ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2011.236.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 236E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
12 ta' Awwissu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2010-2011
Dati tas-seduti: 15-17 u 23 ta' Ġunju 2010
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 257 E, 24.9.2010.
It-testi adottati tas-16 ta' Ġunju 2010 rigward il-kwittanzi għall-baġit tas-2008 ġew ippublikati fil-ĠU L 252, 25.9.2010, p. 24.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010

2011/C 236E/01

It-trasparenza fil-politika reġjonali u l-iffinanzjar tagħha
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar it-trasparenza fil-politika reġjonali u l-finanzjament tagħha (2009/2232(INI))

1

2011/C 236E/02

Mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011 (2010/2002(BUD))

6

2011/C 236E/03

Is-Swieq tad-Derivati: Azzjonijiet futuri ta’ politika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar swieq tad-derivati: azzjonijiet futuri ta’ politika (2010/2008(INI))

17

2011/C 236E/04

Internet tal-Oġġetti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-Internet tal-Oġġetti (2009/2224(INI))

24

2011/C 236E/05

Il-Governanza tal-Internet: il-passi li jmiss
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-governanza tal-internet: il-passi li jmiss (2009/2229(INI))

33

2011/C 236E/06

Politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel (2009/2227(INI))

41

2011/C 236E/07

Il-progress sabiex jinkisbu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs): reviżjoni ta’ nofs it-terminu bħala tħejjija għal-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU f'Settembru 2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta’ nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU f'Settembru 2010 (2010/2037(INI))

48

 

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010

2011/C 236E/08

UE 2020
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar l-UE 2020

57

2011/C 236E/09

Governanza ekonomika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-governanza ekonomika

65

 

Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010

2011/C 236E/10

Politiki tal-UE favur id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2009/2199(INI))

69

2011/C 236E/11

Il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta’ verifika mill-Kummissjoni (Eurostat)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta’ verifika mill-Kummissjoni (Eurostat)

76

2011/C 236E/12

Aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja (2009/2204(INI))

79

2011/C 236E/13

L-evalwazzjoni tar-riżultati tal-pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u lirġiel 2006-2010 u r-rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni (2009/2242 (INI))

87

2011/C 236E/14

Sport, speċifikament dwar l-aġenti tal-plejers
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-aġenti tal-plejers fl-isport

99

2011/C 236E/15

Il-konklużjonijiet tas-Samit UE/Russja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Ġunju 2010 dwar il-konklużjonijiet tas-Samit bejn l-UE u r-Russja (mill-31 ta' Mejju sal-1 ta' Ġunju 2010)

101

2011/C 236E/16

Operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta’ Gaża
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta’ Gaża

105

2011/C 236E/17

Il-kummerċ ta’ strumenti użati għat-tortura
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

107

2011/C 236E/18

Is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana

111

2011/C 236E/19

Il-Bosnja-Ħerzegovina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina

113

2011/C 236E/20

Ftehim dwar l-ajru UE-Stati Uniti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar il-ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti

121

2011/C 236E/21

L-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju (2001/12/KE, 2001/13/KE u 2001/14/KE)

125

2011/C 236E/22

L-għargħar fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali, b'mod partikolari fil-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija u r-Rumanija u fi Franza
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-għargħar f'pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali, b'mod partikolari l-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija u r-Rumanija, u fi Franza

128

2011/C 236E/23

Taħriġ ġudizzjarju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar it-taħriġ ġudizzjarju – Il-Programm ta’ Stokkolma

130

2011/C 236E/24

Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea (2009/2107(INI))

132

2011/C 236E/25

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta’ Floribert Chebeya Bahizire
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta’ Floribert Chebeya Bahizire

142

2011/C 236E/26

In-Nepal
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar in-Nepal

145

2011/C 236E/27

Eżekuzzjonijiet fil-Libja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Libja

148

 

L-Erbgħa 23 ta’ Ġunju 2010

2011/C 236E/28

Sistema Ewropea ta' twissija bikrija kontra l-pedofili u dawk li jagħmlu reati sesswali
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2010 dwar il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' twissija bikrija (EWS) kontra l-pedofili u dawk li jagħmlu reati sesswali

152

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010

2011/C 236E/29

L-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura għat-Trattat ta’ Liżbona
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura għat-Trattat ta’ Liżbona (2009/2062(REG))

153

2011/C 236E/30

It-twaqqif u s-saħħa numerika tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-KE
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar it-twaqqif u l-għadd tal-membri tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE

159

 

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010

2011/C 236E/31

It-twaqqif u s-saħħa numerika tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi politiċi u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar it-twaqqif, is-setgħat, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi tal-politika u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013

160

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010

2011/C 236E/32

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: ES/Comunidad Valenciana
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0216 – C7-0115/2010 – 2010/2066(BUD))

161

ANNESS

163

2011/C 236E/33

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Irlanda/Waterford Crystal
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0196 – C7-0116/2010 – 2010/2067(BUD))

164

ANNESS

166

2011/C 236E/34

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: ES/Castilla-La Mancha
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0205 – C7-0117/2010 – 2010/2068(BUD))

167

ANNESS

169

2011/C 236E/35

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0182 – C7-0099/2010 – 2010/2060(BUD))

170

ANNESS

171

2011/C 236E/36

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) (COM(2010)0012 – C7-0024/2010 – 2010/0004(COD))

173

P7_TC1-COD(2010)0004Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)

173

2011/C 236E/37

Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (11069/5/2009 – C7-0043/2010 – 2008/0247(COD))

174

P7_TC2-COD(2008)0247Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-15 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv

174

 

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010

2011/C 236E/38

Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri (COM(2009)0610 – C7-0263/2009 – 2009/0169(COD))

175

P7_TC1-COD(2009)0169Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Konġunt ta’ Riċerka u Żvilupp tal-Baħar Baltiku (BONUS) li huma impenjati fih diversi Stati Membri

175

2011/C 236E/39

L-istrutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (COM(2009)0139 – C7-0103/2009 – 2009/0047(COD))

176

P7_TC1-COD(2009)0047Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-GNSS Ewropea, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

176

2011/C 236E/40

Programm Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Dinja (GMES) (2011 - 2013) ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (COM(2009)0223 – C7-0037/2009 – 2009/0070(COD))

177

P7_TC1-COD(2009)0070Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011 sa 2013)

178

2011/C 236E/41

Konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010 – C7-0109/2010 – 2009/0085(NLE))

178

2011/C 236E/42

Koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (09898/2/2010 – C7-0145/2010– 2010/0066(NLE))

179

2011/C 236E/43

Adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 *
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (COM(2010)0239 – C7-0131/2010 – 2010/0135(NLE))

181

2011/C 236E/44

Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010: Taqsima III – Il-Kummissjoni (Bilanċ favorevoli 2009)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (10930/2010 – C7-0153/2010 – 2010/2056(BUD))

184

2011/C 236E/45

Drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar l-abbozz ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (00001/2010 – C7-0005/2010 – 2010/0801(COD))

185

P7_TC1-COD(2010)0801Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali

186

2011/C 236E/46

L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (COM(2008)0650 – C6-0354/2008 – 2008/0195(COD))

186

2011/C 236E/47

Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (COM(2008)0040 – C6-0052/2008 – 2008/0028(COD))

187

P7_TC1-COD(2008)0028Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 94/54/KE, 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 ( 1 )

188

ANNESS I

219

ANNESS II

220

ANNESS III

221

ANNESS IV

223

ANNESS V

224

ANNESS VI

226

ANNESS VII

229

ANNESS VIII

230

ANNESS IX

231

ANNESS X

232

ANNESS XI

233

ANNESS XII

233

 

Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010

2011/C 236E/48

Titoli li jiġu offruti lill-pubbliku u armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza (emenda tad-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE) ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (COM(2009)0491 – C7–0170/2009 – 2009/0132(COD))

235

P7_TC1-COD(2009)0132Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

236

2011/C 236E/49

Programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn (Thunnus thynnus) ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1984/2003 (COM(2009)0406 – C7-0124/2009 – 2009/0116(COD))

236

P7_TC1-COD(2009)0116Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003

237

2011/C 236E/50

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija *
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (06714/2010 – C7-0067/2010 – 2010/0814(NLE))

237

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2010-2011 Dati tas-seduti: 15-17 u 23 ta' Ġunju 2010 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 257 E, 24.9.2010. It-testi adottati tas-16 ta' Ġunju 2010 rigward il-kwittanzi għall-baġit tas-2008 ġew ippublikati fil-ĠU L 252, 25.9.2010, p. 24. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/1


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
It-trasparenza fil-politika reġjonali u l-iffinanzjar tagħha

P7_TA(2010)0201

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar it-trasparenza fil-politika reġjonali u l-finanzjament tagħha (2009/2232(INI))

2011/C 236 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 174-178 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2),

wara li kkunsidra r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 284/2009 tas-7 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 397/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni (5),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III – Kummissjoni (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2008 dwar it-trasparenza fil-kwistjonijiet finanzjarji (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fuq livelli nazzjonali u reġjonali u bażi għal proġetti fl-isfera tal-politika reġjonali (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Fondi Strutturali 2007-2013: ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji tal-koeżjoni nazzjonali u l-programmi operattivi (9),

wara li kkunsidra l-istudju ppublikat mill-Parlament Ewropew bl-isem “L-Inizjattiva għat-Trasparenza tad-Dejta u l-Impatt tagħha fuq il-Politika ta’ Koeżjoni”,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2006 dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza (COM(2006)0194),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-21 ta’ Diċembru 2009 bl-isem “L-20 rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-fondi strutturali (2008)” (COM(2009)0617/2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0139/2010),

A.

billi l-inizjattiva Ewropea Favur it-Trasparenza (ETI) ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-2005, segwita mill-pubblikazzjoni tal-Green Paper fl-2006 bil-għan li jiġu mtejba t-trasparenza, il-ftuħ, il-kontabilità tal-governanza tal-UE, u billi l-għoti ta’ informazzjoni pubblika dwar ir-riċevituri tal-Fondi tal-UE hija element fundamentali tal-ETI,

B.

billi, skont is-sistema ta’ ġestjoni konġunta, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE hija ġestita fil-livell tal-Istat Membru, u li fl-assenza ta’ obbligu speċifiku tal-UE jew “steer” b’saħħtu mill-Kummissjoni, il-livell ta’ pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni jvarja minn Stat Membru għall-ieħor, li jagħmel diffiċli l-paragun bejn l-Istati Membri,

C.

billi l-iżvelar tal-benefiċjarji tal-fondi tal-UE jippermetti l-parteċipazzjoni pubblika f’dibattitu kostruttiv dwar kif għandhom jintefqu l-flus pubbliċi, li huwa essenzjali għal demokraziji li jiffunzjonaw,

D.

billi ebda rabta ma ġiet stabbilita bejn l-ETI u l-kwistjonijiet li huma aktar regolati u li jorbtu fil-kontrolli finanzjarji u l-verifika,

E.

billi l-ETI għandha jkollha effett sinifikanti f’termini li jiggarantixxu sħubija fil-fażijiet ’l fuq u ’l isfel taċ-ċiklu tal-programmazzjoni ta’ koeżjoni, billi, madankollu, ir-regolamenti ma jispeċifikawx f’liema miżura l-imsieħba għandhom ikunu assoċjati għad-diversi proċessi ta’ programmazzjoni u ma jispeċifikax l-arranġamenti involuti għal dan it-tip ta’ involviment,

F.

billi mhemmx biżżejjed informazzjoni minn qabel dwar id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-iffinanzjar tal-progetti l-kbar, u għaldaqstant nuqqas ta’ trasparenza, u billi għandha tinstab soluzzjoni,

G.

billi l-loġika tat-trasparenza għandha tmur id f’id mal-proċess tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-kisba ta’ Fondi Strutturali;

1.

Iqis li t-trasparenza fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni u ċ-ċiklu tal-ipprogrammar tagħha, l-allokazzjoni tal-infiq u l-aċċess għall-informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali tal-Fondi Strutturali huma prerekwiżiti ewlenin sabiex jintlaħqu l-objettivi b’mod ġenerali tal-politika ta’ koeżjoni, u li t-trasparenza għandha għaldaqstant tiġi introdotta bħala prinċipju ta’ gwida transettorjali fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjoni u tal-programmazzjoni ta’ koeżjoni;

L-iżvelar tad-data dwar il-benefiċjarji tal-fondi ta’ koeżjoni

2.

Jinnota b’sodisfazzjoni li, b’konformità mal-ħtiġijiet tal-ETI, il-mapep interattivi li jipprovdu rabta mal-listi tal-ERDF u l-benefiċjarji tal-Fond ta’ Koeżjoni disponibbli fis-siti elettroniċi nazzjonali jew reġjonali rispettivi jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu, billi jużaw il-mezzi xierqa, il-websajt tad-DG REGIO bil-għan li jiffaċilitaw l-aktar aċċess wiesa’ possibbli għal dik il-bażi ta’ data; jinnota li għaldaqstant jibqa’ ferm diffiċli għall-partijiet interessati biex jibqgħu aġġornati dwar kif qed jintużaw il-flus pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsulta dawn il-partijiet kemm jista’ jkun dwar rimedji possibbli għal din is-sitwazzjoni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu dawn il-bażi tad-data tal-Istati Membri kompletament kompatibbli u li fihom jista’ jsir tiftix, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħarsa ġenerali tad-data ppreżentata madwar l-UE, filwaqt li tiġi ppreservata r-relevanza lokali tagħhom; hu tal-opinjoni li, f’dan ir-rigward, hemm ħtieġa urġenti għal verżjonijiet b’żewġ lingwi (il-lingwa(i) lokali – waħda mil-lingwa ta’ ħidma tal-Kummissjoni);

4.

Jenfasizza li l-utilità tad-data mogħtija dwar il-benefiċjarji għandha tiġi mtejba f’termini tal-kontenut u tal-preżentazzjoni; jistieden, għaldaqstant lill-Kummissjoni biex tidentifika format aktar iddettaljat u preskrittiv li jispeċifika l-istruttura, il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta; jemmen li l-għoti tal-informazzjoni neċessarja għandu jiffaċilita wkoll it-tiftix abbażi ta’ kriterji bl-għan li tittieħed stampa immedjata tal-elementi mfittxija;

5.

Jitlob biex jiġi pprovdut tagħrif essenzjali addizzjonali meta jiġu ppublikati l-listi tal-benefiċjarji; u meta jkun hemm bżonn il-listi ta’ korpi konsultattivi; jirrakkomanda, għaldaqstant, li apparti l-ħtiġijiet minimi attwali, għandha tingħata konsiderazzjoni għall-inklużjoni tal-lok, sommarji tal-proġetti approvati, tipi ta’ appoġġ u deskrizzjoni tal-imsieħba tal-proġetti bħala elementi tal-iżvelar tal-benefiċjarji; jitlob li d-data li tinġabar għandha tidher u għandha tiġi kkontrollata b’mod strutturat u komparabbli sabiex jiġi żgurat l-utilità bis-sħiħ tagħha u fl-interess ta’ trasparenza ġenwina; iqis li dan jista’ jsir mingħajr spejjeż addizzjonali;

6.

Jitlob sabiex, il-programmi taħt l-objettiv tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, il-benefiċjarji kollha – u mhux biss il-benefiċjarji ewlenin – jiġu elenkati;

7.

Jenfasizza li konformità sħiħa mal-ħtiġijiet tal-ETI hija meħtieġa permezz ta’ regolamenti xierqa, gwida aħjar, mekkaniżmu ta’ twissija u sanzjonijiet f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità bħala l-aħħar rimedju;

It-trasparenza u l-ġestjoni kondiviża

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara kif il-prinċipji tal-ETI għandhom jiġu attwati f’termini operattivi fil-livell tal-programmi operattivi u l-pjanijiet tal-komunikazzoni tagħhom; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa tal-introduzzjoni ta’ regoli iktar ċari li jirrigwardaw l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi taħt ġestjoni kondiviża;

9.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu fformulati r-regolamenti u r-regoli ta’ implimentazzjoni b’mod li l-proċeduri jkunu trasparenti, jipprovdu aċċess aħjar għall-Fondi Strutturali għall-benefiċjarji potenzjali u jnaqqsu l-piż amministrattiv minn fuq il-parteċipanti, partikolarment permezz ta’ għadd ta’ miżuri ewlenin bħal pereżempju li jsiru disponibbli għall-pubbliku n-noti ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni maqbula bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri; jistieden lill-awtoritajiet amministrattivi fl-Istati Membri biex jippreżentaw, b’mod trasparenti, l-istadji kollha tal-proġetti finanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-opinjoni tiegħu li t-trasparenza u l-proċeduri ċara huma fatturi ta’ governanza aħjar, u jilqa’ f’dan il-kuntest l-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex jippreżenta l-proposti ssimplifikati;

10.

Jinnota li programmi transkonfinali u transnazzjonali jiltaqgħu ma’ diffikultajiet speċifiċi minħabba d-differenzi fil-kultura amministrattiva, fir-regolamenti nazzjonali u fil-lingwi użati fl-Istati Membri, li jaffettwaw mhux biss l-aspetti kwantitattivi iżda wkoll dawk kwalitattivi ta’ tali inizjattivi; iqis għalhekk l-iżvilupp ta’ regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-trasparenza fil-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet amministrattivi differenti jista’ jkun ferm importanti;

11.

Jenfasizza li, skont l-istudju tal-PE dwar l-ETI u l-impatt tagħha fuq il-Politika ta’ Koeżjoni, in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti minimi tal-ETI jirrelata man-nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva min-naħa tal-Awtoritajiet Amministrattivi pjuttost milli nuqqas ta’ rieda li tiġi pprovduta tali data; f’dan il-qafas jinnota l-bżonn li jiġi żgurat li l-għoti ta’ data addizzjonali u l-informazzjoni ma tirriżultax f’piż amministrattiv addizzjonali għall-benefiċjarji potenzjali, b’mod partikulari għal dawk li diġà għandhom diffikultà jkunu konformi mal-ħtiġijiet amministrattivi u finanzjarji eżistenti għall-għotjiet u l-kuntratti pubbliċi;

12.

Jinnota li r-rekwiżiti għal informazzjoni u data addizzjonali għandhom ikunu akkompanjati min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, mill-għoti ta’ appoġġ tekniku addizzjonali (gruppi ta’ ħidma bil-parteċipazzjoni tal-uffiċjali tal-Kummissjoni u persunal lokali/reġjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi strutturali, skambju tal-aqwa prattiki bejn l-Awtoritajiet Amministrattivi, pubblikazzjoni ta’ linji gwida konkreti) lil benefiċjarji potenzjali li m’għandhomx il-kapaċità teknika neċessarja; iqis li b’dan il-mod biss jista’ jiġi żgurat li l-isforzi tal-parteċipanti sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali fit-termini ta’ dejta u informazzjoni pprovduta ma jirriżultax f’tagħwiġ tal-fondi mill-attivitajiet ta’ implimentazzjoni tal-proġett bħala tali;

13.

Jenfasizza l-importanza ta’ informazzjoni preċiża u fil-ħin mogħtija mill-Istati Membri fil-kuntest tas-sistema ta’ kontroll, u għaldaqstant il-bżonn li tiġi stabbilita rabta bejn l-ETI u l-kontrolli finanzjarji u ta’ verifika; itenni l-opinjoni tiegħu li sistema ta’ twissija bikrija (EWS) għandha taħdem mill-qrib ukoll mal-Bażi tad-Data Ċentrali tal-Esklużjoni;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-użu ta’ ħlasijiet addizzjonali avvanzati rċivuti mill-Istati Membri skont is-simplifikazzjonijiet tal-2009 marbuta mar-Regolament (KE) Nru1083/2006;

15.

Itenni t-talba tiegħu għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni rigward l-irkupru u t-twettiq skont l-ETI; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu din l-informazzjoni b’mod sħiħ, u lill-Kummissjoni biex tagħmilha disponibbli għall-awtorità baġitarja u l-pubbliku flimkien ma’ informazzjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja u l-frodi, u b’hekk jiġu żgurati standards għoljin ta’ kredibilità u responsabilità fir-rigward tal-pubbliku Ewropew;

16.

Iħeġġeġ lill-awdituri biex ikunu aktar ibsin fuq il-ħtiġijiet ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, inkluża “naming and shaming” – partikolarment jekk jkun involut attur governattiv – u l-użu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità;

17.

Jilqa’ l-isforzi li saru mill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri biex jiġu armonizzati l-metidoloġiji ta’ verifika;

It-trasparenza u s-sħubija

18.

Jenfasizza l-fatt li standards minimi ta’ konsultazzjoni huma kompetenza tal-ETI, u jilqa’ l-fatt li dawn l-istandards ġew promossi u applikati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni biex jħallu lill-partijiet involuti biex jagħtu rispons dwar il-kwalità tal-proċess tal-konsultazzoni; jistiden lir-reġjuni u lill-Istati Membri biex ikomplu fuq esperjenzi eżistenti tal-UE għall-konsultazzoni mal-partijiet interessati;

19.

Itenni l-opinjoni tiegħu li s-sħubija hija prerekwiżit għat-trasparenza, l-effiċjenza u l-leġittimità fil-fażijiet kollha tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tista’ wkoll iżżid l-impenn għall-outputs tal-programmi kif ukoll għas-sjieda pubbliċi tagħhom; jistieden, għaldaqstant lill-Istati Membri u l-awtoritajiet amministrattivi biex jinvolvu b’mod sħiħ lill-imsieħba lokali u reġjonali aktar mill-qrib fil-fażijiet kollha tal-ipprogrammar u l-implimetazzjoni tal-koeżjoni, inkluż permezz ta’ pjattaforma tal-internet f’livell nazzjonali li tipprovdi viżibilità fir-rigward tal-fondi eżistenti u programmi operazzjonali u permezz tal-promozzjoni tal-prattiki tajba u mezzi oħra, u biex jingħatalhom aċċess sħiħ għad-dokumenti tal-proġetti kollha, bil-għan li jsir użu aħjar tal-esperjenza u l-għarfien tagħhom;

20.

Jitlob għal aktar gwida mill-Kummissjoni dwar kif il-klawżola tas-sħubija tiġi mwettqa skont il-programmi attwali, u għal-regoli vinkolanti suffiċjenti dwar is-sħubija fit-testi regolatorji ġejjiena; partikolarment fir-rigward tal-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jiġifieri l-korpi eletti, li huma msieħba essenzjali fil-proċess kollu;

21.

Jitlob għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni mmirata aħjar u informazzjoni regolari u fil-ħin għall-organizzazzjonijiet imsieħba, partikolarment dawk li huma membri tal-istrutturi tal-amministrazzjoni, u għall-użu aħjar tal-għajnuna teknika biex jappoġġja s-sħubija, inter alia permezz tal-għoti tal-opportunità lill-organizzazzjonijiet imsieħba f’avvenimenti ta’ taħriġ organizzat għall-entitajiet ta’ tqassim; jappella li dawn l-avvenimenti ta’ taħriġ ikunu aċċessibbli fil-verżjonijiet multimedjali sabiex iwessgħu l-udjenza fil-mira u sabiex jippermettu konsultazzjoni ex-post tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba; jenfasizza l-utilità ta’ tali miżura għall-imsieħba tal-aktar reġjuni mbiegħda fl-Unjoni, bħar-reġjuni l-aktar periferiċi;

It-titjib fit-trasparenza fir-rigward tal-iffinanzjar ta’ proġetti maġġuri tal-UE

22.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tippublika fil-ħin informazzjoni online, u biex tiggarantixxi l-aċċess dirett għad-dokumentazzjoni tal-proġett, inkluż il-proġetti ta’ JASPERS (l-applikazzjoni, l-istudju ta’ probbabilità, l-analiżi tal-benefiċċju tal-ispejjeż, l-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, eċċ.) fuq proġetti maġġuri, mill-aktar fis possibbli wara li l-Kummissjoni tirċievi applikazzjoni għall-iffinanzjar mill-Istati Membri u qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar l-iffinanzjar; dan is-sit elettroniku tal-Kummissjoni għandu jippermetti s-sottomissjoni tal-kummenti rigward dawn il-proġetti;

23.

Jappella biex l-informazzjoni dwar proġetti ewlenin approvati jew imressqa għall-approvazjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 tiġi ppubblikata fuq l-internet b’effett retroattiv;

24.

Jipproponi li jiġi stabbilit f’liema sitwazzjonijiet fondi mhux użati ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid, u xi jkunu r-responsibilitajiet tal-istituzzjoni li tiddeċiedi li tirrialloka fondi bħal dawn;

*

* *

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 94, 8.4.2009, p. 10.

(4)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 3.

(5)  ĠU L 88, 31.3.2009, p. 23.

(6)  ĠU L 255, 26.9.2009, p. 24.

(7)  ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 1.

(8)  Testi adottati, P6_TA(2008)0492.

(9)  Testi adottati, P6_TA(2009)0165.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/6


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011

P7_TA(2010)0205

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011 (2010/2002(BUD))

2011/C 236 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 li l-Kummissjoni adottat fis-27 ta' April 2010 (SEC(2010)0473),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA) (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta miftehma fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tat-18 ta' Novembru 2009 dwar miżuri Tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-prijoritajiet għall-baġit tal-2011 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (3),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2010 dwar il-linji gwida tal-baġit għall-2011,

wara li kkunsidra l-Kapitolu 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0183/2010),

A.

billi l-proċedura baġitarja tal-2011 hija l-ewwel tat-tip tagħha skont it-Trattat ta' Lisbona u billi l-qari uniku tagħha jitlob kooperazzjoni u koordinazzjoni msaħħa mal-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja sabiex jintlaħaq ftehim matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni rigward in-nefqa kollha,

B.

billi t-trilogu li se jsir f‘Lulju għandu jimmira li jwitti t-triq qabel ma l-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit, sabiex jiġu identifikati l-punti ta' qbil minn qabel,

Abbozz ta' baġit għall-2011

Rimarki ġenerali

1.

Jinnota li t-total għall-abbozz ta' baġit (AB) għall-2011 huwa ta' EUR 142 576,4 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u EUR 130 147,2 miljun f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ), li għalhekk iħalli marġni ta' EUR 1 224,4 miljun f’AI u EUR 4 417,8 miljun f’AĦ; jinnota li dawn l-ammonti totali rispettivament jirrappreżentaw 1,15 % u 1,05 % tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-UE previst għall-2011;

2.

Huwa mħasseb mill-fatt li ż-żieda fl-AI hija ta' 0,77 % biss meta mqabbla mal-baġit tal-2010 kif adottat, differenza li ma tirriflettix l-istennija espressa b’mod ġenerali li l-baġit tal-UE għandu rwol kruċjali fl-appoġġ tal-ekonomiji Ewropej wara l-kriżi; jinnota li l-AĦ żdiedu b’5,85 %, iżda jfakkar li l-livell baxx mhux normali tal-AĦ fl-2010 jipprovdi spjegazzjoni matematika għal din iż-żieda; ifakkar li l-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) jipprovdi limiti ta' EUR 142 965 miljun għall-AI u EUR 134 280 miljun għall-AĦ, fi prezzijiet attwali;

3.

Jirrikonoxxi t-tnaqqis fid-diskrepanza bejn l-AI u l-AĦ kif imqabbel mal-baġit tal-2010 (EUR 12 429 miljun meta mqabbla ma’ EUR 18 535 miljun), li jindika implimentazzjoni aħjar tal-baġit tal-UE, iżda fl-istess ħin jinnota li l-MFF jipprovdi differenza ta' EUR 8 366 miljun biss bejn l-AI u l-AĦ għall-2011; ifakkar f’dan ir-rigward li dawn id-diskrepanzi joħolqu żbilanċi fuq medda twila ta' żmien u għandhom għalhekk jiġu evitati f’ġieħ is-sostenibilità u l-ġestjonabilità baġitarja;

4.

Jinnota li l-maġġoranza (70 %) tal-marġni ġenerali ta' EUR 1 224,4 miljun fl-AB toħroġ mill-marġni fl-intestatura 2 dwar il-preservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali, u li l-intestaturi l-oħra – b’mod partikolari l-intestaturi 1a, 3b u 4 – għandhom marġni limitati ħafna, u b’hekk proporzjonalment inaqqsu l-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi għal bidliet ta' politika u għal bżonnijiet mhux mistennija filwaqt li żżomm il-prijoritajiet tagħha;

5.

Jenfasizza, barra minn hekk, li l-marġni fl-intestatura 2 jista' fil-fatt ikun aktar baxx, peress li l-kundizzjonijiet tas-suq jistgħu jinbidlu;

6.

Jilqa’ bi pjaċir il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-ftehim interistituzzjonali (COM(2010)0185) u jfakkar, f’dan ir-rigward, li proposta għal reviżjoni sostanzjali tal-baġit hija mistennija, u li d-diffikultajiet li tfaċċaw matul proċeduri baġitarji preċedenti biex ikun hemm reazzjoni adegwata u sodisfaċenti għal bosta sfidi li nqalgħu jwasslu biex reviżjoni tal-MFF tkun inevitabbli; ifakkar li jistenna li l-Kummissjoni tagħmel proposti konkreti għal reviżjoni tal-MFF qabel tmiem l-ewwel nofs tal-2010;

7.

Jiġbed l-attenzjoni għall-għadd kbir ta' proċeduri pendenti b’konsegwenzi baġitarji estensivi li jeħtieġu jiġu konklużi miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fl-2011 (ir-reviżjoni baġitarja, it-twaqqif tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-baġits emendatorji, ir-reviżjoni tal-IIA, ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, eċċ);

8.

Jieħu nota tal-prijoritajiet stipulati mill-Kummissjoni (primarjament l-appoġġ tal-ekonomija tal-UE wara l-kriżi u l-adattament għar-rekwiżiti l-ġodda, i.e. l-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, l-awtoritajiet ġodda ta' superviżjoni finanzjarja, l-iffinanzjar tal-inizjattiva tal-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stokkolma, eċċ) u jistaqsi jekk iż-żieda modesta fl-AI meta mqabbla mal-baġit tal-2010 hijiex biżżejjed biex tindirizzahom;

9.

Jenfasizza l-importazza ta' reazzjoni b’saħħitha għall-kriżi u għall-instabilità tas-swieq finanzjajri li għandhom jinvolvu kapaċità u flessibilità akbar ta' finanzjament għall-baġit tal-UE; jitlob, f’dan ir-rigward, lill-Kunsill u lill-Kummisjoni biex jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar l-impatt li jista' jkollu fuq il-baġit tal-UE l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja li ttieħdet deċiżjoni dwaru fil-laqgħa tal-Kunsill staordinarju tal-Ecofin tad-9 u l-10 ta' Mejju 2010; jitlob barra minn hekk, biex jiġu evitati kriżijiet futuri, li titwaqqaf sistema effiċjenti ta' monitoraġġ li tkun tinkludi l-għoti dirett ta' informazzjoni lill-Parlament;

10.

Jiddeplora l-impossibilità li tiġi identifikata b’mod ċar, minn perspettiva baġitarja, l-implikazzjonijiet finanzjarji fl-AB 2011 tal-inizjattivi rappreżentativi tal-Istrateġija UE 2020, bħalma huma “Unjoni ta' Innovazzjoni”, “Żgħażagħ Mobbli”, “Ewropa b’użu effiċjenti ta' riżorsi”, “Ħiliet u impjiegi ġodda” u “Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni”, u jesprimi dubji kbar dwar il-kapaċità li jiġi żgurat, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju attwali, finanzjament adegwat għal dawn l-inizjattivi kruċjali;

11.

Ifakkar li, kif mistqarr fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-prijoritajiet għall-baġit tal-2011, it-tema li tittratta ż-żgħażagħ hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-baġit 2011, li għandha tiġi promossa bħala tema trasversali, b’mod li tiżviluppa sinerġiji bejn oqsma ta' politika differenti marbuta maż-żgħażagħ, primarjament l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-intraprenditorjat u s-saħħa, filwaqt li tiffaċilita u tħeġġeġ l-inklużjoni soċjali, l-għoti ta' kapaċitajiet, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-mobilità taż-żgħażagħ; jinnota li t-tema taż-“żgħażagħ” għandha titqies bħala kunċett wiesa’ li jinvolvi l-abilità tal-individwi li jbiddlu l-pożizzjonijiet u l-istatus tagħhom bosta drabi matul ħajjithom, b’mod li jgħaddu mingħajr restrizzjoni mill-ambjenti tal-apprentistat, dak akkademiku jew professjonali u t-taħriġ vokazzjonali, u li għal dan il-għan wieħed mill-objettivi għandu jkun li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mis-sistema edukattiva għas-suq tax-xogħol;

12.

Jiddeplora l-fatt li, minkejja profil estremament għoli u rata ta' implimentazzjoni għolja ħafna – li laħqet 95-100 % kull sena matul il-perjodu 2007-2009 – iż-żieda fl-approprjazzjonijiet proposta fl-AB għall-istrumenti u l-programmi essenzjali marbuta maż-żgħażagħ, bħal Tagħlim tul il-Ħajja, Żagħżagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus, hija pjuttost simbolika; iqis li din iż-żieda ma tippermettix lill-UE li tindirizza din il-prijorità b’mod adegwat u għalhekk biħsiebu jipprovdi aktar appoġġ għal dawn il-programmi; ifakkar, f’dan il-kuntest, li bla dubju dawn il-programmi għandhom valur miżjud Ewropew u jikkontribwixxu immens għall-ħolqien ta' soċjetà ċivili Ewropea qawwija, minkejja l-allokazzjoni finanzjarja modesta li jirċievu;

13.

Jitlob għal kjarifika addizzjonali fl-analiżi bejn in-nefqa operattiva u dik amministrattiva, filwaqt li jirrikonoxxi l-isforzi li saru fir-rigward tal-preżentazzjoni tan-nefqa amministrattiva lil hinn mill-intestatura 5; jinnota li diġà hemm ammont sostanzjali ta' dak li, fir-realtà, huwa infiq amministrattiv li qiegħed ikun iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operattivi;

14.

Hu determinat li jaffronta n-negozjati fuq il-baġit għas-sena finanzjarja 2011 b’mod kostruttiv u miftuħ, meta wieħed iżomm f’moħħu l-objettivi ta' effiċjenza u ta' valur miżjud Ewropew; jistenna min-naħa l-oħra li l-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja se tadotta approċċ kooperattiv sabiex tiżgura djalogu politiku ġenwin u li se titbiegħed “mill-eżerċizzju ta' kontabilità” fejn it-tifdil u l-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri huma mogħtija post prominenti żżejjed fin-negozjati; ifakkar li t-Trattat mhux biss immodifika l-qafas legali għall-proċedura baġitarja, iżda anki introduċa metodu ġdid u skadenzi ġodda għan-negozjati u għall-kisba tal-kompromessi;

15.

Jenfasizza l-fatt li l-baġit tal-UE huwa limitat ħafna meta mqabbel ma’ baġits nazzjonali; ifakkar għalhekk fil-ħtieġa li jinħolqu sinerġiji bejn il-baġit tal-UE u l-baġits nazzjonali li sabiex isseħħ l-implimentazzjoni ta' strateġiji komuni tal-UE; jenfasizza li l-koerenza tagħti impatt akbar lill-politiki Ewropej, b’mod li jinkiseb valur miżjud veru Ewropew, filwaqt li tappoġġa objettivi ta' politika fuq terminu twil ta' żmien; huwa konvint li l-baġit tal-UE jista' jkun strumentali, f’oqsma kruċjali, biex jappoġġa l-investimenti għal terminu twil ta' żmien u l-impiegi; jistenna li l-Kunsill jikkunsidra sew dan id-dmir meta jiddeċiedi dwar il-baġit tal-UE u jżomm lura milli jagħmel tnaqqis ġenerali f’kull qasam, minkejja li l-isfond tal-finanzi pubbliċi nazzjonali huwa diffiċli ħafna;

16.

Ifakkar fil-prijoritajiet tiegħu kif espressi fir-riżoluzzjoni tal-25 ta' Marzu 2010 msemmija hawn fuq;

Intestatura 1a

17.

Jinnota żieda ta' 4,4 % fl-AI (għal EUR 13 437 miljun) u ta' 7 % fl-AĦ (għal EUR 11 035 miljun (4), flimkien ma’ marġni ta' EUR 50,1 miljun (meta mqabbla ma’ EUR 37 miljun fl-ipprogrammar finanzjarju), li jirriżultaw minn tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-infiq ta' appoġġ amministrattiv u tekniku (ex “linji BA”) kif ukoll għall-aġenziji deċentralizzati u eżekuttivi, u minn tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għal sensiela ta' programmi, bħal Dwana 2013 u CIP-Imprenditorjat u Innovazzjoni;

18.

Ifakkar fir-rwol importanti li għandhom l-SMEs biex jiġi żgurat l-irkupru u biex tingħata spinta lill-ekonomija tal-UE; jitlob li jingħata appoġġ akbar lill-programmi u lill-istrumenti kollha li għandhom l-għan li jrawmu lill-SMEs, u jinsab imħasseb, f’dan ir-rigward, bit-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet propost għas-CIP-Imprenditorjat u Innovazzjoni;

19.

Ifakkar li l-bżonnijiet il-ġodda li għandhom jiġu ffinanzjati minn din l-intestatura (programm ta' dekommissjonar ta' Kozloduy, awtoritajiet Ewropej ta' sorveljanza finanzjarja, ITER u GMES, inkluż ir-rikjesta tal-Parlament li jżid l-approprjazzjonijiet għall-fażi operattiva tiegħu) ma ġewx previsti waqt l-adozzjoni tal-MFF attwali; jenfasizza li l-finanzjament ta' dawn il-bżonnijiet ma għandhomx ikunu ta' ħsara għall-iffinanzjar ta' programmi u azzjonijiet oħra tal-intestatura 1a li huma fundamentali għall-isforzi ta' rkupru tal-Ewropa wara l-kriżi;

20.

Ifakkar li l-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew (EERP) hu parzjalment iffinanzjat minn din l-intestatura, kif huma għadd kbir ta' programmi multiannwali (CIP, FP7, TENs, Galileo/EGNOS, Marco Polo II u l-programm Progress) li se jkunu laħqu l-maturità fl-2011; itenni, għalhekk, ir-rikjesta tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni tal-EERP, inkluż dwar miżuri fdati lill-BEI;

21.

Jilqa’ ż-żidiet fl-approprjazzjonijiet għall-programmi prinċipali (FP7, 13,8 %); CIP, 4,4 %; Tagħlim tul il-Ħajja, 2,6 %; TEN 16,8 %), u jenfasizza li dawn il-programmi jipprovdu lieva essenzjali fl-istrateġija ekonomika tal-UE ta' kontra l-kriżi;

22.

Jenfasizza li l-intestatura 1a tinkludi bosta inizjattivi rappreżentattivi tal-istrateġija UE2020, bħal Unjoni ta' Innovazzjoni, Żgħażagħ Mobbli, Ewropa lil tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti, Ħiliet u impjiegi ġodda kif ukoll Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni; jiddeplora l-fatt li huwa impossibbli li, mill-perspettiva baġitarja, jiġu identifikati b’mod ċar l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-istrateġija UE2020 u jesprimi d-dubji tiegħu dwar il-kapaċità li jiġi żgurat, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju attwali, finanzjament adegwat għal dawn l-inizjattivi;

23.

Ifakkar li minħabba l-istrateġija UE2020, il-prijoritajiet għall-2011 se jiġu ffinanzjati primarjament minn din l-intestatura, u li l-kompetenzi tal-UE li joħorġu mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat x’aktarx ikollhom implikazzjonijiet baġitarji; jenfasizza li l-politika tal-ispazju, li hija eżempju konkret ta' politika industrijali Ewropea li tippromwovi l-progress xjentifiku, teknoloġiku u ambjentali Ewropew filwaqt li ssaħħaħ il-kompetittività industrijali, teħtieġ sforz finanzjarju akbar, sew mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri fil-kuntest tal-GMES;

24.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni “Żgħażagħ Mobbli” li tfittex li ttejjeb il-prestazzjoni u l-attrazzjoni internazzjonali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla Ewropej u tgħolli l-istandard ġenerali tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE; jappoġġa b’mod qawwi l-promozzjoni tal-opportunitajiet ugwali għaż-żgħażagħ kollha, irrispettivament mill-isfond edukattiv tagħhom; jixtieq jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat biżżejjed finanzjament għal politika ambizzjuża fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, li għandu rwol kruċjali fl-istrateġija UE2020; jenfasizza li l-UE se tuża r-riżorsi kollha tagħha biex twieġeb għal din l-isfida ambizzjuża, li toħloq momentum bħal qatt qabel għall-iżvilupp ta' politika globali għaż-żgħażagħ tal-UE; jenfasizza, madankollu, li t-tnedija ta' inizjattiva rappreżentattiva u komprensiva bħal din li tkopri għadd ta' programmi distinti u stabbiliti sew tal-UE f’dan il-qasam ma għandhiex tbaxxi l-profil tal-programmi individwali;

25.

Jenfasizza li r-riżorsi baġitarji li huma disponibbli fil-futur għal strumenti bħall-programm Tagħlim Tul il-Ħajja u ħiliet trasversali, bħall-e-ħiliet, kapaċitajiet internazzjonali, ħiliet intraprenditorjali u l-multilingwiżmu, għandhom jirriflettu l-valur miżjud Ewropew għoli li jġibu dawn l-istrumenti u għalhekk għandhom jingħataw prijorità fil-Baġit 2011;

26.

Huwa diżappuntat li t-turiżmu, li jiġġenera indirettament iktar minn 10 % tal-PGD tal-UE u li sar kompetenza sħiħa tal-UE wara r-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona, mhuwiex identifikat b’mod ċar fl-AB tal-2011;

27.

Jinnota l-inklużjoni, għall-ewwel darba, ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni, u jqis li dan huwa element importanti fir-riflessjoni ġenerali dwar il-ġestjoni u l-viżibilità ta' dan il-fond; iqis, madankollu, li dawn l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jafu ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ammonti meħtieġa għall-applikazzjonijiet tal-FEAG fl-2011; itenni għalhekk it-talba tiegħu li ma jiġux iffinanzjati applikazzjonijiet tal-FEAG esklużivament permezz ta' trasferimenti tal-linji tal-FSE u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tidentifika u tuża mingħajr aktar dewmien linji differenti tal-baġit għan dan l-iskop; jenfasizza l-ħtieġa ta' proċedura simplifikata u aktar mgħaġġla għall-mobilizzazzjoni tal-fond (5);

28.

Jinnota ż-żieda vera modesta fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, jew l-istaġnar tagħhom (meta mqabbla mal-baġit 2010), għall-EURES u għat-tliet linji tal-baġit li jappoġġaw ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali; jemmen li, fil-kuntest attwali ta' sensji massivi u ristrutturar minħabba l-kriżi, dawn il-linji għandhom jissaħħu;

Intestatura 1b

29.

Jinnota li l-AB 2011 jipprovdi żieda ta' 3,2 % fl-AI għal total ta' EUR 50 970 miljun, li EUR 39 891,5 miljun minnhom huma għall-Fondi Strutturali (FEŻR u FSE) – ammont simili għaċ-ċifra tal-2010 – u EUR 11 078,6 miljun għall-Fond ta' Koeżjoni;

30.

Jinnota li din il-proposta hi konformi mal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-MFF, meta jitqies l-aġġustament tekniku għall-qafas finanzjarju għall-2011 (6) (żieda ta' EUR 336 miljun), kif previst fil-punt 17 tal-IIA; jinterpreta f’dan is-sens il-marġni ta' EUR 16,9 miljun, li jirriżultaw l-aktar mill-allokazzjoni ta' assistenza teknika u jirrappreżentaw 0,03 % tal-intestatura;

31.

Jilqa’ ż-żieda ta' 16,9 % fl-AĦ għal EUR 42 541 miljun proposti għall-2011, iżda madankollu jinsab mħasseb li l-bżonnijiet tal-ħlasijiet ġew stmati fuq il-bażi tar-rati ta' ħlasijiet storiċi meta mqabblin mal-kwoti tal-impenji korrispondenti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006, filwaqt li l-implimentazzjoni tal-programmi kienet miexja ħafna aktar bil-mod fil-bidu tal-perjodu 2007-2013 u għalhekk se jkollha tirkupra sew, b’mod partikolari fl-2011;

32.

Jiddubita li l-aġġustamenti magħmula, primarjament permezz tal-allokazzjoni ta' ħlasijiet imdewma bħala proporzjon ta' ħlasijiet mistennija fis-snin li ġejjin, huma totalment xierqa biex jindirizzaw il-bżonnijiet kollha ta' ħlasijiet addizzjonali li jirriżultaw b’mod partikolari minn dawn li ġejjin:

bidliet leġiżlattivi riċenti, li b’mod partikolari jimmiraw li jiffaċilitaw l-immaniġġjar tal-finanzjamenti tal-UE u li jaċċelleraw l-investimenti;

l-2011 se tkun l-ewwel sena sħiħa li fiha s-Sistemi ta' Ġestjoni u Kontroll kollha se jiġu approvati, li hija prekondizzjoni għall-ħlasijiet interim u li tfisser li l-implimentazzjoni tal-programmi se tkun għaddejja b’ritmu tajjeb, minħabba li sa tmiem Marzu 2010 diġà ġew magħżula proġetti għal aktar minn 93 biljun jew 27 % tal-volum finanzjarju totali għall-perjodu kkonċernat;

l-għeluq tal-programmi 2000-2006 huwa mistenni li jkompli fl-2011, u b’hekk jeħtieġ li jsiru l-ħlasijiet finali iżda wkoll jinħelsu xi riżorsi biex titħaffef aktar l-implimentazzjoni ta' programmi tal-perjodu 2007-2013;

33.

Iqis barra minn hekk li riżorsi adegwati għall-politika ta' koeżjoni huma kruċjali sabiex jitħaffef l-irkupru tal-ekonomija Ewropea u biex jikkontribwixxu għall-istrateġija Ewropa 2020 għar-reġjuni; jenfasizza l-effetti sinerġiċi tal-kooperazzjoni makroreġjonali tal-UE sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-bżonn li jiġu allokati biżżejjed riżorsi sabiex jiġu implimentati l-strateġiji makroregjonali eżistenti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex mingħajr dewmien jippreżentaw u jadottaw baġit emendatorju, jekk l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-bżonnijiet;

34.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem mill-qrib ma’ dawk l-Istati Membri b’rata baxxa ta' assorbiment, sabiex ittejjeb aktar il-qagħda fir-rigward tal-assorbiment fuq il-post; huwa konxju mill-fatt li rata bil-mod ta' assorbiment tista' tipperikola l-implimentazzjoni progressiva tal-politiki tal-UE;

35.

Jitlob lill-Kummissjoni wkoll biex tkompli r-riflessjoni tagħha dwar kif se tqalleb mill-ġdid is-sistema kumplessa ta' regoli u rekwiżiti imposti mill-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri, sabiex tiffoka aktar fuq il-kisba tal-għanijiet u inqas fuq il-legalità u r-regolarità, mingħajr ma titbiegħed mill-prinċipju ewlieni ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jenfasizza li riflessjoni bħal din għandha tikkontribwixxi wkoll għal abbozzar aħjar tar-regolament bażiku tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; ifakkar f’dan ir-rigward fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Novembru 2009 dwar is-simplifikazzjoni u użu aktar immirat tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni fil-kuntest tal-kriżi ekonomika;

Intestatura 2

36.

Ifakkar li waħda mill-bidliet ewlenin imdaħħla bit-TFUE hija l-abolizzjoni tad-distinzjoni bejn l-infiq obbligatorju u dak mhux obbligatorju fil-proċedura baġitarja, li tippermetti, fl-aħħar, liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jinnegozjaw bl-istess kundizzjonijiet fir-rigward tal-approprjazzjonijiet anwali kollha; ifakkar li l-infiq obbligatorju kien jammonta għal kważi 34 % tal-baġit globali, bil-parti l-kbira tiegħu fl-intestatura 2;

37.

Jenfasizza li, matul l-aħħar ftit snin, l-awtorità baġitarja għamlet użu minn din l-intestatura biex jintlaħaq ftehim globali dwar il-baġits annwali, permezz tal-użu tal-marġni jew tar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet għall-użu fi programmi u azzjonijiet oħra;

38.

Jieħu nota li, minkejja l-istqarrija li l-approprjazzjonijiet baqgħu stabbli, id-dħul assenjat niżel b’aktar minn 25 % fl-2011, l-appoġġ tas-suq niżel bi kważi 22 % (għal EUR 3 491 miljun), u l-approprjazzjonijiet għall-miżuri veterinarji u fitosanitarji juru tnaqqis ta' 7,8 %; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-suppożizzjonijiet ottimisti tal-Kummissjoni (minħabba ż-żieda fil-volatilità tas-swieq u l-vulnerabilità tal-attività agrikola għall-perikli tas-saħħa) fir-rigward tax-xejriet fis-swieq agrikoli fl-2011, li rriżultaw fi tnaqqis ta' madwar EUR 900 miljun f’infiq relatat mas-suq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jimmonitorjaw b’attenzjoni l-iżviluppi fis-swieq agrikoli u biex ikunu lesti jirreaġixxu malajr u b’mod effikaċi bil-miżuri meħtieġa ta' salvataġġ biex jegħlbu żviluppi negattivi fis-suq u l-volatilità tal-prezzijiet fis-suq; jesprimi tħassib ukoll dwar it-tnaqqis ippjanat fl-approprjazzjonijiet għall-miżuri veterinarji u fitosanitarji, minħabba l-bżonn li wieħed jibqa’ viġilanti fir-rigward tal-qerda tal-mard tal-annimali;

39.

Jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet għal għajnuna diretta mhux marbuta mal-produzzjoni (9,7 %), għall-iskema tal-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel (sa 50 % għal EUR 90 miljun), u għall-ħalib fl-iskejjel (5,3 %), kif ukoll l-approprjazzjonijiet iddedikati għall-programm għall-għajnuna għal persuni mċaħħda; jinnota b’sodisfazzjon it-tnaqqis kostanti fir-rifużjonijiet għall-esportazzjonijiet mill-2007 ‘l hawn (EUR 166 miljun fl-AB tal-2011);

40.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li terġa talloka mill-ġdid il-fondi li ma ntnefqux minn bosta Stati Membri lil Stati Membri oħrajn li qed jimplimentaw il-programm b’suċċess;

41.

Jieħu nota li kif stipulat fl-istrateġija Ewropa 2020, l-azzjoni klimatika hija prijorità u jinnota l-bidla fl-intestatura tat-Titolu 07 għal “Ambjent u l-azzjoni klimatika” jieħu nota taż-żieda fl-approprjazzjonijiet proposti għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-azzjoni klimatika kif ukoll azzjoni preparatorja ġdida dwar l-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

42.

Jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda fl-AI għal LIFE + għal EUR 333,5 miljun (żieda ta' 8,7 %), u jilqa’ ż-żieda qawwija fl-AĦ (24,3 % għal EUR 268,2 miljun) b’konformità mar-rati ta' implimentazzjoni mtejba, mhux l-inqas bil-ħsieb tal-miżuri ta' segwitu għall-istrateġija tal-bijodiversità ppjanati fl-2010; jirrimarka li l-isfidi ambjentali kbar li qed taffaċċja l-UE, inkluż it-tniġġis tal-ilma, jirrikjedu li jsir sforz finanzjarju addizzjonali f’dan il-programm;

43.

Ifakkar li l-miżura speċfika ta' appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib li ġiet adottataadottat fil-baġit 2010 biex itaffi l-konsegwenzi tal-kriżi tal-ħalib suppost kellha tkun azzjoni ta' darba; jitlob lill-Kummissjoni sabiex teżamina kif qed jintużaw mill-Istati Membri l-EUR 300 miljun f’finanzjament eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u sabiex tgħaddi l-evalwazzjoni tagħha ta' din il-miżura, flimkien ma’ proposti għal approċċ permanenti u proposti konkreti biex tiġi ttrattata l-volatilità tal-prezzijiet f’dan is-settur;

44.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-importanza politika tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) mhijiex riflessa b’mod adegwat fl-abbozz ta' baġit għall-2011; jirrimarka li l-fondi proposti għall-iżvilupp ta' politika marittima integrata mhumiex biżżejjed biex ikopru l-aspetti l-aktar importanti tat-tnedija ta' din il-politika ġdida; jenfasizza li politika marittima ġdida tal-Unjoni Ewropea tista' tiżviluppa għad-detriment ta' oqsma prijoritarji eżistenti tal-PKS f’dak li jirrigwarda l-finanzjament baġitarju tagħhom; jenfasizza li politika bħal din se tirrikjedi finanzjament adegwat minn aktar minn linja waħda tal-baġit;

Intestatura 3a

45.

Jinnota li ż-żieda ġenerali fil-fondi marbuta ma’ din l-intestatura (+12,8 %) tidher li tagħti effett prattiku lill-ambizzjonijiet f’dan il-qasam espressi fit-Trattat ta' Lisbona u fil-Programm ta' Stokkolma;

46.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni; ifakkar, kif jingħad fil-Programm ta' Stokkolma, fil-ħtieġa li jkun hemm miżuri ta' inklużjoni soċjali u programmi ta' risistemazzjoni soċjali u li jiġu appoġġati inizjattivi kontra d-drogi (li jkunu jinvolvu l-prevenzjoni, ir-riabilitazzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara);

47.

Jieħu nota, f’dan ir-rigward, tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stokkolma, u jilqa’, fil-qasam tal-immigrazzjoni u l-appoġġ għall-integrazzjoni tal-immigranti, iż-żieda proposta fl-AI għall-Fond għall-Fruntieri Esterni (EUR 254 miljun, +22 %), il-Fond Ewropew għar-Ritorn (EUR 114 miljuni + 29 %) u l-Fond Ewropew għar-Refuġjati (EUR 94 miljun, + 1,3 %);

48.

Jirrikonoxxi li t-tnaqqis propost fl-approprjazzjonijiet għal FRONTEX fl-2011, minkejja ż-żieda fix-xogħol, jiġi minn valutazzjoni aġġornata tal-approprjazzjonijiet mhux użati u l-bilanċi favorevoli annwali tiegħu;

49.

Jilqa’ l-adozzjoni tar-regolament għat-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-EASO jibda jopera fi żmien sew qabel l-2011 u li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi finanzjarji għall-uffiċċju biex jibda l-mandat tiegħu;

50.

Jiddeplora l-fatt li, fl-istennija tat-tressiq (previst għall-2013) tal-proposta għal regolament dwar il-EUROPOL, aġenzija tal-UE ffinanzjata mill-baġit tal-UE mill-2010, il-volum ta' approprjazzjonijiet għall-2011 (EUR 82,9 miljun) baqa’ kważi l-istess meta mqabbel mal-2010 (EUR 79,7 miljun), minkejja li l-Programm ta' Stokkolma talab li l-EUROPOL jissaħħaħ;

51.

Jinnota li, minkejja li l-iskeda programmatika għall-iżvilupp u d-dħul fl-operat tas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen II (SIS II) hija inċerta, qed jiġi propost li l-AI jonqsu biss bi ftit minn EUR 35 miljun għal EUR 30 miljun, filwaqt li l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jiżdiedu minn EUR 19,5 miljun għal EUR 21 miljun; ifakkar li l-Kummissjoni kienet ipproġettat EUR 27,91 miljun sakemm jibda jopera s-SIS II fir-raba’ kwart tal-2011; jirrimarka li l-iżvilupp tas-SIS II diġà waqa’ lura fiż-żmien u probabbilment mhux se jitlesta qabel tmiem l-2011; iqis li huwa meħtieġ, meta wieħed jikkunsidra li l-prospettiva ta' migrazzjoni għas-SIS II qed issir dejjem iżjed improbabbli u li fil-preżent qed tiġi mħejjija possibilità alternattiva, li parti minn dawn il-fondi jitqiegħdu fir-riżerva, fl-istennija ta' analiżi addizzjonali;

52.

Jenfasizza li l-iffinanzjar tal-aġenzija ppjanata għall-amministrazzjoni operazzjonali ta' sistemi fuq skala kbira ta' IT fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja m’għandux iwassal għall-iżvilupp ta' sistemi tal-IT addizzjonali qabel ma s-SIS II jew soluzzjoni alternattiva u l-VIS ikunu bdew jaħdmu; jitlob li l-ispejjeż ta' din l-aġenzija u l-proġetti tagħha jkunu speċifikati b’mod ċar;

Intestatura 3b

53.

Ifakkar li l-intestatura 3b tkopri kwistjonijiet ta' interess kbir għaċ-ċittadini Ewropej, bħaż-żgħażagħ, il-programmi edukattivi u kulturali, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-istrument ta' protezzjoni ċivili u l-politika tal-komunikazzjoni; jinnota, għalhekk, bi tħassib kbir, li l-approprjazzjonijiet globali naqsu għat-tieni sena konsekuttiva, bi tnaqqis fl-AI ta' 0,03 % (għal EUR 667,8 miljun) u fl-AĦ ta' 3,1 % (għal EUR 638,9 miljun) kif imqabbel mal-baġit tal-2010, li jħalli marġni ta' EUR 15,2 miljun;

54.

Jinnota li ż-żieda proposta għal xi programmi (Media 2007, Kultura 2007, Saħħa Pubblika, eċċ) saret possibbli bin-nuqqas ta' AI għal bosta proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji; jiddeplora l-fatt għalhekk li l-marġni żgħir se joffri spazju ta' manuvra limitat meta jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar it-tisħiħ tal-finanzjament tal-prijoritajiet li minnhom jibbenefikaw direttament iċ-ċittadini u fl-adozzjoni ta' proposti għal proġetti u azzjonijiet;

55.

Itenni li investiment koordinat u multidixxiplinari fiż-żgħażagħ għandu jibda mingħajr dewmien bħala tema trasversali, u li żieda fil-finanzjament tal-istrument tal-politika taż-żgħażagħ għandha tiġi proposta kif xieraq; jiddeplora n-nuqqas ta' ambizzjoni muri mill-Kummissjoni li ma rnexxilhiex tindirizza sew din il-prijorità u jikkonferma l-intenzjoni tiegħu li jemenda l-abbozz ta' baġit sabiex ikunu pprovduti fondi adegwati għal din il-prijorità;

56.

Ifakkar li t-tħeġġiġ u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ u l-isport hija prijorità għall-baġit 2011 u jenfasizza li l-appoġġ finanzjarju għal avvenimenti annwali speċjali huwa għodda importanti għal dan il-għan; jiddeplora l-fatt li ebda AI ma ġew inklużi fl-abbozz ta' baġit għall-2011 (p.m. f’AI u EUR 2,9 miljun biss f’AĦ), meta mqabbla ma’ EUR 9,8 miljun u EUR 10,25 miljun rispettivament fil-baġit tal-2010;

57.

Jilqa’ t-tnedija tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat fl-2011, ibbażata fuq l-azzjoni preparatorja introdotta fl-2010 fil-baġit 2010, u jfakkar fid-deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li jżidu għal EUR 8 miljun l-allokazzjoni ġenerali prevista fl-att leġiżlattiv rilevanti;

58.

Huwa mħasseb dwar il-livell baxx ta' approprjazzjonijiet – li saħansitra naqsu f’xi każijiet meta maqqbla mal-2010 – iddedikati għal programmi li jippromwovu ċ-ċittadinanza Ewropea, il-komunikazzjoni u l-informazzjoni għall-midja; jemmen li dawn il-programmi huma element essenzjali fit-tiswir ta' identità Ewropea u fil-komunikazzjoni tal-proġett Ewropew liċ-ċittadini tal-UE;

59.

Jiddispjaċih dwar il-livell imnaqqas ta' impenji għall-programm DAPHNE, u jiġbed l-attenzjoni rigward il-konsegwenzi negattivi possibbli ta' dan fuq il-ġlieda kontra l-vjolenza; jitlob li jkomplu jiġu ffinanzjati miżuri eżistenti u effikaċi biex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa;

Intestatura 4

60.

Ifakkar, għal darba oħra, fil-marġni ristretti ħafna disponibbli fl-intestatura 4, li ma jippermettux lill-UE tirreaġixxi adegwatament għal kriżijiet u emerġenzi rikorrenti u emerġenti; jirrimarka li d-diskrepanza li qed tiżdied u li mhux tollerabbli bejn din l-intestatura sottofinanzjata u l-impenji politiċi l-ġodda tal-Kunsill fil-livell dinji jistgħu biss jiġu indirizzati permezz ta' reviżjoni tal-limitu massimu fl-MFF eżistenti (7);

61.

Jilqa’ ż-żieda proposta fl-approprjazzjonijiet għall-Politika Ewropea tal-Viċinat għan-Nofsinhar u għal-Lvant, u b’mod aktar speċifiku għad-dimensjoni tas-sħubija tal-Lvant ta' din tal-aħħar; jinnota l-proposta li l-linja baġitarja dedikata għall-istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku tiżvojta, iżda jiddeplora l-fatt li mhuwiex dedikat ammont ekwivalenti għal din l-istrateġija fl-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat għal-Lvant;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jitwettqu l-objettivi u tinkiseb implimentazzjoni effikaċi tas-Sħubija tal-Lvant, biex tiżgura li tingħata assistenza finanzjarja supplimentari għall-Programmi Indikattivi Multiannwali u l-Programmi Indikattivi Nazzjonali l-ġodda tal-ENPI għall-perjodu 2011-2013 li jkopru l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

63.

Huwa mħasseb ħafna rigward it-tnaqqis propost ta' aktar minn 32 % fl-AI għall-assistenza finanzjarja lill-Palestina, il-proċess ta' paċi u l-UNRWA, meta wieħed iżomm f’moħħu l-ħtieġa rikorrenti ta' aktar fondi; iqis li l-istqarrija tal-Kummissjoni dwar “l-allokazzjonijiet eċċezzjonalment għolja tas-snin ta' qabel li ma jistgħux jinżammu mingħajr ma jiġu pperikolati l-finanzjamenti għal pajjiżi oħra fir-reġjun” issaħħaħ il-bżonn urġenti għal reviżjoni sostanzjali tal-kapaċitajiet ta' finanzjament fl-intestatura 4, u ma għandhiex twassal biex titnaqqas l-assistenza finanzjarja ta' importanza vitali għall-poplu Palestinjan, l-Awtorità Palestinjana u l-UNRWA; itenni l-appoġġ tiegħu għall-Awtorità Palestinjana fl-intensifikazzjoni tal-kapaċitajiet istituzzjonali tagħha; ifakkar li, anke jekk l-UE tkun lesta testendi l-pakkett tagħha ta' għajnuna lill-Palestinjani, dan l-impenn mhuwiex bla tmiem u jinsisti li, filwaqt li l-għajnuna umanitarja għandha tibqa’ inkondizzjonali, l-UE għandu jkollha rwol politiku li jagħti riżultati tanġibbli għall-ħolqien ta' Stat Palestinjan, li jkunu konsistenti mal-għajnuna finanzjarja sinifikattiva tagħha u mal-influwenza ekonomika fir-reġjun;

64.

Jirrimarka, f’dan ir-rigward, li anki l-użu esklussiv tal-marġni kollu tal-intestatura 4 għall-assistenza finanzjarja għall-Palestina ma jkunx biżżejjed biex jintlaħaq il-livell tal-AI tal-2010 (EUR 295 miljun fl-2010, meta mqabbel mal-EUR 270 miljun ipotetiċi fl-2011);

65.

Jinnota ż-żieda sostanzjali fl-approprjazzjonijiet (13,2 %) biex ikopru l-proċess ta' tkabbir, li fih huwa mistenni progress ulterjuri fl-2011 (negozjati li jinsabu għaddejjin u negozjati potenzjali mal-Kroazja, l-Iżlanda, l-FYROM, it-Turkija u l-Balkani tal-Punent);

66.

Iqis li ż-żieda proposta għad-DCI hija adegwata, iżda jiddeplora l-preżentazzjoni qarrieqa min-naħa tal-Kummissjoni, li turi żieda ta' EUR 65 miljun għall-ambjent u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali bħala segwitu tal-Ftehim ta' Kopenħagen, filwaqt li din iż-żieda tibbaża fuq il-programmazzjoni finanzjarja u mhux fuq il-baġit tal-2010 (l-AB tal-2011 fl-fatt jipprevedi tnaqqis ta' EUR 1,2 miljun għal din il-linja baġitarja meta mqabbla mal-baġit tal-2010 li huwa punt ta' tħassib); jinsisti li dan il-pakkett “ta' bidu mgħaġġel” ta' finanzjament għall-klima għandu jkun addizzjonali u m’għandux isir bi ħsara għall-programmi eżistenti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-koerenza u l-viżibilità tal-finanzjament għal kontribuzzjoni għal “bidu mgħaġġel” tal-UE u jitlob lill-Istati Membri sabiex iqegħdu informazzjoni malajr għad-disponibilità tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa u addizzjonalità tal-kontribuzzjoni tal-UE;

67.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied il-baġit tal-Komunità li jkopri miżuri mfassla sabiex jindirizzaw il-fenomenu tal-migrazzjoni, bl-iskop li tittejjeb l-amministrazzjoni tal-migrazzjoni legali, titnaqqas il-migrazzjoni illegali u jiġi ottimizzat l-impatt tal-migrazzjoni fuq l-iżvilupp;

68.

Ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-prinċipju ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi prinċipali tal-AKP fornituri tal-banana, iżda jtenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-finanzjament ta' miżuri ta' akkumpanjament għall-banana permezz tal-użu tal-marġni; ifakkar li l-marġni limitat fl-intestatura ma jippermettix l-iffinanzjar ta' dawn il-miżuri, li ma kinux previsti fl-2006 meta ġie adottat l-MFF; huwa jopponi bis-saħħa wkoll kull ridistribuzzjoni minn strumenti eżistenti fl-intestatura 4 li tikkomprometti l-prijoritajiet eżistenti; huwa għalhekk kontra l-proposta tal-abbozz tal-baġit li għal dan il-għan jiġu riallokati EUR 13 miljun mill-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp u EUR 5 miljuni mill-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili;

69.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li jiġi emendat ir-regolament li joħloq strument għall-pajjiżi industrijalizzati (ICI +), iżda huwa kontra bil-qawwi li dan ikun iffinanzjat minn approprjazzjonijiet li huma pprogrammati li jintużaw taħt l-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp; jenfasizza li l-fondi allokati għall-koperazzjoni għall-iżvilupp għandha mira jittaffa l-faqar; ma huwa sodisfatt xejn li mit-total ta' EUR 70,6 miljun f’approprjazzjonijiet allokati għal dan l-istrument il-ġdid fl-abbozz tal-baġit, ittieħdu EUR 45 miljun mill-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;

70.

Itenni l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi lis-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna bil-mezzi amministrattivi neċessarji biex iwettaq il-missjoni tiegħu; jenfasizza, madankollu, li l-allokazzjoni ta' riżorsi ġodda għall-inklużjoni ta' persunal li joriġina mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri u l-ispiża għall-infrastruttura neċessarja għandhom ikunu marbutin ma’ żieda xierqa tal-baġit tal-UE għall-azzjoni esterna;

71.

Jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-PESK għal EUR 327,4 miljun (AI), kif previst fil-programmazzjoni finanzjarja u b’konformità mar-rwol dejjem iżjed ambizzjuż li l-UE tixtieq li jkollha f’żoni li għaddejjin minn proċess ta' stabilizzazzjoni jew huma milquta minn konflitti u kriżijiet; jinnota li l-linja baġitarja għar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE ġiet żvujtata, kif previst f’rabta mal-istabbiliment tas-SEAE, u jfakkar li d-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-IIA marbuta mal-PESK se jkollhom jiġu maħsuba mill-ġdid b’mod sostanzjali fil-qafas tan-negozjati fuq IIA rivedut u l-adozzjoni ta' proposta dwar l-SEAE;

72.

Jieħu nota taż-żieda proposta fl-abbozz ta' baġit għall-2011, meta mqabbla mal-baġit għall-2010, għal-linja tal-baġit tal-assistenza makrofinanzjarja (01 03 02); ifakkar li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument għal kull pajjiż terz taqa’ taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar iż-żieda proposta tagħha;

73.

Jilqa’ l-istabbiliment ta' azzjoni preparatorja dwar Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja, bħala segwitu tad-dħul fis-seħħ tat-TFUE (Artikolu 214), u b’konformità mas-sena Ewropea għall-Volontarjat fl-2011;

Intestatura 5

74.

Jinnota li n-nefqa amministrattiva totali għall-istituzzjonijiet kollha hija stmata għal EUR 8 266,6 miljun, i.e. żieda ta' 4,5 %, li tħalli marġni ta' EUR 149 miljun;

75.

Jenfasizza li l-abbozz tal-estimi ta' kull istituzzjoni, flimkien mal-baġits emendatorji ppreżentati fl-2010, għandhom iqisu l-ħtiġijiet addizzjonali kollha relatati mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, partikolarment fir-rigward tal-Parlament, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; ifakkar f’dan il-kuntest fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Novembru 2009 dwar l-intestatura 5, li stiednet lill-istituzzjonijiet biex jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jiffinanzjaw il-bżonnijiet amministrattivi marbuta mar-remunerazzjoni tal-persunal tagħhom fil-limitu tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-taqsimiet rispettivi tagħhom tal-baġit 2010;

76.

Jinnota ż-żieda ta' 2,9 % fis-sehem tal-Kummissjoni tal-baġit amministrattiv; jinnota, madankollu, li mhux l-ispejjeż kollha assoċjati mal-funzjonament u t-twaqqif tas-SEAE huma inklużi f’dan l-istadju; huwa tal-fehma li kull rikjesti addizzjonali f’dan ir-rigward ma għandhomx iħallu impatt negattiv fuq l-attivitajiet preżenti tal-istituzzjonijiet; jenfasizza bis-saħħa, għalhekk, il-bżonn li tinkiseb struttura effikaċi, b’definizzjoni ċara tar-responsabilitajiet, sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-ħidmiet u spejjeż (amministrattivi) mhux meħtieġa li għandhom jinġarru mill-baġit u li jistgħu jwasslu biex is-sitwazzjoni finanzjarja f’din l-intestatura tmur għall-agħar;

77.

Jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li l-aġġustament tas-salarju ta' 3,7 % propost għall-2009, li jista' jkollu jitħallas kollu jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taqtagħha favur il-Kummissjoni, għandu jiġi mdaħħal fil-baġit bħala prekawzjoni; jinnota li, anki meta jittieħed dan il-livell għoli bħala l-bażi għall-futur, l-aġġustament tas-salarju previst għal tmiem l-2010 għadu stmat għal 2,2 %, f’kuntest ta' kriżi ekonomika u soċjali, biex imbagħad jinżel għal 1,3 % għal tmiem l-2011; jitlob lill-Kummissjoni biex tiġġustifika l-kalkoli tagħha;

78.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex ma titlobx postijiet addizzjonali, iżda jikkunsidra b’xettiċiżmu l-impenn tagħha li tissodisfa l-bżonnijiet kollha, inklużi dawk relatati ma’ prijoritajiet ġodda u mad-dħul fis-seħħ tat-TFUE, sempliċement permezz ta' ridistribuzzjoni interna tar-riżorsi umani eżistenti;

79.

Huwa mħasseb sew dwar il-fatt li, b’mod ġenerali, ix-xejriet ta' esternalizzazjoni tal-Kummissjoni, flimkien mal-bidla ta' postijiet f’approrjazzjonijiet għal aġenti kuntrattwali, wasslu għal sitwazzjoni fejn għadd dejjem ikbar tal-persunal impjegat mill-UE la hu viżibbli fl-organigrammi tal-istituzzjonijiet kif adottati mill-awtorità baġitarja u lanqas imħallas taħt l-intestatura 5; għalhekk huwa tal-opinjoni li bidliet fl-għadd ta' persunal tal-Kummissjoni għandu jitqies mhux biss fuq il-bażi tal-postijiet fl-organigramma iżda wkoll ta' persunal ieħor, inkluż persunal ta' aġenziji eżekuttivi u deċentralizzati fejn il-Kummissjoni ttrasferiet il-ħidmiet ta' dan il-persunal; iqis li, minkejja li dan iwassal għal iffrankar fuq il-pagi, it-trasformazzjoni tal-postijiet tal-organigramma f’persunal estern, probabbli jħalli impatt fuq il-kwalità u l-indipendenza tas-servizz ċivili Ewropew;

80.

Jinnota t-tnaqqis ta' 13 % fil-baġit tal-EPSO, li huwa marbut mal-livell aktar baxx ta' nfiq għall-kompetizzjonijiet li jirriżulta mis-sistema l-ġdida proposta fil-programm ta' żvilupp tal-EPSO, iżda jisħaq li dan it-tnaqqis m’għandux isir b’detriment għall-kwalità, it-trasparenza, il-korrettezza, l-imparzjalità u n-natura multilingwali tal-proċeduri kollha ta' selezzjoni tal-UE; ifakkar lill-EPSO li skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 il-kandidati għandhom dritt inaljenabbli li jaċċessjaw id-data personali tagħhom, inklużi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet, u jitlob li l-EPSO jiggarantixxi dan id-dritt; jistenna mill-Kummissjoni garanziji b’saħħithom f’dan ir-rigward;

81.

Jilqa’ l-kisba min-naħa tal-Kummissjoni tal-objettivi ġenerali tagħha f’termini ta' reklutaġġ ta' ċittadini ta' Stati Membri ġodda kif ukoll l-impenn tagħha għal monitoraġġ mill-qrib u regolari tar-reklutaġġ tal-UE-12 sabiex tiżgura l-konformità mal-miri tar-reklutaġġ kif ukoll ir-rappreżentazzjoni bilanċjata taċ-ċittadini tal-UE-2 u l-UE-10 f’kull grupp ta' funzjoni;

82.

Jieħu nota taż-żieda fl-infiq għall-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej, minħabba l-bidla ġenerazzjonali fl-istituzzjonijiet tal-UE li tirriżulta mill-mewġa ta' rtirar mix-xogħol ta' uffiċjali mwielda fil-ħamsinijiet kif ukoll mir-reklutaġġ tal-persunal ġdid; jistenna li l-Kummissjoni tforni analiżi aktar fid-dettall tal-konsegwenzi fuq terminu ta' żmien twil li dan il-proċess se jħalli fuq il-baġit;

83.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tispeċifika fir-rimarki taħt il-linji tal-baġit rilevanti l-ammonti bbaġittjati għall-proġetti kollha ta' bini li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti u li huma suġġetti għal konsultazzjoni mal-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju;

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

84.

Ifakkar li, f’konformità mal-punt 46(a) tal-IIA, il-Kummissjoni għandha tipprovdi estimi multiannwali u tħalli l-marġni taħt il-limiti awtorizzati;

85.

Jenfasizza l-importanza ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji bħala strumenti prinċipali għall-formulazzjoni ta' prijoritajiet politiċi u biex titwitta t-triq għal inizjattivi ġodda li jistgħu jinbidlu f’attivitajiet u programmi tal-UE li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini tal-UE; jikkonferma, għalhekk, diġà f’dan l-istadju tal-proċedura, li huwa determinat li juża l-mezzi kollha disponibbli biex jiżgura l-adozzjoni tal-proposti tiegħu fir-rigward ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji għall-baġit 2011;

86.

Ifakkar li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji li ġew adottati skont il-baġit 2010 jammontaw għal EUR 103,25 miljun f’AI għall-intestaturi kollha; jenfasizza li, jekk l-awtorità baġitarja tadotta, għall-2011, proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji f’livell simili u bi tqassim ugwali bejn l-intestaturi, 56 % tal-marġni fl-intestatura 1a (u 33 % tal-marġni fl-intestatura 1b, 59 % fl-intestatura 3b, u 37 % fl-intestatura 4) jkunu diġà ntużaw, anki jekk l-ammont totali allokat għal dan il-għan fil-baġit 2010 lanqas biss laħaq l-ammont massimu permess fl-IIA (EUR 103,25 miljun kontra l-EUR 140 miljun);

87.

Biħsiebu jgħaddi lill-Kummissjoni, kif previst fl-Anness II, parti D tal-IIA, l-ewwel lista proviżorja ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji potenzjali li għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-2011, sabiex il-Kummissjoni tikkontribwixxi għad-definizzjoni mill-Parlament ta' pakkett finali globali u bbilanċjat fuq il-kwistjoni; jistenna lill-Kummissjoni li tipprovdi analiżi mmotivata sew tal-proposti indikattivi tal-Parlament; jenfasizza li din l-ewwel lista proviżorja ma teskludix it-tressiq u l-adozzjoni formali ta' emendi li jirrigwardaw il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji matul il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament;

Aġenziji

88.

Jilqa’ l-istabbilizzazzjoni kumplessiva tan-nefqa baġitarja tal-UE fir-rigward tal-aġenziji deċentralizzati għal EUR 679,2 miljun; huwa konxju tal-fatt li t-twaqqif ta' aġenziji ġodda jeħtieġ finanzjament adegwat, kif propost għall-ħames (8) aġenziji godda u t-tlieta (9) li gradwalment qed isiru operattivi; jenfasizza li, jekk il-kompiti ta' aġenzija deċentralizzata (inklużi l-awtoritajiet superviżorji finanzjarji) jiżdiedu meta mqabbla ma’ dak li kien propost oriġinarjament, l-allokazzjoni korrispondenti tal-approprjazzjonijiet għandha konsegwentament tiġi modifikata; ma jaqbilx, fir-rigward tad-dħul assenjat tal-aġenziji li jiddependu fuq il-ħlas ta' drittijiet, mal-approċċ tal-Kummissjoni rigward iż-żieda tal-marġni b’mod artifiċjali;

89.

Jinnota l-fatt li, mill-258 post ġdid fl-organigramma għall-aġenziji, 231 se jiġu allokati għal aġenziji ġodda jew li jinsabu fil-fażi inizjali;

90.

Jistgħaġeb kif assolutament ebda dħul assenjat ma huwa mistenni li joħroġ minn bilanċi favorevoli ta' xi aġenziji, u jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna l-kontribuzzjoni proposta mill-baġit tal-UE fid-dawl ta' informazzjoni addizzjonali li tasal, b’mod partikolari meta l-kontijiet finali tal-aġenziji jiġu adottati; fl-istess ħin jinsab imħasseb dwar il-bilanċi favorevoli persistenti ta' xi aġenziji fl-aħħar tas-sena, li turi ġestjoni baġitarja u tal-kontanti batuta u li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-qafas tar-Regolament Finanzjarju;

91.

Huwa konvint li l-programmazzjoni finanzjarja 2011-2013 għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi hija ottimista wisq u jqis li mhuwa realistiku xejn li l-aġenzija tiġi mistennija li tiffinanzja lilha nnifisha fl-2011; jirrimarka li d-dħul previst minn drittijiet fl-2011 huwa bbażat fuq stima li saret fl-2006; jitlob li ssir dispożizzjoni għal miżuri kawtelatorji li jiġu applikati jekk ikun meħtieġ;

*

* *

92.

Ifakkar, f’dak li jirrigwarda l-aspetti proċedurali tal-kumitat ta' konċiljazzjoni, li l-istituzzjonijiet involuti suppost jilħqu ftehim fit-trilogu li huwa pprogrammat għal Lulju; jinsisti li l-Presidenza li jmiss tal-Kunsill Ecofin, li se tadotta l-baġit, tieħu sehem f’dan it-trilogu; iqis li l-punti li ġejjin huma ta' interess speċifiku għat-trilogu li għandu jsir fit-30 ta' Ġunju 2010:

l-implikazzjonijiet baġitarji tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja,

l-implikazzjonijiet baġitarji tal-istrateġija UE2020,

il-programmi relatati maż-żgħażagħ,

is-sostenibilità finanzjarja u l-ġestjonabilità tal-intestatura 1a, inklużi l-bidliet li saru bit-Trattat ta' Lisbona,

l-intestatura 4, inkluż it-twaqqif tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

il-marġni limitati fl-AB 2011 u l-ħtieġa ta' reviżjoni tal-MFF attwali;

93.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Ara Testi adottati tas-17.12.2009, P7_TA(2009)0115.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0086.

(4)  Esklużi l-proġetti tal-enerġija EERP.

(5)  Kif jingħad fir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-ftehim interistituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba (COM(2010)0185).

(6)  COM(2010)0160, 16.4.2010.

(7)  Kif jingħad fir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-ftehim interistituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba (COM(2010)0185).

(8)  Aġenzija għall-amministrazzjoni operazzjonali ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil; Awrorità Bankarja Ewropea, Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq; Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

(9)  Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija; Korp tar-regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika; Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/17


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Is-Swieq tad-Derivati: Azzjonijiet futuri ta’ politika

P7_TA(2010)0206

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar swieq tad-derivati: azzjonijiet futuri ta’ politika (2010/2008(INI))

2011/C 236 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem “L-iżgurar ta’ swieq tad-derivati effiċjenti, sikuri u sodi: Azzjonijiet futuri ta’ politika” (COM(2009)0563 u COM(2009)0332),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem “Superviżjoni finanzjarja Ewropea” (COM(2009)0252),

wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499),

wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni li jemendaw id-Direttivi dwar il-Kapital (2006/48/KE u 2006/49/KE),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (COM(2009)0211),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Settembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar fondi ta’ lqugħ u ekwità privata (1),

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-G20 f’Pittsburgh tal-24 u l-25 ta’ Settembru 2009, li ddikjaraw li “l-kuntratti standardizzati tad-derivati OTC kollha għandhom ikunu nnegozjati f’borża jew pjattaformi tal-kummerċ elettroniċi”, u l-iżviluppi tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fl-Ewropa, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ażja dwar id-derivati,

wara li kkunsidra x-xogħol tal-Forum tar-Regolaturi tad-Derivati OTC biex jistabbilixxi standards tar-rappurtar tad-dejta konsistenti madwar id-dinja għar-repożitorji tal-kummerċ,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tas-CESR u tal-ERGEG lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tat-Tielet Pakkett tas-Suq Intern tal-Enerġija (Ref.: CESR/08-739, E08-FIS-07-04),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li ikkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0187/2010),

A.

billi l-istrumenti derivati jista’ jkollhom rwol siewi biex jippermettu t-trasferiment tar-riskji finanzjarji f’ekonomija, hemm differenzi kbar bejniethom skont it-tip ta’ prodott u l-klassi tal-assi sotostanti rigward ir-riskji, l-arranġamenti operazzjonali u l-parteċipanti fis-suq, u billi n-nuqqas ta’ trasparenza u regolazzjoni fis-suq tad-derivati kellu rqol li kompla għarraq il-kriżi finanzjarja,

B.

billi l-impriżi, anki fil-ġejjieni, se jeħtiġilhom jibqgħu jkunu jistgħu jimmaniġġaw ir-riskji marbuta man-negozju tagħhom, bir-responsabbiltà tagħhom u bi prezzijiet li jinftiehmu, u billi, bil-kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet ta’ impriżi ta’ daqs żgir u medju rigward id-derivati bilaterali, l-impriżi għandhom ikunu responsabbli għar-riskju,

C.

billi l-volum ta’ derivati fil-kummerċ dinji f’dawn l-aħħar għaxar snin immoltiplika ruħu, u d-diżakkoppjament bejn l-attivitajiet ekonomiċi u l-prodotti finanzjarji mexa ħafna ’l quddiem,

D.

billi l-bażi għall-kooperazzjoni internazzjonali għandha tiġi stabbilita sabiex jiġu trattati d-derivati kkummerċjati internazzjonali biex jintlaħqu standards internazzjonali u arranġamenti tal-qsim tal-informazzjoni bejn CCPs bħala minimu,

E.

billi l-ammonti nozzjonali tat-tipi kollha tal-kuntratti OTC fl-aħħar ta’ Ġunju 2009 kienu USD 605 triljun, il-valuri tas-suq gross, li jipprovdu kejl tar-riskji tas-suq, kienu USD 25 triljun u esponimenti tal-kreditu gross, li jqisu l-ftehimiet bilaterali fuq bażi netta, kienu USD 3.7 triljun, u billi, f’kuntest ta’ “leverage” eċċessiv, ta’ sistema bankarja li mhijiex ikkapitalizzata biżżejjed u tat-telf li jirriżulta minn assi strutturati ta’ finanzjament, id-derivati OTC wasslu biex parteċipanti kbar fis-suq isiru reċiprokament dipendenti anki meta huma entitajiet regolati,

F.

billi ż-żieda enormi fil-volumi nnegozjati matul dawn l-aħħar snin wasslet għal trasferiment miżjud tar-riskju mingħajr investiment reali fl-istrument sottostanti, u b’hekk, għal leverage sostanzjali,

G.

billi xi derivati OTC saru dejjem aktar kumplessi u r-riskji ta’ kreditu tal-kontroparti ma kenux ivvalutati u pprezzati sewwa, u billi hemm dgħufijiet sinifikanti f’kif inhuma organizzati s-swieq tad-derivati u nuqqas ta’ trasparenza, li jinneċessita aktar standardizzar fil-kundizzjonijiet legali u l-finijiet ekonomiċi tal-istrumenti,

H.

billi r-regolament tal-istanzi ċentrali ta’ kklerjar tal-kontropartijiet (central counterparty clearing houses, CCPs) għandu jiżgura aċċess mhux diskriminatorju mill-postijiet tal-kummerċ biex jiżgura l-funzjonament ġust u effiċjenti tas-swieq,

I.

billi fit-tranżazzjonijiet OTC, l-identità tal-atturi/partijiet involuti u d-daqs tal-esponiment tagħhom mhumiex iċċarati,

J.

billi bosta swieq tad-derivati OTC, u partikolarment is-suq tal-credit default swaps, huma soġġetti għal livelli għolja ħafna ta’ konċentrazzjoni bi ftit impriżi ewlenin li jiddominaw is-suq,

K.

billi l-avvenimenti riċenti li jinvolvu credit default swaps sovrani użati mill-ispekolaturi finanzjarji wasslu għal livelli għolja u mhux ġustifikati ta’ bosta firxiet nazzjonali; billi dawk l-avvenimenti u prattiki enfasizzaw il-ħtieġa għal aktar trasparenza tas-suq u regolazzjoni Ewropea mtejba fir-rigward tal-kummerċ fil-credit default swaps, b’mod partikolari dawk marbuta mad-djun sovrani,

L.

billi sabiex ir-repożitorji kummerċjali jkollhom rwol ċentrali ħalli jiżguraw it-trasparenza lis-superviżuri fis-swieq tad-derivati, is-superviżuri għandu jkollhom aċċess bla xkiel għad-dejta repożitorja rilevanti, u r-repożitorji għandhom jikkonsolidaw id-dejta tal-pożizzjonijiet u tal-kummerċ + fuq bażi globali skont il-klassijiet tal-assi,

M.

billi l-Parlament jilqa’ l-bidla paradigmatika min-naħa tal-Kummissjoni lejn aktar regolazzjoni tas-swieq tad-derivati OTC, bl-abbandun tal-fehma prvealenti li d-derivati m’għandhom bżonn l-ebda regolazzjoni ulterjuri, l-aktar minħabba li jużawhom l-esperti u l-ispeċjalisti; isejjaħ, għalhekk, għal leġiżlazzjoni futura biex tiżgura mhux biss it-trasparenza fis-swieq tad-derivati imma wkoll regolazzjoni tajba,

N.

billi l-Ewropa għandha tistabbilixxi strateġija ta’ kollateralizzazzjoni komprensiva għal swieq derivati li għandha tqis is-sitwazzjoni unika tal-utenti aħħarija tan-negozju b’kuntrast mal-parteċipanti ewlenin tas-suq u l-istituzzjonijiet finanzjarji prinċipali,

O.

billi l-parti l-kbira tad-derivati użati mill-istituzzjonijiet mhux finanzjarji jinvolvu riskju sistemiku limitat meta jitqiesu individwalment, u jservu biss bħala hedge għal tranżazzjonijiet reali, u billi istituzzjonijiet mhux finanzjarji huma impriżi li mhumiex koperti bil-MiFID (impriżi mhux tal-MiFID), bħal pereżempju kumpaniji tal-ajru, manifatturi tal-karozzi u kummerċjanti tal-kommoditajiet, li la ħolqu riskju sistemiku għas-swieq finanzjarji u lanqas intlaqtu ħażin mill-kriżi finanzjarja b’mod dirett,

P.

billi s-swieq tad-derivati reżistenti jitolbu politika ta’ kollateralizzazzjoni komprensiva li tinkludi arranġamenti tal-ikklerjar ċentrali kif ukoll bilaterali,

Q.

billi l-impriżi mhux finanzjarji żgħar u ta’ daqs medju li jużaw l-istrumenti derivati esklussivament bħala hedge tar-riskju tagħhom huma u jwettqu n-negozju prinċipali tagħhom għandhom igawdu minn eżenzjonijiet mill-ikklerjar u l-kollateralizzazzjoni rigward ir-rekwiżiti ta’ kapital, sakemm il-grad tal-użu ta’ċerti derivattivi ma joħloqx riskju sistemiku (soġġett għal rekwiżit li l-Kummissjoni għandha tikkontrolla din l-eżenzjoni regolarment) u li l-volum u n-natura tat-tranżazzjonijiet ikunu proporzjonati, u adegwati, għar-riskji reali li jiffaċċaw l-utenti aħħarin; billi standards minimi jeħtieġ li jkunu garantiti wkoll rigward il-kuntratti mfassla apposta, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-kollateralizzazzjoni tad-derivati u r-rekwiżiti tal-kapital,

R.

billi l-prodotti derivati OTC jeħtieġ li jkollhom regolazzjoni proporzjonata meta jintużaw minn utenti aħħarin mhux finanzjarji, imma billi, bħala minimu, id-dejta dettaljata tat-tranżazzjonijiet jeħtieġ li tingħata lir-repożitorji tal-kummerċ,

S.

billi l-credit default swaps (CDS), li huma prodotti tal-assigurazzjoni finanzjarja, huma attwalment ikkummerċjalizzati bla ebda regolazzjoni xierqa,

T.

billi l-pariri tas-CESR u tal-ERGEG lill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tat-Tielet Pakkett tas-Suq Intern tal-Enerġija (Ref.: CESR/08-739, E08-FIS-07-04), jirrakkomandaw il-ħolqien ta’ qafas ta’ integrita u ta’ trasparenza tas-suq imfassal apposta għas-swieq tal-elettriku u tal-gass,

U.

billi l-miżuri kollha mħabbra se jinvolvu kooperazzjoni mill-qrib u kumplessiva mal-pajjiżi tal-G20 u mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jipprevjenu l-possibilitajiet ta’ arbitraġġ regolatorju bejn il-pajjiżi kull fejn possibbli u biex iġibu’l quddiem l-iskambu tal-informazzjoni,

V.

billi r-riskju sistemiku assoċjat mal-istanzi tal-ikklerjar jesiġi standards regolatorji u superviżorji b’saħħithom u li r-regolaturi jkollhom aċċess bla xkiel u fil-ħin reali għall-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet,

W.

billi l-prezzijiet tal-prodotti derivati għandhom ikunu korrispondenti b’mod adegwat mar-riskju, u billi l-ispejjeż tal-infrastruttura futura tas-suq għandhom iġarrbuhom il-parteċipanti fis-suq,

X.

billi ż-żidiet drammatiċi l-aktar riċenti fir-rendimenti tal-bonds sovrani f’xi pajjiżi taż-żona tal-euro għal livelli mhux sostenibbli kixfu l-inċentivi ekonomiċi problematiċi involuti fil-kuntratti tas-CDS ibbażati fuq id-dejn sovran, u wrew biċ-ċar il-ħtieġa għal tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja u tat-trasparenza tas-suq billi jintalab żvelar komplet lir-regolaturi u suprviżuri u bil-projbizzjoni ta’ kummerċ tas-CDS fuq id-dejn sovran,

Y.

billi t-tranżazzjonijiet kollha fil-prodotti derivati denominati fi kwalunkwe munita tal-UE, relatati ma’ entità sottostanti tal-UE u li fihom tkun parti istituzzjoni finanzjarja tal-UE, għandhom ikunu kklerjati, meta jkunu eliġibbli, u għandhom jiġu rrappurtati f’istanzi tal-ikklerjar u f’repożitorji li huma lokalizzati, awtorizzati u sorveljati fl-UE u i huma koperti b’liġijiet Ewropej u bil-protezzjoni tad-dejta; jinnota li r-regolazzjoni l-ġdida li ġejja għandha tistabbilixxi kriterji ċari għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza tas-CCPs u tar-repożitorji li jinsabu f’pajjiżi terzi għal dawk it-tranżazzjonijiet li ma jkunux ikklerjati jew rappurtati fl-UE,

1.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal regolazzjoni aħjar tad-derivati, u b’mod partikolari d-derivati OTC, biex jitnaqqas l-impatt tar-riskji fis-swieq tad-derivati OTC fuq l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji kollha, u jappoġġa s-sejħiet biex ikun hemm standardizzar legali tal-kuntratti ta’ derivati Iinteralia permezz ta’ inċentivi regolatorji fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD) rigward ir-riskji operazzjonali), l-użu ta’ repożitorji kummerċjali u ħżin ċentrali tad-dejta, l-użu u t-tisħiħ tal-istanzi ċentrali tal-ikklerjar u l-użu ta’ postijiet organizzati tal-kummerċ;

2.

Jilqa’ x-xogħol riċenti tal-Forum tar-Regolaturi OTC (ORF) bħala rispons għas-sejħa mill-G20 għal aktar azzjoni biex jiżdiedu t-trasparenza u r-robustezza tas-swieq tad-derivati OTC;

3.

Jappella għal aktar trasparenza fit-tranżazzjonijiet ta’ qabel il-kummerċ għall-istrumenti kollha li jikkwalifikaw għall-użu estensiv ta’ postijiet tal-kummerċ organizzati kif ukoll għat-trasparenza ta’ wara l-kummerċ permezz tar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet kollha lir-repożitorji, għall-benefiċċju sew tar-regolaturi kif ukoll tal-investituri;

4.

Jappoġġa s-sejħa biex, għall-prodotti derivati eleġibbli kolha, jiddaħħal obbligatorjament ikklerjar indipendenti bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji, bil-għan li tkun żgurata valutazzjoni aħjar tar-riskji ta’ kreditu tal-kontroparti, u jappoġġa l-mira li għadd kemm jista’ jkun kbir ta’ prodotti derivati eleġibbli jiġu kkummerċjati fi swieq organizzati; isejjaħ għall-għoti ta’ inċentivi li jinkoraġġixxu l-kummerċ ta’ prodotti derivati eliġibbli f’postijiet tal-kummerċ regolati mill-MiFID, jiġifieri fi swieq regolati u faċilitajiet tal-kummerċ multilaterali (MTFs); jinnota li kriterju wieħed għall-eliġibilità tal-ikklerjar għandu jkun il-likwidità;

5.

Jnsisti li, fil-ġejjeini, il-prezzijiet tad-derivati jirriflettu aħjar ir-riskju u li l-ispejjeż tal-infrastruttura tas-suq jerfgħuhom il-parteċipanti tas-suq u mhux dawk li jħallsu t-taxxi;

6.

Huwa tal-fehma li għall-hedging ta’ riskji partikolari jinħtieġu derivati negozjati individwalment u għaldaqstant jopponi l-istandardizzar obbligatorju tad-derivati kollha;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża approċċ differenzjat għall-bosta tipi ta’ prodotti derivati disponibbli; fil-qies tal-profili ta’ riskji differenti, il-punt safejn jintużaw għall-iskopijiet ta’ hedging leġittimu, u r-rwol tagħhom fil-kriżi finanzjarja;

8.

Jinnota li, f’dak li jirrigwarda r-regolazzjoni, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn id-derivati li jintużaw bħala għodda tal-ġestjoni tar-riskju għall-hedging ta’ riskju reali sottostanti li l-utent ikun espost għalih u d-derivati li jintużaw esklussivament għall-ispekulazzjoni, u jemmen li l-għemil ta’ din id-distinzjoni jfixkluh in-nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ ċifri speċifiċi rigward it-tranżazzjonijiet OTC;

9.

Jappella lill-Kummissjoni biex issib modi kif tnaqqas il-volum ġenerali tad-derivati b’mod sinifikanti b’tali mod li l-volum ikun proporzjonat għat-titoli sottostanti biex tiġi evitata distorsjoni tas-sinjali tal-prezzijiet, jitnaqqas ir-riskju għall-integrità tas-suq u jonqsu r-riskji sistemiċi;

10.

Iqisu importanti li tingħata attenzjoni partikolari lid-derivati korporati li għalihom istituzzjoni finanzjarja hija kontroparti sabiex ma tali kuntratti jiġux abbużati, mhux bħala riskju korporattiv, iżda bħala strumenti tas-suq finanzjarju;

11.

Isejjaħ biex jissaħħu l-ġestjoni u t-trasparenza tar-riskji, bħala l-istrumenti prinċipali għal aktar ċertezza tas-suq finanzjarju, mingħajr ma titwarrab ir-responsabbiltà individwali għall-assunzjoni tar-riskju;

12.

Jinnota li l-iżgurar ta’ riskji speċifiċi għall-impriża jitlob derivati mfassla apposta li jkunu jistgħu jaqdu ta’ strumenti effikaċi għall-ġestjoni tar-riskji adattati għall-ħtiġijiet individwali;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-istandards tal-ġestjoni tar-riskji bilaterali bħala parti tal-leġiżlazzjoni li ġejja dwar l-ikklerjar ċentrali;

14.

Huwa tal-fehma li, permezz tal-ikklerjar, ta’ kollateral bl-aġġustament tar-rekwiżiti kapitali u permezz ta’ għodod regolatrji oħra, ir-rirkju tal-kontroparti jista’ jitnaqqas; jappoġġa lill-Kummissjoni fil-proposta tagħha li jkun hemm rekwiżiti ogħla tal-kapital għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-każ ta’ kuntratti derivati bilaterali li mhumiex eliġibbli għall-ikklerjar ċentrali, abbażi ta’ approċċ ta’ riskju proporzjonat, u fil-qies tal-effetti tal-bażi netta, il-kollaterali, il-marġni inizjali, ir-rikonċiljazzjonijiet kuljum tal-portafoll, l-iffissar kuljum tal-marġni, movimenti awtomatizzati tal-kollateral u tekniki oħra tal-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti bilaterali fit-tnaqqis tar-riskji tal-kontroparti;

15.

Jitlob li d-derivati li ma jissodisfawx il-prerekwiżiti tal-IFRS 39 u għaldaqstant ma ġewx ivvalutati minn awditur ikunu suġġetti għal ikklerjar ċentrali minn CCP jekk jaqbżu l-valur ta’ limitu li għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni; jitlob, barra minn hekk, għall-finijiet tal-iżgurar ta’ distinzjoni aktar ċara, li jsiru kontrolli li jinvolvu s-sottomissjoni ta’ valutazzjoni indipendenti ta’ kuntratti tad-derivati OTC minn awditur bil-għan li jiġi aċċertat jekk impriża mhux finanzjarja tkunx tista’ tibqa’ tinkkonkludi kuntratti bilaterali;

16.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti rwol qawwi fl-awtorizzazzjoni ta’ istanzi tal-ikklerjar Ewropej lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u jqisu siewi li jkunu sorveljati minn din l-istess Awtorità minħabba li, inter alia, l-għarfien espert superviżorju jinġema’ f’korp wieħed u minħabba li li r-riskju assoċjat ma’ CCP jkun transkofinali;

17.

Jemmen li l-aċċess tas-CCPs għall-flus tal-Bank Ċentrali jikkontribwixxi b’mod effikaċi għas-sikurezza u l-integrità tal-ikklerjar;

18.

Jisħaq li s-CCPs m’għandhomx ikunu ffinanzjati kompletament mill-utenti, li s-sistemi tagħhom għall-ġestjoni tar-riskji m’għandhomx ikunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin, u li jeħtieġ li jkun hemm provvediment għal arranġamenti regolatorji dwar l-ispejjeż tal-ikklerjar; jitlob lill-Kummissjoni biex tindirzza dawn il-kwistjonijiet fil-proposta leġiżlattiva tagħha u biex tistabbilixxi regoli dwar il-governanza u s-sjieda għall-istanzi tal-ikklerjar, b’attenzjoni intr alia għall-indipendenza tad-diretturi, il-membri u s-superviżjoni mill-qrib min-naħa tar-regolaturi;

19.

Jinnota li standards tekniċi komuni relatati ma’ kwistjonijiet bħall-kalkolu tal-marġni u l-protokolli tal-iskambju ta’ informazzjoni se jkunu parti importanti biex jiżguraw li l-postijiet awtorizzati tal-kummerċ ikollhom aċċess ġust u nondiskriminatorju għas-CCPs; jinnota wkoll li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni mill-qrib lill-possibilità li jiżviluppaw differenzi teknoloġiċi, prattiki diskriminatroji u ostakli għall-fluss tax-xogħol li jkunu ta’ ħsara għall-kompetizzjoni;

20.

Jitlob biex ikun hemm regoli dwar l-operat tan-negozju u l-aċċess li jirregolaw is-CCPs biex jiġi żgurat aċċess nondiskriminatorju mill-postijiet tal-kummerċ, u li prattiki diskriminatorji tal-ipprezzar ikunu fost il-kwistjonijiet li għandhom jiġu ttrattati;

21.

Jappoġġa l-istabbiliment ta’ repożitorji għall-pożizzjonijiet derivati kollha, idealment ordnati skont il-klassijiet ta’ assi u regolati u ssorveljati taħt it-tmexxija tal-ESMA; isejjaħ għall-istabbiliment ta’ regoli proċedurali vinkolanti biex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiżguraw l-istess interpretazzjoni fl-Istati membri u, barra minn hekk, biex l-ESMA jkollha l-awtorità suprema għat-teħid tad-deċiżjonijiet f’każijiet ta’ tilwim; isejjaħ biex il-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jkollhom aċċess fil-ħin reali għal dejta granulari f’repożitorji relatati mal-parteċipanti tas-suq ibbażati fil-ġurisdizzjoni tagħhom kif ukoll għal dejta li tirrelata ma’ riskju sistemiku potenzjali li jista’ jinġema’ fil-ġurisdizzjoni tagħhom, kif ukoll aċċess għad-dejta aggregata mir-repożitorji kollha inklużi dawk f’repożitorji bbażati f’pajjiżi terzi; jinnota li s-servizzi pprovduti mir-repożitorji għandhom ikunu pprezzati b’mod trasparenti fid-dawl tal-funzjoni kważi utilitarja tagħhom;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal standards għar-rappurtar għad-derivati kollha konsistenti mal-istandards li qed jitfasslu fil-livell internazzjonali, biex tiżgura li jingħaddu lir-repożitorji kummerjali ċentrali, CCPs, boroż u istituzzjonijiet finanzjarji, u biex id-dejta tkun aċċessibbli għall-ESMA u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għall-BERS meta jkun meħtieġ;

23.

Jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa miżuri biex tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji jkunu jistgħu jiddefinixxu limiti għall-pożizzjonijiet ħalli jrażżnu varjazzjonijiet sproporzjonati fil-prezzijiet u bżieżaq spekulattivi;

24.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura b’mod partikolari li l-valutazzjoni tad-derivati kollha li ma jiġux kummerċjati f’borża titwettaq b’mod indipendenti u trasparenti, filwaqt li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess;

25.

Iqis li jeħtieġ li d-dettalji tekniċi jkunu ċċarati sewwa, f’kooperazzjoni mill-qrib mar-regolaturi nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards u d-distinzjoni bejn il-prodotti tas-swieq finanzjarju u dawk li mhumiex tas-swieq finanzjarji, u jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni diġà bdiet tindirizza din il-kwistjoni; jitlob li l-Kummissjoni tikkopera minn kmieni mal-Kunsill u l-Parlament;

26.

Jappoġġa lill-Kummissjoni fil-pjan tagħha li tistabbilixxi CCPs skont standards Ewropej maqbula, sorveljati mill-ESMA; u jesiġi li parteċipanti ewlenija tas-suq m’għandux ikollhom influwenza ta’ kontroll fuq il-governanza u fuq il-ġestjoni tar-riskju tas-CCPs imma għandhom ikunu inklużi fi-bord tal-ġestjoni tar-riskju; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li għandhom jiġu proposti mekkaniżmi li jagħmlu kontributi siewja għall-proċess tal-ġestjoni tar-riskju;

27.

Jinsisti dwar il-ħtieġa li jkun hemm standards regolatorji biex jiġi żgurat li s-CCPs jibqgħu jifilħu għal numru ikbar ta’ riskji, inklużil-falliment ta’ diversi parteċipanti, bejgħ għal għarrieda tar-riżorsi finanzjarji u tnaqqis rapidu fil-liwidità tas-suq;

28.

Jemmen li d-definizzjoni tal-kategoriji tad-derivati, il-ħolqien tas-CCPs, ir-reġistru għat-trasparenza, il-ħlasijiet għall-kapital, it-twaqqif ta’ postijiet indipendenti tal-kummerċ jew l-użu ta’ Boroż eżistenti, l-eżenzjonijiet għall-SMEs u d-dettalji tekniċi kolha għandhom isiru b’koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, istituzzjonijiet internazzjonali u l-awtorità superviżorja Ewropea futura, l-ESMA;

29.

Jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm regoli ta’ kondotta ċari u standards obbligatorji meħtieġa għall-ħolqien tas-CCPs (involviment tal-utenti)u l-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskju li jużaw; jappoġġa l-pjan tal-Kummissjoni li tippreżenta regolament għall-irregolar tal-istanzi tal-ikklerjar;

30.

Jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni fl-intenzjoni tagħha li tipprovdi eżenzjonijiet u rekwiżiti anqas ta’ kapital għal derivati bilaterali tal-SMEs jekk ikun qed isir hedging ta’ riskju sottostanti, jekk id-derivati ma jkunux sinifikanti fil-karta tal-bilanċ tal-SME u jekk il-pożizzjoni derivata ma toħloqx riskji sistemiċi;

31.

Isejjaħ biex, bħala prijorità, il-credit default swaps ikunu soġġetti għall-ikklerjar ċentrali u li kemm jista’ jkun aktar tipi ta’ derivati jkunu kklerjati ċentralment permezz ta’ CCPs; jemmen li, jekk ikun meħtieġ, tipi individwali ta’ derivati b’riskji kumulattivi għandhom ikunu awtorizzati biss b’ċerti kundizzjonijiet, jew, każ b’każ, għandhom saħansitra jkunu pprojbiti; huwa tal-fehma li, b’mod partikolari, għandhom ikunu rikjesti kapital u riservi suffiċjenti biex ikopru s-CDS f’każ ta’ avveniment tal-kreditu;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga b’urġenza u bir-reqqa l-livelli ta’ konċentrazzjoni fis-swieq tad-derivati OTC, u b’mod partikolari, fil-credit default swap, sabiex jiġi żgurat li m’hemm l-ebda riskju ta’ manipulazzjoni tas-swieq jew konflitt tal-interessi;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposti leġiżlattivi adegwati għar-regolazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu n-naked selling tad-derivati sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u t-trasparenza tal-prezzijiet. huwa tal-fehma li, fl-istennija ta’ dak, il-credit default swaps (CDSs) għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ CCP Ewropea biex jittaffew ir-riskji tal-kontropartijiet,tiżdied it-trasparenza u jonqsu r-riskji ġenerali;

34.

Jesiġi li l-protezzjoni tas-CDS għandha tkun pagabbli biss bis-sottomissjoni u l-prova ta’ espożizzjoni sottostanti għall-bonds u għandha tkun limitata għall-ammont ta’ din l-espożizzjoni;

35.

Huwa tal-opinjoni li d-derivati finanzjarji kollha li jikkonċernaw il-finanzi pubbliċi fl-UE (inkluż id-dejn sovran tal-Istati Membri u l-karti tal-bilanċ tal-amministrazzjoni lokali) għandhom jiġu standardizzati u nnegozjati f’borża jew pjattaformi ta’ kummerċ regolati oħra għall-promozzjoni tat-trasparenza tas-swieq tad-derivati lill-pubbliku;

36.

Jitlob li jkun ipprojbit il-kummerċ ta’ CDSs bla krediti sottostanti li huma tranżazzjonijiet purament spekulattivi, li jinvolvi mħatra fuq telf ta’ kreditu, u b’hekk iwasslu għal żieda artifiċjali fil-prezzijiet tal-assigurazzjoni fuq it-telf ta’ kreditu u, b’konsegwenza ta’ dan, għal riskji sistemiċi akbar ġejjin minn telf ta’ kreditu reali; jitlob li jiġu mill-inqas iffissati perjodi itwal għaż-żamma fejn jiħol ix-short-selling ta’ titoli u derivati; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibilità li jiġu stabbiliti limiti massimi għad-derivati, u speċjalment għas-CDSs, u biex taqbel fuqhom ma’ sħab internazzjonali;

37.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tinvestiga l-użu ta’ limiti tal-pożizzjonijiet fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tas-swieq, b’mod partikolari fil-punt meta l-kuntratt ikun wasal biex jiskadi (“squeezes” u “corners”); jinnota li l-limiti tal-pożizzjoni għandhom jitqiesu bħala għodod regolatorji dinamiċi iktar milli bħala assoluti, u li għandhom jiġu applikati meta jkun meħtieġ mis-superviżuri nazzjonali skont il-linji gwida stabbiliti mill-ESMA;

38.

Jitlob li kwalunkwe pożizzjoni derivata, kemm jekk meħuda minn istituzzjonijiet finanzjarji jew mhux finanzjarja, li taqbeż ċertu limitu li għandu jiġi speċifikat mill-ESMA, għandha tiġi kklerjata ċentralment minn CCP;

39.

Isejjaħ biex ir-regolazzjoni ppjanata tad-derivattivi tinkludi regoli relatati mal-projbizzjoni ta’ kummerċ purament spekulattiv fil-kommoditajiet u fil-prodotti agrikoli, u l-impożizzjoni ta’ limiti stretti fuq il-pożizzjonjiet speċjalment fir-rigward tal-impatt possibbli tagħhom fuq il-prezzijiet tal-kommoditajiet essenzjali tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fl-alokazzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; jitlob biex l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw il-kompetenza biex jittrattaw b’mod effikaċi l-funzjonamenti ħżiena fis-swieq tad-derivati, pereżempju billi temporanjament jipprojbixxu n-naked short selling tas-CDSs jew billi jesiġu s-saldu konkret tad-derivati u billi jiffissaw limiti fuq il-pożizzjonijiet biex jevitaw konċentrazzjoni mhux mixtieqa tan-negozjanti fuq xi setturi tas-suq;

40.

Jitlob biex kwalunkwe proposta leġiżlattiva futura dwar is-swieq tad-derivati ssegwi approċċ funzjonali li bih attivitajiet simili jkunu soġġetti għall-istess regoli jew għal regoli li jixtiebhu;

41.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ regolazzjoni Ewropea għad-derivati; u jistieden lill-Kummissjoni biex kemm jista’ jkun tikkoordina l-azzjonijiet tagħha mas-sħab tal-Ewropea, sabiex tintlaħaq regolazzjoni kemm jista’ jkun konsistenti u kkoordinata internazzjonalment; jenfasizza l-importanza li jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju minħabba koordinazzjoni mhux adegwata;

42.

Jitlob biex jiġu appoġġjati l-inizjattivi tal-industriji u biex il-valur tagħhom jiġi rikonoxxut ġaladarba, f’xi każijiet, jistgħu jkunu adegwati daqs azzjoni leġiżlattiva u jistgħu jissupplimentawha;

43.

Jitlob għal approċċ ta’ koeżjoni fi ħdan l-Ewropa biex tiġi sfruttata s-saħħa ta’ kull ċentru finanzjarju u biex tittieħed l-opportunità offruta minn din il-kriżi biex nagħmlu pass ‘il quddiem fl-integrazzjoni u l-iżvilupp ta’ suq finanzjarju Ewropew effiċjenti;

44.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposti leġiżlattivi għal istanzi tal-ikklerjar u repożitorji kummerċjali sa minn nofs l-2010 u li kemm jista’ jkun malajr tiddiskuti d-dettalji tekniċi mal-istituzzjonijiet kollha fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE, b’mod partikolari mal-awtorità leġiżlattiva magħmula mill-Kunsill u l-Parlament, fi stadju bikri;

45.

Jilqa’ b’sodisfazzjoni l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposti leġiżlattivi dwar is-CDS;

46.

Jenfasizza l-importanza li tiġi evalwata regolarment l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni futura, f’kooperazzjoni mal-parteċipanti kollha tas-suq, u li dawn it-testi regolatorji jiġu adattati fejn ikun meħtieġ;

47.

Jitlob li din ir-riżoluzzjoni tiġi implimentata mill-aktar fis possibbli;

48.

Jinnota li għall-kummerċ tal-kommoditajiet u tal-prodotti agrikoli, imma wkoll għaċ-ċertifikati tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jeħtieġ li jkun żgurat li s-suq jaħdem b’mod trasparenti u li l-ispekulazzjoni titrażżan; jitlob, f’dan il-kuntest, li tiġi eżaminata l-possibilità li jiġu stabbiliti limiti massimi marbuta mar-riskji għal prodotti individwali;

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lill-BĊE.


(1)  ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/24


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Internet tal-Oġġetti

P7_TA(2010)0207

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-Internet tal-Oġġetti (2009/2224(INI))

2011/C 236 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, fit-18 ta’ Ġunju 2009, dwar l-Internet tal-Oġġetti – Pjan ta’ Azzjoni għall-Ewropa (COM(2009)0278),

wara li kkunsidra l-programm ta’ ħidma ppreżentat mill-President Spanjol tal-UE fis-27 ta’ Novembru 2009, u b'mod partikolari l-objettiv li jiġi żviluppat l-internet tal-futur,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 bit-titolu “Ninvestu illum għall-Ewropa ta’ għada” (COM(2009)0036),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ prinċipji għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-data fl-applikazzjonijiet li jużaw l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (C(2009)3200),

wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika,

wara li kkunsidra l-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku biex ikun hemm tkabbir ekonomiku iktar mgħaġġel (COM(2008)0800),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Iżvilupp dwar Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015 ue (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0154/2010),

A.

billi jitqies l-iżvilupp mgħaġġel tal-internet matul l-aħħar 25 sena u dan l-iżvilupp huwa previst li jkompli kemm rigward id-distribuzzjoni – bl-estensjoni tal-“broadband” – kif ukoll applikazzjonijiet ġodda,

B.

billi l-Internet tal-Oġġetti kapaċi jilħaq l-aspettattivi tas-soċjetà u taċ-ċittadini u billi hija meħtieġa riċerka biex wieħed jifhem x'inhuma dawk l-aspettattivi u fejn is-sensittivitajiet u t-tħassib għall-privatezza u l-informazzjoni personali jistgħu jimblukkaw l-applikazzjonijiet,

C.

billi titqies l-importanza tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT) fil-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali, tat-tkabbir ekonomiku u biex jiġu stimulati r-riċerka, l-innovazzjoni u l-kreattività fost il-korpi pubbliċi u privati Ewropej,

D.

billi l-UE għandha bżonn ta’ qafas komuni ta’ referenza biex tfassal u ssaħħaħ regoli dwar il-governanza tas-sistema, il-kunfidenzjalità, is-sigurtà tal-informazzjoni, il-ġestjoni etika, ir-rispett tal-ħajja privata, il-ġbir u l-ħżin ta’ data personali u l-informazzjoni għall-konsumaturi,

E.

billi t-terminu “Internet tal-Oġġetti” jirreferi għall-kunċett ġenerali tal-oġġetti (kemm artefatti elettroniċi u oġġetti għall-użu ta’ kuljum) li jistgħu jinqraw, jiġu indirizzati, li jistgħu jinstabu u/jew jiġu kontrollati mill-bogħod permezzz tal-Internet,

F.

billi titqies l-evoluzzjoni mistennija tal-Internet tal-Oġġetti matul is-snin li ġejjin, li u għalhekk teħtieġ governanza sigura, trasparenti u multilaterali,

G.

billi l-internet tal-futur se jmur lil hinn mill-fruntieri tradizzjonali tad-dinja virtwali preżenti minħabba rabta mad-dinja tal-oġġetti fiżiċi,

H.

billi jitqiesu l-vantaġġi u l-għadd akbar ta’ applikazzjonijiet li jinvolvu t-teknoloġiji tal-RFID u teknoloġiji oħra relatati mal-Internet tal-Oġġetti fil-livell ta’ “bar codes” u tal-istrixxi manjetiċi, li jista' jkollhom interface ma’ netwerks oħra – bħal netwerks tal-mowbajls – kif ukoll l-evoluzzjonijiet mistennija meta tkun inħolqot l-interface ma’ sensuri li jkejlu affarijiet bħall-ġeolokalizzazzjoni (eż. is-sistema satellitari Galileo), it-temperatura, id-dawl, il-pressjoni u l-forza tal-gravità; billi l-introduzzjoni taċ-ċipep RFID fuq skala kbira għandha twassal għal tnaqqis kbir fl-ispiża unitarja tagħhom kif ukoll fin-nefqa tal-apparati li jaqraw,

I.

billi t-teknoloġija RFID tista' tkun ikkunsidrata bħala katalista u aċċelleratur għall-iżvilupp ekonomiku tal-industrija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

J.

billi t-teknoloġija tal-RFID u teknoloġiji oħra marbuta mal-IoT diġà qed ikunu applikati fis-setturi tal-produzzjoni, tal-loġistika u tal-katina tal-provvista, qed joffru vantaġġi rigward l-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-prodotti u għandhom potenzjal interessanti għall-iżviluppi li din it-teknoloġija tipprevedi f'ħafna setturi oħra, bħal dawk tas-saħħa, tat-trasport u tal-effiċjenza tal-enerġija, tal-ambjent, tan-negozju u tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar,

K.

billi, bħas-sistemi kollha tas-saħħa elettronika, it-tfassil, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistemi li jippermettu l-RFID jeħtieġu l-involviment dirett ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa, pazjenti u kumitati relevanti (pereżempju dwar protezzjoni tad-data u etika),

L.

billi t-teknoloġija tal-RFID tista' tgħin sabiex titkabbar l-effiċjenza tal-enerġija u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra u tista' toffri kalkolu dwar il-karbonju fuq il-livell tal-prodott,

M.

billi jitqiesu l-vantaġġi li tista' ġġib it-teknoloġija tal-RFID u teknoloġiji oħra marbuta mal-IoT liċ-ċittadini f'termini ta’ kwalità tal-ħajja, sigurtà u benesseri, sakemm l-aspetti marbutin mal-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali jiġu mmaniġġjati b'mod korrett,

N.

billi hemm il-ħtieġa għal standards ta’ komunikazzjoni li huma sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija li huma ffukati fuq is-sigurtà u l-privatezza u qed jużaw protokolli kompatibbli jew identiċi fi frekwenzi differenti,

O.

billi l-oġġetti kollha tal-ħajja tagħna ta’ kuljum (il-biljetti tat-trasport, il-ħwejjeġ, it-telefon ċellulari, il-karozzi, eċċ.) fl-aħħar mill-aħħar kollha se jkollhom ċippa RFID, li se tikkostitwixxi f'qasir żmien importanza ekonomika ewlenija meta jiġu kkunsidrati l-applikazzjonijiet vasti tagħha,

P.

billi jitqies il-fatt li l-Internet tal-Oġġetti jippermetti li jitqiegħdu fin-netwerk biljuni ta’ magni kapaċi li jikkomunikaw u jinteraġixxu bejniethom permezz tat-teknoloġija mingħajr wajers flimkien ma’ protokolli loġiċi u fiżiċi li jindirizzaw, billi l-Internet tal-Oġġetti għandu jippermetti, permezz ta’ sistemi ta’ identifikazzjoni elettronika u ta’ tagħmir mobbli mingħajr wajers, l-identifikazzjoni b'mod dirett u mingħajr ambigwità tal-entitajiet diġitali u l-oġġetti fiżiċi sabiex tkun tista' tinkiseb, tinħażen, tiġi ttrasferita u pproċessata b'mod kontinwu d-data assoċjata magħhom,

Q.

billi l-proċess ta’ minjaturizzazzjoni tal-prodotti użati fl-Internet tal-Oġġetti jinvolvu sfidi teknoloġiċi, bħal biex jiddaħħlu l-elettronika, is-sensuri u s-sistema ta’ alimentazzjoni u trażmissjoni tal-RFID f'ċippa li ma tkunx akbar minn ftit millimetri,

R.

billi jekk fil-ġejjieni ċ-ċipep RFID (l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju) se jkollhom użu f'applikazzjonijiet aktar vasti, din it-teknoloġija tqajjem kwistjonijiet ġodda rigward il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikulari minħabba l-fatt li dawn huma totalment inviżibbli jew kważi inviżibbli,

S.

billi l-istandards tal-industrija huma importanti ħafna, billi l-istandardizzazzjoni tal-RFID għandha bżonn titjieb u billi l-mandat tal-istandards tal-RFID assenjat b'mod konġunt lis-CEN u lill-ETSI (Organizzazzjonijiet tal-Istandards Ewropej) fl-2009 għalhekk se jikkontribwixxu għal prodotti u servizzi aktar innovattivi bl-użu tal-RFID,

T.

billi huwa importanti li ċ-ċittadini Ewropej ikunu konxji ta’ teknoloġiji ġodda u tal-applikazzjonijiet tagħhom, inkluż l-impatt soċjali u ambjentali tagħhom, u biex jiġu promossi l-litteriżmu diġitali u l-ħiliet elettroniċi tal-konsumaturi,

U.

billi l-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti għandu jkun inklusiv u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE, u għandu jiġi appoġġat minn politiki effettivi li għandhom l-għan li jeliminaw id-differenza diġitali fi ħdan l-UE u billi aktar ċittadini jiġu mogħnija b'ħiliet elettroniċi u għarfien tal-ambjenti diġitali tagħhom,

V.

billi l-benefiċċji tal-Internet tal-Oġġetti marbuta mat-teknoloġiji għandhom jiġu msaħħa permezz ta’ sigurtà effettiva li hija karatteristika essenzjali ta’ kwalunkwe żvilupp li jirriskja li jipperikola d-data personali u l-fiduċja tal-pubbliku f'dawk li għandhom informazzjoni dwarhom,

W.

billi l-impatt soċjali tal-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti mhuwiex magħruf, u jista' jkabbar id-differenza diġitali attwali jew joħloq oħra ġdida,

1.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u fil-prinċipju japprova l-linji ġenerali tal-pjan ta’ azzjoni għall-promozzjoni tal-Internet tal-Oġġetti;

2.

Huwa tal-opinjoni li d-diffużjoni tal-Internet tal-Oġġetti tippermetti titjib fl-interazzjoni bejn in-nies u l-oġġetti u bejn l-oġġetti stess, li tista' twassal għal benefiċċju enormi għaċ-ċittadini tal-UE jekk tirrispetta s-sigurtà, il-protezzjoni tad-data u l-privatezza;

3.

Jaqbel mal-Kummissjoni li tagħti importanza lis-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza taċ-ċittadini u l-governanza tal-Internet tal-Oġġetti, minħabba li r-rispett tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, flimkien mat-trasparenza u l-interoperabbiltà, huma l-uniċi mezzi għall-IoT biex jikseb aċċettazzjoni soċjali usa'; jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-partijiet interessati Ewropej u internazzjonali kollha biex jittrattaw it-theddid relatat mas-sigurtà ċibernetika; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet internazzjonali eżistenti kollha tas-sigurtà ċibernetika, inkluża l-Konvenzjoni dwar ir-Reati Ċibernetiċi tal-Kunsill tal-Ewropa;

4.

Jemmen bis-sħiħ li l-protezzjoni tal-privatezza tikkostitwixxi valur bażiku u li l-utenti kollha għandu jkollhom kontroll fuq id-data personali tagħhom; għalhekk jitlob li d-Direttiva għall-Protezzjoni tad-Data tiġi adattata fid-dawl tal-ambjent diġitali attwali;

5.

Japprezza l-fatt li l-Kummissjoni qed tirreaġixxi fi żmien xieraq għall-iżviluppi l-ġodda f'dan is-settur biex b'hekk is-sistema politika tkun tista' tistabbilixxi regoli fi stadju bikri biżżejjed;

6.

Jenfasizza li prekundizzjoni għall-promozzjoni tat-teknoloġija hija l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali biex isaħħu r-rispett għal valuri fundamentali u għall-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza;

7.

Jenfasizza li kwistjonijiet dwar is-sigurtà u l-privatezza għandhom jiġu indirizzati mill-istandards futuri li għandhom jiddefinixxu karatteristiċi differenti tas-sigurtà biex jipprovdu servizzi ta’ kunfidenzjalità, ta’ integrità jew ta’ disponibilità;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkoordina x-xogħol tagħha dwar l-Internet tal-Oġġetti max-xogħol kollu tagħha dwar l-aġenda diġitali;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tmexxi evalwazzjoni tal-impatt dwar l-użu tal-infrastruttura attwali tan-netwerk tal-“Internet” għall-applikazzjonijiet u l-ħardwer tal-Internet tal-Oġġetti, f'termini ta’ konġestjoni tan-netwerk u ta’ sigurtà tad-data, sabiex jiġi determinat jekk l-applikazzjonijiet u l-ħardwer tal-Internet tal-Oġġetti humiex kumpatibbli u xierqa;

10.

Huwa tal-opinjoni li fis-snin li ġejjin, l-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti u tal-applikazzjonijiet tiegħu se jkollu impatt ewlieni fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Ewropej u fuq id-drawwiet tagħhom, u dan se jwassal għal firxa wiesgħa ta’ tibdiliet ekonomiċi u soċjali;

11.

Jemmen li huwa meħtieġ li jinbena Internet tal-Oġġetti inklusiv, li mill-bidunett jevita r-riskju – kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak reġjonali – ta’ żvilupp, firxa u użu mhux ugwali ta’ teknoloġiji tal-Internet tal-Oġġetti; jinnota li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tikkunsidrax biżżejjed dawn il-kwistjonijiet li idealment għandhom jiġu trattati qabel ma l-Internet tal-Oġġetti jiġi żviluppat aktar;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni fil-kuntest tal-ippjanar tal-ICT u l-Internet tal-Oġġetti; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw il-kofinanzjament għall-implimentazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji u proġetti oħra tal-ICT f'reġjuni bħal dawn sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tagħhom u tiġi evitata l-esklużjoni tagħhom minn proġetti Ewropej komuni;

13.

Jenfasizza li, waqt li l-użu taċ-ċipep RFID jista' jkun effikaċi fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar, il-ħtif ta’ trabi mis-swali tal-maternità u l-identifikazzjoni tal-annimali, kif ukoll f'firxa ta’ oqsma oħra, iċ-ċipep jistgħu wkoll ikunu ta’ periklu u joħolqu kwistjonijiet etiċi għaċ-ċittadini u għas-soċjetà, u għalhekk jeħtieġ li jinstabu salvagwardji xierqa kontrihom;

14.

Jenfasizza l-importanza tal-istudju tal-effetti soċjali, etiċi u kulturali tal-Internet tal-Oġġetti, fid-dawl tat-trasformazzjoni potenzjalment estensiva taċ-ċivilizzazzjoni li tiġi kkawżata minn dawn it-teknoloġiji; huwa għalhekk tal-opinjoni li huwa importanti li r-riċerka soċjoekonomika u d-dibattitu politiku dwar l-Internet tal-Oġġetti jmorru id f'id mar-riċerka teknoloġika u mal-avvanzi tagħha, u jitlob lill-Kummissjoni biex twaqqaf panil ta’ esperti li jmexxi studju fid-dettall ta’ dawn l-aspetti u jipproponi qafas etiku għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji u applikazzjonijiet relatati;

15.

Josserva li t-teknoloġija tal-RFID u teknoloġiji oħra marbuta mal-Internet tal-Oġġetti użati għat-tikkettjar intelliġenti tal-prodotti u l-oġġetti għall-konsum, u għal sistemi ta’ komunikazzjoni bejn oġġetti u persuni, tista' tintuża kullimkien u hija fil-prattika inviżibbli u silenzjuża; għalhekk jitlob li fil-futur, din it-teknoloġija tkun soġġetta għal evalwazzjonijiet iktar dettaljati min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea rigward b'mod partikolari:

l-impatt tar-“radiowaves” u mezzi oħra li jippermettu l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji fuq is-saħħa;

l-impatt taċ-ċipep u tar-riċiklaġġ tagħhom fuq l-ambjent;

il-privatezza u l-fiduċja tal-utent;

ir-riskji miżjuda dwar is-siġurtà ċibernetika;

il-preżenza ta’ ċipep intelliġenti fi prodotti speċifiċi;

id-dritt għas-“silenzju taċ-ċipep” li jipprovdi awtorizzazzjoni u kontroll tal-utent;

il-garanziji għall-pubbliku rigward il-protezzjoni matul il-ġbir u l-ipproċessar tad-data personali;

l-iżvilupp ta’ struttura u infrastruttura addizzjonali ta’ netwerk għall-applikazzjonijiet u l-ħardwer tal-Internet tal-Oġġetti;

l-iżgurar tal-aqwa protezzjoni possibbli għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE minn kwalunkwe tip ta’ attakki ċibernetiċi onlajn;

l-impatt ta’ kampijiet elettromanjetiċi fuq l-annimali, b'mod partikolari l-għasafar fil-bliet;

l-armonizzazzjoni ta’ standards reġjonali;

l-iżvilupp ta’ standards teknoloġiċi miftuħin u l-interoperabbiltà bejn sistemi differenti;

u, jekk ikun meħtieġ, li tkun soġġetta għal regolamentazzjoni speċifika fil-livell Ewropew;

16.

Jenfasizza li l-konsumaturi għandhom id-dritt għall-privatezza b'għażla opt-in u/jew privatezza integrata fil-programm, b'mod partikolari permezz tal-użu ta’ komponenti li huma diżattivati awtomatikament fil-ħin tal-bejgħ, sakemm il-konsumaturi jaqblu espliċitament mod ieħor; f'dan ir-rigward jinnota l-opinjoni maħruġa mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; jinnota li l-privatezza u s-sigurtà jridu jitqiesu mill-aktar stadju bikri possibbli waqt l-iżvilupp u t-tħejjija ta’ kwalunkwe teknoloġija tal-Internet tal-Oġġetti; jenfasizza li l-applikazzjonijiet RFID għandhom jitħaddmu b'konformità mar-regoli tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar id-dritt taċ-ċittadini li jagħżlu prodotti li ma jkunux mgħammra bl-Internet tal-Oġġetti jew li jagħżlu li, meta jridu, ikunu jistgħu jaqtgħu il-konnessjoni minn mal-ambjent marbut man-netwerk tagħhom;

17.

Jinnota li filwaqt li tags tal-RFID passiva huma limitati fid-distanzi li jkopru, it-tags tal-RFID attiva jistgħu jittrażmettu data fuq distanzi ħafna akbar; jisħaq f'dan ir-rigward fuq il-fatt li jridu jitfasslu linji gwida ċari għal kull tip individwali ta’ RFID;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara l-kwistjoni dwar lil min tappartieni d-data miġbura awtomatikament u interpretata minn magni u dwar min għandu l-poter li jiddisponi minnha;

19.

Jistieden lill-manifatturi biex jiżguraw id-dritt għas-“silenzju taċ-ċipep” billi jaraw li t-tags tal-RFID ikunu jistgħu jitneħħew jew inkella jkunu jistgħu jintfew mingħajr diffikultà mill-konsumatur wara l-bejgħ; jisħaq fuq il-fatt li l-konsumaturi jridu jkunu infurmati dwar il-preżenza ta’ tags tal-RFID passiva jew attiva, il-firxa li fiha l-qari huwa possibbli, it-tip ta’ data maqsuma – jew irċevuta jew trażmessa – mill-apparat u l-użu ta’ dik id-data, u li din l-informazzjoni trid tkun immarkata b'mod ċar fuq kull pakkett u mniżżla f'iżjed dettall fi kwalunkwe dokumentazzjoni;

20.

Jitlob lill-operaturi tal-applikazzjoni RFID biex jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw li d-data ma tirrelatax ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli permezz ta’ xi mezz li jista' jintuża jew minn operatur tal-applikazzjoni RFID jew minn xi persuna oħra, ħlief f'każ li tali data tkun ipproċessata f'konformità mal-prinċipji u r-regoli legali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data;

21.

Jenfasizza li, sakemm iċ-ċippa li tkun fil-prodotti mibjugħin ma jkollhiex applikazzjonijiet maħsubin lil hinn mill-punt tal-bejgħ, din għandha tkun mgħammra b'apparat tekniku inkorporat fil-fabbrikazzjoni tagħha, u li jkun jiggarantixxi n-newtralizzazzjoni tagħha u jillimita wkoll il-konservazzjoni tad-data;

22.

Jemmen li l-konsumaturi għandhom jingħataw l-għażla opt-in jew opt-out għall-Internet tal-Oġġetti, inkluża l-abilità ta’ opt-out għat-teknoloġiji individwali tal-Internet tal-Oġġetti mingħajr ma jieqfu jaħdmu applikazzjonijiet jew mezzi oħra fit-totalità tagħhom;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-ogħla livell possibbli tas-sigurtà tal-mezzi u l-iktar sistemi ta’ trażmissjoni sikuri li għandhom jiġu inklużi fit-teknoloġiji kollha tal-Internet tal-Oġġetti għall-prevenzjoni ta’ frodi u sabiex ikunu permessi mezzi proprji għall-awtentiċità u l-awtorizzazzjoni tal-identità; jinnota l-potenzjal għal frodi tal-identifikazzjoni u tal-prodott billi jiġu kklownjati tags tal-Internet tal-Oġġetti u billi tiġi interċettata data maqsuma; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura l-iżvilupp ta’ sistema trasparenti tal-Internet tal-Oġġetti li tqis l-aspetti li ġejjin b'mod partikolari:

l-aċċenn espliċitu għall-preżenza tal-mezzi li jippermettu l-identifikazzjoni u t-traċċabilità;

il-miżuri ta’ sigurtà li jiżguraw li l-utenti awtorizzati biss jista' jkollhom aċċess għad-data;

il-possibilità mogħtija lill-konsumaturi u lill-awtoritajiet li jassenjaw sabiex ikunu jistgħu jiċċekkjaw il-leġibilità tad-data u l-funzjonament tas-sistema;

24.

Iqis li hija prijorità li jiġu żgurati qafas regolatorju globali u skadenzi preċiżi fil-livell Ewropew biex jiġu stimulati u faċilitati l-investimenti pubbliċi u privati fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti u tan-netwerks intelliġenti li jinħtieġu għall-appoġġ tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda;

25.

Jinnota li filwaqt li l-RFIDs huma importanti, teknoloġiji oħra jiffurmaw ukoll parti mill-Internet tal-Oġġetti; jenfasizza li r-riċerka dwar kwistjonijiet ta’ finanzjar u governanza għandha wkoll tirrigwarda dawn it-teknoloġiji;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-użu tal-applikazzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti għall-avvanz ta’ numru ta’ inizjattivi kurrenti tal-UE bħal pereżempju “ICT għall-effiċjenza fl-enerġija”, “miters intelliġenti”, “ittikkettjar tal-enerġija”, “prestazzjoni tal-enerġija tal-bini” u “protezzjoni minn prodotti mediċinali u prodotti oħra ffalsifikati”;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-theddidiet ġodda possibbli li jirriżultaw mill-vulnerabilità ta’ sistemi li għandhom ħafna interkonnessjonijiet;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel iktar sforzi biex tiżgura li t-teknoloġiji relatati mal-Internet tal-Oġġetti jkunu jinkludu r-rekwiżiti tal-utent (pereżempju l-għażla li tiġi skonnettjata l-funzjoni tat-traċċabilità) u jkunu jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi; ifakkar, f'dan il-kuntest, fir-rwol prinċipali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) biex tiżgura s-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni u, konsegwentement, tal-Internet tal-Oġġetti, li se jgħin sabiex jissaħħu l-aċċettazzjoni u l-fiduċja fost il-konsumaturi;

29.

Huwa tal-opinjoni li l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda u t-tħaddim attwali u l-potenzjal tan-negozju tal-Internet tal-Oġġetti se jimxu id f'id mal-fiduċja li l-konsumaturi Ewropej se juru fis-sistema, u jindika li l-fiduċja tkun preżenti meta jiġu kjarifikati t-theddidiet potenzjali għall-privatezza u s-saħħa;

30.

Jenfasizza li din il-fiduċja għandha tkun ibbażata fuq qafas legali ċar, inklużi regoli li jirregolaw il-kontroll, il-ġbir, l-ipproċessar u l-użu ta’ data miġbura u trażmessa mill-Internet tal-Oġġetti u t-tipi ta’ kunsens meħtieġa mill-konsumaturi;

31.

Jemmen li l-Internet tal-Oġġetti jinkorpora ħafna benefiċċji għan-nies b'diżabilitajiet u jista' jirrappreżenta mezz li bih jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ u li bih jingħataw servizzi ta’ kura assertivi; jenfasizza f'dan il-kuntest li bl-għajnuna ta’ din it-teknoloġija, persuni għomja jew bi problemi fil-vista jistgħu jesperjenzaw l-ambjent tagħhom aħjar permezz tal-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ għajnuna; madankollu, jenfasizza li jeħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-privatezza, l-iffaċilitar tal-installazzjoni u l-operazzjoni kif ukoll il-provvista tal-informazzjoni dwar servizzi bħal dawn lill-konsumaturi;

32.

Jisħaq fuq il-fatt li spejjeż li jirriżultaw – bħall-konsum tal-elettriku tal-applikazzjoni u t-tħejjija tal-affarijiet – iridu jkunu trasparenti għall-konsumatur;

33.

Iqis li l-Internet tal-Oġġetti u l-proġetti ICT b'mod ġenerali jeħtieġu kampanji ta’ informazzjoni mifruxa sabiex iċ-ċittadini jkollhom spjegazzjoni tal-iskop tal-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza li l-għoti ta’ informazzjoni u edukazzjoni lis-soċjetà dwar l-użi potenzjali u l-benefiċċji ċari ta’ prodotti bħall-RFID huma kruċjali sabiex il-proġett jiġi evitat milli jinftiehem ħażin u milli jfalli biex jiġbed l-appoġġ taċ-ċittadini; jenfasizza li sabiex isir użu sħiħ tal-Internet tal-Oġġetti, kemm għal benefiċċju individwali kif ukoll għal dak komuni, l-utenti għandhom ikunu mgħallma u provduti b'ħiliet elettroniċi meħtieġa biex jifhmu dawn it-teknoloġiji l-ġodda, u jkunu motivati u kapaċi jagħmlu użu xieraq minnhom;

34.

Jinnota li l-Internet tal-Oġġetti se jwassal għall-ġbir ta’ ammonti tassew kbar ta’ data; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għall-adattament ta’ Direttiva Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tad-data miġbura u trażmessa mill-Internet tal-Oġġetti;

35.

Jemmen li prinċipju ġenerali għandu jiġi adottat fis-sens li t-teknoloġiji tal-Internet tal-Oġġetti għandhom jiġu ddisinjati b'tali mod li jinġabar u jintuża biss ammont assolutament minimu ta’ data meħtieġa sabiex titwettaq il-funzjoni tagħhom u sabiex jiġi evitat milli jinġabar data supplimentari;

36.

Jitlob għal ammont sinifikanti ta’ data kondiviża mill-Internet tal-Oġġetti biex tkun anonima qabel ma tiġi trażmessa sabiex tiġi żgurata l-privatezza;

37.

Ifakkar lill-Kummissjoni li f'partijiet oħra tad-dinja, u b'mod partikulari fl-Ażja, qed isir progress aktar mgħaġġel f'dan is-settur u li jeħtieġ li matul it-tfassil tar-regoli applikabbli fis-sistema politika kif ukoll meta jiġu stabbiliti r-regoli li jirregolaw l-istandards tekniċi tal-Internet tal-Oġġetti, jiġi adottat approċċ proattiv u tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib mal-kumplament tad-dinja;

38.

Jenfasizza li, biex tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea, jaqbel li jsir investiment fit-teknoloġiji l-ġodda tal-informatika u tal-komunikazzjoni bħala mezz biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u li jippermetti l-aċċess għal sistemi u applikazzjonijiet ġodda għal numru dejjem jikber ta’ ċittadini u impriżi Ewropej; jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fl-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-internet; jipproponi li l-baġit tal-UE għar-riċerka tal-ICT jirdoppja u li l-baġit għall-użu tal-ICT jiżdied b'erba' darbiet iktar fil-Perspettiva Finanzjarja li jmiss;

39.

Jenfasizza li r-riċerka se jkollha rwol ewlieni sabiex toħloq kompetizzjoni bejn il-fornituri ta’ kapaċitajiet ta’ komputazzjoni li hija meħtieġa sabiex l-applikazzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti jiffunzjonaw f'ħin reali;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm u żżid il-finanzjament tal-proġetti ta’ riċerka tas-Seba' Programm ta’ Qafas fil-qasam tal-Internet tal-Oġġetti, bil-għan li jissaħħaħ is-settur Ewropew tal-ICT, u japprova l-użu tal-Programm ta’ Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività biex titħeġġeġ id-diffużjoni tal-ICT; speċjalment, jitlob għall-iżvilupp ta’ proġetti pilota li jista' jkollhom effett pożittiv immedjat fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Ewropej fl-oqsma tas-saħħa elettronika, tat-tagħlim elettroniku, tal-kummerċ elettroniku, tal-aċċessibilità elettronika, u tal-effiċjenza tal-enerġija; madankollu jinsab imħasseb dwar il-burokrazija assoċjata mal-Programm ta’ Qafas u jitlob lill-Kummissjoni biex teliminaha billi terġa' tfassal il-proċessi tal-Programm ta’ Qafas u toħloq bord tal-utenti;

41.

Jemmen li l-Internet tal-Oġġetti għandu potenzjal kbir fir-rigward tal-iżvilupp tal-ekonomija u tal-produzzjoni, tat-titjib tal-kwalità tas-servizzi u tal-ottimizzazzjoni tas-sistemi loġistiċi u tal-ktajjen tad-distribuzzjoni, tal-ġestjoni tal-inventarju u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda fil-qasam tal-impjieg u tal-impriżi;

42.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta kwalunkwe impatt li jista' jkollha l-istrateġija proposta tagħha fuq il-produttività u l-kompetittività tal-impriżi Ewropej fis-suq internazzjonali.

43.

Jemmen li l-Internet tal-Oġġetti jista' jikkontribwixxi biex il-flussi tal-kummerċ bejn l-UE u pajjiżi terzi jiġu ffaċilitati permezz tal-espansjoni tas-swieq u s-sigurtà tal-garanziji tal-kwalità għall-prodotti kkummerċjati;

44.

Jenfasizza li, min-naħa l-waħda, it-teknoloġiji RFID jippermettu lill-industriji Ewropej li jikkontrollaw il-volum ta’ prodotti fiċ-ċirkolazzjoni (jiġifieri l-produzzjoni sseħħ biss meta jeħtieġ u, konsegwentement, jitħares l-ambjent) u, min-naħa l-oħra, joffru mezzi effettivi għall-ġlieda kontra l-piraterija u l-iffalsifikar, peress li se jkun possibbli li jiġu traċċati l-prodotti kkonċernati;

45.

Iqis li, bl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda fil-proċessi tal-produzzjoni, se tiżdied l-effiċjenza tar-riżorsi u l-prodotti għall-konsum se jkunu iżjed kompetittivi fis-suq;

46.

Jenfasizza li djalogu internazzjonali intensiv u pjanijiet ta’ azzjoni konġunti huma meħtieġa fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti. Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-effetti tal-Internet tal-Oġġetti fuq il-kummerċ internazzjonali;

47.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tissorvelja u tevalwa l-bżonn għal spettri armonizzati addizzjonali għal raġunijiet speċifiċi tal-Internet tal-Oġġetti, billi jitqiesu l-karatteristiċi u kapaċitajiet differenti ta’ diversi frekwenzi elettromanjetiċi, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex meta jkunu se jiġu stabbiliti l-objettivi ta’ koordinazzjoni u ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni permezz tal-Programmi Multiannwali dwar Politika tal-Ispettru tar-Radju tikkunsidra l-ħtiġijiet tal-Internet tal-Oġġetti; jenfasizza li tali spettri għandhom jibqgħu ta’ sjieda pubblika u li l-użu tagħhom għandu jkun regolat b'tali mod li jħeġġeġ u jgħin l-iffinanzjar ta’ aktar riċerka u żvilupp teknoloġiku f'dan il-qasam; jemmen li spettri mhux illiċenzjati għandhom jippermettu li jkun hemm l-użu ta’ teknoloġiji u servizzi ġodda (użu ta’ netwerk mingħajr wajers) sabiex titrawwem l-innovazzjoni;

48.

Jenfasizza l-periklu tal-inċertezza legali fil-każ ta’ “cloud computing”;

49.

Huwa tal-opinjoni li l-involviment fil-livelli politiċi kollha (UE, nazzjonali u reġjonali) huwa prerekwiżit essenzjali għall-iżvilupp u l-użu effettiv tal-Internet tal-Oġġetti; jenfasizza r-rwol ewlieni li se jkollhom l-awtoritajiet u l-bliet reġjonali u lokali fl-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti billi jiżguraw li jmur lil hinn mill-aspett purament privat; ifakkar ukoll li l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jagħmlu użu estensiv mill-Internet tal-Oġġetti, bħal pereżempju fl-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku, il-ġbir tal-iskart, il-kalkolu tal-livelli tat-tniġġis u l-immaniġġjar tat-traffiku; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsulta lil-livelli politiċi kollha fix-xogħol tagħha fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti fi spirtu ta’ governanza fuq diversi livelli;

50.

Jinnota li l-informazzjoni provduta mit-teknoloġiji tal-Internet tal-Oġġetti trid tkun traċċabbli, verifikabbli u li tista' tkun ikkoreġuta fil-każ li sistema bbażata fuqha jkollha xi ħsara; jenfasizza li ladarba dawn it-teknoloġiji huma inkorporati f'sistemi ta’ sikurezza, bħal pereżempju l-kontroll tat-traffiku u r-regolazzjoni tat-temperatura, informazzjoni ħażina tista' tpoġġi l-ħajjiet f'riskju;

51.

Jenfasizza li teknoloġiji ġodda huma kruċjali sabiex jiġu ssimplifikati sistemi ta’ trasport, jiżdiedu l-kwalità u l-effiċjenza tat-trasport, jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti u jiġu ffaċilitati kurituri ekoloġiċi, u li l-RFID tista' toffri mezzi innovattivi sabiex jitwettqu operazzjonijiet kummerċjali filwaqt li jitjieb is-sodisfazzjon tal-konsumatur;

52.

Huwa tal-opinjoni li l-użu tal-Internet tal-Oġġetti f'konnessjoni man-natura jista' jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi billi tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija u għalhekk ukoll il-protezzjoni ambjentali, kif ukoll għal titjib fir-relazzjoni bejn l-ICTs u n-natura;

53.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel minn kollox biex tistabbilixxi normi internazzjonali komuni għall-istandardizzazzjoni tal-RFID u teknoloġiji oħra tal-Internet tal-Oġġetti u tal-applikazzjonijiet tagħhom bl-għan li jiġu ffaċilitati l-interoperabilità u infrastruttura trasparenti u teknoloġikament newtrali; jenfasizza li, mingħajr standards ċari u rikonoxxuti bħal ma huma t-TCP5/IP6 fid-dinja tal-internet, it-tixrid tal-Internet tal-Oġġetti lil hinn mis-soluzzjonijiet tal-RFID ma jistax jilħaq skala globali;

54.

Japprova l-proposta li tiġi adottata kemm jista' jkun malajr il-verżjoni 6 tal-Protokoll tal-Internet (IPv6) li fil-futur se tkun il-bażi għall-espansjoni u s-simplifikazzjoni tal-internet;

55.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li, fl-2010, tippreżenta komunikazzjoni dwar is-sigurtà, ir-rispett tal-privatezza u dwar il-fiduċja fis-soċjetà tal-informatika; jisħaq fuq l-importanza ta’ din il-komunikazzjoni u tal-miżuri proposti bil-għan li jissaħħu r-regoli rigward l-aspetti tas-sigurtà tal-infomazzjoni, tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data personali; jitlob lill-Kummissjoni biex tinvolvi b'mod attiv il-partijiet interessati kollha, inklużi l-ENISA u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

56.

Jemmen fl-importanza li wieħed jiżgura li d-drittijiet fundamentali kollha – mhux il-privatezza biss – jiġu protetti fil-proċess tal-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti;

57.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet għax-xogħlijiet u r-responsabilitajiet tal-aġenziji amministrattivi pubbliċi, leġiżlattivi u tal-infurzar tal-liġi fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti;

58.

Jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem bir-reqqa għall-applikazzjoni korretta tar-regolamenti Ewropej diġà adottati f'dan il-qasam, u biex tippreżenta, sa tmiem is-sena, kalendarju għal-linji gwida li biħsiebha tipproponi fil-livell tal-UE biex jissaħħu s-sikurezza tal-Internet tal-Oġġetti u l-applikazzjonijiet tal-RFID;

59.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tniedi djalogu soċjali fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti, biex tiġi provduta informazzjoni dwar l-effetti pożittivi u negattivi tat-teknoloġiji l-ġodda fuq il-ħajja ta’ kuljum; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex timpenja ruħha f'konsultazzjoni proattiva mas-settur Ewropew tal-industrija, u biex tħeġġu jkollu rwol prinċipali fid-disinn u l-proposti ta’ teknoloġiji innovattivi, standardizzati u interoperabbli;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), safejn huwa adegwat, fil-pjan ta’ azzjoni tal-Internet tal-Oġġetti;

61.

Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex taġġornah b'mod regolari dwar l-iżviluppi tad-djalogu li qed isir mal-operaturi tas-settur u mal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll dwar l-inizjattivi li biħsiebha tieħu;

62.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità ta’ tnaqqis ulterjuri fl-ispejjeż tar-roaming tad-data;

63.

Jenfasizza li l-governanza tal-Internet tal-Oġġetti għandha żżomm il-burokrazija f'livelli minimi u tassoċja lill-partijiet interessati relevanti kollha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u għalhekk jitlob għal regolament proprju u adegwat fil-livell tal-UE;

64.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, flimkien mas-sħab tal-kummerċ tagħha, tikkontribwixxi b'mod attiv għad-definizzjoni u t-twaqqif ta’ prinċipji u regoli għall-governanza tal-Internet tal-Oġġetti f'forums internazzjonali bħal ma hija l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara liema aspetti tal-governanza tal-Internet hija tħoss li hemm bżonn li jiġu rregolati bħalissa fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti u liema sistema tista' tiżgura l-interess pubbliku ġenerali;

66.

Għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza l-kwistjonijiet marbuta mal-governanza tal-Internet tal-Oġġetti bl-għajnuna tal-operaturi tas-settur; iqis, barra minn hekk, bħala essenzjali li jiġu analizzati l-aspetti marbuta mas-sistemi tas-sikurezza tal-Wi-Fi;

67.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  2009/2225(INI), rapport Del Castillo, A7-0066/2010.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/33


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Il-Governanza tal-Internet: il-passi li jmiss

P7_TA(2010)0208

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-governanza tal-internet: il-passi li jmiss (2009/2229(INI))

2011/C 236 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Il-Governanza tal-Internet: il-passi li jmiss” (COM(2009)0277),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Il-protezzjoni tal-Ewropa mill-attakki ċibernetiċi u t-tfixkil fuq skala kbira: titjib fit-tħejjija, is-sigurtà u r-reżistenza” (COM(2009)0149),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ottubru 1998 dwar il-globalizzazzjoni u s-soċjetà tal-informazzjoni: il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni internazzjonali msaħħa (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2001 dwar l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-internet - kwistjonijiet ta’ politika Ewropea u internazzjonali 1998-2000 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2001 dwar l-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss: il-ħtieġa ta’ inizjattiva ta’ riċerka tal-UE (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2005 dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2005 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-istampa fit-Tuneżija u l-evalwazzjoni tas-Samit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni fit-Tuneżija (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar il-liberà tal-espressjoni fuq l-internet (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2008 dwar it-tieni Forum dwar il-Governanza tal-Internet, li sar f'Rio de Janeiro bejn it-12 u l-15 ta’ Novembru 2007 (7),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2009 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertajiet fundamentali fuq l-internet (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7–0185/2010),

A.

billi l-internet huwa mezz globali kritiku ta’ komunikazzjoni b'impatt kbir ħafna fuq is-soċjetà sħiħa,

B.

billi l-governanza tal-internet tinvolvi aspetti relatati mal-protezzjoni u l-garanzija tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aċċess għall-internet u l-użu tal-internet u l-vulnerabilità tiegħu għal attakki ċibernetiċi, eċċ.,

C.

billi l-kriminalità ċibernetika qed toħloq theddida dejjem ikbar għas-soċjetajiet li jiddependu fuq l-ICT, u billi l-inċitament għat-twettiq ta’ attakki terroristiċi, ir-reati bbażati fuq il-mibegħda, u l-pedopornografija żdiedu u qed jipperikolaw l-individwi inklużi t-tfal,

D.

billi l-intersezzjoni bejn il-kriminalità ċibernetika, il-ġurisdizzjoni tal-internet u l-“cloud computing” bħala aspett emerġenti tal-governanza tal-internet fil-livell Ewropew hija ta’ importanza kbira,

E.

billi l-aspetti tal-governanza tal-internet jikkonċernaw l-aspetti tal-internet u kwistjonijiet oħra l-biċċa l-kbira tekniċi, li fihom huma attivi entitajiet bħall-Internet Corporation for Assigned Names and Numbers (ICANN), l-Internet Assigned Numbers Authority (IANA), l-Internet Engineering Task Force (IETF), ir-Reġistri Reġjonali tal-Internet u oħrajn,

F.

billi, b'rabta mal-governanza tal-internet, is-settur privat sal-lum kellu rwol prevalenti u pożittiv; billi, madankollu, ir-rwol tal-korpi pubbliċi għandu jissaħħaħ meta tiġi definita l-istrateġija globali,

G.

billi l-gvernijiet għandhom rwol importanti fir-rigward aspetti usa' ta’ governanza fid-difiża tal-interess pubbliku, b'mod partikulari biex jiġu mħarsa u ggarantiti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll rigward is-sigurtà, l-integrità u r-reżistenza tal-internet, filwaqt li s-settur privat għandu rwol kruċjali fil-provvediment tal-investiment, il-kompetenza u l-inizjattiva imprenditorjali neċessarji,

H.

billi l-Forum dwar il-Governanza tal-Internet (IGF) kif ukoll għadd ta’ fora nazzjonali u reġjonali oħra huma spazji importanti għad-djalogu dwar il-politika tal-internet bejn il-partijiet interessati,

I.

billi l-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra għandhom impenn dejjiemi lejn l-internet bħala wirt pubbliku dinji miftuħ,

1.

Iqis li l-internet huwa wirt pubbliku dinji u għaldaqstant il-governanza tiegħu għandha titwettaq fl-interess komuni;

2.

Jirrikonoxxi li l-internet hu essenzjali biex jiġu eżerċitati b'mod prattiku l-libertà tal-espressjoni, id-diversità kulturali, il-pluraliżmu tal-midja, iċ-ċittadinanza demokratika, kif ukoll l-edukazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni, biex b'hekk jikkostitwixxi wieħed mill-vetturi prinċipali għall-propagazzjoni tal-valuri demokratiċi fid-dinja kollha;

3.

Ifakkar li l-internet sar għodda indispensabbli għall-promozzjoni tal-inizjattivi demokratiċi, id-dibattitu politiku, il-litteriżmu diġitali u t-tixrid tal-għarfien; ifakkar li l-aċċess għall-internet jiggarantixxi u jiddependi mill-eżerċizju ta’ għadd ta’ drittijiet fundamentali ewlenin li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għalihom, ir-rispett tal-ħajja privata, il-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-kelma, il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà tal-istampa, il-fehma u l-parteċipazzjoni politika, in-nondiskriminazzjoni, l-edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika; jenfasizza li l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati fil-livelli kollha għandhom għalhekk ir-responsabilità ġenerali li jagħtu s-sehem tagħhom biex jiggarantixxu li kulħadd ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu li jipparteċipa fis-soċjetà tal-informazzjoni - b'mod partikulari l-anzjani, li jaffaċċjaw aktar problemi biex jiffamiljarizzaw irwieħhom mat-teknoloġiji l-ġodda - waqt li fl-istess ħin jittrattaw l-isfidi paralleli tal-illitteriżmu elettroniku u tal-esklużjoni demokratika fl-era elettronika;

4.

Jenfasizza speċjalment il-bżonn li tissaħħaħ l-evoluzzjoni ta’ approċċ “minn isfel għal fuq” u tad-demokrazija elettronika, filwaqt li jiġi garantit li jitwaqqfu salvagwardji sinifikanti kontra forom ġodda ta’ viġilanza, kontroll u ċensura minn atturi pubbliċi jew privati, sabiex il-libertà ta’ aċċess għall-internet u l-ħarsien tal-ħajja privata jkunu reali u mhux illużorji;

5.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi protett u promoss il-wirt kulturali Ewropew, anke permezz tal-internet; hu tal-fehma li l-Internet għandu rwol vitali fit-tqanqil tal-innvovazzjoni u t-tnaqqis tad-distakk diġitali fl-Ewropa, soċjali u kulturali fil-kuntest ta’ nħawi oħra tad-dinja; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tifhem l-importanza li jitnaqqas id-“distakk diġitali” u l-kwistjonijiet ta’ żvilupp involuti fil-governanza tal-internet; iqis, madankollu, li wieħed irid jiffoka wkoll fuq il-ħafna ċittadini ta’ età avvanzata kemm fid-dinja żviluppata u kemm f'dik li għadha qed tiżviluppa, li ta’ spiss iħossuhom abbandunati f'din id-dinja onlajn ġdida; jinnota li l-internet jista' jkun għodda effikaċi għall-inklużjoni soċjali u li ċ-ċittadini tagħna ta’ età avvanzata jridu jiġu inklużi; iħeġġeġ biex tittieħed azzjoni għall-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar l-użu tar-riżorsi offruti mill-Internet u l-għażla tal-kriterji ta’ kif għandhom jintużaw dawk ir-riżorsi;

6.

Jirrikonoxxi li l-użu dejjem jikber tal-internet miċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-kumpaniji u l-awtoritajiet ifisser li din l-għodda ta’ komunikazzjoni saret waħda mill-elementi fundamentali tat-twettiq tas-suq intern fl-UE; jisħaq f'dan ir-rigward fuq il-ħtieġa ta’ ħarsien xieraq tal-konsumaturi u tad-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-internet; jenfasizza wkoll li d-drittijiet u l-libertajiet ċivili tal-utenti tal-internet għandhom ikunu ggarantiti; jirrikonoxxi l-importanza tal-internet bħala mezz ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi;

7.

Jenfasizza li l-governanza tal-internet għandha tiffaċilita l-kummerċ elettroniku u t-tranżazzjonijiet transkonfinali billi tiddeċentralizza r-rwoli awtoregolatorji, speċjalment meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ dħul għal kompetituri ġodda;

8.

Jitlob aċċess u żvilupp aktar faċli tal-internet fl-Istati Membri l-ġodda, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, u f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, permezz ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea; jitlob ukoll biex dawn il-pajjiżi jkollhom influwenza akbar fit-tfassil tal-politika dwar il-governanza tal-internet;

9.

Iqis li, biex jitħares l-interess tal-UE li l-internet jinżamm bħala wirt pubbliku dinji, il-governanza tal-internet għandha tkun ibbażata fuq mudell wiesa' u bilanċjat bejn is-settur pubbliku u dak privat, li jevita d-dominanza minn entità individwali jew minn grupp ta’ entitajiet u tentattivi mill-istat jew minn awtoritajiet supranazzjonali biex jikkontrollaw il-fluss ta’ informazzjoni fl-internet, filwaqt li jaġixxi ma’ proċessi ta’ għadd ta’ partijiet interessati fir-rigward tal-governanza tal-internet li jkompu jipprovdu mekkaniżmu effikaċi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni globali;

10.

Jenfasizza li l-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, kif imfissra fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huma valuri ewlenin u għanijiet aħħara tal-Unjoni Ewropea; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-attivitajiet kollha marbuta mal-governanza tal-internet jikkonformaw ma’ dawn il-valuri u l-għanijiet, b'mod partikulari f'dawk il-fora dinjin ta’ governanza tal-internet li fihom jieħdu sehem pajjiżi li l-valuri tagħhom huma differenti ferm minn dawk tal-Ewropa; iqis li, fl-interess li jiġi evitat kunflitt, għandu jiżdied id-djalogu internazzjonali ma’ dawn il-pajjiżi fil-qasam tar-regolamentazzjoni tal-internet;

11.

Iqis li l-gvernijiet għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet li huma vitali għall-politika globali dwar l-internet minħabba li t-tmexxija mis-settur privat jeħtieġ li tkun ibbażata fuq ir-rispett tal-prinċipji tal-politika pubblika u l-leġiżlazzjoni eżistenti u jaderixxu wkoll mal-prinċipju tan-nonintervent, ħlief meta jkun meħtieġ f'ċirkustanzi straordinarji, u li anki f'dak il-każ l-intervent tagħhom għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-prinċipju tal-proporzjonalità;

12.

Iqis li l-gvernijiet għandhom jevitaw li jinvolvu rwieħhom fil-ġestjoni ta’ kuljum tal-internet, iżommu lura milli jfixklu l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni b'regolamentazzjoni bla bżonn, ta’ piż u restrittiva u ma jippruvawx jikkontrollaw lil dik li hija, u għandha tibqa', proprjetà pubblika globali;

13.

Jistieden lill-gvernijiet biex ma jimponux restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-internet permezz ta’ ċensura, imblukkar, filtrazzjoni jew b'mod ieħor, kif ukoll biex ma jitolbux lil entitajiet privati jagħmlu dan; jinsisti fuq is-salvagwardja ta’ internet miftuħ, fejn l-utenti jkunu jistgħu jaċċessaw u jqassmu informazzjoni jew iħaddmu applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom kif jipprovdi l-qafas regolatorju riformat tal-komunikazzjoni elettronika;

14.

Jenfasizza li kwalunkwe restrizzjoni li titqies bħala indispensabbli għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ f'soċjetà demokratika, għandha tkun ibbażata fuq il-liġi, u għandha tkun effikaċi u proporzjonata; jisħaq fuq il-fatt li l-protezzjoni tal-minorenni għandha tkun iggarantita, u jistieden lill-Istati membri biex huma wkoll jieħdu miżuri, pereżempju bl-użu tas-sistema ta’ notifika fl-interess pubbliku skont id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE, id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar id-drittijiet tal-utenti (Id-Direttiva dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini) (9) sabiex il-minorenni jkunu jistgħu jużaw l-internet u s-servizzi ta’ informazzjoni onlajn b'mod responsabbli, u biex jittejjeb il-livell ta’ għarfien ta’ theddid potenzjali minn servizzi ġodda;

15.

Jitlob li jkun hemm aktar inizjattivi għat-tisħiħ tal-esplorazzjoni b'aktar sikurezza tal-internet mit-tfal, sabiex jixxerrdu l-aħjar prattiki fid-dinja, u biex tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kontenut onlajn ta’ ħsara u illegali, b'mod partikulari fir-rigward tal-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet;

16.

Iqis ukoll il-ħtieġa speċjali li l-persuni vulnerabbli jitħarsu, partikolarment il-minorenni, permezz ta’ azzjoni konġunta minn partijiet interessati pubbliċi u privati; itenni l-fatt li fil-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika u l-pornografija tat-tfal, il-kontenut kriminali għandu jitħassar fis-sors qabel ma jitqies li jiġu mblokkati s-siti elettroniċi;

17.

Iqis li, apparti l-prinċipji ta’ governanza stipulati mill-Kummissjoni, il-gvernijiet għandhom jimplimentaw ukoll il-prinċipji li ġejjin:

(i)

it-trasparenza, l-multilateraliżmu, id-demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali li jissodisfaw l-istandards tal-UE;

(ii)

ir-rispett għal natura miftuħa, interoperabbli, teknoloġikament newtrali u “end-to-end” tal-infrastruttura tal-internet,

(iii)

ir-responsabilità pubblika esterna tal-entitajiet tas-settur privat li jimmaniġġjaw ir-riżorsi globali tal-internet fuq bażi ta’ kuljum,

(iv)

il-promozzjoni tal-governanza tal-internet globali, permezz tal-interazzjoni mal-proċessi ta’ għadd ta’ partijiet interessati u l-inkuraġġiment ulterjuri tagħhom, filwaqt li tiġi indirizzata wkoll il-ħtieġa li tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

(v)

il-protezzjoni tal-integrità tal-internet globali u l-libertà tal-komunikazzjoni billi jevitaw kwalunkwe miżura reġjonali, bħalma hi r-revoka tal-indirizzi IP jew tal-ismijiet tad-dominju f'pajjiżi terzi;

18.

Jenfasizza li l-UE għandha tiżviluppa l-implimentazzjoni, permezz tal-kunsens, tal-prinċipji fundamentali tal-governanza tal-internet u tiddefendiha bil-qawwa fil-fora internazzjonali u fir-relazzjonijiet bilaterali;

19.

Jilqa' l-aspetti tal-governanza tal-internet tal-“Istrateġija ta’ Granada” tal-Presidenza Spanjola, u d-dispożizzjonijiet tar-rapport Parlamentari dwar Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu (10) dwar it-tfassil ta’ Karta Ewropea tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Konsumaturi fl-ambjent diġitali u l-iżvilupp tal-“Ħames Libertà” li tippermetti ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kontenut u l-għarfien;

20.

Jinnota l-“internet Policy 3.0” il-ġdida tal-Gvern Amerikan, imħabbra fl-24 ta’ Frar 2010;

21.

Jenfasizza li l-UE għandha tindirizza tliet kwistjonijiet kritiċi tal-politika pubblika:

(i)

il-ħarsien tal-infrastruttura tal-internet biex jitħarsu l-ftuħ, id-disponibilità, is-sigurtà u r-reżistenza għall-attakki ċibernetiċi,

(ii)

id-dipendenzi Ewropej fuq soluzzjonijiet tas-suq dominanti u r-riskji assoċjati tas-sigurtà pubblika, u

(iii)

il-ħarsien tad-dejta u l-privatezza, l-aktar fir-rigward tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmi internazzjonali effettivi għas-soluzzjoni ta’ tilwimiet; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għall-adattament tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta għall-ambjent diġitali attwali;

22.

Jistieden lill-Istati Membri biex, b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastruttura tal-internet kontra theddidiet u inċidenti permezz ta’ approċċ armonizzat tal-UE u billi jiġi kkompletat it-twaqqif ta’ timijiet nazzjonali ta’ rispons għall-emerġenzi u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejniethom;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex tiżdied is-sigurtà tal-ispazju ċibernetiku fi ħdan l-UE kif ukoll biex tipparteċipa b'mod adegwat fil-kooperazzjoni internazzjonali dwar din il-kwistjoni u jenfasizza l-bżonn ta’ approċċ ta’ għadd ta’ partijiet interessati sabiex jiġi pprovdut fehim u sensibilizzazzjoni aħjar fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-kriminalità ċibernetika u l-“cloud computing”, imsejjes fuq bażi ta’ livell ugwali u t-twaqqif ta’ obbligi u responsabilitajiet ċari għal kull parti interessata;

24.

Jenfasizza l-importanza tas-sigurtà tas-servizzi elettroniċi, speċjalment tal-firem elettroniċi, u tal-bżonn tal-ħolqien tal-Infrastruttura Ewlenija Pubblika (PKI) fil-livell Pan-Ewropew, u jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf Gateway tal-Validazzjoni tal-Awtoritajiet Ewropej sabiex tiżgura interoperabilità transkonfinali għal firem elettroniċi u sabiex iżżid is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet li jsiru permezz tal-internet;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida ċara lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx u ma implimentawx il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kriminalità Ċibernetika sabiex l-Istati Membri kollha jkunu involuti fi sforz ta’ kooperazzjoni kontra l-kriminalità ċibernetika u l-ispam, għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-utenti u għall-iżgurar tal-ispazju ċibernetiku tal-Unjoni Ewropea kontra kull tip ta’ delitt jew reat; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kriminalità Ċibernetika;

26.

Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu li tippermetti l-iżvilupp ta’ bażi għal kooperazzjoni internazzjonali kontra l-użu terroristiku tal-internet fil-forma ta’ attakki fuq skala kbira fuq u permezz ta’ sistemi tal-kompjuter li jheddu s-sigurtà nazzjonali, is-sikurezza pubblika jew il-benesseri ekonomiku;

27.

Barra minn hekk jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu favur sigurtà u stabilità ikbar tal-internet permezz ta’ miżuri mmirati biex iżidu d-diversità tan-netwerks u tas-sistema permezz tal-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni, l-istandards tal-UE u l-politika ta’ akkwist, kif ukoll billi:

(i)

jappoġġjaw il-ħidma tal-ICANN fuq is-sigurtà u l-istabilità tas-sistema tal-ismijiet ta’ dominju,

(ii)

jappoġġjaw il-ħidma f'fora internazzjonali bħalma huma l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp u l-Kunsill tal-Ewropa dwar oqfsa leġiżlattivi u koordinament nazzjonali mtejba;

28.

Jenfasizza li s-suċċess tan-netwerks soċjali, flimkien mal-kapaċitajiet tekniċi tal-internet f'dak li jirrigwarda l-memorja u trattament tad-dejta, qed iqajjem problemi dwar iż-żamma tad-dejta u l-użu tad-dejta arkivjati; jiddeplora l-fatt, f'dan ir-rigward, li għalissa għad m'hemm l-ebda “dritt għan-nisi” fuq l-internet;

29.

Jisħaq fuq il-bżonn li jinstab bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tal-privatezza tal-utenti u r-reġistrazzjoni tad-data personali;

30.

Jiddeplora l-fatt li l-użu dejjem jikber tan-netwerks tal-internet għadu ma jimxix id f'id ma’ regoli li lill-utenti jħalluhom jimmaniġġjaw id-dejta personali li jqiegħdu f'dawk in-netwerks;

31.

Josserva li ġestjoni trasparenti u responsabbli tal-internet jista' jkollha rwol importanti fis-sorveljanza tal-mod kif is-search engines jittrattaw l-informazzjoni globalment;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta biex testendi l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (11) biex jinkludu l-ksur tal-protezzjoni tad-dejta u tal-privatezza, u jistieden lill-Kunsill biex jawtorizza li jsiru negozjati bil-għan li jintlaħaq ftehim internazzjonali li jippermetti li jkun hemm rimedju effettiv għal individwi tal-UE f'każ ta’ ksur tad-drittijiet tagħhom, skont il-liġi tal-UE, għall-protezzjoni tad-dejta u għall-privatezza;

33.

Isostni l-promozzjoni tal-prinċipju “privacy by design” li permezz tiegħu r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-privatezza u tad-data għandhom jiddaħħlu kemm jista' jkun malajr fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda, b'hekk liċ-ċittadini jiġi garantit ambjent sikur u ta’ użu faċli għaċ-ċittadini;

34.

Jinnota li ċ-ċertifikazzjoni ta’ sigurtà tal-websajts qed issir neċessarja biex trawwem iktar fiduċja fil-konsumaturi sabiex jaċċessaw l-informazzjoni u s-servizzi onlajn;

35.

Jenfasizza li l-istituzzjonijiet, entitajiet u l-Istati Membri tal-UE għandhom jikkoordinaw l-approċċ tagħhom għall-governanza tal-internet fl-entitajiet Internazzjonali li jindirizzawha, bħalma hi l-ICANN u l-entitajiet konsultattivi tagħha, inkluż il-Government Advisory Committee (GAC);

36.

Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) fil-ħolqien ta’ spazju ta’ informazzjoni Ewropew uniku; jinnota li l-ENISA jista' jkollha rwol importanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-indirizzar u r-reazzjoni għall-problemi ta’ sigurtà tal-informazzjoni u tan-netwerk, u jilqa' l-proposta li l-Kummissjoni se tippreżenta biex timmodernizza l-ENISA;

37.

Jenfasizza l-bżonn ta’ żieda ulterjuri fl-effikaċja tal-ENISA billi:

jiġu identifikati l-prijoritajiet ta’ riċerka, f'livell Ewropew, fl-oqsma ta’ flessibilità tan-netwerking u fis-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, u jiġu offruti għarfien dwar il-ħtiġijiet tal-industrija lill-istituzzjonijiet ta’ riċerka potenzjali;

tinġibed l-attenzjoni ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għat-teknoloġiji l-ġodda f'oqsma relatati mas-sigurtà;

jiġu żviluppati fora għall-qsim ta’ informazzjoni u jingħata appoġġ lill-Istati Membri;

38.

Jenfasizza li l-appoġġ tal-ENISA huwa ffukat fuq Stati Membri bi bżonnijiet partikolari u jirrakkomanda li l-ENISA tkompli tiżviluppa fora għall-qsim ta’ informazzjoni bejn Stati Membri u oħrajn;

39.

Iqis li l-Kummissjoni għandha rwol ċentrali fit-tnedija u l-koordinazzjoni tal-aspetti kollha relatati mal-organizzazzjoni interna tal-UE biex tiżgura approċċ koerenti tal-UE, inkluż fir-rigward tal-IGF;

40.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tibni kapaċità għal rappreżentanza ġenwina tas-soċjetà ċivili Ewropea f'fora internazzjonali tal-governanza tal-internet u f'organizzazzjonijiet jew konsorzji tal-istandards tal-internet;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ approċċ koerenti u komprensiv tal-UE fl-IGF u f'laqgħat oħra dwar il-governanza tal-internet, billi, fi żmien sostanzjalment qabel dawn il-laqgħat, tippreżenta abbozz ta’ dokument ta’ pożizzjoni tal-UE lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għad-dibattitu;

42.

Jappoġġja t-tkomplija u l-iżvilupp tal-mudell tal-IGF fuq livell globali, reġjonali – inkluż il-EuroDIG – u nazzjonali, billi jinżammu l-karatteristiċi ewlenin tiegħu bħala proċess ta’ għadd ta’ partijiet interessati mhux vinkolanti, u filwaqt li jibqa' bħala fora miftuħa għad-djalogu u għall-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-gvernijiet, is-soċjetà ċivili u s-settur privat u forma ġdida ta’ parteċipazzjoni demokratika;

43.

Jisħaq fuq l-importanza li l-atturi Asjatiċi jiġu kkooptjati fit-taħditiet dwar il-governanza tal-internet, waqt li titqies in-natura speċifika tas-suq Asjatiku;

44.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li anke l-konsumaturi finali jiġu involuti fil-proċess biex jinħoloq mudell ta’ governanza, waqt li titqiegħed l-enfasi fuq il-koperazzjoni bejn l-universitajiet u d-dinja tal-impriżi fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali;

45.

Jirrakkomanda li l-IGF jittejjeb billi:

(i)

tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-iffinanzjar tal-parteċipazzjoni tagħhom,

(ii)

tiżdied il-viżibilità fil-mezzi ta’ komunikazzjoni,

(iii)

ikun hemm organizzazzjoni aktar effiċjenti tal-laqgħat, pereżempju, billi jitnaqqas in-numru ta’ laqgħat li jsiru simultanjament, li titwaqqaf pjattaforma stabbli biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni globali, u multilingwiżmu akbar,

(iv)

jittejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-fora globali, reġjonali u nazzjonali dwar il-governanza tal-internet, u

(v)

tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali kemm permezz tal-użu tal-mezzi teknoloġiċi kollha disponibbli bħalma huma l-vidjokonferenza kif ukoll permezz tal-IPEX (Netwerk Komunitarju ta’ Skambju ta’ Informazzjoni Interparlamentari);

46.

Jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni u tal-Presidenzi ta’ Spanja u tal-Belġju fir-rigward tal-laqgħa tal-IGF ta’ Vilnjus f'Settembru 2010, u jitlob parteċipazzjoni ikbar tal-Parlament Ewropew;

47.

Jappoġġja b'mod ġenerali l-pożizzjoni favorevoli tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-mudell attwali tal-ICANN għall-immaniġġjar ibbażat fuq it-tmexxija mis-settur privat;

48.

Jirrikonoxxi li l-ICANN irnexxielha tiggarantixxi l-istabbiltà tas-Sistema tal-Ismijiet tad-Domains;

49.

Jappoġġja l-kontinwazzjoni tal-proċess li nbeda riċentement mill-ICANN biex jingħataw ismijiet tad-domain f'alfabeti differenti mill-alfabett Latin;

50.

Jitlob li jkun hemm dominju ġeneriku ġdid tal-ogħla livell għall-organizzazzjonijiet kulturali, punti ta’ bejgħ, il-midja u l-artisti, pereżempju, “.culture” jew “.art”;

51.

Jitlob għal aktar responsabilità min-naħa tal-kumpaniji privati li jirreġistraw u jqassmu l-ismijiet tad-dominji, billi dawn jagħtu servizz li s-soċjetà saret tiddependi ħafna minnu; iqis, f'dan ir-rigward, li jeħtieġ tiġi stabbilita sensiela komuni ta’ kriterji li għandhom jiġu segwiti, bil-għan li tikber it-trasparenza u biex jiġi żgurat li dawn il-kumpaniji jieħdu iktar responsabilitajiet fuq spallejhom;

52.

Jistieden lill-EURid, ir-reġistratur tad-domain.eu, biex jagħmel kampanja medjatika u onlajn, biex jippromwovi d-domain.eu fost l-Istati Membri, sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ambjent onlajn Ewropew ibbażat fuq il-valuri, il-karatteristiċi u l-politiki tal-Unjoni Ewropea;

53.

Jenfasizza l-importanza tal-GAC fil-proċess ta’ tfassil tal-politika tal-ICANN u jirrakkomanda li l-effikaċja tal-GAC tissaħħaħ fost affarijiet oħrajn permezz tat-twaqqif ta’ segretarjat b'kapaċitajiet ta’ appoġġ adegwati; u jqis li huwa importanti li kull Stat Membru tal-UE jieħu parti attiva fil-ħidma ta’ dan il-kumitat;

54.

Iqis li għandu jsir titjib fl-ICANN:

(i)

bl-introduzzjoni - matul l-analiżi tar-rendiment tal-mekkaniżmi eżistenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim (Panel Indipendenti ta’ Revizjoni u Ombudsman tal-ICANN) - ta’ mekkaniżmu alternattiv u estern għas-soluzzjoni tat-tilwim li jippermetti lill-partijiet interessati li jagħmlu reviżjoni effettiva, newtrali, f'waqtha u finanzjarjament sostenibbli, tad-deċiżjonijiet tal-ICANN,

(ii)

billi tiddaħħal gradwalment struttura ta’ finanzjament diversifikat, b'limitu massimu ta’ finanzjament minn kwalunkwe entità jew settur individwali, sabiex jiġi evitat li jkun hemm influwenza mhix xierqa fuq l-attivitajiet tal-ICANN minn kwalunkwe entità jew grupp ta’ entitajiet;

(iii)

b'rappreżentanza adegwata tal-partijiet kollha interessati fl-ICANN,

(iv)

billi jiġi żgurat li l-bord u t-tmexxija ewlenija tal-ICANN ikunu jirrappreżentaw sensiela ta’ interessi u reġjuni;

(v)

bl-użu ta’ parti raġonevoli mill-fond ta’ riżerva tagħha sabiex jingħata impetu lill-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-fora tal-governanza tal-internet (speċjalment mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw);

55.

Jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-ftehimiet tal-IANA għandhom jinkludu mekkaniżmi għar-responsabilità multilaterali, u jafferma li fil-futur l-ebda gvern individwali m'għandu jeżerċita influwenza dominanti fuq il-IANA, funzjoni li għandha tkun soġġetta għal internazzjonalizzazzjoni progressiva li twassal għal superviżjoni multilaterali;

56.

Iqis li l-“affermazzjoni tal-impenji” tal-2009 tista' tkun bażi pożittiva għall-iżvilupp ulterjuri tal-ICANN, filwaqt li jenfasizza li:

(i)

l-UE, l-aktar permezz tal-Kummissjoni, għandha jkollha rwol attiv fl-implimentazzjoni, inkluż permezz tal-bords ta’ reviżjoni u billi tiżgura li l-membri ta’ dawn il-bords ikunu indipendenti, ma jkollhom ebda kunflitti ta’ interess u jirrappreżentaw reġjuni differenti,

(ii)

b'segwitu għall-konsultazzjoni pubblika, ir-rakkomandazzjonijiet tal-bords ta’ reviżjoni għandhom ikunu implimentati mill-ICANN u, f'każ li dan ma jseħħx, għandhom jingħataw raġunijiet għal dan;

57.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapporti ta’ kull sena dwar eventi li kellhom x'jaqsmu mal-governanza organizzati waqt is-sena preċedenti, bl-ewwel rapport jingħata sa Marzu 2011;

58.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  ĠU C 104, 14.4.1999, p. 128.

(2)  ĠU C 343, 5.12.2001, p. 286.

(3)  ĠU C 27 E, 31.1.2002, p. 84.

(4)  ĠU C 133 E, 8.6.2006, p. 140.

(5)  ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 495.

(6)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 879.

(7)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 80.

(8)  Testi adottati, P6_TA(2009)0194.

(9)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2010)0133.

(11)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/41


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel

P7_TA(2010)0209

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel (2009/2227(INI))

2011/C 236 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ir-reviżjoni tal-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel” (COM(2009)0442),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “Tħejjija għall-ġejjieni tagħna: Żvilupp ta’ strateġija komuni għal teknoloġiji abilitanti essenzjali fl-UE” (COM(2009)0512),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Sħubija ġdida għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet: il-Forum tal-UE għad-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji” (COM(2009)0158) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 (1) dwar id-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji,

wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ diċembru 2009 intitolat “Towards a competitive, innovative and eco-efficient Europe – a contribution by the Competitiveness Council to the post-2010 Lisbon agenda”,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Inħarrku l-fruntieri fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) – strateġija għar-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni fl-Ewropa” (COM(2009)0184),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar l-Att tan-Negozji Żgħar (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar: Reviżjoni tal-Politika industrijali ta’ nofs it-terminu: Kontribut lejn l-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar it-twaqqif ta’ Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2008: Promoting creativity and innovation through education and training (5),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2007 dwar “It-tqegħid tal-għarfien fil-prattika: strateġija għall-innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa għall-Ewropa” (6),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Lisbona: aktar riċerka u innovazzjoni – investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: Approċċ komuni (7),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (8),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013) (9),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-privattiva tal-Komunità Ewropea (COM(2000)0412),

wara li kkunsidra l-Qafas Komunitarju għall-għajnuna statali għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (10),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Towards a more effective use of tax incentives in favour of R&D” (COM(2006)0728),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni Ewropea “Assessing Community innovation policies in the period 2005-2009” (SEC(2009)1194),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija għar-R&Du l-Innovazzjoni fil-qasam tal-ICT fl-Ewropa: Ngħollu l-mira” (COM(2009)0116),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0143/2010),

A.

billi l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha “Reviżjoni tal-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel”, ħabbret strateġija ta’ innovazzjoni riveduta fil-forma ta’ pjan ta’ azzjoni,

B.

billi din l-istrateġija ta’ innovazzjoni għall-ġejjieni għandha tkun marbuta mill-qrib mal-Istrateġija 2020 tal-UE,

C.

billi fil-Komunikazzjoni tagħha “Inħarrku l-fruntieri fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) – strateġija għar-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni fl-Ewropa”, il-Kummissjoni ħabbret strateġija ġdida għar-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni (FET) bit-tnedija ta’ inizjattivi ta’ prominenza,

D.

billi, għall-iżvilupp ta’ politika ta’ innovazzjoni Ewropea, jeħtieġ li jitqiesu t-tliet naħat tat-triangolu tal-għarfien – ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni,

E.

billi l-kapaċità tal-kumpaniji għall-innovazzjoni tiddependi fil-biċċa l-kbira mill-aċċess għal riżorsi finanzjarji adegwati u l-kriżi tal-kreditu kkawżata mill-kriżi ekonomika attwali qed thedded drastikament li tnaqqas il-kapaċità tal-kumpaniji għall-innovazzjoni, b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u medji (SMEs),

F.

billi l-innovazzjoni hija l-muftieħ biex jintlaħqu b'suċċess l-isfidi attwali kbar tas-soċjetà u tal-ambjent tal-UE u biex jitwettqu l-għanijiet politiċi strateġiċi tagħha fl-oqsma bħall-kompetittività, it-tibdil fil-klima, l-impjiegi, il-bidla demografika u soċjetà inklużiva,

G.

billi l-Unjoni Ewropea mhix se tilħaq il-miri tagħha tal-enerġija u tal-klima għall-2020, u b'mod partikolari l-mira tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra b'20 %, iżżid l-effiċjenza fl-enerġija b'20 % u tilħaq sehem ta’ mill-inqas 20 % tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli, mingħajr ma jiġu aċċellerati l-proċess tal-iżvilupp u l-applikazzjoni mifruxa tat-teknoloġiji ta’ enerġija nodfa, sostenibbli u effiċjenti; billi l-istrateġija ta’ innovazzjoni fil-ġejjieni għandha tintegra bis-sħiħ din id-dimensjoni,

H.

billi r-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u futuri (bħalma huma t-teknoloġiji quantum, it-teknoloġiji tal-ICT ispirati mill-bijoloġija u min-nanoteknoloġiji) hija katalizzatur għall-innovazzjoni permezz tal-impatt tagħha fuq il-kompetittività fit-tul, u billi hija toħloq oqsma ġodda għal kollox għall-attività ekonomika, filwaqt li tinkoraġġixxi industriji ġodda u SMEs b'teknoloġija avvanzata,

I.

billi il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji sostenibbli mhux biss huma essenzjali biex jinkisbu l-miri tal-UE fil-klima u fl-enerġija iżda ser ikunu wkoll ta’ valur tremend għall-Unjoni f'termini ta’ impjiegi fil-ġejjieni u tkabbir ekonomiku,

J.

billi distribuzzjoni inugwali tar-riżorsi skarsi tista' tostakola l-innovazzjoni; billi l-politika tal-UE dwar il-materji primi għandha tindirizza l-isfidi ewlenin fir-rigward tal-isforz biex tiżgura aċċess ġust,

K.

billi, fi żminijiet ta’ riżorsi dejjem iktar skarsi, il-promozzjoni ta’ teknoloġiji sostenibbli u effiċjenti fl-enerġija se ttejjeb is-sikurezza fil-provvista ta’ enerġija tal-UE,

L.

billi l-bidla demografika se tkun waħda mill-isfidi ewlenin tal-ġejjieni, li teħtieġ, inter alia, reazzjonijiet teknoloġiċi ġodda,

M.

billi jeħtieġ li l-UE tgħaqqad ir-riżorsi tagħha u ssaħħaħ il-forza tagħha f'dawk is-setturi tal-industrija li fihom għadha f'qagħda tajba biex tikkompeti u tiżgura l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fid-dinja kollha,

Approċċ wiesa’ għall-innovazzjoni

1.

Hu tal-fehma li jeżistu opportunitajiet għal rabtiet aktar mill-qrib bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw strateġija integrata għax-xjenza u għall-innovazzjoni;

2.

Jagħti parir lill-Kummissjoni tal-UE li l-politika futura ta’ innovazzjoni fl-UE għandha tkun wiesgħa fl-ambitu, tħaddan b'mod fundamentali l-innovazzjoni f'kull forma - mhux biss l-innovazzjoni teknoloġika (b’effett fuq il-prodotti u l-proċessi), iżda wkoll innovazzjoni amministrattiva, organizzattiva, soċjali u li tirrigwarda x-xogħol, inklużi mudelli innovattivi ġodda ta’ negozju u innovazzjonijiet fil-provvista tas-servizzi, filwaqt li jitqiesu ż-żewġ naħat l-oħra tat-triangolu tal-għarfien (ir-riċerka u l-edukazzjoni);

3.

Jenfasizza li l-ewwel u qabel kollox, l-innovazzjoni tfisser novitajiet li jindirizzaw il-bżonnijiet tal-konsumaturi u tas-suq; jitlob li, għaldaqstant, il-Kummissjoni tiżgura rikonoxximent aħjar tal-primat tad-domanda tal-konsumaturi bħala forza ta’ motivazzjoni għall-innovazzjoni; Jinnota l-fatt li biex tilqa' għall-ħolqien ta’ forom ġodda ta’ inugwaljanza fis-soċjetà, l-innovazzjonijiet fil-futur għandhom jitkejlu mhux biss f'termini tal-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi, iżda wkoll skont il-valur miżjud soċjali tagħhom;

4.

Jenfasizza l-fatt li t-tisħiħ tal-intraprendituri bħala dawk li jimbuttaw l-innovazzjoni 'l quddiem fl-Ewropa huwa prerekwiżit neċessarju għat-tħaddim effikaċi ta’ suq intern kompetittiv, ibbażat fuq it-tneħħija tal-ostakoli għall-kummerċ u livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur u koeżjoni soċjali;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi punti ta’ referenza ambizzjużi għall-innovazzjoni li jiffukaw fuq l-isfidi l-kbar tas-soċjetà u jnaqqsu l-frammentazzjoni attwali ta’ inizjattivi Ewropej differenti;

6.

Jappoġġja bil-qawwa kollha d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li teknoloġiji ewlenin u riċerka dwar teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni huma indispensabbli biex tissaħħaħ il-kompetittività mondjali tal-UE b'mod sostenibbli; jingħaqad mal-Kummissjoni fis-sejħa tagħha biex l-Istati Membri jiħqu qbil dwar l-importanza tal-użu ta’ teknoloġiji abilitanti ewlenin fl-UE; jenfasizza f'dan ir-rigward li (i) teknoloġiji abilitanti ewlenin, bħall-mikroelettronika u n-nanoelettronika, il-fotonika, il-bijoteknoloġija u n-nanoteknoloġija, (ii) materjali ġodda, u (iii) teknoloġiji ġodda u futuri jistgħu joffru potenzjal konsiderevoli għall-innovazzjoni u jistgħu jikkontribwixxu għal sistema ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u b'inqas emissjonijiet tal-karbonju;

7.

Jenfasizza li l-innovazzjoni għandha tkun imsejsa fuq l-individwu u jilqa' l-isforzi biex jiżdied id-djalogu bejn l-universitajiet u d-dinja tan-negozju, li qed jgħin sostanzjalment fil-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll l-użu aktar effikaċi ta’ għarfien li joħroġ mis-settur privat fi ħdan l-universitajiet, u biex jarrikkixxi l-materjal ta’ korsijiet akkademiċi skont il-ħtiġijiet soċjali u tan-negozju tal-lum;

8.

Jinnota li teknoloġiji abilitanti ewlenin u teknoloġiji ġodda u futuri għandhom jiġu identifikati f'kooperazzjoni mad-dinja tan-negozju, fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, inklużi l-SMEs, u li l-għanijiet tal-politika ekonomika reġjonali għandhom ukoll jiġu kkunsidrati; jistieden lill-UE biex tiżgura li l-kontribut tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli propost għall-identifikazzjoni, ir-ratifika u l-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti għal żmien qasir, medju u fit-tul b'appoġġ għal dawk it-teknoloġiji jkun ikkunsidrat;

9.

Jilqa' dawn il-miżuri ta’ politika ta’ innovazzjoni bħala miżuri li jikkomplementaw l-istrateġiji industrijali nazzjonali fil-livell Komunitarju u f'termini transsettorjali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli sejra b'dan l-approċċ;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jgħaqqdu t-tnedija tan-netwerks diġitali u tan-netwerks intelliġenti tal-ġenerazzjoni li jmiss ma’ attivitajiet ta’ innovazzjoni biex jinkiseb l-akbar benefiċċju minnhom; jenfasizza f'dan il-kuntest li għandhom ikunu pprovduti fondi suffiċjenti, inkluż mill-Fondi Strutturali;

11.

Jenfasizza li l-investiment f'netwerks tal-internet b'veloċità għolja u penetrazzjoni akbar tal-broadband huma kundizzjonijiet bażiċi għat-tixrid ta’ kisbiet innovattivi akbar u aktar effikaċi u b'hekk jitnaqqas id-distakk fl-innovazzjoni bejn ir-reġjuni tal-UE;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-politiki ta’ konverġenza dwar l-innovazzjoni biex jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri;

13.

Jappoġġa l-fatt li bħalissa l-Kummissjoni qiegħda tħejji “Att Ewropew dwar l-Innovazzjoni”, għal ħidma lejn strateġija dwar l-innovazzjoni aktar koerenti;

14.

Jenfasizza l-importanza tal-innovazzjoni ekoloġika u l-intrapriżi ħodor, li jista' jkollhom rwol importanti fir-rabta tal-politika tal-innovazzjoni mas-setturi ta’ importanza ewlenija għall-UE, u jwasslu għal vantaġġi komparattivi kbar għall-ekonomija Ewropea;

15.

Jisħaq fuq l-importanza tar-rwol tal-ekoinnovazzjoni, b'mod partikolari fil-kuntest taż-żieda fl-effiċjenza tar-riżorsi;

16.

Jenfasizza s-sehem importanti li għandhom ir-raggruppamenti (clusters) ta’ innovazzjoni eżistenti għall-politika ta’ innovazzjoni tal-ġejjieni tal-UE u jisħaq fuq il-potenzjal offrut b'mod partikolari mir-raggruppamenti tal-għarfien; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta’ żoni speċjali ta’ innovazzjoni u ta’ intrapriża qrib universitajiet, istituti ta’ riċerka u parks xjentifiċi u teknoloġiċi jitlob li tingħata kunsiderazzjoni għall-possibilitajiet ta’ qafas uniformi u simplifikat għall-fondi u l-operat għaż-żoni ta’ innovazzjoni l-ġodda;

17.

Jenfasizza li r-raggruppamenti eżistenti – inklużi dawk li f'ċerti oqsma jinsabu fuq qudddiem fid-dinja – għandhom jiġu żviluppati aktar, permezz tal-isforzi konġunti tal-UE, l-Istati Membri u r-reġjuni, sabiex ikunu jistgħu jsostnu u jibnu fuq ir-rwol tagħhom;

18.

Jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-bażi ta’ kull attività fir-rigward tal-politika ta’ raggruppamenti għandha tqis il-bżonnijiet tal-kumpaniji, inklużi dawk tal-SMEs, speċjalment dawk ta’ SMEs innovattivi, peress li l-innovazzjoni għandha rwol importanti fil-promozzjoni tal-intrapriża;

19.

Jistieden lill-entitajiet involuti fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE sabiex itejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kooperazzjoni transkonfinali bejn ir-raggruppamenti;

20.

Jenfasizza s-sehem li għandhom l-SMEs kemm bħala msieħba f'katini ta’ żieda tal-valur kif ukoll bħala fornituri individwali ta’ prodotti innovattivi;

Żieda fil-fondi tal-UE u l-użu speċifiku tagħhom għall-innovazzjoni

21.

Jitlob li jkun hemm approċċ Ewropew imsaħħaħ għall-innovazzjoni dwar il-finanzjament biex jiġu evitati l-frammentazzjoni attwali u l-ippjanar għal żmien qasir; huwa tal-fehma li l-provvista ta’ riżorsi finanzjarji adegwati hija kruċjali għall-iżvilupp tal-innovazzjoni u li l-baġit tal-UE għall-innovazzjoni, għalhekk, għandu jiżdied b'mod sostanzjali; jitlob biex dan ikun rifless fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas finanzjarju attwali u fil-proċess tal-ippjanar marbut mal-Perspettiva Finanzjarja 2014-2020; jinnota li r-regoli rigward l-eliġibilità għall-fondi tal-R & D dwar ir-riċerka u l-iżvulupp preindustrijali u/jew esperimentali għandhom jiġu riveduti fl-istess ħin; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-fondi allokati għar-riċerka u l-iżvilupp sabiex jinkiseb l-objettiv stabbilit f'Barċellona fl-2002, ta’ nefqa ta’ 3 % tal-PGD fuq ir-riċerka u l-iżvilupp sal-2010; jenfasizza l-importanza ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni fi żmien ta’ kriżi ekonomika, peress li dan l-approċċ se jtejjeb il-ħolqien ta’ impjiegi fil-ġejjieni fit-tul; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi assenjat proporzjon akbar ta’ programmi R & D għall-innovazzjoni;

22.

Huwa tal-fehma li n-nefqa tal-UE dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni għandha tiffoka fuq għanijiet bħall-għoti ta’ inċentivi għall-applikazzjoni kummerċjali tar-riżultati tar-riċerka, kif ukoll informazzjoni aktar komprensiva dwar is-sorsi u l-possibilitajiet ta’ finanzjament; jenfasizza l-importanza li tinżamm it-trasparenza u l-opportunitajiet ugwali fl-aċċess għall-fondi fuq il-bażi ta’ sejħiet miftuħa għal proposti ta’ riċerka; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-fondi strutturali biex jinċentivaw l-innovazzjoni fuq skala kbira fil-livell tal-UE; jenfasizza l-bżonn li jiġu żviluppati skemi ta’ ffinanzjar innovattivi soċjali biex wieħed jikkonċentra iktar fuq ir-redditi soċjali;

23.

Jenfasizza li, flimkien ma’ baġits akbar, huwa essenzjali li tinkiseb massa kritika; jirrakkomanda l-użu tal-akkwist pubbliku għal dan il-għan u jenfasizza, b'mod partikolari, li l-fondi għandhom ikunu diretti lejn dawk l-oqsma fejn l-effett ta’ “lieva” huwa l-akbar, bħal teknoloġiji abilitanti ewlenin u inizjattivi ta’ prominenza għal teknoloġiji emerġenti u teknoloġiji tal-ġejjieni sabiex jiġi ġġenerat valur miżjud għall-Ewropa; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn il-Programmi ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Fondi Strutturali; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-korpi differenti ta’ ġestjoni tal-FP7, is-CIP u l-Fondi Strutturali għandhom ikunu konxji mill-possibilitajiet offruti minn kull wieħed minn dawn l-istrumenti; jiddispjaċih li l-opportunitajiet għal sinerġiji eżistenti fil-finanzjament għadhom mhumiex magħrufa biżżejjed; jistieden lir-reġjuni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom biex titjieb il-komunikazzjoni f'dan ir-rigward;

24.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (IET) li ġie stabbilit biex jistimola u jwassal innovazzjoni li tkun minn ta’ quddiem fid-dinja billi jlaqqa' l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozji f'għan komuni; jenfasizza l-kontribut kbir li jista' jingħata mill-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) fl-għoti ta’ inċentivi għall-programmi ta’ innovazzjoni u r-rwol importanti li jista' jkollu f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tfassal il-baġit tal-EIT b'tali mod li jiġi żgurat li l-fondi allokati, flimkien mal-fondi minn sorsi oħra, jistgħu jiksbu l-massa kritika meħtieġa sabiex jintlaqgħu u jiġu investigati bis-sħiħ l-isfidi essenzjali li qed jiffaċċjaw is-soċjetajiet tal-UE;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ linji gwida biex jiggarantixxu l-allokazzjoni kompetittiva u l-użu fil-pront ta’ finanzjament u l-introduzzjoni ta’ skema ta’ għotjiet għal proġetti li għandhom impatt ekonomiku kbir immedjat;

26.

Jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun fost il-pijunieri fl-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-Internet u fl-applikazzjonijiet tal-ICT b'karbonju baxx; jipproponi li l-baġit tal-UE għar-riċerka fl-ICT jiġi rduppjat fil-Perspettiva Finanzjarja li jmiss;

Titjib fl-istruttura ta’ governanza tal-programmi

27.

Jenfasizza l-punt li l-politika dwar l-innovazzjoni għandha tkun ikkoordinata ma’ politiki oħra kemm tal-UE kif ukoll nazzjonali (inklużi l-politika tal-industrija, dik tal-ambjent u dik tal-konsumatur), filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-approċċi identifikati għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali u reġjonali differenti;

28.

Jiddispjaċih li l-isforzi biex jiġu ssimplifikati l-instrumenti ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE ma kinux ta’ suċċess, u li l-proċeduri għadhom wisq kumplessi u għadhom jieħdu wisq ħin, u dan ixekkel b'mod partikulari l-parteċipazzjoni tal-SMEs f'dawn il-programmi;

29.

Huwa tal-opinjoni li, fl-interess tal-faċilità tal-użu għall-utenti u t-trasparenza, huwa meħtieġ li jiġu evitati sovrapożizzjonijiet u duplikazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ, ikkawżati mill-koordinazzjoni fqira tal-livelli operazzjonali differenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk l-istrumenti ta’ għajnuna tal-UE għall-SMEs jistgħux fil-futur jingħaqdu taħt il-kappa ta’ Direttorat Ġenerali wieħed, bħad-DĠ Intrapriża; iqis li dan jagħmilhom aktar faċli biex jiġu pproġettati u jistgħu jservu ta’ “one-stop shop” għall-benefiċjarji potenzjali;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni, bl-istess mod, biex tiżgura li l-qafas regolatorju tal-UE jappoġġa l-innovazzjoni aktar milli jikkostitwixxi ostaklu għat-tibdil u li jkun hemm kooperazzjoni aktar effettiva fost is-servizzi interni u d-direttorati ġenerali u biex tqis il-kwistjonijiet marbuta mal-innovazzjoni b'mod koerenti u komprensiv; jinsisti li dan għandu jwassal għal strumenti inqas frammentati tal-UE fil-qasam tal-politika tal-innovazzjoni;

31.

Jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jikkoordinaw b'mod effikaċi l-inizjattivi tal-korpi nazzjonali responsabbli;

32.

Jinnota li l-isforzi konġunti tal-entitajiet tal-UE għandhom jimmiraw biex jeliminaw il-vojt li jeżisti bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll bejn l-istat li fih prodott ikun lest għas-suq u l-kummerċjalizzazzjoni tiegħu; jenfasizza li l-programmi ta’ qafas jeħtieġu interfaces bejniethom jew konnettività bejn il-programmi ta’ xulxin għall-miżuri marbuta mar-riċerka u mal-innovazzjoni;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa indikaturi ġodda tal-innovazzjonijiet li jkunu adattati aħjar għall-ekonomiji ta’ servizzi li kulma jmur qed ikunu bbażati iktar fuq l-għarfien, u biex tadatta dawk eżistenti, sabiex it-Tabella ta’ Valutazzjoni Ewropea għall-innovazzjoni ma tagħtix biss analiżi komparattiva tal-kapaċità għall-innovazzjoni tal-Istati Membri, iżda biex tkun tista' tidentifika wkoll is-saħħiet u l-kisbiet kif ukoll id-dgħufijiet tal-miżuri tal-UE dwar l-innovazzjoni;

34.

Jenfasizza l-importanza ta’ informazzjoni aktar komprensiva dwar il-mezzi u s-sorsi xierqa ta’ finanzjament u ta’ data affidabbli dwar forom alternattivi ta’ finanzjament, bħall-ftehimiet dwar il-liċenzji, sabiex l-impriżi jitħajru jinvestu aktar;

Inkoraġġiment għall-iffinanzjar mis-settur privat

35.

Jenfasizza li flimkien mal-iffinanzjar pubbliku għandu jiġi stimolat b'aktar qawwa l-iffinanzjar privat;

36.

Jenfasizza l-importanza li jkun hemm armonizzazzjoni aħjar għall-aċċess għall-fondi tal-UE għall-parteċipanti kollha sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-istrutturi u l-attivitajiet ta’ governanza tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti;

37.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tal-UE biex tippreżenta, flimkien mal-pjan ta’ azzjoni għall-innovazzjoni, strumenti konkreti għat-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-kumpaniji innovattivi; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jitqiesu r-rekwiżiti differenti ta’ finanzjament u l-intensità fl-innovazzjoni tal-kumpaniji matul il-fażijiet differenti inizjali u ta’ tkabbir tagħhom;

38.

Jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet li bihom kapital ta’ riskju jkun aktar faċilment disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs, u li jiġu estiżi l-Faċilitajiet ta’ Finanzjament għall-Qsim tar-Riskji tal-BEI (RSFF); jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga x'passi jistgħu jittieħdu biex jinkiseb arranġament dwar il-qsim tar-riskji li jkun aċċettabbli għall-atturi kollha involuti u b'hekk jiġi stimulat l-investiment privat fil-qasam tal-innovazzjoni;

39.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-entitajiet tal-UE rilevanti biex jiżviluppaw strumenti ta’ ffinanzjar għall-SMEs, li taw prova tal-effikaċja tagħhom, bħalma huma l-mikrokrediti, il-kapital ta’ riskju għal persuni li jfittxu li jinvestu fl-intrapriżi innovattivi, il-“business angels” li jisponsorjaw proġetti tan-negozju minn, p.e. riċerkaturi żgħażagħ, self u garanziji u biex joħolqu inċentivi fiskali, finanzjarji, kummerċjali u amministrattivi għall-investimenti, peress li dan inaqqas ir-riskju ta’ rilokazzjoni ta’ kumpaniji minħabba qafas ta’ kundizzjonijiet li ma jkunux favorevoli għall-għajnuna statali, billi dan jimmotiva l-kumpaniji biex jimpjegaw ir-riżorsi umani għal skopijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, u b'hekk tingħata spinta lill-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda;

40.

Jenfasizza l-importanza li jsir provvediment għal allokazzjoni minima ta’ fondi għall-SMEs fis-sejħiet miftuħa ppubblikati fl-inizjattivi dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fuq l-istess impenn adottat għall-FP7 (15 % tar-riżorsi fil-Programm ta’ Kooperazzjoni);

Tisħiħ tal-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-impriżi, partikolarment l-SMEs

41.

Jistieden lill-Kummissjoni, b'konformità mal-prinċipji tas-suq intern, biex tallinja r-regoli Komunitarji eżistenti dwar l-għajnuna statali b'mod li jappoġġjaw l-investiment f'teknoloġiji ġodda li huma urġentement meħtieġa biex tiżgura l-kompetittività tal-UE fuq perjodu ta’ żmien twil u bl-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fid-dinja kollha; iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jikkunsidraw l-inizjattiva dwar teknoloġiji abilitanti ewlenin filwaqt li jirrevedu r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna statali u b'hekk jagħmluha possibbli għall-Istati Membri li joħolqu sistemi ta’ inċentivi nazzjonali biex jippromwovu teknoloġiji abilitanti ewlenin;

42.

Jenfasizza l-importanza ta’ Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jissodisfaw ċerti kriterji f'termini ta’ daqs u strutturi ta’ governanza u fit-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt perjodika tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti approvati għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-kompetittività tal-industrija Ewropea;

43.

Jilqa', f'dan il-kuntest, il-fatt li l-“Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni” se jiġi rivedut fis-sena 2010;

44.

Huwa tal-fehma li promozzjoni aħjar tal-innovazzjoni għandha dejjem timxi id f'id ma’ tnaqqis fil-burokrazija li jiffaċċaw l-applikanti; jistieden lill-Kummissjoni biex telimina l-burokrazija billi terġa' tiġġenera l-proċessi tal-Programm ta’ Qafas u billi toħloq bord tal-utenti;

45.

Jistieden lill-entitajiet relevanti tal-UE biex itejbu – speċjalment għall-SMEs – il-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, speċjalment il-privattivi, peress li l-prezz u l-kwalità tagħhom huma fattur deċiżiv fl-innovazzjoni;

46.

Jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, għan-nuqqas ta’ suq intern ġenwin għall-innovazzjonijiet fl-UE, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom f'dan il-qasam, b'mod partikulari f'dak li hu qbil fil-pront dwar privattiva Komunitarja u sistema legali waħda dwar il-privattivi, u jisħaq fuq l-importanza tal-istandardizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi;

47.

Jirrakkomanda l-promozzjoni ta’ politiki moderni dwar il-Privattivi Internazzjonali li jrawmu l-innovazzjoni bħall-ġbir flimkien tal-privattivi (patent pooling), pjattaformi komuni għall-privattivi u liċenzji għal drittijiet esklużivi;

48.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-iżvilupp ta’ privattiva Komunitarja li tkun favorevoli għall-SMEs għall-ekonomija Ewropea, skont il-politiki tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni;

49.

Jinnota l-użu dejjem jiżdied tal-privattivi bħala sigurtà għall-finanzjament bankarju, iżda li l-banek sikwit ma jkollhomx l-għarfien tekniku sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw b'mod korrett il-valur tal-privattivi meta jagħtu self; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk l-UE għandhiex tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta’ standards ta’ valutazzjoni;

50.

Jenfasizza l-importanza ta’ programmi li jinkoraġġixxu lill-SMEs jagħmlu użu mill-iżviluppi teknoloġiċi u mill-istaff ta’ riċerka;

51.

Jenfasizza li t-tliet naħat tat-triangolu tal-għarfien – l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni – ma għandhomx ikunu separati; jitlob, għal dan il-għan, li ma jonqosx l-investiment fit-taħriġ u t-taħriġ ulterjuri għall-impjegati tas-sengħa, billi dan l-investiment huwa importanti ħafna minħabba l-impatt tal-kapaċità tal-innovazzjoni fuq il-kompetittività tal-UE; Jenfasizza l-bżonn li l-kundizzjonijiet għar-riċerkaturi u l-ħaddiema speċjalizzati tagħhom isiru kemm jista' jkun attraenti, u wkoll fir-rigward tal-mobilità tagħhom, biex l-UE tkun tista' tlaħħaq mal-kompetizzjoni globali; jenfasizza li din tmur flimkien mat-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tar-riċerkaturi nisa;

*

* *

52.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0187.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0100.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0226.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)  ĠU C 141, 7.6.2008, p. 17.

(6)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 455.

(7)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 640.

(8)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(10)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/48


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Il-progress sabiex jinkisbu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs): reviżjoni ta’ nofs it-terminu bħala tħejjija għal-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU f'Settembru 2010

P7_TA(2010)0210

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta’ nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU f'Settembru 2010 (2010/2037(INI))

2011/C 236 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Istati Uniti għall-Millennju tat-8 ta’ Settembru 2000,

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ Ġunju 2010, li ffukat fuq l-MDGs,

wara li kkunsidra l-impenji fir-rigward tal-volum ta’ għajnuna, tal-għajnuna lill-Afrika tas-Sub-Saħara, u tal-kwalità tal-għajnuna li ttieħdu mill-G8 fis-Samit ta’ Gleneagles tal-2005 u fil-laqgħat kollha sussegwenti tal-G8 u l-G20,

wara li kkunsidra s-samit tal-G20 li sar f'Pittsburgh bejn l-24 u l-25 ta’ Settembru 2009 u s-samit tal-G20 li sar f'Londra fit-2 ta’ April 2009,

wara li kkunsidra s-samit tal-G8 li sar L'Aquila, fl-Italja, bejn it-8 u l-10 ta’ Lulju 2009,

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp (1) u l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar il-Komplementarjetà u d-Diviżjoni tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp (2),

wara li kkunsidra l-Kunsens ta’ Monterrey, adottat fil-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjament għall-Iżvilupp li saret f'Monterrey, fil-Messiku, bejn it-18 u t-22 ta’ Marzu 2002,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta’ Akkra għall-Azzjoni,

wara li kkunsidra s-Sejħa ta’ Addis għal Azzjoni Urġenti għas-Saħħa Materna, is-Sejħa ta’ Berlin għal Azzjoni u l-Possibilitajiet Strateġiċi għall-NGOs, u li l-aħħar żewġ dokumenti msemmija ġew ippubblikati biex jikkommemoraw il-15-il Anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD/15),

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE li jistipola li “L-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2005 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (4) (“Strument ta’ Koperazzjoni għall-Iżvilupp” (SKI)),

wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat ta’ Lisbona) li jafferma mill-ġdid li l-UE għandha tiżgura l-konsistenza bejn il-politiki u l-attivitajiet tagħha, meta jitqiesu l-għanijiet kollha tagħha,

wara li kkunsidra l-Aġenda tal-ILO dwar Xogħol Deċenti u l-Patt Globali tal-ILO dwar l-Impjiegi adottati b'kunsens globali fid-19 ta’ Ġunju 2009 fil-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol,

wara li kkunsidra r-rapport ta’ Lulju 2009 imħejji mis-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju,

wara li kkunsidra r-rapport tal-UNDP (Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti) imsejjaħ “Qbiżna nofs it-triq - Il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju”, ippubblikat f'Jannar 2010,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, bit-titolu 'Pjan ta’ Azzjoni tal-UE bi tnax-il punt biex jiġu appoġġati l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju' (5),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Progress fil-Programm Ewropew għal Azzjoni kontra l-HIV/AIDS, il-Malarja u t-Tuberkolożi permezz ta’ Azzjoni Esterna (2007-2011),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Novembru 2008 dwar l-attivitajiet ta’ self esterni tal-BEI (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2006 dwar l-effettività tal-għajnuna u l-korruzzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar “l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju f'nofs it-triq” (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-4 ta’ Settembru 2008 dwar mortalità materna (9), tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-kuntratti MDG (10) u tat-25 ta’ Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u fuq il-koperazzjoni għall-iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7–0165/2010),

A.

billi t-tnaqqis u l-eradikazzjoni tal-faqar huma l-objettivi primarji tal-politika għall-iżvilupp tal-UE skont it-Trattat ta’ Lisbona, filwaqt li huma wkoll obbligu morali u fl-interess tal-UE stess għall-futur imbiegħed,

B.

billi kemm l-UE, bħala l-ikbar donatur tad-dinja, kif ukoll l-Istati Membri tagħha, għandu jkollhom rwol prinċipali fil-laqgħat ta’ Settembru dwar l-MDGs u għandhom jadottaw pożizzjoni ambizzjuża u unita li tista' taħdem bħala mutur sabiex l-MDGs jintlaħqu fiż-żmien stipulat,

C.

billi bħalissa l-UE jonqosha bejn wieħed u ieħor 20 biljun EUR biex tissodisfa l-impenji ta’ nfiq tagħha fir-rigward tal-MDGs,

D.

billi xi wħud mill-Istati Membri tal-UE qed inaqqsu l-baġits tagħhom għall-għajnuna,

E.

billi l-valur tat-tranżazzjonijiet finanzjarji globali laħaq 70 darba l-GNI (Dħul Nazzjonali Gross) dinji,

F.

billi għajnuna li ma tistax tiġi prevista tista' tkun detrimentali għall-pajjiżi riċevituri, u billi għajnuna ta’ kwalità aħjar tista' tirrilaxxa 3 biljun EUR fis-sena għal infiq għall-baġits ta’ żvilupp tal-UE u l-Istati Membri tagħha (12),

G.

billi 82 % tas-self il-ġdid mill-IMF (Fond Monetarju Internazzjonali) mar għall-pajjiżi fiż-żona Ewropea, filwaqt li l-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs) jibbenefikaw kieku jirċievu ammont akbar ta’ self ġdid mill-IMF,

H.

billi, minkejja li l-G20 huwa iktar rappreżentattiv mill-G8, in-NU tibqa' tirrappreżenta l-iktar forum inklussiv sabiex jiġu indirizzati kwestjonijiet globali ta’ governanza,

I.

billi inkonsistenzi fil-politiki tal-UE m'għandhomx ifixklu l-impatt tal-finanzjament għall-iżvilupp,

J.

billi l-flus mibgħuta mill-emigranti lura f'pajjiżhom jikkontribwixxu, tal-anqas, USD 300 biljun fis-sena għall-ekonomiji tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (13),

K.

billi, minkejja li kien hemm progress inkoraġġanti fir-rigward ta’ xi wħud mill-MDGs, it-tmien MDGs kollha, bħalissa, mhumiex iżommu mal-miri tagħhom u hija biss wirja ta’ rieda politika determinata li se tippermetti li l-MDGs jintlaħqu fil-ħames snin li fadal qabel l-iskadenza tal-2015,

L.

billi xi LDCs għadhom 'il bogħod ħafna milli jiksbu kwalunkwe MDG,

M.

billi l-kriżijiet reċenti tal-ikel u tal-fjuwil, flimkien mat-tnaqqis tal-attività ekonomika globali u t-tibdil fil-klima, wasslu għal tfixkil rigward il-progress li seħħ fl-aħħar għaxar snin fir-rigward tat-tnaqqis tal-faqar,

N.

billi s-sjieda ta’ art toħloq inċentivi għall-individwi, il-familji u l-komunitajiet biex jieħdu l-kontroll tal-iżvilupp tagħhom stess u jiżguraw is-sigurtà tal-ikel fil-livell lokali,

O.

billi l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw tista' tiswa madwar USD 100 biljun fis-sena sal-2020 (14), u t-tnaqqis fl-attività ekonomika se jiswa mill-inqas l-istess ammont (15),

P.

billi s-sitwazzjoni fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u li għandhom dħul medju għandha titqies meta jkunu qed jiġu riveduti l-MDGs, billi dawn il-pajjiżi għadhom jeħtieġu l-għajnuna fi triqithom lejn il-kisba tal-potenzjal ta’ żvilupp sħiħ tagħhom,

Q.

billi n-nazzjonijiet industrijalizzati huma prinċiparjament responsabbli għat-tibdil fil-klima u għall-kriżi finanzjarja u ekonomika,

R.

billi n-numru ta’ dawk li jaħdmu imma jibqgħu foqra u ta’ dawk li għandhom xogħlijiet vulnerabbli qiegħed dejjem jiżdied dejjem iktar,

S.

billi nuqqas ta’ paċi u sigurtà, demokrazija u stabilità politika ta’ spiss ma jippermettix li pajjiżi foqra jilħqu l-potenzjal ta’ żvilupp kollu tagħhom,

T.

billi l-korruzzjoni teqred il-produttività, toħloq instabilità u tiskoraġġixxi investiment barrani,

U.

billi flussi illegali ta’ kapital mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma stmati għal madwar USD 641 biljun sa USD 941 biljun, u dan il-fluss 'il barra jipperikola l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġġeneraw ir-riżorsi proprji tagħhom u jallokaw aktar fondi għat-tnaqqis tal-faqar (16),

V.

billi, minkejja li sar progress kbir fir-rigward ta’ xi MDGs li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa, it-tliet MDGs marbuta mas-saħħa, b'mod partikulari rigward il-mortalità materna, għad baqagħlhom ħafna biex jintlaħqu,

W.

billi 13 % tal-imwiet materni kollha fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma dovuti għal abort mhux sigur, u billi din iċ-ċifra hija ħafna aktar għolja fl-Afrika (17),

X.

billi l-finanzjament għall-ippjanar tal-familja, meta dan jitqies għal kull mara, naqas drastikament matul l-aħħar għaxar snin,

Y.

billi, anki jekk niksbu l-MDGs kollha, xorta waħda jkun għad fadal sfidi relatati mal-faqar u sofferenza f'pajjiżi fqar,

Z.

billi, jekk nonqsu milli nżommu l-wegħdiet relatati mal-MDGs tagħna, dan ikun ifisser tbatija kontinwa għal miljuni ta’ nies fqar, u dan serjament ikun ta’ dannu għall-fiduċja bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar,

I.   Finanzjament

1.

Jistenna li l-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010 jilħaq ftehim dwar pożizzjoni ambizzjuża u unita tal-UE qabel il-laqgħa tan-NU dwar l-MDGs ta’ Settembru, u li jwassal għal impenji ġodda, addizzjonali, trasparenti, li jistgħu jitkejlu u li huma mmirati lejn ir-riżultati;

2.

Jistieden lill-Istati Membri biex jilħqu l-obbligi li qablu dwarhom bħala parti mill-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp;

3.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) trid tibqa' objettiv ewlieni għall-Unjoni Ewropea; jenfasizza li t-tnaqqis tal-faqar permezz tal-kisba tal-MDGs irid jiġi rikonoxxut b'mod mhux ambigwu bħala l-qafas dominanti għall-politika tal-UE u li dan irid jiġi rifless b'mod ċar fil-politiki tal-iżvilupp rilevanti kollha, inklużi l-politika tal-kummerċ u l-proposti leġiżlattivi; jemmen li l-MDGs m'għandhomx jitqiesu bħala kwistjoni teknika li se tissolva sempliċement billi jiġu pprovduti aktar flus jew iżjed opportunitajiet ta’ kummerċ mingħajr ma jiġu identifikati u ttrattati l-kawżi fundamentali tal-faqar;

4.

Jisħaq li l-figuri li ngħataw fir-rapport riċenti tan-NU bit-titolu 'Ħsibijiet ġodda dwar il-Faqar' mhumiex biss allarmanti iżda wkoll indikazzjoni ċara li r-riskju li l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju ma jintlaħqux huwa reali;

5.

Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jżommu l-wegħdiet tagħhom ta’ għajnuna ta’ 0.7 % sa mhux iktar tard mill-2015;

6.

Jistieden lill-UE u l-Istati Membri jistabbilixxu miżuri li jtejbu r-responsabilità tagħhom għall-impenn li jagħtu 0.7 % tad-Dħul Gross Nazzjonali bħala għajnuna sal-2015, fosthom it-twaqqif ta’ proċess ta’ 'Evalwazzjoni Orizzontali tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA)' li, fi ħdan il-Kunsill għall-Affarijiet Barranin, jivvaluta l-progress lejn il-mira ta’ 0.7 % sal-2015, b'rapport lill-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew;

7.

Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jintroduċu miżuri għall-għajnuna għall-iżvilupp u joħorġu skedi multiannwali sabiex jintlaħqu l-miri tal-MDGs; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) tkun totalment trasparenti, u għalhekk jitlobha tippubblika l-ammonti li ntefqu fuq l-ODA mill-Istati Membri;

8.

Jistieden lill-UE u lill-OECD biex ma jwessgħux id-definizzjoni ta’ għajnuna għall-iżvilupp (ODA) u biex ma jniżżlux it-tħassir tad-dejn jew flussi oħra li mhumiex tal-ODA bħala nefqa għall-għajnuna;

9.

Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex b'mod attiv jinfurzaw il-liġi fuq ir-rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti, fi ħdan il-qafas tal-G20 u tan-NU, u sabiex jippromwovu trasparenza akbar, inkluż l-iżvelar sistematiku tal-profitti li jkunu saru u t-taxxi mħallsa u sistema ta’ rappurtar skont il-pajjiż sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jżommu r-riżorsi tagħhom stess għall-iżvilupp ta’ pajjiżhom;

10.

Jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) sabiex jirrevedi l-politika tiegħu dwar ċentri finanzjarji offshore fuq il-bażi ta’ kriterji aktar stretti minn dawk tal-lista tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) għad-definizzjoni ta’ ġuriżdizzjonijiet projbiti u sorveljati, u sabiex jiżgura l-implimentazzjoni tagħha u jipprovdi rapporti annwali dwar il-progress;

11.

Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-komunità internazzjonali sabiex jieħdu azzjoni biex it-trażmissjoni ta’ flus minn emigranti lura lejn pajjiżhom ma tibqax daqshekk għalja;

12.

Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jappoġġjaw l-inizjattivi tan-NU u jieħdu miżuri biex tiżdied ir-responsabilità ta’ min jislef u ta’ min jissellef fil-kuntest tat-tranżazzjonjiet sovrani tad-dejn;

13.

Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-komunità internazzjonali biex jagħmlu sforzi ġodda biex jitnaqqas il-piż tad-dejn tal-LDCs b'riżultati ta’ responsabilità, trasparenza u governanza tajba;

14.

Jistieden lill-UE biex tipprovdi fondi suffiċjenti sabiex tgħin lin-nazzjonijiet il-fqar jiġġieldu l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-kriżi ekonomika; jinsisti li dawn il-fondi jkunu ġenwinament addizzjonali għall-impenji ta’ għajnuna eżistenti;

15.

Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jimpenjaw ruħhom sabiex jallokaw, b'mod sinifikanti, iktar riżorsi għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna ta’ emerġenza skont il-Perspettiva Finanzjarja u l-Fond għall-Iżvilupp Ewropew li jmiss;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tuża l-istrumenti eżistenti tagħha ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż il-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-ENP, is-Sħubija tal-Lvant, il-GSP u l-GSP+, biex tiddefinixxi ulterjorment u timplimenta passi prattiċi bil-ħsieb li bihom tiġi ffaċilitata l-kisba tal-MDGs;

17.

Jistieden lill-Istati Membri kollha biex iżidu, b'mod sinifikanti, l-ammont ta’ għajnuna mogħtija permezz ta’ appoġġ baġitarju, b'mod partikolari permezz tal-kuntratti dwar l-MDGs, iżda jinsisti li għandhom jintlaħqu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza u kriterji essenzjali oħra u li jkun hemm iktar monitoraġġ u verifiki aħjar;

18.

Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jiżguraw li l-UE tkompli taħdem permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji eżistenti fil-livelli globali u nazzjonali flimkien mal-appoġġ baġitarju, inkluż il-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja, u permezz ta’ organizzazzjonijiet u mekkaniżmi rilevanti oħra, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet u l-komunitajiet tas-soċjetà ċivili;

19.

Jistieden lill-Istati Membri kollha biex ikomplu jtejbu l-koordinazzjoni billi jneħħu l-irbit kollu mill-għajnuna tagħhom, b'konformità mad-dikjarazzjonijiet ta’ Pariġi u ta’ Akkra, u b'hekk inaqqsu l-frammentazzjoni żejda tal-baġits tal-għajnuna, li huwa meħtieġ għall-koerenza u biex jitneħħa l-irbit mill-għajnuna; jirrikonoxxi wkoll li Stati Membri differenti jistgħu joffru għarfien espert f'bosta żoni ġeografiċi u setturi ta’ żvilupp;

II.   Koerenza tal-politika għall-iżvilupp

20.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li r-responsabilità primarja għall-ipprogrammar tal-fondi ta’ żvilupp u għall-istabbiliment ta’ prijoritajiet tibqa' fil-kompetenza tal-Kummissarju għall-Iżvilupp fl-istruttura istituzzjonali l-ġdida tal-UE;

21.

Jistieden lill-UE biex tieħu azzjoni konkreta kontra l-faqar billi tadotta politika koerenti li tkopri l-oqsma tal-kooperazzjoni għall-kummerċ u għall-iżvilupp, kif ukoll il-politiki tal-agrikoltura u tas-sajd komuni tagħha biex jiġu evitati impatti negattivi diretti jew indiretti fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

22.

Jistieden lill-UE biex tiddefendi l-prinċipju tas-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u biex tħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jikkonformaw ma’ dan il-prinċipju matul in-negozjati preżenti tad-WTO;

23.

Jemmen li l-kisba tal-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju teħtieġ miżuri li jkattru l-aċċess għar-riżorsi tal-art, l-ilma u l-bijodiversità u miżuri li jippromwovu politika ta’ appoġġ lokali għall-biedja sostenibbli fuq skala żgħira;

24.

Jistieden lill-UE sabiex teżamina l-ftehimiet tas-sajd tagħha fil-kuntest tal-iżvilupp sabiex dawn iqisu l-impatti soċjali u ekonomiċi fuq il-komunitajiet lokali, notevolment permezz ta’ appoġġ settorjali tal-UE fuq perjodu twil u mekkaniżmu li permezz tiegħu s-sidien tal-vapuri jkopru parti ġusta tal-ispejjeż ta’ aċċess għall-flotta tal-UE;

25.

Jistieden lill-UE sabiex ma tpoġġix pressjoni fuq il-pajjiżi fqar, permezz tal-politika tal-kummerċ tagħha, biex dawn jiftħu setturi tas-suq vulnerabbli meta l-livell ta’ żvilupp tagħhom jipprekludihom milli jikkompetu b'mod ġust fil-livell globali, filwaqt li ssaħħaħ l-enfasi favur il-fqar tal-politika tal-Għajnuna għall-Kummerċ tal-UE;

26.

Jistieden lill-UE biex tiġġieled għal konklużjoni f'waqtha u li tkun immirata lejn l-iżvilupp tar-Rawnd ta’ Doha tad-WTO;

27.

Jitlob biex evalwazzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima tiġi inkorporata sistematikament fl-aspetti kollha tal-politika tal-ippjanar u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi l-kummerċ, l-agrikoltura u s-sikurezza tal-ikel; jitlob li r-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni jintuża biex ikunu formulati linji ta’ gwida ċari għall-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli;

28.

Jenfasizza li hemm bżonn ta’ rispons globali effikaċi għall-problema tat-tibdil fil-klima, fejn il-pajjiżi industrijalizzati jieħdu r-responsabilità tagħhom u jkunu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-effetti tal-gassijiet b'effett ta’ serra, li jheddu l-MDGs jekk ma jiġux indirizzati;

29.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, li huma partijiet għall-Protokoll dwar l-Evalwazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni Espoo, biex jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll meta jgħinu fl-iżvilupp ta’ programmi u proġetti pubbliċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

30.

Huwa konvint li l-kummerċ jista' jkun forza b'saħħitha li tmexxi t-tkabbir ekonomiku, għalkemm il-kummerċ waħdu ma jistax isolvi l-problemi tal-iżvilupp; jemmen li l-progress bilmod tan-negozjati tar-Rawnd ta’ Doha qed jostakola l-kontribut tas-sistema tal-kummerċ internazzjonali għall-MDGs; jisħaq fuq il-fatt li konklużjoni pożittiva tar-Rawnd ta’ Doha tista' tikkontribwixxi biex ikun stabbilit pakkett ta’ stimulu ekonomiku fil-livell globali; jieħu nota tal-ħafna studji mill-UNCTAD u minn istituzzjonijiet oħrajn li juru li l-liberalizzazzjoni estensiva tal-kummerċ fil-pajjiżi l-inqas żviluppati rari wasslet għal tnaqqis kontinwu u sostanzjali tal-faqar u tat kontribut għal tnaqqis fit-termini tal-kummerċ tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikulari tal-pajjiżi Afrikani;

31.

Jisħaq fuq l-importanza tal-isforzi biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-ekonomija dinjija; itenni li l-ftuħ għall-kummerċ u l-appoġġ għall-kapaċità ta’ provvista huma elementi importanti fi kwalunkwe strateġija koerenti għall-iżvilupp u li inizjattivi għal għajnuna teknika relatata mal-kummerċ jirrappreżentaw għodda addizzjonali biex jiġu affrontati l-qerda tal-faqar u s-sottożvilupp;

32.

Ifakkar li t-titjib fil-kapaċità tal-kummerċ tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u ta’ dawk inqas żviluppati jista' jgħinhom biex jakkwistaw il-ħiliet relatati mal-kummerċ u l-infrastruttura li huma meħtieġa biex jimplimentaw u jibbenefikaw minn ftehimiet tad-WTO, ikabbru l-kummerċ tagħhom, jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet ta’ kummerċ ġodda u eżistenti, jimplimentaw ftehimiet ġodda u jadattaw ruħhom għal ambjent kummerċjali estern li qed jinbidel;

33.

Jilqa' l-inizjattivi eżistenti fil-livelli tal-UE u tad-WTO fil-qasam tal-kummerċ ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari l-inizjattiva Everything But Arms (EBA), il-GSP u l-GSP +, kif ukoll il-prinċipju tal-assimetrija u l-perjodi ta’ tranżizzjoni nnegozjati f'kull Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (EPA) eżistenti, u jitlob lill-Kummissjoni biex tikkonsolida din l-istrateġija politika; jinnota li s-sistema GSP tipprovdi aktar stabilità, prevedibilità u opportunitajiet kummerċjali għall-utenti tagħha; jinnota li preferenzi addizzjonali jingħataw (permezz tar-reġim GSP) lil pajjiżi li rratifikaw u implementaw b'mod effettiv il-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar l-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet soċjali u l-governanza tajba;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kontenut dwar l-iżvilupp fin-negozjati attwali fid-WTO u n-negozjati bilaterali dwar l-FTA;

35.

Ifakkar li l-istrateġija tal-Għajnuna għall-Kummerċ hija mmirata biex tappoġġja pajjiżi fqar u vulnerabbli biex jiżviluppaw l-infrastruttura u l-għodod ekonomiċi bażiċi li għandhom bżonn biex il-kummerċ iservi bħala forza motriċi ta’ tkabbir u żvilupp ekonomiku; jilqa' l-istqarrijiet tal-Kummissjoni li l-UE diġà laħqet il-mira tagħha li timpenja EUR2 biljuni għall-għajnuna marbuta mal-kummerċ (TRA) sal-2010, billi l-appoġġ totali għat-TRA mill-UE u l-Istati Membri tagħha laħaq EUR 2.15 biljun fl-2008 (EUR 1.14-il biljun mill-Istati Membri u EUR 1.01 biljun mill-UE) u jinnota li nkisbu riżultati importanti rigward l-Aġenda aktar wiesgħa tal-Għajnuna għall-Kummerċ – inklużi t-trasport u l-enerġija, is-setturi produttivi u l-aġġustament marbut mal-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, biex tippreżenta informazzjoni dettaljata (inklużi ċ-ċifri) dwar il-linji tal-baġit li jintużaw biex jiġu ffinanzjati l-għajnuna marbuta mal-kummerċ u l-Għajnuna għall-Kummerċ;

36.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħtu aktar attenzjoni, u appoġġ, lill-pajjiżi l-inqas żviluppati sabiex jiżdiedu l-livelli ta’ finanzjament totali tal-Għajnuna għall-Kummerċ tal-UE, li dan l-aħħar ma kellhomx żiediet sostanzjali; iqis li, minħabba li l-integrazzjoni reġjonali qed issir dejjem aktar importanti fil-kuntest tal-aġenda tal-Għajnuna għall-Kummerċ tal-UE, għandhom jissaħħu l-isforzi biex jiġu finalizzati l-pakketti tal-Għajnuna għall-Kummerċ reġjonali għall-AKP; iqis li hemm lok għal titjib fl-effikaċja tal-għajnuna billi tiżdied l-analiżi konġunta, l-istrateġiji ta’ rispons konġunti u t-twassil konġunt tal-miżuri tal-Għajnuna għall-Kummerċ;

37.

Iqis li d-dimensjoni tal-kummerċ bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar qed issir komponent tal-kummerċ dinji li qed jikber malajr u tista' ssir dejjem aktar rilevanti biex jiġi żgurat l-iżvilupp tal-ifqar pajjiżi u għandha tiġi mħeġġa u appoġġjata;

III.   Miri ta’ prijorità tal-MDGs

38.

Jistieden lill-UE biex iżżomm approċċ integrat, globali u komprensiv għall-MDGs, u tirrikonoxxi li l-għanijiet individwali u l-miri kollha huma interkonnessi, u tistabbilixxi rekwżiti minimi għall-kisba tal-qerda tal-faqar;

Saħħa u edukazzjoni

39.

Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni biex jallokaw tal-inqas 20 % tan-nefqa totali għall-iżvilupp għas-saħħa bażika u għall-edukazzjoni, biex iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Fond Globali għall-ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja, u biex iżidu l-iffinanzjar tagħhom ta’ programmi oħra maħsuba biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa, u biex jagħtu prijorità lis-saħħa materna u lill-ġlieda kontra l-mortalità fit-tfal;

40.

Jistieden lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jonfqu tal-inqas 15 % tal-baġits nazzjonali tagħhom fuq il-kura tas-saħħa u biex isaħħu s-sistemi tagħhom tal-kura tas-saħħa;

41.

Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jippromwovu aċċess liberu għas-saħħa u l-edukazzjoni;

42.

Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni biex isibu rimedju għat-tnaqqis allarmanti fil-finanzjament tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u biex jappoġġjaw politiki dwar l-ippjanar volontarju tal-familja, l-abort sikur, it-trattament ta’ infezzjonijiet trażmessi b'mod sesswali u l-forniment ta’ provvisti tas-saħħa riproduttiva li jikkonsistu fi drogi li jsalvaw il-ħajja u kontraċettivi, inkluż kondoms;

43.

Jitlob lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jindirizzaw l-MDG 5 (dwar it-titjib tas-saħħa materna), l-MDG 4 (dwar il-mortalità tat-tfal) u l-MDG 6 (dwar l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi) b'mod koerenti u olistiku, flimkien mal-MDG 3 (dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa);

44.

Jitlob li d-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiż u r-Reġjun jenfasizzaw il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, iħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jkomplu jenfasizzaw il-ħtieġa għal politiki li jqisu kwistjonijiet tas-sess;

45.

Itenni li l-UE għandha tappoġġja dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jużaw l-hekk imsejħa flessibilitajiet inkorporati fil-Ftehima TRIPS (Ftehima dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali) biex ikunu jistgħu jipprovdu mediċini bi prezzijiet għall-but ta’ kulħadd skont il-programmi nazzjonali tagħhom tas-saħħa pubblika; jenfasizza li dawn il-ftehimiet li jiggarantixxu aċċess għal mediċini ġeneriċi ma għandhomx jiddgħajfu permezz ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles;

Gruppi vulnerabbli

46.

Jistieden lill-UE biex talloka tal-inqas nofs l-għajnuna tagħha lil-LDCs u biex ikollha fil-mira tagħha l-gruppi li huma l-aktar fil-bżonn f'dawn il-pajjiżi, b'attenzjoni speċjali lin-nisa, it-tfal u n-nies b'diżabilitajiet, u biex tingħata prijorità, b'mod iktar effettiv, lill-interessi tal-gruppi vulnerabbli fl-istrateġiji ta’ żvilupp tagħha;

47.

Jappoġġja, f'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni biex talloka mill-ġdid finanzjament għall-pajjiżi li l-iktar li qiegħdin lura fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu 2010 tal-programmi AKP;

48.

Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jagħtu attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-minoranzi u jinsisti li l-UE ddaħħal klawżoli mhux negozjabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem u n-nondiskriminazzjoni fil-ftehimiet internazzjonali tagħha, inter alia fir-rigward ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u fil-konfront ta’ nies li jgħixu bl-HIV/AIDS;

Ħelsien mill-ġuħ

49.

Jistieden lill-UE u lill-gvernijiet imsieħba sabiex iżidu l-investiment fis-sigurtà tal-agrikoltura u l-ikel għal livelli li jiggarantixxu ħelsien mill-ġuħ għal kulħadd, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet urġenti tal-ġuħ, lill-biedja fuq skala żgħira u lill-programmi ta’ protezzjoni soċjali;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi s-sjieda tal-art bħala għodda għat-tnaqqis tal-faqar u l-garanzija għas-sigurtà tal-ikel billi jissaħħu d-drittijiet ta’ proprjetà u jkun iffaċilitat l-aċċess tal-kreditu għall-bdiewa, in-negozji żgħar u l-komunitajiet lokali;

Xogħol deċenti

51.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-akkwist attwali tal-artijiet agrikoli (partikolarment fl-Afrika) minn investituri barranin appoġġjati mill-gvern, li jista' jipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-ikel lokali u jwassal għal konsegwenzi serji u b'firxa wiesgħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ lin-NU u lill-UE biex jindirizzaw serjament l-impatti negattivi tal-akkwist tal-artijiet agrikoli, (inkluża l-esproprjazzjoni ta’ bdiewa żgħar u l-użu mhux sostenibbli tal-art u tal-ilma), billi jirrikonoxxu d-dritt tal-popolazzjoni li tikkontrolla l-art agrikola u riżorsi naturali vitali oħra;

52.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex isaħħu l-isforzi tagħhom fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, kemm billi jappoġġjaw programmi speċifiċi u kemm permezz ta’ linji gwida għall-politiki ta’ żvilupp u l-kummerċ internazzjonali;

53.

Jistieden lill-UE u lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jappoġġjaw bis-saħħa l-Patt ta’ Xogħlijiet Globali tal-ILO u biex japplikaw b'mod effettiv l-aspetti kollha tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmoniterja l-protezzjoni soċjali, id-djalogu soċjali u l-istandards bażiċi fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u biex, fejn huwa neċessarju, toffri inċentivi u tapplika sanzjonijiet permezz ta’ ftehimiet ta’ negozju u kwalunkwe strument ieħor disponibbli;

IV.   Governanza

55.

Jistieden lill-Bank Dinji u lill-IMF sabiex jallokaw porzjon iktar ġust tad-drittijiet għall-vot lin-nazzjonijiet li mhumiex irrappreżentati biżżejjed billi jiżguraw li min jislef u min jissellef ikollhom sehem indaqs ta’ voti fiż-żmien qasir, u li s-self ma jipperikolax il-prinċipji ta’ sjieda, kif sar impenn għalihom f'Pariġi u f'Accra;

56.

Jistieden lill-IMF biex iżid il-livelli ta’ aċċess tal-pajjiżi bi dħul baxx għall-faċilitajiet konċessjonarji tiegħu u jżid l-allokazzjoni tad-Drittijiet Speċjali għall-Ġbid tal-flus għall-LICs skont il-bżonnijiet tagħhom;

57.

Biħsiebu, meta jkun qed jieħu kodeċiżjoni dwar ir-reviżjoni li jmiss tal-mandat estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment, li jiżgura t-twettiq tal-obbligi ta’ żvilupp tiegħu, u li jiffoka r-riżorsi tiegħu aktar fuq il-bżonnijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi l-faċilitajiet ta’ self favur il-foqra li jkunu effettivi b'mod reċiproku;

58.

Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-komunità internazzjonali biex jiżguraw li n-NU jibqgħu l-forum preferit biex jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-governanza globali u mal-faqar;

59.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-UE u tal-UA biex jinvestu rieda politika mġedda fis-sħubija strateġika bejn l-Afrika u l-UE, u biex jiddedikaw riżorsi speċifiċi biex din tkun tista' tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha;

60.

Jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jippromwovu u jappoġġjaw id-demokrazija, il-paċi, l-istat tad-dritt u amministrazzjoni mhux korrotta fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

61.

Jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jagħmlu sforz eċċezzjonali biex jappoġġjaw l-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan speċifiku li jiġġieldu kontra l-korruzzjoni u joħolqu ambjent amministrattiv li jkun trasparenti, imparzjali u ġust, filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol essenzjali tal-protagonisti mhux statali u tas-soċjetà ċivili;

62.

Jistieden lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jiffirmaw b'urġenza l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni, sabiex jieħdu miżuri prattiċi biex jimplimentaw b'mod effettiv id-dispożizzjonijiet tagħha, u jistabbilixxu mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-progress;

63.

Jirrikonoxxi l-bżonn li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw itejbu l-istandards tal-kontabilità internazzjonali sabiex jiġu evitati l-prattiki tal-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa, u b'hekk tinkiseb governanza fiskali globali aħjar;

64.

Jistieden lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jinvolvu lill-parlamenti, lill-gvern lokali, lis-soċjetà ċivili u lil protagonisti mhux statali oħra fl-istadji kollha tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni politika;

65.

Jistieden lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod speċjali dawk li jibbenefikaw l-aktar mill-għajnuna tal-UE, biex isaħħu l-governanza tajba fil-kwistjonijiet pubbliċi kollha, u b'mod speċjali fil-ġestjoni tal-għajnuna li jirċievu, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ħalli tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li l-għajnuna tkun implimentata b'mod trasparenti u effiċjenti;

66.

Jirrikonoxxi r-rabta vitali bejn is-sigurtà u l-iżvilupp u jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ progress magħmul rigward il-kisba ta’ soluzzjoni paċifika għall-kunflitti ffriżati fil-viċinat tal-UE u lil hinn minnu, u jħeġġeġ lill-UE biex tirrevedi l-isforzi tagħha f'dan il-qasam;

67.

Jistieden lill-UE biex tinvolvi ruħha fi djalogu ambizzjuż u kostruttiv mad-donaturi kollha, kemm dawk tradizzjonali kif ukoll dawk emerġenti, sabiex tiżgura li l-MDGs jinkisbu u li t-tnaqqis tal-faqar jibqa' fuq nett tal-aġenda globali;

*

* *

68.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(2)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 9558/2007, 15 ta’ Mejju 2007.

(3)  COM(2005)0134 finali.

(4)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(5)  COM(2010)0159 finali.

(6)  Kawża C-155/07, Il-Parlament Ewropew vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 327, 20.12.2008, p. 2.

(7)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 316.

(8)  ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 232.

(9)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 62.

(10)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 15

(11)  Testi adottati P7_TA(2010)0089.

(12)  “Aġenda dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna: Benefiċċji ta’ Approċċ Ewropew”, Kummissjoni Ewropea, Ottubru 2009.

(13)  “Tendenzi ta’ Migrazzjoni u Remissjonijiet 2009”, Bank Dinji, Novembru 2009.

(14)  “Żieda fil-finanzjament internazzjonali għall-klima: Pjan Ewropew għall-ftehim ta’ Kopenħagen”, (COM(2009)0475).

(15)  Kontra l-Kurrent: Kif il-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jiffaċċjaw il-kriżi globali, Bank Dinji, Marzu 2009.

(16)  Professur Guttorm Schjelderup, smigħ tal-Parlament Ewropew, 10 ta’ Novembru 2009.

(17)  Fatti dwar l-aborti intenzjonati madwar id-dinja, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Istitut Guttmacher, 2007.


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/57


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
UE 2020

P7_TA(2010)0223

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar l-UE 2020

2011/C 236 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Kunsill Ewropew informali tal-11 ta’ Frar 2010,

wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Kummissjoni dwar l-UE 2020, u l-eżitu tagħha (SEC(2010)0116),

wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-Istrateġija ta’ Lisbona (SEC(2010)0114),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill Ewropew bl-isem “Seven steps to deliver on the European strategy for growth and jobs” (Seba' passi għat-twettiq tal-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar l-UE 2020 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi, meta wieħed iqis il-gravità persistenti tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali, hemm stennijiet kbar ħafna rigward l-istrateġija l-ġdida UE 2020 li għandha tiġi approvata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2010,

B.

billi bosta Stati Membri għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ qgħad li qed jiżdied, li jista' jaffettwa lil sa 28 miljun ruħ fl-UE fin-nuqqas ta’ risposta politika adegwata fuq żmien medju, u b'hekk jiġġenera diffikultajiet soċjali u umani enormi; billi l-kriżi neħħiet miljuni ta’ impjiegi u aggravat in-nuqqas ta’ sikurezza tax-xogħol,

C.

billi mudell ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u konsum aktar sostenibbli huwa ħtieġa fundamentali fid-dawl tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tnaqqis tar-riżorsi naturali,

D.

billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-istqarrijiet tal-Kunsill dwar il-kontenut tal-istrateġija UE 2020, bħall-miri ewlenin, il-proposti prominenti, l-ostakli u l-indikaturi kienu ta’ natura ġenerali ħafna u jeħtieġ li l-Kummissjoni, għalhekk, tipproduċi pjanijiet aktar dettaljati sabiex tiċċara kif dawn l-inizjattivi se jkunu implimentati b'suċċess, tressaq dawn il-pjanijiet lill-Parlament,

E.

Billi, biex jinkisbu r-riżultati, il-kompiti u r-responsabilitajiet Ewropej għandhom jitqassmu b'mod ikkoordinat bejn il-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali tal-governanza, il-livelli kollha tal-governanza jridu jkunu tal-ogħla kwalità u responsabilità, u l-muturi importanti kollha tal-bidla - in-negozji u l-universitajiet li jaħdmu id f'id mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mas-soċjetà ċivili - għandu jkollhom rwol prinċipali fil-mekkaniżmu l-ġdid ta’ tqassim,

F.

Billi huwa importanti li wieħed iqis il-kriżi demografika u l-konsegwenzi tagħha, u billi l-ġenerazzjonijiet futuri m'għandhomx jiġu sakrifikati sabiex jinżammu l-benefiċċji stabbiliti tal-ġenerazzjoni preċedenti,

Rimarki ġenerali

1.

Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar l-elementi ewlenija tal-istrateġija l-ġdida UE 2020 maqbula mill-Kunsill Ewropew fis-26 ta’ Marzu 2010; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew biex jieħu t-tagħlimiet mill-kriżi attwali u jiddefinixxi strateġija li tassew tħares fil-bogħod u li tkun ambizzjuża u koerenti;

2.

Jitlob li l-istrateġija UE 2020 timmira lejn kunċett politiku wiesa' għall-ġejjieni tal-UE bħala Unjoni kompetittiva, soċjali u sostenibbli li tqiegħed lin-nies u l-ħarsien tal-ambjent fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika;

3.

Huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom iżidu fir-rendiment ekonomiku tagħhom billi jintroduċu riformi strutturali sabiex isir l-aħjar użu mill-infiq pubbliku, titnaqqas il-burokrazija, jingħata l-poter liċ-ċittadini, jitħeġġu l-imprenditorija u l-innovazzjoni, il-leġiżlazzjoni ssir iktar favorevoli għall-SMEs u n-nies jingħataw l-opportunità li jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom;

4.

Jirrikonoxxi li, biex jiġi evitat li t-tweġibiet għall-kriżi tal-euro jirriżultaw f'perjodu twil ta’ staġnar ekonomiku, l-Unjoni għandha, fl-istess ħin, timplimentata strateġija biex taċċellera t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, flimkien ma’ riformi mmirati lejn ir-restawr u titjib tal-kompetittività;

5.

Jiddispjaċih li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ma jqisux il-ħtieġa li jirriflettu b'mod sħiħ il-proċess fraġli ta’ rkupru li jinsab għaddej bħalissa fi strateġija ġdida 2020, billi titfassal aġenda ta’ politika koerenti u tiġi integrata b'mod komprensiv il-politika makroekonomika fl-istrateġija b'tali mod li ma tiġix mhedda mill-konsolidazzjoni baġitarja meħtieġa;

6.

Jiddeplora l-fatt li l-Parlament, bħala istituzzjoni li tirrappreżenta ċ-ċittadini tal-Ewropa, ma ġiex ikkonsultat dwar l-indikaturi li huma l-bażi tal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali UE 2020; iħeġġeġ lill-Kunsill biex japprova l-elementi ewlenin tal-istrateġija UE 2020 fil-laqgħa tiegħu ta’ Ġunju iżda jinsisti li dan m'għandux jadotta d-deċiżjonijiet finali dwar l-istrumenti, il-miri u l-indikaturi ewlenin tal-istrateġija UE 2020 mingħajr ma jkun ikkonsulta lill-Parlament b'mod xieraq mill-aktar fis possibbli; fl-istess spirtu, huwa tal-fehma li l-parlamenti nazzjonali, ir-reġjuni, il-muniċipalitajiet, is-sħab soċjali u l-NGOs għandhom ikunu involuti attivament fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

Ostakli u miri ewlenin

7.

Jinnota l-ħames miri ewlenin maqbula mill-Kunsill Ewropew dwar ir-rata tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra, il-livelli tal-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali; jenfasizza li dawn il-miri ewlenin m'għandhomx jiġu fformulati fil-qafas ta’ strateġija sostenibbli u koerenti tal-iżvilupp li tiġbor flimkien l-aġenda tal-politika ekonomika, dik soċjali u dik ambjentali;

It-tnedija mill-ġdid tas-suq waħdieni

8.

Jenfasizza li s-suq waħdieni huwa wieħed mill-muturi ewlenin tat-tkabbir Ewropew u li għad irid jiġi kkumpletat. jirrimarka wkoll li l-persistenza ta’ ċerti ostakli kontra ċ-ċaqliq liberu tal-persuni, oġġetti, servizzi u kapital teħtieġ sforz ulterjuri min-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej kollha, sabiex jinħoloq suq waħdieni ġust, imtejjeb, iktar kompetittiv u iktar effettiv;

9.

Jenfasizza li huwa importanti li jinżammu l-kummerċ ħieles u l-aċċess għas-suq globali fil-qofol tat-tfassil tal-politika u li ma nimxux lejn il-protezzjoniżmu, billi l-intraprendituri u l-kumpaniji innovattivi jistgħu jiżviluppaw f'suq ħieles u globali;

10.

Jenfasizza li inizjattivi aktar ambizzjużi huma meħtieġa biex jitlesta s-suq waħdieni u biex ikun iktar aċċettat miċ-ċittadini; jilqa' għalhekk ir-rapport imfassal minn Mario Monti li, bħal fil-każ tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Mejju 2010 (2), fih proposti interessanti sabiex jinbena l-kunsens u jiġi pprovdut suq waħdieni msaħħaħ;

11.

Jemmen li sabiex jiġi stabbilit suq waħdieni effettiv, il-Kummissjoni għandha tipproduċi sett ċar ta’ prijoritajiet politiċi permezz tal-adozzjoni ta’ “Att dwar is-Suq Uniku”, li għandu jkopri kemm l-inizjattivi leġiżlattivi kif ukoll dawk mhux leġiżlattivi mfassla biex joħolqu ekonomija tas-suq soċjali kompetittiva ħafna;

L-SMEs f'ekonomija tas-suq soċjali

12.

Jenfasizza li l-UE għandha tistimola u tħeġġeġ l-SMEs u l-intraprenditorjat, li huma kruċjali għaż-żamma u għall-ħolqien tal-impjiegi, li għandha tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u regolatorji u tissimplifika r-regoli sabiex l-SMEs ikunu jistgħu jikbru b'mod aktar mgħaġġel, billi jikkummerċjalizzaw liberament il-prodotti/is-servizzi tagħhom lill-500 miljun konsumatur li jikkostitwixxu s-suq waħdieni tal-UE, u li għandha tkompli tnaqqas il-burokrazija; bl-istess mod, jenfasizza l-importanza li tinkiseb implimentazzjoni sħiħa tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, permezz ta’ sforzi politiċi f'kull livell;

13.

Jenfasizza li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tas-suq soċjali, joħolqu l-impjiegi u għandhom rwol kruċjali billi jagħtu nifs ġdid lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli, u li għalhekk għandha tingħata prijorità biex jissaħħu l-isforzi fil-qasam tar-riforma, bħal leġiżlazzjoni favorevoli għall-SMEs, il-ħolqien ta’ ambjent vibranti għall-impriżi li għadhom kemm fetħu, it-tħeġġiġ tal-imprenditorija u t-titjib tal-aċċess għall-finanzjament; huwa wkoll tal-fehma li l-Istrateġija UE 2020 għandha tinkludi objettivi u inizjattivi li jħeġġu ż-żieda fil-livell medju tal-ekwità u tal-kapital tar-riskju fil-kumpaniji;

14.

Jirrimarka li l-mikro-intrapriżi spiss jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra l-qgħad, u t-twaqqif ta’ negozju spiss huwa mod ta’ kif wieħed jista' jirnexxi minkejja l-istaġnar soċjali, li l-ewwel pre-kundizzjoni għall-iżvilupp tal-SMEs hija l-ħila li jkollhom fondi suffiċjenti għall-attivitajiet tagħhom, u li ż-żamma ta’ mekkaniżmi ta’ garanzija għall-SMEs, swieq sekondarji dinamiċi u settur bankarju li jippromwovi l-attività ekonomika fl-Ewropa huma prerekwiżiti għall-iżvilupp tal-SMEs;

Mira tal-impjieg

15.

Itenni li l-impjieg ta’ kwalità għolja għandu jkun prijorità ewlenija ta’ strateġija għall-2020 u li enfasi aktar qawwija fuq swieq tax-xogħol li jaħdmu sewwa u fuq il-kundizzjonijiet soċjali hija kruċjali biex tittejjeb il-prestazzjoni rigward l-impjiegi; jitlob, għalhekk, li titfassal aġenda ġdida biex tippromwovi x-xogħol deċenti, tiżgura d-drittijiet tal-ħaddiema madwar l-Ewropa u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol;

16.

Jemmen li l-istrateġija l-ġdida għandha tqiegħed iktar enfasi fuq ix-xogħol deċenti, inkluż fuq il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, kif ukoll fuq l-iżgurar li l-persuni li bħalissa huma esklużi mis-suq tax-xogħol ikunu jistgħu jiksbu aċċess għalih;

17.

Jemmen li l-istrateġija l-ġdida għandha tinkoraġġixxi swieq tax-xogħol li jtejbu l-inċentivi u l-kondizzjonijiet għall-persuni li qed jaħdmu filwaqt li, fl-istess ħin, iżżid l-inċentivi għal min iħaddem biex jirrekluta u jżomm l-istaff;

Mira tar-riċerka

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippreservaw il-mira ġenerali ta’ 3 % tal-PGD għar-riċerka u l-iżvilupp; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mill-potenzjal għas-sinerġija bejn il-finanzjament tal-politika tal-koeżjoni u dak tar-riċerka u l-iżvilupp u biex jiżguraw li dawn l-istrumenti jissarrfu f'innovazzjoni li twassal għal benefiċċji reali għas-soċjetà;

19.

Jenfasizza li proġetti ewlieni tar-riċerka u l-iżvilupp, investimenti ewlenin fl-infrastruttura tal-enerġija u l-kompetenza l-ġdida tal-UE dwar il-politika spazjali, kif ukoll il-politika tal-innovazzjoni tal-UE, jirrikjedu appoġġ finanzjarju sod, kredibbli u sostenibbli min-naħa tal-UE biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-Unjoni għall-2020;

20.

Jirrimarka li l-Ewropa trid tkompli ssaħħaħ il-potenzjal tagħha f'termini ta’ ħaddiema tas-sengħa, ix-xjenza, ir-riċerka u t-teknoloġija, u b'hekk il-kapaċità tagħha għall- innovazzjoni, bħala aspetti ewlenin tal-kompetittività, u li t-trijanglu tal-għarfien għandu jibqa' fil-qalba tal-istrateġija UE 2020;

21.

Huwa tal-fehma li, biex ir-riċerka Ewropea ssir iktar effiċjenti, huwa kruċjali li l-istrutturi eżistenti jiġu adattati aħjar u li jinħoloq ambjent aktar favorevoli għall-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq miżuri prattiċi biex jitjieb l-aċċess għall-finanzjament, b'mod partikolari lejn iktar disponibilità tal-kapital tar-riskju;

Miri tal-klima/tal-enerġija

22.

Jiddeplora l-fatt li l-miri ewlenin tal-Kunsill Ewropew dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra, is-sorsi li jiġġeddu u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mhumiex ambizzjużi u, f'dan ir-rigward, mhumiex maħsuba biex iqiegħdu lill-Unjoni f'pożizzjoni ewlenija f'dinja li qed tiffaċċja t-tibdil fil-klima u tnaqqis serju fir-riżorsi naturali, u fejn l-ekosistemi globali waslu biex jikkollassaw; jitlob, għalhekk, għall-adozzjoni immedjata u simultanju tal-miri li jorbtu li ġejjin għall-UE:

(a)

mira ta’ tnaqqis ta’ 30 % tal-gassijiet b'effett ta’ serra fuq livell domestiku għall-2020 u tnaqqis ulterjuri sostanzjali fit-tul sakemm pajjiżi oħra huma wkoll lesti li jimpenjaw ruħhom li jieħdu azzjoni adegwata;

(b)

mira ambizzjuża għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

(c)

mira ta’ tnaqqis ta’ 20 % għall-konsum tal-enerġija u żieda fis-sehem ta’ enerġiji li jiġġeddu għal mill-inqas 20 % sal-2020, filwaqt li jitneħħew l-ostakli tekniċi u mhux tekniċi għall-iżvilupp ulterjuri ta’ enerġiji sostenibbli li jiġġeddu, bħala l-ewwel pass lejn ħolqien, sal-2050, ta’ ekonomija effiċjenti ferm li ma tarmix CO2 u li tkun bbażata l-aktar fuq enerġiji li jiġġeddu;

(d)

miri li jistgħu jitkejlu, immirati lejn it-twaqqif tat-telf tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistema u fejn ikun possibbli li jiġu restawrati sal-2020;

Mira tal-edukazzjoni

23.

Jinnota l-mira ewlenija dwar it-titjib tal-edukazzjoni; jiddeplora n-nuqqas ta’ rati numeriċi ta’ miri u jħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew biex jiffissa mira ta’ 100 % għall-edukazzjoni sekondarja kif ukoll miri u indikaturi kwalitattivi ċari għall-edukazzjoni primarja u sekondarja;

24.

Jitlob lill-Istati Membri biex jadottaw il-miri ambizzjużi stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-UE 2020 li, sal-2020, ir-rati ta’ studenti li jitilqu mill-iskola għandha tinżel taħt l-10 % tal-kategoriji tal-età, u li mill-inqas 40 % tal-popolazzjoni għandha tkun temmet l-edukazzjoni terzjarja jew livell ekwivalenti;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja sodi billi l-opportunitajiet ta’ taħriġ għandhom jitħeġġu u jkunu disponibbli għall-individwi tul il-ħajja professjonali tagħhom; iqis li jkun neċessarju li jinżamm għadd ta’ persuni attivi fuq is-suq tax-xogħol u li tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali;

Il-mira tal-faqar

26.

Jinsisti li l-istrateġija UE 2020 għandha tinkludi mira għat-tnaqqis tal-faqar fl-UE bin-nofs, u jirrimarka li l-maġġoranza tal-Ewropej li bħalissa qegħdin jgħixu fil-faqar jew li huma fir-riskju tal-faqar huma nisa, partikolarment nisa ikbar fl-età, nisa imigranti, ommijiet mingħajr sieħeb u dawk li jieħdu ħsieb persuni oħra;

27.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kunsill Ewropew dwar l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari u bħala prijorità permezz tat-tnaqqis tal-faqar, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ miri u inizjattivi ċari; iqis li dan il-għan huwa wieħed mill-objettivi prinċipali tal-istrateġija UE 2020; jitlob għal strateġija ambizzjuża u fit-tul kontra l-faqar b'miri li jkollhom effett wiesa' għat-tnaqqis tal-faqar, l-inklużjoni soċjali, inkluż għan-nisa, it-tfal u għal dawk imdaħħla fiż-żmien u għall-ġlieda kontra l-faqar fost il-ħaddiema; jenfasizza l-ħtieġa għal mira biex jitnaqqsu l-għadd ta’ familji mingħajr impjeg;

L-ugwaljanza bejn is-sessi

28.

Jiddeplora l-fatt li l-miri ewlenin definiti mill-Kunsill Ewropew ma jinkludux l-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob għal programm għall-ugwaljanza bejn is-sessi biex tinqered id-diskrepanza eżistenti fil-ħlas bejn l-irġiel u n-nisa, tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol u fil-politika u jiġu promossi l-opportunitajiet ta’ karriera għan-nisa; jenfasizza l-ħtieġa għal kundizzjonijiet aħjar bil-ħsieb li jkun hemm rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja;

Inizjattivi ewlenin

Inizjattiva Ewlenija: “Unjoni Tal-Innovazzjoni”

29.

Iqis li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-inizjattiva ewlenija l-ġdida “Unjoni ta’ Innovazzjoni” hija importanti ħafna biex tingħata spinta lill-ekonomija bbażata fuq l-għarfien; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-pakkett finanzjarju totali mmarkat għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-baġit Komunitarju;

30.

Jenfasizza l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp u tat-tnaqqis tal-burokrazija, sabiex in-negozji mmexxija mill-għarfien ikunu jistgħu jisfruttaw l-effettività tagħhom b'mod sħiħ u jkunu jistgħu jitħeġġu opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, pereżempju permezz tal-introduzzjoni ta’ privattiva unika tal-UE; huwa tal-fehma li programmi b'għan tajjeb maħsuba għat-tisħiħ tal-kompetittività u l-iffurmar ta’ ekonomija sostenibbli mhumiex qegħdin jaħdmu sew u jemmen li l-SMEs, l-universitajiet u n-negozji għandhom jitħeġġu biex jipparteċipaw fi programmi Ewropej;

32.

Iqis li għandhom jiġu stabbiliti miri espliċiti għal għodod ta’ finanzjament kompatibbli mal-SMEs, biex jiggarantixxu l-interoperabilità diġitali u l-aċċessibilità, u li huma għandhom jinkludu b'mod ċar miri tal-UE għall-eko-innovazzjoni;

33.

Iqis li hemm potenzjal sinifikanti mhux sfruttat għall-promozzjoni tal-innovazzjoni permezz tal-akkwist pubbliku; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jenfasizzaw l-importanza tal-akkwist pubbliku innovattiv biex jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tar-riċerka u l-iżvilupp, ir-rwol li għandu biex jinkoraġġixxi l-SMEs ibbażat fuq ir-riċerka u l-potenzjal tiegħu f'termini ta’ għoti ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja u fil-kisba tal-għanijiet rigward it-tibdil fil-klima;

Inizjattiva Ewlenija: “Mobilità Fost Iż-Żgħażagħ”

34.

Jenfasizza f'dan ir-rigward li l-Parlament ukoll identifika ż-żgħażagħ bħala prijorità ewlenija għall-Baġit tal-2011, u esprima b'mod ċar l-intenzjoni tiegħu li jkompli jagħti appoġġ finanzjarju lill-programmi ewlenin kollha f'dan il-qasam;

35.

Jenfasizza li, sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ rata ta’ qgħad għolja fost iż-żgħażagħ, għandu jkun hemm aktar enfasi fuq l-iżgurar ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ u ta’ xogħol għal kull persuna żagħżugħa, fuq it-tnaqqis tal-limiti għaż-żgħażagħ biex jidħlu fl-ewwel impjieg u fuq it-twaqqif ta’ programmi tal-UE biex jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ fl-istadji kollha tal-edukazzjoni;

36.

Iqis li l-edukazzjoni għolja hija forza ewlenija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, għall-innovazzjoni u għat-tkabbir, u li għandha titqiegħed iktar enfasi fuq is-segwitu tal-Proċess ta’ Bologna u l-implimentazzjoni tal-prinċipji miftehma mill-Istati Membri fil-Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni Ogħla kollu kemm hu;

Inizjattiva Ewlenija: “Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa”

37.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti ambizzjużi reċenti mill-Kummissjoni dwar l-Aġenda Diġitali u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ dawn l-inizjattivi;

38.

Jenfasizza l-potenzjal kbir tal-impjiegi fis-settur tat-TIK u r-rwol ewlieni tiegħu sabiex l-Ewropa ssir ekonomija effiċjenti mil-lat tar-riżorsi u mil-lat enerġetiku; jirrimarka li l-kompetizzjoni fis-settur toħloq innovazzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa għal swieq kompetittivi, ħielsa, mifuħin għal atturi ġodda, li jiffaċilitaw l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u innovattivi; jenfasizza l-importanza tat-tkomplija tal-isforzi lejn aċċess minn kullimkien b'veloċità għolja għal broadband fiss u tal-mowbajl, b'termini ġusti u bi prezzijiet kompetittivi, għaċ-ċittadini u l-konsumaturi kollha, irrispettivament fejn qegħdin; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-istrumenti ta’ politika kollha disponibbli biex jiksbu aċċess għall-broadband għal kull ċittadin Ewropew, inkluż il-miri nazzjonali għall-broadband u kopertura b'veloċità għolja u programmi speċjali biex jiżdied il-litteriżmu diġitali tat-tfal permezz tal-użu tal-kompjuters fl-iskejjel;

39.

Jinnota li l-Aġenda Diġitali tal-Ewropa se jkollha impatt kruċjali fuq l-oqsma tal-kultura, il-midja u l-edukazzjoni u li għalhekk hemm bżonn ta’ approċċ integrat, mhux wieħed kompartimentalizzat; iqis li jeħtieġ li tingħata attenzjoni għall-impatt ta’ midja ġdida, pereżempju permezz ta’ impenn għall-promozzjoni ta’ kompetenzi elettroniċi, attenzjoni għall-kontenut fuq l-internet flimkien ma’ kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, tekniċi u tas-suq intern fl-inizjattivi kollha ta’ politika relatati mal-Aġenda Diġitali;

40.

Jinnota, madankollu, li l-moviment liberu tas-servizzi diġitali bħalissa jinsab serjament imxekkel mill-frammentazzjoni tar-regoli fuq livell nazzjonali;

41.

Iqis li l-industrija kreattiva wkoll għandha rwol importanti fl-ambjent diġitali fit-trawwim tad-diversità kulturali fl-UE;

Inizjattiva Ewlenija: “Ewropa effiċjenti mil-lat ta’ riżorsi”

42.

Iqis li l-aspetti ambjentali tal-istrateġija UE 2020 ġeneralment huma dgħajfa wisq u jeħtieġ li jissaħħu; iħeġġeġ li jiddaħħlu għanijiet ambjentali ċari u li jistgħu jitkejlu fl-għanijiet ewlenin tal-istrateġija, b'enfasi fuq it-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità;

43.

Iqis li l-istrateġija UE 2020 għandha tkun immirata lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fuq terminu ta’ żmien twil biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra b'80 % sal-2050, partikolarment billi tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u jitnaqqas l-iskart biex il-pożizzjoni kompetittiva tal-Ewropa tittejjeb u jitnaqqsu l-ispejjeż;

44.

Iqis li t-tisħiħ tal-effiċjenza mil-lat tar-riżorsi għandha tkun prijorità fl-istrateġija kollha kemm hi, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-effetti tal-prezzijiet taż-żejt li dejjem qed jiżdiedu u l-provvista limitata tal-metalli prezzjużi li huma kruċjali għall-elettronika b'mod ġenerali u partikolarment għall-produzzjoni tal-batteriji għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku b'mod partikolari;

45.

Iqis li l-innovazzjoni għandha tiġi mfittxa bil-qawwi sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ titjib ambjentali, l-effiċjenza rigward l-użu tar-riżorsi u t-tnaqqis fl-ispejjeż, u li t-twaqqif ta’ miri legali u l-introduzzjoni ta’ miżuri regolatorji huma l-aktar mezzi effettivi għall-promozzjoni ta’ innovazzjoni ta’ dan it-tip;

46.

Jemmen li r-regoli għad-distribuzzjoni tal-fondi strutturali tal-UE għandhom jiġu aġġustati biex iqisu l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-innovazzjoni li tnaqqas l-ispejjeż u ttejjeb l-użu tar-riżorsi;

Inizjattiva Ewlenija: “Enerġija nadifa u effiċjenti”

47.

Jenfasizza li l-proċessi tal-produzzjoni sostenibbli, flimkien mal-effiċjenza tar-riżorsi u politika ta’ enerġija integrata, u l-iżvilupp ulterjuri ta’ sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu se jippermettu lill-UE mhux biss li tilħaq il-miri tagħha rigward l-enerġija iżda wkoll li żżomm bażi ta’ manifattura qawwija fl-Ewropa, u li ssaħħaħ il-kompetittività, it-tkabbir u l-impjieg;

48.

Jiddeplora n-nuqqas ta’ kwalunkwe ambizzjoni fl-istrateġija UE 2020 biex tiġi żviluppata politika komuni Ewropea tal-enerġija; jenfasizza li, minkejja li suq intern jaħdem sewwa huwa objettiv ewlieni għall-Ewropa, u filwaqt li t-tielet pakkett dwar l-enerġija għandu jkun implimentat b'urġenza, l-enfasi żejjed fuq din il-parti tal-politika tal-Ewropa dwar l-enerġija jsir askapitu taż-żewġ objettivi l-oħra ta’ “żvilupp sostenibbli” u “sigurtà tal-provvista”; ifakkar li s-suq intern ma jistax jiġi ttrattat separatament mid-dimensjoni esterna, u li l-Ewropa teħtieġ politika Ewropea tassew komuni dwar l-enerġija biex ikollha effett reali fuq is-sigurtà tal-provvista, fuq it-tibdil fil-klima u fuq il-prezzijiet tal-enerġija li jkunu għall-but ta’ kulħadd;

49.

Jenfasizza li l-effiċjenza fl-enerġija mhijiex biss l-iktar mezz ekonomiku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra u tissaħħaħ is-sigurtà fl-enerġija, iżda wkoll tista' toħloq għadd sinifikanti ta’ impjiegi sal-2020; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ipoġġu l-effiċjenza enerġetika fil-quċċata tal-aġenda tal-UE, inkluż f'termini baġitarji; b'mod iktar speċifiku, jitlob biex tingħata spinta lill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u għal proposta ambizzjuża u f'waqtha tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għall-Effiċjenza Ewropea, inkluża reviżjoni tad-direttiva tas-servizzi tal-enerġija u l-introduzzjoni ta’ mira legalment vinkolanti rigward l-effiċjenza fl-enerġija;

50.

Jinnota li, sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-klima, se jkunu meħtieġa investimenti sostanzjali fl-infrastruttura tal-enerġija qabel l-2020 u lil hinn, inkluż l-investiment fit-titjib tan-netwerks tal-enerġija tal-Ewropa, supernetwerk tal-enerġija intelliġenti li tkun verament Ewropea, it-twettiq tal-proġett Galileo, it-teknoloġija ħadra, is-saħħa elettronika, il-Programm TEN-T u aċċess b'xejn u ekwitabbli għall-ICT u l-broadband; jirrimarka wkoll li huwa essenzjali li jitlesta s-suq intern tal-enerġija u li l-Istati Membri jitħeġġu biex jimplimentaw malajr it-tielet pakkett tal-enerġija sabiex jiġu stimulate t-tkabbir ekonomiku, il-ftuħ tas-suq u t-titjib tad-drittijiet tal-konsumatur u sabiex tissaħħaħ is-sikurezza tal-provvista tal-enerġija tal-UE; iqis li jeħtieġ li jiġu segwiti dawn l-inizjattivi, biex jiġi stimulat is-suq intern tal-enerġija u biex jiġi integrat ammont dejjem jikber ta’ sorsi tal-enerġija li jiġġeddu kif ukoll biex jiġu żviluppati iktar il-proġetti ewlenin tal-infrastruttura f'pajjiżi terzi, partikolarment fil-Mediterran u r-reġjuni tal-Eurasja; jinnota li s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli huma l-aqwa riżorsi tal-enerġija indiġena tal-kontinent tagħna, u għalhekk jitlob li ssir implimentazzjoni ambizzjuża tal-obbligi tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri;

51.

Jinnota li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tinvesti b'mod massiv fl-infrastrutturi tat-trasport, bħalma hi t-TEN-T, biex tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, ittejjeb il-koeżjoni soċjali u territorjali u toħloq sistema tat-trasport li tkun sostenibbli u interoperabbli; jitlob li jkun hemm interazzjoni bejn il-modi tat-trasport u l-użu intelliġenti tal-loġistika peress li biex is-settur tat-trasport jiġi dekarbonizzat u jsir wieħed sostenibbli se jeħtieġ l-innovazzjoni, teknoloġiji ġodda u riżorsi finanzjarji;

Inizjattiva Ewlenija: “Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni”

52.

Jappoġġa b'mod qawwi politika industrijali biex jinħoloq l-aħjar ambjent biex tinżamm u tiġi żviluppata bażi industrijali b'saħħitha, kompetittiva u diversifikata fl-Ewropa; jilqa', u jenfasizza, il-fatt li politika bħal din tkopri s-settur industrijali kollu kemm hu u li l-objettiv ewlieni tagħha huwa li jinħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas xierqa;

53.

Jitlob li sseħħ trasformazzjoni tal-industrija Ewropea permezz ta’ politika industrijali Ewropea sostenibbli orjentata lejn il-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u t-titjib fl-effiċjenza tar-riżorsi u fl-użu tagħhom; jemmen li l-iżvilupp sostenibbli tal-industrija Ewropea jeħtieġ djalogu intensiv mal-impjegati u mal-ħaddiema; itenni li din it-tranżizzjoni sejra tirrikjedi miżuri biex jgħinu lill-ħaddiema jagħmlu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ġdida u ambjentalment sostenibbli;

54.

Jagħmel l-argument li l-UE 2020 għandha tiżvela l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-konverżjoni għal ekonomija sostenibbli li tuża l-enerġija b'mod effiċjenti u jinnota li l-faċilitazzjoni tal-aġġustament tal-industrija għall-bidla strutturali hija objettiv tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

55.

Itenni t-talba tiegħu li jinkiseb finanzjament adegwat biex jiġu appoġġati t-teknoloġiji nodfa, sostenibbli u effiċjenti li jużaw ftit karbonju, li jkun jammota għal infiq totali mill-baġit tal-UE ta’ mill-inqas EUR 2 biljun fis-sena, apparti l-FP7 u s-CIP, mill-2010 'l quddiem; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu skeda ta’ żmien għall-impenji tagħhom ta’ finanzjament, bħala kwistjoni ta’ urġenza, biex jiġi żgurat li l-fondi jibdew jingħataw mill-2010 għad-diversi inizjattivi tal-pjan SET, kif ukoll l-inizjattivi kumplimentarji;

Inizjattiva Ewlenija: “Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda”

56.

Iqis li hu importanti li wieħed iħares lejn il-kompetittività li kulma jmur qed tonqos tal-Ewropa fil-livell globali, u li, meta wieħed iżomm quddiem għajnejh l-iskarsità ta’ ħaddiema proġettata fuq perjodu twil ta’ żmien, huwa importanti wkoll li wieħed iħares lil hinn mill-kriżi u jesplora skemi Ewropej li joffru l-possibilità ta’ migrazzjoni tal-għerf u l-prevenzjoni tat-telf tal-aħjar imħuħ fl-Ewropa;

57.

Jemmen li l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u t-trawwim ta’ tqabbil effikaċi tal-ħiliet mal-ħtiġijiet tas-suq għandhom ikunu punti fokali tal-politika u, għal dan il-għan, teżisti l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-mobilità transkonfinali tal-istudenti u tar-riċerkaturi, u li jiġu xprunati l-apprendistati biex tissaħħaħ il-ġibda tal-istituzzjonijiet Ewropej tal-edukazzjoni ogħla; iqis li l-impenn tal-Ewropa rigward l-edukazzjoni għandu jsib espressjoni prattika fl-istrateġija UE 2020, u jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinkludi miri numeriċi għall-edukazzjoni fl-istrateġija;

58.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummisjsoni, biex flimkien mal-Parlament jadottaw, sa tmiem is-sena, strateġija ambizzjuża għal impjiegi ekoloġiċi, li tistipula kundizzjonijiet ta’ qafas għall-isfruttament tal-potenzjal tal-impjiegi ta’ ekonomija aktar sostenibbli bbażata fuq il-ħiliet u l-innovazzjoni, u li tiżgura li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ta’ dan it-tip tkun appoġġata permezz tat-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u s-sigurtà soċjali għal kulħadd;

Inizjattiva Ewlenija: “Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar”

59.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal pjattaforma kontra l-faqar, iżda jenfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar trid tiġi intensifikata; f'dan ir-rigward, iqis li l-istrateġija UE 2020 għandha tinkludi b'mod ċar miri ambizzjużi għat-tnaqqis tal-inugwaljanza u, b'mod aktar speċifiku, tad-differenza bejn is-sinjuri u l-foqra; iqis, għalhekk, li l-faqar irid jitkejjel bħala “faqar relattiv” biex jgħin sabiex jiġu identifikati dawk li jinsabu f'riskju ta’ esklużjoni soċjali;

60.

Jemmen li l-għażla ta’ indikaturi tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali għandha tirrifletti l-ħtieġa li jitnaqqas il-faqar billi l-individwi, speċjalment in-nisa, jiġu involuti fis-suq tax-xogħol; jitlob, għalhekk, li jiġu żviluppati strumenti ġodda għall-kejl tar-rabta bejn l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol u l-faqar fil-livell individwali; jenfasizza li s-servizzi soċjali huma kruċjali biex tinlaħaq l-inklużjoni soċjali;

Il-politika ta’ koeżjoni

61.

Iqis li politika b'saħħitha u ffinanzjata sew tal-koeżjoni, li tkun tinkludi r-reġjuni Ewropej kollha, għandha tkun konformi kompletament mal-istrateġija UE 2020 u li politika bħal din, bl-approċċ orizzontali tagħha, hija prerekwiżit biex jintlaħqu b'suċċess l-objettivi tal-UE 2020, kif ukoll biex tintlaħaq il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; iħeġġeġ, għalhekk, sabiex ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni jiġu ssimplifikati iktar fl-interess tal-faċilità tal-użu, ir-responsabilità u approċċ li jirreaġixxi aħjar għall-isfidi tal-ġejjieni u għar-riskju ta’ kriżijiet ekonomiċi;

62.

Iqis li l-kriżi globali għandha tintuża bħala opportunità biex l-ekonomija tas-suq soċjali Ewropea tagħna tingħata pedament ġdid bħala mudell ta’ soċjetà bbażata fuq is-sostenibilità, is-solidarjetà, l-għerf, tnaqqis deċiżiv fil-faqar u l-ħolqien ta’ impjiegi, u li l-istrateġija UE 2020 għandha tiżviluppa l-potenzjal tal-impjiegi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli;

Il-Politika Agrikola Komuni

63.

Jirrimarka li r-riforma tal-PAK sal-2013 u strateġija sostenibbli għall-foresterija għandhom jitqiesu fil-qafas tal-istrateġija UE 2020; jinnsab konvint li, jekk ikollna qafas politiku korrett u riżorsi baġitarji adegwati, l-agrikoltura u l-foresterija jistgħu jiżvolġu rwol importanti fi strateġija Ewropea ġenerali biex ikun garantit l-irkupru ekonomiku, filwaqt li simultanjament jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari dinjija u tal-UE, jippreservaw il-pajsaġġ rurali, li jirrappreżenta 90 % tat-territorju tal-UE, jiżguraw il-ħarsien tal-impjiegi fiż-żoni rurali, jiżguraw benefiċċji ambjentali u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tfittxija ta’ sorsi alternattivi ta’ riżorsi;

L-azzjoni esterna mill-Unjoni Ewropea

64.

Jenfasizza li għandha tingħata aktar attenzjoni lid-dimensjoni esterna tal-istrateġija UE 2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tadotta approċċ usa' u aktar komprensiv fl-azzjoni esterna taghha, f'konformita mal-kuncett tal-UE tal-koerenza tal-politika ghall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tuża l-istrateġija kummerċjali tagħha għall-UE 2020 biex tippromwovi l-valuri ewlenin tal-Unjoni, bħall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali u d-difiża tal-ambjent;

65.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha ssawwar l-istrateġija kummerċjali tagħha għall-UE 2020 b'mod li tittrasforma l-politika kummerċjali tal-UE f'mezz ġenwin għall-ħolqien tal-impjiegi u ta’ żvilupp sostenibbli mad-dinja kollha, u li għandha tipprevedi, fi stadju bikri, djalogu miftuħ mal-Parlament u mas-soċjetà ċivili dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-era ta’ wara Doha, b'mod partikolari l-istandards soċjali u ambjentali u r-riforma tad-WTO;

*

* *

66.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0053.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0186.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/65


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Governanza ekonomika

P7_TA(2010)0224

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-governanza ekonomika

2011/C 236 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Kunsill Ewropew informali tal- 11 ta’ Frar 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 10 ta’ Marzu 2010 dwar l-UE 2020 (1),

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat jew tal-Gvern tal-pajjiżi taż-żona euro u tal-Kunsill Ecofin dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Mejju 2010 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (COM(2010)0250),

wara li kkunsidra s-sitt rapporti adottati fil-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fl- 10 ta’ Mejju 2010,

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Kumitat Speċjali tiegħu dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali turi li hija meħtieġa governanza ekonomika u monetarja iktar b'saħħitha,

B.

billi l-istrateġija UE 2020 għandha tippromwovi t-tkabbir ekonomiku u toħloq l-impjiegi, u billi t-tnaqqis ta’ 4 % fil-PGD, il-produzzjoni industrijali li qed tonqos u total ta’ aktar minn 23 miljun raġel u mara qiegħda tirrappreżenta sfida soċjali u ekonomika importanti,

Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja li jiggarantixxi l-istabilità tal-euro bħala l-ewwel pass importanti

1.

Iqis li l-ftehim li ntlaħaq fid- 9 ta’ Mejju 2010 biex jiġi stabbilit Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja biex jgħin kemm lill-pajjiżi fiż-żona tal-euro kif ukoll dawk li mhumiex, li jkunu għaddejjin minn diffikultà finanzjarja, jirrappreżenta mument kruċjali fl-istorja Ewropea; jiddeplora l-fatt li dawk li jfasslu l-politika Ewropea ma ħadux azzjoni deċiżiva aktar kmieni, minkejja l-kriżi finanzjarja li kienet sejra għall-agħar;

2.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-Parlament se jkollu jagħti l-approvazzjoni tiegħu jekk il-Kummissjoni u l-Kunsill jippruvaw japplikaw il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja fis-swieq internazzjonali tal-kapital;

3.

Iqis li l-ftehim huwa l-ewwel pass importanti biex l-Unjoni Ewropea tingħata qafas aktar sostenibbli u b’saħħtu għall-politika ekonomika u monetarja;

4.

Jenfasizza li l-ġrajjiet riċenti juru li ż-żona tal-euro teħtieġ governanza ekonomika aktar kuraġġuża u li pilastru monetarju mingħajr pilastru soċjali u ekonomiku jfalli żgur;

L-Unjoni Ewropea teħtieġ tirriforma s-sistema tagħha ta’ governanza ekonomika biex tkun ippreparata aħjar għal kriżijiet futuri

5.

Jenfasizza li biex jerġa' jkun hemm rati sodi ta’ tkabbir u biex jintlaħaq l-objettiv ta’ żvilupp ekonomiku sostenibbli u koeżjoni soċjali, għandha tingħata prijorità lit-trattament tal-iżbilanċi makroekonomiċi persistenti u sinifikanti u d-diverġenzi tal-kompetittivita; jilqa' r-rikonoxximent ta’ din il-ħtieġa mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

6.

Jistieden lit-Task Force stabbilita mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2010 biex tħaffef ħidmietha u, qabel Settembru 2010, tressaq proposti konkreti, ibbażati fuq il-metodu Komunitarju, dwar koordinazzjoni ekonomika aktar fil-fond u usa';

7.

Jirrimarka li s-sostenibilità fuq perjodu twil ta’ żmien tal-finanzi pubbliċi hija essenzjali għall-istabilità u t-tkabbir; jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-ġestjoni taż-żona tal-euro fuq medda ta’ żmien medja u twila, li huma maħsuba biex jevitaw li jkun hemm xi ripetizzjoni tal-kriżi monetarja attwali, u jaqbel magħha li l-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir jeħtieġ mekkaniżmi aktar effikaċi ta’ inċentivi u penali;

8.

Jiddeplora l-fatt, madankollu, li fil-proposti tagħha dwar il-governanza ekonomika Ewropea, il-Kummissjoni ma pproponitx soluzzjonijiet għal koordinazzjoni iktar immirata tal-politika ekonomika li tkun orjentata lejn l-iżvilupp ta’ strateġija baġitarja komuni, fil-qafas ta’ strateġija Ewropa 2020 komprensiva, biex jerġa' jkun hemm u jiġu mħarsa rati ta’ tkabbir ekonomiku fit-tul;

9.

Jenfasizza l-fatt li l-ilħuq ta’ finanzi pubbliċi sostenibbli jeħtieġ mhux biss infiq responsabbli, iżda wkoll tassazzjoni adegwata u ġusta, ġbir iktar effikaċi tat-taxxi mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u ġlieda aktar intensiva kontra l-evażjoni tat-taxxa; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi sett ta’ miżuri biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jġibu fl-istat li kien fih qabel il-bilanċ tal-kontijiet pubbliċi tagħhom u biex jiġi ffinanzjat l-investiment pubbliku billi jiġu sfruttati s-sorsi finanzjarji;

10.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ superviżuri finanzjarji Ewropej li jaħdmu mill-qrib flimkien, kemm fil-livell mikro kif ukoll dak makro, biex jiżguraw sorveljanza effikaċi;

11.

Iqis li s-setgħat tal-Eurostat għandhom jissaħħu, inkluż permezz tal-għoti ta’ setgħat investigattivi; iqis li informazzjoni statistika miftuħa u trasparenti għandha tkun prerekwiżit biex jinkiseb appoġġ mill-Fondi Strutturali; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tieħu r-responsabilità biex tivvaluta l-istatistika pprovduta mill-Istati Membri;

12.

Jitlob li jinħoloq “Fond Monetarju Ewropew” (EMF), li l-pajjiżi taż-żona tal-euro jikkontribwixxu għalih b'mod li jkun proporzjonat mad-daqs tal-PGD tagħhom u permezz ta’ multi determinati fuq il-bażi tad-dejn eċċessiv u l-livell tad-defiċit tagħhom; kwalunkwe Stat Membru jkun jista' jieħu fondi tal-EMF sal-ammont li jkun iddepożita preċedentament; madankollu, jekk pajjiż ikun jeħtieġ iktar riżorsi jew garanziji, ikollu jaċċetta programm ta’ riforma mfassal speċifikament għalih, li l-implimentazzjoni tiegħu tkun issorveljata mill-Kummissjoni;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal valutazzjoni tal-impatt makroekonomiku tal-pakkett ta’ miżuri biex titħares l-istabilità finanzjarja fl-Unjoni Ewropea u biex tippubblika komunikazzjoni dwar il-fattibilità, ir-riskji u l-vantaġġi tal-ħruġ ta’ bonds tal-euro;

L-Unjoni Ewropea teħtieġ li tirriforma s-sistema tagħha ta’ governanza ekonomika biex tiżgura l-implimentazzjoni b'suċċess tal-istrateġija imminenti tagħha Ewropea 2020

14.

Jemmen li l-istruttura ta’ governanza tal-istrateġija Ewropa 2020 għandha tissaħħaħ biex jiġi żgurat li, għall-kuntrarju tal-Istrateġija ta’ Lisbona, tilħaq l-objettivi tagħha; għalhekk jiddeplora sew il-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill ma ressqux proposti f'dan ir-rigward, minkejja l-appell qawwi li l-Parlament għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tal- 10 ta’ Marzu 2010 dwar l-UE 2020;

15.

Jenfasizza l-importanza li tiġi stabbilita konnessjoni iktar b’saħħitha bejn l-istrumenti tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, l-istrumenti makroekonomiċi u l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali tal-Ewropa 2020 billi jiġu ppreżentati b’mod koerenti, biex b'hekk ikun possibbli wkoll li jsir tqabbil aħjar tal-baġits nazzjonali fir-rigward tal-infiq f'kategoriji differenti; l-Istati Membri għandhom mhux biss iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala xi ħaġa ta’ interess nazzjonali, iżda wkoll bħala kwistjoni ta’ interess komuni, u għandhom jifformulaw il-politiki tagħhom b'dan il-mod; ifakkar lill-Istati Membri fir-rwol imsaħħaħ tal-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika;

16.

Iqis li, aktar milli wieħed ikompli jiddependi fuq il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni fil-qasam tal-politika ekonomika, huwa meħtieġ li jsir użu usa' ta’ miżuri li jorbtu biex l-istrateġija l-ġdida tkun suċċess;

17.

Jemmen li l-istrateġija Ewropa 2020 ma tiffukax biżżejjed mill-qrib fuq kwistjonijiet ewlenin li l-Istati Membri għandhom jittrattaw, u jenfasizza li hemm problemi kbar fir-rigward tal-kontenut u l-ġestjoni tal-'inizjattivi ewlenin' u l-'miri';

18.

Itenni l-appelli preċedenti tiegħu għal strateġija ta’ żvilupp waħda u integrata għall-Ewropa li tistabbilixxi linji gwida għal perjodu twil ta’ żmien għat-tkabbir ekonomiku bil-ħsieb li tinbena ekonomija aħjar, aktar ġusta u aktar sostenibbli li tipprovdi l-prosperità għal kulħadd;

19.

Itenni t-talba tiegħu biex jiġu integrati l-istrateġiji li jidħlu fl-ambiti ta’ xulxin, bħall-istrateġija Ewropa 2020, l-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli u l-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir; jiddeplora l-fatt li l-Kunsill Ewropew irrifjuta dan l-approċċ, u b'hekk ħalla bla soluzzjoni l-problema tal-inkoerenza tal-politika;

20.

Jemmen li governanza ekonomika effikaċi timplika l-għoti lill-Kummissjoni ta’ responsabilità xierqa u aktar b'saħħitha ta’ ġestjoni, biex b'hekk tkun tista' tuża kemm l-istrumenti eżistenti kif ukoll dawk ġodda previsti fit-Trattat ta’ Lisbona, bħall-Artikoli 121, 122, 136, 172, 173 u 194, li jagħtu lill-Kummissjoni l-kompitu li tikkoordina l-pjanijiet u l-miżuri ta’ riforma u li tistabbilixxi strateġija komuni;

21.

Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni biex jadottaw approċċ ta’ ħidma b'inċentivi u b'deterrenti u biex jużaw mekkaniżmi ta’ konformità fil-qafas tal-Artikolu 136 tat-Trattat, bħal inċentivi ekonomiċi, (pereżempju fondi żejda tal-UE) u penali li jkollhom l-għan li jappoġġaw governanza ekonomika msaħħa tal-UE u, b'mod iktar speċifiku, governanza msaħħa skont l-istrateġija Ewropa 2020;

22.

Jemmen li t-tisħiħ tal-governanza ekonomika jrid jimxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-governanza Ewropea, li għandha tintlaħaq permezz tal-involviment aktar mill-qrib u fil-ħin opportun tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess kollu; jistieden b'mod partikolari lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu użu xieraq tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona fir-rigward tal-involviment attiv tal-Parlament fil-qasam tal-politika ekonomika, kif definit fl-Artikolu 121(5) u (6), u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti dettaljati li jistabbilixxu djalogu interistituzzjonali politiku u leġiżlattiv regolari f'dan il-qasam kruċjali tal-politika;

Il-baġit Ewropew u l-pjanijiet nazzjonali ta’ riforma għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 biex irawmu tkabbir u żvilupp ekonomiku sostenibbli

23.

Jinsisti li, jekk l-istrateġija Ewropa 2020 trid tkun kredibbli, jeħtieġ li jkun hemm kompatibilità u kumplementarjetà akbar bejn il-baġits nazzjonali tas-27 Stat Membru tal-UE u l-baġit tal-UE; jenfasizza r-rwol akbar li għandu jkollu l-baġit tal-UE billi jiġbor flimkien ir-riżorsi;

24.

Jenfasizza l-importanza ta’ investimenti pubbliċi jew privati fuq perjodu twil ta’ żmien fil-finanzjament tal-infrastruttura meħtieġa biex jiġu implimentati l-inizjattivi ewlenin proposti fl-istrateġija Ewropa 2020, u jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri biex il-qafas regolatorju Eewropew jiġi adattat biex jippromwovi l-kooperazzjoni fost dawk li jinvestu fuq perjodi twal ta’ żmien;

25.

Jenfasizza li l-istrateġija Ewropa 2020 tista' biss tkun kredibbli jekk tkun iffinanzjata b'mod adegwat u jixtieq jara approċċ aktar ambizzjuż fl-abbozz ta’ baġit 2011 bil-ħsieb li l-istrateġija Ewropa 2020 tiġi implimentata b'suċċess; jiddeplora l-fatt li l-abbozz ta’ baġit 2011 ma jipprovdix lill-programmi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 b'finanzjament suffiċjenti; jenfasizza li involviment akbar min-naħa tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u dipendenza akbar fuq is-Sħubijiet Pubbliċi-Privati (PPP) jista' jkun approċċ effikaċi, mingħajr mhu soluzzjoni tajba għas-sitwazzjonijiet kollha; jiddeplora l-fatt li din il-kwistjoni la ġiet indirizzata mill-Kunsill Ewropew u lanqas mill-Kummissjoni;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara r-relazzjoni bejn il-linji baġitarji tal-Unjoni u l-objettivi speċifiċi rilevanti tal-istrateġija Ewropa 2020; jinsisti li qabel l-aħħar tal-ewwel nofs tal-2010 l-Kummissjoni għandha tressaq proposta biex jiġi rivedut il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) għall-perjodu 2007-2013 biex jinstabu riżorsi baġitarji oħra biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;

27.

Jitlob aktar informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja li kien hemm qbil dwaru fil-Kunsill straordinarju tal-Ecofin fid- 9 u l- 10 ta’ Mejju 2010;

28.

Jenfasizza l-importanza tar-reviżjoni tal-MFF attwali biex jikkonforma mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal- 15 u s- 16 ta’ Diċembru 2005 u biex isir konformi mar-rekwiżiti tat-Trattat ta’ Lisbona biex jiġi pprovdut finanzjament għall-inizjattivi spjegati fl-istrateġija Ewropa 2020 kif ukoll għad-diversi inizjattivi u impenji politiċi li ttieħdu u li se jittieħdu waqt l-MFF preżenti u dak li jmiss;

29.

Jenfasizza r-rekwiżit li l-baġit tal-UE għandu jirrifletti l-ħtieġa li tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni favur ekonomija ambjentalment sostenibbli;

Il-Parlament Ewropew jitlob li jkun involut aktar mill-qrib fit-tfassil tal-proposti dettaljati tal-Ewropa 2020

30.

Jenfasizza li l-Parlament se jiddeċiedi dwar il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi ladarba jkun irċieva tweġiba sodisfaċenti rigward l-istruttura ta’ governanza u l-qafas baġitarju tal-istrateġija Ewropa 2020;

31.

Jenfasizza li r-rakkomandazzjonijiet tal-politika annwali u t-twissijiet mill-Kummissjoni rigward il-konformità tal-Istati Membri mal-objettivi tal-Ewropa 2020 għandhom ikunu l-bażi għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew; huwa tal-fehma li dawn ir-rapporti għandhom jiġu diskussi fil-Parlament qabel ma jiġu kkunsidrati mill-Kunsill Ewropew;

*

* *

32.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0053.


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/69


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Politiki tal-UE favur id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem

P7_TA(2010)0226

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2009/2199(INI))

2011/C 236 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjonijiet Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (IOCPR) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-attivitajiet tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sitwazzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Lisbona, b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 21 tiegħu, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati f'Ġunju 2004, u riveduti fl-2008; wara li kkunsidra wkoll il-Linji Gwida dwar id-Djalogi tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati f'Diċembru 2001 u riveduti fl-2009,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Settembru 2007 dwar it-tħaddim tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi terzi (1),

wara li kkunsidra l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet esterni tal-UE,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (EIDHR) (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ April 2002 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi (3),

wara li kkunsidra l-linji gwida speċifiċi għall-azzjonijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fiż-żjarat tagħhom f'pajjiżi terzi,

wara li kkunsidra l-Istatut tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, adottat mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Mejju 2003, u modifikat fl-14 ta’ Ġunju 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, u speċjalment l-annessi dwar każijiet individwali,

wara li kkunsidra d-dibattiti regolari u r-riżoluzzjonijiet ta’ urġenza dwar każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri dwar azzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa biex titjieb il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jkunu promossi l-attivitajiet tagħhom, adottata fis-6 ta’ Frar 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata fl-24 ta’ Frar 2009 mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa (4),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni dwar l-istatus legali tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi fl-Ewropa (5), adottata mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fl-10 ta’ Ottubru 2007,

wara li kkunsidra l-istrumenti reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom b'mod partikolari l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (ACHPR) dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (6),

wara li kkunsidra l-programmi li qed jiġu implimentati f'xi Stati Membri tal-UE għall-protezzjoni u l-kenn tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li huma mhedda,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0157/2010),

A.

billi, skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, kull stat membru għandu r-responsabilità li jippromwovi r-rispett universali u l-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem,

B.

billi, skont id-Dikjarazzjoni tan-NU adottata fl-1998, “difensur tad-drittijiet tal-bniedem” huwa terminu użat biex jiddeskrivi persuni li, individwalment jew ma’ oħrajn, jaġixxu biex jippromwovu jew jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ mezzi paċifiċi,

C.

billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha huma atturi kruċjali fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, ħafna drabi b'riskju għall-ħajja tagħhom stess, u billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma wkoll atturi importanti għall-konsolidazzjoni tal-prinċipji demokratiċi fil-pajjiżi tagħhom, iżommu l-imparzjalità u t-trasparenza fix-xogħol tagħhom u jiżviluppaw il-kredibilità permezz ta’ rappurtaġġ preċiż, u b'hekk ikunu r-rabta umana bejn id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem,

D.

billi l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huwa element li ilu stabbilit tal-politika tar-relazzjonijiet barranin tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi, madankollu, l-appoġġ tal-UE jvarja skont il-pajjiżi konċernati,

E.

billi b'mod partikolari l-Unjoni Ewropea għandha interess speċifiku li ssaħħaħ il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, kif previsti fit-Trattat ta’ Lisbona, permezz tal-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR),

F.

billi l-Parlament Ewropew għandu rwol importanti fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, inkluż il-ħarsien tad-difensuri tagħhom, permezz ta’ delegazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, seduti ta’ smigħ, riżoluzzjonijiet, ittri u mhux l-inqas il-Premju Sakharov, kif ukoll fir-rapporti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,

G.

billi l-Unjoni Ewropea qegħda kulma jmur dejjem tikkoordina aktar l-azzjonijiet tagħha ma’ mekkaniżmi oħra reġjonali u internazzjonali, stabbiliti fl-Afrika, fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel biex jissorveljaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tħeġġeġ lill-Istati biex jiżguraw ambjent li jagħti lok lid-difensuri li jagħmlu x-xogħol tagħhom, skont l-obbligi internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem,

H.

billi l-kredibilità tal-Unjoni Ewropea bħala protettur tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja hija marbuta mill-qrib mar-rispett intern tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali,

I.

billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem iħabbtu wiċċhom huma stess ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem waqt ix-xogħol tagħhom, u billi dan il-ksur jinkludi l-qtil, it-theddid ta’ qtil, is-sekwestru u l-ħtif, l-arrest u d-detenzjoni arbitrarji, u azzjonijiet oħra ta’ kedd u intimidazzjoni, pereżempju permezz ta’ kampanji ta’ malafama, u billi dan il-ksur jista' wkoll isir fuq il-qraba immedjati tagħhom (inklużi wliedhom), u qraba oħra tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex iwaqqfuhom milli jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom; billi l-kampanji tad-drittijiet tal-bniedem huma affettwati f'bosta reġjuni minn restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tagħhom u l-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

J.

billi l-protezzjoni tad-difensuri individwali tad-drittijiet tal-bniedem teħtieġ l-infurzar tal-politiki tal-UE tad-drittijiet tal-bniedem inġenerali,

K.

billi n-nisa difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma partikolarment f'riskju, u billi gruppi u kategoriji oħra ta’ difensuri li huma partikolarment esposti għal attakki u għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħala riżultat tax-xogħol li jwettqu jinkludu difensuri li jaħdmu sabiex jippromwovu d-drittijiet ċivili u politiċi - b'mod partikolari il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi - kif ukoll id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, notevolment drittijiet kollettivi bħad-dritt għall-ikel u l-aċċess għal riżorsi naturali, inklużi t-trejdjunjonisti, kif ukoll dawk li jaħdmu għad-drittijiet tal-minoranzi u tal-komunità, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet ta’ popli indiġeni u d-drittijiet ta’ persuni LGBT, u n-nies li jiġġieldu kontra l-korruzzjoni,

L.

billi l-mezzi li jintużaw biex jiġu ppersegwitati d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kulma jmur qed ikun dejjem aktar sofistikati, permezz ta’ teknoloġiji ġodda, iżda wkoll permezz ta’ liġijiet li jirrestrinġu lill-NGOs u ostakoli amministrattivi li jillimitaw ħafna l-ispazju u l-possibilitajiet li wieħed jopera għal soċjetà ċivili indipendenti; filwaqt li jenfasizza, f'dan ir-rigward, li ċerti gvernijiet jostakolaw jew iżommu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem milli jirreġistraw l-organizzazjonijiet b'mod uffiċjali u mbagħad jiftħulhom proċessi legali talli jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ libertà tal-għaqda b'mod illegali,

M.

billi dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu ksur ċar tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u sensiela ta’ libertajiet fundamentali rikonoxxuti b'mod universali,

N.

billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma wkoll ristretti u kultant ikunu fil-mira diretta ta’ politiki, leġiżlazzjoni u proċeduri deskritti bħala miżuri ta’ “sigurtà”, li spiss ikunu akkumpanjati minn stigmatizzazzjoni u akkuża ta’ terroriżmu,

O.

billi d-diffikultajiet speċifiċi li jaffaċċjaw l-assoċjazzjonijiet u l-assemblei tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jibqgħu s-sekwestru tal-għamara, l-għeluq tal-postijiet ta’ ħidma, l-impożizzjoni ta’ multi kbar u l-iskrutinju metikoluż u soġġettiv tal-kontijiet bankarji,

P.

billi l-ftehimiet tal-kummerċ li fihom klawsola tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu jipprovdu lieva min-naħa tal-UE billi jipprevedu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u jagħmlu l-kummerċ soġġett għal dan,

1.

Jagħti ġieħ lill-kontribut imprezzabbli li jagħtu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-prevenzjoni tal-konflitti, filwaqt li jissugraw is-sigurtà personali tagħhom stess u dik tal-familji u l-ġenituri tagħhom; jilqa' l-fatt li d-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1998 ma tipprovdix definizzjoni stretta tat-terminu “difensur tad-drittijiet tal-bniedem” u, f'dan is-sens, jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jappoġġjaw bis-sħiħ dan l-approċċ;

2.

Jistieden lill-UE tagħti prijorità lil implimentazzjoni aktar effettiva tal-għodda u l-mekkaniżmi eżistenti għal ħarsien koerenti u sistematiku tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan l-UE; jirrakkomanda li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tiżviluppa miżuri u metodoloġija aktar effettiva u orjentata lejn ir-riżultati, inklużi l-evalwazzjonijiet tal-politiki u tad-djalogi eżistenti dwar id-drittijiet tal-bniedem;

3.

Iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jesprimu r-rieda politika tagħhom biex jappoġġjaw l-azzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u b'hekk jagħmlu użu aħjar mill-għodda kollha eżistenti u jiżviluppaw mekkaniżmi ġodda kumplimentari li jappoġġaw u jippromwovu l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ strateġija ġenwinament parteċipattiva, li għandha tagħti kontribut għal ambjent favorevoli għad-difensuri li fih ikunu jistgħu iwettqu l-ħidma tagħhom u jgawdu ħarsien; jenfasizza li dan għandu jsir flimkien ma’ politika mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ħarsien minn attakki u theddid kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, permezz ta’ miżuri urġenti kif ukoll ta’ miżuri fit-tul;

It-tisħiħ u l-innovazzjonijiet istituzzjonali taħt it-Trattat ta’ Lisbona

4.

Ifakkar li t-Trattat ta’ Lisbona, kif spjegat fl-Artikolu 3 u 21 tiegħu, ipoġġi l-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru tal-azzjoni esterna tal-Unjoni; jenfasizza li għandha tingħata prijorità biex ikun żgurat li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kemm bħala valur bażiku kif ukoll bħala għan tal-politika barranija tal-Unjoni, tkun riflessa kif xieraq fil-ħolqien u fl-istruttura tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), anke permezz tal-ħatra ta’ riżorsi umani suffiċjenti; jitlob għalhekk li jinħoloq punt fokali ċentrali b'responsabbiltà speċifika għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan l-SEAE;

5.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-linji gwida dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mill-missjonijiet tal-UE s'issa ma kenitx sodisfaċenti, u jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel analiżi fil-fond biex tiżgura li din il-kwistjoni se tiġi indirizzata; jinnota, f'dan ir-rigward, li bħala konsegwenza tal-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, id-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pajjiżi terzi, issa li saru delegazzjonijiet tal-Unjoni, huma mitluba jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet il-ġodda, iżda ngħataw ukoll aktar responsabilitajiet biex jindirizzaw din il-kwistjoni, bi rwol dejjem aktar importanti f'termini ta’ rappreżentazzjoni tal-UE u tal-implimentazzjoni tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem; għalhekk itenni s-sejħa tiegħu biex għal kull pajjiż jinħatar sistematikament uffiċjal politiku bi kwalifiki għolja b'responsabilità speċifika għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u biex il-linji gwida u l-iżvilupp tal-aqwa prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-implimentazzjoni tagħhom jiġu integrati fil-programmi tat-taħriġ, fid-deskrizzjonijiet tal-impjiegi u fil-proċessi ta’ evalwazzjoni tal-persunal tal-UE;

6.

Jenfasizza l-importanza tal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki tal-kummerċ, is-sħubijiet u l-ftehimiet kummerċjali bejn l-UE u pajjiżi terzi; jipproponi “evalwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem” ta’ pajjiżi terzi li għandhom relazzjonijiet kummerċjali mal-UE;

7.

Jistenna li l-ħatra tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li fl-istess ħin hi Viċi President tal-Kummissjoni, u l-ħolqien ta’ Servizz ta’ Azzjoni Esterna komuni, jistgħu konsiderevolment itejbu l-koerenza u l-effettività tal-UE f'dan il-qasam, u jirrakkomanda bil-qawwa li t-tħejjija ta’ strateġiji lokali b'koperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili indipendenti lokali, inkluża l-evalwazzjoni regolari tagħhom, tkun istituzzjonalizzata mill-HR/VP, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni reali tal-miżuri ta’ protezzjoni stabbiliti fil-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

8.

Iqis li huwa meħtieġ li jitjiebu l-kuntatti mas-soċjetà ċivili indipendenti, u li jsir segwitu sistematiku tagħhom, kif ukoll l-aċċess għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għad-delegazzjonijiet tal-UE u għall-missjonijiet fuq il-post; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, it-talba mill-Presidenza Spanjola li jinħatar uffiċjal ta’ kollegament lokali komuni minn fost il-missjonijiet tal-UE għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bir-responsabbiltà li jikkoordina l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea billi jippromwovi l-aċċess miżjud għall-informazzjoni li tikkonċerna l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili biex fl-istess ħin jiżgura t-trasparenza fil-mod li bih jeżerċitaw ir-responsabiltajiet tagħhom u l-possibbiltà ta’ reazzjoni rapida, b'mod flessibbli, fil-każ ta’ emerġenza; jitlob li l-Parlament jiġi nfurmat b'dawn il-ħatriet;

Lejn approċċ aktar koerenti u sistematiku fil-Politika tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE

9.

Huwa mħasseb bin-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; jinsisti li dawn il-linji gwida jkunu implimentati kif jixraq u b'mod sħiħ mid-Delegazzjonijiet kollha tal-UE u li jsiru sforzi akbar sabiex jiġi żgurat li huma kollha jkunu żviluppaw strateġiji ta’ implimentazzjoni lokali qabel tmiem l-2010, jew, fejn l-istrateġiji jkunu jeżistu diġà, li jiġu riveduti sal-istess żmien; jitlob li l-lista ta’ dawn l-istrateġiji lokali tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u ppubblikata fir-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

10.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lid-delegazzjoniiet tal-UE biex b'mod attiv jinvolvu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tagħhom fil-proċessi tal-abbozzar, monitoraġġ u reviżjoni tal-istrateġiji lokali, għax dan se jinfluwenza l-valur effettiv ta’ dawn l-istrateġiji;

11.

Iqis li l-laqgħat mill-inqas darba f'sena bejn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u d-diplomatiċi, kif mitluba fil-linji gwida tal-UE, jistgħu b'mod ċar jagħtu kontribut għal ħolqien ta’ proċessi ta’ dan it-tip, u jinkoraġġixxu laqgħat aktar regolari u sistematiċi fil-ġejjieni; jappella għal sforzi biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni f'tali laqgħat mid-diversi profili ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem attivi fil-pajjiż u l-parteċipazzjoni mid-difensuri mir-reġjuni;

12.

Jistieden, għalhekk, lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni biex tikkunsidra l-possibilità li tkun organizzata laqgħa internazzjonali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bil-parteċipazzjoni tal-korpi relevanti tan-Nazzjonijiet Uniti, is-segretarjati tal-konvenzjonijiet reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem u NGOs internazzjonali u reġjonali, bl-għan li tittejjeb il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u li jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja;

13.

Jenfasizza l-bżonn ta’ perspettiva tas-sessi fl-implimentazzjoni tal-linji gwida, b'azzjonijiet immirati favur id-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem u gruppi oħra partikolarment vulnerabbli, bħall-ġurnalisti u d-difensuri li jaħdmu biex jippromwovu d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, id-drittijiet tat-tfal, u anke dawk f'ħidma li tikkonċerna d-drittijiet tal-minoranzi – b'mod partikolari d-drittijiet ta’ minoranzi reliġjużi u lingwistiċi – id-drittijiet ta’ popli indiġeni u d-drittijiet ta’ persuni LGBT;

14.

Jenfasizza l-importanza tal-libertà tal-espressjoni u r-rwol tal-midja online u offline, bħala mezz li jaġevola l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

15.

Jikkunsidra li l-iżviluppi ta’ teknoloġiji ġodda u l-impatt tagħhom fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu evalwati u r-riżultati integrati fil-programmi tal-UE eżistenti tad-drittijiet tal-bniedem u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

16.

Hu tal-fehma li l-aspetti ewlenin ta’ strateġiji lokali għall-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem għandhom ikunu riflessi fid-dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiżi/il-Programmi Indikattivi Nazzjonali, fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-PEV, fil-Programmi ta’ Azzjoni Annwali tal-EIDHR u fl-Istrument għall-Istabbiltà;

17.

Itenni li permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, il-promozzjoni, il-protezzjoni u s-sigurtà tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandhom jitpoġġew bħala kwistjoni ta’ prijorità fir-relazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi u għandhom ikunu integrati fil-livelli kollha u fl-aspetti u fl-istrumenti kollha tal-politika barranija tal-Unjoni sabiex tiżdied il-koerenza, l-effikaċja u l-kredibilità tal-appoġġ tal-UE għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-iżvilupp, l-implimentazzjoni effettiva u s-segwitu regolari ta’ strateġiji tal-pajjiżi speċifiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jistgħu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal dan l-approċċ;

18.

Iqis li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi ser ikunu protetti aħjar jekk id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE ikunu aktar effettivi; jenfasizza l-bżonn li b'mod sistematiku titqajjem is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fid-djalogi kollha politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem u fin-negozjati kummerċjali ma’ pajjiżi terzi, u b'mod aktar ġenerali s-sitwazzjoni u t-titjib tad-dritt għal-libertà tal-assoċjazzjoni, f'leġiżlazzjonijiet nazzjonali, regolamenti u prattiki nazzjonali, ifakkar lill-imsieħba dwar ir-responsabbiltà tal-Istati li jiżguraw li l-obbligi u d-drittijiet kollha inkorporati fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem ikunu inklużi fil-liġi nazzjonali, inkluż id-dritt għall-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà tal-għaqda u d-dritt li jirċievu finanzjament domestiku u barrani bi trasparenza sħiħa u fir-rispett tal-awtonomija tad-deċiżjoni tagħhom, kif ukoll il-libertà tal-espressjoni, li hija dritt li hu essenzjali għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-istati sħab għandhom ukoll jiġu mfakkra dwar l-obbligu u r-responsabbiltà li jipproteġu u jippromwovu r-rispett tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol tagħhom, billi joħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu l-eżerċizzju sħiħ tal-promozzjoni, tal-monitoraġġ u tar-rappurtar dwar id-drittijiet tal-bniedem;

19.

Hu tal-fehma li rigward il-finanzjament domestiku u barrani, għandhom jiġu adottati kriterji speċifiċi f'bilanċ bejn it-trasparenza xierqa u l-kunfidenzjalità meħtieġa; jitlob li jittieħdu miżuri biex jiżguraw li jitqies kull kriterju ieħor li jista' jkun invokat mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jekk ikun ikkunsidrat essenzjali għat-twettiq tax-xogħol tagħhom;

20.

Itenni li d-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, bħala korpi responsabbli mir-relazzjonijiet tal-PE ma’ pajjiżi terzi, jista' jkollhom rwol aktar sostanzjali fl-isforz biex jgħinu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, skont il-linji gwida speċifiċi għad-drittijiet tal-bniedem u l-azzjonijiet favur id-demokrazija tal-MEPs fiż-żjarat tagħhom f'pajjiżi terzi;

21.

Jitlob biex issir aktar enfasi fuq ir-rwol tal-Parlament Ewropew fid-djalogi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi terzi;

22.

Jinkoraġġixxi l-inklużjoni tal-komunità tan-negozji fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem;

23.

Iqis li jinħtieġu strateġija koerenti u koordinata tal-UE kif ukoll lok għal irwoli kumplimentarji għall-Istati Membri rigward il-ħarsien tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

24.

Jikkundanna l-klima ta’ impunità għall-ksur imwettaq kontra d-difersuri f'diversi pajjiżi tad-dinja; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqajmu din il-kwistjoni fil-kuntatti bilaterali tagħhom, u jħeġġu lill-istati kollha sabiex jiżguraw li min wettaq delitt, indipendentement mill-pożizzjoni jew mill-funzjoni tiegħu, jitressaq quddiem il-ġustizzja permezz ta’ proċeduri dixxiplinarji u kriminali indipendenti u effettivi, dejjem fil-konsiderazzjoni tal-possibilità ta’ appell finali quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji ġudizzjarji domestiċi tal-istat;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-invokazzjoni tas-sigurtà nazzjonali u pubblika, inkluż il-kontroterroriżmu, ma jiġux użati b'mod arbitrarju kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

26.

Jirrimarka li l-parlamentari għandhom ukoll rwol kruċjali meta jiġu biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tista' potenzjalment taffettwa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivitajiet tagħhom, tinġieb konformi ma’ standards rikonoxxuti internazzjonalment tad-drittijiet tal-bniedem; għalhekk jenfasizza l-importanza ta’ dawn il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu indirizzati b'mod sistematiku mill-Membri tal-Parlament Ewropew f'laqgħat bilaterali u multilaterali ma’ deputati parlamentari oħrajn u ma’ esperti fuq il-post, f'konformità mal-linji gwida speċifiċi għall-azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija tal-Membri tal-PE fiż-żjarat tagħhom f'pajjiżi terzi;

27.

Jenfasizza l-importanza li s-soċjetà ċivili indipendenti tkun involuta b'mod sħiħ fil-preparazzjoni tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem, permezz ta’ seminars tas-soċjetà ċivili jew mezzi oħra; iqis li r-rabta bejn is-seminars tas-soċjetà ċivili u d-djalogu formali jeħtieġ li tissaħħaħ, permezz tal-pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa, u ta’ segwitu u feedback aħjar lis-soċjetà ċivili ġaladarba d-djalogu jkun sar; jenfasizza l-importanza li jkomplu jitqajmu każijiet individwali matul id-djalogi u jikkunsidra li jekk il-lista ta’ ismijiet tkun magħmula pubblika dan itejjeb l-impatt tal-azzjonijiet tal-UE u jżid l-attenzjoni pubblika fuq dawn il-każijiet, sakemm l-iżvelar pubbliku ma jpoġġix fir-riskju d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni ma’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem oħra u s-soċjetà ċivili fl-evalwazzjoni ta’ tali riskju;

28.

Iqis li l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), li diġà wera l-kapaċità tiegħu li jappoġġja u jippromwovi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt, għandu jkompli jtejjeb aktar l-appoġġ dirett għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tagħhom, kemm dawk għal żmien qasir kif ukoll dawk fit-tul, filwaqt li jkun żgurat li jilħaq ukoll lil gruppi partikolarment vulnerabbli u d-difensuri li jgħixu f'żoni remoti u żoni li fuqhom hemm anqas attenzjoni;

29.

Jappella lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli biex jiddenunzjaw u jċanfru b'mod sistematiku l-kumpaniji internazzjonali meta dawn jipprovdu r-reġimi oppressivi b'teknoloġija ta’ sorveljanza, li permezz tagħha l-persekuzzjoni u l-arresti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jiġu ffaċilitati;

Aktar trasparenza u viżibilità bħala miżura ta’ protezzjoni

30.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżidu l-kuxjenza fost il-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, is-SEAE, l-ambaxxati tal-UE u l-Ministeri Barranin tal-UE dwar l-eżistenza tal-linji gwida permezz ta’ azzjonijiet immirati sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu approprjati u applikati b'mod sħiħ; iqis li l-laqgħat annwali previsti fil-linji gwida ikunu ta’ appoġġ sostanzjali għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jżidu wkoll il-kredibilità u l-viżibilità tal-azzjoni tal-UE, u b'hekk juru b'mod ċar kemm hija importanti l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għall-UE;

31.

Jenfasizza li r-rikonoxximent pubbliku u l-viżibilità mogħtija lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lix-xogħol tagħhom jista' wkoll jikkontribwixxi għall-ħarsien tagħhom f'ċirkostanzi diffiċli, billi dawk li jistgħu jagħmlulhom il-ħsara jista' jkun li jibqgħu lura milli jaġixxu meta l-abbużi ma jseħħux inosservati; jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lid-delegazzjonijiet tal-UE biex, kull meta jkun possibbli, jippubblikaw démarches u attivitajiet oħra li jkunu twettqu rigward xi każ speċifiku, dejjem b'konsultazzjoni mad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem u l-familja tiegħu jew tagħha; jistieden lill-Missjonijiet tal-UE biex jipprovdu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u/jew il-familji tagħhom kif ukoll NGOs li infurmaw l-UE dwar każ partikolari b'feedback sistematiku dwar kwalunkwe azzjoni, ikun xi ikun il-format tagħha, meħuda għan-nom tagħhom, kif spjegat fil-linji gwida;

32.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Kummissarji kollha b'responsabilitajiet fil-qasam tar-Relazzjonijiet Esterni biex b'mod sistematiku jiltaqgħu mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem meta jivvjaġġaw b'mod uffiċjali f'pajjiżi terzi, u jenfasizza li l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandu b'mod imperattiv ikun inkluż fil-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE; jenfasizza li kemm ir-Rappreżentant Għoli kif ukoll ir-Rappreżentanti Speċjali se jinżammu responsabbli mill-Parlament Ewropew għall-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward;

33.

Jenfasizza l-ħtieġa li b'mod attiv jiġu appoġġati u żviluppati proposti dwar kif in-netwerk tal-Premju Sakharov, imniedi f'Diċembru 2008 fl-okkażjoni tal-20 Anniversarju tal-Premju Sakharov, jista' jintuża bħala parti minn appoġġ sostnut għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u anke biex wieħed jikkapitalizza aħjar mill-kontribut possibbli ta’ dawk li jingħataw il-premju għal azzjonijiet differenti mill-Parlament Ewropew, bl-għan li jwettaq il-mandat tiegħu; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta’ xi rebbieħa tal-Premju Sakharov;

Lejn azzjoni aktar ikkoordinata u orjentata lejn ir-riżultati favur id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem

34.

Iqis li l-UE jeħtieġ li tiżviluppa approċċ olistiku lejn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem sabiex tiżdied il-kredibilità u l-effiċjenza tal-politika tal-UE fost l-Istati Membri tal-UE u b'relazzjoni ma’ pajjiżi terzi, billi fl-istess waqt jiġu inklużi miżuri ta’ appoġġ biex jiżguraw l-attivitajiet tagħhom, kif ukoll miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kemm dawk għal żmien qasir kif ukoll dawk għal żmien twil; jenfasizza li l-istrateġija riveduta tal-EIDHR u l-linji gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandhom jirriflettu dan l-approċċ;

35.

Iqis li l-UE għandha tindika b'mod ċar is-sanzjonijiet xierqa li jistgħu jkunu applikati fil-pajjiżi terzi li jwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u japplikawhom; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill u b'mod partikolari lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jagħtu effett lill-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali, u b'hekk joħolqu mekkaniżmu ta’ nfurzar ġenwin ta’ din il-klawsola fl-ispirtu tal-Artikoli 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou;

36.

Iqis, sabiex tiġi żviluppata azzjoni aktar orjentata lejn ir-riżultati, li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandha tevalwa b'mod regolari l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ kull delegazzjoni tal-UE fil-pajjiżi terzi u tagħti prijorità u ssegwi dan ix-xogħol mill-qrib, u tagħmel rakkomandazzjonijiet lil dawk il-missjonijiet għal azzjoni msaħħa fejn ikun ċar li l-implimentazzjoni tkun dgħajfa;

37.

Jappella lill-Kunsill biex jagħmel l-Ewropa aktar aċċessibbli għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li ma jistgħux joqogħdu fil-pajjiżi tagħhom; jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jippreparaw u jattwaw miżuri speċifiċi biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-Ewropa għal tali difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

38.

Ifakkar il-ħtieġa li jingħeleb in-nuqqas ta’ strateġija koerenti ta’ protezzjoni u ażil bl-implimentazzjoni sistematika ta’ miżuri u inizjattivi ta’ emerġenza fuq il-medda l-qasira u t-twila taż-żmien; jitlob lir-Rappreżentant Għoli biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew sat-tmiem l-2010 dwar il-miżuri meħuda għal dan il-għan;

39.

Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jiżviluppaw bħala kwistjoni ta’ prijorità, politika kkoordinata dwar il-ħruġ ta’ viżi ta’ emerġenza għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-membri tal-familji tagħhom. L-iskemi speċjali li jeżistu fi Spanja u fl-Irlanda jistgħu jservu bħala eżempju ta’ dan; jemmen bis-sħiħ li l-għoti tas-setgħa lid-delegazzjonijiet ġodda tal-Unjoni Ewropea biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar il-ħruġ ta’ viżi ta’ emerġenza jkun pass kbir 'il quddiem għall-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni; huwa tal-fehma li referenza ċara għal din il-possibbiltà fl-Abbozz ta’ Manwal għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi u l-modifika ta’ viżi maħruġa jkun ta’ għajnuna kbira biex jitwettaq dan l-approċċ komuni, kif diġà ntqal mill-Parlament Ewropew matul il-proċess ta’ skrutinju legali għall-miżura msemmija hawn fuq;

40.

Iħeġġeġ is-27 Stat Membru biex isegwu l-istess linja fir-rigward tal-ħruġ tal-viżi lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

41.

Jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-viżi ta’ emerġenza jkunu akkumpanjati minn miżuri ta’ protezzjoni temporanja u kenn fl-Ewropa għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li possibilment jagħtu riżorsi finanzjarji u akkomodazzjoni biex joffru kenn lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll programmi ta’ akkumpanjament (attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem, letturi fl-universitajiet Ewropej, korsijiet tal-lingwi, eċċ.); jilqa' l-inizjattiva “Bliet ta’ Kenn” (Shelter Cities) promossa mill-Presidenza Ċeka kif ukoll il-Programm ta’ Ħarsien u Kenn implimentat mill-Gvern Spanjol mill-2008, u jistieden lill-VP/HR fi ħdan is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Estern (SEAE) biex tiffinalizza programm Ewropew ta’ Ħarsien u Kenn sal-aħħar tal-2010 biex jiġi implimentat fl-2011 mingħajr ma tneħħi r-responsabilità, madankollu, mingħand il-bliet; għalhekk jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex jippreżenta lill-Parlament Ewropew manwal dwar kif titwaqqaf belt ta’ kenn kif ukoll proposta ta’ qafas li tappoġġja n-netwerkjar bejn tali bliet; jitlob li jkun hemm aktar appoġġ għall-inizjattivi oħra li diġà jeżistu f'dan ir-rigward;

42.

Jenfasizza wkoll li f'sitwazzjonijiet fejn il-ħajja jew is-saħħa fiżika u mentali ta’ difensur tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu jkunu f'riskju, l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-UE għandhom jappoġġaw u jiżviluppaw ukoll strumenti oħra ta’ protezzjoni u mekkaniżmi ta’ rispons urġenti; iqis li dan għandu jsir b'kooperazzjoni mill-qrib mad-difensuri lokali tad-drittijiet tal-bniedem u mas-soċjetà ċivili;

43.

Jilqa' l-kooperazzjoni attwali bejn il-mekkaniżmi ta’ protezzjoni eżistenti fil-livell Ewropew u internazzjonali, li jistgħu jiġu msaħħa aktar permezz ta’ skambju sistematiku ta’ informazzjoni u ta’ strateġija, biex tkun żgurata kumplimentarjetà aħjar bejniethom kollha f'termini kemm ta’ qsim ta’ informazzjoni għal każijiet ta’ emerġenza kif ukoll ta’ koordinazzjoni għal azzjonijiet ta’ appoġġ għal żmien twil, bħal pereżempju l-użu ta’ pjattaforma sikura fuq l-internet aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha; jilqa' f'dan ir-rigward il-laqgħat annwali organizzati mill-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll il-laqgħat annwali tal-“inter-mekkaniżmi” organizzati mill-Osservatorju għall-Protezzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, programm konġunt tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (FIDH) u l-Organizzazzjoni Dinjija Kontra t-Tortura (OMCT), bil-għan li tissaħħaħ l-interazzjoni bejn il-mekkaniżmi u l-istituzzjonijiet internazzjonali u reġjonali għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lit-taskforces eżistenti dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa, fil-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kunsill tal-Ewropa, inizjattiva tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, sabiex jistudjaw modi ta’ kif jistgħu jaħdmu aktar mill-qrib flimkien;

44.

Jappella, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jagħraf li l-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ dan it-tip jista' jkun faċilitat permezz tat-twaqqif ta’ punti fokali għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-istituzzjonijiet u fl-organi kollha tal-UE, b'tali punti fokali li jaħdmu b'koperazzjoni mill-qrib ma’ dawk responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-missjonijiet u d-delegazzjonijiet tal-UE;

45.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistudjaw il-possibilità li joħolqu sistema ta’ twissija komuni għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE u għall-mekkaniżmi l-oħra kollha ta’ protezzjoni;

46.

Jemmen li l-qsim tal-informazzjoni jista' jkun faċilitat ukoll permezz tal-ħolqien ta’ bażijiet tad-data speċifiċi, jew “log books”, sabiex jinżamm rendikont tal-attivitajiet imwettqa, b'mod speċjali rigward individwi, filwaqt li jiggarantixxi rispett sħiħ għall-kunfidenzjalità;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex issegwi u timmonitorja b'mod regolari l-implimentazzjoni fuq il-medda qasira u t-twila taż-żmien tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u jirrapporta lura lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew;

*

* *

48.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE.


(1)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 214.

(2)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU C 131 E, 5.6.2003, p. 147.

(4)  RES/1660(2009).

(5)  CM/Rec(2007)14.

(6)  ĠU L 243, 15.09.2009, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/76


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta’ verifika mill-Kummissjoni (Eurostat)

P7_TA(2010)0230

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta’ verifika mill-Kummissjoni (Eurostat)

2011/C 236 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0053),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0071 – 2005/0013(CNS)),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-31 ta’ Marzu 2010 (CON/2010/28),

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar l-Istatistika tad-Defiċit u tad-Dejn tal-Gvern Grieg (COM(2010)0001),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0227/2009),

wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-4 ta’ Ġunju 2010 lill-Kummissjoni dwar il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa tal-verifika mill-Kummissjoni (Eurostat) (O-0080/2010 – B7-0314/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kummissjoni (Eurostat) s'issa ma kellhiex is-setgħat investigattivi neċessarji biex ittejjeb il-kwalità tal-istatistika Ewropea,

B.

billi l-avvenimenti reċenti wrew li sistema tal-istatistika li taħdem kif suppost hija prekundizzjoni għal data affidabbli, billi kien hemm in-nuqqas tar-rieda politika biex ikun hemm konformità mar-regoli komuni u biex isir progress reali lejn governanza statistika aktar b'saħħitha,

C.

billi l-każ tal-Greċja huwa illustrazzjoni ċara tan-nuqqas ta’ statistika fiskali ta’ kwalità fl-Unjoni, huwa juri li l-progress mill-2005 'l hawn ma kienx biżżejjed biex iressaq il-kwalità tad-data fiskali Griega lejn il-livell li ntlaħaq minn Stati Membri oħrajn,

D.

billi l-proposta tal-Kummissjoni tal-2005 kienet diġà talbet għal aktar setgħat tat-tip ta’ verifika għall-Kummissjoni (Eurostat) u għal standards minimi miftiehma b'mod komuni għal data statistika,

E.

billi fl-2005, ħafna Stati Membri kienu kontra t-tisħiħ tas-setgħat tal-Eurostat, minkejja l-evidenza diġà ċara li r-regoli u l-implimentazzjoni tagħhom ma kinux adegwati,

F.

billi huwa ta’ spiss mifhum li s-sitwazzjoni attwali trid titjieb u li l-Kummissjoni (Eurostat) għandha bżonn tingħatalha aktar setgħat investigattivi, billi jidher li hemm nuqqas ta’ rieda politika, b'mod partikolari fil-Kunsill, biex jittieħdu l-passi neċessarji biex jissaħħu s-setgħat tal-Kummissjoni (Eurostat),

G.

billi jidher ċar li r-riżorsi umani meħtieġa biex tiġi provduta ħarsa komprensiva u dettaljata tal-istatistika nazzjonali huma neqsin, problema li għandha bżonn tiġi indirizzata kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali,

H.

billi deher ċar li data affidabbli dwar il-fondi tas-sigurtà soċjali, l-arretrati tal-isptarijiet u t-transazzjonijiet bejn il-gvernijiet u l-impriżi pubbliċi hija kruċjali,

1.

Jitlob lill-Kunsill biex jiżgura li l-impriżi politiċi fil-qasam tal-istatistika jiġu onorati u biex jaċċetta għal kollox il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2010)0053 finali) u l-emendi relevanti mressqa mill-BĊE u l-Parlament;

2.

Jitlob lill-Kunsill biex isaħħaħ ir-rwol u l-indipendenza tal-Kummissjoni (Eurostat);

3.

Jitlob lill-Kunsill u l-Istati Membri biex jaċċettaw li l-Kummissjoni (Eurostat) tingħata r-responsabilità li tagħmel spezzjonijiet mhux mgħarrfa minn qabel fl-Istati Membri biex tivverifika d-data statistika;

4.

Iqis il-proposta tal-Kummissjoni bħala l-minimu meħtieġ fid-dawl tal-każ tal-Greċja; jenfasizza li l-obbligi tar-rappurtar għandhom bżonn jiġu infurzati fl-Istati Membri kollha u li r-rappurtar għandu jinkludi dettalji ta’ kwalunkwe attività preċedenti li ma tkunx tidher fuq il-karta tal-bilanċ;

5.

Jitlob lill-Istati Membri biex jieqfu jużaw kwalunkwe tip ta’ strutturi ta’ dejn li ma jkunx jidher fuq il-karta tal-bilanċ; jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri legali li jorbtu li jobbligaw lill-Istati Membri biex jieqfu mill-prattika li jużaw kwalunkwe tip ta’ strutturi ta’ dejn li ma jkunx jidher fuq il-karta tal-bilanċ;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara liema setgħat u staff għandha bżonn biex twettaq immoniterjar effettiv u reali tal-istatistika nazzjonali fuq tul ta’ żmien medju u twil;

7.

Jiġbed l-attenzjoni għat-tendenza fost l-Istati Membri li jevitaw ċertu responsabilitajiet mill-karti tal-bilanċ tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħlasijiet futuri mitluba minn pensjonijiet tas-settur pubbliku u mill-kuntratti fuq tul ta’ żmien twil mas-settur privat għas-self jew l-għoti tal-faċilitajiet pubbliċi; jitlob għal soluzzjoni li tiżgura l-iżvelar konsistenti u miftuħ ta’ responsabilitajiet bħal dawn fl-istatistika nazzjonali;

8.

Jitlob lill-BĊE biex jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni (Eurostat) ħalli jiżgura l-konsistenza tal-istatistika tal-Istati Membri;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni (Eurostat) biex tagħmel l-almu tagħha ħalli tevita n-nuqqasijiet metodoloġiċi u l-problemi amministrattivi mhux sodisfaċenti, bħal fil-każ tal-Greċja, milli jerġgħu joħorġu f'xi Stat Membru;

10.

Jitlob lill-Kunsill u l-Istati Membri biex jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'data tal-finanzi pubbliċi bbażata fuq metodu ta’ verifika standardizzat u aċċettat internazzjonalment;

11.

Jitlob lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) u l-istituzzjonijiet tal-istatistika nazzjonali bl-aċċess neċessarju u r-riżorsi sabiex isiru kontrolli reali fuq id-data ta’ bażi possibbli;

12.

Jitlob lill-Istati Membri li diġà qegħdin fiż-żona tal-euro jew li qed japplikaw biex jidħlu fiż-żona tal-euro ħalli jippermettu lill-BĊE jieħu sehem fi spezzjonijiet mhux mgħarrfa minn qabel u biex l-istaff tiegħu jingħata s-setgħa li jkollu aċċess għal kwalunkwe statistika tagħhom;

13.

Jitlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu responsabilitajiet ċari fir-rigward tal-produzzjoni u l-kompilazzjoni tad-data statistika; ir-responsabilitajiet nazzjonali ċari, inklużi r-responsabilitajiet personali, huma rekwiżit neċessarju għall-ħidma tal-Kummissjoni (Eurostat);

14.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tissika l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prassi tal-Istatistika Ewropea, li ssaħħaħ l-indipendenza, l-integrità u l-kontabilità tal-Istituti Statistiċi Nazzjonali u tal-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li titħeġġeġ l-applikazzjoni tal-aħjar prinċipji, metodi u prattiki statistiċi internazzjonali mill-produtturi kollha tal-istatistika Ewropea sabiex tiġi ottimizzata l-kwalità tagħhom;

15.

Jitlob lill-Kunsill u l-Istati Membri biex jaċċettaw mingħajr riżervi l-bżonn għal djalogu regolari u ż-żjarat għall-immoniterjar fid-dettall mill-Kummissjoni (Eurostat) sabiex jitħeġġeġ l-immoniterjar tad-data rrappurtata u tiġi provduta l-assigurazzjoni permanenti tad-data;

16.

Jitlob lill-Kunsill biex iżid l-appoġġ għall-ħidma tal-OLAF, li l-Parlament iqis li għandu rwol essenzjali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u, b'hekk taċ-ċittadini tal-UE, kif ukoll rwol ewlieni biex jipproteġi r-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej; iqis, għalhekk, li għandha titfassal strateġija tar-riżorsi umani li tgħolli l-livelli tal-persunal u tiżgura li l-livell għoli kwalitattiv attwali tal-persunal jinżamm;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jinvolvu aktar mill-qrib il-Bord Ewropew Konsultattiv tal-Governanza tal-Istatistika bħala konsulent indipendenti; Il-Bord Konsultattiv jista' jgħin lill-Kummissjoni (Eurostat) matul iż-żjarat tagħha fl-Istati Membri;

18.

Jisħaq fuq il-fatt li, jekk is-sorveljanza mtejba trid tkun effettiva, l-istatistika preċiża u l-verifika mtejba tal-affidabilità ta’ data aggregata provduta lill-Eurostat huma prerekwiżit essenzjali;

19.

Jenfasizza li s-setgħat tal-Eurostat għandhom jissaħħu;

20.

Iqis li informazzjoni statistika miftuħa u trasparenti għandha tkun prerekwiżit għar-riċeviment ta’ appoġġ tal-Fondi Strutturali;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Eurogroup u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/79


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja

P7_TA(2010)0231

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja (2009/2204(INI))

2011/C 236 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 bl-isem “Bilanċ aħjar bejn xogħol u ħajja: appoġġ akbar għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja” COM(2008)0635,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2008 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (COM(2008)0800),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009 għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa dwar Nirkupraw l-Irkupru Ewropew (COM(2009)0114),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2009 dwar Konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Futura “UE 2020” (COM(2009)0647),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 bl-isem “Implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ Barċellona rigward il-faċilitajiet ta’ kura għat-tfal f'età ta’ qabel l-iskola” (COM(2008)0638),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2009 dwar “L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2009” (COM(2009)0077),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-18 ta’ Diċembru 2009 dwar “L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2010” (COM(2009)0694),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2000 bl-isem ta’ “Lejn Strateġija Qafas Komunitarja dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneru (2001-2005)” (COM(2000)0335) u r-rapporti annwali tal-Kumitat dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2000, 2001, 2002, 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 (COM(2001)0179, COM(2002)0258, COM(2003)0098, COM(2004)0115, COM(2005)0044, COM(2006)0071, COM(2007)0049 u COM(2008)0010) rispettivament,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (1),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE (COM(2008)0636), imressqa mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (COM(2008)0637), imressqa mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra l-istat tar-ratifiki tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (CETS Nru 197),

wara li kkunsidra l-qafas ta’ azzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneru adottat mill-imsieħba soċjali Ewropej fit-22 ta’ Marzu 2005,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq in-nisa, id-Dokument 11891, tal-4 ta’ Mejju 2009,

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri adottat mill-Kunsill Ewropew fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2006,

wara li kkunsidra l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Indaqs għan-Nisa u l-Irġiel u l-opinjoni tiegħu dwar id-disparità fil-pagi bejn il-ġeneri, adottata fit-22 ta’ Marzu 2007,

wara l-kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar l-immigrazzjoni tan-nisa: l-irwol u l-post tal-immigranti nisa fl-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2007 dwar il-Pjan Direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2008 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-8 ta’ Ottubru 2009 dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (7),

wara li kkunsidra l-Istatistiċi tal-Eurostat f’Focus 53/2009, “Żieda qawwija ta’ qgħad fl-UE”,

wara li kkunsidra l-Istatistiċi tal-Eurostat f’Focus 97/2009, “Ir-Reċessjoni fl-UE-27: il-firxa u l-intensità tar-reċessjoni tvarja fost l-attivitajiet u l-pajjiżi”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0155/2010),

A.

billi l-ekonomija dinjija qed tiffaċċja l-aktar reċessjoni qawwija mid-Dipressjoni l-Kbira, b'riperkussjonijiet soċjali madwar l-UE u lil hinn minnha; billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja fl-Ewropa qed ikollha impatt partikolarment negattiv fuq in-nisa – li huma iktar soġġetti għall-prekarjetà fl-impjieg, iktar esposti għat-tkeċċija u inqas koperti mis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali – sitwazzjoni li s’issa għadha ma ngħatatx l-attenzjoni li jixirqilha mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri,

B.

billi l-ewwel mewġa tal-kriżi laqtet l-aktar lis-settur finanzjarju, kif ukoll l-industriji tal-kostruzzjoni u tal-karozzi li huma ddominati l-aktar mill-irġiel, u b’hekk ingħatat importanza akbar, madankollu t-tieni mewġa tal-kriżi laqtet, b'mod daqstant ieħor negattiv, lis-setturi tal-bejgħ bl-imnut, tas-servizzi ġenerali u tat-turiżmu, li huma ddominati l-aktar min-nisa; għalhekk jeħtieġ li tiġi ndirizzata d-dimensjoni tal-ġeneru fl-impatt għal, u s-soluzzjoni tal-kriżi ekonomika u soċjali fil-pjanijiet ta’ rkupru nazzjonali u Ewropej,

C.

billi l-ekonomisti tradizzjonali nnutaw li l-kriżi tal-kreditu, li tat bidu għar-reċessjoni, kienet diżastru, litteralment, ikkaġunat mill-bniedem; billi r-reazzjonijiet fil-livelli tal-istat u internazzjonali – li ma kinux inklussivi biżżejjed fir-rigward tal-ġeneru – ukoll ġew deċiżi l-aktar mill-irġiel; billi hu importanti li n-nisa, li huma ġeneralment iktar ikkwalifikati mill-irġiel, jiġu inklużi bis-sħiħ fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni fl-isferi politiċi, ekonomiċi u finanzjarji kif ukoll fil-ftehimiet bejn l-imsieħba soċjali,

D.

billi, skont studji reċenti, 5 % biss tal-parteċipanti b'responsabilitajiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE huma nisa, u l-gvernaturi kollha tal-banek ċentrali tas-27 Stat Membru huma rġiel u li l-istudji dwar il-ġeneru wrew li n-nisa jimmaniġġjaw b'mod differenti billi jevitaw ir-riskju u jiffukaw aktar fuq perspettiva aktar fit-tul,

E.

billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija indikatur deċiżiv tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi l-preżenza ta’ maniġers nisa f'impriżi u f'universitajiet għadha dgħajfa u l-għadd ta’ politiċi jew riċerkaturi nisa qed jiżdied bil-mod ħafna biss,

F.

billi fl-2006 59 % ta’ gradwati għall-ewwel darba fl-universitajiet kienu nisa; billi l-perċentwali ta’ nisa li għandhom dottorat ta’ riċerka jonqos għal 43 %, u hija l-anqas fil-grad tal-professuri; billi 15 % biss tal-professuri ta’ grad A huma nisa,

G.

billi hemm aktar nisa milli rġiel fil-fakultajiet tal-kummerċ, ġestjoni u liġi, iżda huma f'minoranza f'karigi ta’ responsabilità fl-intrapriżi u fil-politika; billi hemm ftit nisa ggradwati fl-IT, fl-inġinerija u fil-fiżika, u għalhekk hemm rappreżentanza baxxa tan-nisa fis-settur privat, li hu kruċjali għall-irkupru ekonomiku,

H.

billi t-tnaqqis ekonomiku x'aktarx jaffettwa lin-nisa aktar mill-irġiel; billi hemm il-periklu li r-reċessjoni attwali ser iddewwem l-avvanzi jew saħansitra treġġa' lura l-progress, b'konsegwenzi aktar fit-tul għas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, ta’ inklużjoni soċjali u d-demografija,

I.

billi l-miżuri għall-ugwaljanza bejn il-ġeneru tħassru jew ġew posposti u tnaqqis futur possibbli fil-baġits pubbliċi ser ikollu effett negattiv fuq l-impjiegi tan-nisa u fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza; billi l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2006/54/KE imsemmija aktar 'il fuq ser issir dejjem aktar importanti,

J.

billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha impatt pożittiv ewlieni fuq il-produttività ekonomika u t-tkabbir, u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol ssarraf f'sensiela ta’ benefiċċji soċjali u ekonomiċi,

K.

billi d-disparità fil-pagi bejn il-ġeneri madwar l-UE27 baqgħet għolja ħafna tul l-aħħar 35 sena mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 75/117/KEE (8), bi tkabbir ta’ medja ta’ 18 % fl-2010 fl-UE u sa 30 % f'xi Stati Membri; billi d-diskrepanza hi akbar fis-settur privat milli f'dak pubbliku, b'xhieda tal-inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol, li fil-prattika jaffettwaw l-aktar lin-nisa,

L.

billi r-reċessjoni ekonomika m'għandhiex tintuża biex tnaqqas il-progress fuq il-politiki ta’ rikonċiljazzjoni u biex tnaqqas il-baġits allokati għas-serivizzi ta’ kura u għall-arranġamenti tal-lif, li jaffettwaw partikolarment l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol, billi jaqbel li tingħata attenzjoni partikolari lill-bżonn ta’ konċiljazzjoni bejn l-obbligi familjari u dawk professjonali fil-familji b'ġenitur wieħed u fil-familji b'ħafna membri,

M.

billi skont il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, in-nisa jqattgħu tliet darbiet aktar ħin mill-irġiel għall-kura tat-tfal, għat-trattament ta’ kwistjonijiet domestiċi u għall-kura tal-qraba dipendenti; billi t-tqassim tar-responsabilitajiet familjari u domestiċi bejn l-irġiel u n-nisa, mhux l-inqas bl-użu tal-liv għall-ġenituri u għall-paternità, jikkostitwixxi prekundizzjoni għall-promozzjoni u l-ilħiq tal-ugwaljanza bejn il-ġeneru; u billi bl-esklużjoni tal-lif tal-maternità u l-liv tal-ġenituri mill-kalkolu tal-ħinijiet globali ta’ xogħol huwa diskriminatorju u aktar sfavorevoli għan-nisa fis-suq tax-xogħol,

N.

billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 (9) taħt il-Presidenza Svediża talbu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex isaħħu d-dimensjoni tal-ġeneru fl-istrateġija UE 2020; billi l-karta ta’ konsultazzjoni tal-Kummissjoni UE 2020 naqset milli tikkunsidra dan kollu, peress li tonqos milli tirreferi għall-integrazzjoni tal-ġeneru; billi, madankollu, hu importanti li l-perspettiva tal-ġeneru tiġi integrata fi struttura finanzjarja u ekonomika u ta’ politika ġdida u li jkun żgurat li l-pjanijiet ta’ rkupru u l-programmi ta’ aġġustament strutturali jwettqu valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru u jintegraqw perspettiva tal-ġeneru,

O.

billi jeħtieġ li jitkabbru l-isforzi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fil-politika pubblika,

P.

billi partikolarment fi żminijiet ta’ reċessjoni ekonomika, in-nies li diġà jinsabu f'riskju ta’ faqar, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa, isiru aktar vulnerabbli, partikolarment il-ħaddiema migranti nisa u n-nisa li jappartienu għal grupp ta’ minoranza; billi l-isforzi u s-soluzzjonijiet globali biex jinqered il-faqar kif mifthiema mill-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona sa mill-2000 saru kwistjoni ta’ urġenza; billi għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-protezzjoni ta’ dawk il-gruppi li qegħdin jiffaċċjaw għadd ta’ żvantaġġi, partikolarment ir-Roma, u għall-iżgurar tal-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà,

Q.

billi impjieg full-time ta’ kwalità bi drittijiet hu garanzija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali kif ukoll l-ispinta għall-indipendenza finanzjarja u psikoloġika; billi bl-indirizzar tal-aċċess universali għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità, hu kruċjali li jitfasslu u jiġu implimentati politiki, li jilħqu l-bżonnijiet tan-nisa u l-irġiel rispettivament, inkluż l-aċċess għal servizzi ta’ kura għat-tfal, għall-anzjani u għal persuni oħra dipendenti, li wieħed jiflaħ għalihom, ikunu aċċessibbli u ta’ kwalità,

R.

billi, barra milli jiżgura r-rispett tad-differenzi u tad-diversità kulturali, l-iżvilupp ta’ politiki li jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ nisa li jappartjenu għal gruppi kulturali jew ta’ minoranza partikolari, inaqqas ukoll l-esklużjoni soċjali u jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali, li min-naħa tagħhom jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku,

S.

billi l-vjolenza domestika, li l-aktar li taffettwa n-nisa, tikkostitwixxi problema mifruxa fil-pajjiżi kollha u f'kull klassi soċjali; billi l-istudji wrew li l-vjolenza kontra n-nisa tiżdied meta l-irġiel jesperjenzaw spustament u spussess minħabba l-kriżi ekonomika; billi l-enfasi ekonomika spiss twassal għal abbuż aktar frekwenti, aktar vjolenti u aktar perikoluż, bill l-vjolenza domestika tiswa lill-Unjoni madwar EUR 16-il miljun fis-sena,

T.

Billi l-impjieg hu fattur ewlieni għall-inklużjoni soċjali; billi għandhom isiru sforzi mmirati u b'firxa wiesgħa sabiex jiġi eliminat il-faqar fil-kuntest ta’ inugwaljanza dejjem akbar tad-dħul, ta’ faqar u ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja,

1.

Jinnota li l-ugwaljanza fit-trattament bejn in-nisa u l-irġiel hi waħda mill-għanijiet tal-UE u għalhekk hi wieħed mill-prinċipji fundamentali f'kull reazzjoni politika għall-kriżi ekonomika u finanzjarja u fit-transizzjoni lejn verżjoni globali fit-tul għaż-żmien ta’ wara l-kriżi;

2.

Jenfasizza li s-sejbiet tal-Kummissjoni, li l-kriżi attwali qajmet tħassib dwar jekk il-kisbiet fl-ugwaljanza bejn il-ġeneru humiex fil-periklu u jekk l-effetti tar-reċessjoni jistgħux jaffettwaw b'mod partikolari lin-nisa;

3.

Jenfasizza l-bżonn li jkun evitat li l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, u kwistjonijiet ekonomiċi futuri, jipperikolaw dak li nkiseb s'issa fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneru u biex jiġi evitat li r-reċessjoni tintuża, kif diġà ġara f'ċerti Stati Membri, bħala argument biex ikun hemm inqas miżuri għall-ugwaljanza bejn il-ġeneru;

4.

Jenfasizza li l-politiki għall-ugwaljanza bejn il-ġeneru għandhom jitqiesu bħala parti mis-soluzzjoni għat-tmiem tal-kriżi, għall-użu u l-isfruttar sħiħ tal-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-Ewropej kollha u għat-tfassil ta’ ekonomija aktar kompetittiva fil-ġejjieni;

5.

Jinnota li l-integrazzjoni tan-nisa fil-post tax-xogħol fl-aħħar deċennji fissret mhux biss impatt aktar dirett tal-kriżi fuq in-nisa nfushom iżda wkoll fuq l-ambjenti domestiċi, fejn id-dħul ser jiġi effettwat b'mod sinifikanti mit-telf ta’ impjiegi tan-nisa; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw l-ispejjeż moħbija tal-kriżi, inkluż il-konsegwenzi differenti tal-ġeneru li spiss mhux rikonoxxuti;

6.

Jinnota li l-esperjenza tal-kriżijiet preċedenti turi li r-rata tal-impjieg tal-irġiel ġeneralment tirkupra aktar malajr milli dik tan-nisa;

7.

Jinnota li l-politiki makroekonomiċi huma marbutin l-aktar ma’ żieda fis-segregazzjoni tal-ġeneru fix-xogħol, mad-destabbilizzazzjoni tal-impjieg tan-nisa permezz ta’ sottokuntrattar, żidiet fid-diskrepanza fil-pagi bejn il-ġeneru, tnaqqis fl-aċċess tan-nisa għas-saħħa u l-edukazzjoni, inugwaljanza akbar fl-aċċess għall-kreditu, art u proprjetà, u żieda qawwija tal-feminizzazzjoni tal-faqar;

8.

Ifakkar li d-diskrepanzi fis-salarji bejn in-nisa u l-irġiel għadhom jeżistu u jistgħu jaggravaw minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri biex jadottaw miri ċari u jipproponu miżuri vinkolanti għall-ġlieda kontra d-diskrepanza fis-salarji;

9.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni attwali marbuta mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-irġiel u n-nisa (Direttiva 75/117/KEE imsemmija aktar ‘il fuq) kif diġà mitlub mill-Parlament fl-2008; jilqa' l-inizjattiva reċenti tal-Kummissjoni għat-titjib tad-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet f'każ ta’ ksur tad-dritt għall-paga ugwali, sabiex jiġi żgurat li jkunu diswassivi u proporzjonali (pereżempju, sanzjonijiet aktar għoljin f'każijiet ta’ offiżi ripetuti);

10.

Jinnota li l-ispiża pubblika fil-qasam tas-saħħa hija r-responsabilità ta’ Stati Membri individwali u l-parlamenti nazzjonali u/jew l-awtoritajiet lokali tagħhom;

11.

Jiddispjaċih li ħafna nisa diġà tilfu jew huma mistennija li jitilfu l-impjiegi tagħhom, partikolarment dawk li jaħdmu fil-bejgħ bl-imnut, fis-servizzi u t-turiżmu kif ukoll in-nisa f'impjiegi part-time u f'impjiegi prekarji; jenfasizza l-fatt li fl-istess ħin, it-tnaqqis fil-provvista ta’ mikrokreditu hi mistennija li twassal għal tnaqqis fid-dħul fost il-ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom, partikolarment dawk li jaħdmu fis-setturi agrikoli u rurali; jenfasizza li l-qgħad fost in-nisa hu mistenni li jiżdied b'mod sproporzjonat hekk kif jitħabbar tnaqqis fil-baġit tas-settur pubbliku, perress li n-nisa huma impjegati b'mod sproporzjonat fis-servizzi edukattivi, tas-saħħa u soċjali;

12.

Jenfasizza l-effett pożittiv li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha fuq it-tkabbir ekonomiku; jindika f'dan ir-rigward li skont il-kalkoli f'ċerti studji, kieku r-rati ta’ impjieg, ta’ impjieg part-time u ta’ produttività tan-nisa kienu simili għal dawk tal-irġiel, il-PGD jiżdied bi 30 %;

13.

Jirrikonoxxi li ħafna nisa ġew imħeġġa mit-telf ta’ impjiegi reċenti biex jwaqqfu l-intrapriżi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq leġiżlazzjoni b'mira speċifika għall-SMEs biex tilħaq il-mira tagħha li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq l-intrapriżi b'25 % sal-2012 u biex trawwem dan l-ispirtu ta’ intrapriża;

14.

Jilqa' l-istatistiċi tal-Eurostat li jiddistingwu skont il-ġeneru; madankollu, jemmen li għandha tingħata aktar attenzjoni għall-qgħad part-time (qasam li spiss hu eskluż mill-istatistiċi tal-qgħad); jinnota li l-qgħad għat-tul, pagi anqas u medja anqas ta’ siegħat tax-xogħol x'aktarx li se jħallu konsegwenzi qawwija speċjalment fuq id-dħul tan-nisa, il-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali u fil-perjodu twil fuq il-pensjonijiet tagħhom;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal studju fil-livell tal-Unjoni dwar ir-rabta bejn in-numru ta’ nisa kuq il-bord tal-kumpaniji u l-prestazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji, b'kunsiderazzjoni tal-istudju mwettaq minn Catalyst Inc. Fl-2007 li wera li l-kumpaniji bi tliet nisa' jew aktar fuq il-bord kellhom profitti ta’ 83 % aktar fuq l-ishma u ta’ 73 % ta’ proffitti aktar fuq il-bejgħ;

16.

Jenfasizza li l-gruppi ta’ nisa vulnerabbli ser isofru l-agħar effetti tal-kriżi: nisa b'diżabilità, nisa immigranti, nisa ġejjin minn minoranzi etniċi, nisa bi ftit kwalifiki, nisa li jinsabu f'sitwazzjoni ta’ qgħad għal żmien twil, nisa waħedhom u mingħajr mezzi, nisa li qed jieħdu ħsieb ta’ persuni dipendenti eċċ.;

17.

Jinnota li l-ħaddiema migranti ukoll huma effettwati mill-kriżi, u daqstant ieħor il-familji tagħhom f'pajjiżhom; jirreferi għall-fatt li l-livell ta’ migrazzjoni femminili flimkien mal-impatt fuq il-familji li jiddependu mill-pagi tagħhom għall-għajxien, spiss mhumiex dikjarati, b'konsegwenza li n-nisa jistgħu jsibu lilhom infushom f'pożizzjoni vulnerabbli aktar meta jirritornaw d-dar, imwarrba mill-komunitajiet u mill-familji tagħhom;

18.

Jenfasizza u jilqa' l-fatt li l-interventi u s-soluzzjonijiet jeħtieġu fehim tal-kuntest tal-kriżi u jirrikonoxxi li m'hemmx reazzjoni “waħda tajba għal kulħadd”; jenfasizza, fl-istess ħin, li r-reċessjoni tista' sservi ta’ opportunità unika biex il-politiki ekonomiċi u soċjali jsiru aktar konxji tal-ġeneru u biex jersqu lejn il-ħolqien ta’ soċjetà b'aktar ugwaljanza bejn il-ġeneri;

19.

Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-istereotipi fis-suriet u fl-istadji kollha tal-ħajja, peress li dawn jikkostitwixxu waħda mill-aktar kawżi persistenti tan-nuqqas ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, li taffettwa l-għażliet tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-impjieg, id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet domestiċi u familjari, il-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika u l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza f'karigi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u l-għażliet tagħhom dwar is-suq tax-xogħol;

20.

Jinnota b'dispjaċir il-fatt li r-reazzjonijiet ta’ politika għall-kriżi, inkluż il-pakketti ta’ irkupru, naqsu milli jirrikonoxxu, janalizzaw u jirranġaw l-impatt tal-ġeneru fuq il-kriżi; jikkritika l-fatt li l-integrazzjoni sistematika tal-ġeneri fl-istrateġija ta’ wara Lisbona hija bażikament ineżistenti; jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jinkludu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri b'miri speċifiċi fil-linji gwida għall-impjiegi u l-makroekonomija u fl-Istrateġija UE 2020, u biex jintroduċu bbaġitjar tal-ġeneru fil-politiki kollha;

21.

Iqis li għalkemm l-impjieg tan-nisa fl-UE jinsab viċin li jilħaq il-mira ta’ 60 % fl-2010, jeħtieġ li titfassal mira aktar ambizzjuża ta’ 75 % sal-2020; jenfasizza wkoll li jeħtieġ titnaqqas d-diskrepanza;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru fil-politiki kollha tal-UE u biex jirrevedu l-leġiżlazzjoni eżistenti biex jiġi żgurat li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tkun applikata korrettament u li jkunu jistgħu jiġu applikati miżuri ta’ diskriminazzjoni pożittiva fejn meħtieġ;

23.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u speċjalment lill-Kumitat Speċjali tal-Parlament dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali (CRIS) sabiex jiżguraw li l-pjanijiet għall-irkupru u l-programmi ta’ aġġustament strutturali jwettqu evalwazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri (valutazzjoni ex post f'każijiet fejn ma saritx ex-ante) u sabiex jinkludu perspettiva tal-ġeneri li tinkludi data u statistiki li jiddistingwu skont il-ġeneru;

24.

Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-regressjoni u t-tnaqqis finanzjarju ma jaffettwawx il-politiki u l-funzjonament tal-istrutturi mmirati għall-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-livelli kollha tas-settur governattiv u dak mhux governattiv; jiddispjaċih li dan it-tnaqqis finanzjarju diġà seħħ f'xi pajjiżi;

25.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex janalizzaw u jikkontrobattu l-effetti negattivi tat-tnaqqis fl-ispiża pubblika u fil-benefiċċji soċjali, speċjalment fil-kuntest tat-tnaqqis fl-ispiża pubblika fil-livell lokali, sabiex ikun żgurat li n-nisa ma jitħallewx b'piż ta’ kura sproporzjonat (tfal, l-anzjani u persuni dipendenti);

26.

Jinnota li n-nuqqas ta’ politiki u infrastrutturi ta’ kura wasslu għal żieda f'ħaddiema domestiċi migranti nisa, biex jimlew il-vojt fi djar privati li m'għandhomx aċċess għall-protezzjoni u l-benefiċċji soċjali marbuta max-xogħol,; jitlob lill-Istati Membri sabiex mingħajr dewmien jiġġieldu kontra l-impjieg illegali u biex jintegraw lill-ħaddiema migranti legali fl-iskemi ta’ sigurtà soċjali u ta’ kura tas-saħħa;

27.

Jitlob lill-Istati Membri biex jiżviluppaw servizzi ta’ kura għall-but tan-nies, aċċessibbli u ta’ kwalità, għat-tfal u dipendenti oħra, skont il-miri Ewropej, u biex jiggarantixxu li d-disponibilità ta’ dawk is-servizzi tkun kompatibbli mal-ħinijiet tax-xogħol full-time tan-nisa u tal-irġiel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-Fondi Strutturali u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament ta’ servizzi ta’ kwalità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tipproponi direttiva dwar il-paternità, l-adozzjoni u l-liv minħabba t-tfal;

28.

Jinnota li l-vjolenza kontra in-nisa u l-irġiel tiżdied fi żminijiet ta’ taqlib ekonomiku; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jużaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali biex jindirizza kull forma ta’ vjolenza ibbażata fuq il-ġeneru u jilqa' l-inizjattiva tal-Presidenza Spanjola għall-ħolqien ta’ Osservatorju għall-Vjolenza kontra n-Nisa; jilqa' wkoll l-inizjattiva ta’ grupp ta’ Stati Membri dwar l-istrument globali għall-protezzjoni tal-vittmi (Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni);

29.

Jistieden lill-Istati Membri biex, partikolarment permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, iqajmu kuxjenza kollettiva fir-rigward tal-fenomenu tal-vjolenza fuq in-nisa; ifakkar li l-edukazzjoni u l-miżuri għat-tkabbir tal-għarfien taż-żgħażagħ huma essenzjali biex jiġi miġġieled dan it-tip ta’ fenomenu;

30.

Jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jieħdu miżuri effettivi, partikolarment permezz ta’ leġiżlazzjoni, li jħeġġu l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-postijiet ta’ responsabilità, inkluż fuq bordijiet tad-diretturi, u f'istituzzjonijiet, amministrazzjonijiet u organizzazzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej, li għandhom iservu ta’ eżempju; għalhekk jitlob miri vinkolanti li jiżguraw r-rappreżentazzjoni ugwali bejn in-nisa u l-irġiel;

31.

Jenfasizza li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżjjed fit-teħid tad-deċiżjonijiet finanzjarji - fil-fatt in-nisa huma wieħed mill-gruppi li attwalment jinsabu esklużi mit-teħid ta’ deċiżjonijiet finanzjarji li huma effettwati b'mod negattiv mir-riskju finanzjarju; jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa f'kull livell tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, speċjalment fl-oqsma tal-ibbaġitjar u tal-arranġamenti ta’ governanza għas-sistemi finanzjarji Ewropej, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew; f'dan il-kuntest, jenfasizza l-bżonn għal-litteriżmu finanzjarju tat-tfajliet u n-nisa;

32.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Gvern tan-Norveġja li jżid għal mill-anqas 40 % in-numru tan-nisa fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji b'reponsabilità pubblika limitata u għamilha possibbli li l-proporzjon ta’ nisa fuq il-bordijiet jiżdied għaċ-ċifra attwali ta’ 41 %; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jqisu l-inizjattiva tan-Norveġja bħala eżempju pożittiv u sabiex jimxu fl-istess direzzjoni għall-intrapriżi kkwotati fil-borża;

33.

Jilqa' l-ħtieġa għaż-żieda tan-numru tan-nisa fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji b'responsabilità pubblika limitata, iżda jenfasizza li l-gvernijiet nazzjonali għandhom jieħdu azzjoni adegwata għall-bżonnijiet tagħhom;

34.

Jinnota li l-investiment fl-infrastruttura soċjali joffri opportunità għall-immodernizzar tal-Ewropa u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u din tista' titqies bħala strateġija parallela għall-investiment f'teknoloġiji ambjentali għall-immodernizzar tal-infrastruttura fiżika; għalhekk jikkunsidra li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha tkun prijorità politika u għodda ewlenija;

35.

Jinnota li fid-dawl tal-Istrateġija UE 2020, l-“ekonomija ekoloġika” hi kruċjali; jenfasizza l-fatt li “impjiegi ekoloġiċi” għandhom il-potenzjal li jsiru parti ewlenija tat-tkabbir ġejjieni tas-suq tax-xogħol Ewropew, meta jitqies li llum aktar minn 20 miljun impjieg fl-Unjoni Ewropea jistgħu jitqiesu bħala “ekoloġiku” u evidenza reċenti uriet kif l-impjiegi fis-settur tal-enerġija rinnovabbli waħidhom għandhom il-potenzjal li jirduppjaw għal 2.8 miljuni sal-2020;

36.

Jinnota li l-konverżjoni ekoloġika tal-ekonomija u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx tal-karbonju sejrin joħolqu talba kbira għal ħaddiema b'ħiliet; jirreferi għall-fatt li l-ħaddiema nisa għandhom rappreżentanza baxxa ħafna fis-settur tas-sorsi rinnovabbli u speċjalment fl-impjiegi xjentifiċi u teknoloġikament intensivi; jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-ħaddiema nisa jiġu inklużi iktar fi proġetti u fi programmi ta’ taħriġ dwar il-bidla ekoloġika jiġifieri fis-settur tas-sorsi rinnovabbli, u fl-impjiegi xjentifiċi u teknoloġikament intensivi; jitlob lill-Istati Membri biex iħeġġu l-preżenza tan-nisa fl-inizjattivi intraprenditorjali lokali f'dawn l-oqsma billi, permezz tat-tixrid ta’ informazzjoni u organizzazzjoni ta’ workshops ta’ taħriġ, jiffaċilitaw l-aċċess għall-Fondi Strutturali Ewropej eżistenti;

37.

Iħeġġeġ lil min jimpjega fl-Istati Membri biex joħolqu aktar opportunitajiet għall-ħaddiema nisa f'teknoloġiji ġodda għat-tisħiħ tas-settur teknoloġiku avvanzat skont il-miri tal-EU 2020;

38.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-implimentazzjoni sħiħa tal-Fondi Strutturali Ewropej fil-livell nazzjonali biex jindirizzaw l-effetti tar-reċessjoni permezz ta’ inizjattivi ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Ġenerali (10) u l-Artikolu 6 tar-Regolamenti dwar il-Fond Soċjali Ewropew (11) u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (12);

39.

Jitlob li r-Regolament FAEŻR ikun emendat sabiex jippermetti miżuri proattivi li għandhom jittieħdu b'appoġġ għan-nisa fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, li kienu possibbli fil-perjodi preċedenti, iżda mhux fil-perjodu attwali, u li se jkunu ta’ benefiċċju kbir għall-impjieg tan-nisa fiż-żoni rurali;

40.

Jitlob lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw mekkaniżmi għall-governanza tal-ugwaljanza biex jinkludu għarfien espert dwar il-ġeneri fid-dipartimenti governattivi u f'aġenziji oħrajn li jimplimentaw miżuri skont il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni u li jippromovu l-organizzazzjonijiet u n-netwerks tan-nisa;

41.

Iħeġġeġ lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi sabiex iwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru tal-kriżi ekonomika u finanzjarja; jikkunsidra li din il-valutazzjoni tal-impatt għandha ssir bil-għajnuna ta’ indikaturi preċiżi li jikkunsidraw il-kuntest speċifiku tal-kriżi; jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, bħall-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, sabiex jipproponu reazzjonijiet għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-ugwaljanza tal-ġeneri fil-ħidma kontinwa tagħhom;

42.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ programmi u inċentivi finanzjarji għat-tħeġġiġ u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa f'intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

43.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu u jappoġġjaw il-kontribut li s-soċjetà ċivili tista' tagħmel għall-inidirizzar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, b'mod partikolari fid-dawl tas-Sena Ewropea għall-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali;

44.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-imsieħba soċjali u lill-NGOs rilevanti.


(1)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(2)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 118.

(3)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 56.

(4)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 35.

(5)  ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 21.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2009)0371.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2009)0029.

(8)  Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE ta’ l-10 ta’ Frar 1975 dwar dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa (ĠU L 45, 19.2.1975, p.19).

(9)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-Ġeneru: it-tisħiħ tat-tkabbir u l-impjiegi – kontribut għall-Istrateġija ta’ Lisbona wara l-2010 Laqgħa tal-Kunsill għall-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur, fi Brussell, tat-30 ta’ Novembru 2009.

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fondi ta’ Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(11)  Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 210, 31.07.2006, p. 12).

(12)  Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1).


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/87


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
L-evalwazzjoni tar-riżultati tal-pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u lirġiel 2006-2010 u r-rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni

P7_TA(2010)0232

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni (2009/2242 (INI))

2011/C 236 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Il-pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel: 2006-2010” (COM(2006)0092),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2008 bl-isem “Rapport ta’ nofs it-terminu dwar l-istat ta’ programm tal-pjan ta’ strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2006-2010)” (COM(2008)0760),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2009 bl-isem “L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010” (COM(2009)0694),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2000 bl-isem “Lejn Strateġija-qafas tal-Komunità fir-rigward tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2001-2005)” (COM(2000)0335) u r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2000, 2001, 2002, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 (COM(2001)0179, COM(2002)0258, COM(2003)0098, COM(2004)0115, COM(2005)0044, COM(2006)0071, COM(2007)0049, COM(2008)0010) u (COM(2009)0077) rispettivament),

wara li kkunsidra l-istrumenti legali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u b'mod partikulari d-drittijiet tan-nisa, b'mod partikulari l-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni fuq in-nisa kif ukoll l-istrumenti l-oħra tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-vjolenza fuq in-nisa, bħalma huma d-Dikjarazzjoni u l-Programm ta’ Azzjoni ta’ Vjenna, adottati fil-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali ta-Nazzjonijiet Uniti 48/104 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa, 58/147 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika fuq in-nisa, 57/179 tat-30 ta’ Jannar 2003 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġu evitati delitti tal-unur li jsiru fuq in-nisa, 52/86 tat-2 ta’ Frar 1998 dwar il-miżuri rigward il-prevenzjoni ta’ delitti u dwar il-liġi penali biex tiġi evitata l-vjolenza kontra n-nisa,

wara li kkunsidra l-Pjattaforma ta’ Azzjoni adottata matul ir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa organizzata f'Pekin mill-4 sal-15 ta’ Settembru 1995 kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2000 dwar is-segwitu tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Pekin (1) u tal-10 ta’ Marzu 2005 dwar “is-segwitu tal-Programm ta’ Azzjoni tar-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa (Pekin + 10)” (2),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-9 ta’ Ottubru 2006 dwar “Kull Forma ta’ Vjolenza fuq in-Nisa”,

wara li kkunsidra r-rapport finali ta’ Marzu 2005 tad-49 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-istatut tan-nisa tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-protokoll rigward id-drittijiet tan-nisa fl-Afrika, magħruf ukoll bħala l-Protokoll ta’ Maputo, li daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2005 u li jipprojbixxi b'mod partikulari kull forma ta’ mutilazzjoni ġenitali,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti tal-31 ta’ Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigrutà li taspira għal parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-prevenzjoni tal-kunflitti armati u l-bini tal-paċi,

wara li kkunsidra x-xogħol tal-Kunsill tal-Ewropa f'dan il-qasam, b'mod partikulari l-Karta Soċjali Ewropea riveduta,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Konferenza tal-Ministri għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-tnaqqis tad-differenzi bejn l-ugwaljanza de jure u de facto biex tinkiseb ugwaljanza reali bejn is-sessi (2010),

wara li kkunsidra l-Issue Paper ippubblikat mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Identità tas-Sessi u d-Drittijiet tal-Bniedem (2009); ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)5 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar miżuri għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ orjentament sesswali jew ta’ identità sesswali; u r-Riżoluzzjoni 1728 (2010) u r-Rakkomandazzjoni 1915 (2010) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentament sesswali u ta’ identità sesswali,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali bejn is-sessi fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol (tfassil mill-ġdid) (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE (COM(2008)0636), imressqa mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (COM(2008)0637), imressqa mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 bl-isem “Implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ Barċellona rigward il-faċilitajiet ta’ kura għat-tfal f'età ta’ qabel l-iskola” (COM(2008)0638),

wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mejju 2003 tal-Kumitat Konsultattiv għall-Opportunitajiet Indaqs għan-Nisa u l-Irġiel tal-Kummissjoni, rigward l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-baġits nazzjonali,

wara li kkunsidra l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Indaqs għan-Nisa u l-Irġiel u l-opinjoni tiegħu dwar id-differenza fil-pagi bejn is-sessi, adottata fit-22 ta’ Marzu 2007,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2006 dwar strateġiji ta’ prevenzjoni kontra t-traffikar tan-nisa u t-tfal li jkunu vulnerabbli għall-isfruttament sesswali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar “l-immigrazzjoni tan-nisa: ir-rwol u l-post tan-nisa migranti fl-Unjoni Ewropea” (5),

wara li kkunsidra l-patt Ewropew għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel adottat mill-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2006,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2007 dwar “il-pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2006-2010)” (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2008 dwar ir-rwol tan-nisa fl-industrija (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2008 dwar l-Ugwaljanza tas-Sessi u Poter lin-Nisa fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (8),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar “L-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2008” (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2008 dwar ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġeil (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 1994 (11) u t-13 ta’ Ottubru 2005 (12) dwar in-nisa u l-faqar fl-Ewropa, u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2009 dwar in-non-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sessi u s-solidarjetà interġenerazzjonali (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali (14),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (15),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2010 dwar il-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin (16),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2010 dwar “l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009” (17),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi ((A7-0156/2010),

A.

billi, minkejja li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tikkostitwixxi rekwiżit neċessarju għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem universali tagħna u hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, rikonoxxut fit-Trattati sa minn żmien twil, għad hemm inugwaljanzi importanti fir-realtà politika u fil-ħajja tan-nisa,

B.

billi l-politiki tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma strument ta’ żvilupp u koeżjoni soċjali,

C.

billi l-ugwaljanza bejn is-sessi trid tkun simbolu tal-identità kulturali u politika Ewropea,

D.

billi l-vjolenza kontra n-nisa hija ostakolu kbir għall-ugwaljanza bejn is-sessi u hija waħda mill-iktar vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem mifruxa, mingħajr fruntieri ġeografiċi, finanzjarji jew soċjali; billi n-numru ta’ nisa li huma vittmi tal-vjolenza hu allarmanti,

E.

billi ma nistgħux nibqgħu marbuta ma’ mudelli ekonomiċi antiki u ambjentalment mhux sostenibbli li huma bbażati fuq sistema ta’ qsim tax-xogħol skont is-sessi li ġiet issuperata mill-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; billi għandna bżonn ta’ mudell ġdid u soċjalment sostenibbli bbażat fuq l-għarfien u l-innovazzjoni li jinkorpora l-firxa sħiħa tal-ħiliet tan-nisa fl-ekonomija, li jerġa' jġib il-bilanċ fil-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-irġiel u n-nisa fil-pubbliku u fil-privat u jipprovdi bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata,

F.

billi, minkejja li l-Pjan Direzzjonali għall-Ugwaljanza 2006-2010 enfasizza nuqqasijiet fil-kisba tal-ugwaljanza sħiħa bejn is-sessi, u f'ċerti każijiet, ta spinta 'l quddiem lill-aġenda tal-ugwaljanza, il-progress globali kien batut,

G.

billi jridu jiżdiedu l-isforzi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fil-politika pubblika,

H.

billi għalkemm għadha diffiċli l-evalwazzjoni tal-impatt sħiħ tal-kriżi finanzjarja, jidher ċar li l-kriżi ekonomika u soċjali attwali għandha konsegwenzi gravi b'mod partikulari għan-nisa u l-futur fuq perjodu ta’ żmien twil tal-avvanz tal-politiki bl-għan tal-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, liema konsegwenzi jaċċentwaw l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjonijiet,

I.

billi l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha impatt pożittiv fuq il-produttività ekonomika u t-tkabbir, u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol għandha sensiela ta’ benefiċċji soċjali u ekonomiċi,

J.

billi fis-soċjetà tagħna li qed tixjieħ, in-nisa se jkunu indispensabbli fis-suq tax-xogħol filwaqt li t-talba għall-kura tal-anzjani se tiżdied, u huwa probabbli li dan iwassal għar-riskju ta’ piż doppju fuq in-nisa,

K.

billi dawk li jgħixu fil-faqar – aktar minn 85 miljun persuna b'kollox – fil-maġġoranza tagħhom huma nisa, sitwazzjoni li għaliha jikkontribwixxi l-qgħad, ix-xogħol prekarju, is-salarji baxxi, il-livelli tal-pensjonijiet u pensjoni anqas mid-dħul minimu attwali u d-diffikultajiet fl-aċċess għas-servizzi pubbliċi ta’ kwalità fl-oqsma l-aktar diversi; billi, barra minn hekk, fl-aħħar għaxar snin in-numru ta’ nisa fil-faqar tela' b'mod sproporzjonat għan-numru ta’ rġiel,

L.

billi l-inugwaljanzi fis-salarji medji tan-nisa u tal-irġiel qed imorru dejjem lura fil-livell tal-Unjoni Ewropea, fejn jaqbżu l-medja ta’ 17 % u jwasslu għal diskrepanza fil-pensjonijiet u l-femminizzazzjoni tal-faqar f'età avvanzata, u li d-diskriminazzjonijiet indiretti għandhom it-tendenza li jiżdiedu filwaqt li l-qgħad qed jiżdied u qed jolqot in-nisa u t-tfajliet,

M.

billi hemm diskrepanza persistenti bejn is-sessi rigward l-għoti tal-kura, bin-nisa jipprovdu mid-doppju sa iktar mit-tripplu tan-numru ta’ sigħat ta’ kura b'xejn lit-tfal u lil dipendenti oħra, meta mqabbla mal-irġiel,

N.

billi n-nisa jiġu ta’ spiss esposti għal diskriminazzjoni multipla minħabba s-sess u l-età tagħhom, id-diżabilità, l-isfond etniku/ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini nazzjonali, u l-istatus tal-migrazzjoni, l-istatus soċjoekonomiku, inklużi n-nisa f'unitajiet domestiċi b'persuna waħda, l-orjentament sesswali u/jew l-identità tal-ġeneru, u billi d-diskriminazzjoni kombinata toħloq bosta ostakoli għat-tisħiħ tal-pożizzjoni u l-avvanz soċjali tan-nisa,

O.

billi huwa fundamentali li tiġi ggarantita l-ugwaljanza fl-aċċess għar-riżorsi, għad-drittijiet u għall-poter, u dan jimplika tibdil soċjali u kulturali, l-eliminazzjoni tal-isterjotipi u l-promozzjoni tal-ugwaljanza,

P.

billi l-isterjotipi li għadhom jeżistu fir-rigward tal-għażliet edukattivi u okkupazzjonali disponibbli għan-nisa jgħinu biex jibqgħu jeżistu l-inugwaljanzi,

Q.

billi s-segregazzjoni settorjali u fix-xogħol mhix qiegħda tonqos anzi fil-fatt qiegħda tiżdied f'xi pajjiżi,

R.

billi l-liġi tal-familja (b'mod partikulari l-liġi taż-żwieġ u tad-divorzju) sikwit tpoġġi lin-nisa f'pożizzjoni legali u finanzjarja dgħajfa, u xi kultant il-qrati jżidu mal-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa billi japplikaw il-liġi tal-familja fuq il-bażi ta’ mudelli tradizzjonali minflok tad-drittijiet indaqs,

S.

billi d-dritt għall-oġġezzjoni ta’ kuxjenza huwa ta’ sikwit abbużat minn gruppi (reliġjużi) biex inaqqsu d-drittijiet tan-nisa f'oqsma bħall-kura tas-saħħa u tal-liġi tal-familja,

T.

billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija indikatur deċiżiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi għad m'hemmx ħafna nisa fl-impjiegi maniġerjali fin-negozji u fl-universitajiet u billi l-għadd ta’ politiċi jew riċerkaturi nisa qiegħed jiżdied biss bil-mod ħafna,

U.

billi l-isfidi attwali u l-esperjenza miksuba juru li n-nuqqas ta’ koerenza politika bejn oqsma differenti xekklet il-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-passat u li hemm bżonn ta’ riżorsi adegwati, koordinazzjoni, distribuzzjoni u promozzjoni akbar tad-drittijiet tan-nisa filwaqt li jiġu kkunsidrati r-realtajiet differenti,

V.

billi l-azzjonijiet pożittivi favur in-nisa wrew li huma essenzjali għall-inkorporazzjoni sħiħa tagħhom fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà in ġenerali,

W.

billi jitqiesu r-riżoluzzjonijiet adottati fl-okkażjoni tal-kommemorazzjonijiet tal-15-il sena tal-pjattaforma ta’ Pekin u l-passi li għad iridu jsiru biex jiġu konkretizzati,

X.

billi data diżaggregata skont is-sessi hija għodda essenzjali għall-ilħiq ta’ progress reali u għall-evalwazzjoni effettiva tar-riżultati,

Y.

billi l-2010 hija s-Sena Ewropea tal-Ġlieda kontra l-Faqar, fatt li jimplika politiki u azzjonijiet konkreti li ġenwinament jgħinu biex tittejjeb is-sitwazzjoni attwali,

Z.

billi għaddew 100 sena minn meta t-8 ta’ Marzu ġie ddikjarat il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, u dan l-anniversarju ġie kkommemorat; billi huwa importanti għan-nisa u l-organizzazzjonijiet li qed jirrappreżentawhom li jiġu involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u n-nuqqas ta’ ugwaljanza,

AA.

billi r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol, tal-familja u privata tagħhom għadha kwistjoni mhux risolta kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel,

AB.

billi l-aċċess għall-kura tat-tfal u s-servizzi tal-kura tal-anzjani u dipendenti oħra huwa essenzjali biex in-nisa u l-irġiel ikunu jistgħu jipparteċipaw b'kundizzjonijiet indaqs fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ,

AC.

billi fil-maġġoranza tal-Istati Membri skemi tas-sigurtà soċjali ma jqisux biżżejjed iċ-ċirkostanzi speċifiċi tan-nisa li jgħixu fil-faqar; billi l-periklu li wieħed jisfa vittma tal-vjolenza huwa ħafna akbar għan-nisa; billi l-qsim tad-dmirijiet tal-familja u domestiċi bejn l-irġiel u n-nisa, mhux l-inqas bl-iżvilupp tal-użu ta’ liv tal-ġenituri u l-liv tal-paternità, huwa prekundizzjoni għall-promozzjoni u l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi; u billi li ma jingħaddx il-perjodu tal-liv tal-maternità u tal-ġenituri maż-żmien ta’ ħidma globali, huwa diskriminatorju kontra n-nisa u jqiegħdhom f'sitwazzjoni agħar fis-suq tax-xogħol,

Evalwazzjoni ta’ Pjan Direzzjonali 2006-2010

1.

Jinnota li fil-qasam ta’ indipendenza ekonomika ugwali għan-nisa u l-irġiel, ir-rata ta’ impjiegi tan-nisa laħqet kważi s-60 %, kif stabbilit fil-miri ta’ Lisbona għall-impjiegi; jiddispjaċih, madankolu, dwar in-nuqqas ta’ miżuri vinkolanti li jindirizzaw inugwaljanzi persistenti fil-pagi bejn is-sessi, u jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri urġenti biex itejbu s-sitwazzjoni tan-nisa li jaħdmu f'kundizzjonijiet prekarji, b'mod partikolari n-nisa migranti u ta’ minoranza etnika, li qed isiru saħansitra aktar vulnerabbli fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u soċjali; jitlob, barra minn hekk, għal tnaqqis fl-inugwaljanzi bejn is-sessi fis-sistemi pubbliċi tas-saħħa u jiżguraw aċċess ugwali għaliha;

2.

Jilqa' l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jsaħħu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol, dik privata u tal-familja; jinnota, madankollu, li l-paternità, l-adozzjoni u l-liv tal-ulied ma ġewx indirizzati u jiddispjaċih li parti żgħira mill-Istati Membri biss kisbu l-objettivi ta’ Barċellona biex jipprovdu aċċess bi prezz raġonevoli u ta’ kwalità għall-kura tat-tfal; għalhekk jistieden lill-Istati Membri għal impenn imġedded lejn dan l-objettiv;

3.

Jiddispjaċih li n-nisa xorta għadhom sottorappreżentati fil-pożizzjonijiet politiċi u ekonomiċi tat-teħid tad-deċiżjoni fil-maġġoranza tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli b'aktar miżuri konkreti biex tippromwovi parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjoni;

4.

Jinnota li l-azzjonijiet tal-programm DAPHNE III biex jipprevjenu u jiġġieldu vjolenzi kontra n-nisa; itenni, madankollu, l-ħtieġa ta’ miżuri leġiżlattivi fuq livell Ewropew biex jeqirdu vjolenza bbażata fuq is-sessi;

5.

Jilqa' l-integrazzjoni ta’ ugwaljanza bejn is-sessi bħala prijorità fil-programmi komunitarji tal-edukazzjoni u t-taħriġ bil-għan li jitnaqqsu l-isterjotipi fis-soċjetà; jiddispjaċih, madankollu, li sterjotipi persistenti tas-sessi xorta jservu bħala bażi għal ħafna inugwaljanzi; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iniedu kampanji li jkabbru l-għarfien biex ikissru r-rwoli tradizzjonali tas-sessi, b'mod partikolari kampanji maħsuba lejn l-irġiel fejn jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ responsabilitajiet komuni tal-familja;

6.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni għall-prinċipji tad-Dikjarazzjoni għall-Iżvilupp tal-Millennju u l-Pjattaforma ta’ Pekin għall-Azzjoni fil-qasam tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi barra l-UE; jitlob għat-tisħiħ tal-organizzazzjoni tas-sessi fl-iżvilupp tal-UE, dik esterna, kif ukoll politiki esterni tan-negozju tal-UE;

Fil-livell istituzzjonali

7.

Jipproponi li l-istrateġija tal-UE l-ġdida favur l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tikkostitwixxi programm ta’ azzjoni u ta’ impenn politiku li jkun ibbażat fuq il-pjattaforma ta’ azzjoni ta’ Pekin u s-suċċesi tagħha, billi d-drittijiet tal-bniedem għan-nisa u tat-tfajliet jirrappreżentaw parti inaljenabbli, integrali u indiviżibbli mid-drittijiet universali tal-bniedem;

8.

Jinnota li għadu essenzjali li naħdmu fuq is-6 oqsma prijoritarji ta’ azzjoni tal-pjan direzzjonali attwali, jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi aktar miżuri konkreti sabiex jiġi żgurat li l-punti tajbin fil-pjan eżistenti jistgħu jiġu żviluppati aktar u b'hekk jinfluwenzaw b'mod viżibbli l-istrumenti fil-livelli nazzjonali u reġjonali għat-temma tal-ugwaljanza u għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa;

9.

Jipproponi li għandhom jingħataw fondi Ewropej għall-istrateġija l-ġdida għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel sabiex tkun iffaċilitata l-eżekuzzjoni tagħha fil-livell Ewropew;

10.

Jenfasizza li huwa importanti li l-Kunsill jadotta l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istrateġija favur l-ugwaljanza, wara li tingħata l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, sabiex tingħatalu aktar saħħa poltika u biex jingħata impetu ġdid lill-politika għall-ugwaljanza;

11.

Jiddeplora l-mod xejn sodisfaċenti kif ġiet ittrattata l-perspettiva tas-sessi fil-proposti strateġiċi UE 2020 tal-Kummissjoni u għalhekk jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw li d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkun ippreżentata b'mod sistematiku fl-istrateġija UE 2020, inkluż kapitolu dwar is-sessi, mekkaniżmi għal integrazzjoni tas-sessi u miri għall-impjiegi tan-nisa b'indikaturi li jesprimu l-indipendenza ekonomika, u li jqisu kemm l-effetti tal-kriżi soċjali u ekonomika attwali fuq in-nisa kif ukoll l-irwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ;

12.

Jipproponi wkoll li kull sena tiġi organizzata laqgħa tripartitika annwali bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew dwar il-progress tal-istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea;

13.

Jisħaq li ssir konferenza kull sena dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel li fiha jipparteċipaw l-organizzazzjonijiet tan-nisa u tal-irġiel organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu favur l-ugwaljanza bejn is-sessi bħall-organizzazzjonijiet LGBT u l-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins ta’ diversi Stati Membri, il-Membri Parlamentari, il-Membri tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-membri parlamentari nazzjonali, filwaqt li jiddedikaw kull darba attenzjoni partikulari għal suġġet iddefinit minn qabel;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa għal djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili sabiex ikun żgurat il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

15.

Jissuġġerixxi li l-kooperazzjoni istituzzjonali f'dan il-qasam ma tkunx limitata għall-assoċjazzjonijiet tan-nisa, iżda li tiġi mfittxa attivament il-kollaborazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-irġiel u n-nisa u li jaħdmu attivament biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi;

16.

Jitlob li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa jibda jaħdem bis-sħiħ u biex jitfasslu l-indikaturi kollha li jagħtu lok għas-segwitu tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f'kull qasam; jinsisti li dawn l-indikaturi jiġu aġġornati regolarment sabiex jippermettu li l-objettivi stabbiliti u r-riżultati fil-fatt miksuba jiġu konformi;

17.

Iqis li, meta l-proposti politiċi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill jagħtu lok għall-evalwazzjoni tal-impatt soċjali, din għandha tinkludi evalwazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

18.

Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tibda tapplika l-metodu tal-integrazzjoni tal-ġeneru fit-tħejjija tal-proposti kollha tagħha;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb u taġġorna regolarment il-websajt tagħha dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u dwar il-Grupp Opportunitajiet Indaqs biex tiddedika tal-inqas waħda mil-laqgħat tagħha kull sena interament lill-ugwaljanza bejn is-sessi u biex toħloq servizz ta’ informazzjoni għan-nisa;

20.

Jenfasizza li huwa meħtieġ li d-direzzjoni ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tintroduċi mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni msaħħa fl-operazzjoni interna tagħhom sabiex jippermettu segwitu tal-politiki tal-ugwaljanza tad-drittijiet u tal-opportunitajiet bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma l-aktar diversi; jitlob li r-Rapport Annwali dwar l-Ugwaljanza jinkludi kapitolu minn kull direttorat ġenerali li fih jirrappurtaw dwar l-ugwaljanza fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom;

21.

Jitlob lir-Rappreżentant Għoli biex tiżgura bilanċ bejn is-sessi fl-istabbiliment tas-SEAE u biex toħloq pjan ta’ azzjoni biex ikun hemm bilanċ bejn is-sessi fid-Delegazzjonijiet tal-UE, inkluż fl-ogħla livell; Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiftħu post għal rappreżentant Ewropew għan-nisa kif diġà mitlub mill-Parlament Ewropew f'Marzu 2008, sabiex tingħata attenzjoni speċifika għall-pożizzjoni tan-nisa fil-politiki esterni tal-UE, u biex l-integrazzjoni tas-sessi tkun inkorporata strutturalment fis-SEAE; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex b'mod attiv jippromwovu u jappoġġaw l-emanċipazzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fir-relazzjonijiet bilaterali u multilaterali tagħhom ma’ stati u organizzazzjonijiet barra mill-Unjoni;

22.

Jistieden lill-Rappreżentant Għoli biex tiżgura li l-perspettiva tas-sessi tkun inkorporata fil-politiki kollha ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, programmi u proġetti u jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1325 fl-azzjoni esterna tal-UE;

23.

Jenfasizza li l-politiki li jinkludu approċċ integrat tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'oqsma diversi, b'mod partikulari ekonomiċi, finanzjarji, kummerċjali u soċjali, u analiżi baġitarja f'termini ta’ ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu t-tixrid u l-iskambju ta’ prattiki tajba sabiex jinkoraġġixxu li dawn jitqiesu meta jiġu żviluppati l-politiki;

24.

Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġ li jiżviluppaw taħriġ u għodda għall-implimentazzjoni li jippermettu lill-partijiet interessati kollha biex fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom jintegraw perspettiva bbażata fuq l-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa, inkluża evalwazzjoni tal-impatt speċifiku tal-politiki fuq l-irġiel u n-nisa;

25.

Jenfasizza l-importanza, fil-kuntest tal-istrateġiji u l-pjanijiet għall-irkupru ekonomiku, li jkunu adottati miżuri settorjali li jibdew tendenza biex jappoġġaw l-edukazzjoni u l-korsijiet ta’ taħriġ immirati lejn l-integrazzjoni tan-nisa, inklużi n-nisa żgħażagħ, fis-suq tax-xogħol fis-setturi li huma strateġiċi għall-iżvilupp u fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet u l-ħiliet relatati mat-teknoloġija u x-xjenza l-aktar avvanzati;

26.

Jenfasizza l-importanza ji jitfasslu indikaturi ta’ kwantità u ta’ kwalità u statistiċi marbuta mas-sessi li jkunu affidabbli, paragunabbli u disponibbli meta jkun hemm bżonn, sabiex jintużaw fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tas-sessi fil-politiki kollha;

27.

Jitlob lill-Eurostat biex jiżviluppa indikaturi biex ikejlu l-investiment min-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet volontarji sabiex juru x'jikkontribwixxu l-irġiel u n-nisa għall-koeżjoni soċjali;

28.

Jenfasizza li koordinazzjoni aħjar hija essenzjali sabiex jiġu żviluppati objettivi għall-politika tal-ugwaljanza fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE u tal-Istati Membri u li jenħtieġu metodi uniformi ta’ integrazzjoni tanġibbli, bħall-baġits speċifiċi skont is-sessi jew l-inkorporazzjoni tal-analiżi tal-ġeneru fit-tfassil, l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika pubblika;

29.

Jindika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-ħtieġa ta’ strateġija doppja, filwaqt li jiġi adottat approċċ integrat tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jitwettqu azzjonijiet speċifiċi, fosthom fi kwistjonijiet leġiżlattivi, kwistjonijiet ta’ krediti baġitarji, u fi kwistjonijiet ta’ segwitu u ta’ kontroll, bil-għan li jiġi ggarantit li dawn jiġu attwati; jirrimarka li aġenda għall-azzjoni għandha tinkludi miri kwalitattivi u kwantitattivi fuq perjodu ta’ żmien qasir u fuq perjodu ta’ żmien twil kemm fil-livell Ewropew u kemm f'dak nazzjonali;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jintegraw il-perspettiva tas-sessi fil-politiki kollha tal-Komunità u sabiex jirrevedu l-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex ikun żgurat li l-ugwaljanza bejn is-sessi tkun applikata b'mod korrett u li miżuri ta’ diskriminazzjoni pożittiva jkunu jistgħu jiġu applikati fejn dawn ikunu meħtieġa;

31.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni għall-prinċipji tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Pekin fil-qasam tal-promozzjoni ta’ baġits li jqisu s-sessi; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jagħmlu sforzi sabiex jirrevedu b'mod sistematiku kif in-nisa jibbenefikaw mill-infiq tas-settur pubbliku u jaġġustaw il-baġits biex jiżguraw ugwaljanza ta’ aċċess għall-infiq tas-settur pubbliku, kemm għat-tisħiħ tal-kapaċità produttiva u kemm biex ikunu ssodisfati ħtiġijiet soċjali; jitlob ukoll għall-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti, inklużi riżorsi biex issir analiżi tal-impatt fuq is-sessi;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex timmonitorja l-konformità tal-Istati Membri mad-Direttivi kontra d-diskriminazzjoni u mal-miżuri dwar is-sessi u biex tieħu passi attivi inklużi proċeduri ta’ ksur f'każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità;

33.

Jitlob li r-Regolament FAEŻR ikun emendat sabiex jippermetti, kif jiġri fil-kuntest tal-FSE, miżuri proattivi li għandhom jittieħdu b'appoġġ għan-nisa fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, li kien fattibbli fil-perjodi preċedenti, iżda mhux fil-perjodu attwali, u li se jkunu ta’ benefiċċju kbir għall-impjieg tan-nisa fiż-żoni rurali;

34.

Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata importanza partikulari lill-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-ugwaljanza, inkluż fil-Parlament Ewropew, fid-diversi kumitati u delegazzjonijiet parlamentari u jiġbed l-attenzjoni għall-ħidma importanti li qed issir mill-Grupp Parlamentari ta’ Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza;

35.

Jilqa', f'dan ir-rigward, l-attivitajiet li qed isiru mill-Membri tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-integrazzjoni tas-sessi, li qed jaħdmu biex jiżguraw li l-perspettiva tas-sessi tkun meqjusa fil-formulazzjoni u l-iżvilupp tal-politiki kollha fi ħdan il-kumitati individwali tagħhom;

36.

Jistieden lill-Bureau tal-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea biex iżidu l-isforzi tagħhom għaż-żieda fin-numru ta’ nisa f'pożizzjonijiet għolja fl-istaff tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal mekkaniżmu li jiżgura li l-Kummissjoni Ewropea jkollha parità fil-leġiżlatura li jmiss;

37.

Jenfasizza l-bżonn li jkun evitat li l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, u kwistjonijiet ekonomiċi futuri, jipperikolaw dak li nkiseb s'issa fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi u biex jiġi evitat li r-riċessjoni tintuża, kif diġà ġara f'ċerti Stati Membri, bħala argument biex ikun hemm inqas miżuri għall-ugwaljanza bejn is-sessi, għaliex, fuq perjodu ta’ żmien twil, dan ikun ta’ xkiel għat-tkabbir fiċ-ċifri tal-impjieg, it-tkabbir ekonomiku fl-UE, id-dħul ogħla mit-taxxi, ir-rati tat-twelid ogħla u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali, tirrevedi l-politiki dwar il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol bl-għan li tiżgura li l-ispiża għat-tfal ma tkunx sostnuta minn min iħaddem, iżda mill-komunità, sabiex tinqered l-imġiba diskriminatorja fin-negozji u jingħata kontribut għall-ġejjieni demografiku tagħna;

39.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jeħtieġ li jiġu adottati miżuri pożittivi għall-benefiċċju tan-nisa u l-irġiel sabiex ikun iffaċilitat ir-ritorn tagħhom għax-xogħol wara perjodu li fih dawn ikunu wettqu d-dmirijiet tal-familja (rabbew it-tfal u/jew ħadu ħsieb ġenitur marid jew b'diżabilità), billi jippromovu politiki ta '(ri)integrazzjoni fis-suq tax-xogħol bil-ħsieb li dawn jerġgħu jiksbu l-indipendenza finanzjarja;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli b'inizjattivi mmirati għar-rikonoxximent tal-ekonomija informali u l-kwantifikazzjoni tal-ekonomija “tal-ħajja” li jużaw approċċi speċifiċi għall-ġeneru skont il-proġett “Lil hinn mill-PGD” imniedi mill-Kummissjoni;

41.

Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu benefiċċji soċjali xierqa għan-nisa u l-irġiel li jieħdu ħsieb l-anzjani, il-qraba morda jew diżabbli, u għan-nisa anzjani, li jirċievu pensjonijiet partikolarment baxxi;

Oqsma tematiċi – objettivi

42.

Jenfasizza l-importanza tas-segwitu tal-analiżi tal-pjattaforma ta’ Pekin (Pekin+15) li saret mill-Presidenza Svediża, biex, fuq din il-bażi, mhux biss jiġu elaborati indikaturi adegwati iżda jiġu stabbiliti wkoll objettivi u jiġu adottati l-politiki meħtieġa fit-12-il qasam previst;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika studju dwar l-analiżi tal-impatt marbuta mal-konsegwenzi, inklużi l-konsegwenzi baġitarji tal-introduzzjoni tas-sistema tal- “integrazzjoni tas-sessi”, bil-ħsieb li jiġu evalwati r-rilevanza, l-effettività, id-durabilità u l-utilità tagħha f'termini ta’ effikaċja tal-ispiża/valur miżjud, kif inhi l-prattika regolari fil-każ tal-politiki Ewropej l-oħra;

44.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jittejbu l-arranġamenti li bihom l-organizzazzjonijiet tan-nisa u s-soċjetà ċivili b'mod ġenerali jikkollaboraw ma’ u jieħdu sehem fil-proċessi tal-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi;

45.

Iqis l-prijorità lill-ġlieda kontra l-faqar, permezz tar-reviżjoni tal-politiki makroekonomiċi, monetarji, soċjali u tax-xogħol li huma l-bażi tagħha, bil-għan li tiġi ggarantita l-ġustizzja ekonomika u soċjali għan-nisa, filwaqt li jiġu elaborati strateġiji li jippromwovu distribuzzjoni ġusta tad-dħul, jiggarantixxu dħul minimu, salarji u pensjonijiet deċenti, joħolqu xogħol bid-drittijiet għan-nisa, jiżguraw l-aċċess għas-servizzi pubbliċi ta’ kwalità għan-nisa kollha u t-tfajliet, issaħħu l-protezzjoni soċjali u s-servizzi lokali, b'mod partikulari l-postijiet fejn jinżammu t-trabi, l-iskejjel tal-logħob, il-kindergarten, iċ-ċentri ta’ matul il-jum, iċ-ċentri ta’ divertiment tal-komunitajiet u s-servizzi ta’ għajnuna għall-familji u “ċentri interġenerazzjonali”, filwaqt li jiġi ggarantit l-aċċess għan-nisa, l-irġiel, it-tfal u l-anzjani kollha, b'attenzjoni partikulari għall-għajnuna għan-nisa ta’ età;

46.

Jenfasizza li l-ifqar nisa għandhom ikunu l-imsieħba ewlenin fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki għall-opportunitajiet indaqs; jistieden lill-Unjoni, b'konsegwenza ta’ dan, biex tagħti attenzjoni partikolari lill-ippjanar u l-implimentazzjoni minn din il-perspettiva tas-Sena Ewropea kontra l-Faqar, is-Sena Ewropea tal-Volontarjat, u l-Istrateġija Ewropea 2020 b'mod ġenerali;

47.

Jenfasizza l-effett pożittiv li għandha l-ugwaljanza bejn is-sessi fuq it-tkabbir ekonomiku; jirrimarka f'dan ir-rigward li xi studji jikkalkolaw li jekk ir-rati tax-xogħol, ta’ impjieg part-time u tal-produttività għan-nisa kienu simili għal dawk għall-irġiel, il-PGD jiżdied bi 30 %;

48.

Jistieden lill-Istati Membri biex janalizzaw l-effetti tal-miżuri biex jikkumbattu l-kriżi u strateġiji ta’ ħruġ futuri mill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex telimina n-nuqqasijiet fl-oqsma koperti biex tiżgura l-istess livell ta’ protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess daqs dik għad-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza, u biex ittejjeb il-protezzjoni legali u l-aċċess għal rimedji legali għall-vittmi ta’ diskriminazzjoni multipla;

50.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ miżuri urġenti għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjonijiet fis-salarji, permezz tar-reviżjoni ta’ direttiva eżistenti, permezz tal-elaborazzjoni tal-pjanijiet settorjali pass b'pass, b'objettivi preċiżi, bil-għan li jiġu eliminati d-diskriminazzjonijiet diretti u indiretti, u billi jiġu mħeġġa n-negozjati kollettivi, it-taħriġ ta’ dawk li jagħtu l-pariri dwar l-ugwaljanza, bl-indirizzar tad-distribuzzjoni xejn ekwa ta’ xogħol mhux imħallas bejn l-irġiel u n-nisa u l-elaborazzjoni ta’ pjanijiet favur l-ugwaljanza fil-kumpaniji u l-oqsma l-oħra tax-xogħol; it-trasparenza fil-kompożizzjoni tal-pagi għandha tkun prattika standard biex issaħħaħ il-pożizzjoni tan-negozjati tal-ħaddiema nisa;

51.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-impjieg tan-nisa fl-UE huwa qrib il-mira ta’ 60 % sal-2010, iżda jisħaq li issa trid tkun stipulata l-mira iktar ambizzjuża ta’ 75 % sal-2020;

52.

Jitlob li jittieħdu miżuri speċifiċi mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex itejbu l-pożizzjoni ta’ gruppi partikolarment vulnerabbli, bħal status indipendenti għan-nisa migranti li jiffaċċjaw vjolenza domestika, dritt individwalizzat għal pensjoni u benefiċċji oħra għan-nisa bl-ebda jew ftit li xejn parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar id-diskriminazzjoni ta’ nies transġeneru u biex jittejjeb l-aċċess tagħhom għal rimedji legali;

53.

Jenfasizza l-importanza ta’ negozjati u n-negozjar kollettiv fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, speċjalment rigward l-aċċess għall-impjiegi, pagi, kundizzjonijiet tax-xogħol, il-progress fil-karriera u t-taħriġ;

54.

Jistieden lill-entitajiet pubbliċi u privati biex jinkorporaw dawn il-pjanijiet ta’ ugwaljanza fir-regoli interni tagħhom, sabiex iżidu magħhom miri fuq perjodu ta’ żmien qasir u twil, u biex jagħmlu evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-objettivi tagħhom fil-prattika;

55.

Jiddispjaċih li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet kemm fid-dinja tan-negozju kemm fil-proċessi demokratiċi u jinsisti li hemm ħtieġa ta’ miżuri aktar ambizzjużi niex jiżdied in-numru ta’ nisa fuq il-bordijiet tad-diretturi tal-kumpaniji u fl-istituzzjonijiet pubbliċi lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

56.

Jitlob għal aktar azzjoni, sensibilizzazzjoni u kontroll fuq il-postijiet tax-xogħol bil-għan li jiġu ggarantiti l-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol għan-nisa, filwaqt li tingħata attenzjoni lill-ħinijiet tax-xogħol, ir-rispett għad-drittijiet tal-maternità u l-paternità, il-konċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u l-ħajja personali, u jitlob li jkun hemm żieda tal-liv tal-maternità, u t-twaqqif tal-liv tal-paternità, li jinħoloq liv tal-paternità mħallas, it-twaqqif tal-liv tal-familja, inter alia mħallas, li jkun hemm miżuri għall-ġlieda kontra l-isterjotipi sessisti fil-qsim tax-xogħol u l-kura, għall-għan, fost oħrajn, li wieħed jieħu ħsieb qraba dipendenti u li jiġu miġġielda l-azzjonijiet li jeżaminaw mill-ġdid dawn id-drittijiet;

57.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-prattika tar-responsabilità soċjali korporattiva titkejjel, tkun iċċertifikata u ppremjata fuq il-bażi li r-rekwiżiti għandhom assolutament jinkludu l-ugwaljanza bejn is-sessi; din għandha tintlaħaq permezz tal-adozzjoni ta’ mudelli organizzattivi flessibbli bbażati fuq xogħol orjentat lejn objettiv u mhux marbuta mal-preżenza fiżika u li jippermettu lill-ħaddiema kollha, kemm jekk irġiel kemm jekk nisa, li jiżviluppaw professjonalment u jevolvu f'termini ta’ karriera u salarju, f'konformità mal-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħhom u b'kunsiderazzjoni għall-obbligi soċjali li jiġu mill-bżonn li jieħdu ħsieb it-tfal u l-qraba, fil-kuntest ta’ servizzi u organizzazzjoni tax-xogħol favur il-familja;

58.

Jinsisti fuq il-ħtieġa għal bilanċ bejn il-ħajja personali u familjari u x-xogħol bl-implimentazzjoni ta’ miżuri, immirati kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel, li jippromwovu l-qsim tal-kompiti b'mod ugwali u jqisu l-fatt li s'issa l-irġiel kienu inqas imħajra li japprofittaw mil-liv tal-ġenituri jew mill-inċentivi;

59.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu nkoraġġiti l-inċentivi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni fil-livell ta’ intrapriżi ta’ programmi ta’ azzjoni pożittiva u politiki tar-riżorsi umani bl-għan li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'enfasi fuq attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ għall-promozzjoni, it-trasferiment u l-inkorporazzjoni ta’ prattiki ta’ suċċess fl-organizzazzjonijiet u n-negozji;

60.

Jemmen li huwa importanti li wieħed jeżamina iktar mill-qrib il-kwistjoni tal-iżvilupp ta’ metodoloġija għall-analiżi tal-funzjonijiet li tista' tiggarantixxi d-dritt tan-nisa għall-paga ndaqs, tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tal-individwi u l-professjonijiet, u, fl-istess ħin issaħħaħ id-dinjità tax-xogħol bħala element strutturanti, bil-ħsieb li tiżdied il-produttività, il-kompetittività u l-kwalità tal-intrapriżi u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-ħaddiema rġiel u nisa;

61.

Jinsisti fuq il-ħtieġa għat-titjib fid-disponibilità, il-kwalità u l-aċċessibilità tal-kura tat-tfal u s-servizzi ta’ kura għal persuni dipendenti, filwaqt li jkun żgurat li d-disponibilità ta’ dawn is-servizzi tkun kompatibbli mas-sigħat ta’ xogħol full-time tal-irġiel u n-nisa;

62.

Jirrimarka li s-servizzi ta’ kura tat-tfal u dipendenti oħra huma potenzjalment sors ewlieni ta’ impjiegi għan-nisa ta’ età avvanzata, li bħalissa għandhom waħda mill-iktar rati baxxi ta’ impjieg;

63.

Jemmen li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li servizzi tal-kura bi prezz li jista' jintlaħaq minn kulħadd ikunu disponibbli għal mill-inqas 50 % tat-tfal f'età bejn 0 u 3 snin, u biex l-edukazzjoni tkun disponibbli għat-tfal kollha bejn l-età ta’ 3 snin u l-età skolastika obbligatorja;

64.

Jaħdem bis-sħiħ favur politiki u azzjonijiet li jeliminaw il-vjolenza kontra n-nisa f'kull qasam, filwaqt li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem għan-nisa, filwaqt li jiġġieled kontra l-istereotipi marbuta mas-sess u kull forma ta’ diskriminazzjoni fi ħdan is-soċjetà u l-familja, inkluża d-diskriminazzjoni fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fil-midja u fil-ħajja politika; jisħaq li għandhom ikunu żviluppati politiki speċifiċi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, isaħħu l-pożizzjoni tan-nisa, u jedukaw aħjar lill-individwi inkluż bl-użu ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u strateġiji ta’ taħriġ matul il-ħajja u fuq l-inkorporazzjoni ta’ miżuri favur in-nisa;

65.

Jappoġġa l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar l-eradikazzjoni tal-Vjolenza Kontra n-Nisa' u jenfasizza l-importanza tal-impenn kontinwu tal-Kummissjoni li ssegwi politika aktar attiva fil-ġlieda għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tibda konsultazzjoni dwar Direttiva kontra l-vjolenza kontra n-nisa li telenka, fost affarijiet oħra, l-isforzi li l-Istati Membri jkunu obbligati jagħmlu biex jiġġieldu l-vjolenza kontra n-nisa;

66.

Jenfasizza l-ħtieġa li jsir stħarriġ wiesa' li jkopri l-pajjiżi kollha tal-UE u li juża metodoloġija komuni, li tistabbilixxi l-firxa reali tal-problema; jiġbed l-attenzjoni għall-ħidma importanti li se titwettaq f'dan il-qasam miċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tal-Vjolenza fuq il-bażi tas-Sessi li se tipprovdi statistiċi ta’ kwalità għolja b'appoġġ għall-miżuri politiċi fil-ġlieda kontra din il-pjaga tas-soċjetà;

67.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa lis-sitwazzjoni tan-nisa li jaħdmu mas-sieħeb tagħhom fis-setturi tal-agrikoltura, tal-artiġjanat, tal-kummerċ u tas-sajd u l-kumpaniji żgħar tal-familja, fejn is-sitwazzjoni tan-nisa hija aktar vulnerabbli minn dik tal-irġiel, bil-għan li jittieħdu miżuri ġodda li jipproteġu l-maternità, tiġi eliminata d-diskriminazzjoni indiretta, tiġi żgurata l-protezzjoni u s-sigurtà soċjali kif ukoll id-drittijiet l-oħra tan-nisa, fosthom tan-nisa li għandhom status ta’ ħaddiema indipendenti; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-importanza tal-iżvilupp tal-kunċett legali tas-sjieda komuni bl-għan li jkun żgurat li d-drittijiet tan-nisa fis-settur agrikolu jkunu rikonoxxuti bis-sħiħ, li dawn jirċievu protezzjoni xierqa mis-sigurtà soċjali u li x-xogħol tagħhom ikun rikonoxxut;

68.

Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-istereotipi fit-tipi u fl-istadji kollha tal-ħajja, peress li dawn jikkostitwixxu waħda mill-aktar kawżi persistenti tan-nuqqas ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, li jaffettwaw l-għażliet tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-impjieg, tad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet domestiċi u tal-familja, tal-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika u l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza fil-pożizzjonijiet tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u l-għażliet tagħhom fir-rigward tas-suq tax-xogħol;

69.

Jenfasizza, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tagħmel enfasi aktar b'saħħitha fuq il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni multipla, il-faqar u l-esklużjoni soċjali u n-nuqqas ta’ ugwaljanza fil-qasam tas-saħħa;

70.

Iqis li s-sistemi ta’ tassazzjoni u ta’ ħarsien soċjali jeħtieġ li jiġu riveduti sabiex id-drittijiet jiġu individwalizzati, ikunu ggarantiti drittijiet għall-pensjoni indaqs u jitneħħew l-inċentivi li jaffettwaw ħażin il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali, bħat-tassazzjoni konġunta u l-għotjiet għall-kura ta’ dipendenti li huma marbuta man-nuqqas ta’ attività tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

71.

Ifakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2010 u jenfasizza l-importanza li n-nisa jkollhom kontroll fuq id-drittijiet sesswali u tar-riproduzzjoni tagħhom;

72.

Jenfasizza l-importanza ta’ miżuri preventivi biex jiżguraw is-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa;

73.

Jenfasizza l-bżonn li l-proċeduri ta’ bidla fis-sess isiru aċċessibbli għal persuni transġeneru, u li jiġi żgurat li jiġu rimborżati minn skemi pubbliċi ta’ assigurazzjoni fuq is-saħħa;

74.

Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tan-nisa fil-minoranzi etniċi, inklużi l-migranti nisa, u li jiġu stabbiliti miżuri xierqa biex jappoġġawhom fil-kuntest tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

75.

Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament, inkluż il-Kumitat tiegħu għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, dwar l-abbozzar tal-Karta Ewropea futura dwar id-Drittijiet tan-Nisa;

76.

Iqis li hemm il-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikulari lill-iżvilupp, il-paċi u s-solidarjetà man-nisa tad-dinja kollha, b'mod partikulari n-nisa vittmi tal-inġustizzji, id-diskriminazzjoni, il-ġuħ, il-miżerja, it-traffikar tal-bnedmin u kull tip ta’ vjolenza; iqis li l-konsultazzjoni kontinwa mal-organizzazzjonijiet tan-nisa u, b'mod aktar wiesa', mas-soċjetà ċivili, u l-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi dwar kwistjonijiet relatati ma’ politiki li għandhom impatt dirett jew indirett fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi huma garanziji ta’ kunsens soċjali usa';

77.

Jinsisti li l-perspettiva tas-sessi u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq il-bażi tas-sess għandhom ikunu inkorporati fil-politika esterna u ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea;

78.

Jenfasizza li l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-mekkaniżmi istituzzjonali relatati jridu jkunu marbuta mill-qrib mal-aġenda globali għad-drittijiet tan-nisa; Dan jinkludi li rabta ma', u appoġġ għall-entità l-ġdida tan-NU għall-ugwaljanza bejn is-sessi, li għandha tgħaqqad il-politika u l-attivitajiet operattivi, u jistieden lill-UE biex tiżgura li l-entità l-ġdida jkollha riżorsi finanzjarji u umani sostanzjali għat-twettiq tal-kompiti tagħha fil-kamp, u li tkun immexxija minn Sotto-Segretarju Ġenerali tan-NU responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi;

79.

Iżid jgħid li l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-mekkaniżmi istituzzjonali li jakkumpanjawha għandhom ikopru b'mod ċar l-identità tas-sessi u jindirizzaw il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni dovuta għall-bidla fis-sess;

80.

Jisħaq fuq ir-rispett ta’ riżoluzzjonijiet riċenti tal-PE tal-10 ta’ Frar 2010 dwar il-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea;

*

* *

81.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.

(2)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 247.

(3)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(4)  ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 75.

(5)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 118.

(6)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 56.

(7)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 73.

(8)  ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 57.

(9)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 35.

(10)  ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 21.

(11)  ĠU C 77, 14.3.1994, p. 43.

(12)  ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 130.

(13)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 31.

(14)  ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 16.

(15)  Testi adottati, P7_TA(2009)0098.

(16)  Testi adottati, P7_TA(2010)0018.

(17)  Testi adottati, P7_TA(2010)0021.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/99


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Sport, speċifikament dwar l-aġenti tal-plejers

P7_TA(2010)0233

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-aġenti tal-plejers fl-isport

2011/C 236 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-futur tal-futbol professjonali fl-Ewropa (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-8 ta’ Mejju 2008 dwar il-White Paper dwar l-isport tal-Kummissjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra l-White Paper dwar l-Isport (COM(2007)0391),

wara li kkundisra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra s-sentenza tas-26 ta’ Jannar 2005 tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (3),

wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-10 ta’ Marzu 2010 lill-Kummissjoni dwar l-isport, speċifikament dwar l-aġenti tal-plejers (O-0032/2010 – B7-0308/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Ifakkar li l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-futur tal-futbol professjonali fl-Ewropa jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-korpi regolaturi tal-futbol fl-isforzi tagħhom biex jirregolaw lill-aġenti tal-plejers, jekk meħtieġ billi tippreżenta proposta għal direttiva rigward dawn l-aġenti;

2.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-“Istudju dwar l-aġenti tal-isports fl-Unjoni Ewropea” li ġie kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea u li r-riżultati tiegħu issa huma disponibbli;

3.

Jinsab partikolarment imħasseb dwar dak li ħareġ mill-istudju rigward attivitajiet kriminali mwettqa f'konnessjoni mal-isport li jsemmi episodji fejn l-isport huwa affettwat mill-kriminalità organizzata b'rabtiet ma’ attivitajiet tal-aġenti tal-plejers; jemmen li dan l-iżvilupp huwa ta’ detriment għall-immaġni tal-isport, għall-integrità tiegħu u ultimament għar-rwol tiegħu fis-soċjetà;

4.

Jieħu nota ta’ wieħed mill-fatti li ħarġu mill-istudju li l-aġenti tal-isport huma ċentrali fil-flussi finanzjarji li spiss mhumiex trasparenti, u li jagħmluhom soġġetti għal attivitajiet illegali; jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi minn xi klabbs u korpi governattivi biex iżidu t-trasparenza tat-transazzjonijiet finanzjarji;

5.

Jinnota li l-istudju joħroġ fid-dieher l-opaċità inerenti tas-sistemi ta’ trasferiment partikolarment fl-isports tat-timijiet, li joħolqu sitwazzjoni li kapaċi twassal għal attivitajiet illegali fejn huma involuti l-aġenti kif ukoll il-klabbs u l-plejers;

6.

Jenfasizza l-vulnerabilità speċifika tal-plejers żgħażagħ u r-riskju li huma jsiru vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin;

7.

Jenfasizza r-responsabilità speċifika tal-aġenti u l-klabbs tal-plejers, speċjalment lejn il-plejers żgħażagħ u għalhekk jistieden liż-żewġ partijiet biex jassumu din ir-responsabilità, b'mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ edukattiv u vokazzjonali tal-plejers żgħażagħ;

8.

Jenfasizza l-fatt li ħareġ mill-istudju li r-regolamenti tal-aġenti stabbiliti mill-federazzjonijiet tal-isports huma mmirati bażikament biex jikkontrollaw l-aċċess għall-professjoni u jirregolaw l-eżerċizzju tagħha, imma li dawn il-korpi għandhom biss poteri superviżorji u ta’ sanzjonament limitati, peress li m'għandhom l-ebda mezz ta’ kontroll jew ta’ azzjoni diretta vis-à-vis l-aġenti tal-isports li mhumiex irreġistrati magħhom; l-anqas huma intitolati li jimponu pieni ċivili jew kriminali;

9.

Jaqbel mal-korpi regolatorji tal-isports u mal-partijiet interessati tal-isports li jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex jiġu affrontanti b'mod organizzat u determinat il-problemi marbuta mal-integrità u l-kredibilità tal-isport u tal-atturi fl-isport;

10.

Jemmen li jekk titneħħa għalkollox is-sistema eżistenti tal-liċenzji tal-FIFA għall-aġenti tal-plejers mingħajr ma tiġi stabbilita sistema alternattiva robusta dan ma jkunx il-mod xieraq ta’ kif jiġu affrontati b'mod organizzat u determinat il-problemi li jeżistu fil-qasam tal-aġenti tal-plejers fil-futbol;

11.

Japplawdi l-isforzi li jagħmlu l-korpi regolaturi tal-isport biex iġibu aktar trasparenza u superviżjoni tal-flussi finanzjarji;

12.

Jistieden lill-Kunsill biex iżżid l-isforzi ta’ koordinament li qed tagħmel fil-ġlieda kontra l-attivitajiet kriminali marbuta mal-attivitajiet tal-aġenti, inklużi l-ħasil tal-flus, it-tbagħbis tal-logħob u t-traffikar tal-bnedmin;

13.

Jirreferi għas-sentenza msemmija hawn fuq dwar il-każ T-193/02 fejn il-Qorti ddikjarat li bħala prinċipju r-regolarizzar tal-attivitajiet tal-aġenti tal-plejers li tikkostitwixxi kontroll fuq il-korrettezza ta’ attività ekonomika u tinvolvi l-libertajiet fundamentali, taqa’ fil-kompetenza tal-awtoritajiet pubbliċi;

14.

Ifakkar li fl-istess sentenza l-Qorti rrikonoxxiet li federazzjonijiet bħal m'hi l-FIFA huma intitolati li jirregolaw il-professjoni tal-aġenti sakemm l-objettiv tar-regolarizzar ikun li jitgħollew l-istandards professjonali u etiċi fl-attivitajiet tal-aġenti bil-għan li l-plejers jitħarsu u li r-regolarizzar ma jkunx antikompetittiva; ifakkar li kollettivament, l-aġenti mhumiex organizzati f'livell professjonali u li l-professjoni hija soġġetta għal regolarizzar limitat ħafna fil-livell ta’ Stati Membri;

15.

Jinsab konvint li f'kuntest ta’ attivitajiet transkonfinali u regolamenti nazzjonali diversi applikabbli għall-isporta l-effikaċja tal-kontroll u l-infurzar ta’ sanzjonijiet jista’ jiġi affrontat b'mod organizzat u determinat biss permezz ta’ sforzi konġunti mill-korpi regolatorji tal-isports u l-awtoritajiet pubbliċi;

16.

Jinnota li filwaqt li l-attivitajiet tal-aġenti huma regolati estensivament fil-livell internazzjonali u nazzjonali minn korpi tal-isports f'xi dixxiplini, huma ftit ħafna l-Istati Membri li adottaw liġijiet speċifiċi li jindirizzaw l-aġenti tal-isports;

17.

Jemmen li meta titqies id-diversità konfondenti tar-regolamenti applikabbli għall-attivitajiet tal-aġenti tal-isports, jinħtieġ li jkun hemm approċċ koerenti fl-UE kollha bil-għan li jiġu evitati lakuni kkaġunati minn regolarizzar li ma jkunx ċar u biex ikun żgurat monitoraġġ u kontroll xierqa tal-attivitajiet tal-aġenti;

18.

Itenni t-talba tiegħu għal inizjattiva tal-UE rigward l-attivitajiet tal-aġenti tal-plejers li għandha timmira għal:

standards u kriterji ta’ eżaminar stretti qabel ma wieħed ikun jista' jopera bħala aġent tal-plejers,

trasparenza fit-transazzjonijiet tal-aġenti,

projbizzjoni ta’ rimunerazzjoni lill-aġenti tal-plejers relatata mat-trasferiment ta’ minorenni,

standards armonizzati minimi għall-kuntratti tal-aġenti,

sistema effiċjenti ta’ monitoraġġ u dixxiplina,

l-introduzzjoni ta’ “sistema ta’ liċenzjar tal-aġenti” fl-UE kollha kemm hi u reġistru tal-aġenti,

it-tneħħija tar-“rappreżentazzjoni doppja”,

rimunerazzjoni gradwali bil-kundizzjoni li jiġi ssodisfat il-kuntratt;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 232.

(2)  ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 51.

(3)  Każ T-193/02, Laurent Piau v il-Kummissjoni (ECR 2005, p. I-00209).


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/101


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Il-konklużjonijiet tas-Samit UE/Russja

P7_TA(2010)0234

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Ġunju 2010 dwar il-konklużjonijiet tas-Samit bejn l-UE u r-Russja (mill-31 ta' Mejju sal-1 ta' Ġunju 2010)

2011/C 236 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) eżistenti bejn, fuq naħa, il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u fuq l-oħra, il-Federazzjoni Russa (1), u n-negozjati li nbdew fl-2008 dwar trattat ġdid bejn l-UE u r-Russja,

wara li kkunsidra l-objettiv komuni tal-UE u tar-Russja, stipulat fid-dikjarazzjoni konġunta li ħarġet wara l-11-il Samit bejn l-UE u r-Russja, li sar f'St Petersburg fil- 31 ta' Mejju 2003, li jinħoloq spazju ekonomiku komuni, spazju komuni ta' libertà, ta’ sigurtà u ta' ġustizzja, spazju komuni ta' kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà esterna u spazju komuni ta' riċerka u edukazzjoni, inklużi l-aspetti kulturali (l-“erba’ spazji komuni”),

wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, b’mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tat- 12 ta’ Novembru 2009 (2), qabel is-samit ta’ Stokkolma bejn l-UE u r-Russja li sar fit- 18 ta’ Novembru 2009, ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2009 dwar il-qtil ta’ attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem fir-Russja (3) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas- 17 ta’ Settembru 2009 dwar l-aspetti esterni tas-sigurtà tal-enerġija (4),

wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-ftehimiet iffirmati u d-dikjarazzjonijiet konġunti maħruġa waqt is-samit bejn l-UE u r-Russja li sar f’Rostov-na-Donu mill- 31 ta’ Mejju sal- 1 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE tibqa' kommessa favur l-approfondiment u l-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, kif juri l-impenn tagħha li tagħmel sforzi serji biex tinnegozja ftehim ta' qafas ġdid għall-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja,

B.

billi l-UE u r-Russja, li hi membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għandhom responsabilità konġunta biex iżommu l-istabbiltà dinjija, u billi l-kooperazzjoni msaħħa u r-relazzjonijiet ta' ġirien tajba bejn l-UE u r-Russja huma ta' importanza partikolari għall-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa,

C.

billi l-konklużjoni ta' ftehim ta' sħubija strateġika bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa tibqa' tal-akbar importanza għal aktar żvilupp u intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ sħab,

D.

billi huwa importanti li l-UE titkellem b’vuċi waħda, turi solidarjetà u unità fir-relazzjonijiet tagħha mal-Federazzjoni Russa, u li dawk ir-relazzjonijiet jissejsu fuq interessi reċiproċi u valuri komuni,

E.

billi r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u r-Russja huma evidenza tal-interdipendenza reċiproka dejjem akbar ta' bejniethom, li teħtieġ sforz u impenn konġunt biex it-tkabbir sostenibbli tagħha jkun żgurat,

F.

billi, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), ir-Russja kkommettiet ruħha li tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat ta’ dritt, u li tirrispetta s-sovranità tal-ġirien Ewropej tagħha, billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja ħabbtu wiċċhom ma' għadd ta' sfidi serji f'dawn l-aħħar snin, partikolarment f'dak li jirrigwarda tħassib dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fir-Russja,

G.

billi l-adeżjoni tar-Russja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tagħti kontribut sostanzjali għat-titjib ulterjuri tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u r-Russja, dejjem jekk ikun hemm impenn vinkolanti rigward il-konformità sħiħa tar-Russja mal-impenji u l-obbligi tad-WTO, u l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom min-naħa tagħha, u twitti t-triq għal ftehim ta' integrazzjoni ekonomika profonda u komprensiva bejn iż-żewġ partijiet abbażi ta' reċiproċità ġenwina; u billi fl- 1 ta’ Jannar 2010 r -Russja stabbiliet unjoni doganali mal-Kazakistan u mal-Bjelorussja,

H.

billi l-iffirmar tat-Trattat Strateġiku dwar it-Tnaqqis tal-Armi (START) il-ġdid bejn il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti fit- 8 ta' April 2010 u t-tqarrib tal-pożizzjonijiet tagħhom dwar in-nonproliferazzjoni u l-kwistjoni tal-Iran, il-proċess għall-Paċi fil-Lvant Nofsani, l-Afganistan u l-Pakistan huma jixhdu l-klima mtejba ta' djalogu mar-Russja dwar aspetti differenti ta' relazzjonijiet barranin u ta' sigurtà,

I.

billi hemm kriterji ċari u oġġettivi għall-introduzzjoni ta’ reġim ħieles mill-viżi; billi ċ-ċittadini Ewropej u Russi għandhom interess leġittimu li jingħataw id-dritt tal-moviment ħieles kemm fil-pajjiżi tagħhom kif ukoll meta jaqsmu l-fruntieri,

1.

Jafferma mill-ġdid il-konvinzjoni tiegħu li r-Russja għadha fost l-aktar sħab importanti tal-UE fil-bini ta’ kooperazzjoni sostenibbli u impenn li jaħdmu flimkien biex jindirizzaw sfidi komuni permezz ta' approċċ bilanċjat u orjentat lejn ir-riżultati bbażat fuq id-demokrazija u fuq l-istat tad-dritt, fil-qsim mhux biss ta' interessi ekonomiċi u kummerċjali iżda wkoll l-objettiv li jaħdmu mill-qrib flimkien kemm fil-livell dinji kif ukoll mal-pajjiżi ġirien komuni tagħhom, skont id-dritt internazzjonali;

2.

Jistieden lill-UE u lir-Russja biex jintensifkaw in-negozjati tagħhom dwar ftehim ġdid ta’ sħubija u kooperazzjoni, u jtenni l-appoġġ qawwi tiegħu għal ftehim wiesa’, komprensiv u vinkolanti li jmur lil hinn mill-kooperazzjoni ekonomika weħidha u jinkludi wkoll bħala komponenti integrali, l-oqsma tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem; jieħu nota tal-ftehim dwar is-Sħubija għall-Modernizzazzjoni li għandha tħaddan kemm l-ekonomija kif ukoll is-soċjetà. Huwa favur id-diversifikazzjoni tal-ekonomija Russa u tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u r-Russja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Gvern Russu biex jiżviluppaw is-Sħubija għall-Modernizzazzjoni f'aktar dettall; jenfasizza l-ħtieġa li jitħejja bil-ħeffa pjan ta’ ħidma konkret konformi mar-riżultati miksubin sal-lum fil-kuntest tal-erba’ spazji komuni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat il-funzjonament effikaċi tal-ġudikatura u li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tiġi intensifikata;

3.

Jilqa' l-iffirmar ta' protokoll dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata u d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-Gaża mil-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Sergei Lavrov;

4.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-ewwel samit UE-Russja li sar mindu daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona twettaq b’manjiera kostruttiva, u għamel progress parzjali;

5.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-objettiv li r-Russja tissieħeb fid-WTO sabiex tkun tista’ tattira iktar investiment barrani u tiddiversifika l-ekonomija tagħha; huwa tal-fehma li l-istabbiliment mir-Russja ta' unjoni doganali mal-Bjelorussja u mal-Kazakistan jista' jqajjem aktar ostakli fi triq il-Federazzjoni Russa lejn is-sħubija fid-WTO; jenfasizza li r-rinunzja għal kull miżura ta’ protezzjoniżmu hija kundizzjoni għall-adeżjoni mad-WTO;

6.

Jilqa' r-ratifika riċenti min-naħa tar-Russja tal-Protokoll 14 għal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-emendi leġiżlattivi maħsuba biex jestendu mal-pajjiż kollu l-kawżi b'ġurija, imma jissuġġerixxi li dan il-format għandu jintuża wkoll għall-kawżi fuq akkużi ta' terroriżmu; jilqa' wkoll il-konferma tal-moratorju fuq il-piena tal-mewt bħala żvilupp pożittiv ieħor, u jittama li dan ikun l-ewwel pass fit-triq tar-rieda espressa tar-Russja li ttejjeb ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; itenni s-sejħa tiegħu biex l-awtoritajiet Russi jikkonformaw mas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

7.

Jilqa' l-fatt li l-ftehim dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata se jiffaċilita l-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-kriżijiet, imma jitlob li l-Parlament ikun infurmat bis-sħiħ dwar is-sustanza u l-ambitu ta' dan il-ftehim, u jsejjaħ għal evalwazzjoni rapida tal-grad ta' reċiproċità fl-implimentazzjoni tiegħu; jitlob lill-Kunsill biex jagħmel użu sħiħ mill-Kumitat Speċjali 2002 IIA ESDP għal dan il-għan;

8.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex isolvu l-problemi rigward il-postijiet tal-qsim tal-fruntiera bejn l-UE u r-Russja, biex isostnu proġetti konkreti, biex jagħmlu użu sħiħ mill-Istrument ta' Viċinat u Sħubija u mill-fondi INTERREG għall-kooperazzjoni transkonfinali kif ukoll biex jimplimentaw il-ftehim preċedenti dwar it-titjiriet li jgħaddu minn fuq is-Siberja;

9.

Jilqa' l-iffirmar ta’ ftehim dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ twissija bikrija dwar is-sigurtà tal-enerġija bejn l-UE u r-Russja, li jkopri n-notifika, il-konsultazzjoni u l-implimentazzjoni, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu jaħdmu mal-awtoritajiet mal-kumpaniji tal-enerġija Russi biex tiġi evitata kwalunkwe ripetizzjoni tal-qtugħ tal-provvista li seħħ f’dawn l-aħħar snin;

10.

Itenni li l-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja fl-enerġija jeħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-Karta tal-Enerġija u l-Protokoll ta' Tranżitu, li jeħtieġ li jiddaħħlu fil-ftehim ta’ qafas il-ġdid bejn l-UE u r-Russja sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ta’ investiment reċiproku ġusti u trasparenti, aċċess ugwali u suq ibbażat fuq ir-regoli, filwaqt li jiġi eskluż l-użu tal-enerġija bħala għodda ta' politika barranija;

11.

Jinnota b'interess id-diskusjonijiet dwar i-tibdil fil-klima u l-forom possibbli ta' kooperazzjoni konkreta fuq miżuri maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u dwar l-effiċjenza enerġetika u l-iżvilupp sostenibbli tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa għal kunsens dwar kif jista' jinġeib 'il quddiem il-proċess tan-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima bi tħejjija tal-konferenza ta' Cancun f'Diċembru 2010;

12.

Jenfasizza l-importanza tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea (EUMM) li wriet ir-rieda u l-kapaċità tal-UE li taġixxi b'determinazzjoni biex iġġib 'il quddiem il-paċi u l-istabbiltà, u tat kontribut għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet tat- 12 ta' Awwissu u t-8 ta' Settembru 2008; itenni l-impenn tiegħu għall-integrità territorjali tal-Ġeorġja fil-fruntieri tagħha li huma rikonoxxuti internazzjonalment u jistieden lill-partijiet kollha biex jaqdu l-impenji tagħhom bis-sħiħ; jinnota li l-EUMM għandha mandat fil-pajjiż kollu, u jitlob li mingħajr aktar dewmien tingħata aċċess bla xkiel – sal-lum miċħud – għall-Abħażja u l-Ossetja tan-Nofsinhar; jafferma mill-ġdid l-impenn sħiħ tiegħu għat-taħditiet ta' Ġinevra u l-issuktar tal-kopresidenza f'dan il-forum mill-UE, in-NU u l-OSCE; jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar id-deċiżjoni mħabbra mid-Direttorat għall-Fruniteri tal-FSB dwar il-bini ta' infrastruttura moderna fuq il-fruntiera, magħmula minn barrieri bejn l-Ossetja tan-Nofsinhar u l-Ġeorġja;

13.

Jenfasizza l-ħtieġa li r-Russja tiddaħħal fl-Istrateġija tal-Baħar Baltiku tal-UE, u li niddiskutu mar-Russja bil-ħeffa dwar it-titjib tas-sikurezza marittima u dwar livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali fil-Baħar Baltiku sensittiv;

14.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar tat-Trattat Strateġiku dwar it-Tnaqqis tal-Armi (START) il-ġdid mill-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerika fit- 8 ta' April 2010; jinnota b'sodisfazzjon il-progress li sar fid-djalogu li għadu għaddej bejn il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kwistjonijiet ta' sigurtà, inkluża t-tarka ta' difiża kontra l-missili;

15.

Itenni s-sejħa għal intensifikazzjoni tad-djalogu bejn ir-Russja u l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u li dan il-proċess jinfetaħ għal kontribut mill-Parlament Ewropew u mid-Duma tal-Istat Russu, bl-involviment tad-direttorati ġenerali rispettivi u tal-ministeri responsabbli għall-ġustizzja, l-affarijiet interni u l-affarijiet barranin sew fi Brussell kif ukoll f'Moska; isejjaħ biex is-soċjetà ċivili, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ikunu aktar involuti fis-samits biennali bejn l-UE u r-Russja;

16.

Jistieden lill-awtoritajiet Russi biex itemmu l-impunità attwali u mifruxa għall-vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, biex bħala prijorità jtemmu l-klima ta' terrur u ta' anarkija fit-Tramuntana tal-Kawkasu u jipproteġu u jiggarantixxu l-integrità fiżika tad-difensuri tad-drittjiet tal-bniedem skont l-istrumenti internazzjonali u reġjonali rilevanti tad-drittijiet tal-bniedem;

17.

Japprova l-impenn favur l-objettiv fit-tul li jkun hemm ivvjaġġar mingħajr viżi bejn l-UE u r-Russja, abbażi ta' approċċ gradwali ffukat fuq is-sustanza u l-progress prattiku; jenfasizza li dan id-djalogu għandu jkun konformi mal-proċess ta’ faċilitazzjoni tal-viżi għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

18.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaħdmu fuq inizjattivi konġunti mal-Gvern Russu bil-għan li jsaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà fid-dinja u fil-viċinat komuni tagħna b’mod partikolari, u biex tintlaħaq soluzzjoni paċifika, skont id-dritt internazzjonali, għall-kunflitti fil-Moldova u fin-Nofsinhar tal-Kawkasu;

19.

Jieħu nota tal-abbozz ta' Trattat dwar is-Sigurtà Ewropea propost mir-Russja fid- 29 ta' Novembru 2009, imma jinnota li din ip-proposta l-ġdida jeħtieġ li ma timminax l-obbligi attwali ta' sigurta tal-Istati Membri tal-UE, u jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jiżviluppa pożizzjoni komuni dwarha;

20.

Jinnota b'sodisfazzjon, qabel is-Samit tal-G20 f'Toronto, il-kunsens bejn l-UE u r-Russja dwar ir-riforma tas-sistema finanzjarja, u jistenna li s-samit jiddiskuti mezzi sabiex jitnaqqsu r-riskji sistemiċi u jilħaq ftehim fuq il-prinċipju li l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' kwalunkwe kriżi finanzjarja fil-ġejjieni;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.


(1)  ĠU L 327, 28.11.1997, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2009)0064.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2009)0022.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2009)0021.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/105


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta’ Gaża

P7_TA(2010)0235

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta’ Gaża

2011/C 236 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Gaża, b'mod partikolari dawk tal-15 ta’ Jannar 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Medda ta’ Gaża (1) u tat-18 ta’ Frar 2009 dwar għajnuna umanitarja lejn il-Medda ta’ Gaża (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Venezja tal-1980,

wara li kkunsidra l-istqarrijiet preċedenti dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, b'mod partikulari dik tad-19 ta’ Marzu 2010 li affermat mill-ġdid il-prinċipji fundamentali stipulati fi Trieste fis-26 ta’ Ġunju 2009, u dik tal-11 ta’ Mejju 2010 dwar it-tiġdid tat-taħditiet ta’ tqarrib bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nru 1860 tat-8 ta’ Jannar 2009 (S/RES/1860(2009) u Nru 1850 tas-16 ta’ Diċembru 2008 (S/RES/1850 (2008),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-31 ta’ Mejju 2010 mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni Catherine Ashton f'isem l-UE dwar l-operazzjoni militarji Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Presidenzjali tal-31 ta’ Mejju 2010 (S/9940) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta’ Paċi tal-Lvant Nofsani tat-8 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-31 ta’ Mejju 2010 tal-President tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Attakki Gravi mill-Forzi Iżraeljani kontra l-Konvoj Umanitarju ta’ Bastimenti tat-2 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-WHO fit-18 ta’ Mejju 2010,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Programm Dinji tal-Ikel u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO), ippubblikat f'Novembru 2009 dwar is-sitwazzjoni f'Gaża,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-operazzjoni militari Iżraeljana tal-31 ta’ Mejju 2010, f'ibħra internazzjonali, kontra flottilla ta’ għajnuna umanitarja destinata għal Gaża wasslet biex disa' ċivili sfaw maqtula, u 38 ċivili u seba' suldati Iżraeljani sfaw midruba,

B.

billi l-postijiet ta’ qsim tal-fruntiera lejn u 'l barra minn Gaża ilhom magħluqa minn Ġunju 2007, wara li l-Ħamas ħadet il-poter b'mezzi militari, u billi l-imblokk fuq il-moviment ta’ persuni u merkanzija żied il-faqar, ipparalizza r-rikostruzzjoni u qered l-ekonomija fil-Medda ta’ Gaża, u nħoloq suq rampanti tal-kuntrabandu kkontrollat mill-Ħamas, fost l-oħrajn; billi dan l-imblokk ma wassalx għall-ħelsien ta’ Gilad Shalit, kif mistenni mill-awtoritajiet Iżraeljani, ħelsien li l-PE kemm-il darba talab; billi dan l-imblokk ma kisibx l-għan tiegħu li jdgħajjef lill-estremisti u, billi l-aktar li jolqot huwa lill-aktar partijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni, qed twassal għal radikalizzazzjoni dejjem tikber,

C.

billi skont id-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-organi tan-NU, l-imblokk tal-Medda ta’ Gaża jirrappreżenta kastig kollettiv li jikser id-dritt umanitarju internazzjonali,

D.

billi 80 % tal-popolazzjoni ta’ Gaża tiddependi mill-għajnuna tal-ikel, aktar minn 60 % huma milquta min-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel, il-qgħad hu ta’ madwar 50 % u l-kundizzjonijiet sanitarji u ambjentali marru sew għall-agħar,

E.

billi 3 600 trakk ta’ għajnuna tal-ikel biss daħlu f'Gaża fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, meta jitqabblu ma’ 36 000 fl-ewwel tliet xhur tal-2007, u billi 81prodott biss jitħallew jidħlu Gaża filwaqt li l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Għajnuna u x-Xogħlijiet għar-Refuġjati Palestinjani fil-Lvant Qarib (UNRWA) tikkalkula li l-għadd minimu ta’ prodotti meħtieġa biex jissodisfaw il-bżonnijiet umanitarji bażiċi hu ta’ 6 000,

F.

billi t-Territorji Palestinjani huma t-tielet l-akbar fost il-pajjiżi terzi li jirċievu fondi tal-UE u dan l-appoġġ kellu sehem importanti biex itaffi d-diżastru umanitarju fil-Medda ta’ Gaża; billi l-UE qiegħda tkompli tipprovdi l-għajnuna umanitarja essenzjali fil-Medda ta’ Gaża, fosthom permezz tal-UNRWA,

G.

billi s-soluzzjoni ta’ żewġ stati tibqa' l-bażi essenzjali għall-paċi dejjiema bejn l-Iżraeljani u Palestinjani, u għalhekk kull azzjoni unilaterali li tista' timmina din il-prospettiva għandha tiġi evitata; billi t-taħditiet ta’ tqarrib li għadhom għaddejjin jistgħu jwasslu għat-tkomplija ta’ negozjati ta’ paċi diretti bil-ħsieb li jiġi stabbilit stat Palestinjan vijabbli li jgħix fil-paċi u s-sigurtà mal-Istat ta’ Iżrael bħala ġar,

H.

billi sal-ġurnata tal-lum il-Ħamas għadha mhix tħalli d-dħul tal-merkanzija umanitarja tal-flottilla f'Gaża,

1.

Iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi;

2.

Jikkundanna l-attakk Iżraeljan kontra l-flottilla fl-ibħra internazzjonali, bi ksur tal-liġi internazzjonali;

3.

Jappella biex minnufih ikun hemm inkjesta sħiħa u imparzjali dwar dan l-attakk, jinsisti li jiġu rispettati l-prinċipji tar-responsabbilizzazzjoni u tal-obbligazzjoni u jħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli/Viċi-President u lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu azzjoni biex jiżguraw li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex din it-talba tkun effettiva;

4.

Iħeġġeġ lill-Iżrael biex b'mod immedjat itemm l-imblokk ta’ Gaża, li wassal għal diżastru umanitarju u żied ir-radikalizzjoni, li saret għajn ta’ insikurezza għall-Iżrael u għar-reġjun kollu;

5.

Jesiġi li l-attakki kollha kontra l-Iżrael jintemmu minnufih u jwissi li dawk li jwettquhom iridu jiffaċċjaw ir-responsabilità kollha tagħhom;

6.

Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President u l-Istati Membri biex jieħdu passi biex jiżguraw il-ftuħ sostenibbli tal-postijiet kollha tal-qsim tal-fruntiera lejn u minn Gaża, inkluż il-port ta’ Gaża, b'monitoraġġ internazzjonali adegwat tal-użu finali, li jippermetti l-fluss mingħajr xkiel ta’ prodotti umanitarji u kummerċjali meħtieġa għar-rikostruzzjoni u ekonomija li ssostni lilha nnifisha, kif ukoll il-fluss tal-valuta u l-moviment ħieles mingħajr xkiel tal-persuni;

7.

Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President biex minnufih tieħu l-inizjattiva billi tippreżenta pjan tal-UE lill-Kwartett bil-għan li jintemm l-imblokk ta’ Gaża u li jindirizza t-tħassib Iżraeljan dwar is-sigurtà billi jkun żgurat monitoraġġ internazzjonali tal-postijiet tal-qsim tal-fruntiera, inkluża l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-mandat tal-Missjoni ta’ Assistenza fil-Fruntieri (UE-BAM), potenzjalment b'dimensjoni marittima, kif ukoll l-attivazzjoni mill-ġdid tagħha, u t-tqegħid ta’ forza navali internazzjonali għall-monitoraġġ tax-xtut ta’ Gaża;

8.

Ifakkar li anke jekk l-UE hija lesta li testendi l-pakkett ta’ assitenza lill-Palestinjani, dan l-impenn mhuwiex illimitat fiż-żmien, u jinsisti li filwaqt li l-għajnuna umanitarja għandha tibqa' bla kundizzjonijiet, l-UE għandu jkoll rwol politiku li jagħti riżultati tanġibbli lejn il-ħolqien ta’ stat Palestinjan vijabbli li jkunu konsistenti mal-assistenza finanzjarja sinifikanti tagħha u l-piż ekonomiku tagħha fir-reġjun;

9.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għat-taħditiet ta’ tqarrib bejn l-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana u jenfasizza l-ħtieġa li dawn jitkomplew bil-ħsieb li jerġgħu lura għan-negozjati diretti;

10.

Jinsab konvint li hemm ħtieġa urġenti għal tiswir mill-ġdid komprensiv tal-politika tal-UE lejn il-Lvant Nofsani biex twettaq rwol politiku deċiżiv u koerenti, akkumpanjat minn għodod diplomatiċi effettivi, fl-interess tal-paċi u s-sigurtà f'dan ir-reġjun qarib ta’ interess strateġiku vitali għall-UE; iqis li din għandha tkun estiża għall-politiki kollha tal-UE, inklużi, fost l-oħrajn, il-politiki tal-kummerċ u tal-iżvilupp;

11.

Ifaħħar il-ħidma mwettqa mill-UNRWA u jistieden lill-komunità ta’ donaturi internazzjonali, għalkemm konxju mid-defiċit finanzjarju li din se tiffaċċja sa tmiem din is-sena, biex tonora l-wegħdiet eżistenti tagħha u biex iżżid il-kontribuzzjonijiet tagħha;

12.

Jinnota li l-avvenimenti reċenti għamlu ħsara konsiderevoli lir-relazzjonijiet bejn it-Turkija u Iżrael; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jiffoka l-isforzi diplomatiċi u politiċi tiegħu biex itaffi l-qagħda tal-poplu Palestinjan u jagħti kontribut għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani;

13.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftuħ riċenti tal-post ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Rafaħ mill-awtoritajiet Eġizzjani;

14.

Jappella għall-ħelsien immedjat tas-surġent Iżraeljan Gilad Shalit, li nħataf mill-Ħamas f'art Iżraeljana fil-25 ta’ Ġunju 2006 u li ilu minn dakinhar miżmum incommunicado f'Gaża;

15.

Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jieħu passi biex mingħajr dewmien ilaqqa' lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael sabiex tiġi diskussa s-sitwazzjoni attwali;

16.

Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jieħu passi biex ilaqqa' l-Kumitat Konġunt UE-Awtorità Palestinjana;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, is-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, lill-Gvern Iżraeljan, lill-Kneset, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, lill-Gvern u l-Parlament tat-Turkija, u lill-Gvern u l-Parlament tal-Eġittu.


(1)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 100.

(2)  ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/107


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Il-kummerċ ta’ strumenti użati għat-tortura

P7_TA(2010)0236

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

2011/C 236 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-projbizzjoni assoluta tat-tortura u ta’ trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, projbizzjoni li tapplika fiċ-ċirkustanzi kollha u, bħala norma perentorja fid-dritt internazzjonali, għall-istati kollha,

wara li kkunsidra l-artikulazzjoni ta’ din il-projbizzjoni f'għadd ta’ strumenti u dokumenti reġjonali u internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, fosthom id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra (Il-Konvenzjoni kontra t-Tortura), il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2001 (1) li tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea taġixxi malajr biex tippreżenta strument Komunitarju adegwat li jipprojbixxi l-promozzjoni, il-kummerċ u l-esportazzjoni ta’ tagħmir tal-pulizija u tas-sigurtà li l-użu tiegħu huwa b'mod inerenti krudili, inuman jew degradanti,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (2), li daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2006,

wara li kkunsidra l-Linji gwida għall-politika tal-UE fir-rigward ta’ pajjiżi terzi dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, adottati fl-2001 u riveduti fl-2008,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2008 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra,

wara li kkunsidra l-attività f'pajjiżi oħra wara l-iżvilupp tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005, partikolarment l-emendi għal-liġi tal-Istati Uniti dwar il-kontroll fuq l-esportazzjonijiet proposti mill-Bureau tal-Istati Uniti tal-Industrija u tas-Sigurtà f'Awwissu 2009 li jirriflettu dawk misjuba fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005, u f'xi każijiet imorru lil hinn minnhom,

wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea, li jistieden lill-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura tal-Kunsill tal-Ewropa biex isaħħaħ il-koperazzjoni tiegħu mal-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni; kif ukoll is-17-il Rapport Ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura (CPT), li jitlob lill-Kunsill tal-Ewropa jqis l-irwol li s-CPT jista' jkollu fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005,

wara li kkunsidra r-rapporti ppubblikati mill-Amnesty International u l-Omega Research Foundation fl-2007 u fl-2010 li jenfasizzaw dgħufijiet fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 u jesprimu tħassib dwar l-implimentazzjoni inadegwata tar-Regolament minn xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Konvenzjoni kontra t-Tortura timponi obbligi speċifiċi fuq l-istati biex jipprevjenu t-tortura u trattament ħażin ieħor, biex jinvestigaw każijiet li jkunu ġraw, biex issir ġustizzja ma’ min ikun wettaq ir-reat u biex il-vittmi jiġu kkumpensati,

B.

billi minkejja tali obbligi, it-tortura jew trattament ħażin ieħor għadu qed iseħħ fid-dinja kollha, u ntużat firxa wiesgħa ta’ tagħmir tal-pulizija u tas-sigurtà għal tali prattiki,

C.

billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura jasserixxi li l-kontroll tal-kummerċ ta’ tagħmir bħal dan huwa parti mill-obbligi ta’ kull stat skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura,

D.

billi l-Linji gwida għall-politika tal-UE għal pajjiżi terzi dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra jiddikjaraw li l-UE se tħeġġeġ lil pajjiżi terzi jipprevjenu l-użu, il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ tagħmir li jkun maħsub għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u jipprevjenu l-abbuż għal kull tagħmir ieħor li jkollu dawk l-għanijiet,

E.

billi r-rapport tal-2008 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar azzjonijiet tal-UE bħala tkomplija tal-impenji fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tortura u trattament ħażin ieħor f'pajjiżi terzi jiddikjara li “L-adozzjoni tar-Regolament dwar l-istrumenti li jintużaw għat-tortura hija l-ewwel eżempju ta’ regolament tal-UE adottat skont il-linji gwida dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Ir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tortura laqa” b'sodisfazzjon dan il-pass u fisser il-fehma tiegħu li jista' jservi bħala mudell għal regolament dinji dwar dan is-suġġett. Għall-UE, dan ifisser il-ħtieġa li tkun ivvalutata l-implimentazzjoni tar-Regolament',

F.

billi mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ħarġu liċenzji għall-esportazzjoni ta’ oġġetti li jinkludu tagħmir li jrażżan il-moviment tar-riġlejn, irritanti kimiċi u tagħmir li jagħti xokkijiet tal-elettriku, li huma kkontrollati skont ir-Regoalment, lejn pajjiżi b'imgħoddi ħażin fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem,

G.

billi 12-il Stat Membru biss daħħlu leġiżlazzjoni ta’ penali sad-29 ta’ Awwissu 2006 kif meħtieġ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005,

H.

billi seba' Stati Membri biss fasslu rapport pubbliku wieħed jew aktar dwar l-attività annwali li jagħti dettalji dwar id-deċiżjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji tagħhom kif meħtieġ skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005,

I.

billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 jippermetti l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ tagħmir li jintlibes li jagħti xokkijiet tal-elettriku biex il-persuna ma tiċċaqlaqx li l-kummerċ tiegħu mhuwiex ipprojbit, għalkemm essenzjalment l-effett tiegħu huwa simili għal dak taċ-ċinturini li jagħtu xokkijiet tal-elettriku li huma pprojbiti milli jiġu importati fl-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005, u billi ġie rrappurtat li kumpaniji bbażati fl-Unjoni Ewropea importaw dan it-tagħmir f'xi Stati Membri, skont rapporti mill-Amnesty International, l-Omega Research Foundation u l-Inter-Press Service,

J.

billi l-lista ta’ oġġetti u tagħmir li l-kummerċ tagħhom huwa pprojbit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 ma tinkludix xi tagħmir tal-pulizija u tas-sigurtà, li attwalment huwa nnegozjat internazzjonalment, li jew m'għandux użu prattiku għajr għat-tortura jew għal trattament ħażin ieħor, inklużi l-lenbubi bil-ponot, ċertu tagħmir imwaħħal mal-ħajt jew mal-art biex irażżan il-moviment, ċertu tagħmir li jrażżan il-moviment tar-riġlejn, manetti għas-swaba', manetti għas-saba' l-kbir, għodda li tintuża biex tagħfas is-saba' l-kbir u tagħmir li jintlibes u li jagħti xokkijiet tal-elettriku għajr iċ-ċinturini li jagħtu xokkijiet tal-elettriku,

K.

billi l-lista ta’ oġġetti u tagħmir li l-kummerċ tagħhom huwa kkontrollat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 ma tinkludix xi tagħmir tal-pulizija u tas-sigurtà, li attwalment huma nnegozjati internazzjonalment, li jista' jkollhom użi leġittimi penali jew ta’ infurzar tal-liġi meta l-użu tagħhom ikun irregolat skont l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tal-aħjar prattka tal-infurzar tal-liġi, iżda li jintużaw ħażin għat-tortura jew għal trattament ħażin ieħor, inklużi manetti, lenbubi u tagħmir ta’ impatt ieħor li jinżamm fl-idejn, armi li jużaw xokkijiet tal-elettriku b'vultaġġ għoli li jaħdmu b'inqas minn 10 000 volt, kif ukoll komponenti u aċċessorji ddiżinjati speċifikament għal tagħmir ipprojbit u kkontrollat,

L.

billi l-Kumitat għar-Regoli Komuni għall-Esportazzjoni ta’ Prodotti għandu jerġa' jiltaqa' fid-29 ta’ Ġunju 2010,

1.

Jistieden lill-Istati Membri kollha jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar il-penali rilevanti li jkunu daħħlu għal ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005, kif inhuma obbligati jagħmlu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għar-Regoli Komuni għall-Esportazzjoni ta’ Prodotti jipprovdu linji gwida u għajnuna lill-Istati Membri biex iħarrxu tali penali meta jkunu insuffiċjenti u meta jkunu għadhom ma ddaħħlux;

3.

Ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 li jfasslu rapporti pubbliċi f'waqthom dwar l-attività annwali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tikteb lill-Istati Membri li ma jkunux tawha rapporti bħal dawn biex tistedinhom jikkonformaw mal-obbligi tagħhom;

4.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri, sabiex ir-rapporti dwar l-attività annwali tagħhom jipprovdu biżżejjed informazzjoni għal superviżjoni pubblika xierqa, biex f'dawn ir-rapporti jinkludu tal-anqas: l-għadd ta’ applikazzjonijiet li rċevew, l-oġġetti involuti u l-pajjiżi ta’ destinazzjoni għal kull applikazzjoni, kif ukoll id-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet, u rapporti ta’ “ebda attività” jekk ikun il-każ;

5.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa mudell għar-rapporti dwar l-attività annwali tal-Istati Membri sabiex ikun iffaċilitat it-tfassil ta’ rapporti bħal dawn mill-Istati Membri u biex tkun żgurata l-konsistenza tagħhom;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq analiżi formali, megħjuna mill-Kumitat għar-Regoli Komuni għall-Esportazzjoni ta’ Prodotti (kif mogħtija s-setgħa skont l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament) tal-implimentazzjoni u l-attività ta’ ħruġ ta’ liċenzji tal-Istati Membri skont ir-Regolament, inkluż eżami tar-rapporti kollha dwar l-attività annwali tal-Istati Membri, kif ukoll tippubblika din l-analiżi mar-rapporti dwar l-attività annwali li tkun irċeviet minn kull Stat Membru f'kull sena mindu r-Regolament ikun daħal fis-seħħ;

7.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-proċeduri enfasizzati fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqsmu informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji u miżuri ta’ implimentazzjoni, jew permezz tal-mekkaniżmu ta’ notifika ta’ rifjut li huwa diġà stabbilit għal rifjut ta’ esportazzjoni militari fil-COARM, jew permezz ta’ proċeduri effikaċi oħra, ikunu implimentati sew;

8.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar l-attivitajiet li tkun wettqet sabiex ikun aktar faċli għall-Istati Membri li jissodisfaw l-Artikolu 13;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħti lill-Parlament, u tippubblika, l-informazzjoni li tkun irċeviet minn kull Stat Membru f'kull sena mindu r-Regolament ikun daħal fis-seħħ: b'mod speċifiku, notifiki ta’ rifjut ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 11 tar-Regolament; dettalji tal-penali rilevanti li kull Stat Membru jkun daħħal għal ksur tar-Regolament; u l-kontenut sħiħ tar-rapporti dwar l-attività annwali tal-Istati Membri;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-Kumitat għar-Regoli Komuni għall-Esportazzjoni ta’ Prodotti jiltaqa' fuq bażi regolari, jipproduċi kalendarju ċar għal analiżi formali tar-Regolament, u jistabbilixxi proċedura għal investigazzjonijiet f'waqthom dwar ksur tar-Regolament li seta' kien hemm;

11.

Jistieden lill-Istati Membri kollha, biex jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tat-tortura u ta’ trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, jimmonitorjaw l-għajnuna teknika lil pajjiżi terzi biex ikun evitat li din tintuża ħażin għall-produzzjoni ta’ oġġetti bl-iskop li jintużaw għall-piena kapitali jew għat-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;

12.

Jikkundanna bil-qawwa kull tentattiv mill-Istati Membri jew minn kumpaniji fl-Unjoni Ewropea li jimpurtaw ċinturini li jagħtu xokkijiet tal-elettriku li l-importazzjoni tagħhom hija pprojbita skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005, jew tagħmir ieħor li jintlibes li jagħti xokkijiet tal-elettriku biex il-persuna ma tiċċaqlaqx li essenzjalment ikollu l-istess effett, għalkemm legali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni urġenti biex tistabbilixxi jekk u meta ċ-ċinturini li jagħtu xokkijiet tal-elettriku jew il-partijiet relatati tagħhom, tagħmir ieħor li jintlibes li jagħti xokkijiet tal-elettriku biex il-persuna ma tiċċaqlaqx, għajnuna teknika jew taħriġ ikunux ġew ittrasferiti lil xi Stat Membru qabel ma ddaħħal ir-Regolament jew mindu ddaħħal, biex tiddetermina jekk tagħmir bħal dan intużax minn xi awtoritajiet tal-ħabs jew tal-infurzar tal-liġi f'dawk il-pajjiżi u biex tirrapporta r-riżultati tagħha lill-Parlament;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi u taġġorna l-lista ta’ oġġetti pprojbiti skont l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 biex tinkludi l-lenbubi bil-ponot, it-tagħmir imwaħħal mal-ħajt jew mal-art biex irażżan il-moviment, il-manetti għall-għekiesi, il-ktajjen u l-qjud, il-manetti għas-saba' l-kbir, il-manetti għas-swaba' u l-għodda li tintuża biex tagħfas is-saba' l-kbir, il-manetti li jagħtu xokkijiet tal-elettriku u tagħmir ieħor li jintlibes li jagħti xokkijiet tal-elettriku;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi u taġġorna l-lista ta’ oġġetti kkontrollati skont l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 biex tinkludi l-manetti, il-lenbubi u tagħmir ieħor ta’ impatt li jinżamm fl-idejn, u tagħmir li jinġarr li jagħti xokkijiet tal-elettriku ta’ anqas minn 10 000 volt;

15.

Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi proċedura speċifika biex tirrevedi regolarment il-listi ta’ oġġetti fl-Anness II u fl-Anness III kif stipulat fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005;

16.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta biex malli jkun possibbli tiddaħħal fir-Regolament klawsola dwar “l-użu aħħari għat-tortura”, li tippermetti lill-Istati Membri, abbażi ta’ informazzjoni minn qabel, joħorġu liċenzji u għaldaqstant jirrifjutaw l-esportazzjoni ta’ kull oġġett li jista' jkollu riskju sostanzjali li jintuża għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament ħażin ieħor mill-utenti aħħarin tiegħu;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta biex kemm jista' jkun malajr iddaħħal projbizzjoni fir-Regolament fuq l-intermedjazzjoni tat-tranżazzjonijiet minn kull persuna ġuridika jew fiżika tal-Unjoni Ewropea minn kwalunkwe post fejn huma involuti trasferimenti internazzjonali li l-għan tagħhom huwa l-finanzjament tal-kummerċ ta’ strumenti li jintużaw għat-tortura, fosthom il-bejgħ u l-esportazzjoni ta’ oġġetti bl-ebda użu prattiku għajr għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament ħażin ieħor, kif imniżżel fl-Anness II tar-Regolament, u li tirrikjedi lill-Istati Membri jdaħħlu mekkaniżmi effikaċi biex tkun ikkontrollata l-intermedjazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu trasferimenti ta’ kull oġġett elenkat fl-Anness III tar-Regolament;

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta biex malli jkun possibbli jiddaħħal fir-Regolament rekwiżit biex l-importaturi jiksbu awtorizzazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-oġġetti elenkati fl-Anness III tar-Regolament, u biex l-Istati Membri jirrifjutaw it-tali awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni meta jkun hemm raġunijiet biżżejjed li jagħtu “l wieħed x'jaħseb li tali tagħmir jista” jintuża għat-tortura jew trattament ħażin ieħor jew fl-Unjoni Ewropea jew meta jinbiegħ barra l-Unjoni Ewropea;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis mezzi għat-tneħħija tal-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni għal oġġetti fl-Anness III li jgħaddu mill-Unjoni Ewropea;

20.

Ifakkar fl-aġġornament tal-2008 tal-Linji gwida għall-politika tal-UE fir-rigward ta’ pajjiżi terzi dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, skont dawn il-Linji gwida, jippromwovu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 bħala eżempju tal-aħjar prattika fil-laqgħat ma’ pajjiżi terzi kif ukoll li tinkuraġġixxi lill-pajjiżi terzi li jesportaw tagħmir li l-importazzjoni tiegħu huwa pprojbit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 biex jgħarrfu lin-negozjanti f'dawk il-pajjiżi dwar il-projbizzjonijiet tar-Regolament;

21.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-kontrolli tal-kummerċ internazzjonali fuq tagħmir li jista' jintuża għall-piena kapitali, it-tortura u trattament ħażin ieħor f'livell internazzjonali, kif ukoll biex, b'mod partikolari, jaħdmu biex iwessgħu t-talba annawali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU “biex ikunu evitati u pprojbiti l-produzzjoni, il-kummerċ, l-esportazzjoni u l-użu ta’ tagħmir li jkun maħsub speċifikament għat-tortura”, sabiex l-istati kollha jintalbu wkoll jirregolaw il-produzzjoni, il-kummerċ, l-esportazzjoni u l-użu ta’ tagħmir li ma jkunx maħsub b'mod speċifiku għat-tortura jew għal trattament ħażin ieħor iżda li jintuża b'mod wiesa' għal dak il-għan;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  ĠU C 87 E, 11.4.2002, p. 136.

(2)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/111


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana

P7_TA(2010)0237

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana

2011/C 236 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu relatati mal-Peniżola Koreana,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/1002/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-20 ta’ Mejju 2010 mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Catherine Ashton, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-għarqa tal-Bastiment tar-Repubblika tal-Korea (ROKS) Cheonan,

wara li kkunsidra r-rapport “Riżultat tal-Investigazzjoni dwar l-Għarqa tar-ROKS ‘Cheonan’ ”,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nri 1718 (2006) u 1874 (2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi t-tensjonjiet fil-peniżola Koreana kibru drammatikament wara l-għarqa taċ-Cheonan fis-26 ta’ Marzu 2010, bil-mewt traġika ta’ 46 ruħ,

B.

billi partijiet ta’ torpedo tat-tip CHT-02D ġew irkuprati minn qiegħ il-baħar fil-15 ta’ Mejju 2010,

C.

billi r-Rappreżentant Għoli/Viċi President, Catherine Ashton, ikkundannat l-għarqa taċ-Cheonan bħala azzjoni atroċi u ta’ irresponsabbiltà kbira,

D.

billi inkjesta mwettqa minn Grupp Investigattiv Konġunt Ċivili-Militari (JIG) permezz ta’ proċess ta’ investigazzjoni u verifika li sar abbażi ta’ approċċ xjentifiku oġġettiv wera evidenza ċara u indisputabbli li ċ-Cheonan safa mgħarraq bħala riżultat ta’ splużjoni esterna taħt wiċċ l-ilma kkawżata minn tropedo magħmula fir-Repubblika Domokratika Popolari tal-Korea (DPRK), kif uriet ukoll valutazzjoni indipendenti mill-Kumitat Superviżorju tan-Nazzjonijiet Newtrali,

E.

billi s-sottomarini kollha minn pajjiżi ġirien oħra kienu jew fil-bażijiet tagħhom jew inkella qribhom meta seħħ l-inċident,

F.

billi s-Segretarju Ġenerali, Ban Ki Moon, iddeskriva s-sejbiet tar-rapport bħala “ta' tħassib kbir”,

G.

billi l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea (ROK) talab apoloġija pubblika u wegħda li ma jkunx hemm aktar provokazzjonijiet mill-awtoritajiet tad-DPRK,

H.

billi l-Gvern tad-DPRK ċaħad kwalunkwe involviment fl-għarqa taċ-Cheonan, filwaqt li akkuża lir-ROK b'“fabbrikazzjoni”, u hedded gwerra aperta jekk ir-ROK timponi sanzjonijiet ulterjuri,

I.

billi l-forzi armati tad-DPRK issuktaw b'atti militari provokattivi u imprudenti, bħall-qtil ta’ tliet ċittadini Ċiniżi fuq il-fruntiera bejn ir-Republika Popolari taċ-Ċina u d-DPRK fl-4 ta’ Ġunju 2010,

J.

bili, bħala riżultat tal-inċident, ir-ROK ħabbret li ssospendiet ir-relazzjonijiet kolha mad-DPRK, għajr għall-għajnuna umanitarja u l-operazzjonijiet konnessi mal-Kumpless Industrijali Kaesong,

K.

billi l-Gvern tar-ROK stqarr li ma kienx sejjer jerġa' lura għat-taħditiet bejn is-sitt partijiet qabel ma jkunu ttieħdu miżuri f'lokhom fir-rigward tad-DPRK,

L.

billi l-UE tappoġġa bil-qawwa d-denuklearizzazzjoni tal-Peniżola Koreana, u tqis li l-issuktar tat-taħditiet bejn is-sitt partijiet huwa element essenzjali għall-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun,

M.

billi l-gvernijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tal-Federazzjoni Russa għadhom ma adottawx pożizzjoni ċara rigward ir-rapport finali u l-konklużjonijiet tal-Grupp Investigattiv Konġunt,

N.

billi r-ROK formalment irreferiet il-kwistjoni lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għal dibattitu, filwaqt li d-DPRK kitbet lill-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fejn ċaħdet kull responsabbiltà għall-attakk u ħeġġet lill-Kunsill tas-Sigurtà biex jgħin lid-DPRK tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha,

1.

Jiddeplora bil-qawwa l-imwiet traġiċi abbord il-Corvette tar-ROK Cheonan, u jesprimi s-simpatija tiegħu għall-Gvern tar-ROK, għall-familji tal-mejtin u għall-poplu Korean fi spirtu ta’ solidarjetà u ħbiberija;

2.

Itenni l-kundanna tal-attakk min-naħa tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President, u jifraħ bir-rażan li wriet ir-ROK;

3.

Jirrikonoxxi l-konklużjonijiet tar-rapport finali tal-Grupp Investigattiv Konġunt, skont liema l-għarqa tal-bastiment kienet ikkawżata minn torpedo magħmula fid-DPRK, u jikkundanna l-għarqa bil-qawwa bħala att ta’ provokazzjoni kontra l-paċi u l-istabbiltà fil-Peniżola Koreana;

4.

Jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-gvernijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tal-Federazzjoni Russa għadhom ma adottawx pożizzjoni ċara rigward il-konklużjonijiet tar-rapport finali tal-Grupp Investigattiv Konġunt;

5.

Jistieden liż-żewġ partijiet biex jaġixxu bir-rażan, biex jużaw il-mezzi kollha possibbli ħalli jtejbu r-relazzjonijiet inter-Koreani u biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom favur il-promozzjoni ta’ paċi u sigurtà dejjiema fil-Peniżola Koreana;

6.

Jistieden lill-Gvernijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tal-Federazzjoni Russa, bħala membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex jeżaminaw bir-reqqa r-rapport finali u l-konklużjonijiet tal-Grupp Investigattiv Konġunt;

7.

Jitlob lill-Gvern tar-Repubblika Populari taċ-Ċina – membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-alleata kummerċjali prinċipali tad-DPRK – biex teżerċita influwenza f'lokha fuq id-DPRK u biex tipprova tiżgura li l-kunflitt ma jkomplix jitqawwa ulterjorment;

8.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għar-riferiment tal-kwistjoni lill-Kunsill ta’ Sigurtà tan-NU min-naħa tal-Gvern tar-ROK;

9.

Jistieden lill-pajjiżi involuti fit-taħditiet bejn is-sitt partijiet biex ikomplu jaħdmu flimkien ħalli jiżguraw li jerġgħu jissuktaw it-taħditiet biex jintemm il-programm nukleari tad-DPRK;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tibqa' għaddejja bil-programmi eżistenti ta’ għajnuna umanitarja u żżomm miftuħa l-kanali ta’ komunikazzjoni mad-DPRK, minħabba li dawn il-programmi ta’ għajnuna jaffettwaw direttament il-kundizzjonijiet tal-għajxien fid-DPRK;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-President tal-Kunsill, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Gvernijiet tar-ROK u tad-DPRK.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/113


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Il-Bosnja-Ħerzegovina

P7_TA(2010)0238

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina

2011/C 236 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u l-Bosnja-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, iffirmat fis-16 ta’ Ġunju 2008,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nu 1244/2009 (1) tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-Balkani tal-Punent kif ukoll dawk tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-Balkani tal-Punent u l-anness tagħhom intitolat "L-Aġenda ta’ Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea', li kien approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Tessaloniki tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Sejdic u Finci v Bosnja-Ħerzegovina (applikazzjonijiet nri. 27996/06 u 34836/06) tat-22 ta’ Diċembru 2009,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2009 dwar Srebrenica (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE affermat kemm-il darba l-impenn tagħha favur is-sħubija fl-UE tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, inkluża l-Bosnja-Ħerzegovina (BĦ); billi, madankollu, ir-responsabbiltà primarja għall-adeżjoni hija ta’ dawn il-pajjiżi u tiddependi mill-ħila u mid-determinazzjoni tagħhom li jissodisfaw il-kriterji ta’ Kopenħagen,

B.

billi l-BĦ għaddejja minn perjodu twil ta’ staġnar politiku, ekonomiku u soċjali b'paraliżi politika mifruxa u persistenti, bit-deterjorazzjoni tar-relazzjonijiet interetniċi kaġun ir-retorika politika u n-nuqqas ta’ rieda u kapaċità tal-elit politiku tagħha li jasal għal kompromessi u viżjoni komuni dwar il-problemi politiċi, ekonomiċi u soċjali urġenti tal-pajjiż,

C.

billi r-retorika nazzjonalista u seċċessjonista dejjem aktar ħarxa tikkuntrasta bil-qawwi mal-valuri bażiċi Ewropej, mal-iżvilupp soċjali u ekonomiku u mal-istabilità politika, u tagħmel ħsara lill-interess ġenerali tal-pajjiż, ixxekkel ir-rikonċiljazzjoni interetnika u qed tfixkel l-ambizzjonijiet tal-pajjiż għas-sħubija fl-UE; billi l-BĦ qed tirriskja li taqa' dejjem aktar lura mill-pajjiżi l-oħra tal-Balkani tal-Punent u li titlef l-opportunitajiet li toffri l-integrazzjoni Ewropea,

D.

billi l-Ftehimiet ta’ Dayton kienu meħtieġa sabiex jieqaf it-tixrid tad-demm iżda naqsu milli joħolqu stat li kapaċi jsostni lilu nnifsu u funzjonali fil-BĦ; billi t-tfarrik tal-proċess ta’ tfassil ta’ politika bejn l-Istat u l-Entitajiet li ħolqu, kif ukoll id-duplikar tal-kompetenzi u n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fit-tfassil tal-liġijiet bejn il-livelli differenti ta’ gvern għadhom l-ostakolu ewlieni għall-ħidma effikaċi tal-gvern, u qed itellfu wkoll il-ħila tal-pajjiż li jagħmel progress rapidu fir-riformi lejn sħubija fl-UE,

E.

billi r-riforma kostituzzjonali tibqa' r-riforma ewlenija għat-trasformazzjoni tal-BĦ fi stat effikaċi u li jaħdem tajjeb; billi l-istruttura kumplessa tal-ġudikatura, in-nuqqas ta’ baġit uniku, l-assenza ta’ Qorti Suprema għall-BĦ, li tista' trawwem l-armonizzazzjoni fost l-erba' ġurisdizzjonijiet interni, l-indħil politiku fis-sistema ġudizzjarja u l-isfidi kontinwi għall-ġurisdizzjoni u l-kompetenzi tal-aġenziji ġudizzjarji fil-livell tal-Istat mill-Gvern tar-Repubblika Srpska (RS), idgħajfu l-funzjonament tal-ġudikatura u jxekklu l-isforzi favur ir-riforma; billi l-istrutturi ta’ entità – kif intirtu mid-deċiżjonijiet internazzjonali - għandhom jinbidlu biex isiru aktar effiċjenti u koerenti mal-qafas istituzzjonali tal-istat,

F.

billi l-futur Ewropew taċ-ċittadini kollha tal-pajjiż huwa fl-Unjoni Ewropea; billi l-prospett ta’ sħubija fl-UE huwa wieħed mill-fatturi li l-aktar jgħaqqdu lill-poplu tal-BĦ; billi huwa biss bħalha pajjiż wieħed li l-BĦ għandha l-prospett ta’ sħubija fl-UE u kull attentat li jimmina u jdgħajjef l-istituzzjonijiet tal-Istat u li jżomm lis-soċjetà ostaġġ ta’ politiki nazzjonalisti u seċessjonisti irresponsabbli, se jċaħħad liċ-ċittadini kollha milli jakkwistaw il-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea; billi l-Bosnja-Ħerzegovina għamlet progress limitat fir-rigward tar-riformi relatati mal-proċessi tal-integrazzjoni fl-UE; billi l-aġendi etniċi u ta’ entità prevalenti jistgħu jxekklu t-twettiq tar-rekwiżiti għas-sħubija fl-UE u fin-NATO,

G.

billi l-Kunsill u l-Kummissjoni jridu juru li għandhom iktar kapaċità ta’ tmexxija u l-ħila li jkunu l-mutur li jagħti spinta biex jinbdew u jkunu implimentati aktar riformi,

H.

billi l-għeluq prematur tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli (OHR), ibbażat fuq ix-xewqa leġittima li tiżdied is-sjieda lokali tal-proċess politiku, seta' kellu impatt fuq l-istabilità tal-pajjiż u fuq il-pass u l-eżitu tar-riformi tant meħtieġa; billi t-tranżizzjoni mill-OHR għal Rappreżentant Speċjali tal-UE msaħħaħ tibqa' pass indispensabbli, li jwitti t-triq għal status ta’ pajjiż kandidat,

I.

billi ta’ min jifraħ lill-BĦ talli saret membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għall-perjodu 2010-2011, avveniment li juri li l-pajjiż huwa kapaċi jieħu post sħiħ u responsabbli fl-affarijiet internazzjonali,

J.

billi dawk f'pożizzjonijiet ta’ responsabilità poltika fil-BĦ ma żgurawx b'mod adegwat il-ġustizzja u r-riparazzjoni għall-eluf ta’ nisa u tfajliet li kienu stuprati tul il-gwerra bejn l-1992-95, peress li l-għadd ta’ każi ta’ delitti tal-gwerra ta’ natura sesswali li kienu soġġetti għal prosekuzzjoni għadu eċċezzjonalment baxx, u billi l-vittmi spiss ma kinux ittrattati b'dinjità u rispett jew mogħtija biżżejjed protezzjoni u għajnuna materjali u psikoloġika biex jerġgħu jibdew jgħixu,

K.

billi l-11 ta’ Lulju 2010 se jkun il-15-il annivaersarju tal-att ta’ ġenoċidju ta’ Srebrenica-Potočari,

L.

billi l-Anness VII tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton għadu ma ġiex implimentat bis-sħiħ; billi għad hemm il-ħtieġa għal soluzzjonijiet ġusti, komprensivi u dejjiema għal madwar 115 000 persuna spostati internament, għar-refuġjati u għal persuni oħra affettwati mill-kunflitt, kif ukoll li jsir progress fit-titjib tal-integrazzjoni soċjo-ekonomika ta’ dawk li marru lura; billi, skont il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, wara tmiem il-gwerra għad hemm 10 000 persuna nieqsa li għadu mhux magħruf x'sar minnhom,

M.

billi l-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża għall-BĦ fis-27 ta’ Mejju 2010 (COM(2010)0256) li formalment tiftaħ il-bieb għal-liberalizzazzjoni possibbli fl-2010,

N.

billi Franza, l-Italja u l-Lussemburgu għadhom ma rratifikawx l-FSA u b'hekk qed iżommu lura l-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż,

O.

billi l-persistenza ta’ firdiet etniċi qawwija għandha tingħeleb b'sistema edukattiva aktar integrata, moderna u li ma taħdimx bis-segregazzjoni fil-pajjiż,

P.

billi n-nuqqas ta’ sforz ġenwin mill-awtoritajiet tal-BĦ biex jittrattaw b'mod effiċjenti l-korruzzjoni fil-pajjiż qiegħed ixekkel b'mod serju l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u politiku tal-pajjiż,

Q.

billi t-traffikar tal-bnedmin huwa delitt serju u vjolazzjoni kbira tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-BĦ hija pajjiż ta’ oriġini kif ukoll, f'livell anqas, pajjiż ta’ tranżitu u destinazzjoni għat-traffikar tal-bnedmin, speċjalment tan-nisa u l-bniet,

R.

billi l-Kostituzzjonijiet tal-Istat u tal-Entità jiggarantixxu t-trattament ugwali għall-persuni kollha; billi r-Roma għadhom jiffaċjaw kundizzjonijiet tal-għajxien diffiċli ħafna u diskriminazzjoni; billi d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali bbażati fuq l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali huma mifruxa; billi l-attakki fiżiċi, it-trattament ħażin u l-atti ta’ intimidazzjoni kontra dawn il-gruppi baqgħu għaddejjin,

S.

billi l-qgħad baqa' għoli ħafna u kompla jiżdied minħabba l-kriżi ekonomika; billi n-nuqqas ta’ prospettivi fl-impjiegi, b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ, qiegħed ixekkel il-progress tal-pajjiż u jżid it-tensjonijiet politiċi; billi l-prosperità ekonomika hija kruċjali għall-iżvilupp ulterjuri tal-pajjiż u għar-rikonċiljazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina,

Il-perspettiva Ewropea

1.

Jesprimi n-nuqqas ta’ sodisfazzjon tiegħu dwar il-progress limitat miksub mill-BĦ bħala pajjiż kandidat potenzjali fi triqtu lejn l-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp, kif ukoll bħala pajjiż kandidat potenzjali għas-sħubija fl-UE; jinnota bi tħassib dejjem akbar il-klima politika instabbli u n-nuqqas ta’ viżjoni komuni għall-forzi politiċi kollha, u jikkundanna bil-qawwa l-użu ta’ lingwaġġ xewwiexi, li jdgħajjef il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni interetnika u l-funzjonament tal-istrutturi tal-Istat; iqis li l-istqarrija tal-mexxejja tar-Repubblika Srpska dwar referendum fuq ''separazzjoni paċifika'' bħala provokazzjoni u theddida għall-istabilità, għas-sovranità u għall-integrità territorjali tal-BĦ;

2.

Iħeġġeġ sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ retorika nazzjonalista u seċċessjonista li tifred u tippolarizza s-soċjetà u ddgħajjef il-pedament tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton, sabiex ikun hemm impenn serju biex jintlaħqu ftehimiet dewwiema li joħolqu stat li jaħdem kif suppost, li jgħammru l-istituzzjonijiet tal-BĦ għall-integrazzjoni fl-UE u jtejbu s-sitwazzjoni ġenerali tal-pajjiż;

3.

Ifakkar li sħubija fl-Unjoni Ewropea tfisser l-aċċettazzjoni tal-valuri u r-regoli li fuqhom hi bbażata l-UE, jiġifieri r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li huma minn minoranzi nazzjonali, is-solidarjetà, it-tolleranza, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluż ir-rispett għall-indipendenza tal-ġudikatura;

4.

Jistieden lill-Viċi President/ir-Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) u lill-Kummissarju għat-Tkabbir u għall-Politika Ewropea tal-Viċinat biex jużaw l-influwenza kollha tal-UE fuq il-politiċi tal-BĦ sabiex dawn jaħdmu iktar flimkien biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-Sħubija Ewropea u l-obbligi kollha li jirriżultaw mill-FSA; ifakkar lill-parteċipanti politiċi kollha li dawn iż-żewġ dokumenti huma l-pjan direzzjonali lejn l-integrazzjoni Ewropea u li hi r-responsabilità tagħhom vis-à-vis ċ-ċittadini li jaslu għall-kompromessi u jaqblu dwar ir-riformi; iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni biex jagħmlu użu aktar konsistenti u aktar orjentat lejn ir-riżultati mill-kundizzjonijiet imposti mill-UE ħalli jissodisfaw il-ħtiġiet reali tal-popli tal-BĦ;

5.

Juri appoġġ qawwi lill-OHR u jenfasizza li t-tranżizzjoni tista' titlesta biss ladarba l-awtoritajiet tal-BĦ jkunu ssodisfaw bis-sħiħ il-ħames għanijiet u ż-żewġ kundizzjonijiet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-RS biex jissodisfaw l-obbligu li fadal (il-Liġi tal-RS dwar l-Elettriku) ħalli jippermettu lill-Kontrollur ta’ Brcko jirrakkomanda l-għeluq tar-reġim superviżorju fid-Distrett ta’ Brcko;

6.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-RS biex ikompli jipparteċipa b'mod attiv fin-negozjati dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetà tal-istat elenkata mill-OHR u jistiednu biex ma jadottax leġiżlazzjoni dwar il-proprjetà pubblika fl-RS peress li att bħal dan ikun ksur serju tad-deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ proprjetà pubblika, bil-konsegwenza tad-dewmien fl-għeluq tal-OHR;

7.

Jilqa' l-adozzjoni tal-emenda kostituzzjonali li tistabbilixxi d-Distrett ta’ Brcko bħala unità bi tmexxija lokali awtonoma, pass li ssodisfa objettiv ieħor li kien stabbilit mill-Kunsill għall-Implimentazzjoni tal-Paċi (PIC) għall-għeluq tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli fil-ġejjieni;

8.

Jistieden liż-żewġ Entitajiet, u lill-forzi politiċi kollha, b'mod partikulari lill-Gvern tal-RS, biex jirrispettaw l-Ftehim għall-Paċi ta’ Dayton kollu kemm hu u ma jisfidawx azzjonijiet meħuda skont dan il-ftehim u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; iqis lir-Rappreżentant Għoli bħala l-awtorità finali rigward l-interpretazzjoni tal-implimentazzjoni ċivili tal-ftehim ta’ paċi; jistieden lill-atturi politiċi kollha biex jittrattaw lir-Rappreżentant Għoli u l-persunal internazzjonali kollu fil-pajjiż bir-rispett dovut u biex joqogħdu lura minn kull attakk personali;

9.

Jinnota b'sodisfazzjon il-kontribut sinifikanti tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPOL) u l-EUFOR Althea għall-istabilità u s-sigurtà tal-BĦ; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li jipprovdi appoġġ għal bini ta’ kapaċità mhux eżekuttiva u għat-taħriġ; jilqa' l-estensjoni tal-mandat tal-EUFOR bi qbil mar-riżoluzzjoni 1895 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jilqa' l-fatt li l-BĦ kienet mistiedna min-NATO biex tingħaqad mal-Pjan ta’ Azzjoni għas-Sħubija;

10.

Jenfasizza l-kisbiet tal-EUPOL fil-kontribuzzjoni tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura tal-BĦ; jilqa' l-estensjoni tal-missjoni għal sentejn oħra b'mandat iffokat mill-ġdid, u l-ħidma tal-Kummissjoni biex tħejji proġett ta’ segwitu għall-EUPOL skont l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni 2010;

11.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jikkumbattu l-indifferenza ta’ sezzjonijiet kbar tal-istituzzjoni politika billi joħolqu sħubija privileġġata u jipprovdu appoġġ għas-soċjetà ċivili, il-midja indipendenti u l-komunità kummerċjali, u joħolqu proġetti li jistimulaw parteċipazzjoni politika attiva, b'mod speċjali għaż-żgħażagħ Bosnijaċi;

12.

Jenfasizza li l-libertà u l-indipendenza tal-midja, kemm pubbliċi u kemm privati, huma ħtiġiet demokratiċi bażiċi; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ biex isaħħu midja indipendenti u varji ħielsa mill-indħil politiku u jippermettu lill-midja jirrapportaw liberament mill-inħawi kollha tal-pajjiż billi jiżguraw l-aċċes għall-informazzjoni; jikkundanna bil-qawwi l-attakki fuq il-ġurnalisti, u jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri xierqa biex jevitaw attakki bħal dawn fil-ġejjieni; jistieden lill-midja, inklużi s-servizzi ta’ xandir pubbliku, li jkollhom tolleranza zero rigward diskors li jxerred il-mibgħeda, jenfasizza l-ħtieġa għall-indipendenza politika tal-awtoritajiet regolatorji fil-qasam tal-komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill tal-Ministri jaħtar direttur permanenti tal-awtorità tal-komunikazzjonijiet;

Ir-riforma kostituzzjonali u r-riforma tal-ġudikatura

13.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-rekwiżiti li għandhom ikunu ssodisfati permezz tar-riforma kostituzzjonali:

a)

L-Istat għandu jkollu biżżejjed setgħat leġiżlattivi, baġitarji, eżekuttivi u ġudizzjarji biex ikun kapaċi jissodisfa l-kriterji ta’ qabel l-adeżjoni fl-UE, biex joħloq u jżomm spazju ekonomiku wieħed funzjonali, biex jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, ambjentali u soċjali u biex jirrappreżenta u jiddefendi l-interessi ġenerali tal-pajjiż lil hinn mill-fruntieri; is-salvagwardja ta’ interessi nazzjonali vitali fil-BĦ għandha tkun kompatibbli mal-kapaċità tal-pajjiż li jaġixxi,

b)

In-numru ta’ livelli amministrattivi involuti fl-immaniġġjar tal-pajjiż għandu jkun proporzjonali mar-riżorsi finanzjarji tal-BĦ u għandu jkun ibbażat fuq allokazzjoni effiċjenti u effettiva tar-responsabilitajiet,

c)

Iċ-ċittadini kollha għandhom igawdu l-istess drittijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni f'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u mal-Artikolu 2 tal-FSA li jitlob ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem,

d)

Huwa tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni speċjali lid-drittijiet tal-minoranzi u tal-gruppi vulnerabbli, li għandhom jiġu protetti kontra d-diskriminazzjoni diretta jew indiretta u kontra l-vjolenza; iħeġġeġ lill-Bosnja-Ħerzegovina biex timplimenta programmi ta’ edukazzjoni pubblika fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li jippromwovu t-tolleranza, il-pluraliżmu u d-diversità;

14.

Ifakkar li t-tisħiħ tal-Istat ċentrali ma jfissirx li jiddgħajfu l-Entitajiet iżda li jinħolqu l-kundizzjonijiet li jkunu bbażati fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà għal amministrazzjoni effiċjenti li tkun kapaċi timplimenta l-isforzi għar-riforma nazzjonali, tmexxi relazzjonijiet internazzjonali effiċjenti u li, permezz ta’ dan, tħejji lill-pajjiż kollu għall-adeżjoni mal-UE;

15.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ biex jemendaw, fil-qafas tar-riforma kostituzzjonali komprensiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti kostituzzjonali u rispettivi tal-Liġi Elettorali tal-BĦ malajr kemm jista' jkun sabiex jikkonformaw mas-sentenza tal-QEDB fil-każ Sejdić-Finci, li tindika b'mod ċar li l-kostituzzjoni attwali tal-BĦ tiddiskrimima kontra n-nies li hemm referenza għalihom bħala 'oħrajn'; jinnota li l-adozzjoni ta’ dawn ir-riformi hija pass essenzjali għall-funzjonament ta’ soċjetà multietnika;

16.

Jinkuraġġixxi liċ-ċittadini tal-Bosnja-Ħerzegovina jivvotaw fl-elezzjonijiet ġenerali li jmiss f'Ottubru 2010; iqis li din l-elezzjoni tirrigwarda wkoll il-pass li bih il-BĦ tersaq lejn l-UE, u li kull min jagħżel li ma jivvotax ikun qed jippermetti b'mod effettiv li l-oħrajn jiddeċiedu dwar il-ġejjieni tiegħu jew tagħha; jirrimarka li għandhom isiru l-isforzi kollha sabiex jiġu stabbiliti dawk il-kundizzjonijiet li jiżguraw li l-elezzjonijiet li jmiss isiru b'rispett sħiħ lejn l-istandards Ewropej u b'kampanja paċifika u demokratika;

17.

Ifakkar fil-ħtieġa li tkun stabbilita Qorti Suprema fil-livell Statali u li din tkun integrata fil-qafas kostituzzjonali sabiex taġixxi bħala fattur ta’ integrazzjoni għall-ġurisprudenza fil-pajjiż u twassal għall-armonizzazzjoni gradwali tal-erba' sistemi legali differenti tal-BĦ;

18.

Jistieden lill-atturi politiċi kollha sabiex iwettqu d-69 attività prevista fil-pjan ta’ azzjoni ta’ appoġġ għall-Istrateġija għar-Riforma tal-Qasam tal-Ġustizzja;

Il-ġlieda kontra r-reati tal-gwerra, il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni

19.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kooperazzjoni mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) kompliet tkun sodisfaċenti u li kien hemm kooperazzjoni adegwata bejn it-Tribunal u l-awtoritajiet tal-Istat u tal-Entitajiet; jenfasizza l-ħtieġa li jitkompla l-issodisfar tal-obbligi u li jiġi ffaċilitat l-arrest tal-akkużati ICYT u li jiġu żarmati n-netwerks ta’ appoġġ li għandhom; jitlob li jkun hemm koperazzjoni iktar effettiva bejn l-awtoritajiet tal-pulizija fis-Serbja u l-Bosnja-Ħerzegovina sabiex jinstabu u jkunu arrestati Ratko Mladić u Goran Hadžić; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-BĦ sabiex iħaffu l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali rigward ir-Reati tal-Gwerra u biex jibdew jittrattaw il-madwar għaxar t'elef każ ta’ reat tal-gwerra pendenti madwar il-pajjiż kif ukoll jispeċifikaw ir-riżorsi materjali u tekniċi meħtieġa sabiex jittellgħu l-Qorti dawk kollha li kkommettew reat, inkluż dawk responsabbli għall-istupri u l-vjolenza sesswali;

20.

Ifakkar li l-11 ta’ Lulju huwa rikonoxxut fl-UE bħala l-jum tal-kommemorazzjoni tal-ġenoċodju ta’ Srebrenica u jitlob lill-awtoritajiet tar-reġjun biex ifakkruh ukoll; jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta’ diversi riżoluzzjonijiet dwar Srebrenica mill-parlamenti ta’ erba' pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, b'mod partikulari l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Serbja, u jistieden lill-Istat tal-Bosnija u lill-Parlamenti tal-Entitajiet biex jadottaw riżoluzzjonijiet simili fil-ġejjieni qrib, iqis li dawn id-dikjarazzjonijiet huma passi importanti biex wieħed jaċċetta l-passat traġiku u jittama li jwittu t-triq għal fehim tal-istorja komuni bil-ħsieb tal-promozzjoni ta’ rikonċiljazzjoni ġenwina fir-reġjun kollu; jenfasizza li t-tressiq quddiem il-ġustizzja ta’ dawk responsabbli għall-ġenoċidju ġewwa u madwar Srebrenica huwa pass importanti lejn l-istabbiltà reġjonali u l-paċi;

21.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerzegovina sabiex jinkludu definizzjoni ta’ vjolenza sesswali fil-Kodiċi Kriminali b'konformità ma’ standards internazzjonali, sabiex jagħtu lill-vittmi kumpens adegwat, appoġġ ekonomiku, soċjali u psikoloġiku b'mod dirett, inkluż l-ogħla livell possibbli ta’ servizzi ta’ appoġġ ta’ saħħa mentali u fiżika, jiżviluppaw programmi u jallokaw riżorsi adegwati għall-ħarsien tax-xhieda fuq perjodu ta’ żmien twil; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li tittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-organi ġudizzjarji differenti u li jitħaffu l-proċeduri ta’ prosekuzzjoni f'każi ta’ reati sesswali tal-gwerra li jkunu saru matul il-gwerra; jistieden lill-Kummissjoni u lil donaturi internazzjonali oħrajn sabiex jappoġġjaw lill-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerzegovina f'dan l-isforz tagħhom permezz ta’ riżorsi finanzjarji u għarfien espert maħsuba għall-vittmi ta’ reati tal-gwerra u ta’ vjolenza sesswali; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jadottaw u jimplimentaw strateġija li tiffoka fuq il-vittmi ta’ delitti ta’ vjolenza sesswali li saru matul il-gwerra bl-ogħla prijorità;

22.

Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jibdew investigazzjoni kriminali kontra delinkwenti sesswali ta’ żmien il-gwerra li jkunu emigraw u rċivew residenza permanenti, inkluża ċ-ċittadinanza fl-Istati Membri, u biex jirrikonoxxu li dawn ir-reati huma fil-fatt reati tal-gwerra u li ma għandhomx jitqiesu reati bħala sesswali ġenerali u dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għal statut ta’ limitazzjonijiet;

23.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ biex jippromwovu u jlestu r-ritorn sostenibbli ta’ refuġjati u persuni spostati internament kif ukoll biex jadottaw strateġija rilevanti kif meħtieġ mill-Anness VII tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton; iħeġġiġhom biex, min-naħa l-waħda, jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ dawk li għadhom jgħixu f'ċentri kollettivi u jimplimentaw miżuri għall-integrazzjoni soċjali tagħhom u, min-naħa l-oħra, jippromwovu r-ritorn ta’ dawk li ma jistgħux jerġgħu lura lejn arthom, pereżempju għaż-żona distrutta ta’ Posavina; jistieden lill-Kummissjoni u lil donaturi internazzjonali oħrajn biex jappoġġaw lill-awtoritajiet tal-BĦ f'dawn l-isforzi b'għajnuna finanzjarja u bil-kompetenza tagħhom;

24.

Ifakkar fil-ħtieġa urġenti li jinbnew ħabsijiet ta’ sigurtà għolja u biex jinbnew mill-ġdid il-faċilitajiet eżistenti sabiex dawk kollha akkużati b'xi reat u misjuba ħatja jinżammu f'postijiet sikuri;

25.

Jiddispjaċih għall-progress limitat irreġistrat fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni minħabba koordinazzjoni dgħajfa ta’ sforzi kontra l-korruzzjoni fil-livell tal-Istat u n-nuqqas tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta’ suspetti f'każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli prevalenti fi strutturi tal-gvern u f'oħrajn tal-Istat u tal-Entità, fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku, fl-għoti tal-liċenzji tan-negozji u fis-setturi tas-saħħa, l-enerġija, it-trasport, u l-bini; jitlob, f'dan ir-rigward, il-ħolqien mingħajr dewmien ta’ entità imparzjali u responsabbli kontra l-korruzzjoni biex tagħti lura l-fiduċja fl-istituzzjonijiet tagħhom liċ-ċittadini tal-BĦ, kif ukoll l-implimentazzjoni miftiehma tal-istrateġija l-ġdida għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni (2009-2014) u tal-Pjan ta’ Azzjoni marbut magħha;

26.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ biex jiġġieldu b'mod effettiv kontra t-traffikar tal-bnedmin, biex b'mod effettiv u b'koperazzjoni mal-komunità internazzjonali jressqu lil min jagħmel dawn ir-reati quddiem il-ġustizzja, biex jipprovdu protezzjoni u kumpens lill-vittmi u biex iqajmu kuxjenza ħalli tiġi evitata r-rivittimizzazzjoni mill-awtoritajiet u mis-soċjetà;

Il-liberalizzazzjoni tal-viżi

27.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-awtoritajiet tal-BiH aċċelleraw ir-riformi tagħhom u għamlu progress sinifikanti fl-ilħuq tal-benchmarks pendenti li jinsabu fil-pjan direzzjonali għal reġim mingħajr viża, li juri li bir-rieda meħtieġa, jista' jsir progress sinifikanti fir-riformi; jinkoraġġixxi bil-qawwa l-awtoritajiet tal-BĦ biex jadottaw il-partijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti li fadal;

28.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni fuq imsemmija tas-27 ta’ Mejju 2010 dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi u jistieden lill-Kummissjoni biex tivverifika li l-benchmarks li fadal jintlaħqu fix-xhur li ġejjin, bl-għan li titwitta t-triq għall-Kunsill u għall-Parlament biex japprovaw l-introduzzjoni tal-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini Bosnijaċi sal-aħħar tal-2010;

29.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-liberalizzazzjoni tal-viża għaċ-ċittadini kollha tal-BĦ sabiex ikunu jistgħu jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea, u jaraha bħala fattur importanti għall-integrazzjoni ulterjuri fl-UE u għar-rikonċiljazzjoni interetnika, li jevita l-iżolament u joffri opportunità liċ-ċittadini biex iwessgħu l-orizzonti tagħhom, waqt li jipprevedu l-prospettiva tagħhom ta’ sħubija fl-UE u jwasslu r-rieda tagħhom għand il-mexxejja politiċi ħalli jrawmu l-integrazzjoni fl-UE;

Il-qagħda tas-sistema edukattiva

30.

Filwaqt li jirrikonoxxi l-progress magħmul fil-livell istituzzjonali, iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-BĦ biex jadottaw il-Liġi dwar l-Edukazzjoni Ogħla fil-livell Statali u biex jiffokaw fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-liġijiet ta’ qafas fil-qasam tal-edukazzjoni, u b'hekk inaqqsu -frammentazzjoni tas-sistema edukattiva; billi jagħmlu użu sħiħ tas-Sħubija Ewropea, jieħdu miżuri biex itejbu l-kwalità ġenerali tal-edukazzjoni. b'mod li jissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-istandards tal-proċess ta’ Bolonja, kif ukoll jinstallaw skemi, bl-għajnuna tal-UE, għat-taħriġ u l-għoti mill-ġdid ta’ ħiliet lill-persuni li jiffaċċjaw qgħad fit-tul; jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta’ programmi internazzjonali ta’ skambju ta’ studenti bejn l-universitajiet tal-BĦ u l-Istati Membri, bl-użu tal-programmi u n-netwerks eżistenti tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta’ żieda sinifikanti fl-għadd ta’ studenti, għalliema u riċerkaturi li jieħdu sehem fil-programmi ta’ mobilità tal-UE;

31.

Jinnota li l-edukazzjoni hi mutur ewlieni għar-rikonċiljazzjoni interetnika ġenwina; jikkunsidra li, fil-kuntest tal-assistenza tal-UE, għandha tingħata attenzjoni akbar għal promozzjoni ta’ sistema edukattiva inklussiva u mhux diskriminatorja, ibbażata fuq it-tolleranza u r-rispett għad-diversità u fuq sforzi biex jintlaħaq fehim tal-istorja komuni, u għall-eliminazzjoni tas-segregazzjoni ta’ gruppi etniċi differenti (żewġ skejjel taħt saqaf wieħed) bl-iżvilupp ta’ programmi edukattivi komuni u klassijiet integrati fiż-żewġ entitajiet; jilqa', f'dan ir-rigward, it-twaqqif tal-kunsill tal-istudenti tal-iskejjel li jkopri l-BĦ kollha;

32.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ biex jerġgħu jirrevedu l-metodi riġidi u għaljin li hemm bħalissa fil-proċess tal-għoti tad-diplomi, u biex iwaqqfu aġenzija għar-rikonoxximent tad-diplomi fuq il-livell tal-Istat; ifakkar lill-awtoritajiet tal-BĦ li forza tax-xogħol tas-sengħa għandha tkun inkuraġġita u mhux skuraġġuti biex tfittex impjieg fil-pajjiż;

Sitwazzjoni ekonomika, politika soċjali

33.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-aħħar rawnd tal-evalwazzjoni tal-MONEYVAL (4); jistieden lill-atturi kollha biex jagħmlu sforzi persistenti għar-riforma ekonomika, jieħdu azzjonijiet miftiehma ta’ ġurisdizzjonijiet u jiffaċilitaw attivitajiet ekonomiċi inkluż it-tneħħija ta’ ostakoli burokratiċi, joħolqu strateġija fit-tul għall-iżvilupp sostenibbli billi jindirizzaw, inter alia, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp (R & D), l-infrastruttura, l-agrikoltura, l-ambjent u l-enerġija; bil-għan li jattiraw investiment barrani, iħeġġeġ lill-mexxejja tal-istat u tan-negozju biex jagħmlu l-isforzi kollha biex iġibu lura l-fiduċja tal-investituri u biex joħolqu ambjent kummerċjali pożittiv sabiex il-BĦ ma taqax aktar lura fir-reġjun;

34.

Ifakkar li l-FSA jeħtieġ it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika bejn il-gvernijiet tal-entitajiet u l-ħolqien, bħala element essenzjali tar-riforma ekonomika, ta’ spazju ekonomiku wieħed immirat lejn integrazzjoni reġjonali ikbar kif ukoll swieq tal-art u tax-xogħol aħjar; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward li t-tfarrik tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern u tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali għadu l-ostakolu ewlieni għall-moviment ħieles tal-persuni fil-pajjiż; jistqarr li l-prosperità ekonomika, il-prospett tal-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ tal-Bosnja-Ħerzegovina huwa kruċjali għall-iżvilupp ulterjuri tal-pajjiż u jista' jrawwem ir-rikonċiljazzjoni interetnika;

35.

Iħeġġeġ it-tisħiħ tal-koordinazzjoni fiskali bl-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tal-Awtorità tat-Taxxa Indiretta u l-Kunsill Fiskali Nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kunsill tal-Ministri biex jinnomina, wara ħafna dewmien, Direttur permanenti għall-Awtorità tat-Taxxa Indiretta;

36.

Jistieden lill-Parlament tal-BĦ, sabiex, bil-għan li jsir ċensiment fil-pajjiż kollu fl-2011, tadotta Liġi dwar iċ-Ċensiment, li hi prekundizzjoni ċara għall-prospettiva tal-adeżjoni Ewropea u hija essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż kif ukoll biex tkompli l-għajnuna tal-UE; jenfasizza li, minħabba s-sensittività tal-kwistjoni, m'għandha tkun obbligatorja r-r-risposta għall-ebda mistoqsija dwar l-etniċità;

37.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ sabiex jimplimentaw miżuri mmirati biex itaffu l-faqar u jiżviluppaw xibka ta’ sigurtà soċjali li tkun aħjar għall-foqra, għall-persuni esklużi soċjalment gruppi u l-gruppi vulnerabbli, b'mod speċjali l-popolazzjoni Rom, u biex jiżviluppaw sistema effiċjenti u sostenibbli ta’ protezzjoni soċjali u ta’ integrazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jieħdu impenn aktar sod fil-politiki tax-xogħol, tal-koeżjoni soċjali u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

38.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi meħuda mill-awtoritajiet tal-BĦ biex itejbu s-sitwazzjoni tar-Rom, u jafferma mill-ġdid l-importanza li tiġi adottata strateġija li tiffoka fuq l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-impjiegi u l-edukazzjoni tar-Rom; jistieden lill-awtoritajiet jipprovdu mezzi adegwati biex jimplimentaw din l-istrateġija b'koperazzjoni mas-soċjetà ċivili, inkluża l-komunità tar-Rom, biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u titrawwem ir-rappreżentanza tar-Rom fl-uffiċċji pubbliċi;

39.

Jilqa' b'sodisfazzjoni l-emendi leġiżlattivi l-aktar riċenti mill-Parlament tal-Federazzjoni li jintroduċu l-prinċipju ta’ benefiċċji soċjali monetarji bbażati fuq il-bżonnijiet u restrizzjonijiet baġitarji applikati għall-utenti kollha tal-baġit inkluż il-veterani; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-self għall-politika tal-iżvilupp mill-Bank Dinji u t-tieni u t-tielet rata tal-arranġament ta’ riżerva tal-FMI nħarġu; iħeġġeġ lill-Parlament tal-Federazzjoni sabiex jadotta miżuri ulterjuri mmirati lejn dixxiplina fiskali akbar;

40.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-BĦ jiżviluppaw strateġija nazzjonali għall-enerġija li tibbaża ruħha fuq is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, fuq il-konservazzjoni u l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll fuq l-immodernizzar tal-grilja tal-elettriku; ifakkar liż-żewġ awtoritajiet tal-BĦ u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-proġetti tal-impjanti tal-enerġija idroelettrika huma ppjanati u implimentati skont il-kriterji tal-UE tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u skont l-istandards ġenerali tas-sostenibilità;

41.

Jiddispjaċih li l-kapaċità amministrattiva fis-settur ambjentali għadha dgħajfa u limitata; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-adozzjoni ta’ Liġi Ambjentali komprensiva fil-livell tal-Istat li tiżgura li jkun hemm protezzjoni ambjentali armonizzata, u jitlob li titwaqqaf l-Aġenzija Statali għall-Ambjent;

42.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-BĦ jadottaw il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa fuq il-livell tal-Istat, sabiex tiġi armonizzata u mtejba l-kwalità tal-provvista tas-saħħa pubblika u jkun possibbli li l-poplu jfittex kura medika adegwata fit-territorju kollu tal-BĦ, irrispettivament mir-residenza u mill-post tal-impjieg tiegħu;

Kooperazzjoni reġjonali

43.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali, u ta’ relezzjonijiet tajbin mal-ġirien, u jqishom bħala element ewlieni għall-proċess ta’ rikonċiljazzjoni permezz tat-tisħiħ tal-kuntatti bejn il-popli; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-atturi tas-soċjetà ċivili sabiex jikkontribwixxu għal kooperazzjoni reġjonali mtejba dwar l-aspetti soċjali u politiċi; jistieden lill-awtoritajiet Bosnijaċi jsibu soluzzjoni li tiżgura l-mobbiltà reġjonali taċ-ċittadini tal-Kosovo u l-possibilità li huma jivvjaġġaw lejn il-Bosnja-Ħerzegovina;

44.

Ifaħħar id-dikjarazzjonijiet li għamel il-President Kroat dan l-aħħar, li appoloġizza għall-politiki Kroati fil-Bosnja-Ħerzegovina fis-snin disgħin u ta ġieħ lill-vittmi minn kull komunità jikkonsidra li dan l-att hu pass importanti fil-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni etnika fost in-nazzjonijiet tal-Balkani; jistieden lill-pajjiżi l-oħra ġirien tal-Bosnja-Ħerzegovina biex isegwu dan l-eżempju;

45.

Jistieden lill-Kroazja u lill-Bosnja-Ħerzegovina biex isibu soluzzjoni negozjata fir-rigward tal-pjanijiet Kroati għall-bini ta’ pont f'Pelješac, li l-Bosnja-Ħerzegovina qed topponihom; jinsab imħasseb dwar it-tħabbira li għamel dan l-aħħar il-Prim Ministru Kroat dwar il-possibilità ta’ applikazzjoni Kroata għal fondi Ewropej biex titħaffef il-ħidma ta’ kostruzzjoni kontroversjali fuq dan il-pont; jindika li l-proġett jista' jkun ta’ ħsara għall-iżvilupp tal-port Bosnjakk ta’ Neum fil-ġejjieni u jqajjem tħassib ekoloġiku fiż-żewġ pajjiżi;

46.

Jinnota li l-istabbiltà dejjiema u l-koperazzjoni reġjonali fil-Balkani tal-Punent u fl-UE kollha kemm hi ma jistgħux jiġu previsti sakemm jibqa' jippersisti l-istaġnar politiku fil-BĦ;

47.

Ifaħħar il-parteċipazzjoni attiva fil-kooperazzjoni reġjonali tal-BĦ, b'mod partikolari bl-iffirmar mal-Kroazja u s-Serbja tal-ftehimiet dwar għajnuna legali internazzjonali fi kwistjonijiet kriminali u ċivili mmirati lejn it-twettiq ta’ sanzjonijiet kriminali kontra persuni li ġew ikkundannati f'pajjiż firmatarju u li mbagħad ħarbu lejn pajjiż ieħor;

*

* *

48.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/ir-Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-entitajiet tagħha.


(1)  ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0332.

(3)  ĠU C 46E, 24.2.2010, p. 111.

(4)  Kumitat ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta’ Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (Kunsill tal-Ewropa).


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/121


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Ftehim dwar l-ajru UE-Stati Uniti

P7_TA(2010)0239

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar il-ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti

2011/C 236 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-test tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra, li ra l-bidu fil-25 ta’ Marzu 2010 (“il-Ftehim tat-tieni stadju”),

wara li kkunsidra riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar it-tnedija ta’ negozjati għal ftehimiet dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Jannar tal-2009 dwar koperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Marzu u tal-11 ta’ Ottubru tal-2007 dwar il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (3) (“il-Ftehim tal-ewwel stadju”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2006 dwar l-iżvilupp tal-aġenda tal-politika barranija tal-avjazzjoni tal-Komunita (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura,

A.

billi l-Ftehim tal-ewwel stadju, li daħal f’applikazzjoni proviżorja fit-30 ta’ Marzu 2008, kien fih klawsola ta’ sospensjoni li tista’ tibda tapplika jekk ma jkunx hemm Ftehim tat-tieni stadju sa Novembru 2010,

B.

billi l-ftehim tal-ewwel stadju kien biss l-ewwel pass fil-ftuħ tas-swieq tal-avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, li jimpenja bis-sħiħ liż-żewġ naħat għal negozjati ulterjuri dwar il-kontinwazzjoni tal-aċċess miftuħ għas-swieq u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji għall-konsumaturi, il-linji tal-ajru, il-ħaddiema u l-komunitajiet, u jiġu indirizzati kwistjonijiet li jinkludu l-faċilitizzazzjoni tal-investiment ħalli jkunu jistgħu jiġu riflessi aħjar ir-realtajiet tal-industrija globali tal-avjazzjoni, it-tisħiħ tas-sistema ta’ trasportazzjoni transatlantika bl-ajru u t-twaqqif ta’ qafas li jinkoraġġixxi lil pajjiżi oħrajn jiftħu s-swieq tagħhom tas-servizzi tal-ajru,

C.

billi n-negozjati mnedija f'Mejju 2008 wasslu għal ftehim preliminari fil-25 ta’ Marzu 2010,

D.

billi l-ftuħ tas-swieq tal-avvjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika li, meta jitqiesu flimkien, jissarrfu f'madwar 60 % tat-traffiku dinji tal-ajru, għandu jkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi fuq iż-żewġ naħiet tal-Atlantiku, u jagħti benefiċċji ekonomiċi sostanzjali u joħloq l-impjiegi,

Il-Prinċipji ġenerali

1.

Jinnota l-ftehim preliminari tal-25 ta’ Marzu 2010 li jista’jikkonsolida kemm l-avvanzi fl-aċċess għas-suq inklużi fil-Ftehim tal-ewwel stadju kif ukoll joffri kooperazzjoni regolatorja mtejba;

2.

Ifakkar li varji aspetti tar-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni, inklużi r-restrizzjonijiet tal-ħoss u l-limitazzjonijiet tat-titjiriet ta’ bil-lejl, għandhom jiġu ddeterminati f'livell lokali, b'rispett sħiħ lejn il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tikkoordina dawn il-kwistjonijiet f'livell Ewropew, billi tqis il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, ħalli tissokta bin-negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerika u ssolvi wkoll il-kwistjonijiet l-oħrajn marbutin ma’ dawn il-problemi, bħalma huwa l-kabotaġġ;

Il-ftuħ tas-suq

3.

Jiddispjaċih min-nuqqas ta’ progress sostantiv fit-tneħħija ta’ limitazzjonijiet regolatorji skaduti fil-qasam tal-investiment barrani, u jqis li dan se jħalli r-restrizzjonijiet żbilanċjati attwali fil-kuntest tas-sjieda u l-kontroll barranin fl-Istati Uniti;

4.

Ifakkar li l-għan finali tal-ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti huwa l-ftuħ totali tas-suq mingħajr ebda restrizzjonijiet miż-żewġ naħat;

5.

Jinnota l-aċċess limitat li l-kumpaniji tal-ajru tal-UE se jakkwistaw għat-traffiku tal-Istati Uniti ffinanzjat mill-Gvern (“Fly America Programme”) u jfakkar li l-gvernijiet nazzjonali tal-UE ma għandhomx dispożizzjonijiet simili;

Il-konverġenza, is-sigurtà u s-sikurezza regolatorja

6.

Iħeġġeġ lill-Kumitat Konġunt biex jiżviluppa proposti addizzjonali għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet regolatorji b'konformità mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar;

7.

Jorbot importanza kbira mal-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru Ewropej u tal-Istati Uniti (“SESAR” u “Next Gen”) bil-għan li tinkiseb l-interoperabilità u l-kompatibilità kif ukoll biex jitnaqqas l-impatt ambjentali.

8.

Jilqa’ l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika għall-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-livelli kollha;

9.

Jiddispjaċih li ebda passi ulterjuri ma ttieħdu fir-rigward tal-kwistjonijiet marbuta mal-istazzjonijiet ta’ tiswija barranin;

10.

Itenni l-importanza tal-lista s-sewda Ewropea għal kumpaniji tal-ajru li mhumiex ta’ standard xieraq u tas-sistema tal-Istati Uniti li tissorvelja l-istandards tal-kumpaniji tal-ajru u jistieden liż-żewġ partijiet biex jaqsmu informazzjoni f'dan il-qasam;

11.

Jenfasizza li l-privatezza taċ-ċittadini Ewropej u tal-Istati Uniti għandha tiġi rispettata meta jkun hemm skambju bejn l-UE u l-Istati Uniti ta’ data personali tal-passiġġieri, skont il-kriterji mitluba mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010; jenfasizza f'dan ir-rigward l-urġenza li jinkisbu standards mad-dinja kollha dwar protezzjoni tad-data u dwar il-privatezza;

12.

Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq l-istat tad-dritt u li t-trasferimenti kollha tad-data personali mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għal raġunijiet ta’ sigurtà għandhom ikunu bbażati fuq ftehimiet internazzjonali bl-istatus ta’ atti leġiżlattivi, sabiex ikun hemm is-salvagwardji neċessarji għaċ-ċittadini tal-UE, jiġu rispettati l-garanziji proċedurali u d-drittijiet ta’ difiża, u sabiex ikun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-livell nazzjonali u dak Ewropew;

13.

Jenfasizza l-importanza taċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini u l-linji tal-ajru tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti tal-Amerika, kif ukoll il-bżonn ta’ standards armonizzati għal dawn tal-aħħar;

14.

Jinnota l-importanza ta’ konsultazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward ta’ miżuri tas-sigurtà iżda jwissi kontra miżuri eċċessivi jew mhux ikkoordinati li mhumiex ibbażati fuq evalwazzjoni adegwata tar-riskju;

15.

Itenni mill-ġdid l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Uniti tal-Amerika biex jirrevedu l-effiċjenza tal-miżuri tas-sigurtà addizzjonali adottati mill-2001 sabiex jeliminaw l-irduppjar u l-lakuni fil-katina tas-sigurtà;

16.

Jippromwovi l-kunċett ta’ “kontroll wieħed tas-sigurtà”, aktar milli jsir kontroll mill-ġdid fuq il-passiġġieri u l-bagalji ma’ kull trasferiment;

L-ambjent

17.

Jirrikonoxxi li s-settur tal-avjazzjoni għandu ħafna effetti ambjentali negattivi, b'mod partikulari bħala sors ta’ storbju u bħala kontributur għat-tibdil tal-klima, u li dawn l-effetti se jiżdiedu bit-tkabbir tal-avjazzjoni;

18.

Jinnota li l-istqarrija konġunta dwar il-kooperazzjoni ambjentali hija ta’ importanza kruċjali fl-indirizzar tal-impatti ambjentali tal-avjazzjoni internazzjonali, madankollu, jiddispjaċih li r-regolament ETS mhuwiex parti mill-ftehim preliminari; jinnota li jeħtieġ isiru taħdidiet addizzjonali mal-Istati Uniti bil-ħsieb tad-dħul fis-seħħ tal-ETS sal-2012;

19.

Jilqa’ l-ftehim biex jaħdmu flimkien fil-qafas tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali biex jitnaqqas l-istorbju u l-emissjonijiet tal-ajruplani flimkien mal-intenzjoni li tissaħħaħ il-kooperazzjoni teknika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fl-oqsma tax-xjenza klimatika, l-iżvilupp tar-riċerka u t-teknoloġija, l-effiċjenza tal-fjuwil u t-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport tal-ajru kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar it-tnaqqis tal-istorbju, filwaqt li jirrikonoxxu d-differenzi fiċ-ċirkostanzi lokali;

Il-politika soċjali

20.

Jilqa’ r-rikonoxximent tal-ftehim fir-rigward tal-importanza tad-dimensjoni soċjali u r-responsabilità mogħtija lill-Kumitat Konġunt biex jissorvelja l-effetti soċjali tal-Ftehim u jiżviluppa rispons xieraq kif meħtieġ;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-Ftehim sabiex tippromwovi l-konformità mal-leġiżlazzjoni internazzjonali relevanti dwar id-drittijiet soċjali, b'mod partikulari l-istandards tax-xogħol inkorporati fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO 1930-1999), il-linji gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (1976, riveduti 2000) u l-Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali tal-1980;

22.

Jinsisti li l-leġiżlazzjoni soċjali tal-UE għandha tiġi applikata għall-ħaddiema reklutati u/jew li jaħdmu fl-Istati Membri, b'mod partikulari d-Direttivi dwar il-konsultazzjoni u l-informazzjoni tal-impjegati (2002/14/KE, 98/59/KE u 80/987/KEE), id-Direttiva dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili (2000/79/KE) u d-Direttiva dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (96/71/KE);

L-operazzjoni tal-Ftehim

23.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-partijiet interessati rilevanti kollha jiġu infurmati bis-sħiħ u kkonsultati dwar ix-xogħol tal-Kumitat Konġunt;

24.

Ifakkar li wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-kunsens tal-Parlament Ewropew huwa meħtieġ qabel il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali fil-qasam ta’ proċedura ordinarja (Artikolu 218(6));

25.

Jilqa' l-idea li jkun hemm laqgħat regolari bejn Membri tal-Parlament Ewropew u l-Kungress tal-Istati Uniti biex jiddiskutu l-kwistjonijiet relevanti kollha rigward il-politika tal-avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tibda l-proċess tat-tielet fażi bil-għan li jiġu nklużi l-punti li ġejjin, sal-31 ta’ Diċembru 2013:

a)

aktar liberalizzazzjoni ta’ drittijiet tat-traffiku;

b)

opportunitajiet ta’ investiment barrani addizzjonali;

c)

L-effet ta’ miżuri ambjentali u restrizzjonijiet infrastrutturali fuq l-eżerċizzju ta’ drittijiet tat-traffiku;

d)

koordinament aħjar għall-politiki dwar id-drittijiet tal-passiġġieri sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri;

*

* *

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta-Istati Membri, u lill-Kungress tal-Istati Uniti.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0144.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0001.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2007)0071 u P6_TA(2007)0428.

(4)  ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 84.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/125


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
L-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju

P7_TA(2010)0240

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju (2001/12/KE, 2001/13/KE u 2001/14/KE)

2011/C 236 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-tieni rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ferrovjarju (COM(2009)0676) u d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni mehmuż miegħu (SEC(2009)1687),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar l-għoti ta’ liċenzji għal impriżi ferrovjarji (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-ewwel pakkett ferrovjarju (4),

wara li kkunsidra l-mistoqsija tad-9 ta’ Marzu 2010 lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju (Nri 2001/12/KE, 2001/13/EC u 2001/14/EC) (O-0030/2010 – B7-0204/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-ewwel pakkett ferrovjarju, li kien adottat fl-2001 u li fih tliet direttivi dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità, dwar l-għoti ta’ liċenzji għal impriżi ferrovjarji u dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji, u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, kellu l-għan li jagħti nifs ġdid lill-industrija tal-ferroviji billi jkun l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ żona ferrovjarja Ewropea integrata, u li jipprovdi struttura finanzjarja soda biex dan ikun jista' jsir,

B.

billi d-direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju kellhom jiġu trasposti fil-liġijiet nazzjonali fil-15 ta’ Marzu 2003, iżda billi l-Kummissjoni stenniet sa Ġunju 2008 qabel nediet proċeduri għal ksur tar-regoli kontra l-Istati Membri minħabba implimentazzjoni ħażina jew mhix sħiħa tal-ewwel pakkett ferrovjarju,

C.

billi, abbażi tat-tieni rapport tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-suq ferrovjarju, sehem il-ferroviji fit-trasport ma żdiedx iżda stabbilizza biss għal-livell baxx ta’ madwar 10 % fis-suq tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u għal anqas minn 7 % għat-trasport tal-passiġġieri fl-2002,

1.

Jiddeplora l-fatt li l-biċċa l-kbira tat-22 Stat Membru naqsu milli jimplimentaw sew it-tliet Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju; iqis li dan in-nuqqas żamm l-iżvilupp tas-sehem tal-ferroviji fit-trasport b'mod ġenerali;

2.

Ifakkar li l-Parlament kien diġà enfasizza fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007 li implimentazzjoni sħiħa tal-ewwel pakkett ferrovjarju kienet prijorità assoluta; għalhekk mhuwa kuntent xejn li din il-prijorità ma tħarsitx mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fosthom l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Latvja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Isvezja, is-Slovenja u s-Slovakkja;

3.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni tilfet ħames snin biex tieħu azzjoni kontra dan in-nuqqas u stenniet sa Ġunju 2008 qabel ma bagħtet ittri ta’ avviż formali u sa Ottubru 2009 biex tibgħat opinjonijiet motivati għal implimentazzjoni ħażina jew mhix sħiħa tal-ewwel pakkett ferrovjarju; jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea ma ffokatx biżżejjed il-monitoraġġ tagħha fuq is-sisien finanzjarji tas-sistema ferrovjarja; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex bla dewmien tibda proċeduri legali kontra t-22 Stat Membru li ma implimentawx l-ewwel pakkett ferrovjarju;

4.

Iħeġġeġ lit-22 Stat Membru biex iħarsu l-leġiżlazzjoni Ewropea bla aktar dewmien; huwa konvint li dawk l-Istati Membri għadhom qed ifixklu l-kompetizzjoni ġusta fis-suq ferrovjarju billi ma jimplimentawx id-direttivi tal-ewwel pakkett ferrovjarju;

5.

Jitlob li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni konkreta dwar l-elementi li ma ġewx implimentati għalkollox f'kull Stat Membru, speċjalment rigward l-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura, in-nuqqas ta’ twaqqif ta’ korp regolatorju indipendenti u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħlas għall-aċċess għall-binarji; barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament bl-interpretazzjonijiet legali differenti li hemm bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura (Artikoli 4(2) u 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE);

L-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura

6.

Jisħaq li l-amministratur tal-infrastruttura għandu jingħata biżżejjed indipendenza, billi dan għandu rwol ewlieni, skont id-Direttiva 2001/14/KE fl-għoti ta’ aċċess ġust għall-kapaċità tal-infrastruttura lill-applikanti kollha permezz tal-allokazzjoni ta’ kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-ġbir ta’ ħlasijiet għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà;

7.

Iqis li l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura hija prekundizzjoni sabiex l-operaturi kollha jkunu ttrattati b'mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju; jenfasizza li huwa fatt partikolarment inkwetanti ma ngħatawx biżżejjed salvagwardji legali u prattiċi biex jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura, speċjalment meta jkunu parti minn impriża ferrovjarja li tmexxi wkoll attivitajiet ta’ trasport ferrovjarju;

8.

Jitlob li l-Istati Membri li ma jħarsux din id-dispożizzjoni jisseparaw b'mod ċar il-kompitu essenzjali tal-allokazzjoni tal-kapaċità fin-netwerk ferrovjarju nazzjonali minn kull operatur ferrovjarju uffiċjali permezz tal-miżuri funzjonali u legali meħtieġa kollha, billi dan in-nuqqas ta’ indipendenza jista' jxekkel determinazzjoni vera tal-użu tal-infrastrttura min-naħa tal-amministratur tal-infrastruttura;

In-nuqqas ta’ setgħat tal-korpi regolatorji

9.

Huwa inkwetat minħabba l-fatt li ma ngħatawx biżżejjed setgħat u riżorsi lill-korpi regolatorji u dan iwassal għal nuqqas ta’ kontroll tal-problemi tal-kompetizzjoni f'kull suq nazzjonali;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar is-setgħat tal-korpi regolatorji li jeħtieġ li jissaħħu mill-Istati Membri sabiex jiġu ggarantiti setgħa vera biex jimmonitorjaw is-swieq ferrovjarji rispettivi tagħhom;

11.

Iqis li dan in-nuqqas li jitwaqqfu korpi regolatorji verament indipendenti fl-Istati Membri jfixkel l-implimentazzjoni kif suppost tal-ewwel pakkett ferrovjarju;

Qafas għall-finanzjament u l-ħlas tal-infrastruttura

12.

Jinnota li dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-finanzjament tal-infrastruttura u t-tħassir tad-djun tal-ferroviji ġew inklużi fil-ewwel pakkett ferrovjarju (Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/12/KE);

13.

Jiddispjaċih li l-livell ta’ investiment fl-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja jibqa' fil-biċċa l-kbira insuffiċjenti f'ħafna Stati Membri, filwaqt li l-kwalità tal-infrastruttura eżistenti sejra lura f'bosta każijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw li jiġu żviluppati proġetti ġodda tat-trasport ferrovjarju u li l-infrastruttura eżistenti tinżamm b'mod adegwat;

Ħlas għall-aċċess għall-binarji

14.

Jinnota li l-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura u setgħat u riżorsi ggarantiti għall-korpi regolatorji huma prekundizzjonijiet għall-ħlas għall-aċċess għall-binarji sodisfaċenti; ifakkar li dawn il-ħlasijiet infrastrutturali għandhom ikunu kkalkulati b'mod ġust, trasparenti u konsistenti u jipprovdu viżibilità suffiċjenti għall-impriżi ferrovjarji;

15.

Jesprimi l-preokkupazzjonijiet tiegħu rigward l-implimentazzjoni insuffiċjenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħlasijiet infrastrutturali, speċjalment rigward in-nuqqas ta’ skemi ta’ rendiment sabiex jittejjeb ir-rendiment tan-netwerk ferrovjarju u tas-sistemi tariffarji bbażati fuq l-ispejjeż diretti tas-servizzi ferrovjarji, kif ukoll rigward in-nuqqas ta’ determinazzjoni indipendenti tal-ħlasijiet infrastrutturali min-naħa tal-amministratur tal-infrastruttura;

16.

Jiddispjaċih li, minħabba dan in-nuqqas ta’ implimentazzjoni, il-ħlasijiet infrastrutturali jidhru li mhumiex marbuta direttament mal-ispejjeż tas-servizzi ferrovjarji u li s-suq ferrovjarju jista' ma jkunx jiflaħ għal dawn il-ħlasijiet għoljin; jinnota li dan il-livell għoli ta’ ħlasijiet infrastrutturali jista' jfixkel id-dħul fis-suq ta’ operaturi mhux uffiċjali u li l-Kummissjoni rċeviet diversi lmenti minn operaturi dwar l-aċċess għat-terminals u għas-servizzi ferrovjarji;

17.

Iqis li l-prinċipji għall-ħlas għall-aċċess għall-binarji li japplikaw għat-trasport ferrovjarju u dak bit-toroq għandhom jikkonverġu biex tiġi stabbilita bażi reali tal-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fost il-mezzi ta’ trasport; jenfasizza li dawn il-kundizzjonijiet ugwali jippermettu li s-sistema tat-trasport Ewropew tkun aktar sostenibbli u aktar effiċjenti u timmassimizza l-kompetittività ambjentali ferrovjarja;

Ir-reviżjoni tal-ewwel pakkett ferrovjarju

18.

Jisħaq li implimentazzjoni xierqa u kif suppost tal-ewwel pakkett ferrovjarju hija kundizzjoni fundamentali biex jinħoloq netwerk ferrovjarju Ewropew u li l-prijorità assoluta tal-Kummissjoni Ewropea għandha tkun li tara li din l-implimentazzjoni sseħħ billi tuża l-proċeduri legali kollha għad-dispożizzjoni tagħha;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tal-ewwel pakkett ferrovjarju sa Settembru tal-2010; jitlob lill-Kummissjoni biex f'din ir-reviżjoni tagħti prijorità lill-problemi tal-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura, tan-nuqqas ta’ setgħat u riżorsi tal-korpi regolatorji kif ukoll tipproponi prinċipju xieraq għall-ħlas għall-aċċess għall-infrastruttura li jistimula l-investiment pubbliku u privat fis-settur ferrovjarju;

20.

Iqis li l-ftuħ b'suċċess tas-swieq fis-settur tat-trasport ferrovjarju jippependi mill-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-ewwel pakkett ferrovjarju; aktar liberalizzazzjoni tas-suq ferrovjarju m'għandux inaqqas mill-kwalità tas-servizz tat-trasport ferrovjarju u għandu jissalvagwardja l-obbligi tas-servizz pubbliku; sakemm is-swieq jinfetħu għalkollox, għandu jkun applikat il-prinċipju tar-reċiproċità;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni tirreaġixxi jew tagħti tagħrif dwar it-talbiet fil-paragrafi 3, 5, 10 u 16 fi ħdan it-tfassil mill-ġdid tal-ewwel pakkett ferrovjarju jew l-aktar tard sa tmiem l-2010;

*

* *

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 26.

(3)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29.

(4)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 551.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/128


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
L-għargħar fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali, b'mod partikolari fil-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija u r-Rumanija u fi Franza

P7_TA(2010)0241

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-għargħar f'pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali, b'mod partikolari l-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija u r-Rumanija, u fi Franza

2011/C 236 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2005)0108) u l-pożizzjoni tal-Parlament tat-18 ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Settembru 2002 dwar l-għargħar fl-Ewropa (1), tat-8 ta’ Settembru 2005 dwar id-diżastri naturali (in-nirien u l-għargħar) fl-Ewropa (2), tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar id-diżastri naturali (in-nirien tal-foresti, n-nixfiet u l-għargħar) (3) u tas-7 ta’ Settembru 2006 dwar in-nirien tal-foresti u l-għargħar (4),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni “L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2009)0147) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (COM(2009)0082),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Reġjuni 2020 - valutazzjoni ta’ sfidi tal-ġejjieni għar-reġjuni tal-UE” (SEC(2008)2868),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-diżastru naturali kbir li seħħ fir-reġjun awtonomu ta’ Madejra fl-24 ta’ Frar 2010 u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2010 dwar id-diżastru naturali kbir fir-reġjun awtonomu ta’ Madejra u l-effetti tal-maltempata “Xynthia” fl-Ewropa (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi seħħew diżastri naturali kbar, fil-forma ta’ għargħar f'diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, partikolarment fil-Polonja, fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja u fl-Ungerija u r-Rumanija, kif ukoll fil-Ġermanja u fl-Awstrija, u riċentament fi Franza, bir-riżultat li xi nies mietu u oħrajn indarbu u li nneċessita wkoll l-evakwazzjoni ta’ eluf ta’ persuni,

B.

billi dawk id-diżastri kkawżaw ħsarat gravi, inkluż fuq l-infrastruttura, l-impriżi u l-art agrikola, filwaqt li qerdu ukoll elementi tal-wirt naturali u kulturali, u possibbilment ħolqu riskji għas-saħħa pubblika,

C.

billi jeħtieġ li ssir rikostruzzjoni taż-żoni meqruda jew danneġġati mid-diżastri biex jitpatta għat-telf ekonomiku u soċjali tagħhom,

D.

billi l-frekwenza, is-severità, il-kumplessità u l-impatt tad-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem madwar l-Ewropa tqawwew bil-ħeffa f'dawn l-aħħar snin,

1.

Jesprimi s-simpatija tiegħu mal-abitanti tar-reġjuni milquta mid-diżastri, jieħu nota tal-effetti ekonomiċi serji possibbli, u jesprimi r-rispett u jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi;

2.

Jirrikonoxxi l-isforzi ma jaqtgħu xejn tal-ekwipaġġi tat-tiftix u tas-salvataġġ biex isalvaw il-ħajjiet u jnaqqsu l-ħsarat fiż-żoni milquta;

3.

Jifraħ bl-azzjonijiet tal-Istati Membri li pprovdew għajnuna liż-żoni milquta, għax is-solidarjetà Ewropea tissarraf f'għajnuna reċiproka f'qagħdiet ħżiena;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrevedu l-ippjanar, il-politiki dwar l-użu sostenibbli tal-artijiet, il-kapaċitajiet ta’ assorbiment tal-ekosistemi u l-aqwa prattiki fid-dawl tar-riskji miżjuda ta’ għargħar li jirriżultaw mill-mod li bih jiġu ġestiti l-art, il-ħabitats u s-sistemi tal-iskular tal-ilma u biex iqawwu l-kapaċità tal-infrastruttura għall-kontroll tal-għargħar u għall-iskular tal-ilma ħalli jillimitaw il-ħsarat ikkawżati minn kwantitajiet estremi ta’ xita;

5.

Jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni milquta mid-diżastri biex jagħtu attenzjoni partikolari għas-sostenibbiltà tal-pjanijiet rispettivi ta’ rikostruzzjoni tagħhom u biex iqisu l-fattibbiltà ta’ investiment fit-tul fil-politiki tal-Istati Membri dwar il-prevenzjoni tad-diżastri u r-reazzjoni għalihom;

6.

Jistieden lill-Istati Membri biex jaqdu r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva tal-UE dwar l-Għargħar u biex jimplimentawha; iħeġġeġ li l-mapep tar-riskju tal-għargħar għandhom jitqiesu fil-ġestjoni tal-ippjanar territorjali; jenfasizza li l-prevenzjoni effikaċi tal-għargħar jeħtieġ li tkun ibbażata fuq strateġiji transkonfinali; jinkoraġġixxi lil Stati Membri ġirien biex jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fit-trattament tal-prevenzjoni tad-diżastri naturali, biex b'hekk jiżguraw li jsir l-aħjar użu possibbli mill-fondi tal-UE allokati għal dan il-għan;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex bl-akbar ħeffa possibbli jagħtu appoġġ lil dawk milquta mill-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tad-diżastri;

8.

Itenni li huwa importanti ħafna li jkun hemm regolament ġdid dwar l-EUSF ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0108) biex jiġu indirizzati l-problemi kkawżati mid-diżastri naturali b'mod aktar flessibbli u effikaċi; jikkritika l-fatt li l-Kunsill imblokka l-proposta, minkejja l-fatt li l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu b'maġġoranza kbira ħafna fl-ewwel qari f'Mejju 2006; iħeġġeġ lill-Presidenza Belġjana u lill-Kummissjoni biex ifittxu soluzzjoni bla dewmien għall-attivazzjoni mill-ġdid ta’ dan ir-Regolament, bil-għan li jinħoloq strument aktar qawwi u flessibbli li jkun kapaċi jirreaġixxi b'aktar effikaċja għall-isfidi l-ġodda tat-tibdil fil-klima;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, wara li l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jressqu l-pjanijiet rispettivi tagħhom ta’ rikostruzzjoni, minnufih tieħu ġassi ħalli tiżgura li r-riżorsi finanzjarji meħtieġa jintefqu bl-akbar rapidità, effikaċja u flessibbiltà possibbli mill-EUSF;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummisjsoni biex, minbarra li timmobilizza l-EUSF, tkun miftuħa u flessibbli meta tinnegozja mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali dwar ir-reviżjoni tal-programmi operazzjonali reġjonali għall-perjodu 2007-2013 ffinanzjati mill-ERDF, l-ESF u l-Fond ta’ Koeżjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel din ir-reviżjoni mill-aktar fis possibbli;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu kont tad-differenzi bejn ir-reġjuni milquta, li jinkludu fost l-oħrajn żoni muntanjużi u oħrajn max-xtut tax-xmajjar, biex tgħin lill-vittmi bl-aħjar mod possibbli;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fiż-żoni milquta.


(1)  ĠU C 272 E, 13.11.2003, p. 471.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2005)0334.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2006)0222, 0223 u 0224.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2006)0349.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0065.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/130


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Taħriġ ġudizzjarju

P7_TA(2010)0242

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar it-taħriġ ġudizzjarju – Il-Programm ta’ Stokkolma

2011/C 236 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar l-irwol tal-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarja Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-programm ta’ Stokkolma (3),

wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-10 ta’ Mejju 2010 lill-Kummissjoni dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju - il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Stokkolma (O-0063/2010 – B7-0306/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdu għall-adozzjoni, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ta’ miżuri li jkollhom l-għan li jiżguraw “appoġġ fit-taħriġ tal-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju”,

B.

billi fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma, il-Kummissjoni ħabbret li se tippreżenta komunikazzjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar taħriġ Ewropew għall-professjonijiet legali kollha fl-2011 u li se tniedi proġetti pilota dwar programmi ta’ skambju “Stil Erasmus” għall-awtoritajiet ġudizzjarji u l-professjonisti legali fl-2010-2012,

C.

billi għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet partikolari tal-ġudikatura fir-rigward ta’ taħriġ fil-forma ta’ korsijiet ta’ familjarizzazzjoni mad-dritt nazzjonali, kumparattiv u Ewropew u s-sensittività li jeħtieġ li tintwera fl-organizzazzjoni ta’ korsijiet bħal dawn,

D.

billi huwa partikolarment diffiċli li jiġi organizzat taħriġ għall-membri tal-ġudikatura meta jitqiesu r-restrizzjonijiet fuq il-ħin u d-disponibilità tagħhom, l-indipendenza tagħhom u l-bżonn li l-korsijiet ikunu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom f'termini ta’ problemi ġuridiċi attwali,

E.

billi dawn il-korsijiet għandu jkollhom l-għan ukoll li joħolqu linji ta’ komunikazzjoni bejn il-parteċipanti u b'hekk irawmu kultura ġudizzjarja Ewropea bbażata fuq il-fehim reċiproku biex b'hekk tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka li fuqha hija bbażata s-sistema tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi,

F.

billi, minkejja l-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali, l-Istati Membri għad għandhom ir-responsabilità primarja għat-taħriġ ġudizzjarju u għandhom jaċċettawha,

G.

billi madankollu huwa essenzjali li jkun hemm finanzjament tal-UE għal korsijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju bħal dawn imfassla biex irawmu kultura ġudizzjarja Ewropea,

H.

billi taħriġ ġudizzjarju xieraq u l-ħolqien ta’ kultura ġudizzjarja Ewropea jistgħu jħaffu l-proċeduri ġudizzjarji f'każijiet transkonfinali u għalhekk jagħtu kontribut sinifikanti sabiex jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern kemm għan-negozji kif ukoll għaċ-ċittadini u sabiex ikun aktar faċli għaċ-ċittadini li eżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu li jkollhom aċċess għall-ġustizzja,

I.

billi l-Kummissjoni għandha tagħmel inventarju tal-programmi u l-iskejjel nazzjonali ta’ taħriġ għall-ġudikatura bil-ħsieb ukoll li jiġu identifikati l-aħjar prattiki f'dan is-settur,

J.

billi huwa neċessarju li wieħed ikompli jibni fuq l-istrutturi u n-netwerks eżistenti, b'mod partikolari n-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tad-Dritt Ewropew, u li jiġu involuti n-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikaturi, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi u n-netwerk Eurojustice tal-Prosekuturi Ġenerali Ewropej fit-twaqqif tal-proġetti pilota għat-taħriġ ġudizzjarju,

1.

Jilqa' r-reazzjoni fil-pront tal-Kummissjoni għas-suġġerimenti inklużi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta’ Novembru 2009;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li l-Parlament ikun involut b'mod sħiħ fit-tfassil u l-approvazzjoni tal-arranġamenti għat-taħriġ ġudizzjarju, b'mod partikolari l-proġetti pilota previsti fil-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Iqis li l-proġetti pilota proposti m'għandhomx ikunu ristretti, f'dak li jirrigwarda l-membri tal-ġudikatura, għal programmi ta’ skambju “stil Erasmus”;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda l-konsultazzjonijiet, b'mod partikolari mal-Parlament, bil-ħsieb li jitfasslu u jitħejjew il-proġetti pilota futuri malajr kemm jista' jkun;

5.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri fil-Kunsill, biex tipproduċi proposti malajr kemm jista' jkun għall-ħolqien ta’ netwerk ta’ korpi tat-taħriġ legali fl-Unjoni kollha akkreditati biex jipprovdu korsijiet ta’ familjarizzazzjoni fid-dritt nazzjonali, kumparattiv u Ewropew għall-membri tal-ġudikatura fuq bażi stabbli u kontinwa;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsulta mal-Parlament rigward pjanijiet separati għall-ħolqien ta’ istituzzjoni li tibni fuq strutturi u netwerks eżistenti, b'mod partikolari n-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tad-Dritt Ewropew;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposti konkreti għall-finanzjament tal-Pjan ta’ Azzjoni futur dwar it-taħriġ ġudizzjarju;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  COM(2010)0171.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0352.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2009)0090.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/132


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea

P7_TA(2010)0243

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea (2009/2107(INI))

2011/C 236 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Il-bini ta’ futur sostenibbli għall-akkwakultura: Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea (COM(2009)0162),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar (1),

wara li kkunsidra l-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta’ speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (COM(2009)0541),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2009 tal- 24 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-folja ta’ informazzjoni supplimentari għan-notifikazzjoni tal-għajnuna għas-sajd u l-akkwakultura (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2009 tad-19 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 fejn jirrigwarda n-notifiki li jikkonċernaw l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-iffissar tal-prezzijiet u l-intervent fi ħdan l-iskop tal-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (Riformulazzjoni) (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (4), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/946/KE tat-12 ta’ Diċembru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar ir-rekwiżiti għall-kwarantina tal-annimali tal-akkwakultura (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (7),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (8),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea (9),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet li jgħaddu l-mard (10),

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni bit-titlu “Linjigwida għal Strateġija Integrata għall-Politika Marittima: Lejn l-aqwa prassi fil-governanza marittima integrata u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati” (COM(2008)0395), “Pjan ta’ Tmexxija għall-Ippjanar Spazjali Marittimu: Il-ksib ta’ Prinċipji Komuni fl-UE” (COM(2008)0791) u “Niżviluppaw id-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2009)0536), u r-Rapport tal-Progress tal-Politika Marittima Integrata tal-UE (COM(2009)0540),

wara li kkunsidra r-Rapporti u l-Opinjonijiet Xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tal-2008 dwar sitta mill-ispeċijiet ewlenin tal-ħut li jitrabbew għall-ikel fl-UE u l-Opinjonijiet Xjentifiċi tal-EFSA tal-2009 dwar il-benessri fil-punt tal-qatla ta’ tmien speċijiet ta’ ħut li jitrabbew għall-ikel,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2010 (11) dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd (COM(2009)0163),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2008 (12) dwar l-adozzjoni ta’ Pjan Ewropew ta’ Kontroll tal-Istokkijiet tal-Marguni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Settembru 2008 (13) dwar is-Sajd u l-Akkwakultura fil-kuntest ta’ Amministrazzjoni Integrata taż-Żona Kostali fl-Ewropa,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008 (14) dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiki mill-Istati Membri dwar l-akkwakultura,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2007 (15) dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2006 (16) dwar it-tnedija ta’ dibattitu dwar approċċ Komunitarju rigward skemi ta’ ekotikkettar għall-prodotti tas-sajd,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2003 (17) dwar l-akkwakultura fl-Unjoni Ewropea: il-preżent u l-futur,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-eżaminar tal-għajnuna mill-Istat għas-sajd u għall-akkwakultura (18) u l-aċċettazzjoni tal-Linji Gwida mill-Istati Membri (19),

wara li kkunsidra t-Trattat FUE u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona (20),

wara li kkunsidra r-rapport tar-raba' Sessjoni tas-Sottokumitat tal-FAO dwar l-Akkwakultura (21),

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO għal Sajd Responsabbli (22),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0150/2010),

A.

billi fil-preżent mhemmx qafas leġiżlattiv speċifiku u armonizzat għas-settur tal-akkwakultura: billi minflok, dan is-settur huwa kopert minn diversi testi leġiżlattivi tal-UE f'oqsma differenti (l-ambjent, is-saħħa pubblika, eċċ.) u minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tista' tvarja b'mod notevoli minn Stat Membru għal ieħor, u b'hekk tinħoloq konfużjoni bejn l-operaturi fis-settur, apparti li tikkawża diskriminazzjoni u tgħawwiġ fis-suq,

B.

billi, f’dan il-kuntest, l-aktar pass xieraq hu li l-Kummissjoni tipproponi regolament li jistipula r-regoli għas-settur tal-akkwakultura u b’hekk iddaħħal iċ-ċarezza leġiżlattiva meħtieġa,

C.

billi s-settur tal-akkwakultura huwa settur ekonomiku, innovattiv u potenzjalment ta’ teknoloġika sofistikata li jirrikjedi investiment strutturali u riċerka intensiva u ppjanar għal żmien twil operattiv u finanzjarju, u għaldaqstant jeħtieġ ukoll ċertezza legali u oqsfa leġiżlattivi ċari u stabbli,

D.

billi s-settur tal-akkwakultura jinteraġixxi b'mod dirett ma’ oqsma tal-politika li huma importanti ħafna għas-soċjetà tagħna, bħall-ambjent, it-turiżmu, l-ippjanar urban, l-iżvilupp reġjonali, is-saħħa pubblika u l-ħarsien tal-konsumatur; billi għaldaqstant huwa essenzjali li jitqiesu sewwa l-interessi tas-settur u li dan is-settur jiġi ttrattat b'mod ġust,

E.

billi l-forom kollha tal-akkwakultura għandhom ikunu sostenibbli u ġusti soċjalment u, b’konsegwenza ta’ dan, m’għandha ssir l-ebda ħsara lill-ekosistemi biż-żieda fil-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi naturali u fil-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jiġu prodotti mill-bniedem, bħal kimiċi mhux degradabbli u diossidu tal-karbonju, u permezz ta’ tfixkil fiżiku,

F.

billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2002 (COM(2002)0511) tal-2002 uriet ċar li mhix adegwata biex tinkuraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jagħtu spinta sinifikanti lill-iżvilupp tas-settur tal-akkwakultura tal-UE, filwaqt li f'dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm tkabbir sostanzjali tas-settur mad-dinja kollha, flimkien ma’ tkabbir fid-domanda għall-prodotti tas-sajd, kemm għal dawk tal-akkwakultura u kemm għall-ħut selvaġġ, b'żieda kbira fl-importazzjoni ta’ prodotti bħal dawn minn pajjiżi ta’ barra l-UE,

G.

billi l-UE hija importatur nett tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, u d-domanda għal dawn il-prodotti qed tiżdied kemm globalment, minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni dinjija, kif ukoll fuq livell Komunitarju minħabba l-adeżjonijiet tal-imgħoddi u ġejjiena fl-UE ta’ pajjiżi li fihom din it-tendenza ta’ domanda hija aktar aċċentwata, kif ukoll minħabba li x-xejriet tal-konsum qed jinbidlu lejn ikel ibbażat fuq prodotti aktar tajbin għas-saħħa,

H.

billi, barra minn hekk, hemm bżonn ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni affidabbli għall-prodotti tal-akkwakultura,

I.

billi s-settur tal-akkwakultura sostenibbli tal-Komunità jista' jagħti kontribut kbir biex jiżgura provvisti tal-ikel ta’ kwalità għolja fir-rigward tal-prodotti tal-ħut u b'hekk inaqqas il-pressjoni fuq l-ispeċijiet selvaġġi billi jiddiversifika l-provvista tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, apparti li għandu rwol importanti fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel, tal-attivitajiet ekonomiċi u tal-impjiegi, b'mod speċjali f'reġjuni rurali u tal-kosta,

J.

billi l-UE għandha għaldaqstant tagħti importanza strateġika akbar lis-settur tal-akkwakultura sostenibbli u lill-iżvilupp tiegħu, filwaqt li tipprovdi lis-settur bl-għajnuna finanzjarja meħtieġa, filwaqt li jibqa’ jitqies li t-teknoloġija għolja meħtieġa mill-attivitajiet tal-akkwakultura spiss tinvolvi investiment sostanzjali minn kumpaniji, ikunu ta’ liema daqs ikunu,

K.

billi, minħabba l-importanza li jiġi żviluppat settur tal-akkwakultura, il-Kummissjoni hija mħeġġa li tiddedika parti mill-Fond Ewropew għas-Sajd għal dan il-għan; billi l-istrumenti relevanti jeħtieġ li jkunu flessibbli u effikaċi biżżejjed biex jiggarntixxu l-iżvilupp tas-settur, inkluża r-riċerka xjentifika,

L.

billi r-riċerka kunsiderevoli u l-innovazzjoni teknoloġika meħtieġa biex tkun żgurata l-kompetittività u s-sostenibilità tal-akkwakultura u biex ikun possibbli li l-operaturi jagħmlu suċċess fis-settur jinsabu lil hinn mill-possibilitajiet ta’ bosta kumpaniji fis-settur, irrelevanti jekk dawn ikunux SMEs jew impriżi kbar,

M.

billi, biex tkun effettiva, politika tal-akkwakultura sostenibbli jeħtieġ tkun strutturata b'mod li tgawdi u tippromwovi l-involviment multidixxiplinarju u kkoordinat tas-setturi kollha relatati mal-attività,

N.

billi l-UE diġà qed tapplika politika ta’ appoġġ għall-agrikoltura organika u għall-prodotti tal-akkwakultura orġaniċi permezz tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007, 889/2008 u 710/2009, bħala ċ-ċavetta għal settur tal-akkwakultura Ewropew, li jkun sostenibbli, li hija marbuta mill-qrib mal-idea li l-prodott jitjieb kemm jista' jkun ħalli jsir aktar kompetittiv u titjieb il-ħarsien tal-konsumaturi u anke l-informazzjoni u l-libertà tal-għażla tal-konsumaturi,

O.

billi kwalunkwe politika tal-akkwakultura sostenibbli, fil-livell Komunitarju u kemm fil-livell lokali, trid tqis id-distinzjonijiet bejn id-diversi tipi ta’ prodotti tal-akkwakultura (il-ħut tal-ilma baħar, il-ħut tal-ilma ħelu, il-molluski, il-krustaċji, l-algi u l-ekinodermi), b'miżuri adatti kif jixraq għall-istrutturi u għall-kwistjonijiet tas-swieq u tal-kompetizzjoni,

P.

billi l-miżuri għall-promozzjoni tal-iżvilupp tal-akkwakultura sostenibbli għandhom f’xi każijiet iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-livelli ta’ stress ikkawżati mid-densità tal-farm jew tat-trasport u li jinstabu metodi ta’ qtil inqas krudili, u l-benessri tal-ħut b'mod ġenerali,

Q.

billi l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħraf lill-ħut bħala ħlejjaq senzjenti u jipprevedi li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, meta jfasslu u jimplimentaw il-politiki tagħhom dwar is-sajd, iqisu bis-sħiħ il-ħtiġijiet ta’ benessri tal-annimali,

R.

billi f'ħafna pajjiżi tal-UE, l-operaturi tal-akkwakultura huma mtaqqla minn ostakli burokratiċi eċċessivi u piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-qafas legali eżistenti, li jillimitaw il-produttività u l-kompetittività tal-impriżi tagħhom, u b'hekk jiskuraġġixxu lill-investituri,

S.

billi l-ħut huma d-dieta naturali ta’ ħafna speċijiet ta’ ħut imrobbija fil-farms u l-biċċa l-kbira tal-farms jiddependu fuq dieti li fihom xi ikel mill-ħut jew żejt tal-ħut,

T.

billi fl-istess waqt, ħafna pajjiżi tal-UE mgħandhomx pjanijiet tal-iżvilupp nazzjonali jew reġjonali speċifiċi li jirregolaw l-impjanti f'żoni kontinentali, kostali jew marittimi u li jiddefinixxu b'mod ċar iż-żoni disponibbli għall-impjanti tal-akkwakultura, bil-għan li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess faċilment prevedibbli mal-politiki tal-ħarsien ambjentali u setturi ekonomiċi oħra, bħat-turiżmu, l-agrikoltura u s-sajd mal-kosta,

U.

billi politika tal-akkwakultura sostenibbli tista' teżisti flimkien ma’ żoni Natura 2000 u tista' anke tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-ġestjoni tagħhom f'każijiet fejn l-għanijiet tal-konservazzjoni tas-sit jippermettu, u għall-benessri tal-popolazzjonijiet ikkonċernati meta tittratta attivitajiet tradizzjonali tas-sajd għall-frott tal-baħar jew meta tipprovdi għal impjanti tal-akkwakultura ta’ daqs xieraq li għalihom mhemmx siti alternattivi, li jirrispettaw ir-regoli Komunitarji dwar l-istimi tal-impatt ambjentali u huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien tal-ħabitats,

V.

billi l-prodotti tal-UE fil-mument qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ kompetizzjoni qawwija minħabba l-importazzjonijiet minn pajjiżi ta’ barra l-UE, b'mod speċjali mit-Turkija, miċ-Ċilì, mill-Vjetnam u miċ-Ċina, fejn il-kumpaniji jistgħu joperaw b'ħafna inqas spejjeż peress li mhumiex soġġetti għall-istess limitazzjonijiet legali, għall-istess liġijiet ambjentali u fitosanitarji stretti, u jistgħu iħallsu salarji baxxi (dumping soċjali), u b'hekk ipoġġu lis-settur tal-akkwakultura tal-UE taħt aktar pressjoni, u dan jaffettwa l-kwalità tal-ikel u jipperikola s-saħħa tal-konsumaturi,

W.

billi l-attivitajiet tal-akkwakultura għandhom impatt ambjentali aktar baxx minn ta’ setturi primarji oħrajn, u għaldaqstant il-prodotti tal-akkwakultura huma aktar sostenibbli; billi sezzjoni tas-soċjetà ċivili Ewropea mhix konxja ta’ dan il-fatt, li jista’ jwassal għal preġudizzji bla bażi dwar dawn il-prodotti,

X.

billi l-ħsara minħabba l-marguni qed thedded, f’ħafna żoni, l-attività tradizzjonali u naturali tas-sajd fl-għadajjar tal-ħut,

Ġenerali

1.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tressaq il-Komunikazzjoni COM(2009)0162 imsemmija hawn fuq, bħala indikazzjoni li qiegħda tingħata aktar attenzjoni lis-settur tal-akkwakultura sostenibbli, u jittama li din se twassal għal reviżjoni leġiżlattiva li tkun aktar adatta għall-ħtiġiet u l-isfidi li qiegħed iħabbat wiċċu magħhom is-settur, bil-għan li jiġi kkonsolidat fil-livell globali;

2.

Jirrimarka li bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Parlament Ewropew ma għadux entità konsultattiva fis-settur tas-sajd, u li sar koleġiżlatur fis-settur tal-akkwakultura wkoll;

3.

Iqis li kwalunkwe riforma leġiżlattiva tas-settur tal-akkwakultura għandha tkun kumpatibbli, b'mod faċli u kumplimentari, mal-proċess attwali tar-riforma tal-PKS;

4.

Jindika li l-Parlament fil-imgħoddi diġà kien ġibed l-attenzjoni rigward il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni aktar konċiża, konsistenti u trasparenti dwar l-akkwakultura;

5.

Jesprimi l-fehma li settur tal-akkwakultura sostenibbli u b'saħħtu jista' jkun katalist għall-iżvilupp ta’ ħafna nħawi remoti, kostali u rurali fl-Istati Membri u jgħin fl-iżvilupp tal-produzzjoni relatati, b’benefiċċji sinifikanti għall-konsumaturi wkoll, f’sura ta’ prodotti tal-ikel ta’ kwalità għolja, tajbin għas-saħħa u prodotti b’mod sostenibbli;

6.

Iqis li l-kompetittività tal-akkwakultura tal-Komunità għandha tissaħħaħ permezz ta’ appoġġ qawwi, attiv, kostanti u li jkun iffukat għar-riċerka u għall-iżvilupp teknoloġiku, li hu prerekwiżit essenzjali għall-iżvilupp ta’ settur tal-akkwakultura li jkun sostenibbli, modern, effiċjenti, ekonomikament vijabbli u b'kuxjenza ambjentali; jinnota wkoll li n-netwerks ta’ riċerka, il-gruppi ta’ riċerka multidixxiplinarji, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-koordinament bejn is-settur u x-xjenzjati permezz ta’ pjattaformi tat-teknoloġija huma essenzjali biex jiggarantixxu li l-investiment fl-R&Ż jagħtu riżultati tajbin;

7.

Jilqa’ l-ħolqien tal-Pjattaforma Ewropea għat-Teknoloġija u l-Innovazzjoni fl-Akkwakultura, filwaqt li titqies il-ħtieġa li s-settur tal-akkwakultura jkun appoġġjat bl-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jirrispondi għall-isfidi li jinħolqu;

8.

Iqis li s-suċċess tas-settur tal-akkwakultura sostenibbli Ewropew se jiddependi ħafna mill-bini, fil-livell nazzjonali u lokali, ta’ ambjent li jiffaċilita aktar in-negozju, u għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri biex, mingħajr dewmien iħaffu f’xogħolhom għal dan il-għan u jippromwovu l-iskambji tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki fil-livell tal-UE;

9.

Jenfasizza li t-tnaqqas tal-burokrazija jinkuraġġixxi l-investiment fis-settur u jqis li hu essenzjali li l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali, jimplimentaw proċeduri ta’ simplifikazzjoni amministrattiva malajr kemm jista' jkun, filwaqt li jintroduċu proċeduri ta’ konċessjoni trasparenti u standardizzati fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-ħolqien ta’ impjanti ġodda tal-akkwakultura;

10.

Iqis li settur tal-akkwakultura sostenibbli u organiku għandu jkun f'pożizzjoni li jipprovdi lill-konsumaturi prodotti tal-ikel ta’ kwalità għolja li jiżguraw nutriment tajjeb għas-saħħa u bbilanċjat;

11.

Iqis li s-sistemi tal-akkwakultura li jnaqqsu l-istokkijiet tal-ħut selvaġġ jew li jniġġsu l-baħar max-xtut għandhom jitqiesu bħala mhux sostenibbli u li l-akkwakultura Ewropea għandha tagħti prijorità lil speċijiet erbivori u lil speċijiet karnivori li jistgħu jgħixu fuq konsum imnaqqas ta’ ikel li ġej mill-ħut u ta’ żejt tal-ħut;

12.

Jenfasizza li, sabiex tikber l-industrija tal-akkwakultura fl-Ewropa, is-settur jiddependi minn żvilupp kontinwu biex il-fattur tal-konverżjoni tal-għalf għall-prodott (FCR) tal-proteina miksuba mis-sajd fis-selvaġġ; isemmi l-fatt li l-istokkijiet tal-ħut selvaġġ adatt għall-produzzjoni tal-għalf huma limitati u f’ħafna każijiet isir wisq sajd fihom u għaldaqstant, l-iżvilupp tal-akkwakultura għandu jiffoka aktar fuq l-ispeċijiet erbivori u fuq l-ispeċijiet li jieklu l-ħut, biex b’hekk jonqos aktar il-fattur tal-għalf;

13.

Iqis li huwa urġenti u indispensabbli li jiġu introdotti u msaħħa l-kriterji rigorużi u trasparenti dwar il-kwalità u t-traċċabilità tal-prodotti tal-akkwakultura tal-UE, li jitjieb l-għalf, u li jiddaħħlu u jissaħħu l-kriterji tat-tikkettar għall-prodotti tal-akkwakultura ta’ kwalità għolja u għall-produzzjoni tal-akkwakultura organika;

14.

Iqis li l-għan prijoritarju taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità ambjentali għall-prodotti tal-akkwakultura għandu jkun li l-promozzjoni tal-użu b'kuxjenza ambjentali tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin fil-kuntest ta’ żvilupp sostenibbli li jqis il-fatturi ambjentali, ekonomiċi u soċjali, bir-rispett dovut għall-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli (23) u għal-linji gwida ġejjiena tal-FAO;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi programm Ewropew ta’ tikkettar ekoloġiku għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jsegwi l-linji gwida tal-Komunità dwar it-tikkettar ekoloġiku; jenfasizza li t-tikkettar ekoloġiku mhux biss jagħti vantaġġ kompetittiv lill-prodotti tal-akkwakultura Ewropej, iżda wkoll jagħti trasparenza lil suq fejn il-proliferazzjoni ta’ ċertifikazzjonijiet privati jistgħu jfixklu lill-konsumaturi;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni sabiex tiżgura li l-istokkjar tal-farms tal-akkwakultura ma jolqotx l-istatus naturali jew il-vijabilità tal-popolazzjonijiet selvaġġi, tal-ekosistemi tal-baħar u tal-bijodiversità b’mod ġenerali;

17.

Iqis l-assistenza finanzjarja ta’ kumpens għall-ħsara kkawżata minn annimali mħarsa bil-liġi bħala prekundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp ta’ settur sostenibbli, modern u effiċjenti tal-akkwakultura;

18.

Huwa tal-fehma li, filwaqt li kwalunkwe leġiżlazzjoni proposta tal-UE għandha tindirizza aspetti ġenerali bħall-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali, l-użu u l-ħarsien tal-ilma u t-traċċabilità tal-prodott, m'għandux jiġi adottat approċċ ġeneriku u mhux divrenzjat f'dik il-leġiżlazzjoni;

19.

Jenfasizza l-ħtieġa għal impenn aktar sod mill-UE favur investimenti fl-akkwakultura sostenibbli, billi jingħata finanzjament addizzjonali mill-Fond Komunitarju għas-Sajd, u tingħata preferenza għall-aħjar prattika ambjentali; isemmi, madankollu, li l-finanzjament ġejjieni tal-attivitajiet relatati mal-akkwakultura għandhom ikunu possibbli biss bl-implimentazzjoni effikaċi tad-Direttiva dwar l-Istima tal-Impatt Ambjentali (EIA) (24), biex jiġi żgurat li l-proġetti ffinanzjati ma jwasslux għal degradazzjoni tal-ambjent jew tal-istokkijiet tal-ħut u tal-frott tal-baħar selvaġġ;

20.

Jisħaq li r-rispett għall-bijodiversità għandu jkun stabbilit bħala prinċipju bażiku tal-politika tal-akkwakultura tal-UE, kemm għall-ibħra domestiċi kif ukoll għad-dimensjoni esterna tal-istrateġija tal-akkwakultura, u l-appoġġ jingħata lit-trobbija tal-ħut fil-każijiet biss fejn l-ispeċijiet involuti jkunu jew lokali jew ġa stabbiliti sew; jitlob li jkun hemm valutazzjoni xjentifika tar-riskju għal kull introduzzjoni non-nattiva u għal miżuri li jikkontjenu u jimmonitoraw l-ispeċijiet dannużi għall-ekoloġija;

21.

Itenni l-ħtieġa li l-attivitajiet tas-sajd tradizzjonali tal-frott tal-baħar jiġu inklużi mal-bqija tas-settur tal-akkwakultura fil-Politika Komuni dwar is-Sajd, biex tiġi żgurata s-sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali u biex dawn ikunu ggarantiti aċċess non-diskriminatorju għall-finanzjament Ewropew;

22.

Iqis li huwa essenzjali li jittieħdu l-passi kollha xierqa biex jiġi żgurat li kwalunkwe prodott tal-akkwakultura li jkun importat fl-UE minn pajjiż terz, kemm għall-konsum kif ukoll għall-ipproċessar, ikun konformi bis-sħiħ mal-istess standards tas-saħħa pubblika u tas-sikurezza tal-ikel daqs prodott ekwivalenti tal-Komunità, u li kontrolli bir-reqqa fis-siti xierqa jgħinu b'mod effettiv biex jintlaħaq dan il-għan, mingħajr ma joħolqu ostakli ġodda għall-kummerċ u billi jħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

23.

Jenfasizza li l-akkwakultura għandha tiġi meqjusa li hi kumplimentari għas-settur tal-qbid, b'mod partikolari rigward il-provvista tas-suq u l-impjegabilità;

Kunsiderazzjonijiet speċifiċi

Qafas leġiżlattiv, amministrattiv u finanzjarju

24.

Jistieden lill-Kummissjoni li b'ħeffa tippreżenta proposta għal regolament li jikkonsolida f'test wieħed il-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola s-settur tal-akkwakultura, u sabiex tippromwovi l-koordinazzjoni bejn id-diversi Direttorati Ġenerali li għandhom responsabilità f’dan il-qasam;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni biex f'dak ir-regolament tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u r-regoli ġenerali bażiċi Ewropej għad-diversi kategoriji ta’ prodotti, li jrid ikunu konformi magħhom kull stabbiliment tal-akkwakultura fil-Komunità, flimkien mad-dispożizzjonijiet għal armonizzazzjoni massima tal-kriterji tal-impatt ambjentali fil-livell Komunitarju sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, filwaqt li tiġi ddelega r-responsabbiltà tal-fażi tal-implimentazzjoni u l-kontrolli tal-operat tal-istabbilimenti lill-awtoritajiet territorjali kompetenti, b'konformità sħiħa mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; pereżempju l-parametri tal-impatt ambjentali, l-użu tar-riżorsi tal-ilma, it-tagħlif tal-ħut, tal-molluski u tal-krustaċji tat-trobbija fl-unitajiet tal-produzzjoni, it-traċċabilità u l-ittikkettar tal-prodott, kif ukoll l-istandards tas-saħħa u tal-benessri tal-ħut eċċ;

26.

Jemmen li s-settur tal-akkwakultura għandu jkun sorveljat kif xieraq u għandu jkopri medda usa’ ta’ attivitajiet tal-baħar, bħat-trasport marittimu, it-turiżmu nawtiku, il-farms tal-enerġija mir-riħ offshore, is-sajd, eċċ.;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem biex tiżgura li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b'mod formali biex jiddokumentaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni eżistenti rigward l-ambjent u l-ħarsien tat-turiżmu tal-pajjiżi tagħhom u - fir-rigward ta’ dawk iż-żoni li mhumiex soġġetti għal restrizzjonijiet - li jadottaw il-pjanijiet għall-iżvilupp meħtieġa għat-tmexxija taż-żoni tal-baħar, tal-kosta u tal-ilmijiet interni, b'mod li l-pjanijiet settorjali għall-akkwakultura jkunu jistgħu jiġu stabbiliti, filwaqt li jkunu identifikati biċ-ċar iż-żoni disponibbli għall-istabbiliment ta’ impjanti fis-settur;

28.

Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu favur “pjan ta’ żvilupp marittimu” u l-ġestjoni integrata taż-żoni tal-kosta, kif previst mill-politika marittima ġdida tal-UE u b'mod konformi mal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali, li tkopri l-kategoriji differenti kollha tal-prodotti fis-settur, bħas-sajd tal-frott tal-baħar, l-akkwakultura subkostali, l-akkwakultura tal-baħar u l-akkwakultura tal-ilma ħelu, u biex jimpenjaw ruħhom ħalli jnaqqsu l-ostakli burokratiċi eżistenti għall-kisba tal-permessi u tal-konċessjonijiet meħtieġa biex jibdew attività tal-akkwakultura sostenibbli, possibbilment billi joħolqu “one-stop shops” li jiċċentralizzaw il-formalitajiet amministrattivi li jkollhom jagħmlu l-operaturi f'post wieħed; jistieden ukoll lill-Istati Membri sabiex ifasslu pjanijiet strateġiċi fuq żmien fit-tul biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli ta’ din l-attività u lill-Kummissjoni abiex tressaq proposti għall-miżuri kollha meħtieġa biex tkun promossa l-kompetittività fis-settur, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull Stat Membru;

29.

Jittama li l-Fond tas-Sajd Ewropew tal-ġejjieni b'appoġġ għall-Politika Komuni tas-Sajd riformata se jipprevedi linji baġitarji speċifiċi għall-iżvilupp ta’ akkwakultura sostenibbli u appoġġ għall-investiment f'dak is-settur, li jsegwi l-aħjar prattika ambjentali, u li jippromwovi l-attività ekonomika u l-ambjent b'attenzjoni partikulari fuq impjanti teknoloġikament innovattivi li jkollhom inqas impatt ambjentali (pereżempju sistemi tat-tisfija tal-ilma biex jitneħħew ir-residwi u l-elementi niġġiesa), farms li jippromwovu s-saħħa u l-benessri tal-ħut u forom sostenibbli ta’ akkwakultura;

30.

Jittama li dan il-Fond se jqis il-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju għall-impriżi fis-settur, b'mod partikolari lill-SMEs u lill-impriżi familjari, abbażi tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-inħawi kostali u b’enfasi fuq l-inħawi remoti jew tal-konfini;

31.

Jappoġġja lill-Istati Membri fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ liċenzji li jinkuraġġixxu l-aċċess fit-tul għas-siti eżistenti, speċjalment fis-siti fejn joperaw l-SMEs u l-impriżi mmexxija mill-familji;

32.

Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkunu żgurati kontribuzzjonijiet finanzjarji ikbar għar-riċerka xjentifika, għall-innovazzjoni u għat-trasferiment tat-teknoloġija fil-qasam tal-akkwakultura tal-baħar u tal-ilma ħelu li tkun sostenibbli u organika, u għall-impriżi li jridu jikkonvertu l-produzzjoni konvenzjonali kollha tagħhom, jew parti minnha, għal produzzjoni organika, permezz ta’ politiki settorjali li jkopru l-aspetti ewlenin kollha, mill-katina tal-provvista għall-ottimizzazzjoni u l-promozzjoni tal-prodotti fis-suq, b'ġestjoni aħjar ta’ dawk l-aspetti fl-assi tematiċi stipulati mill-Fondi Strutturali u minn programmi Komunitarji;

33.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi lis-settur tal-akkwakultura strument ekonomiku reali għas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u sabiex tidentifika sistemi ta’ appoġġ f’każ ta’ diżastri bijoloġiċi naturali (bħall-proliferazzjoni tal-fitoplankton tossiku), diżastri li ġejjin mill-bniedem (bħall-“Erika” u l-“Prestige”) jew fenomeni meteoroloġiċi estremi (ċikluni, għargħar, eċċ.);

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw it-trobbija sperimentali ta’ speċijiet awtoktoni, teknoloġiji għall-produzzjoni ta’ ħut b’saħħtu u sforzi biex jiġġieldu l-mard assoċjat mal-akkwakultura, fl-interess tad-diversifikazzjoni tal-produzzjoni tal-akkwakultura Komunitarja, biex din tkun tista' toffri prodotti ta’ kwalità għolja u ta’ valur miżjud ogħla, billi jitħeġġu r-riċerka u l-iskambji tal-aħjar prattiki fuq dawk l-ispeċijiet u fuq il-metodi ta’ produzzjoni konċernati, sabiex il-prodotti tal-akkwakultura jkunu jistgħu jikkompetu aħjar ma’ prodotti tal-ikel innovattivi oħra;

35.

Jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-istokks tal-ispeċijiet li qed isiru aktar skarsi fix-xmajjar jerġgħu lura għal-livelli ta’ qabel, b’mod partikulari l-ispeċijiet migratorji tradizzjonali b’impatt ekonomiku sinifikanti fuq il-popolazzjonijiet lokali (l-istorjun, l-alosa alosa, is-salamun, eċċ.) u ċerti speċijiet tal-baħar, u jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għall-ħtieġa li jiġi ggarantit il-finanzjament meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis it-tendenza lejn l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ta’ akkwakultura offshore bħala soluzzjoni potenzjali għall-problema tad-disponibilità tal-ispazju fuq ix-xtut Ewropej, u sabiex tqis il-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi diffiċli li fihom dan it-tip ta’ akkwakultura jitwettaq;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu taħriġ professjonali xieraq fil-qasam tal-akkwakultura, jagħtu spinta lill-kompetittività fis-settur, u jinkuraġġixxu l-possibilità ta’ taħriġ mill-ġdid għall-membri professjonali tal-industrija tas-sajd f'metodi alternattivi tal-ġestjoni ta’ ambjenti akkwatiċi, biex b’hekk jgħinu wkoll fil-ħolqien ta’ impjiegi sikuri għaż-żgħażagħ f'żoni rurali u tal-kosta u fir-reġjuni l-aktar periferiċi, u b'mod speċjali fir-reġjuni li jiddependu ħafna mill-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura;

38.

Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet li jispeċjalizzaw fil-promozzjoni tal-prodotti tal-akkwakultura; jistieden ukoll lill-Kummissjoni testendi r-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq komuni tas-settur tal-akkwakultura sostenibbli u tappoġġja u toffri inċentivi għal kampanji promozzjonali fil-livell tal-UE u tas-swieq esterni;

Politika tal-kwalità u tal-ħarsien tal-konsumatur

39.

Huwa tal-fehma li l-iżvilupp tal-akkwakultura sostenibbli ma jistax jieħu preċedenza fuq politika tal-kwalità stretta, metodi tal-produzzjoni b'kuxjenza ambjentali li jirrispettaw il-benessri tal-annimali – fir-rigward tat-trasport tal-istokk tal-akkwakultura, tal-metodi tat-tbiċċir u tal-bejgħ ta’ ħut ħaj – standards tas-saħħa rigurużi u livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tiżviluppa tikketta tal-kwalità speċifika tal-UE għall-prodotti tal-akkwakultura, flimkien ma’ tikketta speċifika għall-akkwakultura organika, filwaqt li tistabbilixxi regoli stretti skont il-prinċipji tal-UE għall-produzzjoni organika ta’ kwalità għolja, biex il-konsumatur ikun jista' jkun żgur mill-affidabilità tas-sistema tal-produzzjoni, tal-kontroll u tat-traċċabilità sħiħa tal-prodotti tal-akkwakultura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tuża strutturi ta’ tikkettar diġà eżistenti għall-produzzjoni ta’ akkwakultura organika ta’ kwalità għolja;

41.

Huwa tal-fehma li l-produzzjoni responsabbli ta’ ingredjenti għall-għalf tal-ħut, inklużi ingredjenti mill-baħar, hija kundizzjoni għas-sostenibilità tal-akkwakultura;

42.

Jistieden lill-Kummissjni torganizza u tippromwovi, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, kampanji ta’ informazzjoni istituzzjonali ħalli tippromwovi l-prodotti tal-akkwakultura, inklużi prodotti tal-akkwakultura organika;

43.

Itenni l-fehmiet li diġà esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2008 (25) dwar l-adozzjoni ta’ Pjan Ewropew ta’ Kontroll tal-Marguni, u jindika li t-tnaqqis fil-ħsarat ikkawżati mill-marguni u minn tajr ieħor tal-priża lid-ditti tal-akkwakultura huwa fattur importanti fl-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħhom u għaldaqstant għas-sopravivenza u għall-kompetittività tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu stmati l-ħsarat ikkawżati mill-marguni u tajr ieħor tal-priża fis-settur tal-akkwakultura u sabiex jitfasslu pjanijiet għal azzjoni korrettiva f’dan is-settur;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-azzjonijiet mitluba fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Diċembru 2008, l-aktar fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ kontroll tal-popolazzjoni tal-marguni fuq diversi stadji, ikkoordinat fuq livell Ewropew, u l-ġbir ta’ dejta xjentifika dwar id-daqs tal-popolazzjonijiet tal-margun; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti għal-leġiżlazzjoni komprensiva f’dan il-qasam;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u wara li tkun ikkunsidrat id-diversi kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatoloġiċi, it-tekniki ta’ produzzjoni użati u n-natura partikulari tal-ispeċijiet imrobbija, tipproponi kriterji sostenibbli speċifiċi rigward il-benessri tal-ħut tat-trobbija, bħal livelli massimi ta’ densità tat-trobbija, il-kwantità ta’ proteini veġetali u annimali li jistgħu jintużaw f'għalf għall-ħut tat-trobbija fit-tipi differenti ta’ fish farms, u li jqisu l-fatturi speċifiċi relatati mat-trobbija ta’ speċijiet individwali, ir-rekwiżiti nutrittivi tal-ispeċijiet tal-ħut imrobbija, il-fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u l-kundizzjonijiet ambjentali, u biex tippromwovi prattiki tat-trasport u tal-qtil li jillimitaw l-elementi li joħolqu l-istress u t-tibdil tal-ilma fl-għadajjar tal-ħut b'mod li ma jkunx iddisturbat il-ħut li jitrabba fihom; jifhem li l-għan fit-tul irid ikun is-sostituzzjoni tal-proteini annimali bi proteini veġetali għall-ispeċi kollha fejn ikun possibbli, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet nutrittivi tagħhom, u li r-riċerka strateġika dwar is-sostituzzjoni għall-ingredjenti essenzjali għandha tkun l-ogħla prijorità, meta wieħed iqis li r-riċerka dwar in-nutrijenti essenzjali u dwar il-produzzjoni tagħhom minn sorsi alternattivi bħall-alka mikroskopika u l-ħmira jnaqqas il-ħtieġa ta’ għalf magħmul mill-ħut fuq żmien twil;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-ħarsien tal-annimali waqt it-trasport (26) sabiex jiġi limitat it-trasport tal-ħut fuq distanzi twal, u b’hekk jiġu promossi l-impjanti lokali tal-trobbija tal-ħut u biċċeriji qrib il-farms tal-ħut;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni biex taċċerta li l-provvista ta’ materja prima użata għal-għalf tal-ħut tkun tirrispetta prattika ambjentali aċċettabbli u ma jkollhiex impatti ħżiena fuq l-ekosistemi li minnhom jinġiebu l-ingredjenti;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-proċeduri ta’ qabel il-qatla li huma klassifikati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) bħala ta’ ħsara għal benessri tal-ħut jiġu evitati; ċerti metodi ta’ qatla li, skont l-EFSA, iżommu lil ħut f’sensih għal ħin twil qabel ma jmut, bħall-asfissjazzjoni f’taħlita tas-silġ, għandhom jiġu pprojbiti;

49.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toħroġ linji gwida tekniċi speċifiċi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ għalf sostenibbli tal-ħut;

Relazzjonijiet barranin

50.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistinkaw ħalli jiżguraw li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tkun applikata b'mod rigoruż matul il-katina kollha tal-prodotti tal-akkwakultura, fosthom l-għalf u l-materja prima għall-għalf, li jiġu importati minn pajjiżi terzi;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinvestiga hi stess u mhux permezz ta’ partijiet terzi l-metodi ta’ produzzjoni tal-fish farms barra mill-Unjoni Ewropea u tirrapporta dwar kwalunkwe periklu għas-saħħa;

52.

Jisħaq dwar il-ħtieġa li l-prodotti tal-ikel akkwatiċi mmanifatturati fl-UE jew importati fl-UE jottemperaw ma’ standards għoljin ta’ ħarsien ambjentali u ta’ saħħet il-konsumatur u tas-sigurtà;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni tistinka ħalli tiżgura li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u l-moviment ħieles tal-prodotti jiġi applikat għall-farmaċewtiċi ta’ kura kif ukoll preventivi użati fl-akkwakultura, biex tippromwovi ftehimiet reċiproċi dwar għarfien avvanzat ma’ pajjiżi terzi, u biex tippromwovi li pajjiżi oħra u entitajiet internazzjonali jintroduċu l-aħjar prattiki;

54.

Itenni l-importanza li jsiru kontrolli sistematiċi fil-postijiet li joffru aċċess għas-suq intern u l-punti importanti tal-importazzjoni li jagħtu aċċess għas-suq intern ħalli l-konsumatur jingħata garanzija assoluta li l-prodotti tal-akkwakultura impurtati minn pajjiżi oħra jkunu soġġetti b'mod sistematiku għal kontrolli tal-kwalità stretti u li għaldaqstant ikunu konformi għalkollox mar-regoli tal-UE fil-qasam tal-iġjene u tas-saħħa pubblika;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu dawn il-prinċipji kemm fl-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ u kemm fil-fora istituzzjonali rilevanti kollha;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni tisponsorja, bħala parti mill-politika tal-UE ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, miżuri ta’ appoġġ u ta’ taħriġ maħsuba biex jgħinu fil-promozzjoni tal-akkwakultura sostenibbli u ħalli l-kuxjenza tal-akkwakulturisti f'dawk il-pajjiżi titressaq lejn politika dwar kwalità u standards ogħla ta’ produzzjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-ambjent, tal-iġjene u dawk soċjali fl-industrija;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-istandards ambjentali u soċjali fl-industrija tal-akkwakultura barra l-UE u sabiex tesplora metodi biex ittejjeb l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi stimi ta’ impatt ambjentali dwar l-effetti li l-ftehimiet kummerċjali tal-Komunità jista’ jkollhom fuq is-settur tal-akkwakultura;

*

* *

59.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 204, 6.8.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 15.

(3)  ĠU L 79, 25.3.2009, p. 7.

(4)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(5)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 94.

(6)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(7)  ĠU L 27, 31.1.2010, p. 1.

(8)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(9)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 19.

(10)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2010)0039.

(12)  ĠU C 21 E, 28.1.2010, p. 11.

(13)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 1.

(14)  ĠU C 68 E, 21.3.2009, p. 39.

(15)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 271.

(16)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 233.

(17)  ĠU C 38 E, 12.2.2004, p. 318.

(18)  ĠU C 84, 3.4.2008, p. 10.

(19)  ĠU C 115, 20.5.2009, p. 15.

(20)  Testi adottati, P6_TA(2009)0373.

(21)  Laqgħa fi Puerto Varas (Iċ-Ċilì) bejn is-6 u l-10 ta’ Ottubru 2008, http://www.fao.org/fishery/nems/36393/en

(22)  Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO adottat fil-31 ta’ Ottubru 1995.

(23)  Adottati mill-FAO fil-31 ta’ Ottubru 1995.

(24)  Direttiva 85/337/KEE, (ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40) kif emendata mid-Direttiva 97/11/KE u 2003/35/KE (id-Direttiva dwar l-EIAs).

(25)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008 dwar l-adozzjoni ta’ “Pjan Ewropew ta’ kontroll tal-istokkijiet tal-marguni” sabiex jitnaqqas l-effett dejjem jiżdied tal-marguni fuq l-istokkijiet tal-ħut, is-sajd u l-akwakultura, (Testi adottati, P6_TA(2008)0583).

(26)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/142


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta’ Floribert Chebeya Bahizire

P7_TA(2010)0244

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta’ Floribert Chebeya Bahizire

2011/C 236 E/25

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou, iffirmat f’Ġunju 2000,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-22 ta’ Novembru 2007 tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP u l-UE dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikulari fil-lvant tal-pajjiż, u l-impatt tagħha fuq ir-reġjun,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 60/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-24 ta’ Ottubru 2005 dwar ir-Riżultati tas-Samit Dinji tal-2005, u b'mod partikolari l-paragrafi 138 sa 140 tagħha dwar ir-responsabilità tal-ħarsien tal-popolazzjonijiet,

wara li kkunsidra l-istqarrija tat-3 ta’ Ġunju 2010 minn kelliem għall-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Catherine Ashton dwar il-mewt krudili ta’ Floribert Chebeya Bahizire,

wara li kkunsidra l-linji gwida UE tal-2004 dwar il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-istrateġija lokali għall-implimentazzjoni tal-linji gwida għar-RDK, adottati mill-Kapijiet tal-Missjoni fl-20 ta’ Marzu 2010,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1856(2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-mandat tal-MONUC,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi Floribert Chebeya Bahizire, id-direttur eżekuttiv tal-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem La Voix des Sans Voix (VSV), instab maqtul fil-karozza tiegħu f’Kinshasa nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ġunju 2010 wara li kienu sejħu għalih il-pulizija,

B.

billi, skont ir-rapporti tal-midja, fil-wara nofsinhar tat-Tlieta, l-1 ta’ Ġunju 2010, Floribert Chebeya Bahizire rċieva telefonata mill-kwartier ċentrali tal-pulizija li fiha ntalab jattendi laqgħa mal-kap tal-pulizija tar-RDK, l-Ispettur Ġenerali John Numbi Banza Tambo; billi, mal-wasla tiegħu fil-kwartier tal-pulizija, Floribert Chebeya Bahizire ma setgħax jikkuntattja lill-ispettur Ġenerali u għarraf lill-familja tiegħu, b'sms, li hu kien se jerġa’ lura fil-belt,

C.

billi l-ħidma ta’ Floribert Chebeya Bahizire għad-difiża tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK mis-snin disgħin – dwar kwistjonijiet li jinkludu korruzzjoni fil-forzi militari, rabtiet bejn il-milizji u forzi politiċi barranin, is-sostenn tal-kostituzzjoni, arresti illegali, detenzjoni arbitrarja u t-titjib tal-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet – rebħitu r-rispett u l-ammirazzjoni tal-kompatrijotti tiegħu u tal-komunità internazzjonali,

D.

Billi Fidèle Bazana Edadi, ix-xufier ta’ Floribert Chebeya Bahizire, għadu nieqes sal-lum,

E.

billi l-familja ta’ Floribert Chebeya Bahizire ma ngħatawx aċċess sħiħ għall-kadavru tiegħu u hemm dikjarazzjonijiet kontradittorji dwar il-kundizzjoni tal-ġisem meta nstab,

F.

billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji u arbitrarji, Philip Alston, qal li ċ-ċirkustanzi tal-qtil “jagħtu x’wieħed jifhem li hemm responsabilità uffiċjali qawwija”,

G.

billi l-Ispettur Ġenerali Numbi Banza Tambo ġie sospiż sal-ħruġ ta’ avviż ieħor u tliet uffiċjali tal-pulizija oħra ġew ukoll arrestati b’konnessjoni mal-qtil; billi, skont kif irrappurtat, id-deputat kap tal-pulizija, il-Kurunell Daniel Mukalayi ammetta li qatel lil Floribert Chebeya Bahizire fuq ordni tas-superjur tiegħu, il-Ġeneral Numbi Banza Tambo,

H.

billi Floribert Chebeya Bahizire f’diversi drabi kien qal lill-Amnesty International li kien qed iħossu segwit u li kien qed jiġi sorveljat mis-servizzi tas-sigurtà,

I.

billi l-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Catherine Ashton, is-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki Moon, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Navi Pillay, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji u arbitrarji Philip Alston, u Alan Dos, Kap tal-Forzi taż-Żamma tal-Paċi fir-RDK, kollha ħarġu stqarrijiet li fihom ikkundannaw il-qtil ta’ Floribert Chebeya Bahizire u talbu li ssir investigazzjoni indipendenti,

J.

billi l-qtil huwa parti minn tendenza li qed tikber ta’ intimidazzjoni u kedd tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, esponenti, avversarji politiċi, vittmi u xiehda fir-RDK; billi għadd ta’ġurnalisti u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem inqatlu f’ċirkustanzi suspettużi fir-RDK f’dawn l-aħħar ħames snin,

K.

billi ħafna NGOs osservaw żieda fl-oppressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK fl-aħħar sena, inklużi arresti illegali, prosekuzzjonijiet, theddid bit-telefon u konvokazzjonijiet ripetuti fl-uffiċċji tas-servizzi sigrieti,

L.

Billi l-inkjesti dwar il-qtil tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Pascal Kabungulu Kibembi fl-2005 u ta’ ġurnalisti, inklużi dawk ta’ Franck Ngycke Kangundu u ta’ martu, Hélène Mpaka, f’Novembru 2005, ta’ Serge Maheshe f’Ġunju 2007, u ta’ Didace Namujimbo f’Novembru 2008, twettqu mill-awtoritajiet militari Kolgoliżi u kienu kkaratterizzati minn irregolaritajiet serji,

M.

billi, fir-rigward tal-mandat ta’ arrest kontra Bosco Ntaganda, maħruġ f’April 2008 mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) għal reati tal-gwerra, inkluż ir-reklutaġġ ta’ suldati tfal, ir-RDK, bħala firmatarja tal-Istatut ta’ Ruma, tinsab bi ksur tal-obbligazzjonijiet legali tagħha li tikkoopera mal-ICC, fost l-oħrajn billi tarresta persuna li dwarhom hemm mandat ta’ arrest; billi, minflok, ir-RDK tat promozzjoni lil Bosco Ntaganda għal kariga ewlenija fl-armata Kongoliża, u b’hekk żiedet l-impressjoni li teżisti impunità għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u b’hekk ikkontribwixxiet biex dawn ir-reati qegħdin jiżdiedu,

N.

billi l-istat ta’ gwerra ċivili li ilu jirrenja f’ċerti partijiet tar-RDK wassal għal massakri, stupru tal-massa u r-reklutaġġ fuq skala kbira ta’ tfal bħala suldati,

O.

billi l-massakri, l-aktar dawk imwettqa mil-Lord’s Resistance Army (LRA), grupp paramilitari li oriġina fl-Uganda, bħalissa qed jaffettwaw lill-pajjiżi kollha li għandhom fruntiera mar-RDK,

P.

billi l-istaff tal-NGOs huma wkoll milquta minn dawn il-forom ta’ persekuzzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili u dan wassal għal tnaqqis fl-għajnuna umanitarja fir-RDK,

Q.

billi l-50 anniversarju tal-indipendenza tar-RDK għandu jiġi ċelebrat dalwaqt u billi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huma kruċjali għall-iżvilupp tal-pajjiż,

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-qtil ta’ Floribert Chebeya Bahizire u l-fatt li Fidèle Bazana Edadi, ix-xufier tiegħu, jinsab nieqes; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-familji tagħhom;

2.

Jappella biex titwaqqaf kummissjoni ta’ inkjesta indipendenti, kredibbli u trasparenti biex tinvestiga l-mewt ta’ Floribert Chebeya Bahizire u dwar l-għijbien ta’ Fidèle Bazana Edadi, u biex jittieħdu passi sabiex il-familji taż-żewġ vittmi jkunu protetti;

3.

Jitlob li jiġu identifikati dawk responsabbli, jittellgħu l-qorti u jiġu kkastigati skont il-liġi Kongoliża u d-dispożizzjonijiet internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;

4.

Jilqa’ l-fatt li l-awtoritajiet irrispondew għal talba mill-familja ta’ Floribert Chebeya Bahizire biex issir awtopsja indipendenti billi jiġi invitat tim ta’ esperti forensiċi Olandiżi mmexxija minn Dott. Franklin Van de Groot, biex tiġi ddeterminata l-kawża tal-mewt;

5.

Expresses its deep concern regarding the general degradation of the situation of human rights defenders in the DRC; calls on the DRC authorities to comply fully with the Declaration on Human Rights Defenders adopted by the UN General Assembly in 1998 and to implement the UN’s 2009 Universal Periodic Review recommendations as measures to protect the rights of human rights defenders; stresses that punishing those responsible for the assassinations of human rights defenders and journalists in recent years is an essential element in the democratisation of the country;

6.

Condemns the ongoing oppression of human rights activists, journalists, political opponents, victims and witnesses in the DRC; calls on the Member States to ensure that they are protected and to provide logistical and technical support to that end in accordance with the guidelines for the protection of human rights defenders;

7.

Jikkundanna l-atroċitajiet imwettqa mil-LRA u gruppi armati oħra fir-RDK;

8.

Jisħaq dwar in-neċessità li tkun ikkumbattuta l-korruzzjoni u jittieħdu quddiem il-ġustizzja dawk li huma ħatja ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan il-membri tal-forzi armati u tal-pulizija Kongoliżi, u jisħaq fuq ir-rwol kruċjali li l-MONUC għandha f’dan permezz tal-ippjanar u t-twettiq konġunt tal-operazzjonijiet kif ukoll permezz ta’ mekkaniżmi adegwati ta’ responsabilità għall-abbużi; b'mod partikolari, iħeġġeġ lill-RDK biex twettaq l-obbligi legali internazzjonali tagħha u tarresta lil Bosco Ntaganda u tittrasferih lill-ICC;

9.

Calls on all parties to step up the fight against impunity and to uphold the rule of law; calls on the Government of the DRC to ensure that those responsible for breaching human rights and international humanitarian law are held to account and that it cooperates fully with the ICC;

10.

Underlines the fact that the EU and the DRC are signatories to the Cotonou Agreement, which includes explicit reference to the responsibilities of all the parties with regard to human rights, democracy and the rule of law; calls for particular attention to be paid to these matters in the context of evaluation of the Agreement;

11.

Jistieden lill-Gvern tar-RDK biex, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-indipendenza tal-pajjiż, jimpenja ruħu b’determinazzjoni biex jippromwovi prattika politika li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u ssaħħaħ l-istat tad-dritt;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-gvernijiet u l-parlamenti tar-reġjun tal-Għadajjar il-Kbar.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/145


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
In-Nepal

P7_TA(2010)0245

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar in-Nepal

2011/C 236 E/26

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

wara li kkunsidra l-Prinċipji Bażiċi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Użu tas-Saħħa u tal-Armi tan-Nar mill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi tal-1990,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-29 ta’ Mejju 2010 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon dwar is-sitwazzjoni politika fin-Nepal,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton tat-30 ta’ April 2010 dwar is-sitwazzjoni politika fin-Nepal,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi fil-21 ta’ Novembru 2006, Ftehim ta’ Paċi Komprensiv (CPA) bejn l-Alleanza tas-Seba' Partiti u l-Maoisti (UCPN), li kienu jikkontrollaw partijiet kbar tal-pajjiż, temm kunflitt armat li dam sejjer 10 snin u li ħalla 13 000 persuna mejta,

B.

billi dan il-ftehim storiku wera x'jista' jinkiseb meta l-forzi politiċi jinnegozjaw b'bona fidi, filwaqt li witta t-triq għall-elezzjonijiet għal Assemblea Kostitwenti (CA), il-ħolqien ta’ gvern interim li jinkludi l-Maoisti, id-diżarm tal-ġellieda Maoisti u l-akkomodazzjoni tagħhom f'kampijiet, kif ukoll l-iżolament tal-armata Nepaliża fil-każermi,

C.

billi ħafna mill-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ paċi tal-2006 konklużi wara l-kunflitt armat ta’ għaxar snin bejn il-Maoisti u l-gvern għadhom ma ġewx issodisfati,

D.

billi wara l-elezzjonijiet għall-Assemblea Kostitwenti fl-10 ta’ April 2008, li skont il-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE ssodisfaw ħafna mill-istandards internazzjonali, jekk mhux kollha kemm huma, u li fihom il-UCPN (M) ġab viċin l-40 % tal-voti, l-Assemblea Kostitwenti ddeċidiet li titneħħa il-monarkija ta’ 240 sena u li tittrasforma lin-Nepal f'Repubblika Demokratika Federali,

E.

billi n-Nepal sar inqas paċifiku fis-snin riċenti, speċjalment fl-2009 u fl-2010, skont l-indiċi Globali tal-Paċi (GPI),

F.

billi f'Mejju 2009 l-Prim Ministru Pushpa Kamal Dahal (Prachanda) irriżenja u l-partit tiegħu, il-UCPN (M), irtira mill-gvern minħabba tilwima mal-President (Kungress Nepaliż) rigward it-tkeċċija tal-kap tal-armata, li kien f'kunflitt mal-Maoisti rigward l-integrazzjoni mill-ġdid ta’ dawk li qabel kienu ġellieda fl-Armata Popolari ta’ Liberazzjoni (PLA) fl-armata Nepaliża,

G.

billi fl-instabilità politika li rriżultat, li żdiedet bil-kampanji Maoisti ta’ tfixkil ċivili u parlamentari, alleanza fraġli ta’ 22 partit anti-Maoista taħt il-Prim Ministru Madhav Kumar Nepal (CPN-UML) ma rnexxilhiex tissodisfa żewġ aspettattivi ewlenin: kostituzzjoni ġdida aċċettata b'mod ġenerali għar-repubblika federali qabel l-iskadenza ta’ sentejn tat-28 ta’ Mejju 2010 u ftehim dwar l-integrazzjoni mill-ġdid/ir-riabilitazzjoni tal-madwar 20 000 ġellied li qabel kienu fil-PLA,

H.

billi t-taħdidiet formali bejn il-mexxejja tal-partiti tal-alleanza tal-partiti u tas-CPN-UML dwar il-formazzjoni ta’ gvern ġdid reġgħu bdew wara li fl-aħħar minuta ntlaħaq ftehim bi tliet punti, li jipprevedi l-estensjoni tal-Assemblea Kostitwenti b'sena, il-formazzjoni ta’ gvern ta’ konsensus nazzjonali u r-riżenja tal-Prim Ministru Madhav Kumar Nepal “malajr kemm jista' jkun”, flimkien ma’ “progress rigward il-ftehim ta’ paċi”,

I.

billi l-vidjo Shaktikhor, li deher li ssostanzja l-akkużi ta’ ingann dwar in-numri tal-ġellieda u l-pjanijiet sabiex id-“demokratizzazzjoni” tintuża biex l-armata tiġi ppolitiċizzata, iqajjem mistoqsijiet leġittimi li l-UCPN (M) għadu ma kkjarifikax,

J.

billi l-instabilità politika li għadha għaddejja qed ikollha impatt kruċjali fuq l-iżvilupp soċjali, ekonomiku u turistiku tan-Nepal, li, peress li jinsab fin-nofs bejn l-Indja u ċ-Ċina, l-ekonomiji l-kbar li qed jikbru bl-aktar pass mgħaġġel fid-dinja, jeħtieġ stabilità politika biex japprofitta mill-pożizzjoni strateġika tiegħu,

K.

billi n-Nepal għadu qed ibati minn sottożvilupp ekonomiku u soċjali serju; billi “kważi 30 % tal-popolazzjoni taqa” taħt il-linja tal-faqar assolut, 16 % tal-popolazzjoni tbati minn malnutrizzjoni serja, ir-rata tal-illitteriżmu għadha waħda mill-ogħla fin-Nofsinhar tal-Ażja u l-iżvilupp huwa paralizzat b'nuqqasijiet fil-pajjiż kollu ta’ fjuwils bażiċi, li qed jikkawżaw qtugħ fil-provvista tad-dawl, restrizzjonijiet fit-trasport u żidiet fil-prezzijiet tal-ikel,

L.

billi s-sitwazzjoni ta’ ħafna refuġjati fin-Nepal, b'mod partikolari t-Tibetjani, hija kawża ta’ tħassib,

M.

billi l-awtoritajiet Nepaliżi għandhom jiġu mfaħħra talli onoraw il-Ftehim Informali (Gentlemen's Agreement) dwar ir-refuġjati Tibetjani,

N.

billi l-ebda membru tal-forzi tas-sigurtà tal-istat jew tal-ġellieda Maoisti preċedenti s'issa ma nżamm responsabbli skont il-liġi kriminali għall-abbużi serji u sistematiċi tal-liġijiet tal-gwerra mwettqa matul il-kunflitt,

O.

billi d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet man-Nofsinhar tal-Ażja wettaq missjoni f'Kathmandu fil-perjodu kruċjali ta’ bejn it-23 u d-29 ta’ Mejju 2010,

1.

Jesprimi tħassib serju dwar in-noneżistenza ta’ kostituzzjoni permanenti bbażata fuq il-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Nepaliż u mal-familji kollha li tilfu qraba fil-vjolenza ta’ dawn l-aħħar snin;

2.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-aħħar minuta fit-28 ta’ Mejju 2010 mill-partiti politiċi li jieħdu l-passi neċessarji biex jestendu l-mandat tal-Assemblea Kostitwenti, u jfaħħar b'mod partikolari l-influwenza importanti tal-Kumitat tan-Nisa;

3.

Iħeġġeġ lill-Assemblea Kostitwenti u lill-parteċipanti politiċi kollha involuti, biex jinnegozjaw mingħajr prekundizzjonijiet, biex juru flessibilità, biex jevitaw kwalunkwe azzjonijiet provokattivi u biex jaħdmu flimkien għall-unità nazzjonali tagħhom biex isibu struttura ċara għall-kostituzzjoni l-ġdida, biex jistabbilixxu demokrazija federali li taħdem u biex jirrispettaw l-iskadenza l-ġdida li ġiet estiża b'sena fit-28 ta’ Mejju 2010;

4.

Jistieden lill-partiti kollha biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-ħidma tal-Kumitati Kostituzzjonali rigward il-pjan direzzjonali futur wara l-estensjoni tal-mandat tal-Assemblea Kostitwenti;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ komunikazzjoni ċara u pubblika tal-punti kollha miftiehma u għalhekk jilqa' l-white paper imwiegħda biex tispjega lill-popolazzjoni l-progress li nkiseb s'issa fl-abbozzar tal-kostituzzjoni tar-repubblika federali; ifaħħar lit-tliet kumitati tematiċi minn ħdax li lestew ħidmiethom;

6.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kungress Nepaliż (NC) tal-31 ta’ Mejju 2010 li jimpenja ruħu favur gvern ta’ unità nazzjonali miftuħ għall-partiti kollha, inkluż il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni, il-UCPN (M);

7.

Jistieden lill-UCPN (M) biex jinvolvi ruħu fi ppjanar kostruttiv u biex isib mod kif jintegra l-ġellieda Maoisti preċedenti fis-soċjetà, inklużi l-gruppi li qed joqogħdu fil-kampijiet immoniterjati mill-UNMIN;

8.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-isforzi kollha tal-Gvern Nepaliż u tal-partiti biex tinstab soluzzjoni għall-integrazzjoni ta’ dawk li qabel kienu ġellieda Maoisti fl-Armata Nazzjonali jew f'forzi oħra tas-sigurtà u soluzzjonijiet vijabbli oħrajn għal dawk li ma jistgħux jiġu integrati f'dawn l-organizzazzjonijiet;

9.

Jistieden lill-partiti politiċi kollha, u b'mod partikolari lis-CPN-M, biex irażżnu lill-fazzjonijiet militanti taż-żgħażagħ tagħhom u biex jieqfu jirreklutaw tfal; jistieden lis-UCPN-M biex jiżgura aċċess mingħajr tfixkil għall-pakketti ta’ riabilitazzjoni għal tfal li ġew rilaxxati riċentament mill-kampijiet tagħhom;

10.

Jistieden direttament lin-NU, idealment f'kooperazzjoni mal-gvern, biex tistabbilixxi proċeduri biex jiġu mistħarrġa membri potenzjali tal-forzi tas-sigurtà biex jiġu esklużi dawk li b'mod ċar huma ħatja ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem minn kwalunkwe pożizzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tan-NU; ifakkar lill-armata Nepaliża li, sfortunatament, il-professjonaliżmu u r-reputazzjoni magħrufa tagħha diġà qed jiġu kkontestati u se jibqgħu sakemm il-kwistjonijiet ta’ impunità li ilhom jeżistu u li huma dokumentati sew fost is-suldati tagħha jibqgħu ma jiġux indirizzati mill-ġudikatura;

11.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti ta’ reklutaġġi ġodda fl-armata nazzjonali; ifakkar li l-Qorti Suprema qisithom kompatibbli mas-CPA sakemm jinvolvu biss persunal tekniku; jinnota madankollu li dan l-isforz ta’ reklutaġġ jista' jġib għall-agħar id-diffikultajiet li hemm fil-proċess tat-tranżizzjoni;

12.

Għadu konvint b'mod qawwi li, sentejn wara t-tneħħija tal-monarkija, l-armata għandha titqiegħed taħt sorveljanza demokratika sħiħa, inklużi l-aspetti baġitarji; jafferma s-solidarjetà tiegħu mal-Assemblea Kostitwenti fi kwalunkwe passi f'dan ir-rigward;

13.

Itenni lill-Istati Membri tal-UE li l-esportazzjoni ta’ armi letali lin-Nepal għadha pprojbita skont is-CPA u jistedinhom biex jagħtu appoġġ finanzjarju u tekniku għal soluzzjonijiet kreattivi għar-ristrutturar tal-armata Nepaliża;

14.

Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għar-rwol kruċjali li għandha l-UNMIN, u jemmen li l-mandat tagħha għandu jiġi estiż mill-inqas sakemm il-proċess ta’ paċi jkun daħal f'fażi konsolidata;

15.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rapporti tal-inċidenza li kulma jmur qed tiżdied ta’ tortura u aggressjoni vjolenti; ifaħħar f'dan il-kuntest il-ħidma tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nepal;

16.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Gvern Nepaliż estenda l-mandat tal-UNOHCR b'sena b'mandat rivedut biss, b'mod li l-operazzjonijiet reġjonali tal-korp se jitwaqqfu b'mod gradwali, xi ħaġa li tmur kontra t-tamiet li l-funzjoni ta’ monitoraġġ tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem tista' tiġi intensifikata;

17.

Jitlob li jitwaqqfu l-Kummissjoni dwar l-Għibien, il-Kummissjoni dwar il-Verità u r-Rikonċiljazzjoni u l-Kummissjoni dwar il-Paċi Nazzjonali u r-Riabilitazzjoni kif speċifikat fis-CPA;

18.

Jiddeplora b'mod qawwi l-fatt li, s'issa, ma kienx hemm prosekuzzjoni waħda fil-qrati ċivili għal kwalunkwe wieħed mid-delitti mwettqa matul il-kunflitt miż-żewġ naħat;

19.

Iħeġġeġ lill-partiti u lill-gvern biex itemmu l-interferenza politika fil-proċedimenti kriminali, joħolqu ġudikatura li tkun politikament indipendenti fil-proċess kostituzzjonali u, b'rabta mal-istess ħaġa, jippjanaw ir-ratifika tal-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

20.

Jifraħ dwar it-tħabbira fl-2009 min-Nepal li kien se jappoġġa l-abbozz tal-prinċipji u tal-linji gwida tan-Nazzjonijiet Uniti biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni bejn il-kasti iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-prattika kontinwa tax-xogħol f'servitu, b'mod partikolari f'Kamaiya, Haruwa u Charuwa, kif ukoll is-sitwazzjoni inkwetanti tal-miljuni ta’ persuni li m'għandhomx art, li hemm periklu li tiddeterjora aktar minħabba l-impatt tat-tibdil fil-klima, u jistieden lill-gvern u lill-partiti biex jinkoraġġixxu l-funzjonament tal-Kummissjoni dwar ir-Riforma tal-Art;

21.

Jistieden lill-Gvern Nepaliż biex jindirizza l-problema tat-800 000 Nepaliż apolidi billi jissimplifika l-proċeduri burokratiċi u jnaqqas l-ispiża biex wieħed japplika għal ċertifikati ta’ ċittadinanza; iqis li hu vitali li dawn jitqiesu wkoll matul in-negozjati tal-proċess ta’ paċi;

22.

Iħeġġeġ lill-Gvern Nepaliż biex jiżgura standards ta’ protezzjoni għar-refuġjati kollha u jkompli bl-isforzi biex jipprevjeni u jnaqqas l-apolidità, b'mod partikolari dik tal-poplu Butaniż, f'konformità mal-istandards internazzjonali, biex jiffirma l-Konvenzjoni tar-Refuġjati tal-1951 jew il-Protokoll tagħha tal-1967 u biex isegwi l-istandards stabbiliti mill-UNHCR;

23.

Iqis li l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim Informali dwar ir-refuġjati Tibetjani mill-awtoritajiet Nepaliżi hija essenzjali biex jinżamm il-kuntatt bejn il-UNHCR u l-komunitajiet Tibetjani; jilqa' f'dan ir-rigward il-possibilitajiet li jingħata aċċess għat-territorju fil-qafas tal-Ftehim Informali mal-UNHCR u li jiġu previsti soluzzjonijiet aktar dejjiema;

24.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-UE, permezz tad-delegazzjoni tagħha f'Kathmandu, biex timmoniterja mill-qrib is-sitwazzjoni politika fin-Nepal u biex tuża l-influwenza tagħha biex tappella lill-qawwiet ġirien fir-reġjun, b'mod partikolari ċ-Ċina u l-Indja, biex jappoġġaw in-negozjati biex jinħoloq gvern ta’ unità nazzjonali;

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Gvern tan-Nepal, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Indja u tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/148


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Eżekuzzjonijiet fil-Libja

P7_TA(2010)0246

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ Ġunju 2010 dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Libja

2011/C 236 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar rapporti annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, partikolarment dak tal-2008, u l-ħtieġa ta’ moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijiet f'dawk il-pajjiżi fejn il-piena tal-mewt għadha tiġi applikata,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti 62/149 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 u 63/168 tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li jsejħu għal moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt (dwar ir-rapport tat-Tielet Kumitat (A/62/439/Add.2)),

wara li kkunsidra l-linji ta’ gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt tas- 16 ta’ Ġunju 1998, u l-verżjoni riveduta u aġġornata tal-2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata mir-4 Kungress Dinji kontra l-Piena tal-Mewt, li sar f'Ġinevra bejn l- 24 u s- 26 ta’ Frar 2010, li ssejjaħ għall-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali,

wara li kkunsidra l-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil u l-Konvenzjoni ta’ Ginevra tat- 28 ta’ Lulju 1951 u l-Protokoll tal- 31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istatus tar-Refuġjati,

wara li kkunsidra d-djalogu informali li qed iseħħ bejn l-UE u l-Libja bil-ħsieb li jissaħħu r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni attwali bejn l-UE u l-Libja dwar il-migrazzjonijiet (żewġ proġetti implimentati taħt il-programm Aeneas u u l-istrument tal-Migrazzjoni u l-Ażil) u HIV-AIDS (Pjan ta’ Azzjoni għal Benghazi),

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tinsab fil-qofol tal-valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi l-Parlament Ewropew huwa impenjat bil-qawwa favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u qed jaħdem biex tintlaħaq aċċettazzjoni universali ta’ dan il-prinċipju,

B.

billi l-Gvern Libjan irreżista l-passi lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; f'Diċembru 2007 u 2008, il-Libja kien fost il-minoranza ta’ stati li vvotaw kontra r-riżoluzzjonijiet ta’ suċċess tal-Assemblea Ġenerali tan-NU li sejħu għal moratorju dinji dwar l-eżekuzzjonijiet,

C.

billi l-Libja reċentement ġiet eletta għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li jimplika responsabbiltà akbar fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem,

D.

billi Cerene, gazzetta assoċjata mill-qrib ma’ Saif al-Islam al-Gaddafi, iben il-mexxej Libjan Muammar al-Gaddafi, irrappurtat li fit-30 ta’ Mejju 18-il persuna, inklużi ċittadini taċ-Ċad, l-Eġittu u n-Niġerja, kienu ġustizzjati fi Tripli u f'Benghazi wara li nstabu ħatja ta’ qtil premeditat; billi l-identitajiet tagħhom ma ġewx magħmula pubbliċi mill-awtoritajiet Libjani,

E.

billi hemm il-biża li sentenzi tal-mewt jingħataw fit-tmiem ta’ proċeduri li jonqsu milli jikkonformaw ma’ standards internazzjonali ta’ smigħ ġust,

F.

billi l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li għalih il-Libja hija parti, u b'mod partikolari l-artikolu 6.2 tiegħu, jobbliga lill-Istat Partijiet li ma abolixxewx il-piena tal-mewt li japplikawha “biss għall-aktar reati serji”,

G.

billi l-qrati Libjan qed ikomplu jimponu s-sentenza tal-mewt, l-aktar għal reati marbuta mal-qtil u mad-droga, għalkemm dawn jistgħu jiġu imposti wkoll għal firxa wiesgħa ta’ reati oħra, inkluż l-eżerċizzju paċifika tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni,

H.

billi m'hemm l-ebda statistika uffiċjali disponibbli dwar in-numru ta’ nies ikkundannati għall-mewt u ġustizzjati fil-Libja kull sena; billi skont sorsi varji, hemm aktar minn 200 persuna, inklużi ċittadini barranin, li bħalissa qed jistennew il-mewt fil-Libja,

I.

billi ċittadini barranin spiss ma jingħatawx aċċess għar-rappreżentanti konsulari tagħhom u lanqas għajnuna rigward l-interpretazzjoni jew it-traduzzjoni matul il-proċeduri legali,

J.

billi l-artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprojbixxi kull tneħħija, espulsjoni jew estradizzjoni lejn Stat fejn hemm riskju serju li l-persuna kkonċernata tkun suġġetta għall-piena tal-mewt, għal tortura jew kastigi jew trattamenti inumani jew degradanti oħra,

K.

billi, mit-tneħħija tas-sanzjonijiet internazzjonali fuq il-Libja fl-2003, l-Unjoni Ewropea żviluppat politika ta’ impenn gradwali mal-Libja, u fi tmiem l-2007 bdiet il-proċess tan-negozjar ta’ ftehim ta’ qafas,

L.

billi l-UE tinsab fi djalogu informali mal-Libja u sensiela ta’ konsultazzjonijiet bil-għan li jiġi ffirmat ftehim ta’ qafas, inkluż dwar kwistjonijiet ta’ migrazzjoni; billi n-negozjati li għaddejjin kienu kkaratterizzati sal-lum b'mill-inqas seba' rawnds ta’ negozjati bejn iż-żewġ partijiet li ma rriżultaw fl-ebda progress sostanzjali jew impenji ċari min-naħa tal-Libja lejn ir-rispett tal-konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem,

M.

billi l-ostaklu ewlieni fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Libja huwa n-nuqqas ta’ progress fid-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u d-demokrazija, notevolment in-nuqqas tar-ratifika tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, kif ukoll il-politika esterna aggressiva tar-reġim Libjan, mhux l-inqas lejn Stati Ewropej; billi l-Libja ma għandha l-ebda sistema nazzjonali ta’ ażil li tkopri l-eżami u r-reġistrazzjoni tar-refuġjati u l-għoti tal-istatus tal-ażil, iż-żjarat fil-faċilitajiet tad-detenzjoni u l-provvista ta’ assistenza medika u umanitarji, ħidma li twettqet mill-UNCHR,

N.

billi skont l-UNHCR 9 000 refuġjat - l-aktar Palestinjani, Iraqini, Sudaniżi u Somali - ġew irreġistrati fil-Libja, filwaqt li 3 700 persuna qed jitolbu l-ażil, l-aktar mill-Eritrea; billi r-refuġjati kontinwament għandhom ir-riskju li jiġu ddeportati lejn l-istati ta’ oriġini u ta’ tranżitu, mingħajr ma jiġu rrispettati l-kriterji tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, fattur li jpoġġihom fir-riskju tal-persekuzzjoni u tal-mewt; billi ġew irrapportati każijiet ta’ trattament ħażin, tortura u qtil fiċ-ċentri ta’ detenzjoni għar-refuġjati, kif ukoll l-abbandun tar-refuġjati fil-fruntieri mwarrba bejn il-Libja u pajjiżi Afrikani oħra,

O.

billi fit- 8 ta’ Ġunju 2010 l-awtoritajiet Libjani ordnaw l-għeluq tal-uffiċċju tal-UNHCR, li kellu staff ta’ 26 u kien ilu fi Tripli mill-1991, minħabba li r-rappreżentant tiegħu kien allegatament “wettaq attivitajiet illegali”,

P.

billi l-Libja, bħal pajjiżi oħra li ffirmaw ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, ġiet allokata Programm Indikattiv Nazzjonali ta’ EUR 60 miljun għall-perjodu 2011-2013 biex tkun tista' toffri aktar għajnuna għall-kura tas-saħħa u tikkumbatti l-immigrazzjoni illegali,

1.

Itenni l-oppożizzjoni li ilu jħaddan fit-tul kontra l-piena tal-mewt fi kwalunkwe każ u f'kull ċirkostanza; Ifakkar fl-impenn qawwi tal-UE li taħdem favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt madwar id-dinja u għal darb'oħra jenfasizza li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bniedem u għall-iżvilupp progressiv tad-drittijiet tal-bniedem;

2.

Jikkundanna bil-qawwa l-eżekuzzjoni tat-18-il persuna fit- 30 ta’ Mejju 2010 u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu u s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-mejta;

3.

Jitlob lil-Libja tiżvela l-ismijiet tat-18-il persuna ġustizzjata, inklużi dawk ta’ ċittadini barranin;

4.

Jistieden lill-awtoritajiet Libjani sabiex jiżguraw li dawk li ġew miżmuma b'rabta mal-ġrajjiet imsemmija hawn fuq jingħatalhom trattament uman waqt li jkunu miżmuma, u tingħathalhom il-garanzija ta’ smigħ ġust skont il-liġi internazzjonali, inkluż l-aċċess għal avukat li jagħżlu huma, u r-rispett tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza;

5.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Libjani biex jagħmlu progress lejn moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet;

6.

Jesprimi tħassib serju dwar l-għeluq tal-uffiċċju tal-UNHCR fil-Libja;

7.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Libjani biex jirratifikaw il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar ir-Rifuġjati mingħajr dewmien u biex jippermettu u jiffaċilitaw it-tmexxija tal-attivitajiet tal-UNHCR fil-Libja, inkluż it-twaqqif ta’ sistema ta’ ażil nazzjonali;

8.

Jistieden lill-Istati Membri li jiddeportaw il-migranti lejn il-Libja, b'kooperazzjoni mal-Frontex (l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea) biex iwaqqfu immedjatament dawn il-prattiki fejn ikun hemm riskju serju li l-persuna kkonċernata tkun suġġetta għall-piena tal-mewt, tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti ieħor;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jaġixxu skont it-termini tal-Artikoli 265 u l-artikolu 218(10) TFUE li jipprovdu li “l-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat immedjatament u għal kollox fl-istadji kollha tal-proċedura” dwar in-negozjati mal-Libja; itenni t-talba tiegħu biex jiġi infurmat b'mod sħiħ dwar il-mandat ta’ negozjar tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

10.

Jafferma li kull koperazzjoni jew ftehim bejn l-UE u l-Libja għandha tkun kondizzjonali fuq il-ratifika u l-implimentazzjoni mil-Libja tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar ir-Refuġjati u ta’ konvenzjonijiet u protokolli ewlenin oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem;

11.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li qed issir riforma tal-kodiċi penali minn kumitat presedut mill-ex-President tal-Qorti Suprema Dr Abdulraham Abu Tuta, u jittama li dalwaqt se jkun kapaċi jippreżenta rapport; jistieden lill-awtoritajiet Libjani biex iniedu dibattitu nazzjonali ħieles u demokratiku dwar il-piena tal-mewt bil-ħsieb li jingħaqdu mal-bidla dinjija favur l-abolizzjoni tagħha;

12.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien taċ-ċittadin Svizzeru Max Goeldi;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-UNHCR, lill-UNGA, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u lill-awtoritajiet Libjani.


L-Erbgħa 23 ta’ Ġunju 2010

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/152


L-Erbgħa 23 ta’ Ġunju 2010
Sistema Ewropea ta' twissija bikrija kontra l-pedofili u dawk li jagħmlu reati sesswali

P7_TA(2010)0247

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2010 dwar il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' twissija bikrija (EWS) kontra l-pedofili u dawk li jagħmlu reati sesswali

2011/C 236 E/28

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2007 bl-isem “Lejn politika ġenerali fil-ġlieda kontra l-kriminalità elettronika” (COM(2007)0267),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-Internet ikompli joffri livell għoli ta' demokrazija, li ma tkunx toħloq riskji għan-nisa u t-tfal;

B.

billi, madankollu, abbuż mill-opportunitajiet ipprovduti permezz tat-teknoloġija jista' jiffaċilita l-pornografija tat-tfal u r-reati sesswali;

C.

billi l-Internet joffri wkoll libertà ta' azzjoni lill-pedofili u lil dawk li jagħmlu reati sesswali, li jitqiesu bl-istess mod bħal ċittadini onesti u jagħmilha diffiċli li jiġu ttraċċati mill-awtoritajiet pubbliċi;

1.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaġixxu fuq il-Komunikazzjoni fuq imsemmija;

2.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimplimentaw id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika (2) u jestenduha għall-magni tat-tiftix, sabiex jittieħdu passi malajr u b'mod effettiv dwar il-pornografija tat-tfal u r-reati sesswali fl-Internet;

3.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkoordinaw sistema Ewropea ta' twissija bikrija bejn l-awtoritajiet pubbliċi, imsejsa fuq is-sistema eżistenti għas-sikurezza tal-ikel, bil-għan li jittieħdu passi kontra l-pedofilija u r-reati sesswali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (3), lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2009)0098.

(2)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.

(3)  Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 1 tal-Minuti tat-23 ta' Ġunju 2010 (P7_PV(2010)06-23(ANN1)).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/153


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
L-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura għat-Trattat ta’ Liżbona

P7_TA(2010)0204

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura għat-Trattat ta’ Liżbona (2009/2062(REG))

2011/C 236 E/29

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li jinkorpora l-emendi proposti mill-Kumitat għall-Baġits fl-opinjoni tiegħu tal-31 ta’ Marzu 2009 (A7-0043/2009),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni teigħu tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura għat-Trattat ta’ Liżbona (1),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Jinnota li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta’ informazzjoni.

TEST FIS-SEĦĦ

EMENDA

Emenda 1

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 7 – paragrafu 2

2.   Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni li sempliċement tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija ta’ l-immunità jew għall-ħarsien ta’ l-immunità u tal-privileġġi.

2.   Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni motivata li tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija ta’ l-immunità jew għall-ħarsien ta’ l-immunità u tal-privileġġi.

Emenda 121

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 8

Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor, ir-regoli dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau .

Il-Parlament għandu jadotta l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u kwalunkwe modifika għalih fuq il-bażi ta’ proposta mill-kumitat responsabbli. L-Artikolu 138(1) għandu japplika mutatis mutandis. Il-Bureau għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli u għandu jiddeċiedi dwar il-pakketti finanzjarji fuq il-bażi tal-baġit annwali.

Emenda 4

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 23 – paragrafu 2 u paragrafu 2 a (ġdid)

2.   Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet dwar affarijiet ta’ natura finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva li jikkonċernaw il-Membri jew l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u tas-Segretarjat u l-korpi tiegħu.

2.   Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet ta’ xorta finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar affarijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u tas-Segretarjat u l-korpi tiegħu.

2a.     Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet ta’ xorta finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar affarijiet li jikkonċernaw lill-Membri fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali jew ta’ grupp politiku.

Emenda 5

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 23 – paragrafu 11 a (ġdid)

 

11a.     Il-Bureau għandu jinnomina żewġ Viċi Presidenti li jkunu inkarigati mill-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.

Huma għandhom jirrapurtaw lura b'mod regolari lill-Konferenza tal-Presidenti dwar l-attivitajiet tagħhom f'dan ir-rigward.

(It-tieni u t-tielet sentenzi ta’ Artikolu 25 (3) għandhom jiġu mħassra)

Emenda 86

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 24 - paragrafu 2

2.   Il-Membri mhux affiljati għandhom jiddelegaw wieħed minn fosthom sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.

2.   Il- President tal-Parlament għandu jistieden lil wieħed mill- Membri mhux affiljati sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.

Emenda 117

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 37 a (ġdid)

 

Artikolu 37a

Delega tas-setgħat leġislattivi

1.     Meta tiġi eżaminata proposta għal att leġislattiv li jiddelega setgħat leġislattivi lill-Kummissjoni kif previst mill-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-objettivi, il-kontenut, l-ambitu u t-tul ta’ żmien tad-delega, kif ukoll għall-kundizzjonijiet li għalihom tkun soġġetta.

2.     Il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista', f'kull ħin, jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

3.     Il-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jista' wkoll, bl-inizjattiva tiegħu, jittratta kwistjonijiet dwar id-delega tas-setgħat leġislattivi. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jixraq lill-kumitat responsabbli għas-suġġett.

Emenda 10

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 56 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Fil-każ li l-proposta tiġi rreferuta lura lill-kumitat, il-kumitat responsabbli għandu jirrapporta lura lill-Parlament, bil-fomm jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.

Fil-każ li l-proposta tiġi rreferuta lura lill-kumitat, il-kumitat responsabbli għandu jiddeċiedi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita u għandu jirraporta lura lill-Parlament, bil-fomm jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.

Emenda 113

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 a – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Meta l-Parlament jiġi kkonsultat, skont l-Artikolu 48(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew favur li jiġu eżaminati l-emendi għat-Trattati, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-kumitat responsabbli. Il-kumitat għandu jagħmel rapport li jkun fih:

mozzjoni għal riżoluzzjoni li tiddikjara jekk il-Parlament japprovax jew jiċħadx id-deċiżjoni proposta u li jista' jkollha proposti għall-attenzjoni tal-Konvenzjoni jew tal-konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri;

jekk ikun xieraq, nota spjegattiva.

Emenda 114

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74b – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Meta l-Parlament jiġi kkonsultat, skont l-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda t-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 74a(1a) għandu japplika mutatis mutandis. F'dak il-każ, il-mozzjoni għal riżoluzzjoni jista' jkollha biss proposti għal emendi ta’ dispożizzjonijiet fit-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 118

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96

1.   Meta l-Parlament jiġi ikkonsultat skond l-Artikolu 36 tat-Trattat UE, il-kwistjoni għandha tinġieb quddiem il-kumitat responsabbli li jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet skond l-Artikolu 97.

1.   Meta l-Parlament jiġi ikkonsultat skond l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha tinġieb quddiem il-kumitat responsabbli li jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet skond l-Artikolu 97.

2.   Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi-President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta’ Sigurtà , il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni ta’ l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal- Kummissjoni, tal-Kunsill jew tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli, il-kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

2.   Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jipprovdihom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni ta’ l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli, il-kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

3.   Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta’ sigurta' komuni, inklużi l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta’ l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.

3.   Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta’ sigurta' komuni, inklużi l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta’ l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.

(Ara wkoll l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 121.)

(Ara wkoll l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 121.)

4.   Il- Kunsill, il-Kummissjoni u/jew il- Viċi President/Rappreżentant Għoli għandhom ikunu mistiedna għal kull dibattitu f'seduta plenarja li jinvolvi politika barranija, politika ta’ sigurtà jew politika ta’ difiża.

4.   Il-Viċi President/Rappreżentant Għoli għandu jkun mistieden għal kull dibattitu f'seduta plenarja li jinvolvi politika barranija, politika ta’ sigurtà jew politika ta’ difiża.

Emenda 116

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu IV – Kapitolu 3 – titolu

Emenda 107

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116

1.   Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'kull seduta parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti. Perjodu ta’ ħin speċifiku jista' jiġi allokat għal mistoqsijiet lill-President u lil Membri individwali tal-Kummissjoni.

1.   Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'kull seduta parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.

2.   Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kunsill u mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'seduta parzjali waħda.

2.   Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kunsill u mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'seduta parzjali waħda.

3.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President, li jrid jieħu deċiżjoni dwar l-ammissibilità tagħhom u dwar l-ordni li fih għandhom jitressqu. L-interpellant għandu jiġi mgħarraf minnufih b'din id-deċiżjoni.

3.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President, li jrid jieħu deċiżjoni dwar l-ammissibiltà tagħhom u dwar l-ordni li fih għandhom jitressqu. L-interpellant għandu jiġi mgħarraf minnufih b'din id-deċiżjoni.

4.   Il-proċedura dettaljata għandha tkun irregolata minn linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.

4.   Il-proċedura dettaljata għandha tkun irregolata minn linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.

 

5.     Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jista' jkun hemm ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mal-President tal-Eurogroup.

 

(l-punt 15 tal-Anness II (Format) għandu jitħassar)

Emenda 108

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 117 – titolu u paragrafu 1

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub

1.   Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni skond linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklussivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.

1.   Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà skont linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklussivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.

Emenda 115

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 117 – paragrafu 2

2.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lill-istituzzjoni konċernata . Dubji dwar l-ammissibilità ta’ mistoqsija għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-President. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

2.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lid-destinatarji . Dubji dwar l-ammissibilità ta’ mistoqsija għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-President. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

 

(Emenda orizzontali: il-kliem “lill-istituzzjoni konċernata” għandu jiġi sostitwit fl-Artikolu 117(2) u (4) u fil-punti 1 u 3 tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura bil-kliem “lid-destinatarji”.)

Emenda 110

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130 – paragrafi 1 a, 1 b, 1 c (ġodda)

 

1a.     L-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fl-Unjoni, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu nnegozjati fuq il-bażi ta’ mandat mogħti mill-Konferenza tal-Presidenti, wara konsultazzjoni mal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati.

Il-Parlament għandu japprova dawn il-ftehimiet skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 127.

1b.     Kumitat jista' jidħol fi djalogu direttament ma’ parlamenti nazzjonali fil-livell ta’ kumitati, fil-limiti tal-approprjazzjonijiet baġitarji allokati għal dan il-għan. Dan jista' jinkludi forom xierqa ta’ kooperazzjoni preleġislattiva u postleġislattiva.

1c.     Kull dokument li jikkonċerna proċedura leġislattiva fil-livell tal-Unjoni li jiġi trażmess b'mod uffiċjali minn parlament nazzjonali lill-Parlament Ewropew għandu jintbagħat lill-kumitat responsabbli għas-suġġett ittrattat f'dak id-dokument.

Emenda 112

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 131

1.   Fuq proposta tal-President, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-COSAC, u tista' tagħtihom il-mandat. Id-delegazzjoni għandha titmexxa minn wieħed mill-Viċi Presidenti responsabbli għall-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.

1.   Fuq proposta tal-President, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-COSAC, u tista' tagħtihom il-mandat. Id-delegazzjoni għandha titmexxa minn Viċi President tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali u mill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet istituzzjonali .

2.   Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni għandhom jintgħażlu skond is-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi fil-laqgħa tal-COSAC, filwaqt li għandu jingħata kas xieraq tal-bilanċ politiku ġenerali fi ħdan il-Parlament. Id-delegazzjoni għandha tippreżenta rapport wara kull laqgħa.

2.   Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni għandhom jintgħażlu skont is-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi fil-laqgħa tal-COSAC, u għandhom ikunu, kemm jista' jkun, rappreżentanti tal-kumitati responsabbli għal dawk is-suġġetti. Id-delegazzjoni għandha tippreżenta rapport wara kull laqgħa.

3.     Għandu jitqies kif jistħoqq il-bilanċ politiku globali fil-Parlament.

Emenda 66

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 191 – paragrafu 1

1.   Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-elezzjoni tal-membri tal-kumitat skond l-Artikolu 186, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u wieħed, tnejn jew tliet viċi presidenti li għandhom ikunu eletti f'votazzjonijiet separati.

1.   Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-elezzjoni tal-membri tal-kumitat skond l-Artikolu 186, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u minn viċi-presidenti li għandhom ikunu eletti f'votazzjonijiet separati. In-numru ta’ viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti.

Emenda 109

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness III – punt 1 – inċiż -1 (ġdid)

 

jispeċifikaw b'mod ċar lil liema destinatarju għandhom ikunu trażmessi permezz tal-mezzi interistituzzjonali normali;


(1)  Testi adottati, P7_TA(2009)0088.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/159


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
It-twaqqif u s-saħħa numerika tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-KE

P7_TA(2010)0211

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar it-twaqqif u l-għadd tal-membri tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE

2011/C 236 E/30

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Att Kostituttiv tal-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE tat-29 ta’ Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Iddeċieda li jwaqqaf Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE;

2.

Iddeċieda li l-għadd ta’ membri tad-delegazzjoni għandu jkun ta’ 15-il membru uffiċjali;

3.

Iddeċieda li disa' membri għandhom jintgħażlu mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u sitta mill-Kumitat għall-Iżvilupp;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bħala informazzjoni.


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/160


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
It-twaqqif u s-saħħa numerika tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi politiċi u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013

P7_TA(2010)0225

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar it-twaqqif, is-setgħat, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi tal-politika u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013

2011/C 236 E/31

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet meħuda mill-Konferenza tal-Presidenti fit-22 ta’ April u t-12 u l-20 ta’ Mejju 2010 li tipproponi t-twaqqif ta’ kumitat speċjali għall-isfidi tal-politika u l-mezzi baġitarji disponibbli għall-Unjoni wara l-2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 312(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tistipula li matul il-proċedura li twassal għall-adozzjoni tal-qafas finanzjarju, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa li tiffaċilità l-adozzjoni tagħha,

wara li kkunsidra l-bżonn li jinġabru u jiġu koordinati l-opinjonijiet tad-diversi kumitati kkonċernati u li jiġi stabbilit mandat għall-Kumitat għall-Baġits għan-negozjati tiegħu mal-Kunsill bil-għan li jiġi adottat regolament li jkun jinkludi fih il-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) ġejjieni, u possibilment, id-definizzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ li għandhom jiġu ddefiniti fi ftehim interistituzzjoniali,

wara li kkunsidra l-ħidma mwettqa mill-kumitat speċjali dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali tal-Parlament u l-ħtieġa għal segwitu tal-ħidma ta’ dan il-kumitat, partikularment fir-rigward tal-appoġġ għal tkabbir sostenibbli u kwalitattiv u investimenti fuq medda twila ta’ żmien, sabiex jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi fuq medda ta’ żmien twila.

wara li kkunsidra l-Artikolu 184 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali bil-mandat li:

(a)

jiddefinixxi l-prijoritajiet politiċi tal-Parlament għall-MFF ta wara l-2013, kemm f'termini leġiżlattivi kif ukoll f'termini baġitarji;

(b)

jagħmel stima tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex l-Unjoni tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq il-politiki tagħha għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014;

(c)

jiddefinixxi t-tul taż-żmien tal-MFF li jmiss;

(d)

jipproponi, skont dawn il-prijoritajiet u objettivi, struttura għall-MFF tal-ġejjini, filwaqt li jindika l-oqsma ewlenin tal-attività tal-Unjoni;

(e)

jissottometti linji gwida għall-allokazzjoni indikattiva ta’ riżorsi bejn u fi ħdan l-intestaturi differnti tan-nefqa tal-MFF, b'konformità mal-prijoritajiet u mal-istuttura proposta;

(f)

jispeċifika r-rabta bejn riforma tas-sistema finanzjarja tal-baġit tal-UE u reviżjoni tan-nefqa sabiex il-Kumitat għall-Baġits jingħata bażi soda għan-negozjati dwar l-MFF il-ġdid;

2.

Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali għal perjodu ta’ 12-il xahar mill-1 ta’ Lulju 2010 sabiex jissottometti rapport lill-Parlament qabel ma l-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha biċ-ċifri għall-MFF li jmiss, ippjanata għal Lulju 2011;

3.

Ifakkar li l-proposti baġitarji u leġiżlattivi speċifiċi se jiġu indirizzati mill-kumitati relevanti b'konformità mal-Anness VII tar-Regoli ta’ Proċeduri tiegħu;

4.

Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkun magħmul minn 50 membru.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/161


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: ES/Comunidad Valenciana

P7_TA(2010)0197

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0216 – C7-0115/2010 – 2010/2066(BUD))

2011/C 236 E/32

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0216 – C7-0115/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Regolament dwar il-FEAG) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0180/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-għan tal-FEAG tmwessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,

D.

billi Spanja talbet għajnuna fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw 2 425 sensja minn 181 intrapriża li joperaw fis-settur NACE Reviżjoni 2 diviżjoni 23 (“Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħrajn”) fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana (3),

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEAG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza li l-FEAG jista' jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li tilfu xogħolhom;

3.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-FEAG ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.

Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, biex ma tittrasferixxix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Fond Soċjali Ewropew, peress li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;

6.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

7.

Jilqa’ l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-Memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hija konformi mat-talbiet tal-Parlament;

8.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  FEAG/2009/014 ES/Comunidad Valenciana.


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-FEAG tmwessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fit-2 ta’ Settembru 2009 Spanja ippreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG, fir-rigward tas-sensji f' 181 intrapriża li joperaw fir-Reviżjoni 2 taqsima 23 tan-NACE (“Manifattura ta’ prodotti minerali nonmetalliċi oħrajn”) f'reġjun NUTS II uniku, Comunidad Valenciana (ES52), u ssupplimentatu b'tagħrif addizzjonali sat-22 ta’ Frar 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 6 598 735.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 6 598 735 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmulha fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/164


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Irlanda/Waterford Crystal

P7_TA(2010)0198

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0196 – C7-0116/2010 – 2010/2067(BUD))

2011/C 236 E/33

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0196– C7-0116/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ir-Regolament dwar il-FEAG) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0181/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-għan tal-FEAG tmwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,

D.

billi l-Irlanda talbet l-għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw is-sensji f'Waterford Crystal u fi tlieta mill-fornituri tagħha (Thomas Fennell Engineering Ltd, RPS Engineering Services, Abbey Electric) li joperaw fis-settur tal-kristall (3),

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza li l-FEAG jista' jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li tilfu xogħolhom;

3.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, itenni l-istedina tiegħu lill-Kunnissjoni li tiġi ppreżentata evalwazzjoni ta’ din id-data ukoll fir-rapporti annwali tal-FEAG;

5.

Ifakkar lill-Kummissjoni li, fil-qafas tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, m'għandhomx jiġu ttrasferiti sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-FSE, peress li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;

6.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

7.

Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-Memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hija konformi mat-talbiet tal-Parlament;

8.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  FEAG/2009/012 IE/Waterford Crystal.


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-FEAG tmwessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill- 1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Fis- 7 ta' Awissu 2009 L-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji fl-intrapriża tal-Waterford Crystal u fi tlieta mill-fornituri tagħha, fis- 7 ta' Awwissu 2009 u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali sat- 3 ta' Novembru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2 570 853.

(5)

L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Irlanda.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 570 853 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi…,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/167


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: ES/Castilla-La Mancha

P7_TA(2010)0199

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0205 – C7-0117/2010 – 2010/2068(BUD))

2011/C 236 E/34

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0205 – C7-0117/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Regolament dwar il-FEAG) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0179/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-għan tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli malajr b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tas-17 ta’ Lulju 2008, u filwaqt li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.

billi Spanja talbet għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 585 sensja f'36 intrapriża li joperaw fid-diviżjoni 16 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE ('Il-manifattura tal-injam u ta’ prodotti tal-injam u s-sufra, minbarra l-għamara; il-manifatura ta’ oġġetti tat-tiben u materjal għall-immaljar) fir-reġjun tan-NUTS II Castilla-La Mancha (3),

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw sensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jisħaq li l-FEAG jista' jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li tilfu xogħolhom;

3.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u l-anqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fil-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data ukoll fir-rapporti annwali tal-FEAG;

5.

Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-FSE, peress li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;

6.

Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u l-bosta strumenti oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

7.

Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-Memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta’ eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hija konformi mar-rikjesti tal-Parlament;

8.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  EGF/2009/020 ES/Castilla-La Mancha.


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-FEAG tmwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fid-9 ta' Ottubru 2009 Spanja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward ta' sensji mogħtija minn 36 intrapriża li joperaw fid-diviżjoni 16 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE ('Il-manifattura tal-injam u ta’ prodotti tal-injam u s-sufra, minbarra l-għamara; il-manifattura ta' oġġetti tat-tiben u materjal għall-immaljar') f'reġjun wieħed tan-NUTS II, Castilla-La Mancha (ES42) u kompliet issostni din l-applikazzjoni b'informazzjoni addizzjonali sat-22 ta' Frar 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 1 950 000.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 950 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/170


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

P7_TA(2010)0200

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0182 – C7-0099/2010 – 2010/2060(BUD))

2011/C 236 E/35

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0182 – C7-0099/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Regolament dwar il-FAEG) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0178/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ta’ ħaddiema milquta minn sensji relatati mal-kummerċ u l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja,

B.

billi l-Kummissjoni hija obbligata timplimenta l-FEAG f’konformità mal-regoli ġenerali stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju (3) u r-regoli ta’ implimentazzjoni applikabbli għal din il-forma ta’ implimentazzjoni tal-baġit,

C.

billi sa 0,35 % tal-ammont annwali tal-FEAG jista' jkun disponibbli kull sena għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, sabiex tiffinanzja l-monitoraġġ, l-informazzjoni, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, il-verifika kif ukoll l-attivitajiet ta’ kontroll u valutazzjoni meħtieġa biex ikun implimentat ir-Regolament tal-FEAG, kif stipulat fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament, inkluż d-dispożizzjoni u l-gwida għall-Istati Membri fl-użu, fil-monitoraġġ u fil-valutazzjoni tal-FEAG u jipprovdi tagħrif dwar l-użu tal-FEAG għall-imsieħba soċjali nazzjonali u Ewropej (Artikolu 8(4) tar-Regolament FEAG),

D.

billi, skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament FEAG, il-Kummissjoni għandha twaqqaf sit tal-internet, disponibbli fil-lingwi kollha, biex jipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet, li jenfasizzaw ir-rwol tal-awtorità baġitarja,

E.

billi fuq il-bażi ta’ dawn l-Artikoli l-Kummissjoni talbet mobilizzazzjoni tal-FEAG sabiex tkopri l-bżonnijiet amministrattivi tagħha għall-ħidma ta’ tħejjija minħabba l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-funzjonament tal-FEAG, li tkopri studji dwar l-implimentazzjoni, l-integrazzjoni mill-ġdid ta’ ħaddiema fis-suq tax-xogħol, l-iżvilupp ta’ netwerks bejn is-servizzi tal-Istat Membru responsabbli mill-FEAG, l-iskambju ta’ prassi tajba kif wkoll l-aġġornament u l-iżvilupp tas-sit web, l-applikazzjonijiet u d-dokumenti fil-lingwi kollha u l-attivitajiet awdjoviżivi, li tkun konformi mar-rieda tal-Parlament li titqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini dwar l-azzjonijiet tal-UE,

F.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

3.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-għan tal-EGF ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jistipula li 0.35 % tal-ammont massimu annwali jista' jsir disponibbli kull sena għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 110 000.

(5)

L-FEAG għandu, għaldaqstant, jiġi mmobilizzat biex jipprovdi għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 110 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmulha fi…,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/173


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) ***I

P7_TA(2010)0202

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) (COM(2010)0012 – C7-0024/2010 – 2010/0004(COD))

2011/C 236 E/36

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 175 u 352(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0024/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet raġunati mibgħuta lill-President tiegħu mill-parlamenti nazzjonali relatati mal-konformità tal-abbozz ta’ att mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta’ April 2010 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0190/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2010)0004

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1232/2010.)


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/174


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***II

P7_TA(2010)0203

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (11069/5/2009 – C7-0043/2010 – 2008/0247(COD))

2011/C 236 E/37

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11069/5/2009 – C7-0043/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0852),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0509/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kumissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwl qari (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294 (7) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0162/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, 23.4.2009, P6_TA(2009)0285.

(2)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 94.

(3)  ĠU C 79, 27.3.2010, p. 45.


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
P7_TC2-COD(2008)0247

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-15 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 913/2010.)


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/175


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) ***I

P7_TA(2010)0212

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri (COM(2009)0610 – C7-0263/2009 – 2009/0169(COD))

2011/C 236 E/38

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0610),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 169 u 172(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0263/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 185 u 188(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta’ April 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0164/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2009)0169

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Konġunt ta’ Riċerka u Żvilupp tal-Baħar Baltiku (BONUS) li huma impenjati fih diversi Stati Membri

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma’ l-att leġislattiv finali, Deċiżjoni Nru 862/2010/UE.)


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/176


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
L-istrutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita ***I

P7_TA(2010)0213

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (COM(2009)0139 – C7-0103/2009 – 2009/0047(COD))

2011/C 236 E/39

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0139),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0103/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Lulju 2009 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0160/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’ test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 103.


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2009)0047

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-GNSS Ewropea, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma’ l-att leġislattiv finali, Regolament (UE) Nru 912/2010)


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/177


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Programm Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Dinja (GMES) (2011 - 2013) ***I

P7_TA(2010)0214

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (COM(2009)0223 – C7-0037/2009 – 2009/0070(COD))

2011/C 236 E/40

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0223),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 157(3) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0037/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 189 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2010 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-5 ta’ Mejju 2010 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0161/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2009)0070

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011 sa 2013)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma’ l-att leġislattiv finali, Regolament (UE) Nru 911/2010)


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/178


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) ***

P7_TA(2010)0215

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010 – C7-0109/2010 – 2009/0085(NLE))

2011/C 236 E/41

(Approvazzjoni - referenza mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0326),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2009 (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665 u COM(2010)0147),

wara li kkunsidra l-Artikolu 194(2), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni talbet l-approvazzjoni tal-Parlament (C7-0109/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59(3), 81, u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0176/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Istatut;

2.

Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2009)0030.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/179


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ***

P7_TA(2010)0216

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (09898/2/2010 – C7-0145/2010– 2010/0066(NLE))

2011/C 236 E/42

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (09898/2/2010),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 329(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0145/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 74 g u 81(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0194/2010),

A.

billi fis-17 ta’ Lulju 2006 l-Kummissjoni adottat proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta’ ġurisdizzjoni u l-introduzzjoni ta’ regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (“Ruma III”) (COM(2006)0399),

B.

billi dik il-proposta kienet ibbażata fuq l-Artikoli 61(c) u 67(1) tat-Trattat KE, li kienu jirrikjedu vot unanimu fil-Kunsill,

C.

billi fil-21 ta’ Ottubru 2008 l-Parlament, filwaqt li aġixxa skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni, approva l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata (1),

D.

billi, diġà sa nofs l-2008, kien ċar li xi Stati Membri kellhom problemi speċifiċi li kienu jagħmluhielhom impossibbli li jaċċettaw ir-regolament propost; billi, b'mod partikolari, kien hemm Stat Membru wieħed li ma setax jaċċetta li l-qrati tiegħu seta' jkollhom japplikaw liġi tad-divorzju barranija, li hu kien iqis bħala aktar restrittiva mil-liġi tad-divorzju tiegħu u li xtaq ikompli japplika l-liġi sostantiva tiegħu għal kull divorzju mitlub fil-qrati tiegħu; billi, min-naħa l-oħra, maġġoranza kbira tal-Istati Membri qiesu li r-regoli dwar il-liġi applikabbli kienu element essenzjali tar-regolament propost u li dawn ir-regoli kienu f'xi każijiet se jfissru li l-qrati japplikaw liġi barranija,

E.

billi, fil-laqgħa tiegħu tal-5 u s-6 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill ikkonkluda li “ma kien hemm l-ebda unanimità biex ikompli miexi 'l quddiem bir-Regolament propost u li kienu jeżistu diffikultajiet insormontabbli, li jagħmluha impossibbli li jkun hemm deċiżjoni li tirrikjedi l-unanimità issa u fil-futur prevedibbli” u li “l-objettivi tar-regolament propost ma setgħux jintlaħqu f'perjodu raġonevoli billi jkunu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati”,

F.

billi, skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, minimu ta’ disa' Stati Membri jistgħu jistabbilixxu koperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi tal-Unjoni, filwaqt li jużaw l-istituzzjonijiet tagħha u jeżerċitaw dawn il-kompetenzi billi japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, suġġett għal-limiti u skont l-arranġamenti stipulati f'dak l-Artikolu kif ukoll fl-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

G.

billi, s'issa, erbatax-il Stat Membru (2) indikaw l-intenzjoni tagħhom li jistabbilixxu koperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali,

H.

billi l-Parlament ivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

I.

billi, b'mod partikolari, din il-koperazzjoni msaħħa tista' titqies li ssaħħaħ l-objettivi tal-Unjoni, filwaqt li tħares l-interessi tagħha u ssaħħaħ il-proċess ta’ integrazzjoni tagħha fit-tifsira tal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-konsultazzjoni estensiva tal-partijiet interessati li wettqet il-Kummissjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt tagħha b'rabta mal-Green Paper tagħha (COM(2005)0082), in-numru kbir ta’ żwiġijiet “internazzjonali” u l-madwar 140 000 divorzju b'element internazzjonali fl-Unjoni fl-2007, filwaqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh li tnejn mill-pajjiżi li biħsiebhom jipparteċipaw fil-koperazzjoni msaħħa, il-Ġermanja u Franza, kellhom l-akbar proporzjon ta’ divorzji “internazzjonali” ġodda f'dik is-sena,

J.

billi l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-konflitt tal-liġijiet se tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u se ssaħħaħ il-fiduċja reċiproka; billi bħalissa jeżistu 26 sett differenti ta’ regoli tal-konflitt tal-liġijiet fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, u l-istabbiliment tal-koperazzjoni msaħħa f'dan il-qasam se jnaqqas dan in-numru għal 13, biex b'hekk tkun possibbli armonizzazzjoni akbar tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat u jissaħħaħ il-proċess ta’ integrazzjoni,

K.

billi jidher ċar mill-aspett storiku ta’ din l-inizjattiva li d-deċiżjoni proposta qed titressaq wara li falla kull tentattiv ieħor u li l-objettivi tal-koperazzjoni ma setgħux jintlaħqu f'perjodu raġonevoli; billi mill-inqas disa' Stati Membri biħsiebhom jipparteċipaw fiha; billi, għalhekk, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huma ssodisfati,

L.

billi r-rekwiżiti tal-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma ssodisfati wkoll,

M.

billi b'mod partikolari f'dan il-qasam, il-koperazzjoni msaħħa tikkonforma mat-Trattati u mad-dritt tal-Unjoni peress li mhux se taffettwa l-acquis, ladarba l-uniċi regoli tal-Unjoni li jeżistu f'dan il-qasam jirrigwardaw il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi u mhux il-liġi applikabbli; billi mhux se tikkawża xi diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità bi ksur tal-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li r-regoli tal-konflitt tal-liġijiet proposti se japplikaw għall-partijiet kollha quddiem il-qrati tal-Istati Membri parteċipanti irrispettivament min-nazzjonalità jew mir-residenza tagħhom,

N.

billi l-koperazzjoni msaħħa mhux se ddgħajjef is-suq intern jew il-koeżjoni soċjali jew territorjali, u mhux se tkun ta’ ostakolu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, jew toħloq diskriminazzjoni jew tfixkil tal-kompetizzjoni; billi, minflok, se tiffaċilita l-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi telimina l-ostakoli possibbli għall-moviment liberu tal-persuni u tissimplifika l-affarijiet għall-individwi u l-prattikanti fl-Istati Membri parteċipanti, mingħajr ma twassal li sseħħ xi diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini,

O.

billi l-koperazzjoni msaħħa se tirrispetta d-drittijiet, il-kompetenzi u l-obbligi tal-Istati Membri mhux parteċipanti ladarba se jżommu r-regoli eżistenti tagħhom tad-dritt internazzjonali privat f'dan il-qasam; billi m'hemm l-ebda ftehimiet internazzjonali bejn l-Istati Membri parteċipanti u dawk mhux parteċipanti li jinkisru bil-koperazzjoni msaħħa; u billi mhux se taffettwa l-Konvenzjonijiet tal-Aja dwar ir-responsabilità tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment,

P.

billi l-Artikolu 328(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jgħid li l-koperazzjoni msaħħa għandha tkun miftuħa f'kull ħin għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw,

Q.

billi l-Artikolu 333(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lill-Kunsill (jew, iktar preċiżament, lil dawk il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni msaħħa) jadotta deċiżjoni li tistipula li se jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja minflok il-proċedura leġiżlativa speċjali prevista fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament jiġi biss ikkonsultat,

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 333(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tgħid li, f'dak li jirrigwarda l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimplimenta koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, se jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 15E, 21.1.2010, p. 128.

(2)  Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugal, ir-Rumanija, u s-Slovenja.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/181


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 *

P7_TA(2010)0217

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (COM(2010)0239 – C7-0131/2010 – 2010/0135(NLE))

2011/C 236 E/43

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0239),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-2010 tal-Kummissjoni dwar il-Konverġenza (COM(2010)0238) rigward l-Estonja u r-Rapport ta’ Mejju 2010 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-Konverġenza,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2006 dwar it-tkabbir taż-żona tal-euro (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2008 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar id-Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro u l-Finanzi Pubbliċi 2009 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2008 dwar l-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni (4) (riżoluzzjoni dwar l-EMU@10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar it-titjib tal-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri ta’ tkabbir ulterjuri taż-żona euro (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2003 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għal proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar emenda għall-Artikolu 10.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (6),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/223/KE tal-21 ta’ Marzu 2003 fuq l-emenda tal-Artikolu 10.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0131/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0182/2010),

A.

billi l-Artikolu 140(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat FUE) jiddefinixxi l-ilħuq ta’ grad għoli ta’ konverġenza sostenibbli b’referenza għal jekk kull Stat Membru jkunx issodisfa dawn il-kriterji: il-ksib ta’ livell għoli ta’ stabbiltà fil-prezzijiet; is-sostenibbilta' tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Gvern; l-osservanza tal-marġni ta’ fluttwazzjoni normali previsti mill-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju; u d-durabbiltà tal-konverġenza miksuba mill-Istat Membru u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea li tiġi riflessa fil-livelli tar-rati ta’ mgħax f'perjodi fit-tul,

B.

billi l-Estonja kkonformat mal-kriterji ta’ Maastricht f' konformita' mal-Artikolu 140(1) tat-Trattat FUE u l-Protokoll (Nru 13) dwar il-Kriterji ta’ Konverġenza anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat FUE,

C.

billi r-Rapporteur żar l-Estonja biex jivvaluta kemm dak il-pajjiż hu lest biex jidħol fiż-żona tal-euro,

D.

billi l-Kummissjoni ddikjarat li l-EUROSTAT, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-uffiċċju Estonjan għall-istatistika, eżamina l-kwalità tad-data relevanti kollha trażmessa mill-awtoritajiet Estonjani,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Huwa favur l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011;

3.

Jinnota li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) saret fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali globali li affetwat il-prospetti għal konverġenza nominali ta’ ħafna Stati Membri oħra;

4.

Jinnota li l-Estonja ssodisfat il-kriterji, bħala riżultat ta’ sforzi determinati, kredibbli u sostnuti mill-Gvern u l-poplu Estonjani;

5.

Juri tħassib dwar id-diskrepanzi bejn ir-rapporti dwar il-konverġenza tal-Kummissjoni u tal-BĊE rigward is-sostenibbiltà tal-istabbiltà tal-prezzijiet;

6.

Jinnota li r-Rapport tal-2010 tal-BĊE dwar il-Konverġenza jidentifika bħala sfida kbira ż-żamma tal-konverġenza tal-inflazzjoni, ladarba jintemm l-aġġustament ekonomiku attwali;

7.

Jistieden lill-Gvern Estonjan biex iżomm l-attitudni ta’ politika fiskali prudenti tiegħu, flimkien mal-politiki globali tiegħu orjentati lejn l-istabbiltà, fil-konfront tal-iżbilanċji makroekonomiċi u r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet fil-ġejjieni;

8.

Jistieden lill-Istati Membri biex iħallu lill-Kummissjoni tevalwa l-konformità mal-kriterji ta’ Maastricht fuq il-bażi ta’ data definita, indipendenti, attwali, affidabbli, u ta’ kwalità għolja;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel simulazzjoni tal-effett tal-pakkett ta’ salvataġġ taż-żona tal-euro fuq il-baġit Estonjan meta l-pajjiż jingħaqad maż-żona tal-euro u b’hekk isir membru tal-grupp li jiggarantixxi l-fondi ta’ salvataġġ;

10.

Jistieden lill-Kummissjonu u lill-BĊE biex iqisu l-aspetti kollha meta jirrakkomandaw ir-rata tal-kambju finali għall-kroon Estonjan;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet Estonjani biex iħaffu t-tħejjijiet prattiċi tagħhom sabiex jiżguraw li l-proċess tal-bidla jkun bla intoppi; jistieden lill-Gvern Estonjan biex jiżgura li l-introduzzjoni tal-euro ma tintużax biex il-prezzijiet jiżdiedu bil-moħbi;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BĊE biex jirrapportaw lill-Parlament dwar il-passi li qed jiġu kkunsidrati għall-minimizzazzjoni tal-inflazzjoni tal-assi bħala konsegwenza tar-rati baxxi ta’ mgħax;

13.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

14.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Eurogroup u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 249.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0090.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0072.

(4)  ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 8.

(5)  ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 251.

(6)  ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 374.

(7)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 66.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/184


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010: Taqsima III – Il-Kummissjoni (Bilanċ favorevoli 2009)

P7_TA(2010)0218

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (10930/2010 – C7-0153/2010 – 2010/2056(BUD))

2011/C 236 E/44

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 310 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (“ir-Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b’mod definittiv fis-17 ta’ Diċembru 2009 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz tal-Baġit ta’ Emenda Nru 4 għall-baġit tal-2010, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-16 ta’ April 2010 (COM(2010)0169),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010 stabbilita fil-11 ta’ Ġunju 2010 (10930/2010 - C7-0153/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0200/2010),

A.

billi l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit tal-2010 l-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2009, li jammonta għal EUR 2 253 591 199,37,

B.

billi l-elementi prinċipali ta’ dan il-bilanċ favorevoli huma soprareġistrazzjoni fid-dħul ta’ EUR 400 703 258, sottoeżekuzzjoni fin-nefqa ta’ EUR 1 667 346 181 u differenzi pożittivi tar-rati tal-kambju li jammontaw għal EUR 185 541 760,

C.

billi għall-Intestatura 1, is-sottoeżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas fl-2009 kienet tammonta għal EUR 451 miljun, għall-Intestatura 2 kienet tammonta għal EUR 244 miljun, għall-Intestatura 3 kienet tammonta għal EUR 106 miljun, għall-Intestatura 4 kienet tammonta għal EUR 603 miljun u għall-Intestatura 5 kienet tammonta għal EUR 263 miljun,

D.

billi l-effett kombinat tal-marġni baġitarji stretti ħafna u l-ħtiġijiet finanzjarji li qed jitfaċċaw huwa li jipperikola l-prijoritajiet politiċi eżistenti, filwaqt li sottoeżekuzzjoni sinifikanti tnaqqas fl-istess ħin it-twettiq tal-politika tal-UE,

E.

billi l-kalkolu tal-sottoimplimentazzjoni baġitarja tal-2009 għandha tqis l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010 u l-Baġit ta’ emenda Nru 10/2009,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010 ddedikat biss għall-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli tal-2009, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju;

2.

Jisħaq li s-sottoimplimentazzjoni attwali tal-baġit tal-2009 mhijiex limitata għall-bilanċ favorevoli ppreżentat fl-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010 iżda jammonta għal aktar minn EUR 5 000 000 000, b’qies ukoll tal-baġit ta’ emenda Nru 10/2009; iwissi għalhekk li l-baġits ta’ emenda ta’ tmiem is-sena li jnaqqsu l-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas, filwaqt li konsegwentement inaqqsu l-kontribuzzjoni globali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-baġit tal-UE, jagħtu stampa mgħawġa tal-implimentazzjoni baġitarja;

3.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2010 mhux emendat u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ta’ emenda Nru 2/2010 ġie definittivament adottat u jirranġa għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(2)  ĠU L 64, 12.3.2010,

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/185


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali ***I

P7_TA(2010)0220

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar l-abbozz ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (00001/2010 – C7-0005/2010 – 2010/0801(COD))

2011/C 236 E/45

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-inizjattiva ta’ grupp ta’ Stati Membri (00001/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76(b) u l-Artikolu 82(2), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat FUE, skont liema artikoli l-inizjattiva tressqet lill-Parlament (C7-0005/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u (15) tat-Trattat FUE,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2010)0082), li għandha l-istess objettiv leġiżlattiv,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mibgħuta lill-President tiegħu mill-parlamenti nazzjonali dwar il-konformità tal-inizjattiva mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-Artikoli 44 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0198/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2010)0801

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma’ l-att leġislattiv finali, Direttiva 2010/64/UE)


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/186


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I

P7_TA(2010)0221

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (COM(2008)0650 – C6-0354/2008 – 2008/0195(COD))

2011/C 236 E/46

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0650),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 71 u 137(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0354/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 91 u 153(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0137/2010),

1.

Jiċħad il-proposta tal-Kumissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u tieħu l-passi meħtieġa mal-Parlament sabiex tressaq proposta ġdida;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 228, 22.9.2009, p. 78.


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/187


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***I

P7_TA(2010)0222

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (COM(2008)0040 – C6-0052/2008 – 2008/0028(COD))

2011/C 236 E/47

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0040),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-Proposta lill-Parlament (C6-0052/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jisimha “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0109/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif jingħad aktar 'l isfel;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu ħalli jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2008)0028

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 94/54/KE, 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 169 tat-Trattat jipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta skond l-Artikolu 114 tiegħu.

(2)

Il-moviment ħieles ta’ ikel sigur ▐ għas-saħħa huwa parti essenzjali mis-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-saħħa u l-benefiċċju taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom. Dan ir-Regolament se jaqdi kemm l-interessi tas-suq intern, billi jissimplifika l-liġi, jiżgura ċertezza legali u jnaqqas il-burokrazija tal-leġiżlazzjoni, kif ukoll jibbenefika liċ-ċittadin, billi jirrikjedi li jkun hemm tikketta tal-prodotti tal-ikel li tkun ċara, tinftiehem u tinqara.

(3)

Sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jiġi assigurat li l-konsumaturi jkunu infurmati sew dwar l-ikel li jikkonsmaw. Id-deċiżjonijiet dwar l-akkwisti jistgħu jiġu influwenzati, inter alia, permezz ta’ konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (3) u jistipula l-proċeduri f'kwistjonijiet ta’ sigurtà fl-ikel jipprovdi li huwa prinċipju ġenerali tal-liġi dwar l-ikel li toffri bażi biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati fl-ikel li jikkonsmaw u biex jinżamm milli jkun hemm xi prassi li tista' tiżgwida lill-konsumatur.

(5)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 li tikkonċerna prassi kummerċjali mhux ġusti min-negozji għall-konsumatur fis-suq intern (4) tkopri ċerti aspetti ta’ l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi bil-għan speċifiku li żżomm milli jsiru azzjonijiet li jiżgwidaw u milli titħalla barra informazzjoni. Il-prinċipji ġenerali dwar prassi kummerċjali inġusti għandhom jiġu kumplimentati minn regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(6)

Ir-regoli tal-Unjoni dwar it-tikkettjar fuq l-ikel applikabbli għall-ikel kollu huma stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mat-tikkettjar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (5). Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1978 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar it-tikkettjar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta’ l-ikel (6) tistipula r-regoli dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq in-nutrizzjoni ta’ ikel ippakkjat bil-lest. Iż-żieda ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni hi volontarja sakemm ma ssirx talba marbuta man-nutrizzjoni li tikkonċerna l-ikel. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1990 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(8)

Ir-rekwiżiti ġenerali dwar it-tikkettjar huma kumplimentati b’għadd ta’ dispożizzjonijiet applikabbli għall-ikel kollu f’ċerti ċirkostanzi jew għal ċerti kategoriji ta’ ikel. Barra minn hekk, hemm numru ta’ regoli speċifiċi li huma applikabbli għal ikel speċifiku.

(9)

Filwaqt li l-għanijiet oriġinali u l-komponenti ewlenin tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar it-tikkettjar għadhom validi xorta, jeħtieġ li tiġi simplifikata sabiex ikun hemm applikazzjoni aktar faċli u ċertezza legali akbar għall-partijiet interessati u biex tiġi modernizzata sabiex tqis l-iżviluppi l-ġodda fil-qasam ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel.

(10)

Hemm interess fost il-pubbliku inġenerali fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni mezz wieħed kif jingħata tagħrif lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni ta’ l-ikel u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. Il-kampanji ta’ edukazzjoni u ta’ informazzjoni huma mekkaniżmu importanti biex il-konsumatur jifhem aħjar it-tagħrif dwar l-ikel. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 tal-Unjoni enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel kieku tikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata. Barra minn hekk, tagħmel sens u hu xieraq li l-konsumaturi fl-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw sors ta’ informazzjoni newtrali sabiex jiċċaraw il-mistoqsijiet tagħhom dwar in-nutrizzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu hotlines xierqa li jistgħu jkunu ffinanzjati parzjalment mill-industrija tal-ikel.

(11)

Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jkun assigurat li l-infurzar isir b’mod razzjonali u konsistenti, jixraq li jitħassru d-Direttivi 90/496/KEE u 2000/13/KE u jiġu mibdula b’Regolament wieħed li jassigura ċ-ċertezza kemm għall-konsumaturi ta’ l-industrija kif ukoll li jnaqqas il-piż amministrattiv.

(12)

Għall-fini ta’ ċarezza, jixraq li jitħassru u jiddaħħlu f’dan ir-Regolament atti oħra ġeneriċi, prinċipalment id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE tal-15 ta’ April 1987 dwar l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum fit-tikkettjar ta’ xorb alkoħoliku għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari (7), id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE tat-18 ta’ Novembru 1994 li tikkonċerna l-indikazzjoni obbligatorja dwar it-tikkettjar ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel bid-dettalji barra dawk previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE (8), id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE tat-8 ta’ Marzu 1999 li tipprovdi għal derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE fir-rigward tat-tikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (9), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar it-tikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li fihom il-kinina, u ta’ oġġetti ta’ l-ikel li fihom il-kafeina (10), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna t-tikkettjar ta’ ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom miżjud magħhom phytosterols, phytosterol esters, phytostanols u/jew phytostanol esters (11) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/77/KE tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 94/54/KE fir-rigward tat-tikkettjar ta’ ċertu ikel li fih l-aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta’ l-ammonju tiegħu (12).

(13)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet, prinċipji, rekwiżiti u proċeduri komuni sabiex jiġi ffurmat qafas ċar u bażi komuni għall-miżuri tal-Unjoni u nazzjonali li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel.

(14)

Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluzzjonarju għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi marbuta ma’ l-ikel li jikkonsmaw, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri r-regoli ta’ natura orizzontali u speċifika kif ukoll definizzjoni wiesgħa ta’ l-informazzjoni u edukazzjoni dwar l-ikel li tkopri l-informazzjoni provduta b’mezzi oħra barra t-tikketta.

(15)

Ir-regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta’ attivitajiet u ċertu grad ta’ organizzazzjoni. Operazzjonijiet bħat-twassil okkażjonali, ta’ ikel lil partijiet terzi , is-servizz tal-ikliet u l-bejgħ ta’ ikel minn persuni privati ngħidu aħna waqt avvenimenti għall-karità jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat kif ukoll il-bejgħ ta’ ikel permezz ta’ forom differenti ta’ marketing dirett mill-bdiewa , mhumiex koperti fl-ambitu ta’ dan ir-regolament. Sabiex jiġi evitat piż żejjed, b’mod partikulari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fis-settur tradizzjonali tal-produzzjoni ta’ l-ikel u fil-bejgħ ta’ l-ikel bl-imnut, li jinkludu wkoll fornituri ta’ servizzi ta’ catering tal-massa, il-prodotti li ma jiġux ippakkjati bil-lest għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti tat-tikkettjar.

(16)

Is-servizzi ta’ catering pprovduti minn impriżi tat-trasport m’għandhomx jidħlu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ħlief jekk jiġu pprovduti fuq rotot bejn żewġ punti fit-territorju tal-Unjoni.

(17)

Is-servizzi ta’ catering provduti mis-swali taċ-ċinema – ħlief l-SMEs – għandhom jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk l-ikel huwa ppakkjat fil-post fejn jinbiegħ f’pakketti standard, li l-kapaċità tagħhom hija ddeterminata minn qabel, u għaldaqstant fejn il-kwantità u l-kontenut tal-ikel jew xorb hija definita u tista’ titkejjel.

(18)

Il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun imsejsa wkoll fuq ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-konsumaturi u tiżgura li l-innovazzjoni fl-industrija tal-ikel ma tkunx maħnuqa. Il-possibilità li l-operaturi fin-negozju tal-ikel jagħtu informazzjoni addizzjonali volontarja tippermetti flessibilità addizzjonali .

(19)

L-iskop li tintalab informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hu biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet konxji dwar ix-xiri li jaqblu max-xewqat u mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali.

(20)

Sabiex il-liġi ta’ informazzjoni dwar l-ikel tkun tista’ tadatta għat-tibdil fil-bżonnijiet ta’ informazzjoni tal-konsumaturi, u sabiex jiġi evitat kull tip ta’ ħela fl-ippakkjar, l-ittikkettjar obbligatorju fuq l-ikel għandu jinżamm biss għal finijiet ta’ informazzjoni li huwa ta’ interess kbir għall-maġġoranza tal-konsumaturi ▐.

(21)

Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel jew il-forom ġodda tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ikel , għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità , trasparenza u sostenibbiltà.

(22)

Barra r-regoli eżistenti kontra ir-reklamar qarrieqi, ir-regoli ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom jipprojbixxu l-indikazzjoni ta’ kull dettalli li jista’ jiżgwida lill-konsumatur b’mod partikulari dwar il-kontenut ta’ enerġija, l-oriġini u l-kompożizzjoni tal-ikel . Biex tkun effettiva, dik il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni ta’ l-ikel.

(23)

Qed jingħad li l-użu ta’ ċerti prodotti għandu effetti li huma ta’ benefiċċju għas-saħħa. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu espressi b’mod li jiżgura li l-effetti ta’ l-użu ta’ dawn il-prodotti jistgħu jitkejlu jew jiġu vverifikati.

(24)

Sabiex ma jiġux imkissra f’biċċiet ir-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta’ l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-informazzjoni żbaljata, qarrieqa jew nieqsa dwar l-ikel huwa essenzjali li r-responsabbiltajiet ta’ l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel f’dan il-qasam jiġu stabbiliti b’mod ċar . Bla ħsara għall-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-operaturi tan-negozji tal-ikel responsabbli għal attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu fil-pront meta jsiru jafu li din l-informazzjoni ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament .

(25)

Għandha tissawwar lista ta’ l-informazzjoni kollha obbligatorja li ▐ għandha tingħata għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari u għall-caterers tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti peress li ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur għall-informazzjoni għall-konsumatur.

(26)

It-teknoloġija l-ġdida ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jista’ jkollha rwol importanti fit-tixrid ta’ l-informazzjoni supplimentari lill-konsumaturi billi din tippermetti li jsir skambju ta’ informazzjoni malajr u li ma jiswiex ħafna flus. Huwa possibbli li jiġi kkontemplat li l-konsumaturi jottjenu tagħrif addizzjonali permezz tat-terminals imqegħdin fis-supermarkets. Dawk it-terminals ikunu, permezz tal-qari tal-barcode, jistgħu jagħtu tagħrif dwar il-prodott li jkun. Bl-istess mod, wieħed jista’ jimmaġina li l-konsumaturi jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal informazzjoni supplimentari permezz ta’ paġna fuq l-internet.

(27)

Meta jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-ikel u xorta jkunu għadhom preżenti, ċerti ingredjenti jew sustanzi oħra jistgħu jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi lill-konsumaturi, u xi wħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranzi u f’ċerti każijiet xi wħud jistgħu wkoll joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati. Hu importanti għalhekk li tingħata informazzjoni lill-konsumatur dwar il-preżenza ta’ addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi oħra li jkunu ġew ippruvati xjentifikament b’effett allerġeniku jew li jistgħu jkattru r-riskju ta’ mard sabiex il-konsumaturi b’mod partikolari dawk li jbatu minn allerġija ta’ ikel jew intolleranza ikunu jistgħu jagħżlu b’mod maħsub dak l-ikel li hu sigur għalihom . Għandhom jingħataw it-traċċi wkoll sabiex dawk il-persuni neqsin mill-enerġija jkunu jistgħu jagħmlu għażla sikura. Għal dan l-għan għandhom jitfasslu regoli komuni.

(28)

It-tikketti ta’ l-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet selettivi dwar ikel u dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà faċli hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u l-informazzjoni dwar il-prodott li ma tkunx tista’ tinqara hija waħda mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. Għalhekk, fatturi bħal tipa, kulur u kuntrast għandhom jitqiesu flimkien.

(29)

Sabiex ikun assigurat l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, jeħtieġ li jkun inkluż il-bejgħ ta’ l-ikel permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Għalkemm hu ċar li kull ikel fornut permezz ta’ bejgħ mill-bogħod għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni bħall-ikel mibjugħ fil-ħwienet, jeħtieġ li jiġi ċċarat li f’każijiet bħal dawn l-informazzjoni rilevanti obbligatorja dwar l-ikel trid tkun disponibbli wkoll qabel max-xirja tiġi konkluża.

(30)

Bil-ħsieb li jagħtu lill-konsumatur informazzjoni dawr l-ikel meħtieġa sabiex issir għażla informata, ix-xarbiet alkoħoliċi mħallta wkoll għandhom jagħtu informazzjoni dwar l-ingredjenti tagħhom.

(31)

F’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Settembru 2007 dwar strateġija tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġa l-Istati Membri fit-tnaqqis tad-dannu relatat mal-alkoħol (13), l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar il-proviżjoni ta’ informazzjoni dwar l-ikel għal konsumaturi, il-ħidma tal-Kummissjoni, u t-tħassib pubbliku ġenerali dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol speċjalment għall-konsumaturi żgħażagħ u vulnerabbli, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tistabbilixxi definizzjoni ta’ xarbiet bħal “alcopops” immirata speċifikament għaż-żgħażagħ. Minħabba n-natura alkoħolika tagħhom, “alcopops” għandu jkollhom rekwiżiti ta’ tikkettar aktar stretti, u jkunu separati b’mod ċar mis-soft drinks fil-ħwienet.

(32)

Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi oħra. Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Unjoni dwar it-tikkettjar ta’ l-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (14) jipprovdi sett eżawrjenti ta’ standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta’ manifattura u l-mod ta’ preżentazzjoni u t-tikkettjar ta’ l-inbejjed, u permezz ta’ hekk jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi huma protetti u informati kif suppost. B’mod partikolari, dik il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f’mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta’ produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta’ lista pożittiva ta’ prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f’din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f’dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mal-birra, u l-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tas-spirit drinks (15), u sabiex tiġi żgurata strateġija konsistenti u koerenza mal-konsizzjonijiet stabbiliti mill-inbid, għandhom japplikaw l-istess tip ta’ eżenzjonijiet. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u tista’ tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

(33)

L-indikazzjoni tal-post ta’ provenjenza tal-ikel għandu jingħata fuq bażi obbligatorja bi qbil mal-Artikolu 9(1)(i) u kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida l-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru jew il-post veru ta’ provenjenza ta’ dak il-prodott. F’kull każ ieħor l-indikazzjoni tal-pajjiż jew il-post ta’ provenjenza jitħalla f’idejn l-approvazzjoni ta’ l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza għandha tingħata f’mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta’ kriterji definiti b’mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur ta’ l-informazzjoni relatata mal-pajjiż jew il-post ta’ provenjenza ta’ ikel. Kriterji bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati ma’ l-isem jew l-indirizz ta’ l-operatur tan-negozju ta’ l-ikel.

(34)

Jekk l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel ▐ jindikaw li l-oriġini ta’ dak l-ikel hija l - Unjoni Ewropea sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom u għall-istandards ta’ produzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea. Indikazzjonijiet bħal dawn għandhom ▐ jikkonformaw ma kriterji armonizzati. L-istess għandu japplika, fejn ikun il-każ, għall-indikazzjoni tal-Istat Membru.

(35)

Ir-regoli mhux preferenzjali dwar l-oriġini tal-Unjoni huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t’Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (16) u d-dispożizzjonijiet tiegħu li jimplimentaw fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 (17). Id-determinazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-ikel għandha tkun ibbażata fuq dawk ir-regoli, li huma magħrufa tajjeb ma’ l-operaturi u l-amministraturi kummerċjali u għandhom jagħmlu l-implimentazzjoni tagħha aktar faċli.

(36)

Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza ta’ l-enerġija u ċerti nutrijenti u ingredjenti fl-ikel. L-għoti ta’ informazzjoni obbligatorju dwar in-nutrizzjoni fuq quddiem u fuq wara tal-pakkett għandu jkun sostnut minn azzjonijiet tal-Istati Membri, bħal pjan ta’ azzjoni dwar in-nutrizzjoni bħala parti mill-politika tagħhom dwar is-saħħa pubblika, li jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

(37)

Il-White Paper tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tat-30 ta’ Mejju 2007 enfasizzaw ċerti elementi nutrizzjonali ta’ importanza għas-saħħa pubblika. Għalhekk, jixraq li r-rekwiżiti dwar l-għoti obbligatorju ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni jkunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ta’ dik il-White Paper .

(38)

Ġeneralment, il-konsumaturi mhumiex konxji mill-kontribut potenzjali tax-xorb alkoħoliku għad-dieta totali tagħhom. Għalhekk, kienet tkun ta’ għajnuna, li kieku l-produtturi kellhom jagħtu informazzjoni dwar il-kontenut tal-enerġija fix-xorb alkoħoliku ▐.

(39)

Sabiex ikun hemm ċertezza legali u koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni t-tniżżil volontarju ta’ kummenti dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fuq it-tikketti ta’ l-ikel għandu jkun skond ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar it-talbiet tan-nutrizzjoni u tas-saħħa li saru fuq l-ikel (18).

(40)

Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq il-produtturi u n-negozjanti tal-prodotti tal-ikel , huwa xieraq li ċerti kategoriji ta’ ikel mhux ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni tan-nutrizzjoni mhuwiex fattur determinanti għad-deċiżjoni tal-konsumatur dwar ix-xiri, jew li l-pakkett ta’ barra tiegħu jew it-tikketta jkunu żgħar wisq għat-tikkettjar obbligatorju biex isir it-tikkettar tassattiv , jiġu eżentati mill-inklużjoni obbligatorja ta’ dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni ħlief jekk l-obbligu ta’ forniment ta’ informazzjoni bħal din hija prevista f’leġiżlazzjoni oħra tal- Unjoni .

(41)

Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, ▐ l-informazzjoni ▐ għandha tkun ▐ faċilment tinftiehem mill-konsumatur medju . Ikun xieraq li tingħata l-informazzjoni f’kamp wieħed tal-viżjoni , sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel ▐.

(42)

Żviluppi riċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100g/100ml/porzjon, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur ta’ l-ikel jissuġġerixxu li l-konsumaturi jogħġbuhom dawk l-iskemi għaliex jistgħu jgħinuhom jagħmlu malajr għażliet mingħajr dewmien . Minkejja dan, ma hemm l-ebda evidenza xjentifika fl-Unjoni kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-mod alternattiv kif tingħata l-informazzjoni. Biex jitħaffef il-mod li bih jitqabblu l-prodotti f’pakketti ta’ daqs differenti jkun xieraq li l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tibqa’ obbligatorja għal kull 100g/100ml u, fejn xieraq, li jiġu permessi dikjarazzjonijiet oħra bbażati fuq il-porzjonijiet. Jekk l-ikel ikun ippakkjat f’porzjonijiet individwali, l-informazzjoni nutrittiva għal kull porzjon għandha, barra minn hekk, tkun obbligatorja. Sabiex jiġu esklużi indikazzjonijiet dwar id-daqs tal-porzjonijiet li jiżgwidaw, id-daqsijiet tal-porzjonijiet għandhom ikunu standardizzati fl-Unjoni kollha permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni.

(43)

Id-dikjarazzjoni fuq iż-żona ta’ viżjoni prinċipali ta’ l-ammonti ta’ elementi nutrizzjonali u ta’ l-indikaturi komparattivi f’forma li tingħaraf malajr sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-proprjetajiet nutrizzjonali ta’ ikel għandha titqies fit-totalità tagħha bħala parti mid-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni u ma għandhiex tiġi ttrattata bħala grupp ta’ talbiet individwali.

(44)

L-esperjenza turi li f’ħafna każijiet informazzjoni volontarja dwar l-ikel tingħata għad-detriment taċ-ċarezza ta’ l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel. Għalhekk, għandhom jiġu provduti kriterji biex jgħinu lill-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel u lill-awtoritajiet ta’ l-infurzar biex joħolqu bilanċ bejn l-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u dik volontarja.

(45)

L-informazzjoni għall-persuni allerġiċi dwar sustanzi li jikkawżaw allerġiji hija importanti wkoll fil-każ ta’ ikel mhux ippakkjat minn qabel u servizzi tal-catering tal-massa. Għalhekk dik l-informazzjoni għandha dejjem tkun magħmula disponibbli lill-konsumatur.

(46)

L-Istati Membri m’għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet oħra barra dawk stipulati f’dan ir-Regolament fil-qasam li dan jarmonizza, sakemm ma jkunx indikat speċifikament fih. Barra minn hekk, minħabba li r-rekwiżiti tal-ittikkettar nazzjonali jistgħu joħolqu ostakli għall-moviment liberu fis-suq intern, l-Istati Membri għandhom jagħtu raġuni għall-ħtieġa ta’ miżuri bħal dawn u jfasslu passi li għandhom jieħdu biex jiżguraw li dawn ikunu applikati b’mod li jfixkel l-inqas il-kummerċ.

(47)

Ir-regoli ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom ikunu jistgħu jadattaw għal ambjent soċjali, ekonomiku u teknoloġiku li qed jinbidel b’rata mgħaġġla.

(48)

Fir-rigward ta’ ċerti aspetti ta’ informazzjoni dwar l-ikel li jwasslu għall-iżvilupp tta’ prassi innovativi u kummerċjali moderni, jeħtieġ li jsiru esperimenti biżżejjed u riċerka dwar il-konsumaturi u tingħata evidenza soda dwar l-aħjar sistemi. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn il-liġi tal-Unjoni ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun ristretta biex tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali obbligatorji li jiddeterminaw il-livell ta’ protezzjoni u informazzjoni għall-konsumatur u tħalli flessibbiltà biex ikunu jistgħu jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti, f’mod li huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tas-suq intern.

(49)

Sabiex ikun assigurat li jiġu disinjati aktar rekwiżiti dettaljati ta’ informazzjoni dwar l-ikel u jiġu stabbiliti b’mod dijalettiku u li qed jirfdu mill-aħjar prassi, għandu jkun hemm mekkaniżmi flessibbli fuq il-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali bbażati fuq konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti u interazzjoni kontinwa bejn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati rappreżentattivi. Mekkaniżmu bħal dan jista’ jirriżulta fl-iżvilupp ta’ skemi nazzjonali li ma jorbtux fuq il-bażi ta’ riċerka solida tal-konsumatur u konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati. Għandu jkun hemm mekkaniżmi għall-konsumaturi sabiex ikunu kapaċi jidentifikaw ikel li huwa ttikkettjatbħala konformi ma’ l-iskema nazzjonali bħal pereżempju permezz ta’ numru jew simbolu ta’ identifikazzjoni.

(50)

Sabiex jiġi żgurat livell ta’ konsistenza fir-riżultati li nkisbu fl-Istati Membri differenti, jeħtieġ li jkun hemm promozzjoni ta’ l-iskambju u d-distribuzzjoni kostanti ta’ l-aħjar prassi u esperjenza bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni u tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati għal skambju bħal dawn.

(51)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli uffiċjali sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali (19).

(52)

Referenzi għad-Direttiva 90/496/KEE fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (20) għandhom jiġu aġġornati biex iqisu dan ir-Regolament. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 għandhom għalhekk jiġu emendati skond il-bżonn.

(53)

Sabiex il-partijiet interessati, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-prodotti tagħhom, l-applikazzjoni tal-miżuri biex l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ssir obbligatorja għandha tiddaħħal bil-mod permezz ta’ perjodi ta’ transizzjoni estiżi b’perjodu ta’ transizzjoni addizzjonali maħsub għall-mikro-negozji.

(54)

Naturalment, il-prodotti tas-settur tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ikel u l-prodotti friski tan-negozju tal-bejgħ tal-ikel li jiġu prodotti direttament fil-post tal-bejgħ jistgħu jinkludu wkoll sustanzi li joħolqu reazzjonijiet allerġiċi jew intolleranzi f’persuni sensittivi. Billi, madankollu, huma l-prodotti mhux ippakkjati minn qabel li jinbigħu f’kuntatt dirett mal-konsumatur, l-informazzjoni rilevanti, pereżempju, għandha tingħata bil-kelma fil-waqt tal-bejgħ, jew permezz ta’ tabella li tkun tidher ċar fil-post tal-bejgħ jew permezz ta’ materjal informattiv disponibbli biex jittieħed.

(55)

Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hemm minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(56)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(57)

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni, għandhom jingħataw kompetenzi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta linji gwida tekniċi għall-interpretazzjoni tal-lista ta’ ingredjenti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi, biex jiġi ddeterminat kif tiġi indikata d-data tad-durabilità minima u fir-rigward tat-teħid ta’ pożizzjoni dwar dispożizzjonijiet nazzjonali adottati minn Stat Membru. B’konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-miżuri ta’ kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel permezz ta’ regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat dak ir-Regolament ġdid, u meta titqies il-ħtieġa li jiġi adottat dan ir-regolament malajr kemm jista’ jkun, il-kontroll mill-Istati Membri għandu jiġi eżerċitat skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (21), bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli, safejn dawk id-dispożizzjonijiet għadhom kompatibbli mat-Trattati emendati. Ir-referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom madankollu jinbidlu b’referenzi għar-regoli u l-prinċipji stipulati fir-regolament il-ġdid hekk kif dak ir-regolament jidħol fis-seħħ.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b’mod partikolari t-tikkettjar dwar l-ikel. Hu jistipula l-mezzi biex ikun garantit id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni u proċeduri għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis il-bżonn li tiġi provduta flessibbiltà biżżejjed biex tlaħħaq ma’ l-iżviluppi futuri u rekwiżiti ġodda għal informazzjoni.

2.   Dan ir-Regolament japplika għall-istadji kollha tal-proċess ta’ l-ikel, fejn jidħol l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill- konsumatur aħħari .

Hu għandu japplika għall-ikel kollu ppakkjat bil-lest intiż li jitwassal lill-konsumatur aħħari, ▐ u l-ikel intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa.

Dan m’għandux japplika għal ikel li hu ppakkjat direttament fil-post tal-bejgħ qabel ma jitwassal lill-konsumatur aħħari.

Is-servizzi ta’ catering pprovduti minn impriżi tat-trasport m’għandhomx jidħlu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ħlief jekk jiġu pprovduti fuq rotot bejn żewġ punti fit-territorju tal-Unjoni.

3.     Dan ir-regolament japplika biss għall-ikel ippreparat fil-qafas ta’ attività ekonomika, fejn il-kunċett ta’ attività ekonomika jimplika ċerta kontinwità ta’ l-attivitajiet u ċertu livell ta’ organizzazzjoni. Operat bħalma huma t-trattament okkażjonali, li jisserva u jinbigħ ikel minn persuni privati f’okkażjonijiet bħalma huma karitajiet, jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat, mhumiex koperti fl-ambitu ta’ dan ir-regolament.

4.     L-ikel li joriġina minn pajjiżi terzi jista’ jitqassam fl-Unjoni biss wara li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ tikketjar previsti f’leġiżlazzjoni speċifika tal- Unjoni applikabbli għal ikel partikolari. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa … (22), lista tar-rekwiżiti kollha dwar it-tikkettjar li hemm dispost għalihom fil-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari, u għandha tagħmel din il-lista aċċessibbli fuq l-Internet.

Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn … (23), għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità ta’ dawk ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar ma’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, jekk dan ikun xieraq, takkumpanja r-rapport bi proposta relevanti biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-definizzjonijiet ta’ “ikel”, “liġi dwar l-ikel”, “negozju ta’ l-ikel”, “operatur tan-negozju dwar l-ikel”, “bejgħ bl-imnut”, tqegħid fis-suq’ u “konsumatur aħħari” fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3(1), (2), (3), (7), (8) u (18) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b)

id-definizzjoni ta’ “ipproċessar”, “prodotti mhux ipproċessati” u “prodotti pproċessati” fil-punti (m), (n) u (o) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlemnt Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (24);

(c)

id-definizzjonijiet ta’ “l-addittivi fl-ikel” u “l-għajnuniet għall-ipproċessar” fl-Artikolu 1(2) u fl-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li tikkonċerna l-addittivi fl-ikel awtorizzati għall-użu fl-ikel intiż għall-konsum uman (25);

(d)

id-definizzjoni ta’ “ħwawar” fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mal-ħwawar għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u għall-materjal mhux maħdum għall-produzzjoni tagħhom (26);

(e)

id-definizzjonijiet ta’ “laħam”“laħam separat b’mod mekkaniku” fil-punti 1.1 u 1.14 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (27);

(f)

id-definizzjonijiet ta’ “talba”, “nutrijent”, “sustanza oħra”, “talba dwar in-nutrizzjoni” u “talba għas-saħħa” fil-punti (1) sa (5) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

2.   Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“l-informazzjoni dwar l-ikel” tfisser l-informazzjoni li tikkonċerna xi ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur aħħari permezz ta’ tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezzi oħra inkluż għodda teknoloġiċi moderni jew komunikazzjoni verbali. Ma tkoprix komunikazzjonijiet kummerċjali kif imfissra fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta’ servizzi ta’ informazzjoni għas-soċjetà, b’mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (28);

(b)

caterers tal-massa” tfisser kull stabbiliment (inkluż vending machines, vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel, sptarijiet u intrapriżi tal-catering, li fihom , waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel li jkun intiż għall-konsum immedjat mill-konsumatur aħħari ;

(c)

“ikel ippakkjat bil-lest” tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur aħħari u lill-caterers tal-massa, magħmul minn xi ikel f’pakkett , sew jekk dak il-pakkett jgħatti l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b’tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett;

(d)

“ikel mhux ippakkjat bil-lest” tfisser kwalunkwe ikel li jkun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari mingħajr ippakkjar, jekk ikun il-każ, u li jkun ippakkjat biss fil-ħin tal-bejgħ lill-konsumatur aħħari, u ikel u prodotti friski li jkunu ppakkjati bil-lest fil-post tal-bejgħ u dakinhar tal-bejgħ, għal bejgħ immedjat;

(e)

“prodott tal-ikel artiġjanali”tfisser prodott tal-ikel li hu prodott f’kumpanija elenkata fir-reġistri nazzjonali, skont il-liġi kummerċjali nazzjonali, bħala intrapriża tal-artiġjanat, u li jiġi prodott direttament għall-konsumaturi;

(f)

“ingredjent” tfisser kull sustanza, inkluż l-addittivi ta’ l-ikel u l-enżimi ta’ l-ikel, u kull kostitwent ta’ xi ingredjent kompost, użat fil-produzzjoni jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula; ir-residwi m’għandhomx jitqiesu bħala ingredjenti;

(g)

“post ta’ provenjenza” tfisser il-post , pajjiż jew reġjun minn fejn jinkisbu kompletament il-prodotti jew l-ingredjenti agrikoli skont l- Artikolu 23(2) sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

(h)

“ingredjent kompost” huwa ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta’ aktar minn ingredjent wieħed;

(i)

“tikketta” tfisser kull tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv miktub, stampat, stensilljat, immarkat, ibbuzzat ‘l barra jew imprimat fuq, xi kontenitur ta’ l-ikel, jew imwaħħal miegħu;

(j)

“tikkettjar” tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma’ xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma’ dak l-ikel jew li jirreferi għalih;

(k)

“parti viżiva” tfisser l-uċuh kollha ta’ xi pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda, li jagħtu aċċess malajr u faċli għall-informazzjoni ta’ l-ittikkettjar ▐;

(l)

“Leġibbiltà” tfisser inter alia test miktub, stampat, ibbuzzat, immarkat, minqux, ittimbrat b’mod tali li konsumatur b’vista normali jkun jista’ jifhem x’fihom it-tikketti tal-ikel mingħajr għajnuna ottika; il-leġibbiltà tiddependi mid-daqs tal-kitba, it-tipa, il-wisa’ tal-linji, l-ispazju bejn il-kliem, l-ittri u l-linji, ir-relazzjoni bejn il-wisa’ u l-għoli tal-ittri, kif ukoll mill-kuntrast bejn il-kitba u l-isfond ;

(m)

“isem tradizzjonali” tfisser xi isem li hu mifhum bħala l-isem ta’ l-ikel mingħajr ma l-konsumaturi jkunu jeħtieġu aktar spjegazzjoni dwaru fl-Istat Membru li fih jinbiegħ;

(n)

“isem deskrittiv” tfisser xi isem li jipprovdi deskrizzjoni ta’ l-ikel, u jekk hemm bżonn ta’ l-użu tiegħu, li hu ċar biżżejjed biex jgħin lill-konsumaturi ħalli jsiru jafu n-natura vera tiegħu u jiddistingwuh minn prodotti oħra li magħhom jista’ jiġi mħawwad;

(o)

“prodott li fih ingredjent wieħed” tfisser kwalunkwe ikel li, għajr il-melħ, iz-zokkor, il-ħwawar, l-ilma, l-additivi, it-tagħmiet jew l-enżimi, ikun fih ingredjent wieħed biss;

(p)

“rekwiżiti essenzjali” tfisser ir-rekwiżiti li bihom il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur u l-informazzjoni dwar l-ikel tiġi determinata fir-rigward ta’ xi suġġett partikolari u li huma stipulati f’xi att tal-Unjoni ;

(q)

“data ta’ durabbiltà minima” tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa’ jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun kif indikat jew maħżun skont struzzjonijiet speċifiċi li jkunu mniżżla fuq il-pakkett ;

(r)

“sa meta għandu jintuża” tfisser id-data sa meta l-ikel għandu jiġi kkunsmat. Wara dik id-data l-ikel ma għandux jingħata lill-konsumaturi jew jiġi pproċessat aktar ;

(s)

“id-data tal-produzzjoni” tfisser id-data meta l-prodotti jkunu ġew manifatturati u possibilment ippakkjati u deep-frozen

(t)

“l-aħjar prassi” tfisser l-istandards, l-iskemi, l-inizjattivi, jew xi attivitajiet oħra approvati mill-awtoritajiet kompetenti li mill-esperjenza u r-riċerka rriżulta li huma l-aktar effettivi għall-maġġoranza tal-konsumaturi u huma meqjusa bħala mudell għall-oħrajn li jridu jsegwuhom;

(u)

“Ikel ta’ imitazzjoni” tfisser ikel li jagħti l-impressjoni li hu ikel ieħor u li ingredjent li s-soltu jintuża fih jiġi mħallat kompletament jew parzjalment ma’ ingredjent ieħor jew sostitwit bih.

3.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament il-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ ikel għandu jirreferi għall-oriġini ta’ ikel kif iddeterminata skond l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

4.   Id-definizzjonijiet speċifiċi mogħtija fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR L-INFORMAZZJONI TA’ L-IKEL

Artikolu 3

Għanijiet ġenerali

1.   Il-forniment ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tat-trasparenza u l-komparabilità tal-prodotti, fl-interess tal-konsumaturi u għandu jipprovdi bażi għal għażliet infurmati u biex jużaw l-ikel b’mod sigur ▐.

2.     It-tikketta tal-ikel trid tkun tintgħaraf, tinqara u tinftiehem faċilment mill-konsumatur medju.

3.   Il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha timmira biex fl-Unjoni jintlaħaq iċ-ċaqliq ħieles ta’ l-ikel magħmul u mibjugħ legalment ▐.

4.   Meta l-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, ikun previst, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jirrigwardawx il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem , perjodu tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista’ jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta’ dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw. Regoli ġodda dwar l-ittikkettjar tal-ikel għandhom jiġu introdotti skont id-data standard ta’ implimentazzjoni li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u gruppi ta’ interess.

Artikolu 4

Prinċipji li jirregolaw l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.   Fejn l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hi meħtieġa bil-liġi, ▐ din għandha tikkonċerna informazzjoni li taqa’, b’mod partikolari, f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kwantitajiet, kontenut jew karatteristiċi oħra ta’ l-ikel;

(b)

informazzjoni dwar il-ħarsien ta’ saħħet il-konsumaturi u l-użu sigur ta’ xi ikel. B’mod partikolari, din għandha tikkonċerna informazzjoni dwar:

(i)

kwalitajiet kompożizzjonali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal saħħet ċerti gruppi ta’ konsumaturi;

(ii)

durabbiltà, ħżin, rekwiżiti ta’ konservazzjoni ladarba jinfetaħ il-prodott, jekk ikun il-każ, u użu sigur;

(c)

informazzjoni dwar il-karatteristiċi nutrizzjonali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu, inkluż dawk b’rekwiżiti speċjali tad-dieta, jagħmlu għażliet infurmati.

2.   Meta wieħed iqis il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, wieħed għandu jqis il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali għall-istakeholders inklużi l-konsumaturi, il-produtturi u oħrajn tal-għoti ta’ ċerta informazzjoni ▐.

Artikolu 5

Konsultazzjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel

Kwalunkwe miżura tal-liġi dwar l-informazzjoni ta’ l-ikel probabbilment li se jkollha effett fuq is-saħħa pubblika għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (l-“Awtorita’”).

KAPITOLU III

REKWIŻITI ĠENERALI TA’ INFORMAZZJONI DWAR L-IKEL U RESPONSABBILTAJIET TA’ L-OPERATURI TAN-NEGOZJI TA’ L-IKEL

Artikolu 6

Rekwiżit bażiku

Kull ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur aħħari jew lill-caterers tal-massa għandu jkollu miegħu l-informazzjoni dwar l-ikel skond dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Prassi ġusta dwar l-informazzjoni

1.   L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida ▐, speċjalment:

(a)

peress li d-deskrizzjoni u/jew ir-rappreżentazzjoni permezz ta’ stampi tal-ikel jistgħu jiżvijjaw lill-konsumaturi fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, l-ingredjenti individwali u l-kwantità tagħhom fil-prodott , id-durabbiltà, il-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

(b)

billi fid-deskrizzjoni jew rappreżentazzjonijiet bl-istampi fuq il-pakkett tiġi ssuġġerita l-preżenza ta’ prodott jew ingredjent partikolari għalkemm fir-realtà l-prodott li l-pakkett ikun fih ikun ikel ta’ imitazzjoni jew ikun fih sostitut għal ingredjent normalment użat fi prodott. F’każijiet bħal dawn, il-pakkett għandu jkollu l-marka prominenti “imitazzjoni” jew “prodott bi (isem tal-ingredjent użat bħala sostitut) minflok (isem tal-ingredjent li ġie ssostitwit)”;

(c)

billi tingħata l-impressjoni, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam, li prodott jinkludi biċċa laħam waħda, għalkemm fil-fatt jikkonsisti f’biċċiet ta’ laħam magħqudin flimkien. F’każijiet bħal dawn, il-prodott għandu jiġi ttikkettat fuq quddiem tal-pakkett bħala “laħam magħmul minn biċċiet tal-laħam magħqudin” ;

(d)

billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;

(e)

billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi jew billi speċifikament tiġi enfasizzata l-assenza ta’ ċerti ingredjenti u/jew nutrijenti li l-ikel partikolari normalment ma jkunx fih ;.

(f)

billi espliċitament isir reklamar ta’ tnaqqis sostanzjali fiz-zokkor u/jew xaħam, meta fl-istess ħin ma jkunx hemm tnaqqis korrispondenti fil-kontenut ta’ enerġija (espress f’kilojoules jew kilokaloriji);

(g)

billi tintuża d-deskrizzjoni “tad-dieta”, għalkemm l-ikel partikolari ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-ikel intenzjonat għall-persuni bi ħtiġijiet bħal dawn ;

(h)

għall-ħalib: billi tindika l-ħalib bħala “frisk” meta d-data sa meta jrid jintuża tkun aktar minn sebat ijiem wara d-data ta’ mili.

2.   L-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun preċiża, ċara, u li tinftiehem malajr mill-konsumatur.

3.   Skond derogi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirreferi għal dawk il-karatteristiċi.

4.    Il-paragrafi 1 u 3 għandha tapplika wkoll għal:

(a)

reklamar;

(b)

il-preżentazzjoni ta’ ikel b’mod partikolari l-forma tiegħu, l-apparenza jew l-ippakkjar, il-materjal ta’ l-ippakkjar użat, il-mod li bih hu rranġat u l-ambjent li fih jiġi esebit.

Artikolu 8

Responsabbiltajiet

1.    Il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandha tiżgura l-preżenza u l-akkuratezza sostantiva tad-dettalji mogħtija .

2.    Il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun l-operatur tan-negozju tal-ikel li jqiegħed oġġett tal-ikel fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba jew, fejn applikabbli, l-operatur tan-negozju tal-ikel li l-ikel ikun kummerċjalizzat taħt ismu jew taħt l-isem tan-negozju tiegħu .

3.    Safejn l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw l-informazzjoni dwar l-ikel fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tingħata tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament .

4.   L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu b’attenzjoni biex jgħinu ħalli jassiguraw, fi ħdan il-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, l-ottemperanza mar- rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ikel ▐, b’mod partikolari billi joqogħdu lura milli jfornu ikel li jafu jew jaħsbu ▐, abbażi ta’ l-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali , li ma jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti .

5.   L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha ssir disponibbli lill-operatur li jitratta l-ikel biex jerġa’ jinbigħ jew jiġi pproċessat aktar sabiex ikun jista’, meta mitlub, jipprovdi lill-konsumatur aħħar l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fil-punti (a) sa (ċ), (f) u (h) tal-Artikolu 9(1).

6.   Fil-każijiet li ġejjin, l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel, fi ħdan in-negozji li fuqhom għandhom kontroll għandhom jassiguraw li d-dettalji obbligatorji meħtieġa skond l-Artikolu 9 jidhru fuq il-pakkett ta’ barra li fih jiġi ppreżentat l-ikel għall-bejgħ, jew fuq id-dokumenti kummerċjali li jirreferu għall-ikel fejn jista’ jkun garantit li dawk id-dokumenti jew jiġu ma’ l-ikel li jirreferu għalih jew intbagħtu qabel jew fl-istess ħin li jasal:

(a)

fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż għall-konsumatur aħħari iżda mibjugħ fi stadju qabel il-bejgħ lill-konsumatur aħħari u fejn il-bejgħ lil xi caterer tal-massa mhux involut f’dak l-istadju;

(b)

fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa biex jiġi ppreparat, ipproċessat, maqsum jew imqatta’.

Minkejja s-subparagrafu 1, l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel għandhom jassiguraw li d-dettalji msemmija fil-punti (a), (e), (f) (h) u (j) tal-Artikolu 9(1) jidhru wkoll fuq il-pakkett estern li fih jiġi preżentat l-ikel għall-bejgħ.

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI OBBLIGATORJA DWAR L-IKEL

TAQSIMA 1

KONTENUT U PREŻENTAZZJONI

Artikolu 9

Lista ta’ dettalji obbligatorji

1.   Skond l-Artikoli 11 sa 33 u skond l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, għandhom jiġu indikati b’mod obbligatorju d-dettalji li ġejjin.

(a)

l-isem li bih jinbigħ il-prodott ;

(b)

il-lista ta’ ingredjenti;

(c)

kull ingredjent imniżżel fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi, u kull sustanza meħuda minnu, filwaqt li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għal ikel mhux ippakkjat bil-lest ;

(d)

il-kwantità ta’ ċerti ingredjenti jew kategoriji ta’ ingredjenti skont l-Anness VII ;

(e)

il-kwantità netta ta’ l-ikel fil-ħin tal-ippakkjar ;

(f)

id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew fil-każ ta’ ikel li, min-naħa mikrobijoloġika huma vulnerabbli, id-data sa “meta jrid jintuża”;

(g)

id-data tal-produzzjoni fil-każ ta’ prodotti tal-friża;

(h)

kull kondizzjonijiet speċjali tal-ħżin u/jew kondizzjonijiet dwar l-użu inklużi l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tar-refriġiderazzjoni u l-ħżin u l-konservazzjoni tal-prodott qabel u wara li jinfetaħ il-pakkett, meta jkun impossibbli li jsir użu xieraq tal-ikel fl-assenza ta’ dan it-tagħrif ;

(i)

struzzjonijiet dwar l-użu meta jkun impossibli li l-ikel jintuża’ kif suppost mingħajr dawk l-istruzzjonijiet;

(j)

l-isem jew l-isem tan-negozju jew it-trademark reġistrat u l-indirizz tal-fabbrikant stabbilit fl-Unjoni ta’ min ippakkjah, u, għall-prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi, tal-bejjiegħ/l-importatur jew, fejn ikun applikabbli, tal-operatur tan-negozju tal-ikel li f’ismu jew f’isem in-negozju tiegħu jkun ġie mmarketjat l-ikel ;

(k)

il pajjiż ▐ jew il-post tal-provenjenza fil-każ tal-prodotti li ġejjin:

laħam,

tjur,

lattiċibi,

frott frisk u ħaxix

prodotti oħrajn b’ingredjent wieħed; u

laħam u tjur meta użati bħala ingredjent f’ikel ipproċessat.

Fil-każ tal-laħam u t-tjur l-indikazzjoni dwar il-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tista’ tingħata bħala post uniku biss għall-annimali fejn dawn ikunu twieldu, trabbew u nqatlu fl-istess pajjiż jew post. F’każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta’ twelid, trobbija u qatla. Fejn ikun hemm raġunijiet li minħabba fihom ma jkunx prattiku li jkun ittikkettat il-pajjiżi tal-oriġini, id-dikjarazzjoni li ġejja trid tingħata minflok: “Ta’ oriġini mhux speċifikata”

Għall-ikel l-ieħor kollu, il-pajjiż jew il-post tal-provenjenza fejn jekk ma jingħatawx dawn id-dettalji l-konsumatur jista’ jiġi żgwidat fir-rigward tal-materjal dwar il-pajjiż veru ▐ ta’ l-oriġini ta’ l-ikel jew il-post veru ta’ provenjenza tiegħu, b’mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm ma’ l-ikel jew it-tikketta b’mod globali tista’ inkella timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti ta’ oriġini jew post differenti ta’ provenjenza; f’każijiet bħal dawn l-indikazzjoni għandha tkun adottata permezz ta’ atti delegati, skond ir-regoli stipulati fl- Artikolu 42 u suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44;

(l)

fir-rigward ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol, is-saħħa alkoħolika proprja skond il-volum;

(m)

dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

2.   Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri ▐.

Artikolu 10

Derogi għall-mikro-intrapriżi

Prodotti manifatturati b’mod artiġjanali minn mikro-intrapriżi għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 9(1)(m). Dawk il-prodotti jistgħu wkoll ikunu eżentati mir-rekwiżiti dwar tagħrif stabbiliti fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 9(1) jekk ikunu mibjugħa fil-post tal-produzzjoni u l-istaff tal-bejgħ ikun kapaċi jipprovdi l-informazzjoni fuq talba. Alternattivament, it-tagħrif jista’ jingħata wkoll permezz ta’ tikketti fuq l-ixkafef.

Artikolu 11

Dettalji oħra obbligatorji għal tipi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel

1.   Minbarra d-dettalji mniżżla fl-Artikolu 9(1) dettalji oħra obbligatorji għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel huma stipulati fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness III permezz ta’ atti ddelegati, skont l-Artikolu 42 u soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

Artikolu 12

Piżijiet u miżuri

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri. Għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti ppakkjati (29).

Artikolu 13

Disponibbiltà u tqegħid ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.   Għandu jkun hemm informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u għandha tkun faċilment aċċessibbli, skond dan ir-Regolament għall-ikel kollu.

2.   Fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher fuq il-pakkett ▐.

Artikolu 14

Preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji

1.   Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fil-punti (1) sa (k) tal-Artikolu 9(1), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta b’tali mod li jiġi żgurat li jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar . Għandhom jitqiesu kriterji bħalma huma d-daqs tat-tipa, it-tipa nnifisha, il-kuntrast bejn it-tipa u l-isfond u d-densità tal-linji u tal-karattri .

Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha tfassal qafas vinkolanti, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44, li jispeċifika linji gwida rigward il-leġibilità tal-informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi.

2.     Fil-każ tal-prodotti intiżi għal użi nutrizzjonali partikolari, kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta’ Marzu 1999 dwar l-ikel djetarju għal skopijiet mediċi speċjali (30) u formuli għat-trabi, formuli follow-on u ikel diversifikat intiż għat-trabi u t-tfal żgħar, li jidħlu fil-kwadru tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment (31) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (32), li huma soġġetti għar-rekwiżiti tassattivi ta’ tikkettar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni oltre dawk il-partikolari li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament, id-daqs tat-tipa għandu jkun tali li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ informazzjoni għall-konsumaturi ħalli jkun leġibbli u għal tagħrif addizzjonali marbut mal-użu partikolari ta’ dak l-ikel.

3.   Id-dettalji elenkati fil-punti (a), (e) u (l) tal-Artikolu 9(1) għandhom jidhru fl-istess parti viżiva.

4.   Il-paragrafu 3 m’għandux japplika fil-każ ta’ ikel speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2). Jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi għal imballaġġ jew kontenituri bħal dawn fil-każ ta’ Stati Membri li għandhom iktar minn lingwa uffiċjali waħda.

5.     Abbrevjazzjonijiet, inklużi inizjali, m’għandhomx jintużaw jekk dawn jistgħu jiżgwidaw lill-konsumaturi.

6.   L-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn jixraq, ma titħassarx. M’għandhiex tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, ▐ jew imfixkla b’xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal oħra li jintervjeni jew mill-imballaġġ ta’ l-ikel stess, bħal, pereżempju, xi tiwi bil-kolla .

7.     L-indikazzjoni tad-dettalji partikolari m’għandhiex tirriżulta f’żieda tad-daqs u/jew tal-volum tal-materjal ta’ l-ppakkjar jew tal-kontentitur u m’għandhiex b’xi mod iżżid il-piż fuq l-ambjent.

Artikolu 15

Bejgħ mill-bogħod

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 9, fil-każ ta’ ikel imqiegħed għall-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif imfisser fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti mill-bogħod (33):

(a)

l-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 9 u 29 għandha tkun disponibbli fuq talba tal-konsumaturi qabel ma tiġi konkluża x-xirja u tista’ tidher fuq il-materjal li jappoġġja l-bejgħ mill-bogħod jew tingħata b’mezzi oħra adattati;

(b)

id-dettalji previsti fl- Artikolu 9(1) punti ▐, (f), ▐ u (i) mhux se jkunu obbligatorji biss fil-mument tal-forniment.

Artikolu 16

Rekwiżiti lingwistiċi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-informazzjoni obbligatorja ta’ l-ikel għandha tidher f’ilsien mifhum faċilment mill-konsumaturi ta’ l-Istat membru fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.

2.   Fi ħdan it-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b’xi waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

3.     L-ikel mibjugħ f’zoni franki jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk ippreżentat bl-Ingliż.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx iżommu milli d-dettalji jiġu indikati b’diversi lingwi.

Artikolu 17

Derogi mir-rekwiżt li jingħataw ċerti dettalji obbligatorji ▐

1.   Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b’mod li ma jitħassrux u li għalhekk m’għandhomx tikketta, ċirku jew għonq id-dettalji obbligatorji biss imniżżla fl- Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) għandhom ikunu obbligatorji.

2.   Fil-każ ta’ l-ippakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ li jista’ jiġi stampat tagħhom fih erja ta’ inqas minn 80 cm2 d-dettalji biss elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) u fl-Artikolu 29(1)(a) għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Il-għoti ta’ aktar dettalji fuq il-pakkett għandu jkun possibbli fuq bażi volontarja. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduta b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

3.   Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirrikjedi dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni , id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(m) m’għandhiex tkun obbligatorja għall-ikel elenkat fl-Anness IV.

Id-dettalji elenkati fl-Artikoli 9 u 29 m’għandhomx ikunu obbligatorji fil-każ ta’ prodotti mhux ippakkjati bil-lest, inklużi dawk ipprovduti minn caterers tal-massa skont l-Artikolu 2(2)(b).

TAQSIMA 2

DISPOŻIZZJONIJIET DETTALJATI DWAR DETTALJI OBBLIGATORJI

Artikolu 18

L-isem ta’ l-ikel

1.   L-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem provdut fil-leġislazzjoni relevanti . Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv ta’ l-ikel.

2.   Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar kif għandu jintuża’ l-isem ta’ l-ikel u d-dettalji li għandu jkollu miegħu huma stipulati fl-Anness V.

Artikolu 19

Lista ta’ ingredjenti

1.   Il-lista ta’ ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma “ingredjenti”. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha ta’ l-ikel, f’ordni li tonqos skond l-użin, kif innutati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni ta’ l-ikel.

2.     Jekk prodott jinkludi nanomaterjal, dan għandu jiġi indikat fil-lista ta’ ingredjenti bil-kelma “nano”.

3.   L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 18 u fl-Anness V.

4.   Regoli tekniċi dwar kif għandhom jiġu applikati l-paragrafi 1 u 3 huma stipulati fl-Anness VI.

Artikolu 20

Derogi ġenerali mir-rekwiżit tal-lista ta’ ingredjenti ▐

L-ikel li ġej m’għandux ikun meħtieġ li jkollu lista ta’ ingredjenti:

(a)

frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, tqattgħetx jew ġiet trattatta b’mod simili;

(b)

ilma karbonat, liema deskrizzjoni tiegħu tindika li ġie karbonat;

(c)

ħall tal-fermentazzjoni mnissel esklussivament minn prodott bażiku wieħed, dejjem jekk l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud miegħu;

(d)

ġobon, butir, ħalib u krema fermentata, li l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud magħhom minbarra prodotti tal-ħalib, enżimi u kulturi tal-mikro-organiżmi essenzjali għall-fabbrikazzjoni, jew fil-każ tal-ġobon minbarra ġobon frisk u ġobon ipproċessat il-melħ meħtieġ għall-fabbrikazzjoni tiegħu;

(e)

Xorb li fih l-alkoħol; il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara … (34) dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu ta’ l-Artikolu 19 dwar dawn il-prodotti u tista’ takkumpanja dan ir-rapport b’miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta’ nutrizzjoni ta’ dawn il-prodotti . Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati, permezz ta’ atti delegati, skont l-Artikolu 42 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 ;

(f)

ikel magħmul minn ingredjent wieħed, fejn:

(i)

l-isem ta’ l-ikel hu identiku għall-isem ta’ l-ingredjent; jew

(ii)

l-isem ta’ l-ikel jgħin biex tkun identifikata sew in-natura ta’ l-ingredjent.

Artikolu 21

Dawn li ġejjin ma għandhomx ikunu meqjusa bħala ingredjenti tal -ikel ▐:

(a)

il-kostitwenti ta’ xi ingredjent li ġew temporanjament separati waqt il-proċess ta’ fabbrikazzjoni u ddaħħlu mill-ġdid aktar tard iżda mhux aktar mill-proporzjonijiet oriġinali tagħhom;

(b)

addittivi ta’ l-ikel u enżimi:

(i)

li jinsabu biss f’xi ikel partikolari minħabba l-fatt li kienu jinsabu f’xi ingredjent jew ingredjenti ta’ dak l-ikel, dejjem jekk m’għandhomx xi funzjoni teknoloġika fil-prodott lest; jew

(ii)

li jintużaw bħala għajnuniet fl-ipproċessar;

(c)

sustanzi użati fil-kwantitajiet meħtieġa bilfors bħala solvents jew mezzi għal sustanzi nutrizzjonali, addittivi ta’ l-ikel, enzimi jew ħwawar;

(d)

sustanzi li mhumiex addittivi ta’ l-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-għajnuniet għall-ipproċessar u xorta għadhom jinsabu fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula;

(e)

ilma:

(i)

fejn l-ilma hu użat biss waqt il-proċess ta’ fabbrikazzjoni għall-ħolqien mill-ġdid ta’ ingredjent użat f’forma konċentrata jew deidrata; jew

(ii)

fil-każ ta’ mezz likwidu li mhux normalment ikkonsmat.

Artikolu 22

Tikkettjar ta’ ċerti sustanzi li jikkawżaw l-allerġiji jew l-intolleranzi

1.   Kull ingredjent imniżżel fl-Anness II jew kull sustanza li toriġina minn xi ingredjent imniżżel f’dak l-Anness, dejjem skond l-eċċessjonijiet tiegħu kif hemm provdut f’dak l-Anness, għandu jkun dejjem indikat fuq il-lista tal-ingredjenti b’mod li s-sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi jiġu rikonoxxuti mill-ewwel .

Dik l-indikazzjoni m’għandhiex tintalab f’każijiet fejn:

(a)

l-isem ta’ l-ikel jirreferi biċ-ċar għall-ingredjent konċernat;

(b)

l-ingredjent imniżżel fl-Anness II li minnu tkun ġejja xi sustanza huwa diġà mniżżel fil-lista ta’ ingredjenti; jew

(c)

l-ikel ma huwiex ippakkjat minn qabel. F’dan il-każ għandu jiġi indikat f’mod ċar viżibbli fl-inħawi fejn isir il-bejgħ jew fuq il-menu illi:

il-klijenti jistgħu jiksbu informazzjoni dwar is-sustanzi allerġeniċi direttament fid-djalogu li jsir fil-proċess tal-bejgħ u / jew permezz ta’ materjal li jidher fuq il-post;

il-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni reċiproka ma tistax tiġi eskluża.

2.   Il-lista fl-Anness II għandha tiġi eżaminata mill-ġdid sistematikament u, fejn ikun meħtieġ, tiġi aġġornata mill-Kummissjoni abbażi ta’ l-aktar tagħrif xjentifiku u tekniku riċenti permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

3.   Fejn jeħtieġ, jistgħu jinħarġu linji ta’ gwida tekniċi għall-interpretazzjoni tal-lista fl-Anness II, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 23

Indikazzjoni kwantitattiva ta’ l-ingredjenti

1.   L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti użati fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel għandha tkun meħtieġa meta:

(a)

l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati jidhru fl-isem li bih jinbigħ l-ikel jew normalment huma assoċjati ma’ dak l-isem mill-konsumatur; jew

(b)

l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati huma enfasizzati fuq it-tikkettjar bi kliem, stampi jew grafika; jew

(c)

l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati huma essenzjali biex jikkaratterizzaw xi ikel u jiddistingwuh mill-prodotti li magħhom jista’ jiġi mfixkel minħabba ismu jew id-dehra tiegħu.

2.   Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni kwantitattiva mhix se tkun meħtieġa fil-każ ta’ ċerti ingredjenti, huma stipulati fl-Anness VII.

Artikolu 24

Kwantità netta

1.   Il-kwantità netta ta’ xi ikel għandha tiġi mfissra, bl-użu ta’ litri, ċentrilitri, millilitri, kilogrammi jew grammi, kif jixraq:

(a)

f’unitajiet ta’ likwidu fil-każ tal-likwidi fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 85/339/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar il-kontenituri ta’ likwidi għall-konsum tal-bniedem (35) ;

(b)

f’unitajiet ta’ piż fil-każ ta’ prodotti oħra.

2.   L-espressjoni tal-kwantità netta għal ċertu ikel speċifikat b’mod differenti minn dak deskritt fil-paragrafu 1 tista’ tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

3.   Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni tal-kwantità netta m’għandhiex tkun meħtieġa, huma stipulati fl-Anness VIII.

Artikolu 25

Data minima sakemm iservi ▐ data ‘sa meta għandu jintuża u data tal-produzzjoni

1.   Fil-każ ta’ ikel li, minn punt di vista mikrobijoloġiku, imur malajr ħafna u għalhekk wara perjodu taż-żmien qasir x’aktarx jista’ jkun ta’ periklu imminenti għal saħħet il-bniedem, id-data ta’ kemm iservi l-inqas għandha tinbidel bid-data “sa meta għandu jintuża”.

2.   Id-data adattata għandha tinstab faċilment u ma tistax tkun mgħottija. Għandha tiġi mfissra kif ġej :

(a)

data tad-durabilita’ minima:

(i)

Id-data għandu jkollha quddiemha l-kliem:

“Uża qabel …” fejn id-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata, jew

“Uża qabel l-aħħar ta’ …” f’każijiet oħra;

(ii)

Il-kelmiet imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom jew:

id-data nnifisha; jew

referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

Jekk ikun hemm bżonn, dawk id-dettalji għandu jkollhom warajhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħżin li jridu jiġu osservati jekk il-prodott irid jinżamm għall-perjodu speċifikat.

(iii)

id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u s-sena f’forma kronoloġika mhux kodifikata.

Iżda, fil-każ tal-ikel:

li jibqa’ tajjeb għal anqas minn tliet xhur: għandhom ikunu ddikjarati l-ġurnata u x-xahar;

li jibqa’ tajjeb għal aktar minn tliet xhur iżda mhux aktar ċminn 18-il xahar: għandhom ikunu ddikjarati x-xahar u s-sena;

li jżomm għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tas-sena.

Regoli dettaljati għall-indikazzjoni tad-data tad-durabilita’ minima taħt dan il-punt (iii) jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2);

(iv)

id-data tad-durabilità minima għandha tkun indikata fuq kull porzjon individwali ppakkjat minn qabel.

(v)

skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jimponu tipi oħra ta’ indikazzjoni tad-data m’għandhiex tkun meħtieġa indikazzjoni tad-data tad-durabbiltà minima għal:

frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, tqattgħetx jew ġiet trattatta b’mod simili; din id-deroga m’għandhiex tapplika għal żerriegħa li qed tarmi u prodotti simili bħal legumi tal-isprouts;

inbid, inbejjed tal-likur, inbejjed ifexfxu, inbejjed aromatizzati u prodotti simili, u xorb li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 2206 00 91, 2206 00 93 u 2206 00 99 u fabbrikati mill-għeneb jew mill-għeneb magħsur;

xorb li fih 10 % jew aktar bil-volum ta’ alkoħol;

luminati, għasir il-frott, nektars tal-frott u xarbiet alkoħolici li fihom iktar minn 1,2 % mil-lat ta’ volum ta’ alkoħol f’reċipjenti individwali ta’ aktar minn ħames litri, intenzjonati għall-forniment lil mass-caterer;

oġġetti magħmula mill-furnara jew mill-kokijiet tal-pasti li, minħabba n-natura tal-kontenut tagħhom, normalment jiġu kkunsmati fi żmien 24 siegħa mindu jintgħamlu;

ħall;

melħ tat-tisjir;

zokkor sħiħ;

prodotti tad-dulċier magħmula kważi għal kollox minn zokkor bil-ħwawar u/jew ikkulurit;

chewing gums u prodotti simili li tomgħodhom;

(b)

Data sa meta l-ikel irid jintuża:

(i)

id-data għandu jkollha qabilha l-kelmiet “uża sa …”:

(ii)

il-kliem fil-punt (a) għandu jkollu miegħu:

jew id-data nfisha, jew

referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

Dawk id-dettalji għandu jkollhom magħhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet dwar il-ħżin li jridu jiġu osservati.

(iii)

id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista’ jkun, is-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata.

(c)

id-data tal-manifattura:

(i)

id-data għandu jkollha qabilha l-kliem “Manifatturat fi”;

(ii)

il-kelmiet imsemmija fil-punt għandu jkollhom magħhom:

id-data nfsiha; jew

referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar;

(iii)

id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista’ jkun, is-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata.

Artikolu 26

Struzzjonijiet dwar l-użu

1.   L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jkun jista’ jintuża’ kif suppost. Fejn xieraq, għandhom ikunu provduti l-istruzzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tar-refriġerazzjoni u tal-ħażna u dwar il-limitu ta’ żmien għall-konsum wara li jinfetaħ il-pakkett.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tistipula permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44, regoli dwar il-mod kif dawk l-istruzzjonijiet għandhom jiġu indikati fil-każ ta’ ċertu ikel. ▐

Artikolu 27

Saħħa alkoħolika

1.   Ir-regoli li jikkonċernaw l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum għandhom ikunu, fil-każ tal-prodotti kklassfikati taħt it-titoli 22.04 u 22.05 tat-Tariffa Doganali Komuni, dawk stipulati fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi applikabbli għal dawk il-prodotti.

2.   Is-saħħa alkoħolika proprja skond il-volum tax-xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol barra dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi indikata skond l-Anness X.

TAQSIMA 3

IT-TIKKETTJAR DWAR IN-NUTRIZZJONI

Artikolu 28

Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni m’għandhomx japplikaw għall-ikel fi ħdan l-ambitu tal-leġiżlazzjoni li ġejja:

(a)

Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mas-supplimenti ta’ l-ikel (36);

(b)

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ l-esplojtazzjoni u l-bejgħ ta’ ilma minerali naturali (37).

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel intiżi għal użu nutrizzjonali partikolari (38) u Direttivi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 29

Kontenut

1.   Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej (minn issa ’l quddiem magħruf bħala “dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni”):

(a)

valur enerġetiku;

(b)

l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati b’referenza speċifika għaż-żokkor, u l-melħ;

(c)

l-ammonti ta’ proteini, karboidrati, fajber, transxaħmijiet naturali u artifiċjali .

Dan il-pargrafu ma għandux japplika għax-xarbiet li jkun fihom l-alkoħol . Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara … (39) dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu dwar dawn il-prodotti u tista’ takkumpanja dan ir-rapport b’miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli biex tiġi provduta dikjarazzjoni obbligatorja ta’ nutrizzjoni ta’ dawn il-prodotti , adottati permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

2.   Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jista’ jkun fiha wkoll b’mod addizzjonali l-ammonti ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

▐ (a)

mono-unsaturates;

(b)

polyunsaturates;

(c)

polyols;

(d)

kolesterol;

(e)

lamtu;

(f)

il- minerali jew vitamini preżenti f’ammonti sinifikanti skont ma jingħad fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness X, u skont il-valuri indikati fil-punt 2 tal-Parti A ta’ l-Anness X;

(g)

sustanzi oħra fil-kuntest tat-tifsir tal-Parti A tal-Anness XII u l-kostitwenti ta’ dawk in-nutrijenti;

(h)

sustanzi oħra kif imsemmija fir-Regolament (KE) nru 1925/2006 ;

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ l-ammont ta’ sustanzi li jappartjenu jew huma komponenti ta’ waħda mill-kategoriji ta’ nutrijenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu meħtieġa meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa.

Artikolu 30

Kalkolu

1.   L-ammont ta’ enerġija għandha tiġi kkalkulata permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni fl-Anness XI.

2.   Il-fatturi ta’ konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI, sabiex jiġi kkalkulat b’mod aktar preċiż il-kontenut tagħhom fl-ikel, għandhom jiġu stabbiliti u mdaħħla fl-Anness XII mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

3.   L-ammonti ta’ enerġija u nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu dawk ta’ kif jinbiegħ l-ikel.

Fejn jixraq, l-informazzjoni tista’ tkun marbuta ma’ l-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw struzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta ma’ l-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.

4.   Il-valuri dikjarati għandhom, skond kull każ individwali, ikunu valuri medji fl-aħħar tal-perjodu minimu ta’ durabilità filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi xierqa u għandhom ikunu bbażati fuq:

(a)

l-analiżi ta’ l-ikel magħmula mill-fabbrikant; jew

(b)

kalkolu mill-valuri medji magħrufa jew proprja ta’ l-ingredjenti użati; jew

(c)

kalkolu mid-data li ġeneralment hi stabbilita u aċċettata.

Ir-regoli biex tiġi implimentata d-dikjarazzjoni dwar l-enerġija u n-nutrijenti fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri dikjarati bħad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti waqt spezzjonijiet uffiċjali għandhom jiġu adottati, wara li l-Awtorità tkun tat l-opinjoni tagħha, permezz ta’ atti delegati, skont l-Artikolu 42 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

Artikolu 31

Forom ta’ espressjonijiet

1.   L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jew il-komponenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom jiġu mfissra permezz ta’ l-unitajiet tal-kejl imniżżla fl-Anness XII .

2.    Id-“dikjarazzjoni nutrizzjonali obbligatorju fuq quddiem tal-pakket” għandha tinkludi l-ammont tal-enerġija f’Kcal kif stipulat fl-Artikolu 29(1)(a) u wkoll in-nutrijenti obbligatorji, mogħtija fi grammi, kif stipulati fl-Artikolu 29(1)(b).

Huma għandhom jiġu preżentati f’tabella ċara fl-ordni li ġejja:enerġija, xaħam, saturati, zokkrijiet, u melħ.

3.     Id-“dikjarazzjoni nutrizzjonali obbligatorja fuq wara tal-pakkett” għandha tinkludi l-ammont tal-enerġija f’kcal u n-nutrijenti obbligatorji msemmija fl-Artikolu 29(1) u fejn xieraq, in-nutrijenti volontarji msemmija fl-Artikolu 29(2).

Għandha tingħata kif xieraq, fl-ordni ta’ preżentazzjoni stipulat f’Parti C tal-Anness XII, kemm għal kull 100g/ml kif ukoll għal kull porzjon.

Id-dettalji għandhom jiġu preżentati f’forma ta’ tabella, bin-numri mqegħdin f’linja.

4.   Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tiġi mfissra, kif jixraq, bħala persentaġġ ta’ konsum referenzjali stipulat fil-Parti B ta’ l-Anness XI b’rabta ma’ kull 100 g jew kull 100 ml jew kull porzjon. Meta provduta, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha wkoll tiġi mfissra bħala persentaġġ tal-konsum referenzjali stipulat fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI.

5.     Jekk jingħataw l-indikazzjonijiet skont it-termini tal-paragrafu 4, l-informazzjoni addizzjonali għandha tkun indikata qrib ħafna tat-tabella konċernata. “Kemm teħtieġ medjament ta’ kuljum mara ta’ mezz’età. Il-ħtiġiet personali tiegħek ta’ kuljum għandu mnejn li ma jkunux l-istess.”

6.   Id-dikjarazzjoni tal-polyols u/jew tal-lamtu u d-dikjarazzjoni dwar it-tip ta’ aċidi bix–xaħam, minbarra d-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ saturati u trans xaħmijiet msemmija fl-Artikolu 29(1)(b), għandha tiġi preżentata skond l-Anness XII ▐.

Artikolu 32

Forom oħra ta’ espressjoni

Minbarra l-forom ta’ espressjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) sa (4), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tiġi ripetuta f’xi forom oħra ta’ espressjoni u, b’mod fakultattiv, xi mkien ieħor fuq il-pakkett, pereżempju permezz ta’ rappreżentazzjoni grafika jew simboli, dejjem jekk ir-rekwiżiti essenzjali li ġejjin jintlaħqu:

(a)

dawk il-forom ta’ espressjoni m’għandhomx jiżgwidaw lill-konsumatur jew ineħħu l-attenzjoni minn fuq id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni;

(b)

huma bbażati jew fuq il-konsum referenzjali skont il-Parti B tal-Anness X , jew jekk ma jeżistix, fuq parir xjentifiku validu aċċettat b’mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti;

(c)

huma appoġġjati b’evidenza xjentifika dwar kemm il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-informazzjoni preżentata; u

(d)

huma appoġġjati minn evidenza ta’ riċerka tal-konsumatur indipendenti li turi li l-konsumatur medju jifhem il-forma ta’ espressjoni.

Artikolu 33

Preżentazzjoni

1.     Minbarra l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni skont l-Artikoli 29 u 31, l-ittikkettjar dwar il-kontenut ta’ enerġija skont it-termini tal-Artikolu 29(1)(a) u l-Anness X, Taqsima B, għandhom jidhru fil-kolonna tal-lemin t’isfel tal-faċċata tal-ippakkjar, b’tipa ta’ daqs ta’ 3 mm u mberflin b’bordura.

2.     L-ippakkjar forma ta’ rigal huwa eżentat mill-ħtieġa tar-repetizzjoni tal-kontenut ta’ enerġija fuq il-faċċata tal-ippakkjar kif previst fil-paragrafu 1.

3.   Id-dikjarazzjoni mwessgħa volontarjament dwar in-nutrizzjoni marbuta man-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(2) għandha ▐ kif jixraq, fl-ordni ta’ preżentazzjoni provduta ▐ fl-Anness XII. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis.

4.     Jekk id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-ikel elenkat fl-Anness IV tkun obbligatorja għaliex ikun hemm xi allegazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew dwar is-saħħa, ma jkunx meħtieġ li d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tidher fil-parti viżiva prinċipali.

5.     Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-ikel kif definit fid-Direttiva 89/398/KEE u d-direttivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4(1) tiegħu.

6.   F’każijiet fejn l-ammont ta’ enerġija jew nutrijent(i) fi prodott huwa/huma negliġibbli, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni f’dawk l-elementi tista’ tinbidel bi stqarrija bħal “Fih ammonti negliġibbli ta’ …” qrib sew tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta preżenti.

7.   Ir-regoli marbuta ma’ aspetti oħra ta’ preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 42 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

8.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta … (40) rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-forma ta’ preżentazzjoni deskritta fil-paragrafi 1 sa 7.

KAPITOLU V

INFORMAZZJONI VOLONTARJA DWAR L-IKEL

Artikolu 34

Rekwiżiti ▐

1.     L-informazzjoni volontarja m’għandhiex tintwera għad-detriment ta’ l-ispazju li hemm provdut għall-informazzjoni obbligatorja.

2.     L-informazzjoni kollha rilevanti rigward l-iskemi ta’ informazzjoni volontarja dwar l-ikel, bħall-kriterji sottostanti u l-istudji xjentifiċi, trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3.     L-informazzjoni addizzjonali volontarja dwar in-nutrizzjoni maħsuba għal gruppi speċifiċi, pereżempju għat-tfal, għandha tkompli titħalla tingħata kemm-il darba dawn il-valuri ta’ referenza specifiċi jkunu ppruvati xjentifikament, ma jkunux iqarrqu bil-konsumatur u jkunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali stipulati f’dan ir-Regolament.

4.   Mingħajr preġudizzju għat-tikkettjar skond il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, il-pargrafu 5 għandhom japplikaw fejn il-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza ta’ ikel ikun volontarjament indikat sabiex jinforma lill-konsumaturi li l-ikel joriġina jew ġej mill-Unjoni jew minn pajjiż jew post speċifiku.

5.   Fil-każ tal-laħam, barra miċ-ċanga u l-vitella, l-indikazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza tista’ tingħata bħala post uniku fejn twieldu trabbew u nqatlu l-annimali fl-istess pajjiż jew post. F’każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta’ tewelid, trobbija jew qatla.

6.     It-terminu “veġetarjan” m’għandux ikun applikat għal ikel li jkun, jew isir minn jew bl-għajnuna ta’ prodotti meħuda minn annimali li mietu, inqatlu jew minn annimali li mietu minħabba li ttieklu. It-terminu “vegan” m’għandux jiġi applikat għal ikel li huwa, jew isir minn jew bl-għajnuna ta’ annimali jew ta’ prodotti tal-annimali (inklużi prodotti minn annimali ħajjin).

▐ KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET NAZZJONALI

Artikolu 35

Il-Prinċipju

L-Istati Membri jistgħu jadottaw biss dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għall-konsumatur fejn dan ikun previst b’dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Dispożizzjonijiet nazzjonali u dettalji obbligatorji ulterjuri

1. Minbarra d-dettalji partikolari msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 11, l-Istati Membri jistgħu, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 39, jirrikjedu partikolari obbligatorji ulterjuri għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, iġġustifikati b’raġunijiet ta’:

(a)

il-ħarsien tas-saħħa pubblika;

(b)

il-ħarsien tal-konsumaturi;

(c)

il-prevenzjoni ta’ frodi;

(d)

il-ħarsien tad-drittijiet industrijali u kummerċjali tal-proprjetà, indikazzjonijiet tal-provenjenza, reġjonali postijiet ta’ l-oriġini reġistrati u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta.

Miżuri bħal dawn m’għandhomx iwasslu għal ostakli għall-moviment ħieles ta’ prodotti fis-suq intern.

Artikolu 37

Ħalib u prodotti tal-ħalib

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jidderogaw mill-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 11(2) fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib preżentati fi fliexken tal-ħġieġ intiżi biex jiġu użati mill-ġdid.

Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 38

▐ Ikel li mhux ippakkjat bil-lest

1.     Rigward l-ikel li mhuwiex ippakjat għandhom jingħataw id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1)(c).

2.     L-indikazzjoni tad-dettalji l-oħra msemmija fl-Artikoli 9 u 11 mhijiex obbligatorja.

3.     L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli dettaljati dwar il-mod li bih l-informazzjoni msemmija fil-pararafi 1 u 2 għandha tkun disponibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomumikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3 mingħajr dewmien.

Artikolu 39

Proċedura ta’ notifika

1.   Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni ġdida ta’ informazzjoni dwar l-ikel, għandu jgħarraf bil-quddiem lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri maħsuba u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Proċess ta’ l-Ikel u Saħħet l-Annimali mwaqqaf bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk. Il-Kummissjoni għandha ddaħħal ukoll proċedura ta’ notifika formali għall-partijiet interessati kollha f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (41).

3.   L-Istat Membru kkonċernat jista’ jieħu l-miżuri maħsuba biss tliet xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, dejjem jekk ma jkunx irċieva opinjoni negattiva tal-Kummissjoni.

4.   Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, hi għandha tibda l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2) qabel ma jiskadi dak il-perjodu ta’ tliet xhur sabiex tiddetermina jekk il-miżuri maħsuba jistgħux jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tista’ titlob li jsiru ċerti emendi għall-miżuri maħsuba. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jieħu l-miżuri previsti biss wara li l-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni finali tagħha.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI, TA’ EMENDAR U FINALI

Artikolu 40

Adattamenti tekniċi

Skond id-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-emendi ta’ l-Annessi II u III imsemmija fl-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 22(2), l-Annessi jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 42 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

Artikolu 41

Kumitat

1.   Il-Kumitat għandu jkun megħjun mill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Katina ta’ l-Ikel u Saħħet l-Annimali.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(7) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

Artikolu 42

Eżerċitar tad-delega

1.     Is-setgħa biex jiġu adottati dawn l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 9(1)(k), 11(2), 14(1), 20(e), 22(2), 24(2), 26(2), 29(1), 30(2) u (4) u 33(7) u 40, għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin … (42). Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport rigward is-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun estiża awtomatikament għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokahiex skont l-Artikolu 43.

2.     Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.     Is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

Artikolu 43

Revoka tad-delega

1.     Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 9(1)(k), 11(2), 14(1), 20(e), 22(2), 24(2), 26(2), 29(1), 30(2) u (4) u 33(7) u 40 tista’ tkun irrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex ikun deċiż għandhiex tiġi rrevokata d-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.     Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data oħra speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 44

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn.

2.     Jekk, meta jintemm dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

L-att delegat jista’ jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jista’ jidħol fis-seħħ qabel tmiem dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat, m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.

Artikolu 45

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-ewwel u t-tieni paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“L-obbligu u l-modalitajiet biex tingħata l-informazzjoni skond il-Kapitolu IV, It-Taqsima 3 tar-Regolament (UE) Nru. …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar l- l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi (43) meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni u/jew is-saħħa għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-eċċezzjoni ta’ reklamar ġeneriku.

Barra minn hekk, u kif jista’ jagħti l-każ, l-ammont(i) tas-sustanza(/i) li miegħu hi marbuta talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa li ma jidhirx fuq it-tikketta tan-nutrizzjoni għandu jitniżżel fl-istess post viżiv bħad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u għandu jiġi mfisser skond l-Artikoli 30 u 31 tar-[Regolament (UE) Nru …/… dwar l- l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi].

Artikolu 46

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1925/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 hu emendatkif ġej:

1.

Fl-Artikolu 6 paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Iż-żieda ta’ xi vitamini jew minerali f’xi ikel għandha twassal biex dawk il-vitamini jew minerali fl-ikel ikunu talanqas f’ammont sinifikanti fejn dan hu definit skond il-[punt 2 tal-Parti A ta’ l-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l- l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi] (44). L-ammonti minimi, inkluż kull ammont ibaxx, b’deroga mill-ammonti sinifikanti msemmija hawn fuq, għal ikel jew kategoriji ta’ ikel speċifiċi għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).

2.

Fl-Artikolu 7 il-paragrafu 3 hu mibdul b’dan li ġej:

“3.   It-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni ta’ prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali li huma koperti b’dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun magħmula minn dik speċifikata fl-Artikolu 29(1) tar-[Regolament (UE) Nru … dwar l- l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi] u ta’ l-ammonti totali preżenti tal-vitamini u l-minerali meta jiġu miżjuda ma’ l-ikel”.

Artikolu 47

Revoka

1.   Id-Direttivi 87/250/KEE, 94/54/KE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 huma revokati b’effett minn… (45).

2.   Id-Direttiva 90/496/KEE hi revokata minn… (46).

3.   Ir-Referenzi għall-atti rrevokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 14(1) għandu japplika minn … (47).

L-Artikoli 29 sa 33 għandhom japplikaw minn … (47) minbarra fil-każ ta’ ikel ittikketjat minn operaturi tan-negozju ta’ l-ikel li għandhom, fi… (48), inqas minn 100 impjegat u li l-fatturat annwali tagħhom u/jew it-total annwali fuq il-balance sheet ma jkunx aktar minn EUR 5 miljun fejn għandhom japplikaw … (49).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010.

(3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(5)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(6)  ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.

(7)  ĠU L 113, 30.4.1987, p. 57.

(8)  ĠU L 300, 23.11.1994, p. 14.

(9)  ĠU L 69, 16.3.1999, p. 22.

(10)  ĠU L 191, 19.7.2002, p. 20.

(11)  ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44.

(12)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 76.

(13)   ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 160.

(14)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(15)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(16)  ĠU L 302, 19.10.1993, p. 1.

(17)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(18)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(19)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(20)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(21)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23 .

(22)   Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(23)   18 - il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(24)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(25)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.

(26)  ĠU L 184, 15.7.1988, p. 61.

(27)  ĠU L 139, 30.4.2004, p.55.

(28)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(29)   ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.

(30)   ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29.

(31)   ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(32)   ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.

(33)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(34)   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(35)   ĠU L 176, 6.7.1985, p. 18.

(36)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(37)  ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1.

(38)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.

(39)  Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(40)   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(41)   ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(42)   Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(43)  ĠU L …”.

(44)  ĠU L …”.

(45)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(46)  Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(47)  L-ewwel jum tax-xahar 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(48)  Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(49)  Data tal-ewwel jum tax-xahar 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Kif imsemmija fl-Artikolu 2(4)

1.

“dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni” jew “tikkettjar dwar in-nutrizzjoni” tfisser informazzjoni li tindika :

(a)

valur enerġetiku; jew

(b)

valur enerġetiku u wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin u l-komponenti tagħhom:

xaħam,

karboidrati,

fajber,

proteina,

melħ,

vitamini u minerali mniżżla fl-Anness X, il-Parti A, il-punt 1 u preżenti f’ammonti sinifikanti kif imfissra fl-Anness X, il-Parti A, il-punt 2.

2.

“xaħam” ifisser lipids totali, u jinkludi l-phospholipids;

3.

“saturati” tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rbit doppju;

4.

“trans fat” tfisser aċidi tax-xaħam b’talanqas wieħed mhux konjugat, (jiġifieri interrot b'mill-inqas grupp wieħed tal-metilenu) rbit doppju tal-karbonju-karbonju fit-trans konfigurazzjoni;

5.

“mono-unsaturates” tfisser l-aċidi tax-xaħam b'cis rbit doppju wieħed;

6.

“polyunsaturates” tfisser aċidi tax-xaħam b’rbit cis, cis-metilenu interrot doppju;

7.

“karboidrat” tfisser kull karboidrat li hu metabolizzat fil-bniedem, u jinkludi l-polyols;

8.

“zokkrijiet” tfisser il-monosaccharidi u d-disaccharidi li jkun hemm fl-ikel, iżda teskludi l-polyols, l-iżomaltulożju u d-D-tagatożju;

9.

“polyols” tfisser l-alkoħol li jkun fih aktar minn żewġ gruppi ta’ hydroxyl;

10

“proteina” tfisser il-kontenut ta’ proteina kkalkulat permezz tal-formula: protein = total Kjeldahl nitroġenu × 6,25 u fil-każ tal-proteini tal-ħalib, total Kjeldahl nitroġenu x 6,38;

11.

“melħ” tfisser il-kontenut ta’ melħ ikkalkulat permezz tal-formula: salt = sodju × 2,5;

12.

“Weraq tad-deheb tal-ikel” tfisser dekorazzjoni tal-ikel u x-xorb tittiekel li tikkonsisti f’weraq tad-deheb ta’ madwar 0,000125 mm f’forma ta’ qxur jew trab;

13

“valur medju” tfisser il-valur li jirrappreżenta l-aħjar l-ammont tan-nutrijent li jkun fih xi ikel partikolari, u jirrifletti l-lok li jkun tħalla għal varjabbiltà staġonali, xejriet ta’ konsum u fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw varjazzjonijiet fil-valur proprja;

14.

quddiem tal-pakkett ” tfisser in-naħa jew il-faċċata tal-pakkett tal-ikel li għandha l-aktar tendenza li jiġi esebit jew jidher taħt kondizzjonijiet normali jew tradizzjonali ta’ bejgħ jew użu.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS II

INGREDJENTI LI JISTGĦU JIKKAWŻAW L-ALLERĠIJI JEW L-INTOLLERANZI

1.

Iċ-ċereali li fihom il-glutina (prinċipalment il-qamħ, is-segala, il-barli, il-ħafur, l-ispelt, il-kamut jew il-pjanti ibridizzati tagħhom) u prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju (1);

(b)

maltodextrins li fihom il-qamħ (1);

(c)

ġulepp tal-glukows li fihom il-barli;

(d)

ċereali użati biex jagħmlu d-distillati alkoħoliċi ▐.

2.

Krustaċew u prodotti tagħhom.

3.

Bajd u prodotti tagħhom.

4.

Ħut u prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

il-ġelatina tal-ħut użata biex iġġorr il-vitamina jew preparamenti tal-carotenoid;

(b)

il-ġelatina tal-ħut jew Isinglass użati bħala aġent li jirfina fil-birra u l-inbid.

5.

Il-karawett u prodotti minnu.

6.

Is-soybeans u prodotti minnhom, minbarra:

(a)

żejt u xaħam tas-soybean irfinat għal kollox (1);

(b)

tocopherols imħallta b'mod naturali (E306), D-alpha tocopherol naturali, D-alpha tocopherol acetate naturali, D-alpha tocopherol succinate naturali minn sorsi tas-soybean;

(c)

żjut veġetali mnissla minn phytosterols u phytosterol esters minn sorsi tas-soybean;

(d)

stanol ester tal-pjanti magħmul minn sterols taż-żejt veġetali minn sorsi tas-soybean.

7.

Ħalib u prodotti minnu (inkluż il-lattosju), minbarra:

(a)

ix-xorrox użat biex jagħmlu distillati alkoħoliċi ▐;

(b)

lactitol.

8.

Ġewż, l-aktar lewż (Amygdalus communis L.), ġellewż (Corylus avellana), ġewż (Juglans regia), anakardji (Anacardium occidentale), ġewż Amerikan (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), pistaċċi (Pistacia vera), macadamia nuts u Queensland nuts (Macadamia ternifolia), u prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

ġewż użat biex jagħmlu d-distillati alkoħoliċi ▐.

9.

Karfus u prodotti minnu.

10.

Mustarda u prodotti tagħha.

11.

Ġulġlien u prodotti minnu.

12.

Dijossidu tal-kubrit u sulfiti f'konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru mfissra bħala SO2, fil-prodott intenzjonat għall-konsum .

13.

Lupin u prodotti minnu.

14.

Molluski u prodotti minnhom.


(1)  U l-prodotti tagħhom, sakemm il-proċessi li għaddew minnhom m'għandhomx tendenza li jżidu l-livell ta’ allerġeniċità evalwata mill-Awtorità għall-prodott rilevanti li minnu oriġinaw.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS III

IKEL LI T-TIKKETTJAR TIEGĦU JRID JINKLUDI DETTALL WIEĦED JEW AKTAR ADDIZZJONALI

TIP JEW KATEGORIJA TA’ IKEL

DETTALJI

1.   

IKEL IPPAKKJAT F’CERTI GASSIJIET

1.1

Ikel li d-durabbiltà tiegħu ġiet estiża permezz ta’ gassijiet użati għall-ippakkjar awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE

“Ippakkjati f'atmosfera protetta”

2.     PRODOTTI TAL-LAĦAM MINN QATLIET SPEĊJALI

2.1

Laħam u prodotti tal-laħam ġejjin minn annimali li ma ġewx sturduti qabel il-qatla, jiġifieri nqatlu f'ritwal

“Laħam li ġej minn qtil mingħajr stordiment”

3.   

IKEL LI FIH IL-ĦLEWWIET

3.1

Ikel li fih xi ħlewwa jew ħlewwiet awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE

“bil-ħlewwa(/iet)”, din l-istqarrija għandha tkun ma’ l-isem ta’ l-ikel fil-parti viżiva prinċipali .

3.2

Ikel li fih kemm zokkor jew zokkrijiet miżjuda flimkien ma’ ħlewwa jew ħlewwiet skond id-Direttiva 89/107/KEE

“biz-zokkor/zokkriet u ħlewwa(/iet)” din l-istqarrijiet għandha tkun ma’ l-isem ta’ l-ikel.

3.3

Ikel li fih l-aspartame awtorizzat skond id-Direttiva 89/107/KEE

“fih l-aspartame”

3.4

Ikel li fih aktar minn 10 % polyols miżjuda awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE

“konsum eċċessiv jista’ jkollu effetti lassattivi”

4.   

IKEL LI FIH L-ACIDU GLYCYRRHIZINIC JEW IL-MELH TA’ L-AMMONJU TIEGHU

4.1

Il-ħelu jew xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta’ l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhuma jew il-pjanta likurizja Glycyrrhiza glabra, f'konċentrazzjoni ta’ 100 mg/kg jew 10 mg/l jew aktar.

“fiha l-likurizja” għandha tiżdied immedjament wara l-lista ta’ ingredjenti, sakemm il-kelma “likurizja” mhix diġà mniżżla fil-lista ta’ ingredjenti jew fl-isem ta’ l-ikel. Jekk ma jkunx hemm lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta’ l-ikel.

4.2

Il-ħelu li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta’ l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 4 g/kg jew aktar.

“fiha l-likurizja – nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta’ ingredjenti. Jekk ma jkunx hemm il-lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta’ l-ikel.

4.3

Xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta’ l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(/i) kif inhi jew il-pjanta tal-likorizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 50 mg/l jew aktar, jew ta’ 300 mg/l jew aktar fil-każ ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol (1).

“fiha l-likurizja – nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta’ ingredjenti. Jekk ma jkunx hemm il-lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta’ l-ikel.

5.     IKEL LI FIH L-AĊIDU GLUTAMIKU JEW L-IMLUĦA TIEGĦU

5.1

Ikel li fih wieħed jew iktar mill-addittivi mal-ikel E620, E 621, E622, E623, E624 u E 625

“fih ingredjenti li jżidu l-aptit”

6.     LAĦAM LI JIKKONSISTI MINN BIĊĊIET TAL-LAĦAM IKKUMBINATI

6.1

Laħam li jikkonsisti minn biċċiet tal-laħam ikkumbinati, li jista' jagħti l-impressjoni li jkun magħmul minn biċċa sħiħa

“b'partijiet ikkumbinati”, din l-istqarrija għandha takkumpanja l-isem tal-ikel.

7.   

XORB B’KONTENUT GĦOLI TA’ KAFFEINA

7.1

Xorb, minbarra dak ibbażat fuq il-kafe, it-te jew il-kafe jew l-estratt tat-te fejn l-isem ta’ l-ikel jinkludi l-kelma “kafe’” jew “te”, li:

hu intiż għall-konsum mingħajr modifikazzjoni u li fih il-kafeina, minn kwalunkwe sors, f'proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l, jew

hu f’forma konċentrata jew imnixxfa u wara r-rikostruzzjoni fih il-kafeina, minn kwalunkwe sors, f’proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l

“Kontenut għoli ta’ kafeina” fl-istess post viżiv bħall-isem tax-xorb, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u skond l-Artikolu 14(5) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kafeina mfisser f’mg/100 ml.

8.   

IKEL B’PHYTOSTEROLS MIŻJUDA, PHYTOSTEROL ESTERS, PHYTOSTANOLS JEW PHYTOSTANOL ESTERS

8.1

Ikel jew ingredjenti ta’ l-ikel b’phytosterols miżjuda, phytosterol esters, phytostanols jew phytostanol esters

(1)

“bi sterols tal-pjanti miżjuda” jew “bi stanols tal-pjanti miżjuda” fl-istess parti viżiva bħall-isem ta’ l-ikel;

(2)

l-ammont ta’ kontenut ta’ fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli jew l-esteri fitostanoli miżjud (espress bħala % jew bħala g ta’ steroli/stanoli ħielsa tal-pjanti kull 100 g jew 100 ml tal-ikel) għandu jiġi dikjarat fil-lista ta’ l-ingredjenti;

(3)

stqarrija li l-ikel hu intiż esklussivament għan-nies li jixtiequ jbaxxu l-livell ta’ kolesterol fid-demm tagħhom;

(4)

stqarrija li l-pazjenti li qed jieħdu medikazzjoni biex ibaxxu l-kolesterol għandhom jikkonsmaw il-prodott biss taħt superviżjoni medika;

(5)

stqarrija li tidher mall-ewwel li l-ikel jista’ ma jkunx adattat b’mod nutrizzjonali għal ommijiet tqal jew li qed ireddgħu u għal tfal taħt il-ħames snin;

(6)

parir li l-ikel irid jintuża’ bħala parti minn dieta bilanċjata u varjata, inkluż konsum regolari ta’ frott u ħaxix biex iżomm għolja l-livelli ta’ carotenoid;

(7)

fl-istess parti viżiva bħad-dettall meħtieġ taħt il-punt 3) ta’ hawn fuq, stqarrija li l-konsum ta’ aktar minn 3 g kuljum ta’ sterols tal-pjanti miżjuda/stanols tal-pjanti għandu jiġi evitat;

(8)

definizzjoni ta’ porzjon ta’ l-ikel jew ingredjent ta’ l-ikel konċernat (preferibbilment fi g jew ml) bl-ammont ta’ l-isterol tal-pjanti/stanol tal-pjanti li fih kull porzjon.

9.     PRODOTTI TAL-LAHAM U TAT-TJUR

9.1

Prodotti tat-tiġieġ li fil-produzzjoni tagħhom ntużaw il-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal.

L-użu tal-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal għandu dejjem ikun ittikkettat b'mod ċar fuq l-imballaġġ.


(1)  Il-livell għandu japplika għall-prodotti kif propost lesti li jiġu kkonsmati jew magħmula mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS IV

IKEL LI HU EŻENTAT MIR-REKWIŻIT DWAR IT-TIKKETTJAR OBBLIGATORJUTAN -NUTRIZZJONI ▐

frott u ħaxix frisk u prodotti mhux ipproċessati li fihom ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

prodotti pproċessati li għaddew biss minn ipproċessar wieħed li hu affumikazzjoni jew maturazzjoni u li magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

ilmijiet minerali naturali jew ilmijiet oħrajn intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew ħwawar;

ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir jew taħlitiet tagħhom;

melħ u sostituti tal-melħ;

zokkor u tipi ġodda ta’ zokkor;

varjetajiet ta’ dqiq;

prodotti koperti bid-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 marbuta ma’ estratti tal-kafe u estratti taċ-ċikwejra (1), żerriegħa tal-kafe sħiħa jew mitħuna jew żerriegħa tal-kafe dekafinat sħiħa jew mitħuna;

infużjoni tal-ħxejjex aromatiċi, te, te dekafinat, te magħmul malajr jew li jinħall jew estratt tat-te, dekafinat magħmul malajr jew te li jinħall jew estratt tat-te, li ma fihomx ingredjenti miżjuda;

ħall fermentat u sostituti tal-ħall, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma l-ħwawar;

ħwawar;

addittivi ta’ l-ikel;

għajnuniet għall-ipproċessar;

enżimi ta’ l-ikel;

ikel koloranti;

weraq tad-deheb tal-ikel;

ġelatina;

ġelatina jew komposti biex jgħaqad il-ġamm;

ħmira;

prodotti taċ-chewing gum;

oġġetti tal-ikel b’disinn jew ippakkjar staġjonali, ta’ lussu jew biex jingħataw bħala rigal;

ħlewwiet tal-istaġun u figuri taz-zokkor u ċ-ċikkulata;

multi-pakketti mħallta;

assortimenti;

ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 75 ċm2; il-kontenut tal-enerġija kif spjegat fl-Artikolu 29(1)(a) xorta waħda għandu jiġi indikat fiz-zona viżiva prinċipali;

ikel mibjugħ minn nies privati fil-kuntest ta’ attivitajiet okkażjonali, u mhux bħala parti minn intrapriża li tkun timplika ċerta kontinwità ta’ attivitajiet u ċertu ammont ta’ organizzazzjoni;

ikel li mhux ippakkjat minn qabel, inklużi l-prodotti tal-ikel tal-massa, maħsub għall-konsum immedjat;

prodotti magħmula b’mod artiġjanali;

ikel mibjugħ direttament fuq is-suq agrikolu;

ikel fornut direttament minn impriżi żgħar fi ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti lill-konsumatur aħħari jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur aħħari;

ikel f’pakkett intern mhux maħsub li jinbiegħ mingħajr il-pakkett ta' barra (l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tingħata fuq il-pakkett ta' barra sakemm ma tkunx tappartjeni għall-kategoriji ta' ikel li huma eżentati taħt dan l-Anness);

ikel fi kwantità ta' anqas minn 5 g/ml;

fliexken tal-ħġieġ immarkati b’mod indelebbli.


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS V

L-ISEM TA' L-IKEL U D-DETTALJI SPEĊIFIĊI LI JKOLLU MIEGĦU

PARTI A –   L-ISEM TA’ L-IKEL

1.

Għandu jitħalla jintuża fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar l-isem ta’ l-ikel li bih il-prodott jiġi fabbrikat legalment u mibjugħ fl-Istat Membru tal-produzzjoni.

Minkejja dan, meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk imniżżla fl-Artikolu 9, ma jgħinux lill-konsumaturi fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar biex isiru jafu n-natura vera ta’ l-ikel u biex jiddistingwuh mill-ikel li miegħu jista' jiġi mħawwad, l-isem ta’ l-ikel għandu jkollu miegħu informazzjoni oħra deskrittiva li għandha tidher fl-istess zona viżiva ma’ ġenb l-isem tal-ikel u tinkiteb b'tipa ċara u li tista' tinqara faċilment .

2.

F'każijiet rari, l-isem ta’ l-ikel ta’ l-Istat Membru tal-produzzjoni m'għandux jintuża' fl-Istat Membru tal-bejgħ meta l-ikel li hu jsemmi jkun differenti, fir-rigward tal-kompożizzjoni jew il-fabbrikazzjoni tiegħu, mill-ikel magħruf taħt dak l-isem li d-dispożizzjonijiet tal-punt 1 mhumiex biżżejjed biex jassiguraw, fl-Istat Membru tal-bejgħ, li tingħata informazzjoni korretta lix-xerrej.

3.

L-ebda isem protett bħala proprjetà intelletwali, isem tad-ditta jew isem ornamentali ma jista' jiġi sostitwit ma’ l-isem ta’ l-ikel.

PARTI B –   DETTALJI OBBLIGATORJI LI JINSABU MA’ L-ISEM TA’ L-IKEL

1.

L-isem ta’ l-ikel għandu jinkludi jew ikollu miegħu d-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika ta’ l-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, bit-trab, imnixxef iffriżat, iffriżat mill-ġdid, iffriżat għal kollox, iffriżat malajr, defriżat, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista' tiżgwida lix-xerrej.

2.

L-ikel trattat b'radjazzjoni jonizzanti għandu jkollu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

“irradjat” jew “trattat b'radjazzjoni jonizzanti”.

3.

L-isem tal-ikel għandu jindika kull ingredjent li hemm miżjud li ġej minn oriġini ta’ annimal differenti mill-annimal primarju, għall-prodotti tal-laħam li għandhom l-apparenza ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam u għall-prodotti tal-ħut.

4.

L-isem tal-ikel fl-ittikkettjar ta’ kull prodott tal-laħam li għandu dehra ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam, jew laħam ippreservat għandu jinkludi l-indikazzjoni ta':

(a)

kull ingredjent miżjud mal-bqija tal-laħam li ġej minn oriġini ta’ xi annimal differenti; kif ukoll

(b)

kull ilma miżjud f'dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

fil-każ ta’ laħam imsajjar u nej, jew laħam ippreservat imsajjar, l-ilma miżjud 'il fuq minn 5 % tal-piż tal-prodott;

fil-każ ta’ laħam ippreservat mhux imsajjar, kull ilma miżjud li jifforma 'l fuq minn 10 % tal-piż tal-prodott.

5.

L-isem tal-ikel fl-ittikkettjar ta’ kull prodott tal-ħut li għandu dehra ta’ taqtigħa, filett, lista, jew porzjon ta’ ħut għandu jinkludi l-indikazzjoni ta':

(a)

kull ingredjent miżjud li oriġina mill-ħaxix, jew minn xi annimal ieħor għajr il-ħut; kif ukoll

(b)

kull ilma miżjud li jifforma 'l fuq minn 5 % tal-piż tal-prodott.

PARTI Ċ –   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-GĦOTI TA’ ISEM TA’ “LAĦAM IKKAPULJAT”

1.

Kriterji ta’ kompożizzjoni ċċekkjati abbażi ta’ medja ta’ kuljum:

 

Kontenut ta’ xaħam

Tessut li jgħaqqad:

meat protein ratio

laħam ikkapuljat dgħif

≤ 7 %

≤ 12

ikkapuljat taċ-ċanga pura

≤ 20 %

≤ 15

laħam ikkapuljat li fih il-majjal

≤ 30 %

≤ 18

laħam ikkapuljat ta’ speċi oħra

≤ 25 %

≤ 15

2.

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tas-Taqsima V ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-kliem li ġej għandu jidher fuq it-tikkettjar:

 

“persentaġġ ta’ xaħam taħt …”,

 

“tessut li jgħaqqad: proporzjon ta’ proteini fil-laħam taħt …”.

3.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu lok li jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom laħam ikkapuljat li ma jikkonformax mal-kriterji stipulati fil-punt 1 ta’ din il-Parti taħt marka nazzjonali li ma tistax tiġi mħawda mal-marki previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

PARTI D –     REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-GĦOTI TA’ ISEM TA’ KISI GĦAZ-ZALZETT

Fil-lista ta’ ingredjenti l-kisi taz-zalzett għandu jiġi indikat kif ġej:

“kisi naturali”, jekk il-kisi użat għall-produzzjoni taz-zalzett ikun ġej mill-passaġġ intestinali ta'annimali ungulati

“kisi artifiċjali”, fil-każijiet l-oħra.

Jekk kisi artifiċjali ma’ jkux jittiekel, dan għandu jiġi indikat bħala tali.

PARTI E –     DENOMINAZZJONI UFFIĊJALI GĦAL IKEL LI TAGĦTI L-IMPRESSJONI LI HUWA IKEL DIFFERENTI (l-elenku segwenti fih xi eżempji)

Ikel li jagħti l-impressjoni li huwa ikel differenti jew li jkollu ingredjent li nbidel b'ingredent imitazzjoni għandu jkun ittikkettat kif ġej:

Diverġenza f'termini ta’ tip, kwalità u kompożizzjoni

Għoti ta’ isem uffiċjali

Meta mqabbel ma’ ġobon, sostituzzjoni totali jew parzjali ta’ xaħam tal-ħalib b'xaħam veġetali

“imitazzjoni ta’ ġobon”

Meta mqabbel mal-perżut, kompożizzjoni mibdula li tikkonsisti minn ingredjenti mfarrka b'kontenut ta’ laħam ferm anqas.

“imitazzjoni ta’ perżut”

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS VI

INDIKAZZJONI U GĦOTI TA’ ISEM LILL-INGREDJENTI

PARTI A –   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-INDIKAZZJONI TA’ INGREDJENTI F’ORDNI LI TONQOS SKOND L-UŻIN

Kategorija ta’ ingredjenti

Dispożizzjoni li tikkonċerna l-indikazzjoni bl-użin

1.

Ilma miżjud u prodotti volatili

Għandhom jitniżżlu fl-ordni skond il-piż tagħhom tal-prodott lest. L-ammont ta’ ilma miżjud bħala ingredjent f’xi ikel għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mill-ammont totali tal-prodott lest l-ammont totali ta’ l-ingredjenti l-oħra użati. Dan l-ammont m’għandux jitqies jekk ma jaqbiżx il-5 % bil-piż tal-prodott lest.

2.

Ingredjenti użati f’forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni

Jistgħu jitniżżlu fl-ordni skond il-piż tagħhom kif irreġistrat qabel il-konċentrazzjoni jew id-dijadrizzazzjoni tagħhom.

3.

L-ingredjenti użati f’ikel konċentrat jew deiderat, li huma intiżi biex jiġu magħmula mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma

Jistgħu jitniżżlu f’ordni proporzjonali tal-prodott magħmul mill-ġdid dejjem jekk il-lista ta’ ingredjenti jkollha magħha espressjoni, bħala “ingredjenti tal-prodott magħmul mill-ġdid” jew “ingredjenti tal-prodott lest biex jintuża”.

4.

Il-frott, il-ħaxix jew il-faqqiegħ, li ma tantx jippredominaw f’termini ta’ użin u li huma użati fi proporzjonijiet li x’aktarx ivarjaw, użati f’taħlita bħala ingredjenti ta’ xi ikel

Jistgħu jitqiegħdu flimkien fi grupp fil-lista ta’ ingredjenti taħt l-isem “frott”, “ħxejjex” jew “faqqiegħ” flimkien mal-frażi “fi proporzjonijiet li jvarjaw”, segwiti immedjatament b’lista tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fihom. F’dawk il-każijiet, it-taħlita għandha titniżżel fil-lista ta’ ingredjenti skond l-Artikolu 19(1), abbażi tal-piż totali tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fiha.

5.

Taħlitiet jew preparazzjonijiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

Jistgħu jitniżżlu f’ordni oħra dejjem jekk dik il-lista ta’ ingredjenti fiha magħha l-espressjoni bħal “fi proporzjon varjabbli”.

6.

Ingredjenti li jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Jistgħu jitniżżlu f’ordni differenti wara l-ingredjenti l-oħra.

7.

Ingredjenti li huma simili jew li jistgħu jiġu sostwiti b’xulxin, li x’aktarx jintużaw fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel mingħajr ma jbiddlu l-kompożizzjoni tiegħu, in-natura tiegħu jew il-valur tiegħu li jidher, u sakemm jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Tista’ ssir referenza għalihom fil-lista ta’ ingredjenti permezz tal-frażi “fihom … u/jew …”, fejn talanqas wieħed minn mhux aktar minn żewġ ingredjenti jinsab fil-prodott lest. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal addittivi ta’ l-ikel jew għall-ingredjenti mniżżla fil-Parti Ċ ta’ dan l-Anness.

PARTI B –   ĊERTI INGREDJENTI JISSEMMEW BL-ISEM TAL-KATEGORIJA AKTAR MILLI B’ISEM SPEĊIFIKU

L-ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji ta’ ikel imniżżla hawn taħt u li huma kostitwenti ta’ xi ikel ieħor għandhom ikunu meħtieġa jissemmew biss bl-isem ta’ dik il-kategorija.

Definizzjoni tal-kategorija ta’ ikel

Għoti ta’ isem

1.

Żjut raffinati apparti milli żejt taż-żebbuġa

“Żejt”, flimkien ma’jew l-aġġettiv ▐mill-“annimali”, (jew l-indikazzjoni tal-oriġini speċifika tagħhom mill-annimali) jew , skond kif xiraq, ▐b’indikazzjoni ta’ l-oriġini veġitali ▐tagħhom.

F’każijiet meta ma jistax ikun iggarantit li ċerti żjut veġitali m’humiex preżenti l-użu ta’ “Jista’ jkun fih …” huwa meħtieġ.

L-aġġettiv “idroġenizzat” irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat ▐.

2.

Xaħmijiet raffinati

“Xaħam”, flimkien ma’ ▐ indikazzjoni ta’ l-oriġini veġitali jew mill-annimali tagħhom.

L-aġġettiv “idroġenizzat” irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat sakemm l-ammont ta’ saturati u trans xaħmijiet ma jkunux imniżżla fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

3.

Taħlitiet ta’ tqiq akwistati minn tnejn jew aktar speċje taċ-ċereali

“Dqiq”, segwit minn lista taċ-ċereali li minnhom inkiseb, f’ordni li tonqos skond l-użin

4.

Lamtijiet, ▐lamtijiet immodifikati b’meżżi fiżiċi jew bl-enżimi lamtu inkaljat jew destrinat, lamtu mmodifikat bi trattament tal-aċtu jew tal-alkali u lamtu bbliċjat .

“Lamtu”

5.

L-ispeċi kollha tal-ħut fejn il-ħut jifforma ingredjent ta’ xi ikel ieħor u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma jirreferix għal speċi speċifika ta’ ħut

“Ħut”

6.

It-tipi kollha ta’ ġobon fejn il-ġobon jew taħlita ta’ ġobnijiet tifforma ingredjent ta’ xi ikel u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma tirreferix għal tip speċifiku ta’ ġobon

“Ġobon”

7.

Il-ħwawar kollha li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta’ l-ikel

“Ħwawar” jew “ħwawar imħallta”

8.

Il-ħxejjex aromatiċi kollja jew partijiet minn ħxejjex aromatiċi li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta’ l-ikel

“Ħxejjex aromatiċi” jew “ħxejjex aromatiċi mħallta”

9.

It-tipi tal-preparazzjonijiet kollha tal-gomma (għelk) użati fil-manifattura tal-bażi tal-gomma għal chewing gum

“Bażi tal-gomma”

10.

It-tipi kollha ta’ prodotti ta’ ċereeali moħmija u mfarrka

“Frak” jew “qriemeċ” kif jixraq

11.

It-tipi kollha tas-sokrosju

“Zokkor”

12.

Anhydrous dextrose jew dextrose monohydrate

“Dextrose”

13.

Xirop tal-glukosju u xirop tal-glikosju aniħidrat

“Ġulepp tal-glukows”

14.

It-tipi kollha tal-proteina tal-ħalib (proteini tal-kaseini, tal-kasinati, u tax-xorrox) u t-taħlitiet tagħhom

“Proteini tal-ħalib”

15.

Butit tal-kokotina, ippressat, mislut jew raffinat

“Butir tal-kuddina”

16.

Estratti naturali minn frott, ħxejjex u pjanti li jittieklu jew partijiet ta’ pjanti, li jinkisbu permezz ta’ proċessi mekkaniċi u fiżiċi li jintużaw f’forma kkonċentrata għall-kulur tal-ikel

ikel li jagħti kulur

17.

It-tipi kollna ta’ nbejjed kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

“Inbid”

18.

Il-muskoli skeletriċi (1) ta’ l-ispeċi mammiferi u ta’ l-għasafar meqjusa tajbin biex jiġu kkonsmati min-nies b’tessut inkluż b’mod naturali jew imwaħħal, fejn ix-xaħam totali u l-kontenut tat-tessut konnettiv ma jeċċedux il-valuri indikati hawn taħt u fejn il-laħam jikkostitwixxi ingredjent ta’ xi ikel ieħor.

Din id-definizzjoni tinkludi l-laħam miksub mill-għadam imlaħħam permezz ta’ mezzi mekkaniċi, u li mhux kopert mid-definizzjoni tal-UE ta’ laħam separat b’mod mekkaniku kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Xaħam massimu u kontenut massimu ta’ tessut konnettiv għall-ingredjenti msemmija bit-terminu “… laħam”

“… laħam” u l-isem(/ismijiet) (2) ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali li minnu ġej.

Speċi

Xaħam (%)

Tessut li jgħaqqad (3) (%)

Mammiferi (minbarra fniek u qżieqeż) u taħlitiet ta’ speċi mal-mammiferi predominanti

25

25

Qżieqeż

30

25

Għasafar u fniek

15

10

 

Jekk jinqabżu dawn il-limiti massimi, iżda l-kriterji l-oħra kollha għad-definizzjoni ta’ “laħam” jiġu sodisfatti, il-kontenut ta’ “… laħam” irid ikun aġġustat ‘l isfel skond il-bżonn u l-lista ta’ ingredjenti trid issemmi, flimkien mat-terminu “… laħam”, il-preżenza ta’ xaħam u/jew tessut konnettiv.

 

19.

It-tipi kollha ta’ prodotti koperti bid-definizzjoni ta’ “laħam separat b’mod mekkaniku”.

“laħam separat b’mod mekkaniku” u l-isem(/ismijiet) (2) ta’ l-ispeċi ta’ annimali li minnu ġej.

PARTI Ċ –   ĊERTI INGREDJENTI JISSEMMEW BL-ISEM TAL-KATEGORIJA TAGHHOM SEGWITI BL-ISEM SPECIFIKU TAGHHOM JEW IN-NUMRU TAL-KE TAGHHOM

Addittivi ta’ l-ikel u l-enżimi barra minn dawk speċifikati fl-Artikolu 21(b) li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji mniżżla f’din il-Parti jridu jingħataw l-isem ta’ dik il-kategorija, flimkien ma’ l-isem speċifiku tagħhom jew, jekk jixraq, in-numru tal-KE tagħhom. Jekk l-ingredjent jappartjeni għal aktar minn waħda mill-kategoriji, għandha tiġi indikata l-kategorija adattata għall-funzjoni prinċipali fil-każ ta’ l-ikel imsemmi. Minkejja dan, l-għoti ta’ l-isem “lamtu modifikat” irid ikollu dejjem miegħu l-indikazzjoni ta’ l-oriġini speċifika veġetali tiegħu, meta dak l-ingredjent jista’ jkun fih il-glutina.

 

Aċtu

 

Regolatur ta’ l-aċidità

 

Aġent ta’ kontra l-caking

 

Aġent ta’ kontra l-fowm

 

Antiossidant

 

Bulking agent

 

Kulur

 

Emulsjonant

 

Melħ emulsifikat (4)

 

Enzimi  (5)

 

Kimika li ssaħħaħ

 

Dak li jtejjeb it-togħma

 

Kimika li tittratta d-dqiq

 

Kimika tal-ġel

 

Kimika tal-kisi

 

Humectant

 

Lamtu mmodifikat (5)

 

L-estratt taċ-Ċelluloża  (5)

 

Preservattiv

 

Gass ikkompressat

 

Kimika li tgħolli

 

Stabbilizzatur

 

Ħlewwa

 

Materjal li jħaxxen

PARTI D –   L-GĦOTI TA’ ISEM LILL-ĦWAWAR FIL-LISTA TA’ INGREDJENTI

1.

Il-ħwawar għandhom jiġu msemmija jew bil-kelma “ħwawar” jew b’isem jew deskrizzjoni aktar speċifika tal-ħwawar.

2.

Il-kinina u/jew il-kafeina użati bħala ħwawar fil-produzzjoni jew fil-preparazzjoni ta’ xi ikel għandhom jissemmew bl-isem fil-lista ta’ ingredjenti eżatt wara l-kelma “ħwawar”.

3.

Il-kelma “naturali” jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira tista’ tintuża’ biss għall-ħwawar li fihom il-komponent tal-ħwawar fih esklussivament sustanzi tal-ħwawar kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew il-preparazzjonijiet tal-ħwawar kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(ċ) ta’ dik id-Direttiva.

4.

Jekk l-isem tal-ħwawar fih referenza għan-natura jew oriġini veġetali jew ta’ l-annimali tas-sustanzi inkorporati, il-kelma “naturali” jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira ma tistax tintuża’ sakemm il-komponent tal-ħwawar ma jkunx ġie iżolat permezz ta’ proċessi fiżiċi, enżimatiċi jew mikrobijoloġiċi adattati jew proċessi ta’ preparazzjoni ta’ l-ikel tradizzjonali biss jew kważi biss mill-ikel jew mis-sors ta’ ħwawar konċernati.

PARTI E –   L-GĦOTI TA’ ISEM LILL-INGREDJENTI KOMPOSTI

1.

Ingredjent kompost jista’ jiġi inkluż fil-lista ta’ ingredjenti, taħt l-isem tiegħu stess sakemm dan ikun stipulat bil-liġi jew stabbilit bit-tradizzjoni, fir-rigward tal-piż globali tiegħu, u jkun segwit immedjatament b’lista ta’ ingredjenti tiegħu.

2.

Il-lista ta’ ingredjenti għall-ingredjenti komposti m’għandhiex tkun obbligatorja:

(a)

fejn il-kompożizzjoni ta’ l-ingredjent kompost huwa mfisser fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni preżenti, u sakemm l-ingredjent kompost jikkostitwixxi inqas minn 2 % tal-prodott lest; iżda, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-addittivi ta’ l-ikel, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 21(a) sa (d); jew

(b)

għall-ingredjenti komposti magħmula minn taħlitiet ta’ speċi u/jew ħxejjex aromatiċi li jikkostitwixxu inqas minn 2 % tal-prodott lest, minbarra l-addittivi ta’ l-ikel, dejjem skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 21 (a) sa (d); jew

(c)

fejn l-ingredjent kompost huwa ikel li għalih mhix meħtieġa lista ta’ ingredjenti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.


(1)  Id-dijaframma u l-masseters huma parti mill-muskoli skeletriċi, filwaqt li l-qalb, l-ilsien, il-muskoli tar-ras (minbarra l-masseters), il-muskoli tal-carpus, it-tarsus u d-denb huma esklużi.

(2)  Għat-tikkettjar bl-Ingliż, dan l-isem jista’ jiġi mibdul bl-isem ġeneriku ta’ l-ingredjent għall-ispeċi ta’ l-annimal konċernat.

(3)  Il-kontenut tat-tessut konnettiv hu kkalkulat abbażi tal-proporzjon bejn il-kontenut ta’ collagen u l-kontenut ta’ proteini tal-laħam. Il-kontenut ta’ collagen ifisser l-kontenut idroksiprolina multiplikat b’fattur ta’ 8.

(4)  Għal ġobon ipproċessat biss u prodotti bbażati fuq ġobon ipproċessat.

(5)  L-isem speċifiku jew in-numru tal-KE m’għandux ikun meħtieġ li jiġi indikat.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS VII

INDIKAZZJONI KWANTITATTIVA TA’ INGREDJENTI

1.

L-indikazzjoni kwantitattiva m’għandhiex tkun meħtieġa:

(a)

għal xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti:

(i)

li l-piż nett mingħajr ilma tagħhom hu indikat skond il-punt 5 ta’ l-Anness VIII; jew

(ii)

il-kwantitajiet ta’ liema kienu diġà obbligatorji fuq it-tikkettjar skond id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni; jew

(iii)

li huma użati fi kwantitajiet żgħar għall-finijiet ta’ ħwawar; jew

(iv)

li, filwaqt li jidhru fl-isem ta’ l-ikel, mhumiex tali li jikkmandaw l-għażla tal-konsumatur fil-pajjiż fejn jiġu mibjugħa minħabba li l-varjazzjoni fil-kwantità mhix essenzjali biex tikkaratterizza l-ikel jew ma tiddistingwihx minn ikel simili; jew

(b)

fejn id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi jistipulaw b’mod preċiż il-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti mingħajr ma jaħsbu għall-indikazzjoni tiegħu fuq it-tikkettjar; jew

(c)

fil-każijiet imsemmija fil-punti 4 u 5 tal-Parti A ta’ l-Anness VI.

2.

L-Artikolu 23(1) (a) u (b) m’għandux japplika fil-każ ta’:

(a)

xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti koperti bl-indikazzjoni “bil-ħwawar” jew “biz-zokkor” jekk dik l-indikazzjoni tkun ma’ l-ikel, skond l-Anness III; jew

(b)

xi vitamini u minerali miżjuda jekk dik is-sustanza tkun soġġetta għad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

3.

L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ l-ingredjenti għandha:

(a)

tkun imfissra bħala persentaġġ, li għandha tikkorrispondi mal-kwantità ta’ l-ingredjent jew ingredjenti meta jintuża’/jintużaw; u

(b)

tidher jew fl-isem jew eżatt ħdejn l-isem ta’ l-ikel jew fil-lista ta’ ingredjenti b'konnessjoni ma’ l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati.

4.

B’deroga mill-punt 3,

(a)

fejn l-ikel ikun tilef mill-irtubija tiegħu minħabba trattament bis-sħana jew trattament ieħor, il-kwantità għandha tiġi mfissra bħala persentaġġ li għandu jikkorrispondi mal-kwantità ta’ l-ingredjent(i) użat, marbut mal-prodott lest, sakemm dik il-kwantità jew il-kwantità totali ta’ l-ingredjenti kollha indikati fuq it-tikkettjar taqbeż il-100 %, f’liema każ il-kwantità għandha tiġi indikata abbażi tal-piż ta’ l-ingredjent(i) użat biex tiġi preparata 100 g tal-prodott lest;

(b)

il-kwantità ta’ l-ingredjenti volatili għandha tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott lest;

(c)

il-kwantità ta’ ingredjenti użati f’forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin kif meħud waqt il-konċentrazzjoni jew id-deidrazzjoni tagħhom;

(d)

fil-każ ta’ ikel konċentrat jew deidrat li hu intiż li jiġi magħmul mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma, il-kwantità ta’ l-ingredjenti tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott magħmul mill-ġdid.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS VIII

DIKJARAZZJONI DWAR IL-KWANTITA' NETTA

1.

Il-kwantità netta ma għandhiex tkun obbligatorja fil-każ ta’ ikel:

(a)

li hu soġġett għal telf konsiderevoli fil-volum jew piż tiegħu jew li mhux ippakkjat bil-lest u jinbiegħ bil-wieħed jew jintiżen fil-preżenza tax-xerrej; jew

(b)

il-kwantità netta tiegħu li hi inqas minn 5 g jew 5 ml; iżda, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-ħwawar u l-ħxejjex aromatiċi; jew

(c)

li għalihom hemm eżenzjonijiet stabbiliti f'dispożizzjonijiet legali oħra.

2.

Fejn l-indikazzjoni ta’ ċertu tip ta’ kwantità (bħall-kwantità nominali, il-kwantità minima, il-kwantità medja) hi meħtieġa bid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew, fejn m'hemm xejn, bid-dispożizzjonijiet nazzjonali, din il-kwantità għandha titqies bħala l-kwantità netta għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.

Meta oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ oġġetti jew aktar ippakkjati bil-lest li fihom l-istess kwantità ta’ l-istess prodott, il-kwantità netta għandha tiġi indikata billi tissemma l-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali u n-numru totali ta’ dawk il-pakketti. L-indikazzjoni ta’ dawk id-dettalji m'għandhiex, iżda, tkun obbligatorja fejn in-numru totali ta’ pakketti individwali jista' jidher sew u jiġi magħdud faċilment minn barra u fejn talanqas tidher sew minn barra indikazzjoni waħda tal-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali.

4.

Meta oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ pakkett individwali jew aktar li mhumiex meqjusa bħala unitajiet għall-bejgħ, il-kwantità netta għandha tingħata billi tiġi indikata l-kwantità netta totali u n-numru totali ta’ pakketti individwali.

5.

Meta ikel solidu jiġi preżentat f'forma likwida, il-piż nett ta’ l-ikel imsoffi mil-likwidu għandu jiġi indikat ukoll.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-forma likwida” għandha tfisser il-prodotti li ġejjin, possibbilment f'taħlitiet u anki meta ffriżati jew iffriżati malajr, dejjem jekk il-likwidu hu biss żieda ma’ l-elementi essenzjali ta’ dik il-preparazzjoni u għalhekk mhux fattur deċiżiv għax-xiri: ilma, taħlitiet ta’ melħ fl-ilma, salmura, taħlitiet ta’ ilma ta’ aċidi fl-ikel, ħall, taħlitiet fl-ilma taz-zokkor, taħlitiet fl-ilma ta’ sostanzi oħra ħelwin, ġulepp tal-froxx jew tal-ħaxix fil-każ ta’ frott jew ħxejjex.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS IX

SAĦĦA ALKOĦOLIKA

Is-saħħa alkoħolika proprja bil-volum ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol għandha tiġi indikata permezz ta’ numru sa mhux iktar minn post wieħed deċimali. Dan għandu jkun segwit bis-simbolu “%vol.” u jista' jkollu quddiemu l-kelma “alkoħol” jew l-abbrevazzjoni “alc”.

Is-saħħa alkoħolika għandha tiġi determinata f'temperatura ta’ 20oC.

It-tolleranzi pożittivi u negattivi mħollija fir-rigward ta’ l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum u mfissra f'valuri assoluti għandhom jidhru kif imniżżla fit-tabella li ġejja. Dawn għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi li joħorġu mill-metodu ta’ analiżi użat biex tiġi determinata s-saħħa alkoħolika.

Deskrizzjoni tax-xorb

Tolleranza pożittiva jew negattiva

1.

Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li ma taqbiżx il-5,5 % tal-vol.; xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B II tat-Tariffa Komuni Doganali u magħmul mill-għeneb:

0,5 % vol.

2.

Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li taqbeż il-5,5 % tal-vol.; ix-xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B I tat-Tariffa Doganali Komuni u magħmula mill-għeneb; sajder, perries, inbejjed tal-frott u oħrajn ta’ din ix-xorta, miksuba mill-frott minbarra mill-għeneb, sew jekk ikun semi-gassjat jew iggassjat; xorb ibbażat fuq għasel iffermentat

1 % vol.

3.

Xorb li jkollu frott imxarrab jew partijiet ta’ pjanti

1,5 % vol.

4.

Kull xorb ieħor li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol

0.3 % vol.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS X

KONSUM REFERENZJALI

PARTI A –   KONSUM REFERENZJALI TA’ KULJUM TA’ VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

1.   Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u kemm hu rakkomandat li għandu jittieħed kuljum minnhom (RDAs)

Vitamin A (μg)

800

Vitamin D (μg)

5

Vitamin E (mg)

12

Vitamina K (μg)

75

Vitamin C (mg)

80

Thiamin (Vitamina B1) (mg)

1,1

Riboflavin (mg)

1,4

Niacin (mg)

16

Vitamin B6 (mg)

1,4

Aċidu foliku (μg)

200

Vitamina B12 (μg)

2,5

Bijotina (μg)

50

Pantothenic acid (mg)

6

Potassju (mg)

2 000

Klorur (mg)

800

Calcium (mg)

800

Phosphorus (mg)

700

Iron (mg)

14

Magnesium (mg)

375

Zinc (mg)

10

Ram (mg)

1

Manganiżju (mg)

2

Fluworidu (mg)

3,5

Selenju (μg)

55

Kromju (μg)

40

Molibdenu (μg)

50

Jodju (μg)

150

 

 

2.   Ammont sinifikanti ta’ vitamini u minerali

Ġeneralment, 15 % ta’ l-ammont rakkomandat speċifikat fil-punt 1 mogħti b'100 g jew 100 ml jew għal kull pakkett jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed biss għandu jitqies meta jiġi deċiż x'jikkostitwixxi ammont sinifikanti.

PARTI B –   KONSUM REFERENZJALI TA’ KULJUM ENERĠIJA U NUTRIJENTI MAGĦŻULA MINBARRA VITAMINI U MINERALI (ADULTI) (1)

Enerġija jew nutrijent

Konsum Referenzjali

Enerġija

▐(2 000 kcal)

Proteini

80 g

Xaħam totali

70 g

Saturati

20 g

Karboidrati

230 g

Zokkor

90 g

Melħ

6 g


(1)   L-ammonti ta’ konsum referenzjali huma valuri indikattivi; se jiġu definiti b'mod aktar dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS XI

FATTURI TA' KONVERŻJONI

FATTURI TA’ KONVERŻJONI BIEX TIĠI KKALKULATA L-ENERĠIJA

Il-valur ta’ enerġija li jrid jiġi dikjarat għandu jiġi kkalkulat permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

karboidrati (ħlief polyols)

4 kcal/g ▐

polyols

2,4 kcal/g ▐

proteini

4 kcal/g ▐

xaħam

9 kcal/g ▐

salatrims

6 kcal/g ▐

alkoħol (ethanol)

7 kcal/g ▐

aċidu organiku

3 kcal/g ▐

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS XII

ESPRESSJONI U PREŻENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

PARTI A –   ESPRESSJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

L-unitajiet li jridu jintużaw fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

enerġija

Kj u kcal

xaħam

grammi (g)

karboidrati

fajber

proteini

melħ

vitamini u minerali

l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness X

sustanzi oħrajn

unitajiet kif jixraq għas-sustanzi individwali konċernati

PARTI B –   ORDNI TA’ PREŻENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI TAL-KOMPONENTI TA’ KARBOIDRATI U XAHAM

1.

Fejn il-polyols u/jew il-lamtu huma dikjarati, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ordni li ġejja:

karboidrati

g

li minnu:

zokkor

g

polyols

g

lamtu

g

2.

Fejn l-ammont u/jew tip ta’ aċtu tax-xaħam hu dikjarat, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ordni li ġejja:

xaħam

g

li minnu:

saturati

g

trans fats

g

mono-unsaturates

g

polyunsaturates

g

PARTI C –   ORDNI TA’ PREŻENTAZZJONI TA’ ENERGIJA U NUTRIJENTI LI JIDHRU F'DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

L-ordni tal-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni ta’ l-enerġija u n-nutrijenti, kif jixraq, għandha tkun kif ġej:

enerġija

▐ kcal

xaħam

g

saturati

g

zokkor

g

melħ

g

proteini

g

karboidrati

g

fajber

g

Transfats naturali

g

transfats artifiċjali

g

mono-unsaturates

g

polyunsaturates

g

polyols

g

kolesterol

g

lamtu

g

vitamini u minerali

l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XI

sustanzi oħrajn

unitajiet kif jixraq għas-sustanzi individwali konċernati


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/235


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Titoli li jiġu offruti lill-pubbliku u armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza (emenda tad-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE) ***I

P7_TA(2010)0227

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (COM(2009)0491 – C7–0170/2009 – 2009/0132(COD))

2011/C 236 E/48

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0491),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 44 u 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0170/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Frar 2010 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7–0102/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C19, 26.1.2010, p. 1.

(2)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2009)0132

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2010/73/UE.)


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/236


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn (Thunnus thynnus) ***I

P7_TA(2010)0228

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1984/2003 (COM(2009)0406 – C7-0124/2009 – 2009/0116(COD))

2011/C 236 E/49

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0406),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0124/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0119/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2009)0116

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 640/2010.)


12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/237


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija *

P7_TA(2010)0229

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (06714/2010 – C7-0067/2010 – 2010/0814(NLE))

2011/C 236 E/50

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06714/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-25 ta' April tal-2005, skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0067/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0199/2010),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST MILL-KUNSILL

EMENDA

Emenda 1

Abbozz ta' deċiżjoni

Premessa 3

(3)

Fi XXXX 2010, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f'dan il-qasam kienu ġew sodisfatti mir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. Għaldaqstant huwa possibbli li tiġi stabbilita data minn meta l-acquis ta' Schengen relatat mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) jista' japplika f'dawk l-Istati Membri.

(3)

Fi XXXX 2010, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f'dan il-qasam kienu ġew sodisfatti mir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. Għaldaqstant huwa possibbli li tiġi stabbilita data minn meta l-acquis ta' Schengen relatat mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) jista' japplika f'dawk l-Istati Membri. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miktub, matul il-perijodu ta' sitt xhur li jibda mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, bis-segwitu li jkunu bil-ħsieb li jagħtu għar-rakkomandazzjonijiet li jkun hemm fir-rapporti ta' valutazzjoni u msemmija fis-segwitu li jkunu għadhom iridu jiġu implimentati.