ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 431

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
1 ta' Diċembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 431/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

2014/C 431/02

Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

2014/C 431/03

Elezzjoni tal-presidenti tal-Awli bi tliet Imħallfin

2

2014/C 431/04

Deċiżjonjiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014

2

2014/C 431/05

Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti

3

2014/C 431/06

Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

4

2014/C 431/07

Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

4

2014/C 431/08

Għażla tal-Ewwel Avukat Ġenerali

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 431/09

Kawża C-488/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Tagrovishte – il-Bulgarija) – Parva Investitsionna Banka AD, UniKredit Bulbank AD, Siyk Faundeyshan LLS vs Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost AD, Sindik na Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost AD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1896/2006 — Kunċett ta’ debiti pekunarji mhux ikkontestati — Proċeduri ta’ insolvenza — Titolu extraġudizzjarju li jirrigwarda debitu kkontestat — Talba għal eżekuzzjoni mill-massa fallimentari, abbażi ta’ tali titolu — Sitwazzjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1896/2006 — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

5

2014/C 431/10

Kawża C-521/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Think Schuhwerk GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 7(1)(b) — Assenza ta’ karattru distintiv — Trufijiet ħomor ta’ lazzijiet taż-żraben — Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

6

2014/C 431/11

Kawża C-199/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija – János Kárász vs Nyugdíjfolyósító Igazgatóság (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

6

2014/C 431/12

Kawża C-204/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tatabányai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija – István Tivadar Szabó vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kumpannija li akkumulat dejn fiskali — Membru tal-management ta’ din il-kumpannija li ma jistax jiġi rreklutat sabiex jeżerċita funzjoni ta’ membru tal-management f’kumpannija oħra — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ntalbet l-interpretazzjoni tagħhom — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi ta’ natura ipotetika — Inammissibbiltà manifesta)

7

2014/C 431/13

Kawża C-387/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) f1-14 ta’ Awwissu 2014 – Esaprojekt sp. z o.o. vs Województwo Łódzkie

7

2014/C 431/14

Kawża C-397/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Polkomtel Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

9

2014/C 431/15

Kawża C-400/14 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 minn Basic AG Lebensmittelhandel mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fis-26 ta’ Ġunju 2014 fil-Kawża T-372/11 – Basic AG Lebensmittelhandel vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

9

2014/C 431/16

Kawża C-404/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – Marie Matoušková vs Misha Martinus u Elisabeth Jekaterina Martinus, irrappreżentati minn David Sedlák, bħala tutur; Beno Jeriël Eljada Martinus

10

2014/C 431/17

Kawża C-405/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – PST CLC a.s. vs Generální ředitelství cel

11

2014/C 431/18

Kawża C-406/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Polonja) fis-27 ta’ Awwissu 2014 – Wrocław – Miasto na prawach powiatu vs Minister Infrastruktury i Rozwoju

11

2014/C 431/19

Kawża C-416/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia (l-Italja) fit-3 ta’ Settembru 2014 – Fratelli De Pra SpA, SAIV SpA vs Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Belluno, Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Vicenza

12

2014/C 431/20

Kawża C-425/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fis-17 ta’ Settembru 2014 – Impresa Edilux srl, in qualità di mandatario di ATI, Società Italiana Costruzioni e Forniture srl (SICEF) vs Assessorato Beni Culturali e Identità Siciliana – Servizio Soprintendenza Provincia di Trapani, Assessorato ai Beni Culturali e dell’Identità Siciliana, UREGA – Sezione provinciale di Trapani, Assessorato delle Infrastrutture e della Mobilità della Regione Siciliana

14

2014/C 431/21

Kawża C-426/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (L-Italja) fit-18 ta’ Setrembru 2014 – Heart Life Croce Amica Srl vs Regione Piemonte

15

2014/C 431/22

Kawża C-432/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Paris (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2014 – David Van der Vlist vs Bio Philippe Auguste SARL

15

2014/C 431/23

Kawża C-386/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

16

2014/C 431/24

Kawża C-93/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Navarra – Spanja) – Miguel Angel Zurbano Belaza, Antonia Artieda Soria/Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

16

2014/C 431/25

Kawża C-130/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

16

2014/C 431/26

Kawża C-279/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hannover – il-Ġermanja) – Catharina Smets, Franciscus Vereijken vs TUIfly GmbH

16

2014/C 431/27

Kawża C-316/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġernanja) – Marc Hußock, Ute Hußock, Michelle Hußock, Florian Hußock vs Condor Flugdienst GmbH

17

2014/C 431/28

Kawża C-337/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Elvira Mandl, Helmut Mandl vs Condor Flugdienst GmbH

17

2014/C 431/29

Kawża C-364/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Annette Lorch, Kurt Lorch vs Condor Flugdienst GmbH

17

2014/C 431/30

Kawża C-365/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Brunhilde Liebler, Helmut Liebler vs Condor Flugdienst GmbH

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 431/31

Kawża T-453/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – Szajner vs UASI – Forge de Laguiole (LAGUIOLE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali LAGUIOLE — Isem ta’ kumpannija Franċiża preċedenti Forge de Laguiole — Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2014/C 431/32

Kawża T-268/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Pagamenti ta’ penalità — Deċiżjoni ta’ kalkolu tal-pagament ta’ penalità — Obbligu tal-irkupru — Impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ falliment — Suġġett tal-proċeduri ta’ falliment inkwistjoni — Diliġenza neċessarja — Oneru tal-prova)

19

2014/C 431/33

Kawża T-405/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Justice & Environment vs Il-Kummissjoni (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Rilaxx intenzjonat ta’ OMĠ fl-ambjent — Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq — Talba għal reviżjoni interna — Annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati jew ikkonċernati — Kawża fejn ma għadx hemm is-suġġett — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2014/C 431/34

Kawża T-354/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2014 – Afepadi et vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Indikazzjonijiet dwar is-saħħa użati fl-ittikkettjar u r-riklamar tal-prodotti tal-ikel — Regolament (UE) Nru 432/2012 — Premessi 11, 14 u 17 — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà]

20

2014/C 431/35

Kawża T-59/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – BT vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt — Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

20

2014/C 431/36

Kawża T-83/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – BS vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol — Prinċipju ta’ kolleġġjalità — Natura legali tal-kawża — Rata ta’ preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

21

2014/C 431/37

Kawża T-230/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta Ottubru 2014 – HTC Sweden vs UASI – Vermop Salmon (TWISTER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

22

2014/C 431/38

Kawża T-497/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Boston Scientific Neuromodulation vs UASI (PRECISION SPECTRA) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRECISION SPECTRA — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt]

22

2014/C 431/39

Kawża T-583/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Shire Pharmaceutical Contracts vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku — Regolament (KE) Nru 1901/2006 — Artikolu 37 — Proroga tal-perijodu tal-esklużività kummerċjali tal-prodotti mediċinali orfni li ma għandhomx privattiva — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà]

23

2014/C 431/40

Kawża T-286/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Röchling Oertl Kunststofftechnik vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

23

2014/C 431/41

Kawża T-287/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Schaeffler Technologies vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

24

2014/C 431/42

Kawża T-288/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Energiewerke Nord vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

24

2014/C 431/43

Kawża T-294/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Klemme vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

25

2014/C 431/44

Kawża T-295/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Autoneum Germany vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

25

2014/C 431/45

Kawża T-296/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Erbslöh vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

26

2014/C 431/46

Kawża T-297/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Walter Klein vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

26

2014/C 431/47

Kawża T-298/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Erbslöh Aluminium vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

27

2014/C 431/48

Kawża T-300/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Fricopan Back vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

27

2014/C 431/49

Kawża T-301/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Michelin Reifenwerke vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

28

2014/C 431/50

Kawża T-521/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2014 – L-Isvezja vs Il-Kummissjoni

28

2014/C 431/51

Kawża T-642/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2014 – JP Divver Holding Company vs UASI (EQUIPMENT FOR LIFE)

29

2014/C 431/52

Kawża T-660/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2014 – SV Capital vs EBA

29

2014/C 431/53

Kawża T-670/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Milchindustrie-Verband und Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni

30

2014/C 431/54

Kawża T-681/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2014 – El-Qaddafi vs Il-Kunsill

31

2014/C 431/55

Kawża T-682/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Mylan Laboratories and Mylan vs Il-Kummissjoni

32

2014/C 431/56

Kawża T-683/14 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2014 minn Rhys Morgan mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-8 ta' Lulju 2014 fil-Kawża F-26/13, Morgan vs UASI

33

2014/C 431/57

Kawża T-684/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Krka vs Il-Kummissjoni

34

2014/C 431/58

Kawża T-685/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni

35

2014/C 431/59

Kawża T-689/14 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Settembru mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-2 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-63/13, Psarras vs ENISA

36

2014/C 431/60

Kawża T-690/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Sony Computer Entertainment Europe vs UASI – Marpefa (Vieta)

37

2014/C 431/61

Kawża T-701/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Niche Generics vs Il-Kummissjoni

38

2014/C 431/62

Kawża T-713/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – IPSO vs BĊE

39

2014/C 431/63

Kawża T-714/14: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2014 – Bonney vs UASI – Bruno (ATHEIST)

40

2014/C 431/64

Kawża T-715/14: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2014 – NK Rosneft a.o. vs Il-Kunsill

40

2014/C 431/65

Kawża T-718/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Hong Kong Group vs UASI – WE Brand (W E)

41

2014/C 431/66

Kawża T-721/14: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2014 – Il-Belgju vs Il-Kummissjoni

42

2014/C 431/67

Kawża T-725/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2014 – Aalberts Industries vs Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropej

43

2014/C 431/68

Kawża T-727/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition vs UASI – H. Young Holdings (animal)

44

2014/C 431/69

Kawża T-728/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition vs UASI – H. Young Holdings (animal)

44

2014/C 431/70

Kawża T-592/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Ratioparts-Ersatzteile vs UASI – Norwood Industries (NORTHWOOD professional forest equipment)

45

2014/C 431/71

Kawża T-622/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Ratioparts-Ersatzteile vs UASI – Norwood Promotional Products Europe (NORTHWOOD professional forest equipment)

45

2014/C 431/72

Kawża T-706/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Tui Deutschland vs UASI – Infinity Real Estate & Project Development (Sensimar)

46

2014/C 431/73

Kawża T-370/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2014 – Petropars et vs Il-Kunsill

46

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 431/74

Kawża F-23/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Ottubru 2014 – AY vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rinviju għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qabel l-annullament — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2010 — Eżami komparattiv tal-merti — Deċiżjoni li ma jiġix promoss ir-rikorrent)

47

2014/C 431/75

Kawża F-86/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2014 – van de Water vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Drittijiet u obbligi tal-uffiċjal — Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li titwettaq attività professjonali wara t-tmiem tas-servizz — Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal — Kompatibbiltà mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni — Projbizzjoni)

47

2014/C 431/76

Kawża F-59/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

48

2014/C 431/77

Kawża F-75/14: Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Impriża Konġunta ECSEL

48

2014/C 431/78

Kawża F-87/14: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

49

2014/C 431/79

Kawża F-98/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

50


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2014/C 431/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 421, 24.11.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 409, 17.11.2014

ĠU C 395, 10.11.2014

ĠU C 388, 3.11.2014

ĠU C 380, 27.10.2014

ĠU C 372, 20.10.2014

ĠU C 361, 13.10.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/2


Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2014/C 431/02)

Wara l-ħatra tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2014 (1), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2018, C. Lycourgos ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Ottubru 2014.


(1)  ĠU L 179 tad-29.06.2013, p. 94.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/2


Elezzjoni tal-presidenti tal-Awli bi tliet Imħallfin

(2014/C 431/03)

Fil-laqgħa tas-7 ta’ Ottubru 2014, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, lil A. Ó Caoimh, bħala President tat-Tmien Awla, lil J-C. Bonichot, bħala President tas-Seba’ Awla, lil C. Vajda, bħala President tal-Għaxar Awla, lil S. Rodin, bħala President tas-Sitt Awla, u lil K. Jürimäe, bħala President tad-Disa’ Awla, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2015.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/2


Deċiżjonjiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014

(2014/C 431/04)

Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassejna lil C. Lycourgos lit-Tieni u s-Seba’ Awli.

Konsegwentement, it-Tieni u s-Seba’ Awli huma komposti kif ġej:

It-Tieni Awla

R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla,

J-C. Bonichot, Arabadjiev, J. L. Da Cruz Vilaça u C. Lycourgos, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla

J-C. Bonichot, President tal-Awla,

A. Arabadjiev, J. L. Da Cruz Vilaça u C. Lycourgos, Imħallfin.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/3


Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti

(2014/C 431/05)

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014, il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awla Manja, kif ġej:

A. Rosas

C. Lycourgos

E. Juhász

K. Jürimäe

A. Borg Barthet

F. Biltgen

J. Malenovský

S. Rodin,

E. Levits,

C. Vajda,

A. Ó Caoimh,

J. L. Da Cruz Vilaça

J.-C. Bonichot

C.-G. Fernlund

A. Arabadjiev

E. Jarašiūnas

C. Toader

S. Prechal

M. Safjan

M. Berger

D. Šváby

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014, il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tat-Tieni Awla b’ħames imħallfin kif ġej:

J.-C. Bonichot

C. Lycourgos

A. Arabadjiev

J. L. Da Cruz Vilaça

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2014, il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tas-Seba’ Awla bi tliet imħallfin kif ġej:

A. Arabadjiev

J. L. Da Cruz Vilaça

C. Lycourgos


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/4


Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2014/C 431/06)

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa ġenerali tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2014, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2015, lir-Raba’ Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 ta’ dawn ir-regoli.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/4


Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2014/C 431/07)

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa ġenerali tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2014, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2015, lill-Ewwel Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 ta’ dawn ir-regoli.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/4


Għażla tal-Ewwel Avukat Ġenerali

(2014/C 431/08)

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa ġenerali tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2014, għażlet lil M. Wathelet bħala l-Ewwel Avukat Ġenerali, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2014 sas-6 ta’ Ottubru 2015.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Tagrovishte – il-Bulgarija) – “Parva Investitsionna Banka” AD, “UniKredit Bulbank” AD, “Siyk Faundeyshan” LLS vs “Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost” AD, Sindik na “Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost” AD

(Kawża C-488/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Kunċett ta’ “debiti pekunarji mhux ikkontestati” - Proċeduri ta’ insolvenza - Titolu extraġudizzjarju li jirrigwarda debitu kkontestat - Talba għal eżekuzzjoni mill-massa fallimentari, abbażi ta’ tali titolu - Sitwazzjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1896/2006 - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2014/C 431/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad – Tagrovishte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Parva Investitsionna Banka” AD, “UniKredit Bulbank” AD, “Siyk Faundeyshan” LLS

Konvenuti:“Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost” AD, Sindik na “Ear Proparti Developmant – v nesastoyatelnost” AD

fil-preżenza ta’: Natsionalna agentsia za prihodite, “Aset Menidzhmant” EAD, “Ol Siyz Balgaria” OOD, “Si Dzhi Ef – aktsionerna obshtnost” AD, “Silvar Biych” EAD, “Rudersdal” EOOD, “Kota Enerdzhi” EAD, Chavdar Angelov Angelov

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Okrazhen sad – Targovishte (il-Bulgarija).


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Think Schuhwerk GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-521/13) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) - Assenza ta’ karattru distintiv - Trufijiet ħomor ta’ lazzijiet taż-żraben - Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

(2014/C 431/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Think Schuhwerk GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija – János Kárász vs Nyugdíjfolyósító Igazgatóság

(Kawża C-199/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2014/C 431/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: János Kárász

Konvenut: Nyugdíjfolyósító Igazgatóság

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Fővárosi közigazgatási és munkaügyi bíróság (l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Marzu 2014.


(1)  ĠU C 245, 28.07.2014.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tatabányai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija – István Tivadar Szabó vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-204/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kumpannija li akkumulat dejn fiskali - Membru tal-management ta’ din il-kumpannija li ma jistax jiġi rreklutat sabiex jeżerċita funzjoni ta’ membru tal-management f’kumpannija oħra - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ntalbet l-interpretazzjoni tagħhom - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi ta’ natura ipotetika - Inammissibbiltà manifesta))

(2014/C 431/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Tatabányai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: István Tivadar Szabó

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

Dispożittiv

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-tielet domanda magħmula mit-Tatabányai közigazgatási és munkaügyi bíróság (l-Ungerija).

2)

Id-domandi l-oħra magħmula mill-imsemmija qorti huma manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 245, 28.07.2014


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) f1-14 ta’ Awwissu 2014 – Esaprojekt sp. z o.o. vs Województwo Łódzkie

(Kawża C-387/14)

(2014/C 431/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławcza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Esaprojekt sp. z o.o.

Konvenuta: Województwo Łódzkie.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 51, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u tal-prinċipju ta’ trasparenza, li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (iktar ‘il quddiem id-“Direttiva 2004/18/KE”) (1), jippermetti li operatur ekonomiku jirreferi għal twettiq ieħor ta’ kuntratti sabiex jikkompleta jew jikkjarifika d-dokumenti (jiġifieri jirreferi għal kunsinni mwettqa) li jkunu jidhru fl-inventarju tal-kunsinni annessi mal-offerta u, b’mod partikolari, li jirreferi għal twettiq ta’ kuntratti ta’ entità oħra li tagħha ma jkunx indika l-użu tal-mezzi fl-offerta?

2)

Fid-dawl tas-sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2013, Manova, C-336/12, li minnha jirriżulta li “l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, wara l-iskadenza tat-terminu mogħti għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, awtorità kontraenti titlob lil applikant jikkomunikalha dokumenti li jiddeskrivu s-sitwazzjoni ta’ dan l-applikant, bħalma hija l-karta tal-bilanċ ippubblikata, li l-eżistenza tagħhom qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tista’ tiġi vverifikata oġġettivament sakemm id-dokumenti tal-imsemmi kuntratt ma kinux jimponu espliċitament li fil-każ li ma jiġux ikkomunikati l-applikazzjoni tiġi eskluża”, l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jiġu kkompletati biss id-dokumenti li l-eżistenza tagħhom, qabel l-iskadenza tat-terminu ffissat għas-sottomissjoni tal-offerta jew tat-talba għal parteċipazzjoni fil-proċedura, tkun tista’ oġġettivament tista’ tiġi vverifikata, jew il-Qorti tal-Ġustizzja indikat biss waħda mill-possibbiltajiet, u għaldaqstant id-dokumenti jistgħu jiġu kkompletati wkoll f’każijiet oħrajn, pereżempju billu jiġu annessi dokumenti li ma kinux jeżistu qabel l-imsemmi terminu, imma li jippermettu oġġettivament li jikkonfermaw li rekwiżit wieħed kien ġie sodisfatt?

3)

Jekk tingħata risposta lit-tieni domanda fis-sens li jistgħu wkoll jiġu kkompletati dokumenti oħra barra minn dawk indikati fis-sentenza C-336/12 Manova, jistgħu jiġu kkompletati dokumenti stabbiliti minn operatur ekonomiku, subofferent jew entitajiet oħra li tagħhom l-operatur ekonomiku jinvoka l-kapaċitajiet jekk dan id-dokumenti ma jkunux ġew annessi mal-offerta?

4)

L-Artikolu 44 moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/CE, jippermettilhom jinvokaw il-mezzi ta’ entità oħra kif imsemmija fl-Artikolu 48(3), billi jaqqdu l-konoxxenzi u l-esperjenza ta’ żewġ entitajiet li, individwalment, ma jkunux jiddisponu mill-konoxxenzi u mill-esperjenza mitluba mill-awtorità kontraenti meta jkun hemm l-indiviżibbiltà ta’ din l-esperjenza (l-operatur ekonomiku għandu jissodisfa l-kundizzjoni kollha sabiex ikun kandidat) u tat-twettiq tal-kuntratt (li jikkostitwixxi ħaġa waħda)?

5)

L-Artikolu 44 moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, jippermetti lil operatur ekonomiku, li jkun wettaq kuntratt bħala membru ta’ grupp ta’ operaturi ekonomiku, jinvoka l-esperjenza ta’ dan il-grupp, indipendentement min-natura tal-parteċipazzjoni tiegħu fit-twettiq tal-kuntratt, jew li jinvoka biss l-esperjenza li jkun verament kiseb waħdu meta jwettaq lott speċifiku ta’ kuntratt li jkun ġie attribwit lilu fil-grupp?

6)

L-Artikolu 45(2)(g) tad-Direttiva 2004/18/KE, li jgħid li kull operatur ekonomiku jista’ jiġi eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku jkun gravement ħati ta’ dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti tal-informazzjoni [...] jew ma jkunx ta din l-informazzjoni, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jista’ jiġi eskluż mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti kull operatur ekonomiku li jkun ta informazzjoni falza li tkun jew li tista’ jkollha effett fuq ir-riżultat tal-proċedura billi dan l-operatur ekonomiku jkun ħati ta’ dikjarazzjonijiet foloz bis-sempliċi fatt li jkun ittrażmetta lill-awtorità kontraenti informazzjoni mhux konformi mal-istat ta’ fatt li jkollha effett fuq id-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li teskludi operatur ekonomiku (u tiċħad l-offerta tiegħu), indipendentement mill-fatt li jsir magħruf jekk l-operatur ikunx aġixxa xjentement u b’disinn jew mhux xjentement, b’imprudenza, negliġenza jew bi ksur tad-dmir ta’ diliġenza? Għandu jitqies li wieħed ma jkunx “[gravement] ħati ta’ [...] [dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti tal-informazzjoni] […] jew [ta’ nuqqas mill jagħti] informazzjoni bħal din” meta l-operatur ekonomiku jippreżenta informazzjoni falza (mhux konformi mal-istat ta’ fatt) jew ukoll meta jippreżenta informazzjoni ċertament sinċiera, imma b’tali mod li tikkonvinċi lill-awtorità kontraenti li huwa jissodisfa r-rekwiżiti kollha li hija tkun stabbilixxiet, filwaqt li fil-verità huwa ma jkunx qed jissodisfahom?

7)

L-Artikolu 44 moqri flimkien mal-Artikolu 48(2)(a), u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, jippermettu lil operatur ekonomiku jinvoka esperjenza billi jindika fl-istess ħin tnejn jew diversi kuntratti bħala kuntratt wieħed, minkejja li l-awtorità kontraenti ma tkunx indikat din il-possibbiltà, la fl-avviż ta’ kuntratt u lanqas fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Polkomtel Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-397/14)

(2014/C 431/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polkomtel Sp. z o.o.

Konvenuta: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej.

Intervenjenti: Telekomunikacja Polska S.A. (preżentement Orange Polska S.A.), li għandha s-sede tagħha f’Varsavja

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali”), (1), fil-verżjoni inizjali tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess għan-numri mhux ġeografiċi għandu jiġi żgurat mhux biss għall-utenti finali ta’ Stati Membri oħra, iżda wkoll għal dawk tal-Istat Membru ta’ operatur ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni, bir-riżultat li l-evalwazzjoni mill-awtorità regolamentari nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu hija suġġetta għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju tal-effettività tad-dritt tal-Unjoni u mill-prinċipju tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jitwettaq l-obbligu previst fl-ewwel waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet, huwa possibbli li jsir rikors għall-proċedura prevista fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess)? (2)

3)

L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19, moqri flimkien mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22 u mal-Artikoli 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jew l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/19 u mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi żgurat lill-utenti finali ta’ operatur nazzjonali ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni l-aċċess għas-servizzi bl-użu ta’ numri mhux ġeografiċi pprovduti fuq in-netwerk ta’ operatur nazzjonali ieħor, l-awtorità regolamentari nazzjonali tista’ tistabbilixxi regoli bejn operaturi skont l-oriġini ta’ telefonata billi tirrikorri għar-rati applikabbli għat-terminazzjoni ta’ telefonata li ġew stabbiliti fir-rigward ta’ wieħed minn dawn l-operaturi skont l-ispejjeż, abbażi tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19, meta l-operatur ippropona l-applikazzjoni tal-imsemmija rati matul negozjati li saru b’eżekuzzjoni tal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/19 u li ma kellhomx eżitu pożittiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/9


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 minn Basic AG Lebensmittelhandel mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fis-26 ta’ Ġunju 2014 fil-Kawża T-372/11 – Basic AG Lebensmittelhandel vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-400/14 P)

(2014/C 431/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Basic AG Lebensmittelhandel (rappreżentanti: D. Altenburg, T. Haug, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Ġunju 2014 (Kawża T-372/11) u tirrinvija l-kawża għal smigħ mill-ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali.

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tikkontesta l-interpretazzjoni mill-Qorti Ġenerali tad-definizzjoni ta’ “servizzi ta’ distribuzzjoni” li hija – legalment – element preliminari fl-evalwazzjoni tax-xebh ta’ servizzi. Konsegwentement, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali adottat fehma żbaljata bħala l-bażi legali għall-evalwazzjoni sussegwenti tagħha dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

L-appellanti tinnota li l-funzjoni prinċipali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija dik li tipprovdi interpretazzjoni uniformi tal-kunċett u tal-iskop tas-servizzi rispettivi (C-418/02, punt 33 – Praktiker; Kawżi Magħquda C-414/99 sa C-416/99 Zino Davidoff u Levi Strauss, punti 42 u 43) u tas-sentenza “IP-Translator” (C-307/10, tad-19 ta’ Ġunju 2012) u b’hekk il-“prodotti u s-servizzi għandhom ikunu ddefiniti oġġettivament sabiex jissodisfaw il-funzjoni tat-trade mark bħala indikatur tal-oriġini” u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti definizzjoni “preċiża u ċara biżżejjed” ta’ “servizzi ta’ distribuzzjoni”.

Fil-fehma tal-appellanti, is-servizz “distribuzzjoni” għandu firxa dejqa ħafna u jinkludi fih biss l-attivitajiet ta’ “trasport, ippakkjar u ħażna ta’ prodotti” iżda mhux servizzi “bl-imnut u bil-grossa”. L-appellanti tinnota wkoll li fis-sentenza “Praktiker”, il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat li l-għan ta’ “bl-imnut” (klassi 35) huwa – b’kuntrast mas-servizzi fil-klassi 39 – il-bejgħ ta’ prodotti lill-konsumaturi, filwaqt li dawn l-attivitajiet jikkonsistu, “inter alia, fl-għażla ta’ taħlita ta’ prodotti offruti għall-bejgħ u fl-offerta ta’ servizzi varji intiżi biex iwasslu lill-konsumatur biex jikkonkludi tranżazzjoni mal-kummerċjant inkwistjoni minflok ma’ kompetitur tiegħu”.

Fil-fehma tal-appellanti, il-klassifikazzjoni ġenerali ta’ “distribuzzjoni” fil-klassifikazzjoni ta’ Nice Nru 39 ma tistax tiġi injorata peress li l-Qorti tal-Ġustizzja espressament enfasizzat l-argumentazzjoni tagħha fis-sentenza tagħha Praktiker fid-dawl tan-Nota ta’ spjega tal-klassifikazzjoni ta’ Nice Nru 35 (C-418/02, punt 36).

Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandha tiġi annullata u l-kawża għandha tiġi rrinvijata għal smigħ mill-ġdid.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – Marie Matoušková vs Misha Martinus u Elisabeth Jekaterina Martinus, irrappreżentati minn David Sedlák, bħala tutur; Beno Jeriël Eljada Martinus

(Kawża C-404/14)

(2014/C 431/16)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marie Matoušková

Konvenuti: Misha Martinus u Elisabeth Jekaterina Martinus, irrappreżentati minn David Sedlák, bħala gwardjan; Beno Jeriël Eljada Martinus

Domandi preliminari

Meta t-tutur ta’ minuri jikkonkludi, f’isem il-minuri, ftehim ta’ suċċessjoni li jeħtieġ approvazzjoni ta’ qorti sabiex ikun validu, ikun hemm inkwistjoni, mill-perspettiva tal-qorti, miżura fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b), jew miżura fis-sens tal-Artikolu 1(3)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – PST CLC a.s. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-405/14)

(2014/C 431/17)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PST CLC a.s.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Domandi preliminari

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2004, tal-1 ta’ Marzu 2004, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (1) kien validu fil-mument li kien fis-seħħ, mit-22 ta’ Marzu 2004 sat-22 ta’ Diċembru 2009, sa fejn jirrigwarda l-punt 2 tal-Anness tiegħu, fejn kien previst li l-prodotti li jikkonsistu f’sink tas-sħana “heat sink” u fann jaqgħu taħt is-subintestatura 8414 59 30 tan-NM, u dan ir-regolament kien għalhekk applikabbli għal din il-kawża?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 16, p. 60.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Polonja) fis-27 ta’ Awwissu 2014 – Wrocław – Miasto na prawach powiatu vs Minister Infrastruktury i Rozwoju

(Kawża C-406/14)

(2014/C 431/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wrocław – Miasto na prawach powiatu

Konvenut: Minister Infrastruktury i Rozwoju

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) huwa permissibbli li awtorità kontraenti, fid-dokumenti tal-kuntratt, tistabbilixxi li l-kuntrattur għandu jwettaq minn tal-inqas 25 % tax-xogħlijiet koperti mill-kuntratt permezz tar-riżorsi tiegħu stess?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-applikazzjoni tar-rekwiżit deskritt fl-ewwel domanda fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku twassal għal ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ natura li tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.

(2)  ĠU L 210, p. 25.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia (l-Italja) fit-3 ta’ Settembru 2014 – Fratelli De Pra SpA, SAIV SpA vs Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Belluno, Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Vicenza

(Kawża C-416/14)

(2014/C 431/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fratelli De Pra SpA, SAIV SpA

Konvenuti: Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Belluno, Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Vicenza

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward tat-tagħmir terminali għall-komunikazzjoni bir-radju mobbli terrestri, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif tirriżulta mill-dispożizzjonijiet magħquda ta’:

l-Artikolu 2(4) tad-Digriet Liġi Nru 4/2014, ikkonvertit f’Liġi Nru 50/2014;

l-Artikolu 160 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 259/2003;

l-Artikolu 21 tat-tariffa mehmuża mad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 641/1972;

u li, meta tassimila t-tagħmir terminali għall-istazzjonijiet tar-radju, timponi fuq l-utent obbligu sabiex jikseb awtorizzazzjoni ġenerali kif ukoll il-ħruġ ta’ “liċenzja speċifika ta’ stazzjon tar-radju, li jagħti lok għall-ħlas ta’ miżata, hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju (id-Direttiva 1995/5/KE (1), kif ukoll id-Direttivi 2002/19/KE (2), 2002/20/KE (3), 2002/21/KE (4) u 2002/22/KE (5))?

Konsegwentement, u sa fejn jirrigwarda speċifikatament l-użu ta’ tagħmir terminali, il-pretensjoni tal-Istat Taljan li jimnponi fuq l-utent il-ksib ta’ awtorizzazzjoni ġenwrali u ta’ liċenzja ta’ stazzjoni tar-radju, minkejja li t-tqegħid fis-suq, il-moviment liberu u t-tqegħid fis-servizz ta’ tagħmir terminali huma diġà rregolati kompletament mid-dritt Komunitarju (id-Direttiva 1999/5/KE), li ma jimponi ebda awtorizzazzjoni ġenerali u/jew liċenzja, hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju?

Dan meta huwa magħruf barra minn hekk li l-leġiżlazzjoni nazzjonali timponi awtorizzazzjoni ġenerali u liċenzja minkejja li:

l-awtorizzazzjoni ġenerali hija miżura li ma tirrigwardax l-utent ta’ tagħmir terminali, iżda biss l-impriżi li jixtiequ jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva “Awtorizzazzjoni” 2002/20/KE);

il-konċessjoni hija prevista għad-drittijiet individwali ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju u għad-drittijiet ta’ użu ta’ numri, sitwazzjonijiet ċertament mhux relatati mal-użu ta’ tagħmir terminali;

il-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tipprovdi għal ebda obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni ġenerali jew il-ħruġ ta’ liċenzja għat-tagħmir terminali;

l-Artikolu 8 tad-Direttiva 1999/5/KE jipprovdi li l-Istati Membri “m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ma jħallux t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz fuq it-territorju tagħhom apparat li jġorr il-marka CE”; u li

hemm differenza sostanzjali u leġiżlattiva bejn stazzjoni tar-radju u t-tagħmir terminali tar-radju mobbli terrestri, li ma jistgħux jitqiesu simili.

2)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda ta’:

l-Artikolu 2(4) tad-Digriet Liġi Nru 4/2014, ikkonvertit f’Liġi Nru 50/2014;

l-Artikolu 160 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 259/2003;

l-Artikolu 21 tat-tariffa mehmuża mad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 641/1972;

l-Artikolu 3 tad-Digriet Ministerjali Nru 33/1990;

li skontha

il-kuntratt msemmi fl-Artikolu 20 [tad-Direttiva 2002/22/KE] – konkluż bejn l-operatur u l-utent, li jirregola r-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-konsumaturi u l-utenti finali min naħa u impriża waħda jew aktar li jipprovdu l-konnessjoni u s-servizzi relatati min-naħa l-oħra – jista’ jiswa “fih innifsu” bħala dokument minflok l-awtorizzazzjoni ġenerali u/jew il-liċenzja ta’ stazzjon tar-radju, mingħajr ebda intervent, attività jew kontroll mill-amministrazzjoni pubblika;

il-kuntratt għandu jinkludi wkoll id-dettalji tat-tip ta’ tagħmir terminali u l-approvazzjoni tagħha (li ma hijiex prevista mill-Artikolu 8 [tad-Direttiva 1999/5/KE]).

hija kompatibbli mad-dritt Komunitarja (id-Direttiva 1999/5/KE u d-Direttiva 2002/22/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha)?

3)

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(4) tad-Digriet-Liġi Nru 4/2014, sussegwentement konvertit fil-Liġi 50/2014, kif ukoll l-Artikolu 160 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 259/2003 u tal-Artikolu 21 tat-tariffa mehmuża mad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 641/1972, li jipprovdu għall-obbligu ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u wara tal-liċenzja ta’ stazzjon tar-radju li jirriżulta biss fir-rigward ta’ kategorija partikolari ta’ utenti, jiġifieri dawk li għamlu kuntratt imsejjaħ formalment abbonament, filwaqt li l-ebda awtorizzazzjoni ġenerali jew liċenza ma hija prevista għall-utenti ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għall-motiv biss li l-kuntratt li għamlu jissejjaħ b’mod differenti (=servizz imħallas minn qabel jew servizz top-up) huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju imfakkra iktar 'il fuq?

4)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva Ewropea 1999/5/KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 2(4) tad-Digriet Liġi Nru 4/2014, sussegwentement ikkonvertit fil-Liġi Nru 50/2014 kif ukoll tal-Artikolu 160 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 259/2003, u tal-Artikolu 21 tat-tariffa mehmuża mad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 641/1972, u li jipprovdi:

intervent amministrattiv intiż għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni ġenerali u ta’ liċenzja ta’ stazzjon tar-radju,

il-ħlas ta’ miżata [ta’ konċessjoni tal-gvern] għal dan l-intervent,

sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu limitazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, għall-użu u għall-moviment liberu ta’ tagħmir terminali?


(1)  Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 1999, dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 254)

(2)  Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323)

(3)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337)

(4)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349)

(5)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367)


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fis-17 ta’ Settembru 2014 – Impresa Edilux srl, in qualità di mandatario di ATI, Società Italiana Costruzioni e Forniture srl (SICEF) vs Assessorato Beni Culturali e Identità Siciliana – Servizio Soprintendenza Provincia di Trapani, Assessorato ai Beni Culturali e dell’Identità Siciliana, UREGA – Sezione provinciale di Trapani, Assessorato delle Infrastrutture e della Mobilità della Regione Siciliana

(Kawża C-425/14)

(2014/C 431/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Impresa Edilux srl, in qualità di mandatario di ATI e Società Italiana Costruzioni e Forniture srl (SICEF)

Konvenuti: Assessorato Beni Culturali e Identità Siciliana – Servizio Sovrintendenza Provincia di Trapani, Assessorato ai Beni Culturali e dell’Identità Siciliana, UREGA – Sezione provinciale di Trapani, Assessorato delle Infrastrutture e della Mobilità della Regione Siciliana

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE (1), jipprekludi dispożizzjoni, bħall-Artikolu 1(17) tal-Liġi Nru 190/2012, li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jipprevedu li n-nuqqas ta’ aċċettazzjoni, jew in-nuqqas ta’ prova bil-miktub tal-aċċettazzjoni, mill-impriżi ċċitati iktar ’il fuq, tal-obbligi li jinsabu fil-“protokolli ta’ legalità” u, b’mod iktar ġenerali, fil-ftehimiet konklużi bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-impriżi parteċipanti, intiżi sabiex tiġi miġġielda l-infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata fis-settur tal-kuntratti pubbliċi, jikkostitwixxu kawża leġittima ta’ esklużjoni ta’ impriżi milli jipparteċipaw f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku?

2)

Fis-sens tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE, id-dritt eventwali ta’ Stat Membru li jipprevedi, skont il-każ, is-setgħa ta’ esklużjoni deskritta fl-ewwel domanda, jista’ jitqies li huwa deroga mill-prinċipju ta’ tassattività tal-kawżi ta’ esklużjoni ġġustifikata mill-bżonn imperattiv tal-ġlieda kontra l-fenomenu tat-tentattivi ta’ infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (L-Italja) fit-18 ta’ Setrembru 2014 – Heart Life Croce Amica Srl vs Regione Piemonte

(Kawża C-426/14)

(2014/C 431/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Heart Life Croce Amica Srl.

Konvenut: Regione Piemonte.

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi – f’dan il-każ, fir-rigward ta’ kuntratti esklużi, il-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni libera, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità – jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-għoti dirett tas-servizz ta’ trasport mediku lil assoċjazzjonijiet volontarji li l-organizzazzjoni tagħhom hija bbażata prinċipalment fuq provvisti ta’ xogħol mhux remunerati, meta jkun previst sempliċi rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti?

2)

Fil-każ li jitqies li dan it-tip ta’ għoti huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-ispejjeż “indiretti u ġenerali” marbuta mal-attività eżerċitata b’mod stabbli mill-assoċjazzjoni volontarja – bħall-operazzjonijiet ta’ manteniment eċċezzjonali tal-mezzi użati għas-servizz, l-ikliet tal-operaturi, ir-remunerazzjonijiet tal-persunal amministrattiv u tal-koordinatur amministrattiv fir-rigward tas-servizzi pprovduti, il-komunikazzjoni bit-telefon u bir-radju neċessarja bejn iċ-ċentru tal-operat tas-servizzi ta’ trasport mediku u l-istazzjonijiet tal-assoċjazzjoni – jistgħu wkoll jiġu koperti b’“sempliċi rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti”?


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Paris (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2014 – David Van der Vlist vs Bio Philippe Auguste SARL

(Kawża C-432/14)

(2014/C 431/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de prud’hommes de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: David Van der Vlist.

Konvenuta: Bio Philippe Auguste SARL

Domanda preliminari

Il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-età jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonli (l-Artikolu L. 1243-10 tal-Kodiċi tax-Xogħol Franċiż) li jeskludi liż-żgħażagħ li jaħdmu matul il-vaganzi skolastiċi jew universitarji tagħhom, milli jibbenefikaw minn kumpens għall-prekarjetà dovut f’każ ta’ impjieg f’forma ta’ kuntratt għal żmien determinat li ma jkunx segwit minn offerta għal impjieg għal żmien indeterminat?


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-386/13) (1)

(2014/C 431/23)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Navarra – Spanja) – Miguel Angel Zurbano Belaza, Antonia Artieda Soria/Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

(Kawża C-93/14) (1)

(2014/C 431/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 151, 19.05.2014


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-130/14) (1)

(2014/C 431/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 159, 26.05.2014


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hannover – il-Ġermanja) – Catharina Smets, Franciscus Vereijken vs TUIfly GmbH

(Kawża C-279/14) (1)

(2014/C 431/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġernanja) – Marc Hußock, Ute Hußock, Michelle Hußock, Florian Hußock vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-316/14) (1)

(2014/C 431/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Elvira Mandl, Helmut Mandl vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-337/14) (1)

(2014/C 431/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 315, 15.09.2014.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Annette Lorch, Kurt Lorch vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-364/14) (1)

(2014/C 431/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 339, 29.09.2014.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Brunhilde Liebler, Helmut Liebler vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-365/14) (1)

(2014/C 431/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 329, 22.09.2014


Il-Qorti Ġenerali

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – Szajner vs UASI – Forge de Laguiole (LAGUIOLE)

(Kawża T-453/11) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali LAGUIOLE - Isem ta’ kumpannija Franċiża preċedenti Forge de Laguiole - Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2014/C 431/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gilbert Szajner (Niort, Franza) (rappreżentanti A. Lakits-Josse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Forge de Laguiole SARL (Laguiole, Franza) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 181/2007-1), rigward proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Forge de Laguiole SARL u Gilbert Szajner.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 181/2007-1), hija annullata sa fejn hija tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja verbali LAGUIOLE, għall-prodotti minbarra l-“għodda tal-idejn u implimenti (imħaddma bl-idejn); mgħaref; segi, mwies tal-leħja, xfafar għat-tqaxxir; kaxxetti b’tagħmir għat-tqaxxir; limi u tnalji tad-dwiefer, qattiegħa tad-dwiefer, settijiet tal-manikjur”, fil-klassi 8, l-“oġġetti li jaqtgħu l-karti”, fil-klassi 16, it-“trabixù; fettieħa tal-fliexken” u l-“pniezel tal-leħja, kaxxi fejn jitpoġġew l-oġġetti tat-twaletta”, fil-klassi 21, u l-“għodda għall-qtugħ ta’ truf tas-sigarri” u l-“ixkupilji li jnaddfu l-pipi tat-tabakk”, fil-klassi 34.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Forge de Laguiole SARL għandha tbati kwart tal-ispejjeż tar-rikorrent, kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha stess.

4)

Gilbert Szajner għandu jbati kwart tal-ispejjeż tal-Forge de Laguiole u kwart tal-ispejjeż tal-UASI, kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess.

5)

L-UASI għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-268/13) (1)

((“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Deċiżjoni ta’ kalkolu tal-pagament ta’ penalità - Obbligu tal-irkupru - Impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ falliment - Suġġett tal-proċeduri ta’ falliment inkwistjoni - Diliġenza neċessarja - Oneru tal-prova”))

(2014/C 431/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1264 finali, tas-7 ta’ Marzu 2013, li tordna lir-Repubblika Taljana li tħallas fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea” is-somma ta’ EUR 1 6 5 33  000 bħala pagament ta’ penalità.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Justice & Environment vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/10) (1)

((“Approssimazzjoni tal-liġijiet - Rilaxx intenzjonat ta’ OMĠ fl-ambjent - Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq - Talba għal reviżjoni interna - Annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati jew ikkonċernati - Kawża fejn ma għadx hemm is-suġġett - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2014/C 431/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Association/Vereniging Justice & Environment (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Černý, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u D. Bianchi, sussegwentement D. Bianchi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/135/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92 527 1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu (ĠU L 53, p. 11), u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tawtorizza t tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata modifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, p. 15) kif ukoll id-deċiżjoni allegata kontenut fl-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2010 li tiċħad it-talba għal reviżjoni interna ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Assoċjazzjoni/Vereniging Justice & Environment.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2014 – Afepadi et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-354/12) (1)

([“Rikors għal annullament - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa użati fl-ittikkettjar u r-riklamar tal-prodotti tal-ikel - Regolament (UE) Nru 432/2012 - Premessi 11, 14 u 17 - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

(2014/C 431/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi) (Barcelona, Spanja); Elaborados Dietéticos, SA (Palma de Cervelló, Spanja); Nova Diet, SA (Burgos, Spanja); Laboratorios Vendrell, SA (Barcelona); u Ynsadiet, SA (Leganés, Spanja) (rappreżentanti: P. Velázquez González, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u S. Menez, aġenti)

Suġġett

B’mod partikolari, talba għall-annullament ta’ premessi 11, 14 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi), Elaborados Dietéticos, SA Nova Diet, SA, Laboratorios Vendrell, SA u Ynsadiet, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – BT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt - Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”))

(2014/C 431/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: BT (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: N. Visan u G. Coca, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2012, BT vs Il-Kummissjoni (F-45/12, ĠabraSP, EU:F:2012:168), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

BT għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanża.


(1)  ĠU C 114, 24.04.2013.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – BS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Prinċipju ta’ kolleġġjalità - Natura legali tal-kawża - Rata ta’ preġudizzju għall-integrità fiżika u psikika - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

(2014/C 431/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: BS (Messina, l-Italja) (rappreżentant: C. Pollicino, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u V. Joris, sussegwentement minn J. Currall, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, BS vs Il-Kummissjoni (F-90/11, ĠabraSP, EU:F:2012:188), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

BS għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta Ottubru 2014 – HTC Sweden vs UASI – Vermop Salmon (TWISTER)

(Kawża T-230/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2014/C 431/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HTC Sweden AB (Söderköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ring u W. von der Osten-Sacken, avukati)

Suġġett

Recours formé contre la décision de la première chambre de recours de l’OHMI du 31 janvier 2013 (affaires jointes R 1873/2011-1 et R 1881/2011-1), relative à une procédure en nullité entre Vermop Salmon GmbH et HTC Sweden AB.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Boston Scientific Neuromodulation vs UASI (PRECISION SPECTRA)

(Kawża T-497/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRECISION SPECTRA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])

(2014/C 431/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boston Scientific Neuromodulation Corp. (Valencia, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 2099/2012-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PRECISION SPECTRA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Boston Scientific Neuromodulation Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Shire Pharmaceutical Contracts vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-583/13) (1)

([“Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku - Regolament (KE) Nru 1901/2006 - Artikolu 37 - Proroga tal-perijodu tal-esklużività kummerċjali tal-prodotti mediċinali orfni li ma għandhomx privattiva - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

(2014/C 431/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shire Pharmaceutical Contracts Ltd (Hampshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u V. Walsh, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni indirizzata lir-rikorrenti fit-2 ta’ Settembru 2013, kif ikkonfermata sussegwentement permezz tal-ittra tat-18 ta’ Ottubru 2013, għal dak li jikkonċerna l-eliġibbiltà tal-prodott mediċinali Xagrid għall-inċentiv previst fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Shire Pharmaceutical Contracts Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 377, 21.12.2013.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Röchling Oertl Kunststofftechnik vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Röchling Oertl Kunststofftechnik GmbH (Brensbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti:T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Schaeffler Technologies vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-287/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schaeffler Technologies GmbH & Co. KG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti:T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Energiewerke Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Energiewerke Nord GmbH (Rubenowchaeffler, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/25


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Klemme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-294/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Klemme AG (Lutherstadt Eisleben, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/25


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Autoneum Germany vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Autoneum Germany GmbH (Roßdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/26


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Erbslöh vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erbslöh AG (Velbert, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/26


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Walter Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Walter Klein GmbH & Co. KG (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/27


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Erbslöh Aluminium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-298/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erbslöh Aluminium GmbH (Velbert, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/27


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Fricopan Back vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-300/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fricopan Back GmbH Immekath (Klötze, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti:T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/28


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Michelin Reifenwerke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

(2014/C 431/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Michelin Reifenwerke AG & Co. KGaA (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/28


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2014 – L-Isvezja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-521/14)

(2014/C 431/50)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u K. Sparrman, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata li, billi naqset milli tadotta atti delegati sabiex tispeċifika kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, il-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Bijoċidi (1), il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux iktar tard mit-13 ta’ Diċembru 2013, atti delegati sabiex tispeċifika kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. Ir-rikorrenti ssostni li billi ma adottatx dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni naqset milli tadotta l-miżuri li hija legalment marbuta li tadotta. Ir-rikorrenti stiednet lill-Kummissjoni tadotta l-atti delegati previsti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Bijoċidi, iżda, skont ir-rikorrenti, ir-risposta tal-Kummissjoni ma tikkostitwixxix teħid ta’ pożizzjoni dwar din l-istedina fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni lanqas ma ħadet miżuri, sa meta ġie ppreżentat ir-rikors, li jimplikaw li n-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni ntemm. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni għandha d-data sabiex tispeċifika l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u l-kriterji previsti fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Bijoċidi għandhom japplikaw sa meta l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jinkludu l-kriterji dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali.


(1)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1).


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/29


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2014 – JP Divver Holding Company vs UASI (EQUIPMENT FOR LIFE)

(Kawża T-642/14)

(2014/C 431/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JP Divver Holding Company Ltd (Newry, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Franke, E. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark li tinkludi l-element verbali “EQUIPMENT FOR LIFE”

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 64/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/29


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2014 – SV Capital vs EBA

(Kawża T-660/14)

(2014/C 431/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SV Capital OÜ (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: M. Greinoman, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni Nru EBA C 2013 002 tal-EBA, tal-21 ta’ Frar 2014, kollha kemm hi;

tannulla d-Deċiżjoni Nru BoA 2014-CI-02 tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej sa fejn tiċħad l-appell;

tirrinvija l-każ quddiem il-korp kompetenti tal-EBA sabiex jiġi eżaminat il-mertu tal-ilment ta’ SV Capital OÜ datat 24 ta’ Ottubru 2012 (kif issupplimentat);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti għall-eżekuzzjoni tas-sentenza jew tad-digriet tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt, sa fejn id-deċiżjoni Nru EBA C 2013 002 tiddikjara li “la [RR] u lanqas [OP] ma kienu kapijiet tal-fergħa ta’ Nordea Bank Finland jew detenturi ta’ funzjoni ewlenija fis-sens tal-Linji gwida tal-EBA”, minkejja li l-Bord tal-Appell aċċetta l-prova kuntrarja tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli teżerċita diskrezzjoni billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt i) li Nordea tinsab fuq il-lista ta’ 29 istituzzjonijiet finanzjarji ta’ importanza sistematika mondjali stabbilita mill-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja, ii) li hija konglomerat finanzjarju, iii) li l-fergħa Estonjana tagħha hija fergħa sostanzjali u iv_ li l-ksur allegat huwa ta’ natura gravi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 39(1) tar-Regolament EBA (1) u tal-Artikolu 16 tal-Kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba tal-EBA (2), sa fejn ir-rikorrenti ma ngħatatx l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha dwar ir-raġunament u d-dikjarazzjonijiet ta’ fatt tal-konvenuta qabel ma ttieħdet id-Deċiżjoni kkontestata Nru EBA C 2013 002, billi l-konvenuta ma informatx lir-rikorrenti bl-intenzjoni tagħha li ma tibdiex l-investigazzjoni mitluba ta’ Nordea Bank Finland u ma pprovdietx ir-raġunijiet għal dan.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(3), (4) u (5) tar-Regoli interni tal-EBA (3), sa fejn il-President supplenti tal-EBA ma ġiex informat abbażi ta’ informazzjoni anonimizzata dwar id-deċiżjoni prevista li ma tinbediex investigazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u aġir mhux raġonevoli tal-EBA, sa fejn il-konvenuta aġixxiet b’mod parzjali u, fid-dawl taż-żmien u tal-isforzi ddedikati mill-konvenuta għall-ilment u għall-ammissibbiltà tiegħu, ma kien hemm ebda raġuni għalfejn il-każ kellu jingħalaq mingħajr ma ttieħdet deċiżjoni mmotivata fuq il-mertu tiegħu.


(1)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, p. 12).

(2)  Deċiżjoni DC 006 tal-Bord Maniġerjali, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar il-Kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba tal-EBA.

(3)  Deċiżjoni DC 054 tal-Bord tas-Superviżuri, tal-5 ta’ Lulju 2012, dwar ir-Regoli interni għat-trattament tal-investigazzjonijiet dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/30


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Milchindustrie-Verband und Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-670/14)

(2014/C 431/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Milchindustrie-Verband e.V. (Berlin, il-Ġermanja), Deutscher Raiffeisenverband e.V. (Berlin) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014/C 200/01, tat-28 ta’ Ġunju 2014, li tikkonċerna l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014–2020, sa fejn l-industrija tal-ħalib (NACE 10.51) ma tissemmiex fl-Anness 3 minkejja li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-sezzjoni 3.7.2 ta’ dawn il-linji gwida;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-għażla tal-perijodu ta’ referenza

Ir-rikorrenti jsostnu li, billi implementat il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014–2020 (1), il-konvenuta kisret il-prinċipji fundamentali tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali peress li hija bbażat ruħha fuq data mhux aġġornata għall-kalkolu tal-intensità tal-iskambji kummerċjali minkejja li data ġdida kienet disponibbli.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter minħabba eżami insuffiċjenti tal-fatti

Ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta barra minn hekk għamlet użu ħażin tal-poter sa fejn għall-kalkolu tal-intensità tal-iskambji kummerċjali hija ma identifikatx u ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-prodotti kollha effettivament immanifatturati mill-industrija tal-ħalib. Dan iwassal għal distorsjoni fir-rappreżentazzjoni tas-sitwazzjoni kompetittiva.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta, billi kklassifikat is-setturi ekonomiċi fl-Anness 3 jew fl-Anness 5 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat, kisret l-Artikolu 296 TFUE peress li hija ma indikatx kif u abbażi ta’ liema data l-kriterju tal-intensità tal-iskambji kummerċjali għandu jiġi kkalkolat u ddeterminat. Għaldaqstant, ir-rikorrenti huma mċaħħda mill-possibbiltà li jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tagħhom.


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014–2020 (ĠU C 200, p. 1).


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/31


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2014 – El-Qaddafi vs Il-Kunsill

(Kawża T-681/14)

(2014/C 431/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi (Muskat, l-Oman) (rappreżentant: J. Jones, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura bis-saħħa tal-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, billi tobbliga lill-Kunsill jiżvela l-informazzjoni kollha ta’ sostenn għall-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista relatata mal-miżuri kontenzjużi;

tannulla totalment jew parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

tannulla totalment jew parzjalment ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010, tat-2 ta’ Marzu 2011, implementat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali għandha l-ġurisdizzjoni li tistħarreġ il-legalità ta’ miżuri restrittivi meħuda kontra r-rikorrenti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex tiġi implementata s-sistema ta’ sanzjonijiet imposta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti b’relazzjoni mal-Libja. Ir-rikorrenti ssostni li l-miżuri tal-Unjoni li jimplementaw miżuri restrittivi adottati fuq livell internazzjonali ma jgawdu minn ebda immunità ta’ ġurisdizzjoni minħabba li huma intiżi li japplikaw riżoluzzjonijiet adottati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni li twettaq stħarriġ komplet u fuq il-mertu tal-legalità tal-miżuri kontenzjużi tal-Unjoni li jimplementaw ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jimponu miżuri restrittivi fuq ir-rikorrenti. Dan l-istħarriġ jirrigwarda, speċifikament, il-kwistjoni dwar jekk il-motivi invokati mill-Kunsill insostenn tad-deċiżjoni tagħha li tikkonferma l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista humiex fondati u suffiċjentement iddettaljati u preċiżi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-miżuri kontenzjużi tal-Unjoni jiksru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll id-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas milli jagħtiha l-motivi jew xi prova preċiża li jiġġustifikaw iż-żamma tagħha fil-lista.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-miżuri kontenzjużi tal-Unjoni jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għall-proprjetà u d-dritt tagħha għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista hija infondata, mhux preċiża, mhux iġġustifikata u insuffiċjentement iddettaljata fid-dawl tal-fatt li r-rikorrenti ma tikkostitwixxi l-ebda theddida għall-paċi u għas-siġurtà internazzjonali. Ir-rikorrenti ssostni li ż-żamma tagħha fil-lista minħabba biss ir-rabta familjari mal-mexxej mejjet tar-reġim ta’ Gaddafi li llum ma għadux jeżisti tikser id-dritt tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tallega, barra minn hekk, li hija ma kienet involuta f’ebda avveniment fil-Libja li jikkostitwixxi theddida għall-paċi u għas-siġurtà internazzjonali.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/32


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Mylan Laboratories and Mylan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-682/14)

(2014/C 431/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mylan Laboratories Ltd (Hyderabad, l-Indja) u Mylan, Inc. (Canonsburg, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Kon, C. Firth u C. Humpe, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ Perindopril (Servier) sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrenti; jew

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ AT.39612 Perindopril (Servier) sa fejn jimponi multa fuq ir-rikorrenti; jew

b’mod iktar sussidjarju, tnaqqas il-multa imposta fur ir-rikorrenti skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ AT.39612 Perindopril (Servier); jew

kif ukoll b’mod iktar sussidjarju, tannulla l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummssjoni C(2014) 4955 finali fil-Każ AT.39612 Perindopril (Servier) dsa fejn jikkonċernaw Mylan Inc.;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi żbalji ta’ fatt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tagħha tal-kuntest fattwali, legali u ekonomiku li fih il-ftehim bonarju li jirrigwarda privattiva ġie konkluż bejn Mylan Laboratories (li qabel kienet magħrufa taħt l-isem ta’ Matrix Laboratories) u Servier.

2.

It-tieni motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fid-dritt u fil-fatt inkwantu tqis li Matrix kienet kompetitriċi potenzjali għal Servier.

3.

It-tielet motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata ma tistabblixxix b’mod suffiċjenti skont il-liġi li l-ftehim bonarju li jirrigwarda privatttiva kellu għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv, li jipprovdi li d-deċiżjoni kkontestata ma tistabblixxix b’mod suffiċjenti skont il-liġi li l-ftehim bonarju li jirrigwarda privatttiva kellu għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

5.

Il-ħames motiv, imqajjem sussidjarjament u li jipprovdi li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) kif ukoll il-prinċipji ta’ proporżjonalità, nullum crimen nulla poena sine lege u ta’ ċertezza legali meta timponi multa fuq ir-rikorrenti.

6.

Is-sitt motiv, imqajjem b’mod iktar sussidjarju u li jipprovdi li l-Kummissjoni imponiet multa li hija manifestament sproporzjonata meta mqabbla mal-gravità tal-allegat ksur.

7.

Is-seba’ motiv, li jipprovdi li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Mylan Inc. meta fformulat mill-ġdid, mingħajr ma għamlet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizjonanli, il-bażi li fuqha tibbaża r-responsabbiltà imputata lil Mylan Inc.b’mod differenti minn mill-bażi li fuqha din ir-responsabbiltà kienet ġiet imposta fuq bażi preliminari fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.

8.

Ir-raba’ motiv, li jipprovdi li l-Kummissjoni (i) kisret il-prinċipju tar-responsabbiltà personali u tal-preżunzjoni ta’ innoċenza meta qieset lil Mylan Inc. responsabbli għall-ksur allegatament imwettaq minn Matrix; u (ii) wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta qieset li Mylan Inc. kienet eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Matrix matul il-perijodu kkonċernat.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu Chapter 08 Volume 02 P. 205


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/33


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2014 minn Rhys Morgan mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-8 ta' Lulju 2014 fil-Kawża F-26/13, Morgan vs UASI

(Kawża T-683/14 P)

(2014/C 431/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Rhys Morgan (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-26/13;

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni maħruġ lill-appellant fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011;

tordna lill-UASI jħallas kumpens xieraq fid-diskrezzjoni tal-Qorti Ġenerali – li ma jkunx inqas mill-ammont ta’ EUR 500 – lill-appellant għad-danni morali u mhux materjali mġarrba mill-appellant b’riżultat tal-imsemmi rapport ta’ evalwazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja meta naqas li jirrikonoxxi li evalwazzjoni ġenerali għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni tal-uffiċjal matul il-perijodu ta’ evalwazzjoni kollu kemm hu.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żbalja meta naqas li jirrikonoxxi l-gravità tal-ksur proċedurali mwettaq mill-UASI.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball meta evalwa l-motiv dwar allegat ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

4.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji meta evalwa l-motiv dwar allegat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

5.

Il-ħames aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas li jevalwa sewwa, jew saħansitra li jeżamina, l-provi li jirrigwardaw il-motiv dwar l-użu ħażin ta’ poter.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Krka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-684/14)

(2014/C 431/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Krka Tovarna Zdravil d.d. (Novo Mesto, is-Slovenja) (rappreżentanti: T. Ilešič u M. Kocmut, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ AT.39612 – Perindopril (Servier), innotifikata lir-rikorrenti fil-11 ta’ Lulju 2014, sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, b’mod partikolari l-Artikoli 4, 7(4)(a), 8 u 9;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti u għal spejjeż oħra relatati ma’ din il-kawża; u

tordna kull miżura oħra ġuridikament meħtieġa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li tanaliżża b’mod xieraq il-kuntest legali, fattwali u ekonomiku tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-konklużjoni żbaljata tal-Kummissjoni li r-rikorrenti u Servier kienu kompetituri effettivi u potenzjali skont l-Artikolu 101 TFEU.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konklużjoni żbaljata tal-Kummissjoni li l-ftehim dwar il-brevett konkluż bejn ir-rikorrenti u Servier kien jirrestrinġi, permezz tal-għan tiegħu, il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFEU hija bbażata fuq analiżi fattwali u legali żbaljata kif ukoll fuq applikazzjoni żbaljata tal-prinċipji stabbiliti dwar ir-restrizzjonijiet permezz tal-għan.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi eżaminat b’mod inkonsistenti l-kuntratt ta’ ċessjoni u liċenzja u żbaljat meta kkonkludiet li dan il-ftehim kien jikkostitwixxi restizzjoni, permezz tal-għan tiegħu, tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFEU.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-konklużjoni żbaljata tal-Kummissjoni li l-ftehimiet konklużi bejn ir-rikorrenti u Servier kienu jirrestrinġu, permezz tal-effett tagħhom, il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFEU.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li tevalwa b’mod preċiż l-argumenti mqajma mir-rikorrenti skont l-Artkolu 101(3) TFEU.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/35


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-685/14)

(2014/C 431/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni Ares tal-Kummissjoni (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, li tiddikjara inammissibbli t-talba għal stħarriġ intern, imressqa mir-rikorrent, dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali.

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni Ares tal-Kummissjoni (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 2(1)(g) u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-“Konvenzjoni UNECE”), flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni UNECE (2005/370/KE).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, il-Konvenzjoni UNECE, flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni UNECE (2005/370/KE), id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, u d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/36


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Settembru mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-2 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-63/13, Psarras vs ENISA

(Kawża T-689/14 P)

(2014/C 431/59)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (rappreżentant: P: Empadinhas u C. Meidanis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Aristidis Psarras (Heraklion, il-Greċja)

Talbiet

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-63/13;

tiċħad fl-intier tagħhom it-talbiet magħmula mir-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-Kawża F-63/13 u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha legali tal-proċeduri, kemm quddiem il-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żnaturament tal-fatti fir-rigward tal-avvenimenti tal-4 ta’ Mejju 2012 u l-perijodu sussegwenti, kif ukoll fuq żball ta’ liġi rigward l-Artikolu 41 (2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (flimkien mal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea).

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta, sa fejn ġie deċiż, minn naħa, li l-konstatazzjoni tal-ksur ta’ din id-dispożizzjoni tinvolvi ipso jure u awtomatikament l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, li ma mxietx mal-ġurisprudenza li tgħid li r-rikorrent kellu juri wkoll li, fl-assenza ta’ ksur, il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata seta’ kien differenti, u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-interpretazzjoni l-ġdida ta’ din il-konstatazzjoni, il-ġurisprudenza preċedenti hija “definittivament mingħajr ebda sens”.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu tat-Tribunal għas-Servizz Ċivili li jiddeċiedi dwar l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-konvenuta fl-ewwel istanza u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, kif ukoll fuq il-ksur tal-obbligu li li tiġi osservata l-fażi prekontenzjuża dwar talba għad-danni.

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-ġurisprudenza li tgħid li l-annullament tal-att ikkontestat fih innifsu jikkostitwixxi kumpens adegwat, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, u fuq il-fatt li l-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda ultra vires, kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

5.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq suspetti ta’ nuqqas ta’ imparzjalità min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/37


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Sony Computer Entertainment Europe vs UASI – Marpefa (Vieta)

(Kawża T-690/14)

(2014/C 431/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Computer Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Marpefa, SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja Nru 1 7 90  674

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2100/2013-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 51(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Niche Generics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-701/14)

(2014/C 431/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Niche Generics Ltd (Hitchin, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Batchelor, M. Healy, Solicitors, u F. Carlin, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni;

tannulla jew fi kwalunkwe każ tnaqqas l-ammont tal-multa; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, fil-Każ AT.39612 – Perindopril (Servier).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tapplika t-test ġuridiku korrett tan-“neċessità oġġettiva” sabiex tiddetermina jekk il-ftehim dwar il-privattiva bejn ir-rikorrenti u Servier jaqax taħt l-Artikolu 101(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali meta ma applikatx il-Linji Gwida tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali tat-Trasferiment ta’ Teknoloġija għall-ftehim tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kklassifikat il-ftehim bħala ksur “permezz tal-għan” tal-Artikolu 101(1) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni applikat ħażin it-test ġuridiku tagħha stess “ksur permezz tal-għan” għall-fatti speċifiċi marbuta mar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-ftehim kellu effetti antikompetittivi.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat sussidjarjament fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi ma rrikonoxxietx li l-ftehim jissodisfa l-kriterji ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 101(3) TFEU.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi aġixxiet b’mod oppressiv fl-investigazzjoni tagħha fir-rigward ta’ dokumenti koperti minn privileġġ legali.

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali fil-kalkolu tagħha tal-multa billi ttrattat lir-rikorrenti b’mod differenti minn Servier mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva.

9.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-linji gwida tagħha dwar l-impożizzjoni ta’ multi u l-prattika tagħha stabbilita preċedentement meta imponiet multa fuq ir-rikorrenti.

10.

L-għaxar motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) billi eċċediet il-massimu ta’ 10 % limitu tal-multi.

11.

Il-ħdax-il motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE fir-rigward tal-kalkolu tagħha tal-multa u l-evalwazzjoni tagħha tal-gravità tal-ksur tar-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFEU] u [102 TFEU] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/39


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – IPSO vs BĊE

(Kawża T-713/14)

(2014/C 431/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Organizzazzjoni tal-impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (IPSO) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-BĊE tat-30 ta’ Mejju 2014, ippubblikata fis-16 ta’ Lulju 2014, li tiffissa għal sentejn it-tul massimu ta’ ċerti kuntratti ta’ membri tal-persunal temporanju inkarigati b’funzjonijiet ta’ natura segretarjali u amministrattiva;

tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-dannu morali stmat ex aequo et bono għal EUR 15  000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tad-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tar-rikorrenti kif stabbilit fl-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewopea u fid-Direttiva 2002/14 (1) u ppreċiżat u implementat permezz tal-ftehim qafas dwar ir-rikonoxximent, it-tqassim ta’ informazzjoni u l-konsultazzjoni u l-ftehim ad hoc ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-grupp ta’ ħidma dwar il-ħaddiema temporanji, konkluż bejn il-BĊE u l-IPSO, u, min-naħa l-oħra, il-ksur tal-imsemmija ftehimiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ u tad-dritt ta’ aċċess għal informazzjoni, drittijiet proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fndamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2003 [2002], li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea – Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentanza tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219).


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2014 – Bonney vs UASI – Bruno (ATHEIST)

(Kawża T-714/14)

(2014/C 431/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: David Bonney (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vanessa Bruno (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark Komunitarja verbali “ATHEIST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 0 34  874

Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 803/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni sa fejn tikkonċerna prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/40


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2014 – NK Rosneft a.o. vs Il-Kunsill

(Kawża T-715/14)

(2014/C 431/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NK Rosneft OAO (Moska, ir-Russja); RN-Shelf-Arctic OOO (Moska); RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO (Yuzhniy Sakhalin, ir-Russja); RN-Exploration OOO (Moska); u Tagulskoe OOO (Krasnoyarsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikoli 1(2)(b), (c) u (d) u (3), u l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta’ Settembru 2014;

tannulla l-Artikoli 3, 3a, 4(3) u (4), l-Anness II, l-Artikolu 5(2)(b), (c), (d) u (3) u l-Anness VI, u l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta’ Settembru 2014;

barra minn hekk jew sussidjarjament, tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti;

tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li l-Kunsill naqas milli jipprovdi raġunijiet suffiċjenti biex jippermetti reviżjoni sħiħa tal-legalità kemm sostantiva kif ukoll proċedurali tad-dispożizzjonijiet li r-rikorrenti jitolbu l-annullament tagħhom (iktar ’il quddiem id-“dispożizzjonijiet inkwistjoni”), u kiser id-drittijiet tad-difiża u d-drittijiet għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv, li jallega li ma kien hemm ebda prova mressqa mill-Kunsill li tiġġustifika jew li tista’ tiġġustifika li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni għandhom għan leġittimu jew legali.

3.

It-tielet motiv, li jallega li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni jiksru l-obbligi taħt il-liġi internazzjonali tal-UE skont il-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni mar-Russja u/jew il-GATT.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni, jew dawk il-miżuri huma illegali, għaliex ebda rabta razzjonali ma hija evidenti jew ipprovduta bħala raġuni bejn l-għan iddikjarat tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK u l-mezzi magħżula biex dan jitwettaq.

5.

Il-ħames motiv, li jallega li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 ma jimplementax b’mod tajjeb id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, peress li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta jew, jekk kien kompetenti, ma setax legalment jadotta l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 peress li (għall-inqas) prima facie, dan jinsab f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha.

6.

Is-sitt motiv, li jallega li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta, jew ma setax legalment jadotta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni għaliex dawn jiksru l-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ assenza ta’ natura arbitrarja.

7.

Is-seba’ motiv, li jallega li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta, jew ma setax legalment jadotta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni għaliex dawn ma humiex proporzjonati ma’, jew ma ġiex ipprovat li dawn huma proporzjonati għall-għan imfittex mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK. Barra minn hekk, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ proporzjonalità tagħhom, id-dispożizzjonijiet (a) jiksru l-kompetenzi leġiżlattivi tal-Unjoni taħt il-PKK (Politika Kummerċjali Komuni) u (b) jikkostitwixxu interferenza mhux permessa mad-dritt fundamentali tal-proprjetà tar-rikorrenti u/jew il-libertà tagħhom li jeżerċitaw il-kummerċ.

8.

It-tmien motiv, li jallega li, partikolarment fin-nuqqas ta’ kull spjegazzjoni għad-dispożizzjonijiet inkwistjoni u għan-natura tagħhom, għall-inqas parti mill-iskop tad-dispożizzjoni kkontestata seta’ kien biex tfittex għan differenti minn dak imsemmi, u li minn lat separat ieħor, il-poter mogħti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK ġie użat ħażin.

9.

Id-disa’ motiv, li jallega ksur tal-garanzija kostituzzjonali ta’ ċertezza legali, inkluż fin-nuqqas ta’ kjarezza ta’ termini prinċipali fid-dispożizzjonijiet inkwistjoni.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/41


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Hong Kong Group vs UASI – WE Brand (W E)

(Kawża T-718/14)

(2014/C 431/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hong Kong Group (Vantaa, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Spåre, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: WE Brand Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “W E” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 7 63  795

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 2305/2013-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark irreġistrata ppreżentata mir-rikorrent.

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċediuri għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/42


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2014 – Il-Belgju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-721/14)

(2014/C 431/66)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Belgju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti, sostnuti minn P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Talbiet

tannulla r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/478/UE, tal-14 ta’ Lulju 2014, dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kompetenzi attribwiti fis-sens tal-Artikolu 5 TUE, sa fejn ma hijiex identifikata l-bażi legali fit-Trattati li tattribwixxi kompetenza lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-miżura kkontestata.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kompetenzi attribwiti, sa fejn it-Trattati ma jawtorizzawx lill-Kummissjoni tadotta miżura ta’ armonizzazzjoni fis-settur tal-logħob tal-ażżard.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzoni leali fis-sens tal-Artikolu 4(3) TUE u tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali fis-sens tal-Artikolu 13(2) TUE, sa fejn il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010“Qafas applikabbli għal-logħob u għal-logħob tal-ażżard fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea” (Dokument Nru 16884/10).

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fis-sens tal-Artikolu4(3) TUE fir-rigward tal-Istati Membri.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 13(2) TUE, 288 TFUE u 289 TFUE, sa fejn il-miżura kkontestata fil-verità tikkostitwixxi direttiva moħbija. Ir-rikorrent jallega wkoll ksur tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn il-Kummissjoni ma hijiex qiegħda tuża liġi sabiex tillimita l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/43


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2014 – Aalberts Industries vs Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropej

(Kawża T-725/14)

(2014/C 431/67)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Aalberts Industries (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Wesseling u M. Tuurenhout, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropej

Talbiet

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Kummissjoni Ewropea, tikkumpensa d-dannu subit minn Aalberts fil-ksur tad-drittijiet tagħha, li għandu jinqasam f’EUR 1 0 41  863 bħala danni materjali u EUR 5 0 40  000 bħala danni morali jew għal ammont li l-Qorti Ġenerali se tiddetermina bħala ekwu, u dan kollu għandu jiżdied bl-interessi kumpensatorji mit-13 ta’ Jannar 2010 sad-data li fiha tingħata s-sentenza f’dan ir-rikors li għandha tiġi kkalkolata bir-rata ffissata mill-BĊE fl-operazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid fis-seħħ f’dan il-perijodu miżjuda b’żewġ punti jew bir-rata li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Kummissjoni Ewropea, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti sostniet li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tagħha li tara l-kawża tagħha ttrattata fi żmien raġonevoli fir-rikors T-385/06, Aalberts Industries NV et vs Il-Kummissjoni li r-rikorrenti ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 – Attrezzaturi).

Ir-rikorrenti tippreċiża li l-proċedura damet erba’ snin u tliet xhur, meta t-trattament tar-rikors tiegħu mill-Qorti Ġenerali ma setgħax idum iktar minn tliet snin, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża. Ir-rikorrenti tafferma li l-Qorti Ġenerali aġixxiet bi ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta li jobbliga lill-qrati tal-Unjoni li jiddeċiedu fi żmien raġonevoli fil-kawżi mressqa quddiemhom u tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li jagħti lill-individwi d-dritt li l-kawża tagħhom tiġi trattata fi żmien raġonevoli.

Ir-rikorrenti sofriet dannu reali u ċert minħabba l-fatt li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx ir-rikors fi żmien tliet snin. Dan id-dannu jikkonsisti fl-ispejjeż sostnuta minnha għall-iffinanzjar mill-ġdid ta’ garanzija bankarja meta t-trattament tar-rikors jaqbeż it-tliet snin.

Ir-rikorrenti sostniet dannu morali billi hija kienet meqjusa bħala parti għal ftehim illegali għal tul ta’ żmien twil li ma huwiex normali minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Ir-rikorrenti tikkunsidra li kumpens fl-ammont ta’ 5 % tal-multa inizjalment imposta tikkorrispondi għal kumpens li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis adatt f’kawżi simili fejn it-terminu għall-eżami tal-multi għall-akkordju jinqabeż sostanzjalment.

Ir-rikorrenti tafferma li dak kollu msemmi iktar ’il fuq jikkonferma l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta bejn id-dannu mitlub u d-dispożizzjoni legali miksura mill-Unjoni intiża sabiex tagħti drittijiet lill-individwi. Ir-rikorrenti tqis li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 340 TFUE.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/44


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition vs UASI – H. Young Holdings (animal)

(Kawża T-727/14)

(2014/C 431/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition (New Brunswick, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H. Young Holdings plc (Newbury, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “animal” – Trade mark Komunitarja Nru 2 8 22  807

Proċedura quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2054/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/44


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition vs UASI – H. Young Holdings (animal)

(Kawża T-728/14)

(2014/C 431/69)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition (New Brunswick, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H. Young Holdings plc (Newbury, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “animal” – Trade mark Komunitarja Nru 2 8 24  548

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2058/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Ratioparts-Ersatzteile vs UASI – Norwood Industries (NORTHWOOD professional forest equipment)

(Kawża T-592/13) (1)

(2014/C 431/70)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Ratioparts-Ersatzteile vs UASI – Norwood Promotional Products Europe (NORTHWOOD professional forest equipment)

(Kawża T-622/13) (1)

(2014/C 431/71)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 39, 8.02.2014.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Tui Deutschland vs UASI – Infinity Real Estate & Project Development (Sensimar)

(Kawża T-706/13) (1)

(2014/C 431/72)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 61, 1.03.2014.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2014 – Petropars et vs Il-Kunsill

(Kawża T-370/14) (1)

(2014/C 431/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Ottubru 2014 – AY vs Il-Kunsill

(Kawża F-23/11) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qabel l-annullament - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2010 - Eżami komparattiv tal-merti - Deċiżjoni li ma jiġix promoss ir-rikorrent))

(2014/C 431/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AY (rappreżentanti: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. F. Jensen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u għall-kumpens għad-dannu morali subi. réparation du préjudice moral subi. Kawża T-167/12 P irrinvijata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara kassazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AY ibati l-ispejjeż tiegħu esposti fil-Kawżi F-23/11, T-167/12 P u F-23/11 RENV rispettivament kif ukoll l-ispejjeż esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F 23/11.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ibati l-ispejjeż tiegħu esposti fil-Kawżi T-167/12 P u F-23/11 RENV.


(1)  ĠU C 226, 30/07/2011, p. 31.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2014 – van de Water vs Il-Parlament

(Kawża F-86/13) (1)

((Servizz pubbliku - Drittijiet u obbligi tal-uffiċjal - Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li titwettaq attività professjonali wara t-tmiem tas-servizz - Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kompatibbiltà mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni - Projbizzjoni))

(2014/C 431/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert van de Water (Grimbergen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Bentley QC u R. Bäuerle, avikati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Chemaï u M. Dean, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tipprojbixxi lir-rikorrent milli jaċċetta l-post ta’ konsulent tal-Prim Ministru tal-Ukrajna matul perijodu ta’ sentejn wara d-data ta’ tmiem tal-funzjonijiet tiegħu fil-Parlament Ewropew.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Robert van der Water għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu u huwa kundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013, p. 31.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/48


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-59/14)

(2014/C 431/76)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Mannes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għall-kumpens għad-danni materjali u immaterjali sostnuti mir-rikorrent, flimkien mal-interessi moratorji, minħabba t-telf ta’ opportunità tar-rikorrent għal impjieg fl-UE, ibbażata fuq is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29.09.2010 fil-Kawża F-5/08 Brune vs Il-Kummissjoni.

Talbiet

jikkundanna lill-konvenuta għad-danni materjali u immaterjali li r-rikorrent ġarrab, flimkien mal-interessi moratorji, minħabba l-esklużjoni illegali tiegħu mill-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża;

sussidjarjament, jagħti deċiżjoni fil-kontumaċja.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/48


Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Impriża Konġunta ECSEL

(Kawża F-75/14)

(2014/C 431/77)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. A. Christianos, avukat)

Konvenuta: Impriża Konġunta ECSEL

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent stabbilit għas-sena 2012.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni kkontestata li biha ARTEMIS ċaħdet it-talba tar-rikorrent u annullat l-att ikkontestat adottat fil-15 ta’ Novembru 2013 mill-evalwatur ta’ appell dwar ir-rifjut motivat tar-rikorrent li jaċċetta l-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2012;

jikkundanna lil Impriża Konġunta ECSEL għall-ispejjeż.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/49


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-87/14)

(2014/C 431/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura medika fi sptar tar-rikorrenti u l-kundanna tal-Kunsill, minn naħa, għall-ħlas tal-interessi moratorji kumpensatorji, u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla parzjalment id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, hekk kif jirriżultaw mill-kont dettaljat Nru 55 tas-27 ta’ Settembru 2013, dwar it-talba tat-12 ta’ Lulju 2012 għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura medika fi sptar tar-rikorrenti;

jiddikjara nulli l-ittri tad-19 ta’ Novembru 2013 tal-Kap tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet li jirrigwardaw ir-riżultat mhux favorevoli ta’ allegata talba għal awtorizzazzjoni bil-quddiem tat-12 ta’ Lulju 2012, jew sussidjarjament, jannullhom;

jannulla, sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-22 ta’ Mejju 2014 li tiċħad l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti fis-27 ta’ Diċembru 2013 u fit-18 ta’ Frar 2014;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-interessi moratorji u kumpensatorji mid-data li fiha kienu dovuti s-somom mitluba, kif ukoll għall-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/50


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-98/14)

(2014/C 431/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament parzjali ta’ żewġ avviżi lill-persunal tal-Kunsill sa fejn dawn jorbtu l-benefiċċju tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini u tal-leave għal raġuni ta’ distanza mal-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż u tal-espatrijazzjoni u talba sabiex il-konvenut jiġi kkundannat għall-ħlas tad-danni għad-danni morali u materjali allegantament sostnuti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla skont l-Artikolu 270 TFUE id-deċiżjoni li tinsab fl-Avviż lill-Persunal (“AP”) 13/14 (Deċiżjoni Nru 2/2014), tad-9 ta’ Jannar 2014, li emenda s-sistema applikabbli għal-leave għal raġuni ta’ distanza, wara l-applikabbiltà sa mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunali kif ukoll fl-Avviż lill-Persunal (“AP”) 9/14 (Deċiżjoni Nru 12/2014), li emendat is-sistema tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar wara l-applikabbiltà sa mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal, emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Nru L 287, tad-29 ta’ Ottubru 2013. It-talba għal annullament hija limitata għall-parti ta’ dawn l-AP li torbot id-dritt għall-ispejjeż tal-ivjaġġar u d-dritt għal-leave għal raġuni ta’ distanza mal-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż jew tal-espatrijazzjoni kif ukoll mal-Artikolu 6 tal-KP9/14, li introduċa kriterji ġodda għad-determinazzjoni tal-post ta’ oriġini.

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, lir-rikorrent, ta’ ammont ta’ EUR 1 65  596,42 għad-dannu materjali sostnut kif ukoll ammont ta’ EUR 40  000 għad-dannu morali;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni u intressi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6,75 għad-dannu morali u materjali sostnut;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.