ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2011.334.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 334A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
15 ta' Novembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 334A/01

Post vakanti għal Direttur (Grad AD 14) tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni — COM/2011/10319

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

19

(PL)

24

 

35

(DE/EN/FR)

37

(PL/RO)

60

 

68

 

76

(DE/EN/FR)

82

 

91

 

98

 

114

(DA)

121

(DA)

122

 

135

 

140

(BG/ET/HU/MT/PL/SL/SV)

142

 

146

 

147

(EN/IT/MT/SV)

155

(EN/ES/ET/FR/NL/PL/PT/SK/SL/SV)

156

 

157

 

162

 

169

(EN)

177

(DE/EN/FR)

180

(BG/RO)

181

(DA)

183

(SL)

185

 

193

(BG/RO)

198

(CS/HU/LT/MT/PL/SK)

206

(CS/ES/LV/MT/SV)

208

(DE/EN/FR)

221

 

222

(BG/RO)

223

 

229

 

257

 

258

 

270

 

271

 

278

(EN)

279

(FR)

281

(DA)

284

(DE)

285

(LT)

286

(NL)

292

(RO)

294

(DE/EN/FR)

303

(DE/EN/FR)

304

(DA/EN)

307

 

309

(DE/EN/FR)

312

(DE/EN/FR)

315

 

321

(EN/FR)

324

 

330

(DE/EN/FR)

334

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 334/1


Post vakanti għal Direttur (Grad AD 14)

tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

COM/2011/10319

(2011/C 334 A/01)

1.   Min aħna

L-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (“Fusion for Energy” — F4E) ġiet imwaqqfa permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta' Marzu 2007 (1), għal perjodu ta' 35 sena.

L-F4E hija dik li tipprovdi l-kontribut Ewropew lill-ITER. Hija tikkontribwixxi wkoll għall-attivitajiet ta' Approċċ Usa' mal-Ġappun u tikkoordina l-attivitajiet bi tħejjija għall-bini ta' reattur ta' fużjoni ta' demostrazzjoni (DEMO) u ta' faċilitajiet oħra relatati.

Ir-rwol prinċipali tal-F4E huwa li tipprovdi kontribut Ewropew għall-bini tal-ITER, fil-perjodu stipulat u f'konformità mar-rekwiżiti tal-ITER. Il-firmatarji l-oħrajn għall-ITER, li huma l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Ġappun, ir-Russja, iċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u l-Indja jipprovdu xi komponenti oħrajn. Jidher li r-riżorsi indikattivi neċessarji sabiex l-F4E tibqa' eżistenti għal perjodu ta' 35 sena, huma ta' madwar EUR 10 biljun.

Qed infittxu li naħtru Direttur għal mandat ta' ħames snin, li jista' jiġi estiż darba.

2.   X'qed nipproponu

Id-Direttur huwa l-kap eżekuttiv, responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum tal-F4E taħt il-gwida tal-Bord ta' Tmexxija tal-F4E u f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea li taġixxi bħala rappreżentant tal-Euratom fil-Kunsill tal-ITER. Il-persuna maħtura tkun ir-rappreżentant legali tagħha (l-Artikolu 8 tal-istatuti tal-F4E) u hija se tmexxi lill-persunal tal-F4E, li bħalissa jammonta għal 160 ħaddiem u li gradwalment se jiżdied għal 200-250 matul il-fażi tal-bini. Id-Direttur jirrispondi għall-Bord ta' Tmexxija.

Ir-responsabbiltajiet tad-Direttur jinkludu:

Li jiggarantixxi li l-objettivi tal-organizzazzjoni jintlaħqu f'konformità mal-missjoni tagħha, u b'mod partikolari li l-kontributi Ewropej għall-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-ITER jiġu pprovduti fil-ħin u skont ir-rekwiżiti tal-ITER u fil-limiti tal-ispiża miftiehma;

Li jagħti rendikont lill-Bord ta' Tmexxija u li jistenna l-approvazzjoni tiegħu dwar kwistjonijiet strateġiċi u baġitarji relatati mal-F4E;

Li jaħdem b'mod effettiv mal-partijiet kollha interessati: mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-ITER, ma' Aġenziji Interni oħra tal-ITER, ma' membri oħrajn tal-F4E u b'mod partikolari mal-Kummissjoni Ewropea li ħadet ir-rwol tal-Euratom bħala l-parti li tospita fil-Ftehim tal-ITER u li ħadet f'idejha r-responsabbiltajiet speċjali li jirriżultaw minn dak il-ftehim;

Li jaħtar u li jmexxi lill-persunal tal-F4E, u li jrawwem spirtu tajjeb ta' tim u joħloq ambjent tax-xogħol ta' kwalità;

Li jħejji u li jimplimenta Pjan ta' Proġett ġenerali li jistabbilixxi l-programm ta' ħidma tal-F4E u li jiggarantixxi l-aktar użu effettiv tar-riżorsi tagħha;

Li jiżviluppa u li jimplimenta strateġiji li jippermettu lill-F4E takkwista xi komponenti fil-perjodu taż-żmien u fil-baġit meħtieġa, inklużi l-attivitajiet kollha ta' R&D relatati;

L-għoti ta' kuntratti tal-akkwisti pubbliċi u l-monitoraġġ tagħhom skont il-proċeduri relevanti;

Li jiggarantixxi li l-baġit tal-F4E jkun ġestit b'mod effiċjenti u skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

Li jikkomunika mal-pubbliku fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-missjoni tal-F4E.

Li jiggarantixxi li l-attivitajiet tal-organizzazzjoni jiġġeneraw sinerġija mal-partijiet l-oħra tal-Programm ta' Fużjoni Ewropew integrat (l-Assoċjazzjonijiet tal-Fużjoni Euratom u l-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni).

3.   X'qegħdin infittxu

Il-kandidat li jintgħażel għandu jkollu:

Esperjenza ppruvata u sodisfaċenti fil-livelli maniġerjali superjuri ta' organizzazzjoni kbira, kif ukoll fil-ġestjoni ta' riżorsi finanzjarji sinifikanti;

Ħila eċċellenti biex imexxi organizzazzjoni li hija involuta f'kooperazzjoni xjentifika internazzjonali ta' dimensjoni u ta' importanza li qatt ma kien hemm bħalhom qabel fl-Unjoni Ewropea;

Kapaċità tajba ħafna u esperjenza fit-tfassil u fil-ġestjoni ta' proġetti kbar ta' teknoloġija avvanzata, f'ambjent Ewropew jew internazzjonali; b'mod partikolari fl-implimentazzjoni tagħhom permezz tal-kuntratti tal-akkwisti pubbliċi,

Ħila ppruvata ta' ġestjoni f'attivitajiet kbar ta' akkwist f'konformità mal-ogħla standards tal-kontabilità u mar-rekwiżiti ta' trasparenza.

Kapaċità li jikkommunika b'mod effettiv mal-pubbliku u li jibni relazzjonijiet ta' ħidma tajbin mal-partijiet interessati kollha relevanti.

Il-ħiliet u l-esperjenza segwenti jistgħu jitqiesu ta' vantaġġ:

Esperjenza fil-bini ta' faċilitajiet nukleari, li tinkludi interazzjonijiet mal-awtorità tas-sigurtà nukleari;

Għarfien tajjeb tat-teknoloġiji tat-tagħmir relatat mal-fużjoni;

Għarfien tajjeb tal-attivitajiet ta' riċerka, tal-politiki u tal-programmi Ewropej u internazzjonali dwar il-fużjoni.

4.   L-applikanti għandhom

L-applikanti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:

Ċittadinanza: Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew ta' Membru ta' pajjiż terz tal-F4E (l-Isvizzera).

Grad Universitarju jew Diploma: Ikollhom:

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji mitmuma f'dixxiplina xjentifika jew relatata mal-inġinerija, li jwassal għal studji post-universitarji, iċċertifikat b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja huwa ta' erba' snin jew aktar;

jew

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji mitmuma f'dixxiplina xjentifika jew relatata mal-inġinerija, iċċertifikat minn diploma u minn esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena meta l-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-inqas tliet snin (din is-sena ta' esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali post-universitarja meħtieġa msemmija hawn taħt);

Esperjenza Professjonali: Ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza post-universitarja wara l-kisba tal-kwalifiki meħtieġa msemmija hawn fuq.

Esperjenza ta' Ġestjoni: Minn tal-inqas 5 snin mill-15-il sena ta' esperjenza professjonali, għandhom ikunu nkisbu f'livell maniġerjali superjuri f'organizzazzjoni kbira (fis-settur pubbliku jew f'dak privat) (2);

Lingwi: Ikollhom għarfien profond tal-Ingliż u għarfien sodisfaċenti ta' mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Komunità;

Limitu tal-Età: Ikunu jistgħu jlestu l-mandat sħiħ ta' ħames snin, qabel ma jintemm ix-xahar li fih jagħlqu 65 sena.

5.   Indipendenza u dikjarazzjoni tal-interessi

Id-Direttur ikun mitlub jagħmel dikjarazzjoni ta' impenn li fiha jindika li se jaġixxi b'mod indipendenti fl-interess tal-pubbliku u dikjarazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe tip ta' interess li jista' jitqies li jippreġudika l-independenza tiegħu. L-applikanti jridu jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dan fl-applikazzjoni tagħhom.

6.   L-għażla u l-ħatra

Għall-proċedura tal-għażla, għandu jitwaqqaf bord ta' qabel l-għażla. Dan il-bord se jistieden għal intervista lil dawk l-applikanti li jkollhom l-aħjar profil għar-rekwiżiti speċifiċi ta' din il-pożizzjoni, magħżula fuq il-bażi tal-merti tagħhom u l-kriterji stabbiliti hawn fuq. Sussegwentement, il-kandidati li jintgħażlu mill-bord ta' qabel l-għażla jissejħu għal intervista mal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet (CCA); qabel din l-intervista, dawn se jiġu ttestjati matul ċentru tal-valutazzjoni mmexxi minn konsulenti ta' reklutaġġ esterni. Il-kandidati li jitpoġġew fuq il-lista preliminari mis-CCA, imbagħad jiġu intervistati mill-Kummissarju/Kummissarji relevanti.

Wara dawn l-intervisti, il-Kummissjoni se tadotta lista preliminari tal-kandidati li huma l-iktar adattati, li mbagħad tiġi kkomunikata lill-Bord ta' Tmexxija tal-F4E. Dan tal-aħħar se jintervista lill-kandidati li ġew inklużi fuq il-lista preliminari u jaħtar lid-Direttur minn fosthom. L-inklużjoni fil-lista preliminari mhijiex garanzija tal-ħatra. Il-kandidati għandhom ikunu konxji tal-fatt li f'dan l-istadju l-lista tal-kandidati tista' ssir disponibbli għall-pubbliku. Il-kandidati jistgħu jintalbu jagħmlu iktar intervisti u/jew testijiet minbarra dawk indikati hawn fuq.

7.   Opportunitajiet indaqs

L-Impriża Konġunta tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u ta' nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal (3).

8.   Kundizzjonijiet tal-impjieg

Id-Direttur se jkun maħtur fl-F4E bħala aġent temporanju fil-grad AD 14 skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea għal perjodu ta' ħames snin, li jista' jiġi estiż darba, hekk kif stipulat fl-Artikolu 8.2 tal-istatuti tal-F4E.

Il-post tal-impjieg huwa Barċellona fi Spanja, fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-“Fusion for Energy”.

9.   Proċedura tal-applikazzjoni

Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-kandidati għandhom iressqu:

1.

ittra ta' motivazzjoni u

2.

Curriculum Vitae (CV) b'format ħieles. Preferibbilment, is-CV għandu jkun imfassal fuq il-format tas-CV Europass (4). L-applikanti huma espliċitament mitluba jenfasizzaw u jagħtu rendikont qasir tal-esperjenza u l-kompetenzi relevanti għall-impjieg kif ukoll jagħtu d-dettalji dwar id-daqs, in-numru tal-persunal, il-baġit u n-natura tad-dipartimenti li jkunu mexxew preċedentement u dwar ir-relazzjoni ġerarkika tagħhom mal-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni.

L-applikazzjonijiet mhux kompluti jiġu rrifjutati.

Id-dokumenti ta' prova (pereżempju kopji ċċertifikati ta' lawrji/diplomi, referenzi, provi tal-esperjenza, eċċ.) ma għandhomx jintbagħtu għalissa imma fi stadju ulterjuri tal-proċedura jekk ikunu mitluba.

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku segwenti:

Rtd-avisdevacances@ec.europa.eu

Sabiex il-proċess tal-għażla jiġi ffaċilitat, il-komunikazzjoni kollha mal-applikanti fir-rigward ta' din il-pożizzjoni se ssir bl-Ingliż.

L-applikanti huma mitluba li jibagħtu kwalunkwe bidla fl-indirizz bil-miktub u mingħajr dewmien fuq l-indirizz ta' hawn fuq.

Il-persuna ta' kuntatt għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali:

 

Is-Sur Yvan CAPOUET — Tel. +32 22954058 — email: yvan.capouet@ec.europa.eu

10.   Data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-email sat-12 ta' Jannar 2012.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li testendi d-data tal-għeluq ta' dan il-post vakanti permezz ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss.

11.   Informazzjoni importanti għall-applikanti

L-applikanti huma mfakkra li x-xogħol tal-kumitati tal-għażla huwa kunfidenzjali. Kull kuntatt dirett jew indirett tal-applikanti jew ta' xi ħadd ieħor li jaġixxi f'isimhom mal-membri ta' dawn il-kumitati tal-għażla huwa pprojbit.

12.   Protezzjoni tad-dejta personali

Il-Kummissjoni u l-F4E se jiżguraw li d-dejta personali tal-kandidati se tkun ipproċessata skont kif mitlub mir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (5).

L-istqarrija ta' privatezza tista' tiġi kkonsultata fuq: http://ec.europa.eu/dgs/human-resources/privacystatement_agencies_en.htm


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).

(2)  Fis-CVs tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw għall-inqas għal dawn il-5 snin li fihom ikunu kisbu l-esperjenza maniġerjali ta' livell għoli: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fihom, (2) in-numru ta' membri tal-persunal li kienu jamministraw f'dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġits ġestiti, u (4) in-numru ta' livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u n-numru ta' persunal fl-istess livell

(3)  ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1

(4)  Is-CV Europass jista' jitniżżel mill-websajt: http://europass.cedefop.europa.eu/htm/index.htm

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).