European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/744

23.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/744

tad-19 ta’ Frar 2024

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1685 (2), il-Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat biex jinnomina lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jagħtu, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, in-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Kunsens tas-17 ta’ Jannar 2024 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1685 tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 218, 5.9.2023, p. 1).

(3)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 218, 5.9.2023, p. 3 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/744/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)