European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/298

18.1.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/298

tas-7 ta’ Novembru 2023

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc għall-2025 “Enerġija u ambjent” fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/1700, jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għas-Semestru Ewropew (2) u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (3), b’mod partikolari dwar id-distribuzzjoni tal-introjtu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Jipprovdi wkoll informazzjoni għal diversi politiki oħra tal-Unjoni relatati mal-kundizzjonijiet tal-għajxien u mal-faqar.

(2)

Is-suġġett ad hoc li għalih għandha tinġabar id-data fl-2025 dwar “Enerġija u ambjent” f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/256 (4) huwa importanti ħafna, speċjalment fid-dawl tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lesti għall-mira ta’ 55 %” (5) li tipprevedi proposta għal rakkomandazzjoni (6) dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika.

(3)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika n-numru u t-titolu tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc“Enerġija u ambjent”.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2019/1700, in-numru tal-varjabbli li jridu jinġabru ma għandux jaqbeż b’aktar minn 5 % n-numru tal-varjabbli miġbura għad-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fit-3 ta’ Novembru 2019,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-numru u t-titolu tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc għall-2025 dwar “Enerġija u ambjent” fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1.

(2)  Is-Semestru Ewropew huwa l-qafas tal-Unjoni Ewropea għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi u soċjali.

(3)  Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fl-2017 waqt is-Summit ta’ Gothenburg. Il-Pilastru jistabbilixxi 20 prinċipju ewlieni li jiggwidawna lejn Ewropa soċjali b’saħħitha li tkun ġusta, inklużiva u mimlija opportunitajiet fis-seklu 21.

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/256 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi ppjanar kontinwu pluriennali (ĠU L 54, 26.2.2020, p. 1).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lesti għall-mira ta’ 55 %”: Nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi Triqitna lejn in-Newtralità Klimatika” (COM(2021) 550 final).

(6)  Il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (COM(2021) 801 final).


ANNESS

In-numru u t-titolu tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc għall-2025 “Enerġija u ambjent” fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien:

Modulu

Identifikatur tal-varjabbli

Isem il-varjabbli

Suġġett ad hoc għall-2025 dwar “Enerġija u ambjent”

(20 varjabbli obbligatorju)

HEE01

Distanza bil-mixi sal-eqreb spazju aħdar pubbliku

PW201

Sodisfazzjon bl-ispazji ħodor pubbliċi fiż-żona lokali

PEE03

Kapaċità ta’ aċċess fi żmien siegħa waħda għal xogħol/skola/università bit-trasport pubbliku, bir-rota jew bil-mixi

PEE04

Trasport primarju użat

PEE05

Trasport sekondarju użat

HC006

Sena tal-kostruzzjoni tal-abitazzjoni ewlenija

HC003 A

Rinovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika (insulazzjoni termika, twieqi jew sistema tat-tisħin)

HEE07

Ostakli għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika

PEE08

Ħsara lid-dar/lill-appartament minħabba kawżi ambjentali/tat-temp

HEE09

Separazzjoni tal-fliexken tal-plastik fid-dar

PEE10

Frekwenza ta’ kemm jittiekel laħam, pollam jew ħut

HEE11

Numru ta’ karozzi privati, mikrija jew tal-kumpanija fl-unità domestika

HEE12

Tip ta’ karozza (l-aktar ġdida)

HEE13

Sena tal-ewwel reġistrazzjoni tal-karozza (l-aktar ġdida)

HEE14

Sena tal-ewwel reġistrazzjoni tal-karozza (l-eqdem waħda)

PEE15

Numru ta’ titjiriet privati jew għan-negozju fl-Ewropa

PEE16

Numru ta’ titjiriet privati jew għan-negozju barra mill-Ewropa

PEE17

Numru ta’ sigħat imqattgħin f’karozza mhux elettrika bħala sewwieq matul 7 ijiem tas-soltu

PEE20

Attentati ta’ tiswija tal-mowbajl meta tiġrilu ħsara

PEE21

Azzjoni meħuda għall-mowbajl li ma jistax jintuża


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/298/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)