Appell - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista tal-entitajiet li japplikaw għalihom il-miżuri restrittivi)

(2020/C 423/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: PAO Rosneft Oil Company, li kienet NK Rosneft OAO, RN-Shelf-Arctic OOO, AO RN-Shelf-Far East, li kienet RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO, RN-Exploration OOO, Tagulskoe OOO (rappreżentant: L. Van den Hende, advocaat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u B. Driessen, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Havas kif ukoll J. Norris u A. Tizzano, sussegwentement L. Havas u J. Norris, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Rosneft Oil Company PAO, RN-Shelf-Arctic OOO, RN-Shelf-Far East AO, RN-Exploration OOO u Tagulskoe OOO huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż tagħhom, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Association française des usagers de banques vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-778/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern - Direttiva 2007/64/KE - Artikolu 45 - Direttiva (UE) 2015/2366 - Artikolu 55 - Xoljiment ta’ kuntratt qafas - Direttiva 2014/17/UE - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur dwar proprjetajiet immobbli għal użu residenzjali - Artikolu 12(1), (2)(a) u (3) - Prattika ta’ rbit - Prattika ta’ abbinar - Direttiva 2014/92/UE - Kontijiet ta’ pagament - Artikoli 9 sa 14 - Tibdil ta’ kont - Obbligu ta’ depożitu tad-dħul tiegħu f’kont ta’ pagament tal-persuna li ssellef matul tul stabbilit mill-kuntratt ta’ self għal korrispettiv ta’ vantaġġ individwalizzat - Tul tal-obbligu - Telf tal-vantaġġ individwalizzat f’każ ta’ għeluq antiċipat tal-kont)

(2020/C 423/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association française des usagers de banques

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lill-persuna li ssellef timponi fuq il-persuna li tissellef waqt il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu dwar proprjetajiet immobbli għal użu residenzjali, għal korrispettiv ta’ vantaġġ individwalizzat, id-depożitu tad-dħul kollu tagħha mis-salarji jew simili f’kont ta’ pagament miftuħ ma’ din il-persuna li ssellef, irrispettivament mill-ammont, mill-iskadenzi u mit-tul tas-self. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-tul ta’ depożitu impost, meta dan ma jirrigwardax id-dħul kollu mis-salarju tal-persuna li tissellef, jista’ jilħaq għaxar snin jew, jekk ikun inqas, it-tul tal-kuntratt ta’ kreditu kkonċernat.

2)

Il-kunċett ta’ “spejjeż”, fis-sens tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, l-Artikolu 55(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE kif ukoll l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kont ta’ pagament u l-aċċess għal kont ta’ pagament b’karatteristiċi bażiċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix it-telf ta’ vantaġġ individwalizzat offrut mill-persuna li ssellef lill-persuna li tissellef bħala korrispettiv għall-ftuħ ta’ kont ma’ din il-persuna li ssellef sabiex tiddepożita fih id-dħul tagħha fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu, ikkawżat mill-għeluq ta’ dan il-kont.


(1)  ĠU C 54,11.2.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Schoonzicht vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-791/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Proprjetà immobbli ta’ investiment - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Aġġustament tat-tnaqqis inizjali - Aġġustament f’darba tat-tnaqqis kollu wara l-ewwel użu tal-oġġett ikkonċernat - Perijodu ta’ aġġustament)

(2020/C 423/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stichting Schoonzicht

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

L-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tinkludi sistema ta’ aġġustament applikabbli għall-proprjetà immobbli ta’ investiment li tipprevedi tqassim tal-aġġustament fuq diversi snin, li bis-saħħa tiegħu, matul l-ewwel użu tal-oġġett ikkonċernat, li jikkorrispondi wkoll għall-ewwel sena ta’ aġġustament, it-tnaqqis kollu inizjalment imwettaq għal dan l-oġġett huwa s-suġġett ta’ aġġustament f’darba, meta, ma’ dan l-ewwel użu, kien jidher li dan it-tnaqqis ma jikkorrispondix għal dak li l-persuna taxxabbli kellha d-dritt li twettaq abbażi tal-użu effettiv tal-imsemmi oġġett.


(1)  ĠU C 122, 1.4.2019


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 – Deza, a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

(Kawża C-813/18 P) (1)

(Appell - Ambjent - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Klassifikazzjoni, tikkettar u ppakkjar ta’ċerti sustanzi u taħlitiet - Regolament (UE) 2017/776 - Klassifikazzjoni tal-antrakinon - Sustanza li hija preżunta karċinoġenika għall-bnedmin - Żbalji ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1272/2008 u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali - Żnaturament tal-fatti u tal-provi - Portata tal-istħarriġ)

(2020/C 423/06)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Appellant: Deza, a.s. (rappreżentant: P. Dejl, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal, K. Mifsud-Bonnici u Z. Malůšková, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn H. Eklinder, H. Shev, C. Meyer-Seitz, J. Lundberg u A. Falk, sussegwentement minn H. Eklinder, H. Shev u C. Meyer-Seitz, aġenti, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: A. Hautamäki u M. Heikkilä, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Deza a.s. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Burgo Group SpA vs Gestore dei Servizi Energetici SpA – GSE

(Kawża C-92/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Promozzjoni tal-koġenerazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi skema ta’ għajnuna - Skema ta’ għajnuna favur installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja li tmur lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2010”)

(2020/C 423/07)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Burgo Group SpA

Konvenuta: Gestore dei Servizi Energetici SpA – GSE

Fil-preżenza ta’: Ministero dello Sviluppo economico, Autorità per l’Energia elettrica e il Gas

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija u li temenda d-Direttiva 92/42/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni li ma għandhomx il-karatteristika li jkunu installazzjonijiet b’effiċjenza għolja, fis-sens ta’ din id-direttiva, li jkomplu jibbenefikaw, anki wara l-31 ta’ Diċembru 2010, minn skema ta’ għajnuna għall-koġenerazzjoni, li permezz tagħha huma b’hekk b’mod partikolari eżentati mill-obbligu li jixtru ċertifikati ħodor.


(1)  ĠU C 182, 27.5.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės – il-Litwanja) – “Linas Agro” AB vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-117/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 - Dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jeċċedi 80 % tal-piż - Definizzjoni - Regolament (KE) Nru 945/2005 - Determinazzjoni tal-kontenut ta’ nitrat tal-ammonju - Preżunzjoni li skontha prodott b’kontenut ta’ nitroġenu li jeċċedi 28 % tal-piż fih kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jeċċedi 80 % tal-piż)

(2020/C 423/08)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Linas Agro” AB

Konvenut: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 tat-23 ta’ Settembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, moqri fid-dawl tal-premessi 20 sa 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li fertilizzant abbażi ta’ nitrat tal-ammonju (AN) li l-kontenut ta’ nitroġenu (N) tiegħu jeċċedi 28 % tal-piż, li r-relazzjoni bejn in-nitroġenu nitriku u n-nitroġenu ammonijaku tiegħu hija ta’ madwar 1:1, u li l-kontenut globali ta’ fosfru u ta’ potassju tiegħu ma jaqbiżx 12 % tal-piż, jista’ jiġi preżunt, bla ħsara għal kull prova kuntrarja, li għandu kontenut ta’ nitrati tal-ammonju (AN) ta’ iktar minn 80 % tal-piż għall-finijiet tal-impożizzjoni tad-dazju antidumping definittiv stabbilit minnu, mingħajr ma huwa neċessarju li titwettaq analiżi fil-laboratorju sabiex jiġi ddeterminat dan il-kontenut eżatt tan-nitrat tal-ammonju.


(1)  ĠU C 148, 29.04.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation vs Compagnie des pêches de Saint-Malo

(Kawża C-212/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett - Nawfraġju tat-tanker taż-żejt Erika - Skema ta’ għajnuna favur impriżi tal-akkwakultura u tas-sajd - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Evalwazzjoni tal-validità - Eżami ex officio - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ preżentatata ta’ rikors għal annullament mill-konvenuta fil-kawża prinċipali - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Kontribuzzjonijiet salarjali - Vantaġġ - Determinazzjoni tad-debitur tal-obbligu ta’ restituzzjoni)

(2020/C 423/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

Konvenut: Compagnie des pêches de Saint-Malo

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/239/KE tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna implimentati minn Franza favur il-produtturi tal-akkwakultura u s-sajjieda, hija invalida sa fejn tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni t-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet salarjali mogħtija mir-Repubblika Franċiża favur is-sajjieda għall-perijodu mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ottubru 2000.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – E. Sp. z o.o. Sp. k. vs Minister Finansów

(Kawża C-335/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90 - Tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT - Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz - Kundizzjonijiet imposti minn leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis - Kundizzjoni li abbażi tagħha d-debitur ma għandux ikun is-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza jew ta’ stralċ - Kundizzjoni li l-kreditur u d-debitur għandhom ikunu suġġetti għall-VAT)

(2020/C 423/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E. Sp. z o.o. Sp. k.

Konvenut: Minister Finansów

Dispożittiv

L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli għall-VAT għall-kundizzjoni li, fil-jum tal-kunsinna tal-oġġett jew tal-provvista ta’ servizzi kif ukoll fil-jum li jippreċedi dak tas-sottomissjoni tal-aġġustament tad-dikjarazzjoni tat-taxxa intiż għall-benefiċċju ta’ dan it-tnaqqis, id-debitur ikun irreġistrat bħala persuna taxxabbli għall-VAT u ma jkunx is-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza jew ta’ stralċ u li, fil-jum li jippreċedi dak tas-sottomissjoni tal-aġġustament tad-dikjarazzjoni tat-taxxa, il-kreditur ikun huwa stess irreġistrat bħala persuna taxxabbli għall-VAT.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 – Il-Bank Ċentrali Ewropew vs Estate of Espírito Santo Financial Group SA, fi stralċ

(Kawża C-396/19 P) (1)

(Appell - Deċiżjoni 2004/258/KE - Artikolu 4(1)(a) - Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Artikolu 10(4) - Aċċess għad-dokumenti tal-BĊE - Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi - Kunfidenzjalità tal-laqgħat u tad-deliberazzjonijiet tal-korpi tal-BĊE - Riżultat tad-deliberazzjonijiet - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2020/C 423/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère u M. Ioannidis, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Estate of Espírito Santo Financial Group SA, fi stralċ (rappreżentanti: D. Duarte de Campos u S. Estima Martins, avukati)

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2019, Espírito Santo Financial Group vs BĊE (T-730/16, mhux ippubblikata, EU:T:2019:161), huwa annullat sa fejn il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-31 ta’ Awwissu 2016 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tagħha tal-1 ta’ Awwissu 2014 li tikkonċerna lil Banco Espírito Santo SA, sa fejn, permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-BĊE rrifjuta li jagħtiha aċċess għall-ammont ta’ kreditu li jidher fl-estratti tal-minuti tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014.

2)

Il-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2019, Espírito Santo Financial Group vs BĊE (T-730/16, mhux ippubblikata, EU:T:2019:161), huwa annullat sa fejn hija ddeċidiet dwar l-ispejjeż.

3)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

4)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Espírito Santo Financial Group SA, fi stralċ, huwa miċħud sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-31 ta’ Awwissu 2016 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tagħha tal-1 ta’ Awwissu 2014 li tikkonċerna lil Banco Espírito Santo SA, sa fejn, permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-BĊE rrifjuta li jagħtiha aċċess għall-ammont ta’ kreditu li jidher fl-estratti tal-minuti tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014.

5)

Espírito Santo Financial Group SA, fi stralċ, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-kuntest kemm tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ta’ dan l-appell.

6)

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati nofs l-ispejjeż rispettivi tiegħu sostnuti fil-kuntest kemm tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 319, 23.9.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2020 – Close SA, Cegelec SA vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-447/19 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu - Portata tal-obbligu tal-awtorità kontraenti li tinforma lill-offerent li ma jkunx kiseb il-kuntratt - Motivazzjoni)

(2020/C 423/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Close SA, Cegelec SA (rappreżentanti: M. Rikkers u J.-L. Teheux, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Paladini u B. Schäfer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Close SA u Cegelec SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 312, 16.09.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Potsdam – il-Ġermanja) – Möbel Kraft GmbH & Co. KG vs ML

(Kawża C-529/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 16(c) - Dritt ta’ rtirar - Eċċezzjonijiet - Oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew ippersonalizzati b’mod ċar - Oġġetti li l-produzzjoni tagħhom inbdiet mill-kummerċjant)

(2020/C 423/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Potsdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Möbel Kraft GmbH & Co. KG

Konvenut: ML

Dispożittiv

L-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ rtirar prevista f’din id-dispożizzjoni tista’ tiġi invokata kontra konsumatur li jkun ikkonkluda kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju fir-rigward tal-bejgħ ta’ oġġett li għandu jsir skont l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-kummerċjant ikunx beda l-produzzjoni tal-imsemmi oġġett.


(1)  ĠU C 348, 14.11.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – WV vs Landkreis Harburg

(Kawża C-540/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ obbligi ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009 - Artikolu 3(b) - Qorti tal-post tar-residenza abitwali tal-kreditur tal-manteniment - Azzjoni għall-irkupru mressqa minn organu pubbliku ssurrogat fid-drittijiet tal-kreditur ta’ manteniment)

(2020/C 423/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WV

Konvenut: Landkreis Harburg

Dispożittiv

Organu pubbliku li jfittex, permezz ta’ azzjoni għall-irkupru, l-irkupru ta’ somom imħallsa bħala manteniment lil kreditur ta’ manteniment, li fid-drittijiet tiegħu huwa ssurrogat fil-konfront tad-debitur tal-manteniment, huwa ġġustifikat li jinvoka l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-post tar-residenza abitwali tal-imsemmi kreditur, prevista fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Jebsen & Jessen (GmbH & Co.) KG vs Hauptzollamt Hamburg

(Kawża C-543/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 78 - Artikolu 236(1) - Proċedura ta’ importazzjoni - Reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali - Politika kummerċjali - Antidumping - Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2015/82 - Dazju antidumping definittiv - Impenn ta’ prezz - Eżenzjoni - Artikolu 2(1) - Kundizzjoni ta’ preżentazzjoni ta’ fattura ta’ impenn - Nuqqas li jissemma element elenkat fl-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/82)

(2020/C 423/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jebsen & Jessen (GmbH & Co.) KG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 tal-21 ta’ Jannar 2015, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u ta’ rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li importazzjonijiet ta’ merkanzija ma jistgħux jiġu eżentati mid-dazju antidumping stabbilit fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni meta l-fattura neċessarja għall-kisba ta’ tali eżenzjoni ssemmi, fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 9 tal-lista li tinsab fl-Anness tal-imsemmi regolament ta’ implimentazzjoni, mhux id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/87 tal-21 ta’ Jannar 2015 li taċċetta l-impenji offruti b’konnessjoni mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, iżda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2008 li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2)

Fattura ta’ impenn, li tinkludi l-elementi kollha elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/82, ma tistax tiġi ppreżentata, għall-finijiet tal-kisba tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni, fil-kuntest tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 952/2013 tad-9 ta’ Ottubru 2013, mibdija bil-għan li jinkiseb rimbors tad-dazji antidumping.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Société Eco TLC vs Ministre d’État, ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-556/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “riżorsi tal-Istat” - Responsabbiltà estiża tal-produtturi - Organu ekoloġiku awtorizzat mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jirċievi kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand negozjanti ta’ ċerti prodotti sabiex jissodisfa f’isimhom l-obbligu legali tagħhom ta’ trattament tal-iskart li ġej minn dawn il-prodotti - Għajnuna finanzjarja mħallsa minn dan l-organu ekoloġiku lill-operaturi li jqassmu l-iskart bi ftehim)

(2020/C 423/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Eco TLC

Konvenuti: Ministre d’État, ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Économie et des Finances

fil-preżenza ta’: Fédération des entreprises du recyclage

Dispożittiv

L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema li permezz tagħha organu ekoloġiku privat mingħajr għan ta’ qligħ, li għandu awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi, jirċievi mingħand in-negozjanti ta’ kategorija partikolari ta’ prodotti li jiffirmaw miegħu ftehim għal dan il-għan ta’ kontribuzzjonijiet bħala korrispettiv għas-servizz li jikkonsisti f’li jiġi pprovdut f’isimhom it-trattament tal-iskart li ġej minn dawn il-prodotti, u jagħti lil operaturi responsabbli mit-tqassim u l-irkupru ta’ dan l-iskart sussidji f’ammont stabbilit fil-ftehim fir-rigward ta’ għanijiet ambjentali u soċjali, ma tikkostitwixxix intervent permezz ta’ riżorsi tal-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm dawn is-sussidji ma jibqgħux kontinwament taħt kontroll pubbliku, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.


(1)  ĠU C 328, 30.92019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 – Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-623/19 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ rkupru ta’ dejn - Titolu eżekuttiv - Awtorità ta’ res judicata - Adozzjoni ta’ deċiżjoni li tifforma titolu eżekuttiv fis-sens tal-Artikolu 299 TFUE għall-finijiet tal-irkupru ta’ sussidji mogħtija kuntrattwalment - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-programm qafas għall-innovazzjoni u għall-kompetittività (CIP) (2007 – 2013))

(2020/C 423/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio, D. Pirra Xarepe u M. Stock da Cunha, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rechena u J. Estrada de Solà, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2.

Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – Sappi Austria Produktions-GmbH & Co KG, Wasserverband “Region Gratkorn-Gratwein” vs Landeshauptmann von Steiermark

(Kawża C-629/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Direttiva 2008/98/KE - Artikolu 2(2)(a), il-punt 1 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 6(1) - Ilmijiet mormija - Ħama tad-dranaġġ - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “skart” - Tmiem tal-istatus ta’ skart - Operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ riċiklaġġ)

(2020/C 423/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sappi Austria Produktions-GmbH & Co KG, Wasserverband “Region Gratkorn-Gratwein”

Konvenut: Landeshauptmann von Steiermark

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2)(a), il-punt 1 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħama tad-dranaġġ prodott matul it-trattament komuni, f’impjant ta’ trattament, ta’ ilmijiet mormija ta’ oriġini industrijali u residenzjali jew komunali, inċinerat f’inċineratur ta’ skart residwu għall-finijiet ta’ rkupru ta’ enerġija permezz ta’ produzzjoni ta’ fwar għandu jitqies li ma jikkostitwixxix skart jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98 ikunu diġà ssodisfatti qabel l-inċinerazzjoni tiegħu. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Vâlcea – Ir-Rumanija) – SC Valoris SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Craiova – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vâlcea, Administraţia Fondului pentru Mediu

(Kawża C-677/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji tad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Ħlas lura ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Terminu previst għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ tali taxxi - Assenza ta’ terminu simili għar-rimbors ta’ somom irċevuti minn dan l-Istat Membru bi ksur tad-dritt nazzjonali)

(2020/C 423/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Vâlcea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Valoris SRL

Konvenuti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Craiova – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vâlcea, Administraţia Fondului pentru Mediu

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ effettività, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li huwa ta’ madwar sena u li jibda jiddekorri mid-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni li hija intiża sabiex jiġi rrimedjat il-ksur tal-imsemmi dritt.

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu ta’ madwar sena għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li tali terminu ma jkunx ġie previst minn dan l-Istat Membru fir-rigward ta’ talbiet għal rimbors simili li huma bbażati fuq ksur tad-dritt intern.


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – GR vs Stadt Duisburg

(Kawża C-720/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 7, l-ewwel paragrafu - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tal-impjieg ta’ Stat Membru - Naturalizzazzjoni tal-membru tal-familja kkonċernat fl-Istat Membru ospitanti - Żamma tad-dritt ta’ residenza - Drittijiet miksuba)

(2020/C 423/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GR

Konvenut: Stadt Duisburg

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li membru tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jkun kiseb id-drittijiet previsti f’din id-dispożizzjoni ma jitlifx il-benefiċċji ta’ dawn id-drittijiet meta huwa jikseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti anki jekk jitlef iċ-ċittadinanza preċedenti tiegħu.


(1)  ĠU C 19, 20.01.2020.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg- l-Awstrija) – FP Passenger Service vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-654/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien - Tul tad-dewmien - Ħin tal-ftuħ tal-bieb tal-ajruplan fid-destinazzjoni - Ħin effettiv tal-wasla - Ħin tal-wasla previst - Domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet jew risposta għal domanda li tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza)

(2020/C 423/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FP Passenger Service GmbH

Konvenuta: Austrian Airlines AG

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri fid-dawl tas-sentenza tal-4 ta’ Settembru 2014, Germanwings (C-452/13, EU:C:2014:2141), għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-portata tad-dewmien imġarrab mill-passiġġieri ta’ titjira mal-wasla tagħha, hemm lok li jiġi kkalkolat il-ħin li għadda bejn il-ħin tal-wasla previst u l-ħin tal-wasla effettiv, jiġifieri l-mument li fih jinfetaħ minn tal-inqas wieħed mill-bibien tal-ajruplan, bil-kundizzjoni li, f’dan il-mument, il-passiġġieri jkunu awtorizzati joħorġu minnu.


(1)  ĠU C 406, 2.12.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Veszprémi Törvényszék (l-Ungerija) fit-23 ta’ Lulju 2020 – Amper Metal Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-334/20)

(2020/C 423/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Veszprémi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Amper Metal Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”) għandu, jew jista’, jiġi interpretat fis-sens li, skont l-imsemmija dispożizzjoni – minħabba l-espressjoni “jintużaw” li tinsab fiha –, it-tnaqqis tal-VAT ma jistax jiġi miċħud għal tranżazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-VAT għar-raġuni li, skont l-evalwazzjoni tal-Awtorità tat-Taxxa, is-servizz ipprovdut mill-emittent tal-fattura fil-kuntest ta’ tranżazzjoni mwettqa bejn partijiet indipendenti ma huwiex “ta’ benefiċċju” għall-attivitajiet intaxxati tad-destinatarju tal-fattura, sa fejn:

il-valur tas-servizz (servizz pubbliċitarju) ipprovdut mill-parti li toħroġ il-fattura huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-profitt (dħul mill-bejgħ/żieda fl-ammont tan-negozju) li joriġina minn dan l-istess servizz għad-destinatarju tiegħu, jew

l-imsemmi servizz (servizz pubbliċitarju) ma ġġenera l-ebda dħul mill-bejgħ għad-destinatarju tiegħu?

2)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT għandu, jew jista’, jiġi interpretat fis-sens li, skont l-imsemmija dispożizzjoni, it-tnaqqis tal-VAT jista’ jiġi miċħud għal tranżazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-VAT għar-raġuni li, skont l-evalwazzjoni tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, is-servizz ipprovdut mill-emittent tal-fattura fil-kuntest ta’ tranżazzjoni mwettqa bejn partijiet indipendenti għandu valur sproporzjonat, għaliex is-servizz (servizz pubbliċitarju) huwa għoli u l-prezz tiegħu eċċessiv meta mqabbel ma’ servizz jew servizzi oħrajn meħuda bħala paragun?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2020 – QY vs Bank 11 für Privatkunden und Handel GmbH

(Kawża C-336/20)

(2020/C 423/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QY

Konvenuta: Bank 11 für Privatkunden und Handel GmbH

Domandi preliminari

1)

Dwar il-preżunzjoni tal-legalità, skont it-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 247(6) u tat-tielet sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 247(12) tal-Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuche (l-Att Introduttorju għall-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem l-“EGBGB”):

a)

It-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 247(6) u t-tielet sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 247(12) tal-EGBGB, huma inkompatibbli mal-Artikolu 10(2)(p) u mal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), sa fejn jiddikjaraw li klawżoli kuntrattwali li jmorru kontra r-rekwiżiti tal-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48 jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ewwel u tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 247(6) u tal-punt 2(b) tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 247(12) tal-EGBGB?

Fl-affermattiv:

b)

Mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mill-Artikolu 10(2)(p) u mill-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48, jirriżulta li t-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 247(6) u t-tielet sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 247(12) tal-EGBGB huma inapplikabbli sa fejn jiddikjaraw li klawżoli kuntrattwali li jmorru kontra r-rekwiżiti tal-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48 jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ewwel u tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 247(6) u tal-punt 2(b) tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 247(12) tal-EGBGB?

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-punt (b) tal-ewwel domanda ma tkunx fl-affermattiv:

2)

Dwar l-indikazzjonijiet obbligatorji konformement mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48:

a)

L-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li, flimkien mat-tip ta’ self, għandu jiġi indikat, fejn xieraq, li huwa kuntratt ta’ kreditu konness?

Fin-negattiv:

b)

L-Artikolu 10(2)(l) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rata tal-interessi moratorji applikabbli fiż-żmien meta ġie konkluż il-ftehim ta’ kreditu jew, għallinqas, ir-rata tal-interessi ta’ riferiment (f’dan il-każ ir-rata ta’ bażi tal-interessi konformement mal-Artikolu 247 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-“BGB”), li minnha jirriżulta li r-rata tal-interessi moratorji applikabbli hija ddeterminata biż-żieda (f’dan il-każ ta’ ħames punti perċentwali skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 288(1) tal-BGB), għandha tkun indikata bħala numru assolut?

Fin-negattiv:

c)

L-Artikolu 10(2)(t) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-test tal-ftehim ta’ kreditu għandu jindika r-rekwiżiti formali essenzjali għal aċċess għall-proċeduri extraġudizzjarji ta’ ilment u ta’ riżarċiment?

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-wieħed mill-punti (a) sa (c) tat-tieni domanda tkun fl-affermattiv:

d)

Il-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu għall-irtirar jibda jiddekorri biss meta l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 ġiet ipprovduta b’mod komplet u korrett, irrispettivament minn jekk l-assenza jew l-ineżattezza ta’ informazzjoni humiex ta’ natura tali li jaffettwaw il-kapaċità tal-konsumatur li jevalwa l-portata tal-obbligi tiegħu?

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-punt (a) tal-ewwel domanda u/jew għal wieħed mill-punti (a) sa (c) tat-tieni domanda tkun fl-affermattiv:

3.

Dwar id-dekadenza tad-dritt tal-irtirar previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48:

a)

Id-dritt tal-irtirar previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48 huwa suġġett għal dekadenza?

Fl-affermattiv:

b)

Id-dekadenza hija limitazzjoni ratione temporis tad-dritt tal-irtirar li għandha tiġi rregolata permezz ta’ liġi adottata mill-Parlament?

Fin-negattiv:

c)

L-eċċezzjoni ta’ dekadenza tippresupponi, mil-lat suġġettiv, li l-konsumatur huwa konxju taż-żamma tad-dritt tiegħu tal-irtirar jew, għall-inqas, li n-nuqqas ta’ għarfien tiegħu huwa dovut għal negliġenza serja min-naħa tiegħu?

Fin-negattiv:

d)

Il-possibbiltà għall-kreditur li sussegwentement jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni meħtieġa fil-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48, b’tali mod li jibda jiddekorri t-terminu għall-irtirar, tipprekludi l-applikazzjoni bona fide tar-regoli ta’ dekadenza?

Fin-negattiv:

e)

Dan huwa kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti li jorbtu lill-qorti Ġermaniża skont il-Grundgesetz (il-Liġi Bażika) u, fl-affermattiv, kif għandu l-prattikant tal-liġi Ġermaniża jsolvi kunflitt bejn rekwiżiti vinkolanti tad-dritt internazzjonali u r-rekwiżiti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

Irrispettivament mir-risposti għall-ewwel sat-tielet domanda iktar ’il fuq:

4.

Dwar id-dritt ta’ imħallef uniku li jressaq talba għal deċiżjoni preliminari skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE:

Il-punt 1 tal-Artikolu 348a(2) taz-Zivilprozessordnung (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), sa fejn dan jirrigwarda wkoll il-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ rinviju skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, huwa inkompatibbli mas-setgħa tal-qrati nazzjonali li jressqu talba għal deċiżjoni preliminari skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, u għalhekk ma huwiex applikabbli għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ rinviju?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-31 ta’ Lulju 2020 – HOLD Alapkezelő Befektetési Alapkezelő Zrt. vs Magyar Nemzeti Bank

(Kawża C-352/20)

(2020/C 423/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HOLD Alapkezelő Befektetési Alapkezelő Zrt.

Konvenuta: Magyar Nemzeti Bank

Domanda preliminari

Jibqgħu rregolati mill-politika ta’ remunerazzjoni tal-ġestjonarji ta’ fondi ta’ investiment id-dividendi mqassma lill-persuni inkwistjoni

a)

direttament minħabba l-istatus tagħhom ta’ detenturi ta’ azzjonijiet ipprivileġġati bi dritt preferenzjali għal dividend fil-ġestjonarju ta’ fondi ta’ investiment, u

b)

permezz ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata b’membru wieħed li huma l-proprjetà tal-ġestjonarji inkwistjoni li għandhom azzjonijiet ipprivileġġati bi dritt preferenzjali għal dividend f’dan il-ġestjonarju ta’ fondi?


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-5 ta’ Awwissu 2020 – MARCAS MC Szolgáltató Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-363/20)

(2020/C 423/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MARCAS MC Szolgáltató Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi prelmaiminari

1)

Prattika tal-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru li abbażi tagħha, fil-kuntest tal-kontroll sussegwenti tad-dikjarazzjoni tal-persuna taxxabbli – mingħajr ma ġie kkonstatat ksur min-naħa tal-persuna taxxabbli ta’ dispożizzjoni speċifika tal-kontabbiltà jew ta’ dispożizzjoni legali sostantiva relatata mat-taxxa li hija s-suġġett tal-ispezzjoni u mingħajr ma nbidel l-ammont tat-taxxa dovut meta mqabbel ma’ dak li jirriżulta fid-dikjarazzjoni għas-snin li għalihom tirreferi l-attività ekonomika – l-awtorità tat-taxxa tikkonstata, mingħajr ma tagħti motivazzjoni, l-eżistenza ta’ differenza fit-taxxa li għandha titħallas mill-persuna taxxabbli għas-sempliċi raġuni li din, meta ppreparat id-dikjarazzjoni tagħha, ma ħaditx inkunsiderazzjoni, fost il-prinċipji kontabbli inklużi fil-Liġi tal-Kontabbiltà tal-Istat Membru, żewġ prinċipji fiskali hekk kif meħtieġ mill-awtorità tat-taxxa, iżda minflok, billi użat il-marġni diskrezzjonali tagħha, ibbażat ruħa fuq prinċipji oħra li hija qieset li kienu jirregolaw il-kontabbiltà tal-attività ekonomika tagħha, hija konformi mad-dritt għal smigħ xieraq, irrikonoxxut bħala prinċipju ġenerali tad-dritt fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), u mal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?

2)

Fid-dawl tad-dritt għal smigħ xieraq irrikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta u tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, stabbiliti bħala prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, l-Artikoli 2(3) u 31 tad-Direttiva 78/660/KEE (1) (Ir-Raba’ Direttiva), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ attività ekonomika li tirreferi għal diversi snin kummerċjali, jekk l-awtorità tat-taxxa tissostitwixxi l-prinċipji kontabbli magħżula mill-persuna taxxabbli bi prinċipji kontabbli oħra u, b’riżultat ta’ dan, twettaq bidla fir-rigward ta’ entrata kontabbli li taffettwa wkoll id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tas-snin kontigwi, hija għandha testendi l-ispezzjoni tagħha wkoll għal dawk is-snin kummerċjali li għalihom tirreferi l-attività ekonomika u li għaldaqstant huma affettwati mill-konklużjonijiet tal-awtorità tat-taxxa relatati mal-perijodu li huwa s-suġġett tal-ispezzjoni? Fit-twettiq ta’ kontroll sussegwenti tad-dikjarazzjoni tal-persuna taxxabli, l-awtorità tat-taxxa għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fis-sena kummerċjali li hija suġġett tal-eżami, l-entrati li ġew modifikati permezz ta’ dikjarazzjoni supplimentari relatata mas-sena preċedenti, bir-riżultat li kien hemm ħlas żejjed min-naħa tal-persuna taxxabbli bħala konsegwenza tal-fatt li hija ħallset it-taxxa qabel id-data ta’ skadenza, jew dikjarazzjoni li permezz tagħha l-awtorità tat-taxxa tiddikjara l-eżistenza ta’ dejn fiskali fir-rigward tal-persuna taxxabbli, minkejja l-eżistenza ta’ ħlas żejjed, hija konformi mal-prinċipji indikati u mal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt stabbilit fl-Artikolu 54 tal-Karta?

3)

Huwa proporzjonat li tiġi ssanzjonata l-għażla ta’ metodu kontabbli eventwalment żbaljat permezz tad-dikjarazzjoni tal-eżistenza ta’ differenza fit-taxxa, ikklassifikata bħala dejn, b’teħid inkunsiderazzjoni wkoll tal-fatt li huma imposti l-ħlas ta’ sanzjoni – anki fl-ammont ta’ 10 % biss –, u interessi moratorji, jekk it-taxxa li hija s-suġġett tat-tilwima tħallset qabel l-iskadenza u matul il-proċeduri kollha, sat-tmiem tagħhom, din kienet tidher bħala ħlas żejjed fil-kont kurrenti fiskali tar-rikorrenti, u għalhekk ma rriżulta ebda telf ta’ dħul għat-Teżor Pubbliku, u ma hemmx indikazzjonijiet ta’ abbuż?

4)

Il-prinċipju ta’ (protezzjoni tal-)aspettattivi leġittimi jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-bażi oġġettiva tiegħu, jiġifieri, l-aspettattiva tal-persuna taxxabbli fir-rigward tat-trattament kontabbli, tirriżulta fondata jekk l-awtorità tat-taxxa tkun wettqet preċedentement spezzjoni fis-sede tal-persuna taxxabbli li matulha hija tkun ikkonstatat, anki jekk ma kienx hemm dikjarazzjoni speċifika jew dan jista’ jiġi dedott biss impliċitament mill-aġir tagħha, li l-preżentazzjoni u ż-żamma tad-dokumenti ġustifikattivi, tal-kotba u tar-reġistri kienu konformi mar-rekwiżiti, jew il-persuna taxxabbli tista’ tinvoka l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi biss jekk l-awtorità tat-taxxa twettaq il-kontroll sussegwenti tagħha tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa li jagħtu lok għal perijodi magħluqa, filwaqt li testendih għal kull tip ta’ taxxa, u tiddeċiedi favorevolment b’mod espliċitu fir-rigward tal-prattika kontabbli tal-persuna taxxabbli? L-awtorità tat-taxxa taġixxi b’mod konformi mal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jekk f’deċiżjonijiet sussegwenti hija tattribwixxi konsegwenzi legali u fiskali lill-irregolaritajiet kontabbli b’mod li, billi tallega n-natura formali jew inkompleta tal-ispezzjoni preċedenti jew in-nuqqas ta’ dikjarazzjoni favorevoli espliċita, ma tirrikonoxxix li r-rikorrenti kellha aspettattiva fondata li l-prattika kontabbli preċedenti tagħha kienet korretta?


(1)  Ir-raba’ Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Szczecinie (il-Polonja) fis-6 ta’ Awwissu 2020 – A.M. vs Dyrektor Z. Oddziału Regionalnego Agencji Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa

(Kawża C-373/20)

(2020/C 423/26)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Szczecinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.M.

Konvenut: Dyrektor Z. Oddziału Regionalnego Agencji Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa

Domanda preliminari

L-interpretazzjoni mill-korpi nazzjonali tad-definizzjoni ta’ “mergħat permanenti” li tinsab fl-Artikolu 2(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (1), fis-sens li l-għargħar naturali perjodiċi ta’ mergħat u ta’ bwar li jinsabu f’żona ta’ protezzjoni ambjentali speċjali (sit ta’ Natura 2000; il-park pajsaġġistiku ta’ Ińsko) jirriżultaw fl-issuġġettar ta’ dawn l-artijiet għall-hekk imsejħa “newba tal-uċuħ tar-raba’” u jagħtu lok għall-interruzzjoni tal-perijodu ta’ ħames snin (jew iktar) ta’ nuqqas ta’ ssuġġettar għal din in-“newba tal-uċuħ tar-raba’”, li konsegwentement jikkostitwixxi wkoll bażi għat-tneħħija jew għal-limitar tal-ħlas agro-ambjentali lill-bidwi, kif ukoll għal konsegwenzi finanzjarji oħra marbuta mal-interruzzjoni tal-kontinwità tal-perijodu ta’ ħames snin għat-twettiq tal-programm agro-ambjentali, hija korretta?


(1)  ĠU 2009, L 316, p. 1.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – BQ vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-380/20)

(2020/C 423/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BQ

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati ta’ trasportatur tal-ajru msejjaħ minn sindakat huwa ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – VR vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-381/20)

(2020/C 423/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VR

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati ta’ trasportatur tal-ajru msejjaħ minn sindakat huwa ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – AL vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-382/20)

(2020/C 423/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AL

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati ta’ trasportatur tal-ajru msejjaħ minn sindakat huwa ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – LK vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-383/20)

(2020/C 423/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LK

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati ta’ trasportatur tal-ajru msejjaħ minn sindakat huwa ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – DP vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-384/20)

(2020/C 423/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DP

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati ta’ trasportatur tal-ajru msejjaħ minn sindakat huwa ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 49 de Barcelona (Spanja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – EL, TP vs Caixabank SA

(Kawża C-385/20)

(2020/C 423/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 49 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EL, TP

Konvenut: Caixabank SA

Domandi preliminari

1)

L-interpretazzjoni ġurisprudenzjali tal-Artikolu 251, tal-Artikolu 394(3) u tal-Artikolu 411 tal-[Ley de Enjuiciamiento Civil (Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, iktar ’il quddiem il-“LEC”)] magħmula fid-deċiżjoni tal-1 ta’ Ottubru 2019, skont liema l-valur tat-tilwima huwa assimilat għall-interess ekonomiku tat-tilwima u, għaldaqstant, iwassal għal tnaqqis tal-onorarja li l-konsumatur ħallas lill-avukat tiegħu, abbażi ta’ somma fissa (EUR 18 000), iddeterminata mil-liġi unikament meta l-valur tat-tilwima ma jkunx jista’ jiġi stmat u mhux meta l-imsemmi valur ma huwiex iddeterminat, hija kuntrarja għall-Artikolu 6(1) u għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva [93/13/KEE] (1), sa fejn il-konsumatur ma jistax jerġa’ jitqiegħed fis-sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi li kien isib ruħu fiha li kieku din il-klawżola ma kinitx teżisti, minkejja d-dikjarazzjoni ġudizzjarja, favur tiegħu, tan-natura inġusta ta’ din il-klawżola, u minħabba n-nuqqas ta’ tħassir ta’ kundizzjoni proċedurali mhux raġonevoli marbuta ma’ limitazzjoni tal-ispejjeż, tħassir li jiggarantixxi lill-konsumatur il-mezzi l-iktar xierqa u l-iktar effettivi għall-finijiet tal-eżerċizzju leġittimu tad-drittijiet tiegħu?

2)

L-Artikolu 394(3) tal-LEC huwa, bħala tali, kuntrarju għall-Artikolu 6(1) u għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva [93/13] u jrendi impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju ġudizzjarju tad-drittijiet li l-imsemmija direttiva tagħti lill-konsumaturi, fid-dawl tal-limitazzjoni li dan l-artikolu jimponi fuq il-konsumatur, li għandu jsostni parti mill-ispejjeż rispettivi tiegħu u li ma jistax jerġa’ jitqiegħed fis-sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi li kien isib ruħu fiha li kieku din il-klawżola ma kinitx teżisti, minkejja d-dikjarazzjoni ġudizzjarja, favur tiegħu, tan-natura inġusta ta’ din il-klawżola, u minħabba n-nuqqas ta’ tħassir ta’ kundizzjoni proċedurali mhux raġonevoli marbuta ma’ limitazzjoni tal-ispejjeż, tħassir li jiggarantixxi lill-konsumatur il-mezzi l-iktar xierqa u l-iktar effettivi għall-finijiet tal-eżerċizzju leġittimu tad-drittijiet tiegħu?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Vigo (Spanja) fl-14 ta’ Awwissu 2020 – CJ vs Tesorería General de la Seguridad Social

(Kawża C-389/20)

(2020/C 423/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Vigo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CJ

Konvenuta: Tesorería General de la Seguridad Social

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (1), dwar ugwaljanza fit-trattament li jipprekludi kull diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, kemm dik diretta kif ukoll dik indiretta, f’dak li għandu x’jaqsam mal-obbligu li wieħed iħallas il-kontribuzzjonijiet soċjali, u l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (2), li jsemmi l-istess projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq il-bażi ta’ sess, fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-iskemi soċjali u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal dawn tal-aħħar kif ukoll l-obbligu ta’ kontribuzzjoni u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 251(d) LGSS [Ley General de la Seguridad Soċjal (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali)] [li skontha] “d) L-azzjoni protettiva tas-Sistema Speċjali għall-Impjegati Domestiċi ma għandhiex tinkludi dik li tikkorrispondi mal-qagħad.”?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, il-kunċett legali msemmi għandu jitqies li jirrigwarda eżempju ta’ diskriminazzjoni pprojbita, konformement mal-Artikolu 9(1)(e) u/jew (k) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006, sa fejn id-destinatarji kważi esklużivi tad-dispożizzjoni inkwistjoni, l-Artikolu 251(d) LGSS huma nisa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215

(2)  ĠU 2006, L 204, p. 23


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Mokotowa w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej

(Kawża C-392/20)

(2020/C 423/34)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy-Mokotowa w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Konvenuta: Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli biss għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew anki għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jirrigwardaw l-impożizzjoni ta’ ħlas amministrattiv addizzjonali?

2.

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi li d-digriet tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ffirmat, mingħajr ebda formalità oħra ħlief il-verifika tal-awtentiċità tad-dokument, għandha tiġi interpretata fis-sens li qorti nazzjonali li tiddeċiedi dwar l-għoti ta’ saħħa eżekuttiva u li tapplika dispożizzjonijiet nazzjonali tal-proċedura ċivili ma hijiex awtorizzata teżamina jekk il-pretensjoni kkonstatata permezz ta’ titolu eżekuttiv ġietx preskritta?


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie (il-Polonja) fit-18 ta’ Awwissu 2020 – T.B., D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S

(Kawża C-393/20)

(2020/C 423/35)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T.B., D. sp. z. o. o.

Konvenuta: G. I. A/S

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 13(2) moqri flimkien mal-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn persuna li, bħala korrispettiv għal servizzi – mogħtija lill-vittma diretta ta’ inċident tat-traffiku b’rabta mad-dannu li rriżulta – , xtrat pretensjoni għall-ħlas ta’ danni, iżda ma twettaqx attivitajiet professjonali fil-qasam tal-irkupru ta’ pretensjonijiet għal kumpens mill-assiguraturi u li ħarrket, quddiem il-qorti tal-post ta’ stabbiliment tagħha, lill-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident li jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor?

2)

L-Artikolu 7(2) jew l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn persuna li permezz ta’ kuntratt ta’ assenjazzjoni xtrat pretensjoni mingħand vittma ta’ inċident tat-traffiku bil-għan li titressaq azzjoni quddiem qorti tal-Istat Membru tal-post fejn seħħ l-inċident għar-responsabbiltà ċivili tal-assiguratur tal-persuna li kkawżat l-inċident tat-traffiku, liema assiguratur huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tal-post fejn seħħ l-inċident?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-30 ta’ Lulju 2020 – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-396/20)

(2020/C 423/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CHEP Equipment Pooling NV

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 (1), li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (id-Direttiva 2008/9/KE), għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki fil-każ ta’ differenzi numeriċi evidenti b’detriment għas-suġġett passiv – mingħajr ma tqum il-kwistjoni tal-pro rata – bejn it-talba għal rimbors u l-fattura, l-Istat Membru tar-rimbors jista’ jqis li ma huwiex neċessarju li jitlob informazzjoni addizzjonali u li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni rilevanti kollha għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar ir-rimbors?


(1)  ĠU 2008, L 44, p. 23.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Germanja) fit-28 ta’ Awwissu 2020 – Phantasialand vs Finanzamt Brühl

(Kawża C-406/20)

(2020/C 423/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Phantasialand

Konvenut: Finanzamt Brühl

Domandi preliminari

1)

L-inklużjoni kemm ta’ “fieri” kif ukoll ta’ “parks tad-divertiment” fil-kategorija 7 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 98(2) ta’ din id-direttiva, tista’ tiġi invokata sabiex issir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ termini sabiex theme park jiġi ntaxxat bir-rata normali, minkejja li l-kunċett ta’ “park tad-divertiment” ikopri wkoll kemm impriżi tal-fieri sedentarji u kif ukoll mobbli?

2)

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tipprovdi li servizzi distinti jistgħu ma jkunux simili fid-dawl tal-kuntest li fih jingħataw, hija applikabbli għas-servizzi pprovduti minn impriżi tal-fieri mobbli u kif ukoll minn impriżi tal-fieri sedentarji fil-forma ta’ theme parks?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda:

Il-“perspettiva tal-konsumatur medju” – li tikkostitwixxi, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, element essenzjali tal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT – tikkostitwixxi “perspettiva kunċettwali” li ma tistax tiġi stabbilita bil-ġbir ta’ provi permezz ta’ perizja ġudizzjarja?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 35, p. 60).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de La Coruña (Spanja) fit-2 ta’ Settembru 2020 – Banco Santander, S.A. vs J.A.C. u M.C.P.R.

(Kawża C-410/20)

(2020/C 423/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de La Coruña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Santander, S.A.

Konvenuti: J.A.C. u M.C.P.R.

Domandi preliminari

1)

Meta, fl-ambitu ta’ proċedura ta’ riżoluzzjoni ta’ entità finanzjarja, ikun ġie mifdi l-valur tal-azzjonijiet kollha li fihom kien diviż il-kapital azzjonarju, l-Artikoli 34(1)(a), 53(1) u (3) u 60(2)(b) u (e) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu lil kull min ikun akkwista l-azzjonijiet tal-imsemmija entità xi xhur qabel il-bidu tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni, fl-okkażjoni ta’ żieda tal-kapital permezz ta’ offerta pubblika ta’ sottoskrizzjoni, milli jressaq kontra l-entità tal-ħruġ jew kontra l-entità li tirriżulta minn amalgamazzjoni suċċessiva permezz ta’ inkorporazzjoni, talbiet għar-riżarċiment tad-danni jew talbiet li għandhom effett ekwivalenti billi jinvoka l-ineżattezza tal-informazzjoni inkluża fil-prospett tal-ħruġ?

2)

Fl-istess każ li hemm riferiment għalih fid-domanda preċedenti, l-Artikoli 34(1)(a), 53(3) u 60(2)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014, jipprekludu l-impożizzjoni b’mod ġudizzjarju fuq l-entità tal-ħruġ, jew fuq l-entità li tissuċċediha b’titolu universali, ta’ obbligi ta’ ħlas lura tal-kontrovalur tal-azzjonijiet sottoskritti, flimkien mal-ħlas tal-interessi, bħala konsegwenza tad-dikjarazzjoni ta’ nullità, b’effetti retroattivi (ex tunc), tal-kuntratt ta’ sottoskrizzjoni tal-azzjonijiet, skont talbiet imressqa wara r-riżoluzzjoni tal-entità?


(1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU 2014, L 173, p. 190).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Settembru 2020 – S vs Familienkasse Niedersachsen-Bremen der Bundesagentur für Arbeit

(Kawża C-411/20)

(2020/C 423/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S

Konvenut: Familienkasse Niedersachsen-Bremen der Bundesagentur für Arbeit

Domanda preliminari

L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE (1) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jistabbilixxi d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fit-territorju nazzjonali u li ma jiġġustifika l-ebda dħul nazzjonali minn attività agrikola jew tal-forestrija, attività industrijali jew kummerċjali, attività bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu jew attività bħala persuna impjegata, ma jistax jitlob, għall-ewwel tliet xhur wara l-istabbiliment tad-domiċilju jew tar-residenza abitwali, benefiċċji tal-familja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j), moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) tar-Regolament Nru 883/2004, filwaqt li ċittadin tal-Istat Membru kkonċernat, li jinsab fl-istess sitwazzjoni, jista’ jitlob benefiċċji tal-familja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j), moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) tar-Regolament Nru 883/2004, mingħajr ma jrid jipprova dħul nazzjonali minn attività agrikola jew tal-forestrija, attività industrijali jew kummerċjali, attività bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu jew attività bħala persuna impjegata?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

(2)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2020 – Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH vs Hauptzollamt Hamburg

(Kawża C-415/20)

(2020/C 423/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg

Domandi preliminari

1.

L-obbligu impost fuq l-Istati Membri, skont id-dritt tal-Unjoni, li jħallsu lura, flimkien mal-interessi, id-dazji miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni japplika wkoll fejn ir-raġuni għall-ħlas lura ma tkunx deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda l-interpretazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ (sub)intestatura tan-Nomenklatura Magħquda?

2.

Il-prinċipji li jirregolaw, skont id-dritt tal-Unjoni, id-dritt għall-ħlas tal-interessi stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha japplikaw ukoll għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li l-awtorità nazzjonali rrifjutat li tħallas, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni?


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Braga, Juízo do Trabalho de Barcelos (il-Portugall) fl-10 ta’ Settembru 2020 – GD, ES vs Luso Temp – Empresa de Trabalho Temporário, S.A.

(Kawża C-426/20)

(2020/C 423/41)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Braga, Juízo do Trabalho de Barcelos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GD, ES

Konvenuta: Luso Temp – Empresa de Trabalho Temporário, S.A.

Domanda preliminari

L-Artikoli 3(1)(f) u 5(1) tad-Direttiva 2008/104/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija, jipprekludu regola bħal dik li tirriżulta mil-Artikolu 185(6) tal-Código do Trabalho (il-Kodiċi tax-Xogħol) (approvat bil-Lei n.o7/2009 (il-Liġi Nru 7/2009) tat-12 ta’ Frar), li tipprevedi li l-ħaddiem temporanju permezz ta’ aġenzija dejjem għandu biss id-dritt għal-leave u l-allowances rispettivi proporzjonali għall-ħin tax-xogħol ipprovdut lill-impriża utenti anki meta jidħol fil-funzjonijiet tiegħu f’sena u jtemmhom sentejn jew iktar snin wara din id-data, meta għal ħaddiem ingaġġat direttament mil-impriża utenti u li jeżerċita l-istess funzjonijiet u għall-istess perijodu ta’ żmien tiġi applikata s-sistema ġenerali ta’ leave li tiggarantilu perijodu ta’ leave u allowance rispettiv ogħla peress li dawn ma jkunux proporzjonali għall-ħin tax-xogħol ipprovdut?


(1)  ĠU 2008, L 327, p. 9.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fis-16 ta’ Settembru 2020 – Asociación Estatal de Entidades de Servicios de Atención a Domicilio (ASADE) vs Consejería de Igualdad y Políticas Inclusivas

(Kawża C-436/20)

(2020/C 423/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Estatal de Entidades de Servicios de Atención a Domicilio (ASADE)

Konvenuta: Consejería de Igualdad y Políticas Inclusivas

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 49 TFUE u l-Artikoli 76 u 77 (moqrija flimkien mal-Artikolu 74 u mal-Anness 14) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jidħlu fi ftehim ma’ entitajiet privati mingħajr skop ta’ lukru, mhux biss assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat, għall-provvista ta’ kull tip [ta’] servizzi soċjali lill-persuni b’korrispettiv ta’ rimbors tal-ispejjeż, mingħajr ma japplikaw il-proċeduri previsti fid-Direttiva dwar il-kuntratti pubbliċi u irrispettivament mill-valur stmat, sempliċement billi jikklassifikaw minn qabel dawn l-ispejjeż bħala mhux kuntrattwali?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv u, konsegwentement, jekk ikun possibbli, l-Artikolu 49 TFUE u l-Artikoli 76 u 77 (moqrija flimkien mal-Artikolu 74 u l-Anness 14) tad-Direttiva dwar il-kuntratti pubbliċi għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermett[u] li l-awtoritajiet kontraenti jidħlu fi ftehim ma’ entitajiet privati mingħajr skop ta’ lukru (mhux biss organizzazzjonijiet ta’ volontarjat) għall-provvista ta’ kull tip ta’ servizzi soċjali lill-persuni b’korrispettiv ta’ rimbors tal-ispejjeż, mingħajr ma japplikaw il-proċeduri previsti fid-Direttiva u irrispettivament mill-valur stmat, sempliċement billi jikklassifikaw minn qabel dawn l-ispejjeż bħala mhux kuntrattwali, meta barra minn hekk, l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali ma tinkludix espliċitament ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 77 tad-Direttiva, iżda tirreferi għal żvilupp regolatorju ulterjuri mingħajr ma tinkludi espressament fost il-linji gwida li għandhom jiġu segwiti minn dan l-iżvilupp regolatorju li dan tal-aħħar għandu jelenka espliċitament ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 77 tal-imsemmija direttiva?

3)

Fil-każ li r-risposta tkun ukoll fin-negattiv u, konsegwentement, jekk ikun possibbli, l-Artikoli 49 u 56 TFUE, l-Artikoli 76 u 77 (moqrija flimkien mal-Artikolu 74 u mal-Anness XIV) tad-Direttiva dwar il-kuntratti pubbliċi u l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva [2006/123]/KE tal-Parlament [Ewropew] u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru [2006] dwar is-servizzi fis-suq intern (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu li l-awtoritajiet kontraenti, għal skopijiet tal-għażla ta’ entità mingħajr skop ta’ lukru (mhux biss lil assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat) li magħha jikkonkludu l-ftehim tal-provvista ta’ kull tip ta’ servizzi soċjali lill-persuni, lil hinn minn dawk iddikjarati fl-Artikolu 2(2)(j) tal-imsemmija direttiva, jinkludu fost il-kriterji ta’ għażla l-istabbiliment fil-lokalità fejn ikun ser jingħata s-servizz?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014 L 94, p. 65, u r-rettifika fil-ĠU 2015 L 275, p. 68).

(2)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, l 376, p. 36).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2020 – PJ vs Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio dei monopoli per la Toscana, Ministero dell'Economia e delle Finanze

(Kawża C-452/20)

(2020/C 423/43)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PJ

Konvenuti: Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio dei monopoli per la Toscana, Ministero dell'Economia e delle Finanze

Domanda preliminari

L-Artikolu 25(2) tad-Digriet Irjali Nru 2316 tal-24 ta’ Diċembru 1934, kif issostitwit mill-Artikolu 24(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 6 tal-2016 (li jittrasponi d-Direttiva 2014/40/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE) – sa fejn jipprovdi li “[k]ull persuna li tbiegħ jew tipprovdi prodotti tat-tabakk, sigaretti elettroniċi jew kontenituri ta’ rikarika li fihom in-nikotina, jew inkella prodotti tat-tabakk ġodda, lil minuri ta’ inqas minn tmintax-il sena huwa suġġett għal multa amministrattiva minn EUR 500 sa EUR 3 000 u għal sospensjoni tal-liċenzja tal-operat tiegħu għal perijodu ta’ ħmistax-il ġurnata” – jikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ prekawzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5 TUE, fl-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2014/40/UE u fil-premessi 21 u 60 tal-istess direttiva, sa fejn dan jagħti preċedenza lill-prinċipju ta’ prekawzjoni mingħajr ma jirregolah permezz tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sal-punt li jissagrifika l-interessi tal-kummerċjanti b’mod sproporzjonat favur il-protezzjoni tas-saħħa u, b’dan il-mod, ma jassigurax l-ibbilanċjar tajjeb li għandu jinstab bejn id-drittijiet fundamentali differenti, billi jimponi, barra minn hekk, sanzjoni li ma ssegwix b’mod effettiv l-għan li titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip tat-tabakk fost iż-żgħażagħ kuntrarjament għal dak li tipprovdi l-premessa 8 tad-Direttiva 2014/40/UE?


(1)  ĠU 2014, L 127, p. 1.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-30 ta’ Settembru 2020 – Lombard Pénzügyi és Lízing Zrt. vs PN

(Kawża C-472/20)

(2020/C 423/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lombard Pénzügyi és Lízing Zrt.

Konvenut: PN

Domandi preliminari

1)

Jekk il-klawżola kuntrattwali inġusta tirreferi għas-suġġett prinċipali tal-kuntratt (l-informazzjoni dwar ir-rata tal-kambju ma kinitx konformi), bil-konsegwenza li l-kuntratt ma’ jistax jissussiti, u ma jeżistix ftehim bejn il-partijiet, il-fatt li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni supplimentari tad-dritt nazzjonali, ikun teħid ta’ pożizzjoni tal-qorti suprema, li madankollu ma hjiex vinkolanti għall-qrati inferjuri, li jagħti gwida għad-dikjarazzjoni ta’ validità jew ta’ effettività tal-kuntratt, jiggarantixxi l-effettività sħiħa tad-Direttiva 93/13 (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari huwa possibbli li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni oriġinali meta l-kuntratt ma jistax jissussisti minħabba l-klawżola inġusta li tirreferi għas-suġġett prinċipali tiegħu, ma jeżistix ftehim bejn il-partijiet u t-teħid ta’ pożizzjoni indikat preċedentement lanqas ma jista’ japplika?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda preliminari, fil-każ ta’ talba li permezz tagħha tintalab id-dikjarazzjoni ta’ invalidità li tirreferi għas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, il-liġi tista’ timponi r-rekwiżit, fir-rigward ta’ [dawn] it-tip ta’ kuntratti, li l-konsumatur għandu jressaq ukoll, flimkien ma’ din it-talba, talba sabiex tiġi ddikjarata l-validità jew l-effettività tal-kuntratt?

4)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda preliminari, meta ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni oriġinali, il-kuntratti jistgħu jiġu ddikjarati validi jew effettivi b’mod leġiżlattiv a posteriori, sabiex jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-partijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 2, p. 288).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovni sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fit-30 ta’ Settembru 2020 – I.D. vs Z. b. d.d., Z.

(Kawża C-474/20)

(2020/C 423/45)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Vrhovni sud Republike Hrvatske (il-Kroazja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: I.D.

Konvenuta: Z. b. d.d., Z.

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 93/13 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw għal kuntratt ta’ kreditu konkluż qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fejn, wara l-adeżjoni mal-Unjoni, il-kreditu ġie kkonvertit permezz ta’ liġi li r-Repubblika tal-Kroazja adottat wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, u b’rabta ma’ dan il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni tirrispondi t-tieni domanda preliminari?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, id-domanda preliminari segwenti hija fformulata kif ġej:

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal-liġi speċjali inkwistjoni fil-kawża prinċipali – ZID ZPK 2015 – Zakon o konverziji (il-Liġi dwar il-Konverżjoni), li, minn naħa, fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni vinkolanti fis-seħħ tobbliga lill-fornitur ta’ servizzi joffri lill-konsumatur il-konklużjoni ta’ anness mal-kuntratt ta’ kreditu bil-mod iddeterminat f’din il-liġi, li jissostitwixxi l-kundizzjonijiet individwali tal-kuntratt li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi (kundizzjoni dwar it-tibdil unilaterali fir-rata ta’ interessi) jew sussegwentement (kundizzjoni dwar klawżola dwar valuta b’rabta ma’ CHF [Frank Svizzeru]) ġew iddikjarati nulli permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, b’kundizzjonijiet kuntrattwali validi bħallikieku l-kundizzjonijiet imniżżla fl-anness kienu sa mill-bidu vinkolanti bejn il-partijiet, fejn għaldaqstant tiġi żgurata l-validità tal-kuntratt, u min-naħa l-oħra tipprovdi li ħlasijiet imwettqa fuq il-bażi ta’ klawżoli inġusti mill-konsumatur li b’mod volontarju ta l-kunsens tiegħu sabiex jiġi konkluż l-anness, jintużaw bil-għan li jiġu ssodisfatti l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet tal-anness validu permezz ta’ ftehim dwar id-drittijiet fuq il-ħlasijiet eċċessivi eventwali jew ir-rimbors lill-konsumatur jekk il-ħlas eċċessiv jeċċedi t-total ta’ rati fissi konformement mal-modalitajiet ġodda ta’ ħlas lura tal-kreditu, fejn dan kollu jseħħ skont kif previst minn din il-liġi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Ottubru 2020 – M P A vs LC D N M T

(Kawża C-501/20)

(2020/C 423/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M P A

Konvenuti: LC D N M T

Domandi preliminari

1)

Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “residenza abitwali”, imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2201/2003 (1) u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 4/2009 (2), fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stat Membru li, minħabba l-funzjonijiet li jwettqu fil-kapaċità tagħhom bħala membri tal-persunal bil-kuntratt tal-Unjoni Ewropea, jirrisjedu fi Stat terz li fih igawdu l-istatus ta’ membri tal-persunal diplomatiċi tal-Unjoni Ewropea meta r-residenza tagħhom f’dak l-Istat hija marbuta mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fis-servizz tal-Unjoni?

2)

Fil-każ li, għall-finijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2201/2003 u l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 4/2009, id-determinazzjoni tar-residenza abitwali tal-konjuġi tiddependi fuq l-istatus tagħhom bħala membri tal-persunal bil-kuntratt tal-Unjoni Ewropea fi Stat terz, x’impatt ikollu dan fuq id-determinazzjoni tar-residenza abitwali tal-ulied minuri fit-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2201/2003?

3)

Fil-każ li jkun ikkunsidrat li l-ulied minuri ma għandhomx ir-residenza abitwali tagħhom fl-Istat terz, huwa possibbli li jittieħed kont, għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata r-residenza abitwali skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2201/2003, ir-rabta kkostitwita min-nazzjonalità tal-omm, ir-residenza tagħha fi Spanja qabel iċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ, in-nazzjonalità Spanjola tal-ulied minuri u l-fatt li dawn tal-aħħar twieldu fi Spanja?

4)

Fil-każ li jiġi stabbilit li r-residenza abitwali tal-ġenituri u l-ulied minuri ma hijiex fi Stat Membru u fid-dawl tal-fatt li, taħt ir-Regolament Nru 2201/2003, ma hemm l-ebda Stat Membru ieħor kompetenti sabiex jiddeċiedi fuq it-talbiet, il-fatt li l-konvenut huwa ċittadin ta’ Stat Membru jipprekludi l-applikazzjoni tal-klawżola residwali prevista fl-Artikoli 7 u 14 tar-Regolament Nru 2201/2003?

5)

Fil-każ li jiġi stabbilit li r-residenza abitwali tal-ġenituri u l-ulied minuri ma hijiex fi Stat Membru, kif għandu jiġi interpretat il-forum necessitatis imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 4/2009 għall-iskop li jiġi ddeterminat il-manteniment tal-ulied minuri? B’mod partikolari, liema huma l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jitqies li proċedura ma tistax tinbeda jew titmexxa b’mod raġonevoli, jew tkun impossibbli fi Stat terz li miegħu t-tilwima għandha konnessjoni mill-qrib (f’dan il-każ, it-Togo)? Il-parti hija meħtieġa turi li ppreżentat mingħajr suċċess jew għamlet tentattiv li tressaq il-proċeduri f’dak l-Istat? In-nazzjonalità ta’ waħda mill-partijiet fit-tilwima tikkostitwixxi rabta suffiċjenti mal-Istat Membru (tal-qorti adita)?

6)

F’każ bħal dak preżenti, li fih il-konjuġi għandhom rabtiet qawwija mal-Istati Membri (nazzjonalità, residenza preċedenti), ikun kontra l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jekk l-applikazzjoni tar-regolamenti ma tindika ebda Stat Membru kompetenti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6., p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU 2009, L 7, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2011, L 131, p. 26, ĠU 2013, L 8, p. 19, u ĠU 2013, L 281, p. 29).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/32


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-411/17, Landesbank Baden-Württemberg vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

(Kawża C-584/20 P)

(2020/C 423/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis, A. Steiblytė, V. Di Bucci, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Landesbank Baden-Württemberg, Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-fehma tal-appellanti, is-sentenza appellata, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tas-sessjoni eżekuttiva tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05) sa fejn tikkonċerna lil Landesbank Baden-Württemberg (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża”), għandha tiġi annullata għar-raġunijiet segwenti:

L-ewwel, il-klassifikazzjoni tal-anness mad-deċiżjoni kontenzjuża hija żbaljata sa fejn il-Qorti Ġenerali tqis li dan l-anness “bl-ebda mod ma huwa marbut b’mod inseparabbli” ma’ din id-deċiżjoni. Dan jammonta għal distorsjoni tal-fatti tal-kawża. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ proċedura kontradittorja u d-drittijiet tad-difiża tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni. L-anness mad-deċiżjoni kontenzjuża huwa element integrali minn din id-deċiżjoni. L-imsemmi anness, flimkien mat-test tad-deċiżjoni, kien ippreżentat b’mod elettroniku quddiem is-sessjoni eżekuttiva tas-SRB, li approvatu. Fuq l-iskeda tal-progress għall-firma bl-id tad-deċiżjoni, l-anness inkwistjoni huwa indikat bl-istess kodiċi. Il-Qorti Ġenerali injorat dan u naqset milli tagħti lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni l-opportunità li jistabbilixxi li dawn iż-żewġ dokumenti huma marbuta ma’ xulxin, u dan minkejja li qieset dan, ex officio, bħala difett legali.

It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u naqset milli tagħti motivazzjoni meta aċċettat bħala ammissibbli l-eċċezzjoni ta’ illegalità invokata fl-ewwel istanza kontra r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (1). Il-Qorti Ġenerali naqset mili tqis li l-allegata illegalità tar-Regolament ta’ Delega kienet ibbażata fuq ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2) u fuq id-Direttiva 2014/59 (3). Peress li l-legalità ta’ dawn l-aħħar żewġ atti ma kinitx inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali ma kienx imissha eżaminat ksur tar-Regolament ta’ Delega, li fl-aħħar mill-aħħar huwa bbażat fuq dawn iż-żewġ atti ta’ livell superjuri fil-ġerarkija tan-normi. Il-Qorti Ġenerali lanqas ma spjegat kif u sa fejn l-iżbalji ta’ liġi kkonstatati fir-Regolament ta’ Delega huma bbażati fuq id-dritt ta’ livell superjuri.

It-tielet, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikoli 69(1) u 70(2) tar-Regolament Nru 806/2014 fir-rigward tal-livell fil-mira u tal-kontribuzzjoni annwali bażika. Minn dan il-Qorti Ġenerali tiddeduċi li l-livell fil-mira u l-kontribuzzjoni annwali bażika kienu jew inqabżu jew ma kinux intlaħqu. B’hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li aġenzija bħalma huwa l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni ma jistax ikollha awtorità sabiex tiddetermina dawn l-ammonti. L-ammont ta’ referenza stabbilit juri li huwa meħtieġ li l-piż jiġi diviż b’mod proporzjonali bejn il-persuni kollha obbligati jħallsu kontribuzzjoni.

Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li r-Regolament ta’ Delega, u b’mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7, l-Artikolu 9 u l-Anness I tiegħu, huwa “interdipendenti”, sa fejn ikklassifikat b’mod żbaljat fil-liġi l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet fuq il-bażi tal-profil ta’ riskju. Il-Qorti Ġenerali tibbaża r-raġunament tagħha dwar “l-interdipendenza” tal-kontribuzzjonijiet fuq l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet individwali skont il-profil ta’ riskju tal-istituzzjoni obbligata tħallas kontribuzzjoni. Madankollu, dan l-aġġustament huwa r-riżultat ta’ paragun tal-istituzzjonijiet individwali mal-kompetituri tagħhom, u ma għandux jitqies li huwa l-istess bħal “interdipendenza”.

Il-ħames, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi estendiet il-portata tal-obbligu tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti motivazzjoni taħt l-Artikolu 296 TFUE. Il-Qorti Ġenerali kkritikat bħala mhux trasparenti l-metodu għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni fuq il-bażi ta’ kritika ġenerali ta’ diversi dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tar-Regolament ta’ Delega, minkejja li rrikonoxxiet in-natura kunfidenzjali tad-data tal-istituzzjonijiet kompetituri. Madankollu, skont l-appellanti, għandu jkun suffiċjenti li l-metodu applikat, is-sens tiegħu u l-portata tiegħu jkunu spjegati fid-deċiżjoni korrispondenti, sa biex b’hekk kull persuna obbligata tħallas kontribuzzjoni tkun tista’ torbot din id-deċiżjoni mad-data korrispondenti li tikkonċernaha. Għal dan il-għan, id-data dwar diversi kompetituri ma hijiex meħtieġa. Fil-ġurisprudenza wieħed isib diversi eżempji fejn in-natura kunfidenzjali tad-data dwar persuni kompetituri kienet protetta mingħajr ma ġew ikkontestati d-dispożizzjonijiet rilevanti. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika d-dispożizzjonijiet fir-Regoli tal-Proċedura tagħha dwar l-informazzjoni kunfidenzjali.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(3)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln – il-Ġermanja) – Interseroh Dienstleistungs GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-353/19) (1)

(2020/C 423/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


Il-Qorti Ġenerali

7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Laboratorios Ern vs EUIPO – SBS Bilimsel Bio Çözümler (apiheal)

(Kawża T-51/19) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva apiheal - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti APIRETAL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

(2020/C 423/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelone, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ (Istambul, it-Turkija) (rappreżentant: M. López Camba, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1725/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern u SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorios Ern, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Ottubru 2020 – SBS Bilimsel Bio Çözümler vs EUIPO – Laboratorios Ern (apiheal)

(Kawża T-53/19) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva apiheal - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti APIRETAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

(2020/C 423/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ (Istambul, it-Turkija) (rappreżentant: M. López Camba, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Ern, SA (Barcelone, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1725/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern u SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1725/2017-4) hija annullata fir-rigward ta’ “prodotti farmaċewtiċi u veterinarji għal skopijiet mediċi; kimiċi għal skopijiet mediċi u veterinarji, reaġenti kimiċi għal skopijiet farmaċewtiċi u veterinarji; Supplimenti tal-ikel għal skopijiet farmaċewtiċi u veterinarji; Supplimenti tal-ikel; Supplimenti nutrizzjonali; Preparazzjonijiet mediċi għal telf ta’ piż; ikel tat-trabi; Ħwawar u xorb tal-ħxejjex adattati għal skopijiet mediċi; Supplimenti tal-ħxejjex; Kremi tal-ħxejjex għal skopijiet mediċi; Kremi tal-ħxejjex għal skopijiet mediċi; tejiet tal-ħxejjex; Supplimenti tal-ħxejjex likwidi; Materjali tal-mili dentali, materjali għall-impressjonijiet dentali, adeżivi għal skopijiet dentali u materjali għat-tiswija tas-snien; Prodotti iġjeniċi għall-użu mediku; srievet sanitarji; tampuni sanitarji; Ġibs, materjal għal faxex; Materjali għall-ilbiesi; Ħrieqi, inklużi dawk tal-karta u tessuti; fungiċidi; diżinfettanti; antisettiċi; deterġenti [detersivi] għal skopijiet mediċi” fi Klassi 5 u l-“propolis għall-konsum mill-bniedem, propolis, propolis għall-konsum mill-bniedem” fi Klassi 30.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ.

4)

Laboratorios Ern, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Broughton vs Eurojust

(Kawża T-87/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Sospensjoni tal-avvanz għal livell ogħla matul perijodu ta’ sitt xhur - Annullament tal-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-grad superjuri - Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi - Investigazzjoni amministrattiva - Dmir ta’ lealtà - Imparzjalità - Drittijiet tad-difiża - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikoli 11 u 12 tar-Regolamenti tal-Persunal”)

(2020/C 423/51)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Jon Broughton (Rotterdam, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D. Coppens, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (rappreżentanti: J. Jooma u A. Terstegen-Verhaag, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, essenzjalment, l-ewwel nett, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-4 ta’ Mejju 2018 li permezz tagħhom Eurojust issospendiet l-avvanz għal livell ogħla tar-rikorrent għal perijodu ta’ sitt xhur, ikkunsidrat li l-Franċiż kien jikkostitwixxi t-tielet lingwa tiegħu, annullat il-klassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu mill-grad AD 9 għall-grad AD 10 li seħħet fl-2012 u wettqet l-irkupru tas-somom irċevuti minn dik is-sena fir-rigward ta’ din il-klassifikazzjoni mill-ġdid, it-tieni nett, li jiġi ddikjarat li l-Franċiż għandu jitqies bħala t-tieni lingwa tar-rikorrent u l-Olandiż bħala t-tielet lingwa tiegħu, it-tielet nett, li jiġi ddikjarat illegali l-rkupru tas-somom irċevuti mir-rikorrent wara l-klassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu fi grad u li dawn l-ammonti rkuprati minn Eurojust jitħallsu lura lilu u, ir-raba nett, li jiġi ddikjarat li Eurojust għandha terġa tqiegħed lir-rikorrent fis-sitwazzjoni legali li preċedentement kien jinsab fiha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jon Broughton huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust).


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – CU vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T-487/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Salarju bażiku ta’ kull xahar ta’ uffiċjali rreklutati qabel l-1 ta’ Mejju 2004 - Applikazzjoni ta’ fattur ta’ multiplikazzjoni inqas mill-unità - Tnaqqis tal-fattur ta’ multiplikazzjoni - Żball ta’ liġi - Ugwaljanza ta’ trattament - Aspettattivi leġittimi”)

(2020/C 423/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CU (rappreżentanti: T. Martin u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: B. Rentmeister, aġent, assistit minn de A. Dal Ferro, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr, T. Lilamand u B. Mongin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta’ Ottubru 2018 li tippromwovi lir-rikorrent għall-grad AD 14, skala 1, sa fejn tistabbilixxi l-fattur ta’ multiplikazzjoni għal 0,9589951.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CU u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 295, 2.9.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Eugène Perma France vs EUIPO – SPI Investments Group (NATURANOVE)

(Kawża T-602/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NATURANOVE - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea NATURALIUM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 423/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eugène Perma France (Saint-Denis, Franza) (rappreżentant: S. Havard Duclos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: SPI Investments Group, SL (Sant Just Desvern, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2019 (Każ R 2161/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SPI Investments Group u Eugène Perma France.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Lulju 2019 (Każ R 2161/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SPI Investments Group u Eugène Perma France, hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/37


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2020 – LC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/20)

(2020/C 423/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: LC (rappreżentant: L. Bôle-Richard, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3503 final tat-28 ta’ Mejju 2020;

tibgħat lura l-fajl lill-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-interess Komunitarju mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea. F’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni ma ħaditx il-miżura tal-importanza u tal-gravità tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni bħala kriterji ta’ evalwazzjoni tal-interess Komunitarju. Ir-rikorrent iżid li l-isfruttament frawdolenti tal-portafoll ta’ privattivi tiegħu ppermetta lin-negozjanti online kif ukoll lill-operaturi postali u loġistiċi jużaw l-invenzjoni inkwistjoni mingħajr ma jaqsmu l-użu tagħha, il-vantaġġi tagħha u l-benefiċċji li jirriżultaw minnha fis-suq kollu kkonċernat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li teżamina l-ilment b’kura u b’imparzjalità. Ir-rikorrent jilmenta li d-deċiżjoni kkontestata wettqet preżentazzjoni b’mod parzjali tal-każ u tal-kronoloġija tiegħu, filwaqt li tagħtih pariri ġuridiċi inadatti. Barra minn hekk, il-formulazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata turi l-assenza ta’ analiżi, mill-Kummissjoni, tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi miġjuba għall-attenzjoni tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter li l-Kummissjoni saret ħatja tiegħu billi sabet ruħha f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi u billi użat manuvri ta’ dewmien kontra r-rikorrent u t-talbiet tiegħu. Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jinvoka, b’mod partikolari, rabtiet bejn il-Kummissjoni u l-kumpannija Amazon.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi li jirriżulta min-nuqqas ta’ konstatazzjoni mill-Kummissjoni ta’ diskriminazzjoni għall-aċċess għall-proċess ta’ elaborazzjoni tal-istandards kif ukoll għar-riżultat u għar-rapporti ta’ dawn il-proċessi. Ir-rikorrent jafferma li huwa ġie prekluż milli jaċċedi għall-proċess ta’ standardizzazzjoni, kemm fi ħdan il-GS1 u l-ISO kif ukoll fi ħdan operaturi postali jew loġistiċi u impriżi li żviluppaw l-istandard settorjali de facto tagħhom stess ibbażat fuq il-proċess kopert bi privettiva minnu.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi li jirriżulta min-nuqqas ta’ konstatazzjoni mill-Kummissjoni ta’ ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE. Ir-rikorrent iqis li fi ħdan is-suq tat-trasport u tat-traċċar ta’ pakketti, huwa muri li l-persuni allegati li wettqu l-ksur wettqu diskussjonijiet antikompetittivi, esklużjoni antikompetittiva u, barra minn hekk, irrifjutawlu l-aċċess għall-proċess ta’ standardizzazzjoni. L-eżami tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali fid-dawl tal-preżunzjonijiet ta’ kompatibbiltà u ta’ inkompatibbiltà jwassal inkontestabbilment sabiex dawn il-ftehimiet jitqiesu bħala inkompatibbli mal-Artikolu 101(1) TFUE. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent ifakkar li, skont l-Artikolu 101(3) TFUE, ebda eżenzjoni ma tista’ tingħata lill-ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali suġġett tat-tilwima.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/38


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2020 – Satabank vs BĊE

(Kawża T-563/20)

(2020/C 423/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Satabank plc (St. Julians, Malta) (rappreżentant: O. Behrends, lawyer)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-30 ta’ Ġunju 2020 li permezz tagħha rrevoka l-awtorizzazzjoni tar-rikorrenti bħala istituzzjoni ta’ kreditu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija fundamentalment ivvizzjata bil-miżuri preċedenti meħuda mill-BĊE u mill-Malta Financial Services Authority (l-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji) (MFSA) u min-nuqqas ta’ trattament xieraq ta’ dawn il-miżuri mill-BĊE fid-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjati b’difetti li għandhom rabta mal-allegat nuqqas ta’ osservanza tar-regoli invokati bħala bażi għal din id-deċiżjoni.

Fir-rigward tal-allegati kwistjonijiet ta’ ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tispeċifika ebda nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li l-BĊE ma ssemmi ebda konstatazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont liema r-rikorrenti allegatament kisret id-dispożizzjonijiet fil-qasam fil-mument tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’difetti li għandhom rabta mal-allegat nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti leġiżlattivi fil-qasam tal-kapital. F’dan ir-rigward, hija ssostni li d-deċiżjoni kkontestata sempliċement tiddeskrivi l-konsegwenzi tal-azzjonijiet tal-MFSA u għalhekk, indirettament, tal-azzjonijiet tal-BĊE stess.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/39


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2020 – YG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-599/20)

(2020/C 423/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: YG (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Novembru 2019 li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-2019;

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Novembru 2019 li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi; u,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – assenza ta’ eżami komparattiv:

kemm fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent kif ukoll fir-rigward tal-metodu tal-eżami komparattiv ((i) fuq l-assenza ta’ kull eżami komparattiv u (ii) fuq in-nuqqas ta’ eżami komparattiv ma’ membri tal-persunal tal-istess DĠ u tal-istess grad).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal (obbligu ta’ motivazzjoni).


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/39


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2020 – MZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-631/20)

(2020/C 423/57)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: MZ (rappreżentanti: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla:

d-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2019 ta’ esklużjoni mil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 (AD7) – 2, Amministraturi fil-Qasam tat-Tassazzjoni;

d-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2019 li tikkonferma d-deċiżjoni ta’ esklużjoni mil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 (AD7) – 2, Amministraturi fil-Qasam tat-Tassazzjoni;

d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-8 ta’ Lulju 2020 ikkomunikata lir-rikorrent permezz tal-posta elettronika fl-istess data, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tas-sistema lingwistika tal-istituzzjonijiet Ewropej, tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni minħabba l-lingwa, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati, kif ukoll tal-Aritkolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwajanza fit-trattament tal-kandidati u n-natura mhux oġġettiva tal-evalwazzjonijiet, minħabba n-nuqqas ta’ stabbiltà tal-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla, fuq il-ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fuq in-natura manifestament illoġika u mhux koerenti tal-evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla u fuq żball manifest ta’ dan tal-aħħar.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni u fuq il-ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea li jirriżulta, sa fejn il-Bord tal-Għażla ma żammx ma dak li kien jipprevedi l-avviż ta’ kompetizzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali u l-evalwazzjoni tal-kompetenzi meħtieġa minn kull qasam.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 5 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li l-Bord tal-Għażla għandu matul l-eżami mill-ġdid, tad-dritt għal rimedju effettiv, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn il-Bord tal-Għażla adotta formulazzjoni ta’ motivazzjoni standard, li ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk il-kompetenzi tar-rikorrent ġewx evalwati jew le, u lanqas liema kriterji ntużaw realment f’dan ir-rigward.


7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/40


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-643/20)

(2020/C 423/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: F. Laprévote, V. Blanc, E. Vahida, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) tat-13 ta’ Lulju 2020 dwar l-għajnuna mil-Istat SA. 57116 – Il-Pajjiżi l-Baxxi – COVID-19: Garanzija ta’ self mill-Istat u self mill-Istat lil KLM; u

tordna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Ir-rikorrenti talbet ukoll li l-azzjoni tagħha tiġi ddeterminata taħt il-proċedura mħaffa skont l-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq esklużjoni żbaljata, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, tal-għajnuna mogħtija lil Air France mill-portata tad-deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar il-projbizzjoni minn diskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment li fuqhom hija bbażata l-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa minn tmiem is-snin 80. Il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni ppermettiet it-tkabbir ta’ linji tal-ajru low-cost li huma ġenwinament pan-Ewropej. Il-Kummissjoni Ewropea injorat il-ħsara kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19 lil dawn il-linji tal-ajru pan-Ewropej u r-rwol tagħhom fil-konnettività bl-ajru tal-Pajjiżi l-Baxxi billi awtorizzat lill-Pajjiżi l-Baxxi tirriżerva għajnuna lil KLM. L-Artikolu 107(3)(b) TFUE jipprovdi eċċezzjoni għall-projbizzjoi ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE iżda ma tipprovdix eċċezzjoni għar-regoli u l-prinċipji l-oħra tat-TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, inkwantu din ikkonstatat li l-għajnuna tindirizza perturbazzjoni fl-ekonomija tal-Pajjiżi l-Baxxi u inkwantu kisret l-obbligu tagħha li tibbilanċja l-effetti benefiċi tal-għajnuna mal-effetti ħżiena fuq il-kundizzjonijiet ta’ kummerċ u ż-żamma ta’ kompetizzjoni mingħajr distorsjoni (jiġifieri t-“test tal-ibbilanċjar”) u li tiżgura li l-għajnuna tkun proporzjonata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ tressiq ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea min-naħa tad-deċiżjoni.