ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 245

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
22 ta' Settembru 2022


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-fond ta’ proviżjonament komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1629 tal-21 ta’ Settembru 2022 li jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin ta’ Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr. f’ċerti żoni demarkati

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1630 tal-21 ta’ Settembru 2022 li jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin tal-fitoplażma Grapevine flavescence dorée f’ċerti żoni demarkati

27

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/1631 tat-12 ta’ Mejju 2022 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-kejbils u l-wajers tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram u ċ-ċomb fil-konnessjonijiet elettriċi tagħhom ( 1 )

45

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/1632 tat-12 ta’ Mejju 2022 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb u l-komposti tiegħu f’ċerti apparati tal-immaġni bir-riżonanza manjetika ( 1 )

48

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1633 tal-20 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Bulgarija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

52

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1634 tas-16 ta’ Settembru 2022 dwar salvagwardji interni għall-indipendenza editorjali u t-trasparenza tas-sjieda fis-settur tal-midja

56

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera tas-6 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Iskedi III u IV tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, kif emendat [2022/1635]

66

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass ( ĠU L 173, 30.6.2022 )

70

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern ( ĠU L 84, 20.3.2014 )

71

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/1


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1628 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Settembru 2022

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-fond ta’ proviżjonament komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna (2), inkluż Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)

Fir-rebbiegħa 2014, l-Ukrajna bdiet programm ambizzjuż ta’ riforma bil-għan li tistabbilizza l-ekonomija tagħha u ttejjeb l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll riformi kostituzzjonali, elettorali u ġudizzjarji, huma fost l-ogħla prijoritajiet fuq l-aġenda. L-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riformi kienet appoġġata minn programmi konsekuttivi ta’ assistenza makrofinanzjarja, li taħthom l-Ukrajna rċeviet assistenza fil-forma ta’ self għal total ta’ EUR 6,6 biljun. L-assistenza makrofinanzjarja ta’ emerġenza, li saret disponibbli fil-kuntest ta’ tensjonijiet dejjem akbar fil-fruntiera mar-Russja skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/313 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ipprovdiet EUR 1,2 biljun f’self lill-Ukrajna, żborżat f’żewġ pagamenti parzjali ta’ EUR 600 miljun kull wieħed, f’Marzu u Mejju 2022. L- assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni sa EUR 1 biljun skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ipprovdiet appoġġ rapidu u urġenti għall-baġit tal-Ukrajna u ġiet żborżata bis-sħiħ b’żewġ pagamenti parzjali fl-1 u t-2 ta’ Awwissu 2022. Dik l-assistenza kkonstitwit l-ewwel stadju tal-pakkett sħiħ ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali ppjanat tal-Unjoni lill-Ukrajna sa EUR 9 biljun, mħabbar mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Mejju 2022 intitolata “L-Ukrajna: Għajnuna u Rikostruzzjoni” u approvata mill-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ġunju 2022. Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi t-tieni stadju fl-implimentazzjoni ta’ dik l-assistenza mikrofinanzjarja eċċezzjonali prevista. Hija tistabbilixxi l-bażi għall-għoti lill-Ukrajna ta’ ammont ieħor sa EUR 5 biljun ta’ assistenza makrofinanzjarja fil- forma ta’ self b’termini konċessjonali ħafna. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tiġi segwita malajr bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni oħra li timplimenta t-tielet stadju tal-assistenza makrofinanzjarja sħiħa eċċezzjonali ppjanata tal-Unjoni għal ammont ieħor sa EUR 3 biljun ladarba d-disinn ta’ dik l-assistenza jkun ġie determinat.

(3)

L-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna mill-24 ta’ Frar 2022 ikkawżat lill-Ukrajna telf ta’ aċċess għas-suq u tnaqqis drastiku fid-dħul pubbliku, filwaqt li l-infiq pubbliku biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja u biex tinżamm il-kontinwità tas-servizzi tal-Istat żdied b’mod sinifikanti. F’dik is-sitwazzjoni volatili u inċerta ħafna, l-aħjar stimi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jindikaw diskrepanza straordinarja fil-finanzjament ta’ madwar USD 39 biljun fl-2022 li madwar nofshom jistgħu jiġu ssodisfati jekk l-appoġġ internazzjonali mwiegħed sa issa jiġi żborżat bis-sħiħ. L-għoti rapidu mill-Unjoni tal- assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna, skont din-Deċiżjoni għandha, fiċ-ċirkostanzi straordinarji attwali, titqies bħala rispons xieraq għal terminu qasir għar-riskji mdaqqsa għall-istabbiltà makrofinanzjarja tal-Ukrajna. Dan l-ammont ulterjuri sa EUR 5 biljun f’assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni taħt din id-Deċiżjoni għandu jappoġġa l-istabbilizzazzjoni makrofinanzjarja tal-Ukrajna, isaħħaħ ir-reżiljenza immedjata tal-pajjiż u jsostni l-kapaċità tiegħu lejn l-irkupru, u b’hekk jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tal-Ukrajna u l-kapaċità tagħha li fl-aħħar mill-aħħar tkun f’pożizzjoni li tħallas lura l-obbligi finanzjarji tagħha.

(4)

Din l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni skont din id- Deċiżjoni ser tikkontribwixxib’mod sinifikanti biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna kif stmat mill-FMI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, filwaqt li titqies il-kapaċità tal-Ukrajna li tiffinanzja lilha nnifisha bir-riżorsi proprji tagħha. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi bilaterali u multilaterali, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fl-Ukrajna u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut l-impenn tal-awtoritajiet tal-Ukrajna li jikkooperaw mill-qrib mal-FMI dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza għal żmien qasir u l-intenzjoni tagħhom li jaħdmu mal-FMI fuq programm ekonomiku xieraq meta l-kundizzjonijiet jippermettu. Programm bħal dan intalab formalment f’Awwissu 2022. L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li żżomm l-istabbiltà makrofinanzjarja u r-reżiljenza fiċ-ċirkostanzi tal-gwerra. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tal-miżuri meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni rigward l-Ukrajna. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja kollha sabiex jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u jiżguraw il-konsistenza tagħha.

(6)

Jenħtieġ li prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari b’diversi partiti, u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Il-gwerra li għaddejja bħalissa, u b’mod partikolari l-istat attwali ta’ liġi marzjali, jenħtieġ li ma jaffettwawx dawk il-prinċipji, minkejja l-konċentrazzjoni tal-poter fil-fergħa eżekuttiva.

(7)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Ukrajna tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma’ dik l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet fil-ftehim ta’ self biex il-Kummissjoni twettaq verifiki, biex il-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi u biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenzi tiegħu, skont l-Artikoli 129 u 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-“Regolament Finanzjarju”).

(8)

L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni jenħtieġ li tkun marbuta ma’ rekwiżiti ta’ rappurtar u kundizzjonijiet ta’ politika stretti, li għandhom jiġu stabbiliti f’memorandum ta’ qbil (il-“MtQ”). Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti stretti ta’ rappurtar ikollhom l-għan, fiċ-ċirkostanzi attwali tal-gwerra, li jiżguraw li l-fondi jintużaw b’mod effiċjenti, trasparenti u responsabbli. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet ta’ politika ikollhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza immedjata tal-Ukrajna u s-sostenibbiltà tad-dejn fit-tul tiegħu, u b’hekk inaqqsu r-riskji marbuta mal-ħlas lura tal-obbligi finanzjarji pendenti u futuri tiegħu.

(9)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(10)

Is-self ipprovdut skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 jenħtieġ li jkollhom flimkien maturità medja massima ta’ 25 sena.

(11)

Minħabba li s-self skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 jimplika l-istess riskji għall-baġit tal-Unjoni u jenħtieġ li jkollhom flimkien maturità medja massima ta’ 25 snin, l-ammont totali tal-assistenza makrofinanzjarja ta’ EUR 6 biljun lill-Ukrajna skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 jenħtieġ li jkun kopert minn metodoloġija komuni għall-ġestjoni tal-implikazzjonijiet finanzjarji u baġitarji. B’mod partikolari, l-istess livell ta’ kopertura baġitarja jenħtieġ li jiġi stabbilit bħala protezzjoni adegwata kontra l-possibbiltà li l-Ukrajna ma tħallasx lura s-self kollu jew parti minnu fiż-żmien skedat. Id-dispożizzjonijiet magħmula disponibbli mill-baġit tal-Unjoni kontra ż-żewġ settijiet ta’ self tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu ġestiti bħala sett integrat ta’ dispożizzjonijiet. Tali ġestjoni se ssaħħaħ ir-reżiljenza u l-flessibbiltà tal-baġit tal-Unjoni b’reazzjoni għal kwalunkwe sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ pagament. Jenħtieġ għalhekk, li d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tiġi emendata skont dan.

(12)

L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tikkostitwixxi obbligazzjoni finanzjarja għall-Unjoni fil-volum ġenerali tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna skont ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-ammont totali sa EUR 6 biljun ta’ self eċċezzjonali ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukrajna jenħtieġ li jibbenefika minn 9 % tal-proviżjonament imħallas disponibbli għal self ta’ assistenza makrofinanzjarja skont il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. L-ammont ta’ proviżjonament jenħtieġ li jiġi ffinanzjat mill-pakkett finanzjarju ipprogrammat għall-assistenza makrofinanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2021/947 għal ammont totali ta’ EUR 540 miljun. Jenħtieġ li dak l-ammont jiġi impenjat u mħallas fil-fond ta’ proviżjonament komuni taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (8).

(13)

F’konformità mal-Artikolu 210(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja mġarrba mill-baġit tal-Unjoni għandhom jitqiesu sostenibbli jekk l-evoluzzjoni pluriennali prevista tagħhom tkun kompatibbli mal-limiti stabbiliti mir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 u l-limitu massimu fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament annwali stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (9). Sabiex l-Unjoni tkun tista’ tipprovdi appoġġ sostanzjali lill-Ukrajna permezz tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni f’ammonti mingħajr preċedent b’mod finanzjarjament sikur, filwaqt li tippreżerva l-affidabbiltà għolja tal-kreditu tal-Unjoni u, għalhekk, il-kapaċità tagħha li twassal finanzjament effettiv fil-kuntest kemm tal-politiki interni kif ukoll dawk esterni tagħha, huwa essenzjali li l-baġit tal-Unjoni jiġi protett b’mod adegwat mill-materjalizzazzjoni ta’ dawk l-obbligazzjonijiet kontinġenti u li jiġi żgurat li dawn ikunu finanzjarjament sostenibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 210(3) tar-Regolament Finanzjarju.

(14)

F’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, il-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jissaħħaħ b’mezzi proporzjonati għar-riskji li jirriżultaw mir-responsabbiltajiet kontinġenti marbuta ma’ din l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni kbira b’mod mhux preċedenti lil benefiċjarju wieħed. Mingħajr tali tisħiħ, il-baġit tal-Unjoni ma jkunx jista’ jipprovdi, għal raġunijiet finanzjarjament sikuri, l-assistenza kbira bla preċedent li l-ħtiġijiet relatati mal-gwerra jeħtieġu mill-Ukrajna. Sabiex jiġi protett il-baġit tal-Unjoni, is-self tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni lill-Ukrajna sa EUR 6 biljun jenħtieġ li jibbenefika minn kopertura ta’ 70 % permezz ta’ proviżjonament imħallas (fil-livell ta’ 9 %) li jkun jista’ jiġi ssupplimentat b’garanziji mill-Istati Membri biex tiġi pprovduta kopertura baġitarja għal telf sa 61 % oħra tal-valuri tas-self.

(15)

Ir-riżorsi skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 huma taħt pressjoni għolja fid-dawl tal-prijoritajiet ta’ nfiq ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li tinstab soluzzjoni alternattiva għal riżorsi addizzjonali li ma taffettwax in-nefqa regolari prevista fl-ipprogrammar finanzjarju tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.

(16)

Il-kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri fil-forma ta’ garanziji ġew identifikati bħala għodda xierqa biex tiġi pprovduta protezzjoni lil hinn mill-proviżjonament imħallas inizjalment. Il-garanziji tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu provduti b’mod volontarju u jenħtieġ li jikkostitwixxu garanzija ta’ kontinġenza komuni adatta biex jappoġġjaw il-baġit tal-Unjoni, wara li d-dispożizzjonijiet tal-fond ta’ proviżjonament komuni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet finanzjarji taħt din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 ikun ġew prelevati jew se jiġu prelevati bis-sħiħ. Il-kontribuzzjonijiet taħt dawk il-garanziji jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ammont ta’ obbligazzjoni finanzjarja awtorizzata b’deroga mill-Artikolu 211(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-ammonti jenħtieġ li jitqiesu għall-kalkolu tal-proviżjonament li jirriżulta mir-rata ta’ proviżjonament imsemmija fl-Artikolu 211(1) tar-Regolament Finanzjarju, b’deroga tmill-Artikolu 211(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju.

(17)

Il-garanziji pprovduti mill-Istati Membri jenħtieġ li jkopru s-self eċċezzjonali tal-assistenza makrofinanzjarja skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 (“l-AMF koperti”). Jenħtieġ li dawk il-garanziji ikunu irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u fuq talba. Jenħtieġ li dawk il-garanziji jiżguraw il-kapaċità tal-Unjoni li tħallas lura l-fondi mislufa fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji. Jenħtieġ li dawn jissejħu biss meta jiġu ssodisfati kundizzjonijiet stretti, relatati mal-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet disponibbli, u f’każ li l-Unjoni ma tirċevix pagament mill-Ukrajna tas-self ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali mogħti skont l-AMF koperti fil-ħin biex jiġu ssodisfati l-obbligi finanzjarji tal-Unjoni minn bonds jew f’każ li l-iskeda ta’ pagament tas-self mogħti l-AMF koperti kellha tiġi mibdula. Jenħtieġ li ssir sejħa fuq il-garanziji provvduti mill-Istati Membri għal ammont li jikkorrispondi għall-ammont li jirriżulta minn telf fuq l-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna skont l-AMF koperti u biex il-fond ta’ proviżjonament komuni jiġi rikostitwit għal-livell meħtieġ ta’ proviżjonament imħallas. Is-sejħiet għall-garanziji tal-Istati Membri jenħtieġ li jsiru biss wara li l-ammont ta’ proviżjonament inizjali mwarrab fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali skont l-AMF koperti jkun ġie prelevat jew se jiġi prelevat bis-sħiħ. L-ammonti rkuprati skont il-ftehimiet ta’ self fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna skont l-AMF koperti jenħtieġ li jiġu rimborżati lill-Istati Membri li jkunu onoraw it-talbiet għal ħlas ta’ garanzija, b’deroga mill-Artikolu 211(4), il-punt (c) tar-Regolament Finanzjarju.

(18)

F’każ li l-ħlas tal-obbligi finanzjarji tal-Unjoni li jirriżultaw minn bonds għall-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna skont l-AMF koperti ġew issodisfati temporanjament mid-dispożizzjonijiet imwarrba fil-fond ta’ proviżjonament komuni biex ikopru obbligazzjonijiet finanzjarji oħra tal-Unjoni, is-sejħa fuq il-garanziji provvduti mill-Istati Membri tista’ tintuża għar-rikostituzzjoni tal-proviżjonament ta’ dawk l-obbligazzjonijiet finanzjarji.

(19)

Minħabba n-natura eċċezzjonali tal-assistenza makrofinanzjarja appoġġata mill-garanziji, huwa xieraq li jiġu ġestiti d-dispożizzjonijiet miżmuma kontra l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-assistenza makrofinanzjarja skont l-AMF koperti u għal kwalunkwe żborż wara l-15 ta’ Lulju 2022 ta’ self garantit skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) separatament minn obbligazzjonijiet finanzjarji oħra skont il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u l-Fond ta’ Garanzija għall-azzjoni esterna. Għalhekk, huwa xieraq li l-proviżjonament imwarrab fil-fond ta’ proviżjonament komuni jintuża biss għal obbligazzjonijiet finanzjarji mill-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali skont l-AMF koperti, minflok tiġi applikata r-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 31(6) tar-Regolament (UE) 2021/947. Barra minn hekk, huwa xieraq li jintuża l-proviżjonament imwarrab fil-fond ta’ proviżjonament komuni fir-rigward tas-self garantit skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE żborżat wara l-15 ta’ Lulju 2022 għall-obbligazzjonijiet finanzjarji biss minn dak is-self u li jiġu applikati r-regoli tar-Regolament Finanzjarju għall-proviżjonament, minflok tiġi applikata r-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 31(8) tar-Regolament (UE) 2021/947. Dak jenħtieġ li jiġi kkomplementat bl-esklużjoni tal-proviżjonament imwarrab fir-rigward ta’ din l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali skont din id-Deċiżjoni mill-applikazzjoni tar-rata ta’ proviżjonament effettiva, b’deroga mill-Artikolu 213 tar-Regolament Finanzjarju.

(20)

Is-sehem relattiv tal-kontribuzzjonijiet ta’ kull Stat Membru (koeffiċjent tal-kontribuzzjoni) għall-ammont globali garantit jenħtieġ li jikkorrispondi għall-ishma relattivi tal-Istati Membri fl-introjtu nazzjonali gross totali tal-Unjoni. Jenħtieġ li s-sejħiet fuq il-garanziji jsiru pro rata u japplikaw dak il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni.

(21)

Huwa importanti li l-Istati Membri jlestu l-proċeduri nazzjonali tagħhom biex il-garanziji jidħlu fis-seħħ bħala kwistjoni tal-akbar prijorità. Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, iż-żmien meħtieġ għat-tlestija ta’ dawk il-proċeduri jenħtieġ li jdewwimx l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali meħtieġa b’mod urġenti lill-Ukrajna skont din id-Deċiżjoni. Is-self addizzjonali tal-assistenza makrofinanzjarja skont din id-Deċiżjoni se jiġi organizzat malajr mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, mal-adozzjoni tal-MtQ u mal-iffirmar tal-ftehim ta’ self.

(22)

Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, u biex tiġi appoġġata l-Ukrajna fit-triq tal-istabbiltà fit-tul tagħha, huwa xieraq li ssir deroga mill-Artikolu 220(5), il-punt (e), tar-Regolament Finanzjarju u biex l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li tkopri l-ispejjeż tar-rata tal-imgħax relatata mas-self skont din id-Deċiżjoni u li tirrinunzja l-ispejjeż amministrattivi li inkella jkunu jridu jinġarru mill-Ukrajna. Is-sussidju tar-rata tal-imgħax jenħtieġ li jingħata bħala strument meqjus xieraq biex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ fis-sens tal-Artikolu 220(1) tar-Regolament Finanzjarju u jenħtieġ li jiġġarrab mill-baġit tal-Unjoni mill-inqas matulil-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Matul il-perjodu mill-2021 sal-2027, jenħtieġ li s-sussidju tar-rata tal-imgħax jinġarr mill-pakkett finanzjarju imsemmi fl-Artikolu 6(2), il-punt (a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament (UE) 2021/947.

(23)

Jenħtieġ li l-Ukrajna tkun tista’ titlob is-sussidju tar-rata tal-imgħax u l-eżenzjoni mill-ispejjeż amministrattivi kull sena, sal-aħħar ta’ Marzu. Sabiex ikun hemm flessibbiltà fil-ħlas lura tal-kapital, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġi riportat is-self assoċjat kuntrattat f’isem l-Unjoni, b’deroga mill-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju.

(24)

Quddiem il-ħtiġijiet urġenti ta’ finanzjament tal-Ukrajna, f’Lulju 2022 il-Kummissjoni qablet dwar l-għoti ta’ skop ġdid u l-iżborż ta’ EUR 1,59 biljun oħra f’self tal-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Ukrajna garantit taħt il-Mandat ta’ Self Estern 2014-2020 (ELM). Madankollu, billi dak is-self huwa għas-sovran Ukrenu għall-entitajiet tal-istat, dan jinkorpora l-istess livell ta’ riskju għal baġit tal-Unjoni daqs is-self tal-assistenza makrofinanzjarja. Jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni konsegwentement japplika l-istess approċċ prekawzjonarju għal dawk l-iskoperturi bħalma japplika għas-self tal- assistenza makrofinanzjarja skont l-AMF koperti. Għalhekk, din id-Deċiżjoni tapplika rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % għas- self tal-ELM bi skop ġdid ta’ EUR 1,59 biljun kif ukoll għal kwalunkwe żborż ulterjuri ta’ self tal-ELM lill-Ukrajna. Jenħtieġ li dik ir-rata ta’ proviżjonament tapplika minflok ir-rata ta’ proviżjonament stabbilita fl-Artikolu 31(8), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) 2021/947. Il-proviżjonament ta’ 70 % għall-iżborżi ta’ self tal-ELM ta’ EUR 1,59 biljun lill-Ukrajna se jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni.

(25)

Jenħtieġ li jsir rieżami regolari tal-proviżjonament għas-self tal-assistenza makrofinanzjarja u tal-ELM rispettivi kull sitt xhur, li jibda fit-30 ta’ Ġunju 2023 jew qabel, jekk ikun xieraq. Dak ir-rieżami jenħtieġ li jivvaluta b’mod partikolari jekk is-sitwazzjoni tal-Ukrajna evolvietx b’mod li jiġġustifika żieda jew tnaqqis fir-rata ta’ proviżjonament. Il-Kummissjoni tista’ tivvaluta mill-ġdid ir-rata ta’ proviżjonament fuq bażi ad hoc, b’mod partikolari jekk tkun iġġustifikata minn avveniment rilevanti notevoli. Sabiex jiġi żgurat li r-rata ta’ proviżjonament tibqa’ adegwata għar-riskji finanzjarji, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ żieda jew tnaqqis tar-rata ta’ proviżjonament kif xieraq. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (11). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(26)

Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tingħata assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni lill-Ukrajna bil-ħsieb li tappoġġa, b’mod partikolari, ir-reżiljenza u l-istabbiltà ekonomika tagħha, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(27)

Fid-dawl tal-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja, huwa meqjus xieraq li tiġi invokata l- eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(28)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ b’urġenza, fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

GĦAJNUNA MAKROFINANZJARJA EĊĊEZZJONALI TAL-UNJONI

Artikolu 1

Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ukrajna assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali ta’ ammont massimu ta’ EUR 5 000 000 000 (l- “assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni”) bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbiltà makrofinanzjarja tal-Ukrajna. L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha tingħata lill-Ukrajna fil-forma ta’ self. Din l-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri d-diskrepanza fil-finanzjament tal-Ukrajna kif identifikata f’kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

2.   Sabiex tiffinanzja l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni, li tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji u li ssellifhom lill-Ukrajna. Is-self ipprovdut skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 għandu jkollhom flimkien maturità medja massima ta’ 25 sena.

3.   L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-jum wara d-dħul fis-seħħ tal-MtQ imsemmi fl-Artikolu 3(1) u matul il-perjodu ta’ disponibbiltà stabbilit fih, anki jekk il-garanziji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II ta’ din id-Deċiżjoni jkunu għadhom ma ġewx ipprovduti.

4.   Jekk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni meta mqabbla mal-proġettazzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza, tissospendih jew tikkanċellah.

Artikolu 2

Prekundizzjoni għall-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni

1.   Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari multipartitika, u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

2.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja t-twettiq tal-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, b’mod partikolari qabel ma jsiru l-iżborżi, filwaqt li tqis ukoll iċ-ċirkostanzi fl-Ukrajna u l-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-liġi marzjali hemmhekk.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (12).

Artikolu 3

Memorandum ta’ Ftehim

1.   Il-Kummissjoni għandha taqbel mal-Ukrajna dwar il-kundizzjonijiet ta’ politika li l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha tkun marbuta magħhom. Il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Dawk il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil (il-“MtQ”).

2.   Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar li ġew adottati skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 għandhom jiġu inklużi fil-MtQ u għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-użu tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni.

3.   It-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandhom jiġu stipulati fi ftehim dwar is-self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika, f’intervalli regolari, l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-progress li jkun sar lejn l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ dik il-verifika.

Artikolu 4

Rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni

1.   Soġġett għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja (AMF) eċċezzjonali tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni f’pagamenti parzjali, u kull wieħed minnhom għandu jkun jikkonsisti f’self. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-perjodu ta’ żmien għall-iżborż ta’ kull pagament parzjali. Pagament parzjali jista’ jiġi żborżat f’parti waħda jew iktar.

2.   Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-MtQ.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti parzjali, skont il-valutazzjoni tagħha tar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ir-rispett għall-prekondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1);

(b)

l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-obbligi ta’ rapportar miftiehma fil-MtQ;

(c)

għat-tieni pagament parzjali u għall-pagamenti parzjali sussegwenti, progress sodisfaċenti lejn l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ.

Qabel ma jiġi żborżat l-ammont massimu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet ta’ politika kollha stabbiliti fil-MtQ ġew sodisfatti.

4.   Meta r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi temporanjament jew tħassar l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni. F’tali każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għas-sospensjoni jew it-tħassir.

5.   L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha, fil-prinċipju, tiġi żborżata lill-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu maqbula fil-MtQ, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu żborżati lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Ukrajna bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 5

Operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti

1.   L-operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 220 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Fejn ikun meħtieġ, b’deroga mill-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tirriporta t-teħid ta’ self assoċjat ikkuntrattat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 6

Sussidju tar-rata tal-imgħax

1.   B’deroga mill-Artikolu 220(5), il-punt (e), tar-Regolament Finanzjarju, l-Unjoni tista’ ġġarrab l-imgħax billi tagħti sussidju fuq ir-rata tal-imgħax u tkopri spejjeż amministrattivi relatati mal-għoti u teħid b’self, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż relatati mal-ħlas lura bikri tas-self, fir-rigward tas-self skont din id-Deċiżjoni.

2.   L-Ukrajna tista’ titlob is-sussidju tar-rata tal-imgħax u l-kopertura tal-ispejjeż amministrattivi mill-Unjoni sal-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena.

3.   Il-pakkett finanzjarju imsemmi fl-Artikolu 6(2), il-punt (a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament (UE) 2021/947 għandu jintuża biex ikopri l-ispejjeż tal-pagamenti tal-imgħax relatati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni matul il-perjodu tal- qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 bħala sussidju tar-rata tal-imgħax.

Artikolu 7

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha, u l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

Artikolu 8

Valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni

Matul l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid, permezz ta’ valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ukrajna, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza. Dik il-valutazzjoni operazzjonali tista’ titwettaq flimkien mal-valutazzjoni operazzjonali prevista fid-Deċiżjoni (UE) 2022/1201.

KAPITOLU II

TISĦIĦ TAL-FOND TA’ PROVIŻJONAMENT KOMUNI

Taqsima 1

Garanziji mill-Istati Membri għall-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201

Artikolu 9

Kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ garanziji mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri jistgħu jikkomplementaw il-proviżjonament fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja miżmuma fil-fond ta’ proviżjonament komuni, billi jipprovdu garanziji sa ammont totali ta’ EUR 3 660 000 000 fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni lill-Ukrajna skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 (“l-AMF koperti”).

2.   Meta jsiru kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, dawn għandhom jiġu pprovduti fil-forma ta’ garanziji irrevokabbli, mhux kundizzjonali u b’talba permezz ta’ ftehim ta’ garanzija li jrid jiġi konkluż mal-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 10.

3.   Is-sehem relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Istat Membru konċernat (koeffiċjent tal-kontribuzzjoni) għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkorrispondi għas-sehem relattiv ta’ dak l-Istat Membru fl-introjtu nazzjonali gross totali tal-Unjoni, kif jirriżulta mill- intestatura “Dħul Ġenerali” tal-baġit għall-2022, il-Parti A “Introduzzjoni u finanzjament tal-baġit ġenerali”, it-Tabella 4, il-kolonna (1), stabbilit fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022, kif definittivament adottat fl-24 ta’ Novembru 2021 (13).

4.   Il-garanziji għandhom isiru effettivi fir-rigward ta’ kull Stat Membru mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ garanzija, msemmi fl-Artikolu 10, bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 10

Ftehimiet ta’ garanzija

Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ garanzija ma’ kull Stat Membru li jipprovdi garanzija msemmija fl-Artikolu 9. Dak il-ftehim għandu jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-garanzija, li għandhom ikunu l-istess għall-Istati Membri kollha, inklużi, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet:

(a)

li jistabbilixxu l-obbligu tal-Istati Membri li jonoraw it-talbiet għall-ħlas ta’ garanzija magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward tal-AMF koperti, ladarba l-ammonti kumplessivi tal-proviżjonament inizjali, jew rikostitwiti sussegwentement, imwarrba fil-fond ta’ proviżjonament komuni fir-rigward tal-obbligazzjoni finanzjarja li jirriżultaw mill-AMF koperti jkunu ġew prelevati jew ikunu se jiġu prelevati bis-sħiħ;

(b)

li jiżguraw li t-talbiet għal garanzija jsiru pro rata u japplikaw il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 9(3);

(c)

li jipprovdu li t-talbiet għall-ħlas ta’ garanzija jiżguraw l-abilità tal-Unjoni li tħallas lura l-fondi mislufa, skont l-Artikolu 1(2), fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji wara nonpagament mill-Ukrajna, inklużi każijiet ta’ tibdil tal-iskeda ta’ pagamenti għal kwalunkwe raġuni, kif ukoll nonpagamenti mistennija;

(d)

li jiżguraw li it-talbiet għall-ħlas ta’ garanzija jistgħu jintużaw għar-riforniment tal-fond ta’ proviżjonament komuni għall-proviżjonament fejn ikun ġie prelevat fir-rigward tal-AMF koperti;

(e)

li jiżguraw li Stat Membru li jkun naqas milli jonora talba jibqa’ obbligat li jonoraha;

(f)

fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-ħlas.

Taqsima 2

Proviżjonament tal-AMF koperti u ta’ xi obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM fl-Ukrajna

Artikolu 11

Proviżjonament tal-AMF koperti

1.   Għall-AMF, għandha tapplika rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % minflok ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 31(5), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/947. Madankollu, il-livell ta’ proviżjonament imħallas fil-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jinżamm għal, u jekk jiġi prelevat għandu jiġu rikostitwit, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-punt (a), ta’ dan id-Deċiżjoni, għal 9 % tal-obbligazzjoni pendenti mill-AMF koperti sakemm ikunu prelevati bis-sħiħ il-garanziji msemmija fl-Artikolu 9.

2.   L-ammonti li jirriżultaw minn talbiet għal ħlas tal-garanziji msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern għar-ripagament tal-obbligi finanzjarji mill-AMF koperti u għall-pagamenti għall-fond ta’ proviżjonament komuni f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punt (a)(ii), tar-Regolament Finanzjarju.

3.   B’deroga mill-Artikolu 211(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont ta’ garanziji msemmija fl-Artikolu 9(1) għandu jiġi inkluż fl-ammont tal-obbligazzjoni finanzjarja awtorizzata. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 211(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, l-ammonti ta’ proviżjonament imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-proviżjonament li jirriżulta mir-rata ta’ proviżjonament fir-rigward tal-AMF koperti.

4.   B’deroga mill-Artikolu 211(4), il-punt (c) tar-Regolament Finanzjarju, ammonti rkuprati mill-Ukrajna fir-rigward tal-AMF koperti ma għandhomx jikkontribwixxu għall-proviżjonament sal-ammont tat-talba għal ħlas ta’ garanzija onorat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10, il-punt (a) ta’ din id-Deċiżjoni. Dawk l-ammonti għandhom ikunu rimborżati lil dawk l-Istati Membri.

Artikolu 12

Tisħiħ tal-proviżjonament fir-rigward ta’ xi obbligazzjonijiet finanzjarji fl-Ukrajna garantiti skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE

1.   B’deroga mill-Artikolu 31(8), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) 2021/947, ir-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % għandha tapplika għall-ammonti ta’ self żborżati wara l-15 ta’ Lulju 2022 taħt l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fl-Ukrajna ffirmati mill-BEI qabel l-31 ta’ Diċembru 2021 u ggarantiti mill-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni 466/2014/UE (l-“obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM koperti fl-Ukrajna”), u milll-Artikoli 211, 212 u 213 tar-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw, soġġett għall-Artikoli 13 u 14 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 211(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, sal-31 ta’ Diċembru 2027 il-proviżjonament għandu jilħaq il-livell li jikkorrispondi mar-rata ta’ proviżjonament applikata għall-ammont totali ta’ obbligazzjonijiet pendenti minn obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM koperti fl-Ukrajna.

Artikolu 13

Valutazzjoni tal-adegwatezza tar-rata ta’ proviżjonament u proċedura ta’ rieżami

1.   Kull sitt xhur mit-30 ta’ Ġunju 2023, u kull meta l-Kummissjoni tikkonkludi li raġunijiet jew avvenimenti oħra jindikaw il-ħtieġa li jsir dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk hemmx żviluppi ġodda li jista’ jkollhom impatt b’mod dejjiemi u sinifikanti fuq l-adegwatezza tar-rata ta’ proviżjonament, inkluża r-rata tal-proviżjonament imħallas, imsemmija fl-Artikoli 11 u 12. Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tidentifika l-preżenza ta’ bidla sinifikanti sostnuta fil-profil tar-riskju tal-kreditu ta’ dawk l-iskoperturi bl-użu tad-data minn perjodu ta’ mill-inqas sentejn.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 16 biex temenda l-Artikoli 11 u 12 biex taġġusta r-rata ta’ proviżjonament, b’mod partikolari biex tirrifletti l-iżviluppi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Proviżjonament miżmum fil-fond ta’ proviżjonament komuni

1.   Minflok ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 31(6)tar-Regolament (UE) 2021/947, l-obbligazzjoni finanzjarja mill-AMF koperti għandha tkun koperta separatament minn obbligazzjonijiet finanzjarji oħra bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, u l-proviżjonament imwarrab fil-fond ta’ proviżjonament komuni fir-rigward tal-AMF koperti għandu jintuża biss għall-obbligazzjonijiet finanzjarji skont l-AMF koperti.

Minflok ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 31(8) tar-Regolament (UE) 2021/947, l-obbligazzjoni finanzjarja mill-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM koperti fl-Ukrajna għandha tkun koperta separatament minn obbligazzjonijiet finanzjarji oħra fil-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna, u l-proviżjonament imwarrab fil-fond ta’ proviżjonament komuni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM koperti fl-Ukrajna għandu jintuża biss għall-obbligazzjonijiet finanzjarji skont l-AMF koperti.

2.   B’deroga mill-Artikolu 213 tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata ta’ proviżjonament effettiva ma għandhiex tapplika għall-proviżjonament imwarrab fil-fond ta’ proviżjonament komuni fir-rigward tal-AMF koperti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-ELM koperti fl-Ukrajna.

3.   B’deroga mill-Artikolu 213(4), il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe surplus ta’ proviżjonament imsemmi fl-Artikoli 12(2) ta’ din id-Deċiżjoni għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju għall-programm ta’ assistenza esterna li skontu l-Ukrajna hija eliġibbli.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 15

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-23 ta’ Settembru 2022.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Rapport annwali

1.   Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bħala parti mir-rapport annwali tagħha, valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu I ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena ta’ qabel, inkluża evalwazzjoni ta’ dik l-implimentazzjoni. Dan ir-rapport għandu:

(a)

jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni;

(b)

jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ukrajna, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) u (2);

(c)

jindika l-konnessjoni bejn ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-MtQ, is-sitwazzjoni makrofinanzjarja attwali tal-Ukrajna u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni.

2.   Sa mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu ta’ disponibbiltà, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali mitmuma tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

KAPITOLU IV

EMENDI GĦAD-DEĊIŻJONI (UE) 2022/1201 U DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 18

Emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2022/1201

Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(2), it-tieni sentenza, hija sostitwita b’dan li ġej:

“Is-self skont il-paragrafu 1 u skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandu jkollhom flimkien maturità medja massima ta’ 25 sena.”

(*1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-fond ta’ proviżjonament komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 (ĠU L 245, 21.9.2022, p. 1).;"

(2)

L-Artikolu 7 huwa mħassar.

Artikolu 19

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2022.

(2)  Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/313 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Frar 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukraina (ĠU L 55, 28.2.2022, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (ĠU L 186, 13.7.2022, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).

(10)  Id-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti ta’ investiment barra mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 1).

(11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(13)  ĠU L 45, 24.2.2022.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1629

tal-21 ta’ Settembru 2022

li jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin ta’ Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr. f’ċerti żoni demarkati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1),il-punti (d) u (e) u l-Artikolu 28(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni magħrufa li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni fil-Parti B tal-Anness II.

(2)

Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr. (“il-pest speċifikat”) huwa inkluż f’dik il-lista, peress li huwa magħruf li jseħħ f’ċerti partijiet tat-territorju tal-Unjoni, u jkollu impatt sinifikanti fuq il-pjanti tal-Platanus L. (“il-pjanti speċifikati”) u fuq l-injam tal-Platanus L. (“l-injam speċifikat”), li huma l-ospitanti ewlenin għal dak il-pest.

(3)

L-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/2031 juru li l-qerda tal-pest speċifikat f’ċerti żoni demarkati ma għadhiex possibbli.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri għat-trażżin tal-pest speċifikat f’dawk iż-żoni demarkati, li jikkonsistu f’żoni infettati u żoni ta’ lqugħ. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu konformi mal-evidenza teknika u xjentifika disponibbli fir-rigward tal-pjanti speċifikati u tal-injam speċifikat.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqajmu kuxjenza pubblika biex jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonisti, ikkonċernati mill-miżuri tat-trażżin fiż-żoni demarkati, ikunu konxji mill-miżuri applikati u mid-delimitazzjoni taż-żoni demarkati għal dak l-iskop.

(6)

Madankollu, jekk il-pest speċifikat jinstab f’żona ta’ lqugħ madwar żona infettata soġġetta għal miżuri għat-trażżin tal-pest speċifikat, dik is-sejba l-ġdida jenħtieġ li tirriżulta fl-istabbiliment ta’ żona demarkata ġdida mill-awtorità kompetenti, fejn tiġi segwita l-qerda.

(7)

Jenħtieġ li jitwettqu stħarriġiet annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat kif stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (3) biex tiġi żgurata d-detezzjoni bikrija tal-pest speċifikat f’żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn il-pest speċifikat ma jkunx magħruf li huwa preżenti. Jenħtieġ li dawk l-istħarriġiet ikunu bbażati fuq l-tal-istħarriġ fitosanitarju tal-pest speċifikat ippubblikata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, peress li tqis l-aħħar żviluppi xjentifiċi u tekniċi.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin ta’ Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr. fiż-żoni demarkati fejn il-qerda tiegħu mhijiex possibbli.

Artikolu 2

Definizzjoni:

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“il-pest speċifikat” tfisser Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr.;

(2)

“il-pjanti speċifikati” tfisser pjanti tal-ġeneru Platanus L. għajr iż-żrieragħ;

(3)

“l-injam speċifikat” tfisser injam tal-ġeneru Platanus L.;

(4)

“iż-żona demarkata għat-trażżin” tfisser żona elenkata fl-Anness I, fejn il-pest speċifikat ma jistax jiġi eradikat;

(5)

“l-iskeda tal-istħarriġ fitosanitarju” tfisser il-pubblikazzjoni “Pest survey card on Ceratocysis platani” (4) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

Artikolu 3

Stabbiliment ta’ żoni demarkati għat-trażżin

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu ż-żoni demarkati għat-trażżin tal-pest speċifikat li jikkonsistu f’żona infettata u żona ta’ lqugħ b’wisa’ ta’ mill-inqas 1 km, madwar iż-żona infettata.

Artikolu 4

Miżuri fi ħdan iż-żoni demarkati għat-trażżin

1.   Fiż-żoni infettati l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw:

(a)

it-tneħħija tal-pjanti speċifikati u tal-injam speċifikat infettat bil-pest speċifikat qabel l-istaġun tat-tkabbir li jmiss, bl-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat mill-fdalijiet tas-siġar, mis-serratura, mill-partijiet tal-injam u mir-residwi tal-ħamrija fis-sit tal-qtugħ u tiġi żgurata l-qerda tagħhom f’faċilitajiet tat-trattament xierqa;

(b)

il-projbizzjoni fuq il-moviment tal-injam speċifikat li jirriżulta mit-tneħħija tal-pjanti speċifikati infettati bil-pest speċifikat barra miż-żona infettata, ħlief f’każijiet fejn:

(i)

ma jkun hemm l-ebda faċilità tat-trattament xierqa disponibbli fiż-żona infettata;

(ii)

it-trattament isir fl-eqreb faċilità tat-trattament barra miż-żona infettata li hija kapaċi tagħmel dan it-trattament; u

(iii)

it-trasport isir taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti u f’vetturi magħluqa, li jiżgura li t-tixrid tal-injam speċifikat jiġi evitat u li l-pest speċifikat ma jkunx jista’ jinxtered;

(c)

il-projbizzjoni fuq it-tħawwil tal-pjanti speċifikati fiż-żoni infettati rispettivi, għajr dawk magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat;

(d)

il-projbizzjoni fuq it-tneħħija u t-trasport tal-ħamrija minn żona infettata lejn żoni oħra, sakemm ma jkunx ġie applikat trattament xieraq preċedenti biex jiġi żgurat il-ħelsien mill-pest speċifikat;

(e)

it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-għodod taż-żbir u tal-makkinarju qabel u wara li jiġu f’kuntatt mal-pjanti speċifikati jew mal-ħamrija tagħhom; u

(f)

it-trattament, fil-każ taż-żbir tal-pjanti speċifikati, tal-ġrieħi taż-żbir bi trattamenti preventivi xierqa.

2.   Fiż-żoni ta’ lqugħ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw:

(a)

il-projbizzjoni fuq it-tħawwil tal-pjanti speċifikati fiż-żona ta’ lqugħ, għajr dawk magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat;

(b)

it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-għodod taż-żbir u tal-makkinarju, qabel u wara li jiġu f’kuntatt mal-pjanti speċifikati jew mal-ħamrija tagħhom, jew mal-injam speċifikat; u

(c)

it-trattament, fil-każ taż-żbir tal-pjanti speċifikati, tal-ġrieħi taż-żbir bi trattamenti preventivi xierqa.

3.   Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fiż-żona ta’ lqugħ, għandhom japplikaw l-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031.

4.   Fiż-żoni demarkati għat-trażżin, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqajmu kuxjenza pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat u dwar il-miżuri adottati għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tiegħu barra minn dawk iż-żoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali u lill-operaturi professjonali kkonċernati bid-delimitazzjoni taż-żona demarkata għat-trażżin.

Artikolu 5

Stħarriġiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-istħarriġiet kif previst fil-paragrafi 2 u 3, filwaqt li jqisu l-informazzjoni msemmija fl-iskeda tal-istħarriġ fitosanitarja.

2.   Għandhom iwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq ir-riskju għall-preżenza tal-pest speċifikat fiż-żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn il-pest speċifikat mhuwiex magħruf li huwa preżenti iżda fejn jista’ jiġi stabbilit.

3.   Fiż-żoni ta’ lqugħ taż-żoni demarkati għat-trażżin, għandhom iwettqu stħarriġiet annwali, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għad-detezzjoni tal-preżenza tal-pest speċifikat.

Dawk l-istħarriġiet għandhom jinkludu:

(a)

eżamijiet viżwali tal-pjanti speċifikati għad-detezzjoni tal-pest speċifikat; u

(b)

it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar, fil-każ ta’ suspett tal-preżenza tal-pest speċifikat.

Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu aktar intensivi mill-istħarriġiet imsemmija fil-paragrafu 2, b’għadd ogħla ta’ eżamijiet viżwali u, fejn xieraq, teħid ta’ kampjuni u ttestjar.

Artikolu 6

Rapportar

Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa, fis-sena kalendarja preċedenti, skont:

(a)

l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1231;

(b)

l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1).

(4)  Pest survey card on Ceratocystis platani. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2021:EN-6822. doi:10.2903/sp.efsa.2021.EN-6822. Disponibbli online: https://arcg.is/15CyXW.


ANNESS I

Lista ta’ żoni demarkati għat-trażżin kif isemmi fl-Artikolu 2

Franza

Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1.

Canal du Midi et Canal de la Robine

Żona infettata

Aude (11)

100 m fuq kull naħa tal-kanal fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Alzonne; Argeliers; Argens-Minervois; Azille; Blomac; Bram; Carcassonne; Castelnaudary; Caux-et-Sauzens; Ginestas; Homps; La Redorte; Lasbordes; Marseillette; Mirepeisset; Montréal; Moussan; Narbonne; Ouveillan; Paraza; Pexiora; Pezens; Puichéric; Roubia; Saint-Martin-Lalande; Saint-Nazaire-d’Aude; Sainte-Eulalie; Sallèle d’Aude; Trèbes; Ventenac-en-Minervois; Villalier; Villedubert; Villemoustaussou; Villepinte; Villesèquelande

Hérault (34)

100 m fuq kull naħa tal-kanal fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Agde; Béziers; Capestang; Cers; Colombiers; Cruzy; Nissan-lez-Ensérune; Olonzac; Poilhes; Portiragnes; Quarante; Vias; Villeneuve-les-Béziers

Żona ta’ lqugħ

Aude (11)

1 km madwar iż-żona infettata fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Alzonne; Argeliers; Argens-Minervois; Arzens; Azille; Badens; Bages; Baraigne; Barbaira; Berriac; Blomac; Bouilhonnac; Bram; Canet; Capendu; Carcassonne; Castelnau d’Aude; Castelnaudary; Caux-et-Sauzens; Conques sur Orbiel; Cuxac d’Aude; Floure; Fonties d’Aude; Ginestas; Gruissan; Homps; La Redorte; Labastide-d-Anjou; Lasbordes; Lézignan Corbières; Marseillette; Mas-saintes-Puelles; Mirepeisset; Mireval Lauragais; Montferrand; Montréal; Moussan; Narbonne; Ouveillan; Paraza; Pennautier; Pexiora; Peyriac de Mer; Pezens; Port-la-Nouvelle; Puichéric; Raissac d’Aude; Roquecourbe Minervois; Roubia; Rustiques; Saint-Couat d’Aude; Sainte-Eulalie; Sainte-Valière; Saint-Marcel sur Aude; Saint-Martin-Lalande; Saint-Nazaire-d’Aude; Sallèle d’Aude; Sigean; Tourouzelle; Trèbes; Ventenac Cabardès; Ventenac-en-Minervois; Villalier; Villedubert; Villemoustaussou; Villepinte; Villesèquelande

Hérault (34)

1 km madwar iż-żona infettata fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Agde; Béziers; Capestang; Cers; Colombiers; Cruzy; Marseillan; Montady; Montels; Montouliers; Nissan-lez-Ensérune; Olonzac; Poilhes; Portiragnes; Quarante; Sauvian; Sérignan; Vias; Villeneuve-les-Béziers

2.

Adour et affluents

Żona infettata

Hautes-Pyrénées (65)

Andrest; Ansost; Artagnan; Aureilhan; Aurensan; Auriébat; Barbachen; Bazet; Bazillac; Bordères-sur-l’Échez; Bours; Caixon; Camalès; Escondeaux; Estirac; Gayan; Gensac; Horgues; Lafitole; Lagarde; Laloubère; Larreule; Liac; Marsac; Maubourguet; Monfaucon; Nouilhan; Odos; Oursbelille; Pujo; Rabastens-de-Bigorre; Saint-Lézer; Sarniguet; Sarriac-Bigorre; Sauveterre; Ségalas; Séméac; Siarrouy; Sombrun; Soues; Talazac; Tarbes; Tostat; Ugnouas; Vic-en-Bigorre; Villenave-près-Marsac

Gers (32)

Haget

Żona ta’ lqugħ

Hautes-Pyrénées (65)

Castelnau-Rivière-Basse; Caussade-Rivière; Hères; Labatut-Rivière; Villefranque

1 km madwar iż-żona infettata fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Barbazan-Debat; Boulin; Buzon; Castéra-Lou; Chis; Dours; Ibos; Juillan; Lacassagne; Lahitte-Toupières; Lascazères; Lescurry; Louey; Momères; Mingot; Orleix; Orois; Pintac; Saint-Martin; Salles-Adour; Sanous; Sarrouilles; Tarasteix

Gers (32)

Armentieux; Jû-Belloc; Ladevèze-Ville; Tieste-Uragnoux

1 km madwar iż-żona infettata fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Beccas; Betplan; Cazeaux-Villecomtal; Malabat; Marciac; Montégut-Arros; Saint-Justin; Sembouès; Villecomtal-Sur-Arros

Pyrénées-Atlantique (Région Nouvelle-Aquitaine)

1 km madwar iż-żona infettata fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Castéide-Doat; Labatut; Lamayou; Moncaup; Montaner; Monségur

3.

Vaucluse/Bouches-du-Rhône/Var

Żona infettata

Bouches du Rhône (13)

Aix-en-Provence; Allauch; Arles; Aubagne; Auriol; Barbentane; Berre-l’Etang; Cabannes; Cadolive; Carry-le-Rouet; Ceyreste; Châteaurenard; Cornillon-Confoux; Cuges-les-Pins; Eygalières; Eyguières; Eyragues; Fuveau; Gémenos; Gignac-la-Nerthe; Grans; Graveson; Gréasque; Istres; Jouques; La Bouilladisse; La Ciotat; La Destrousse; La Fare-les-Oliviers; La Penne-sur-Huveaune; Lamanon; Lambesc; Le Tholonet; Les Pennes-Mirabeau; Maillane; Mallemort; Marignane; Marseille; Martigues; Mas-Blanc-des-Alpilles; Maussane-les-Alpilles; Meyrargues; Meyreuil; Mollégès; Mouriès; Noves; Orgon; Pélissanne; Peyrolles-en-Provence; Plan-de-Cuques; Plan-d’Orgon; Port-de-Bouc; Port-Saint-Louis-du-Rhône; Puyloubier; Rognonas; Roquevaire; Saint-Andiol; Saint-Chamas; Saint-Etienne-du-Grès; Saint-Martin-de-Crau; Saint-Rémy-de-Provence; Saint-Victoret; Salon-de-Provence; Sénas; Simiane-Collongue; Tarascon; Trets; Velaux; Venelles; Ventabren; Verquiéres; Vitrolles

Var (83)

Cogolin; Draguignan; Hyères; La Garde; La Londe-les-Maures; La Seyne-sur-Mer; Le Beausset; Le Luc; Les Arcs; Pignans; Saint-Cyr-sur-Mer; Saint-Maximin-la-Sainte-Baume; Saint-Tropez; Saint-Zacharie; Toulon

Vaucluse (84)

Althen-des-Paluds; Apt; Avignon; Beaumes-de-Venise; Bédarrides; Bonnieux; Cadenet; Caderousse; Camaret-sur-Aigues; Carpentras; Caumont-sur-Durance; Cavaillon; Châteauneuf-de-Gadagne; Châteauneuf-du-Pape; Courthézon; Entraigues-sur-la-Sorgue; Fontaine-se-Vaucluse; Gargas; Gignac; Gigondas; Gordes; Goult; Jonquerettes; Jonquières; La Tour-d’Aigues; Lagnes; Lapalud; Lauris; Le Pontet; Le Thor; L’Isle-sur-la-Sorgue; Loriol-du-Comtat; Lourmarin; Malaucène; Mazan; Mérindol; Modène; Mondragon; Monteux; Morières-lès-Avignon; Oppède; Orange; Pernes-les-Fontaines; Pertuis; Piolenc; Robion; Saignon; Saint-Didier; Saint-Saturnin-lès-Apt; Saint-Saturnin-lès-Avignon; Sarrians; Saumane-de-Vaucluse; Sorgues; Travaillan; Vedène; Velleron; Venasque; Villelaure; Violes

Żona ta’ lqugħ

Bouches du Rhône (13)

Alleins; Aureille; Aurons; Beaurecueil; Belcodène; Bouc-Bel-Air; Boulbon; Cabriès; Carnoux-en-Provence; Cassis; Charleval; Châteauneuf-le-Rouge; Châteauneuf-les-Martigues; Coudoux; Eguilles; Ensuès-la-Redonne; Fontvieille; Fos-sur-Mer; Gardanne; La Barben; La Roque-d’Anthéron; Lançon-Provence; Le Puy-Sainte-Réparade; Le Rove; Les Baux-de-Provence; Mimet; Miramas; Paradou; Peynier; Peypin; Rognac; Rognes; Roquefort-la-Bédoule; Rousset; Saint-Antonin-sur-Bayon; Saint-Cannat; Saintes-Maries-de-la-Mer; Saint-Estève-Janson; Saint-Marc-Jaumegarde; Saint-Mitre-les-Remparts; Saint-Paul-lès-Durance; Saint-Pierre-de-Mézoargues; Saint-Savournin; Sausset-les-Pins; Septèmes-les-Vallons; Vauvenargues; Vernègues

Var (83)

Ampus; Bandol; Besse-sur-Issole; Bormes-les-Mimosas; Bras; Brue-Auriac; Cabasse; Carnoules; Carqueiranne; Cavalaire-sur-Mer; Châteaudouble; Collobrières; Evenos; Figanières; Flassans-sur-Issole; Flayosc; Gassin; Gonfaron; Grimaud; La Cadiere-d’Azur; La Crau; La Croix-Valmer; La Farlède; La Mole; La Motte; La Valette-du-Var; Le Cannet-des-Maures; Le Castellet; Le Muy; Le Pradet; Le Revest-les-Eaux; Le Thoronet; Les Mayons; Lorgues; Nans-les-Pins; Ollières; Ollioules; Pierrefeu-du-Var; Plan-d’Aups-Sainte-Baume; Pourcieux; Pourrières; Puget-Ville; Ramatuelle; Rians; Riboux; Rougiers; Sainte-Maxime; Saint-Mandrier-sur-Mer; Sanary-sur-Mer; Seillons-Source-d’Argens; Signes; Six-Fours-les-Plages; Taradeau; Tourves; Trans-en-Provence; Vidauban

Vaucluse (84)

Ansouis; Aubignan; Auribeau; Beaumettes; Beaumont-de-Pertuis; Beaumont-du-Ventoux; Bedoin; Blauvac; Bollène; Buoux; Cabrieres-d’Avignon; Cairanne; Caromb; Caseneuve; Castellet; Cheval-Blanc; Crestet; Crillon-le-Brave; Cucuron; Entrechaux; Grambois; Joucas; La Bastidonne; La Motte-d’Aigues; La Roque-Alric; La Roque-sur-Pernes; Lacoste; Lafare; Lagarde-d’Apt; Lamotte-du-Rhône; Le Barroux; Le Beaucet; Lioux; Malemort-du-Comtat; Maubec; Ménerbes; Méthamis; Mirabeau; Mormoiron; Mornas; Murs; Puget; Puyvert; Rasteau; Roussillon; Rustrel; Sablet; Saint-Christol; Sainte-Cécile-les-Vignes; Saint-Hippolyte-le-Graveyron; Saint-Léger-du-Ventoux; Saint-Martin-de-Castillon; Saint-Martin-de-la-Brasque; Saint-Pantaléon; Saint-Pierre-de-Vassols; Sannes; Sault; Seguret; Sérignan-du-Comtat; Sivergues; Suzette; Taillades; Uchaux; Vacqueyras; Vaison-la-Romaine; Vaugines; Viens; Villars

Alpes-de-Haute-Provence (04)

Simiane-la-Rotonde

Ardèche (07)

Bourg-Saint-Andéol; Saint-Just-d’Ardèche; Saint-Marcel-d’Ardèche

Drôme (26)

Mollans-sur-Ouvèze; Pierrelatte; Rochegude; Saint-Paul-Trois-Châteaux; Suze-la-Rousse

Gard (30)

Aramon; Beaucaire; Chusclan; Codolet; Fourques; Laudun-l’Ardoise; Les Angles; Montfaucon; Pont-Saint-Esprit; Roquemaure; Saint-Alexandre; Saint-Etienne-des-Sorts; Saint-Geniès-de-Comolas; Saint-Gilles; Sauveterre; Vallabrègues; Vénéjan; Villeneuve-lès-Avignon


ANNESS II

Mudelli għar-rapporti tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali mwettqa skont l-Artikolu 6(b)

PARTI A

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali

Image 1

2.   Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell

Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

Fil-kolonna 1:

Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Fil-kolonna 2:

Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Fil-kolonna 3:

Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Fil-kolonna 4:

Indika l-approċċ: Trażżin (C) Jekk jogħġbok inkludi kemm ikun hemm bżonn ringieli, skont l-għadd ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Fil-kolonna 5:

Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Iż-żona infettata (ŻI) jew iż-żona ta’ lqugħ (ŻL), f’ringieli separati. Meta jkun il-każ, indika ż-żona taż-ŻL fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km maġenb iż-ŻL, madwar mixtla, eċċ.) f’ringieli differenti.

Fil-kolonna 6:

Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Fil-kolonna 7:

Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikat abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.

Fil-kolonna 8:

Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.

Fil-kolonna 9:

Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.

Fil-kolonna 10:

Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti fl-istħarriġ, billi tuża ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru tal-pjanti.

Fil-kolonna 11:

Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.

Fil-kolonna 12:

Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli.

Fil-kolonni 13 u 14:

Indika r-riżultati, jekk applikabbli, u pprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

Fil-kolonna 15:

Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dak il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”).

PARTI B

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika

Image 2

2.   Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell

Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti A ta’ dan l-Anness.

Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:

il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni,

il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu,

il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Fil-kolonna 1:

Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Fil-kolonna 2:

Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Fil-kolonna 3:

Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Fil-kolonna 4:

Indika l-approċċ: Trażżin (C) Jekk jogħġbok inkludi kemm ikun hemm bżonn ringieli, skont l-għadd ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Fil-kolonna 5:

Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Iż-żona infettata (ŻI) jew iż-żona ta’ lqugħ (ŻL), f’ringieli separati. Meta jkun il-każ, indika ż-żona taż-ŻL fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km maġenb iż-ŻL, madwar mixtla, eċċ.) f’ringieli differenti.

Fil-kolonna 6:

Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Fil-kolonna 7:

Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.

Fil-kolonna 8:

Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa ddefinit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti.

Fil-kolonna 9:

Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità ta’ kejl tagħhom. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla għandha tkun iġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.

Fil-kolonna 10:

Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx disponibbli.

Fil-kolonna 11:

Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.

Fil-kolonna 12:

“Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjonijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).

Fil-kolonna 13:

Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna B:

Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”.

Fil-kolonna 18:

Indika l-għadd ta’ siti tal-insib f’każ li dan in-numru jkun differenti mill-għadd ta’ nases (Kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).

Fil-kolonna 21:

Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik, eċċ.).

Fil-kolonna 22:

Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-żona ta’ lqugħ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14(2), 15(2) jew 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”).

Fil-kolonna 23:

Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM 31). Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza tad-disinn.

Fil-kolonna 24:

Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.


22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1630

tal-21 ta’ Settembru 2022

li jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin tal-fitoplażma Grapevine flavescence dorée f’ċerti żoni demarkati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1),il-punti (d) u (e) u l-Artikolu 28(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi l-lista tal-pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni magħrufa li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni fil-Parti B tal-Anness II.

(2)

Il-fitoplażma grapevine flavescence dorée (“il-pest speċifikat”) hija inkluża f’dik il-lista, peress li hija magħrufa li sseħħ f’ċerti partijiet tat-territorju tal-Unjoni, u għandha impatt sinifikanti fuq il-pjanti tal-Vitis L. (“il-pjanti speċifikati”), l-ospitant ewlieni għal dak il-pest.

(3)

Scaphoideus titanus Ball (“il-vettur speċifikat”) ġie identifikat bħala vettur effiċjenti tal-pest speċifikat. Dan il-vettur għandu rwol importanti fl-istabbiliment u t-tixrid ulterjuri tal-fitoplażma Grapevine flavescence dorée (3) fit-territorju tal-Unjoni u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-miżuri għall-identifikazzjoni u għall-kontroll tiegħu.

(4)

L-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/2031 juru li l-qerda tal-pest speċifikat f’ċerti żoni demarkati ma għadhiex possibbli.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri għat-trażżin tal-pest speċifikat f’dawk iż-żoni demarkati, li jikkonsistu f’żoni infettati u żoni ta’ lqugħ. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jikkonsistu fil-qerda u t-tneħħija tal-pjanti speċifikati infettati u fl-applikazzjoni tat-trattamenti xierqa sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni.

(6)

L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqajmu kuxjenza pubblika biex jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonisti, ikkonċernati mill-miżuri tat-trażżin fiż-żoni demarkati, ikunu konxji mill-miżuri applikati u mid-delimitazzjoni taż-żoni demarkati għal dak l-iskop.

(7)

Madankollu, jekk il-pest speċifikat jinstab f’żona ta’ lqugħ madwar żona infettata soġġetta għall-miżuri għat-trażżin tal-pest speċifikat, dik is-sejba l-ġdida jenħtieġ li tirriżulta fl-istabbiliment ta’ żona demarkata ġdida mill-awtorità kompetenti, fejn tiġi segwita l-qerda.

(8)

Jenħtieġ li jitwettqu stħarriġiet annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat u tal-vettur speċifikat kif stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (4) biex tiġi żgurata d-detezzjoni bikrija tal-pest speċifikat f’żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn il-pest speċifikat ma jkunx magħruf li huwa preżenti. Jenħtieġ li dawk l-istħarriġiet ikunu bbażati fuq l-iskeda tal-istħarriġ fitosanitarju tal-pest speċifikat ippubblikata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, peress li din tqis l-aħħar żviluppi xjentifiċi u tekniċi.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin tal-fitoplażma grapevine flavescence dorée fiż-żoni demarkati fejn il-qerda tagħha mhijiex possibbli.

Artikolu 2

Definizzjoni:

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“il-pest speċifikat” tfisser il-fitoplażma grapevine flavescence dorée;

(2)

“il-pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti tal-Vitis L., għajr il-frott u ż-żrieragħ;

(3)

“il-vettur speċifikat” tfisser Scaphoideus titanus Ball;

(4)

“iż-żona demarkata għat-trażżin” tfisser żona elenkata fl-Anness I, fejn il-pest speċifikat ma jistax jiġi eradikat;

(5)

“l-iskeda tal-istħarriġ fitosanitarju” tfisser il-pubblikazzjoni “Pest survey card flavescence dorée phytoplasma and its vector Scaphoideus titanus” (5) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

Artikolu 3

Stabbiliment taż-żoni demarkati għat-trażżin

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu ż-żoni demarkati għat-trażżin tal-pest speċifikat li jikkonsistu f’żona infettata u f’żona ta’ lqugħ b’wisa’ ta’ mill-inqas 2,5 km madwar iż-żona infettata.

Artikolu 4

Miżuri fi ħdan iż-żoni demarkati għat-trażżin

1.   Fiż-żoni infettati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

it-tneħħija u l-qerda, b’mod immedjat, tal-pjanti speċifikati misjuba infettati bil-pest speċifikat, mhux aktar tard mill-bidu tal-istaġun tat-tkabbir li jkun imiss;

(b)

l-applikazzjoni tat-trattamenti xierqa għall-kontroll tal-vettur speċifikat.

2.   Fiż-żoni ta’ lqugħ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tat-trattamenti xierqa għall-kontroll tal-vettur speċifikat, fil-każ tal-preżenza tal-vettur speċifikat.

Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fil-pjanti speċifikati fiż-żona ta’ lqugħ, għandhom japplikaw l-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031.

3.   Fiż-żoni demarkati għat-trażżin, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqajmu kuxjenza pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat u dwar il-miżuri adottati għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tiegħu barra minn dawk iż-żoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali u lill-operaturi professjonali kkonċernati bid-delimitazzjoni taż-żona demarkata għat-trażżin.

Artikolu 5

Stħarriġiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-istħarriġiet kif previst fil-paragrafi 2 u 3, filwaqt li jqisu l-informazzjoni msemmija fl-iskeda tal-istħarriġ fitosanitarju.

2.   Għandhom iwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq ir-riskju għall-preżenza tal-pest speċifikat u tal-vettur speċifikat fiż-żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn il-pest speċifikat mhuwiex magħruf li huwa preżenti iżda fejn jista’ jiġi stabbilit.

3.   Fiż-żoni ta’ lqugħ taż-żoni demarkati għat-trażżin, għandhom iwettqu stħarriġiet annwali, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għad-detezzjoni tal-preżenza tal-pest speċifikat tal-vettur speċifikat tiegħu.

Dawk l-istħarriġiet għandhom jinkludu:

(a)

eżamijiet viżwali tal-pjanti speċifikati għad-detezzjoni tal-pest speċifikat;

(b)

it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar, fil-każ tas-suspett tal-preżenza tal-pest speċifikat; u

(c)

mezzi xierqa għall-qbid tal-insetti għad-detezzjoni tal-vettur speċifikat.

Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu aktar intensivi mill-istħarriġiet imsemmija fil-paragrafu 2, b’għadd ogħla ta’ eżamijiet viżwali u, fejn xieraq, teħid ta’ kampjuni u ttestjar.

Artikolu 6

Rapportar

Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa fis-sena kalendarja preċedenti, skont:

(a)

l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1231;

(b)

l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(3)  EFSA PLH Panel (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2014. Scientific Opinion on pest categorisation of Grapevine Flavescence Dorée. EFSA Journal 2014;12(10):3851, 31 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3851.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1).

(5)  Pest survey card on flavescence dorée phytoplasma and its vector Scaphoideus titanus. EFSA pubblikazzjoni ta’ sostenn 2020:EN-1909. 36 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1909.


ANNESS I

Listi ta’ żoni demarkati għat-trażżin imsemmija fl-Artikolu 2

1.   Il-Kroazja

Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1.

Żona infettata

Il-Kroazja pannonika

(Il-kontea ta’ Bjelovar-Bilogora, il-kontea ta’ Virovitica-Podravina, il-kontea ta’ Požega-Slavonija, il-kontea ta’ Brod-Posavina, il-kontea ta’ Osijek-Baranja, il-kontea ta’ Vukovar-Srijem, il-kontea ta’ Karlovac, il-kontea ta’ Sisak-Moslavina)

 

Muniċipalitajiet katastali

 

Bedenik, Bjelovar, Bojana, Brezovac, Ciglena, Čazma, Dapci, Diklenica, Draganec, Gornje Plavnice, Kapela, Kobasičari, Kraljevac, Križic, Orovac, Petrička, Podgorci, Pupelica, Ribnjička, Sišćani, Veliko Korenovo, Veliko Trojstvo, Vrtlinska, Zrinski Topolovac;

 

Borova, Čačinci, Donja Pištana, Duzluk, Kozice, Krajna, Nova Jošava, Pčelić, Podravska Slatina, Sedlarica, Stara Jošava, Šumeđe, Turnašica, Virovitica, Vukosavljevica; u

 

Kutjevo, Mitrovac, Venje;

 

Cernik, Nova Gradiška, Šumetlica;

 

Draž, Majar, Trnava, Zmajevac I;

 

Bapska, Grabovo, Ilok, Lovas, Mohovo, Opatovac, Sotin, Šarengrad, Tovarnik, Vukovar;

 

Belaj, Bratovanci, Breznik, Brlog Ozaljski, Bubnjarci, Donji Lović, Draganić, Duga Resa 2, Dvorište Vivodinsko, Ferenci, Gršćaki, Ilovac, Jurovo, Lišnica, Lović Prekriški, Mala Švarča, Mrzlo Polje Mrežničko, Oštri Vrh Ozaljski, Ozalj, Police Pirišće, Svetice, Svetičko Hrašće, Vivodina, Vrhovac, Zagradci, Zajačko Selo, Zaluka, Žakanje; u

 

Batina, Gornja Jelenska, Ilova, Katoličko Selišće, Kutina, Popovača, Repušnica, Voloder.

Żona ta’ lqugħ

Il-Kroazja pannonika

(Il-kontea ta’ Bjelovar-Bilogora, il-kontea ta’ Virovitica-Podravina, il-kontea ta’ Požega-Slavonija, il-kontea ta’ Brod-Posavina, il-kontea ta’ Osijek-Baranja, il-kontea ta’ Vukovar-Srijem, il-kontea ta’ Karlovac, il-kontea ta’ Sisak-Moslavina)

Muniċipalitajiet katastali

 

Bačkovica, Bedenička, Berek, Bjelovar-Sredice, Blatnica, Bosiljevo, Bršljanica, Brzaja, Cerina, Cjepidlake, Cremušina, Čađavac, Dapčevica, Daskatica, Dautan, Dereza, Donja Kovačica, Drljanovac, Đurđic, Galovac, Gornja Garešnica, Gornja Kovačica, Gornje Rovišće, Gudovac, Ivanska, Kakinac, Kaniška Iva, Klisa, Klokočevac, Kostanjevac, Kozarevac Račanski, Križ Gornji, Laminac, Lasovac, Lipovčani, Mala Pisanica, Mali Grđevac, Malo Trojstvo, Martinac, Međurača, Miklouš, Mosti, Narta, Nevinac, Nova Rača, Nove Plavnice-Hrgovljani, Obrovnica, Orlovac, Pavlin Kloštar, Pobjenik, PRedavac, Prespa, Prgomelje, Rajić Gudovački, Rašenica, Ravneš, Removac, Rovišće, Ruškovac, Samarica, Sasovac, Severin, Sibenik, Slovinska Kovačica, Sredice Gornje, Srijedska, Stara Plošćica, Stare Plavnice, Šandrovac, Šimljana, Šimljanik, Štefanje, Šušnjara, Tomaš, Topolovica, Trojstveni Markovac, Turčević Polje, Vagovina, Velika Peratovica, Velika Pisanica, Veliki Grđevac, Višnjevac, Vukovje, Zdelice, Zrinska Žabjak, Ždralovi;

 

Antunovac, Bačevac, Bakić, Bankovci, Bokane, Brezovljani, Budanica, Budrovac, Lukački, Bušetina, Cabuna, Crnac, Ćeralije, Dinjevac, Dobrović, Dolci, Donja Bukovica, Donje Bazije, Donje Kusonje, Donje Predrijevo, Donji Meljani, Duga Međa, Dugo Selo Lukačko, Đuričić, Gaćište, Gornja Bukovica, Gornja Pištana, Gornje Bazje, Gornje Kusonje, Gornje Viljevo, Gornji Miholjac, Grabrovnica, Gradina, Gvozdanska, Hum Varoš, Hum Voćinski, Ivanbrijeg, Jasenaš, Kapan, Kapinci, Kladare, Kokočak, Krasković, Kutovi, Levinovac, Lozan, Lukač, Lukavac, Macute, Mala Črešnjevica, Manastir Orahovica, Medinci, Mikleuš, Miljevci, Naudovac, Nova Bukovica, Obradovci, Orahovica, Orešac, Otrovanec, Paušinci, Pitomača I, Pitomača II, Pivnica, Požari, Pušina, Radosavci, Rezovac, Rijenci, Rogovac, Sladojevci, Slatinski Drenovac, Slatinski Lipovac, Slavonske Bare, Sopje, Stari Gradac, Suha Mlaka, Suhopolje, Špišić Bukovica, Turanovac, Vaška, Velika Črešnjevica, Virovitica-centar, Virovitica-city, Vrneševci, Zdenci;

 

Bektež, Bjelajci, Cerovac, Ciglenik, Cikote, Doljanovci, Duboka, Grabarje, Gradište, Jakšić, Kaptol, Knežci, Kričke, Kula, Lakušija, Latinovac, Lukač, Podgorje, Poreč, Rogulje, Sesvete, Šnjegavić, Šumetlica, Tominovac, Vetovo, Zarilac;

 

Adžamovci, Baćin Dol, Banićevac, Bobare, Bodavljaci, Donji Andrijevci, Drežnik, Garčin, Giletinci, Golobrdac, Gorice, Gunjavci, Klokočevik, Kovačevac, Ljupina, Mačkovac, Mašić, Medari, Novo Topolje, Opatovac, Podvrško, Poljane, Prvča, Rešetari, Rogolji, Sičice, Stari Perkovci, Staro Topolje, Šagovina Cernička, Šagovina Mašićka, Širinci, Trnava, Vrbje, Žuberkovac;

 

Batina, Beljevina, Bokšić, Branjin Vrh, Branjina, Breznica Đakovačka, Dalj, Donja Motičina, Dragotin, Duboševica, Đurđenovac, Feričanci, Gajić, Gašinci, Gazije, Gornja Motičina, Gradac Našički, Hrkanovci Đakovački, Kneževi Vinogradi, Kondrić, Kotlina, Lapovci, Levanjska Varoš, Mandićevac, Musić, Nabrđe, Novi Perkovci, Paučje, Podolje, Pridvorje, Selci Đakovački, Seona, Slatinik Drenjski, Slobodna Vlast, Suza, Svetoblažje, Topolje;

 

Apševci, Banovci, Berak, Bogdanovci, Borovo, Borovo Naselje, Bršadin, Čakovci, Ilača, Lipovača, Marinci, Mikluševci, Negoslavci, Nijemci, Pačetin, Petrovci, Podgrađe, Srijemske Laze, Stari Jankovci, Svinjarevci, Tompojevci, Trpinja;

 

Banska Selnica, Barilović, Blatnica Pokupska, Brajakovo Brdo, Brašljevica, Bukovlje, Cerovac Barilovićki, Cerovac Vukmanički, Donje Mekušje, Donje Pokupje, Donji Budački, Donji Skrad, Donji Zvečaj, Gornje Mekušje, Gornje Prilišće, Gornje Stative, Gornji Zvečaj, Griče, Jarče Polje, Jaškovo, Kamensko, Karlovac I, Karlovac II, Kosijersko Selo, Kozalj Vrh, Ladešići, Lipa, Lipnik, Luka Pokupska, Mahično, Maletići, Malinci, Martinski Vrh, Modruš Potok, Mračin, Mrežnički Novaki, Mrzljaki, Novaki Ozaljski, Piščetke, Podbrežje, Pokupje, Pravutina, Rečica, Ribnik, Rosopajnik, Skakavac, Slapno, Sračak, Šišljavić, Tomašnica, Trg, Turanj, Tušilović, Velika Jelsa, Vinski Vrh, Vodena Draga, Vukmanić, Zadobarje, Zagrad, Zorkovac; u

 

Banova Jaruga, Bistrač, Bobovac, Cerje Letovanićko, Crkveni Bok, Čaire, Čigoč, Grabrov Potok, Gračenica, Gušće, Husain, KRaljeva Velika, Kratečko, Krivaj, Kutinica, Lipovljani, Lonja, Ludina, Međurić, Mikleuška, Mužilovčica, Okoli, Osekovo, Pešćenica, Piljenice, Potok, Puska, Ruškovica, Selište, Stremen, Stružec, Stupovača, Svinjičko, Šartovac, Vidrenjak, Vukojevac, Zbjegovača.

2.

Żona infettata

Il-Kroazja Adrijatika

(Il-Kontea ta’ Istria)

Muniċipalitajiet katastali

Bačva, Brkač, Brtonigla, Buje, Donja Mirna, Frata, Grožnjan, Kaldir, Karojba, Kaštel, Kaštelir, Kostajnica, Krasica, Kršete, Labinci, Lovrečica, Materada, Motovun, Nova Vas, Novigrad, Petrovija, Savudrija, Sveti Ivan, Sveti Vital, Umag, Višnjan, Vižinada, Završje, Žbandaj.

Żona ta’ lqugħ

Il-Kroazja Adrijatika

(Il-Kontea ta’ Istria)

Muniċipalitajiet katastali

Baderna, Beram, Brdo, Čepić, Dračevac, Funtana, Fuškulin, Gradina, Grdoselo, Kašćerga, Kringa, Kršikla, Kuberton, Kućibreg, Lim, Lovreč, Marčenegla, Merišće, Momjan, Mugeba, Muntrilj, Mušalež, Novaki Motovunski, Oprtalj, Pazin, Poreč, Rakotule, Rovinj, Rovinjsko Selo, Senj, Sovinjak, Sovišćina, Šterna, Tar, Tinjan, Triban, Trviž, Vabriga, Varvari, Vrh, Vrsar, Zamask, Zrenj, Zumesk.

3.

Żona infettata

Il-Kroazja tat-Tramuntana bir-reġjun tal-Belt ta’ Zagreb

(Il-Kontea ta’ Međimurje, il-Kontea ta’ Varaždin, il-kontea ta’ Koprivnica-Križevci, il-kontea ta’ Krapina-Zagorje, il-Kontea ta’ Zagreb, il-Belt ta’ Zagreb)

Muniċipalitajiet katastali

 

Badličan, Bogdanovec, Donji Vidovec, Dragoslavec, Dunjkovec, Gornja Dubrava, Gornji Mihaljevec, Gradiščak, Kotoriba, Lopatinec, Martinuševec, Preseka, Pretetinec, Prhovec, Robadje, Selnica, Slakovec, Stanetinec, Sveta Marija, Sveti Martin na Muri, Sveti Urban, Šenkovec, Štrigova, Štrukovec, Vukanovec, Zasadbreg, Zebanec, Železna Gora;

 

Babinec, Bednja, Beletinec, Beretinec, Bolfan, Breznica, Butkovec, Cerje Tužno, Čanjevo, Črešnjevo, Čukovec, Donja Višnjica, Donja Voća, Donje Makojišće, Drenovec, Dubrava Križovljanska, Đurinovec, Gornja Višnjica, Gornje Ladanje, Gornji Martijanec, Grana, Hrastovec Toplički, Hrastovsko, Ivanec, Jakopovec, Jalžbet, Jerovec, Kamena Gorica, Kamenica, Kaniža, Kelemen, Klenovnik, Ključ, Kneginec, Lepoglava, Ludbreg, Ljubelj Kalnički, Ljubešćica, Mali Bukovec, Marčan, Natkrižovljan, Novakovec, Očura, Podevčevo, Poljana, Radovan, Remetinec, Rinkovec, Segovina, Sigetec Ludbreški, Sudovec, Sveti Ilija, Svibovec, Šaša, Šćepanje, Tuhovec, Tužno, Varaždin Breg, Varaždinske Toplice, Vidovec, Vinica Breg, Vinično, Vinogradi Ludbreški, Visoko;

 

Apatovec, Bakovčica, Bočkovec, Bojnikovec, Borje, Botinovac, Budrovac, Carevdar, Cirkvena, Cubinec, Čepelovac, Dijankovec, Donja Brckovčina, Dubovec, Đurđevac II, Đurđic, Erdovec, Finčevec, Fodrovec, Glogovac, Glogovnica, Gornja Rijeka, Gregurovec, Guščerovec, Hampovica, Hudovljani, Jagnjedovec, Jagnjedovec-grad, Javorovac, Kalinovac, Kalnik, Kamešnica, Kloštar Podravski, Kloštar Vojakovački, Koprivnica, Kozarevac, Križevci, Kunovec, Kunovec Breg, Lemeš, Lukačevec, Majurec, Mala Mučna, Mičetinac, Miholec, Miholjanec, Novi Glog, Novigrad Podravski, Osijek Vojkovački, Plavšinac, Podvinje Miholečko, Pofuki, Potočec, Potok Kalnički, Prkos, Prugovac, Rasinja, Rašćani, Raven, Ruševac, Sokolovac, Subotica Podravska, Suha Katalena, Sveta Helena, Sveti Ivan Žabno, Sveti Petar Čvrstec, Sveti Petar Orehovec, Šemovci, Špiranec, Štrigovec, Trema, Velika Mučna, Veliki Grabičani, Veliki Poganac, Virje, Vojakovac, Vojnovec Kalnički, Zaistovec;

 

Andraševec, Bedekovčina, Belec, Budinščina, Donja Batina, Donja Stubica, Donja Šemnica, Dubovec, Dubrovčan, Globočec, Gornja Stubica, Gubaševo, Hrašćina, Hrašćinski Kraljevec, Hum Stubički, Jertovec, Jesenje, Klanjec, Komor, Kraljev Vrh, Krapina, Krapina jug, Krapina-city, Laz Bistrički, Mače, Marija Bistrica, Martinci Zlatarski, Mirkovec, Oštrc, Peršaves, Petrova Gora, Poljanica Bistrička, Poznanovec, Purga, Pustodol, Radoboj, Ravno Brezje, Razvor, Selnica, Slani Potok, Strmec, Strmec Stubički, Stubička Slatina, Stubičko Podgorje, Sveti Križ, Sveti Križ Začretje, Sveti Matej, Šemnica, Špičkovina, Tomaševec, Tugonica, Tuhelj, Veleškovec, Veliko Trgovišće, Veternica, Vojnovec Loborski, Vrtnjakovec, Zabok, Zagorska Sela, Zajezda, Zlatar;

 

Bedenica, Bešlinec, Blaškovec, Blaževdol, Brckovljani, Caginec, Dijaneš, Donja Lomnica, Dubranec, Dubrava, Dugo Selo I, Fuka, Gostović, Gradec, Habjanovac, Haganj, Helena, Hrastje, Hrebinec, Hrnjanec, Hruškovica, Kloštar Ivanić, Komin, Kozjača, Krašić II, Kupljenovo, Laktec, Lonjica, Lovrečka Varoš, Lukavec, Mala Gorica, Molvice, Novoselec, Obreška, Orešje, Paukovec, Pluska, Prekrižje, Prozorje, Psarjevo, Rakitje, Stari Glog, Strmec Samoborski, Sveti Nedelja, Šiljakovina, Šumećani, Tkalec, Tomaševec, Velika, Vrbovec, Zelina, Žitomir; u

 

Adamovec, Blaguša, Čučerje, Đurđekovec, Glavnica, Gornji Stenjevec, Gračani, Granešina, Kašina, Maksimir, Podsused, Remete, Sesvete.

Żona ta’ lqugħ

Il-Kroazja tat-Tramuntana bir-reġjun tal-Belt ta’ Zagreb

(Il-Kontea ta’ Međimurje, il-Kontea ta’ Varaždin, il-kontea ta’ Koprivnica-Križevci, il-kontea ta’ Krapina-Zagorje, il-Kontea ta’ Zagreb, il-Belt ta’ Zagreb)

Muniċipalitajiet katastali

 

Cirkovljan, Čakovec, Črečan, Čukovec, Donja Dubrava, Donji Kraljevec, Donji Mihaljevec, Draškovec, Goričan, Gornji Hrašćan, Gornji Kraljevec, Gornji Pustakovec, Gornji Vidovec, Hemuševec, Hlapičina, Ivanovec, Krištanovec, Križovec, Kuršanec, Macinec, Mačkovec, Mihovljan, Mursko Središće, Nedelišće, Novo Selo Rok, Oporovec, Orehovica, Peklenica, Podbrest, Prelog, Pribislavec, Pušćine, Savska Ves, Strahoninec, Šandrovec, Totovec, Trnovec, Vratišinec, Vularija, Žiškovec;

 

Bela, Bisag, Biškupec, Biškupec II, Čalinec, Črnec Biškupečki, Donje Ladanje, Donji Kućan, Drašković, Druškovec, Družbinec, Gojanec, Gornja Voća, Gornji Kućan, Hrastovljan, Hrženica, Jalkovec, Kapela Kalnička, Kapela Podravska, Karlovec Ludbreška, Križovljan, Kućan Marof, Leskovec Toplički, Lunjkovec, Majerje, Martijanec, Maruševec, Nedeljanec, Nova Ves Petrijanečka, Novi Marof, Novo Selo Podravsko, Petrijanec, Poljana Biškupečka, Radovec, Selnik, Sesvete Ludbreške, Slanje, Slokovec, Sračinec, Struga, Sveti Đurđ, Sveti Petar, Šemovec, Trakošćan, Trnovec, Varaždin, Veliki Bukovec, Vinica, Vratno, Zamlača, Zbelava, Žabnik;

 

Branjska, Budančevica, Delovi, Drnje, Duga Rijeka, Đelekovec, Đurđevac I, Ferdinandovac, Gola, Gorica, Heršin, Hlebine, Hrsovo, Imbriovec, Koledinec, Koprivnički Bregi, Koprivnički Ivanec, Kutnjak, Kuzminec, Legrad, Lepa Greda, Lepavina, Marinovec, Međa, Mikovec, Molve, Novačka, Novo Virje, Petranec, Podravske Sesvete, Selnica Podravska, Severovci, Sigetec, Sirova Katalena, Srijem, Sveta Ana, Torčec, Veliki Otok, Vojakovečke Sesvete, Zablatje, Ždala;

 

Cigrovec, Črešnjevec, Čret, Desinić, Donja Pačetina, Đurmanec, Gorjakovo, Gornja Pačetina, Gornja Čemehovec, Gotalovec, Gusakovec, Hlevnica, Jelenjak, Jezero Klanječko, Klokovec, Konjščina, Košnica, Kraljevec na Sutli, Krapinske Toplice, Lepa Ves, Lovrečan, Mala Erpenja, Mihovljan, Miljana, Modrovec, Mokrice, Novi Dvori Klanječki, Oroslavje, Pešćeno, Petrovsko, Plemešćina, Podgrađe Bistričko, Poljana Sutlanska, Pregrada, Putkovec, Radakovo, Selno, Sopot, Sušobreg, Svedruža, Škarićevo, Švaljkovec, Velika Erpenja, Velika Horvatska, Velika Ves, Vinagora, Vrbanec;

 

Andrilovec, Bađinec, Bistransko Podgorje, Bolč, Brčevec, Brdovec, Breška Greda, Brezine, Brezje, Brlenić, Bukovčak, Cerje Samoborsko, Cerovski Vrh, Cugovec, Cvetković, Cvetković Brdo, Čeglje, Črnkovec, Desinec, Domagović, Domaslovec, Donja Bistra, Donja Kupčina, Donja Zelina, Drežnik Podokićki, Dubravica, Dugo Selo II, Farkaševac, Glagovo, Gornja Bistra, Gornja Kupčina, Gornji Hruševec, Gornji Vinkovec, Grabar, Gradići, Gustelnica, Hrastilnica, Hrušćica, Hudovo, Ivanić-Grad, Jakovlje, Jastrebarsko, Ježevo, Kabal, Kalinovica, Kalje, Kerestinec, Klinča Sela, Klokočevec, Klokočevec Samoborski, Konšćica, Kosnica, Kostanjevac, Kraj, Krašić I, Kravarsko, Križ, Kupinec, Kupljenovo-novo, Kurilovec, Lazina Čička, Lekneno, Leprovica, Lepšić, Lučelnica, Lepšić, Lučelnica, Luka, Lukinić Brdo, Lupoglav, Mahovljić, Marinkovac, Mičevec, Mirkovoplje, Mlaka, Mraclin, Mrzlo Polje Žumberačko, Negovec, Nova Kapela, Nova Marča, Novaki, Novo Brdo, Novo Čiče, Novo Mjesto, Obrezina, Obrež, Okešinec, Okić, Okunšćak, Opatinec, Ostrna, Otok Samoborski, Paruževac, Pećno, Petrovina, Pirakovec, Pleso, Podjales, Podvornica, Pojatno, Poljana, Poljanski Lug, Posavski Bregi, Prečec, Preseka, Pribić, Prosinec, Pušća, Radoišće, Rakov Potok, Rakovec, Rakovica, Roženica, Rude, Rugvica, Salnik, Samobor, Samoborec, Slavetić, Sošice, Staro Čiče, Stupnik, Šarampov, Šćitarjevo, Širinec, Šušnjari, Topolje, Trebovec, Tučenik, Valetić, Velika Buna, Velika Gorica, Velika Jamnička, Velika Mlaka, Vinkovec, Volavje, Vrbovec, Vrbovec 1, Vukomerić, Vukovina, Vukšinac, Zabrđe, Zaprešić, Zdenčina, Zetkan, Zvonik, Željezno Žumberačko, Žumberak; u

 

Blato, Brezovica, Centar, Čehi, Črnomerec, Demerje, Dragonožec, Dubrava, Goranec, Gornje Vrapče, Granešina Nova, Horvati, Jakuševec, Klara, Lučko, Lužan, Markuševec, Mikulići, Odra, Odranski Obrež, Peščenica, Planina, Resnik, Rudeš, Sesvetski Kraljevec, Starjak, Stenjevec, Šašinovec, Šestine, Trešnjevka, Trnje, Trpuci, Vrapče, Vugrovec, Vurnovec, Zaprudski Otok, Žitnjak.

2.   L-Ungerija

Estensjoni taż-żoni ta’ lqugħ ta’ żoni demarkati għat-trażżin tal-Kroazja u tas-Slovenja fit-territorju tal-Ungerija.

Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1.

Żona ta’ lqugħ

Il-kontea ta’ Bács-Kiskun Id-distrett ta’ Baja

Hercegszántó

Żona ta’ lqugħ

Il-kontea ta’ Baranya Id-distrett ta’ Mohács

Kölked, Homorúd

2.

Żona ta’ lqugħ

Il-kontea ta’ Zala id-distrett ta’ Letenye

Tótszerdahely, Molnári

3.

Żona ta’ lqugħ

Il-kontea ta’ Zala id-distrett ta’ Lenti

Bödeháza, Nemesnép, Lendvajakabfa, Márokföld, Szentgyörgyvölgy

4.

Żona ta’ lqugħ

Il-kontea ta’ Zala id-distrett ta’ Lenti

Lendvadedes

3.   L-Italja

Estensjoni taż-żoni ta’ lqugħ taż-żoni demarkati għat-trażżin tas-Slovenja fit-territorju tal-Italja.

Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

(parzjalment)

1.

Żona ta’ lqugħ

Friuli Venezia Giulia

Provinċja ta’ Gorizia

Dolegna Del Collio, Gorizia, San Floriano Del Collio, Savogna D’isonzo

2.

Żona ta’ lqugħ

Friuli Venezia Giulia

Provinċja ta’ Trieste

Duino-Aurisina, Monrupino, Muggia, San Dorligo Della Valle - Dolina, Sgonico, Trieste

3.

Żona ta’ lqugħ

Friuli Venezia Giulia

Provinċja ta’ Udine

Prepotto

4.   Il-Portugall

Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1.

Żona infettata

It-Tramuntana tal-Portugall

Alijó, Amarante, Amares, Baião, Barcelos, Braga, Cabeceiras de Basto, Castelo de Paiva, Celorico de Basto, Cinfães, Esposende, Fafe, Felgueiras, Guimarães, Lousada, Maia, Marco de Canaveses, Monção, Mondim de Basto, Paços de Ferreira, Paredes, Paredes de Coura, Penafiel, Peso da Régua, Ponte de Lima, Póvoa de Lanhoso, Póvoa de Varzim, Ribeira de Pena, Sabrosa, Santa Marta de Penaguião, Santo Tirso, Trofa, Valença, Valongo, Vieira do Minho, Vila do Conde, Vila Nova de Famalicão, Vila Pouca de Aguiar, Vila Real, Vila Verde u Vizela;

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Arcos de Valdevez, Ponte da Barca, Terras de Bouro u Viana do Castelo.

Żona ta’ lqugħ

It-Tramuntana tal-Portugall

Mesão Frio;

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Arcos de Valdevez, Armamar, Arouca, Boticas, Caminha, Chaves, Carrazeda de Ansiães, Gondomar, Lamego, Matosinhos, Melgaço, Montalegre, Murça, Porto, Ponte da Barca, Resende, Santa Maria da Feira, São João da Pesqueira, Tabuaço, Terras de Bouro, Valpaços, Viana do Castelo, Vila Nova de Cerveira, Vinhais..

Il-Portugall Ċentrali

Parti mill-muniċipalità ta’ Castro Daire.

5.   Is-Slovenja

Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1.

Żona infettata

Il-Punent tas-Slovenja

Ankaran, Koper, Izola u Piran; u

Sežana, Komen (ħlief il-muniċipalità katastali ta’ Brestovica — ID 2408) u Renče-Vogrsko.

Żona ta’ lqugħ

Il-Punent tas-Slovenja

Brda, Nova Gorica, Miren-Kostanjevica, Šempeter- Vrtojba, Ajdovščina, Vipava, Divača u Hrpelje-Kozina, u l-muniċipalità katastali ta’ Brestovica (ID 2408) fil-muniċipalità ta’ Komen.

2.

Żona infettata

Ix-Xlokk tas-Slovenja

Dolenjske Toplice, Straža, Mirna peč, Novo mesto (ħlief il-muniċipalitajiet katastali ta’ Črešnjice – ID 1458 u Herinja vas – ID 1459).

Żona ta’ lqugħ

Ix-Xlokk tas-Slovenja

Žužemberk, Trebnje, Mirna, Šentrupert, Sevnica, Krško, Brežice, Mokronog-Trebelno, Šmarješke Toplice, Škocjan, Šentjernej, Kostanjevica na Krki, Semič, Črnomelj u Metlika, u l-muniċipalitajiet katastali fil-muniċipalità ta’ Novo mesto: Črešnjice (ID 1458) u Herinja vas (ID 1459).

3.

Żona infettata

Il-Grigal tas-Slovenja

 

Dobrovnik u Lendava;

 

Trnovska vas, Destrnik, Sveti Jurij ob Ščavnici, Sveti Tomaž;

 

il-muniċipalitajiet katastali li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Ljutomer: Desnjak (ID 262), Bučkovci - ID 252, Drakovci - ID 253, Moravci - ID 254, Godemarci - ID 255, Presika (ID 271, Nunska Graba (ID 270), Rinčetova Graba (ID 269), Kamenščak (ID 260), Stara cesta (ID 261), Mekotnjak (ID 263), Radomerje (ID 264), Gresovščak (ID 265), Plešivica (ID 266), Ilovci (267), Slamnjak (ID 268) u l-parti ta’ Globoka (ID 274);

 

il-parti tal-muniċipalità katastali ta’ Globoka li tappartjeni għall-muniċipalità ta’ Razkrižje; u

 

il-muniċipalitajiet katastali fil-muniċipalità ta’ Ormož: Vičanci (ID 322), Senešci (ID 323), Sodinci (ID 324), Velika Nedelja (ID 331), Šardinje (ID 321), Hum (ID 314), Lahonci (ID 290), Žvab (ID 291), Runeč (ID 292), Stanovno (ID 293), Ivanjkovci (ID 294), Žerovinci (ID 295), Cerovec Stanka Vraza (ID 296), Veličane (ID 297), Mali Brebrovnik (ID 299), Veliki Brebrovnik (ID 300), Vinski vrh (ID 301), Miklavž (ID 302), Hermanci (ID 303), Gomila (ID 304), Kog (ID 305), Vuzmetinci (ID 306), Kajžar (ID 307), Zasavci (ID 308), Lačaves (ID 309), Jastrebci (ID 310), Vitan (ID 312), Pavlovski vrh (ID 315), Pavlovci (ID 317), Hardek (ID 318), Ormož (332) u Ključarovci pri Ormožu (ID 287).

Żona ta’ lqugħ

Il-Grigal tas-Slovenja

 

Cankova, Rogašovci, Kuzma, Grad, Gornji Petrovci, Šalovci, Puconci, Moravske Toplice, Hodoš, Kobilje, Tišina, Murska Sobota, Beltinci, Turnišče, Odranci, Velika Polana, Črenšovci;

 

Razkrižje, ħlief il-parti tal-muniċipalità katastali ta’ Globoka;

 

Ljutomer, minbarra l-muniċipalitajiet katastali li ġejjin: Desnjak (ID 262), Bučkovci (ID 252), Drakovci (ID 253), Moravci (ID 254), Godemarci (ID 255), Presika (ID 271), Nunska Graba (ID 270), Rinčetova Graba (ID 269), a part of Globoka (ID 274), Kamenščak (ID 260), Stara cesta (ID 261), Mekotnjak (ID 263), Radomerje (ID 264), Gresovščak (ID 265), Plešivica (ID 266), Ilovci (267) u Slamnjak (ID 268);

 

Ormož, minbarra l-muniċipalitajiet katastali li ġejjin: Vičanci (ID 322), Senešci (ID 323), Sodinci (ID 324), Velika Nedelja (ID 331), Šardinje (ID 321), Hum (ID 314), Lahonci (ID 290), Žvab (ID 291), Runeč (ID 292), Stanovno (ID 293), Ivanjkovci (ID 294), Žerovinci (ID 295), Cerovec Stanka Vraza (ID 296), Veličane (ID 297), Mali Brebrovnik (ID 299), Veliki Brebrovnik (ID 300), Vinski vrh (ID 301), Miklavž (ID 302), Hermanci (ID 303), Gomila (ID 304), Kog (ID 305), Vuzmetinci (ID 306), Kajžar (ID 307), Zasavci (ID 308), Lačaves (ID 309), Jastrebci (ID 310), Vitan (ID 312), Pavlovski vrh (ID 315), Pavlovci (ID 317), Hardek (ID 318), Ormož (332) u Ključarovci pri Ormožu (ID 287); u

 

Središče ob Dravi, Maribor, Duplek, Lenart, Cerkvenjak Kungota, Pesnica, Šentilj, Sveti Jurij v Slovenskih goricah, Sveta Ana, Apače, Benedikt, Sveta Trojica v Slovenskih goricah, Gornja Radgona, Radenci, Križevci, Veržej, Sveti Andraž v Slovenskih goricah, Juršinci, Ptuj, Dornava, Gorišnica, Miklavž na Dravskem polju, Starše, Kidričevo, Hajdina, Markovci, Hoče-Slivnica, Rače-Fram, Zreče, Oplotnica, Slovenska Bistrica, Majšperk, Žetale, Podlehnik, Videm, Cirkulane, Zavrč, Vojnik, Slovenske Konjice, Poljčane, Makole, Šentjur, Šmarje pri Jelšah, Rogaška Slatina, Rogatec, Podčetrtek, Kozje u Bistrica ob Sotli.

6.   Spanja

Estensjoni taż-żoni ta’ lqugħ taż-żoni demarkati għat-trażżin tal-Portugall fit-territorju ta’ Spanja.

Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1.

Żona ta’ lqugħ

Il-Galizja

Il-provinċja ta’ Pontevedra

A cañiza:

 

Parti mill-parroċċa ta’ Valeixe (Santa Cristina),

Arbo:

 

Il-parroċċi ta’ Barcela (San Xoán) u Cequeliños (San Miguel), Parti mill-parroċċi ta’ Arbo (Santa María), Cabeiras (San Sebastián), Mourentán (San Cristovo) u Sela (Santa María),

Crecente:

 

Il-parroċċi ta’ Albeos (San Xoán), Quintela (San Caetano) u Ribeira (Santa Mariña)

 

Parti mill-parroċċi ta’ Crecente (San Pedro), O Freixo (San Roque), Sendelle (Santa Cruz) u Vilar (San Xorxe),

Tomiño:

 

Il-parroċċi ta’ Amorín (San Xoán) u Currás (San Martiño).

 

Parti mill-parroċċi ta’ Piñeiro (San Salvador), Sobrada (San Salvador) u Taborda (San Miguel),

Tui:

 

Il-parroċċi ta’ Baldráns (Santiago), Caldelas de Tui (San Martiño), Paramos (San Xoán) u Tui (O Sagrario).

 

Parti mill-parroċċi ta’ Areas (Santa Mariña), Guillarei (San Mamede), Pazos de Reis (O Sagrario), Pexegueiro (San Miguel), Randufe (Santa María da Guía) u Rebordáns (San Bartolomeu),

As Neves:

 

Il-parroċċi ta’ As Neves (Santa María), Liñares (Santa María), Setados (Santa Euksenia) u Vide (Santa María).

 

Parti mill-parroċċi ta’ Rubiós (San Xoán), San Cibrán de Ribarteme (San Cibrán), Santiago de Ribarteme (Santiago) u Tortoreos (Santiago),

Salvaterra do Miño:

 

Il-parroċċi ta’ Arantei (San Pedro), Oleiros (Santa María) u Porto (San Paulo).

 

Parti mill-parroċċi ta’ Alxén (San Paio), Cabreira (San Miguel), Fiolledo (San Paio), Meder (Santo Adrián), Pesqueiras (Santa Mariña) u Salvaterra (San Lourenzo),

Salceda de Caselas:

 

Parti mill-parroċċi ta’ Entenza (Santos Xusto e Pastor) u Soutelo (San Vicente).

Il-Galizja

Provinċja ta’ Orense

Padrenda:

Parti mill-parroċċi ta’ Crespos (San Xoán), Desteriz (San Miguel), O Condado (Santa María) u Padrenda (San Cibrán).


ANNESS II

Mudelli għar-rapporti tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali mwettqa skont l-Artikolu 6(b)

PARTI A

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali

Image 3

2.   Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell

Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

Fil-kolonna 1

:

Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Fil-kolonna 2

:

Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Fil-kolonna 3

:

Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Fil-kolonna 4

:

Indika l-approċċ: Trażżin (T) Jekk jogħġbok inkludi kemm ikun hemm bżonn ringieli, skont l-għadd ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Fil-kolonna 5

:

Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Żona infettata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL), bl-użu ta’ ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.

Fil-kolonna 6

:

Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Fil-kolonna 7

:

Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikat abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.

Fil-kolonna 8

:

Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.

Fil-kolonna 9

:

Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.

Fil-kolonna 10

:

Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta.

Fil-kolonna 11

:

Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.

Fil-kolonna 12

:

Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli.

Fil-kolonni 13 u 14

:

Indika r-riżultati, jekk applikabbli, u pprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

Fil-kolonna 15

:

Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”).

PARTI B

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika

Image 4

2.   Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell

Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti A ta’ dan l-Anness.

Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:

il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni;

il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu;

il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Fil-kolonna 1

:

Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Fil-kolonna 2

:

Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Fil-kolonna 3

:

Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Fil-kolonna 4

:

Indika l-approċċ: Trażżin (T) Jekk jogħġbok inkludi kemm ikun hemm bżonn ringieli, skont l-għadd ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Fil-kolonna 5

:

Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Iż-żona infettata (ŻI) jew iż-żona ta’ lqugħ (ŻL), f’ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.

Fil-kolonna 6

:

Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Fil-kolonna 7

:

Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet.

Fil-kolonna 8

:

Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa ddefinit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti.

Fil-kolonna 9

:

Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità ta’ kejl tagħha. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi għandha tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.

Fil-kolonna 10

:

Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolarti ma tkunx disponibbli.

Fil-kolonna 11

:

Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.

Fil-kolonna 12

:

“Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjonijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).

Fil-kolonna 13

:

Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna B

:

Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”.

Fil-kolonna 18

:

Indika l-għadd ta’ siti tal-qbid f’każ li dan in-numru jkun differenti mill-għadd ta’ nases (il-kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).

Fil-kolonna 21

:

Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

Fil-kolonna 22

:

Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”).

Fil-kolonna 23

:

Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza tad-disinn.

Fil-kolonna 24

:

Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.


DIRETTIVI

22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/45


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1631

tat-12 ta’ Mejju 2022

li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-kejbils u l-wajers tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram u ċ-ċomb fil-konnessjonijiet elettriċi tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma speċifiċi għall-apparat mediku u għall-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll u li huma elenkati fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni li saret skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/65/UE għal eżenzjoni li għandha tiġi elenkata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, għall-użu taċ-ċomb tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram għall-użu f’kejbils u wajers u ċomb f’konnessjonijiet elettriċi relatati ma’ komponenti oħra tal-EEE (“l-eżenzjoni mitluba”). Il-BSCCO drogat biċ-ċomb jista’ jintuża biex joħloq ċirkwiti manjetiċi superkonduttivi għal apparati mediċi u strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll.

(5)

L-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mitluba kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawn il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(6)

L-istann li fih iċ-ċomb jintuża biex jgħaqqad il-wajers u l-kejbils superkonduttivi ma’ komponenti oħra tal-EEE. Bħalissa ma hemm l-ebda alternattiva mingħajr ċomb disponibbli fis-suq li tipprovdi livell suffiċjenti ta’ affidabbiltà għall-applikazzjonijiet, fejn huma meħtieġa proprjetajiet bħad-duttilità u r-reżistività elettrika baxxa f’temperaturi baxxi.

(7)

L-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mitluba, li kienet tinkludi studju ta’ valutazzjoni teknika u xjentifika (2), ikkonkludiet li ż-żieda taċ-ċomb mal-BSCCO tipprovdi vantaġġi tekniċi u funzjonali li ma jistgħux jinkisbu mingħajr l-użu taċ-ċomb. Dawk il-vantaġġi tekniċi u funzjonali jikkonsistu f’immaġnijiet ta’ riżoluzzjoni ogħla għad-dijanjożi medika jew għar-riċerka u l-innovazzjoni, u jippermettu modalità ta’ tħaddim aktar stabbli tal-applikazzjonijiet rilevanti. Iż-żieda taċ-ċomb għall-BSCCO tagħmilha possibbli li jiġi prodott tagħmir aktar effiċjenti u affidabbli, li huwa ta’ benefiċċju għall-kura tas-saħħa u l-innovazzjoni.

(8)

Bħalissa mhuwiex possibbli li ċ-ċomb jiġi sostitwit jew jitneħħa fil-materjal superkonduttiv u fl-istann relatat bl-istess prestazzjoni teknika, u lanqas mhuwa mistenni li jkun hekk fil-futur prevedibbli. L-eżenzjoni mitluba hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(9)

Huwa għalhekk f’loku li tiġi konċessa din it-talba ta’ eżenzjoni.

(10)

Il-vantaġġi tekniċi tal-materjal tal-BSCCO drogat biċ-ċomb għandhom il-potenzjal li jippromwovu t-titjib u l-innovazzjoni fid-dijanjostika medika u fir-riċerka. Huwa improbabbli li t-t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni ikollu impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li tingħata l-eżenzjoni għal perjodu ta’ validità estensiv, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-28 ta’ Frar 2023, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2023.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Studju biex jiġu vvalutati seba’ talbiet għal eżenzjoni relatati mal-Annessi III u IV tad-Direttiva 2011/65/UE.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

“48.

Iċ-ċomb fil-kejbils u l-wajers tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram (BSCCO) u ċ-ċomb fil-konnessjonijiet elettriċi ta’ dawn il-wajers

Jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027.”


22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/48


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1632

tat-12 ta’ Mejju 2022

li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb u l-komposti tiegħu f’ċerti apparati tal-immaġni bir-riżonanza manjetika

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma speċifiċi għall-apparat mediku u għall-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll u li huma elenkati fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Bid-Direttiva Delegata 2014/7/UE (2), il-Kummissjoni tat eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fl-istann, il-kisjiet tat-terminazzjoni tal-komponenti elettriċi u elettroniċi u l-bordijiet taċ-ċirkwiti stampati, il-konnessjonijiet tal-wajers elettriċi, l-ilqugħ u l-konnetturi magħluqa li jintużaw f’ċertu tagħmir mediku tal-immaġni b’reżonanza manjetika (MRI) (“l-eżenzjoni”), billi inkludiet dawk l-applikazzjonijiet fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2020.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“it-talba għat-tiġdid”) fit-12 ta’ Diċembru 2018, jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. F’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, l-eżenzjoni tibqa’ valida sakemm tiġi adottata deċiżjoni dwar it-talba għat-tiġdid.

(6)

L-evalwazzjoni tat-talba għat-tiġdid kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawn il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(7)

L-evalwazzjoni tat-talba għat-tiġdid, li kienet tinkludi studju ta’ valutazzjoni teknika u xjentifika (3), ikkonkludiet li l-apparati tal-MRI ta’ disinn qadim jiddependu fuq komponenti tal-MRI li fihom iċ-ċomb u huma limitati ħafna fil-kompatibbiltà tagħhom ma’ komponenti MRI ġodda mingħajr ċomb. Dik l-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li mudelli mingħajr ċomb ta’ kojls tal-MRI mhux integrati huma diġà disponibbli. Madankollu, fir-rigward tal-apparati tal-MRI b’kojls integrati, l-iżvilupp tekniku u l-proċedura ta’ approvazzjoni biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet mingħajr ċomb jeħtieġu żmien addizzjonali.

(8)

L-użu taċ-ċomb f’kojls tal-MRI mhux integrati ta’ disinn ġdid, u f’apparati tal-MRI mingħajr ċomb b’kojls integrati li jkunu għadhom se joħorġu, għandu jiġi eskluż mill-eżenzjoni b’dati speċifiċi.

(9)

In-nuqqas ta’ approvazzjoni tat-talba għat-tiġdid jista’ jirriżulta f’rimi prematur ta’ apparat tal-MRI minħabba nuqqas ta’ komponenti kompatibbli jew għażliet ta’ disinn mill-ġdid. Dan jista’ jirriżulta f’distakk fil-provvista tat-tagħmir tal-MRI, li min-naħa tiegħu jista’ jaffettwa ħażin il-kura tas-saħħa għall-pazjenti.

(10)

It-total tal-impatti negattivi fuq l-ambjent u fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur li tikkawża s-sostituzzjoni, x’aktarx ikun jissupera t-total tal-benefiċċji għall-ambjent, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur tiegħu. L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(11)

Għalhekk, jixraq li tiġġedded l-eżenzjoni.

(12)

Sabiex jiġi pprovdut tagħmir tal-MRI kompatibbli għas-servizzi tas-saħħa u biex jitħalla żmien għall-iżvilupp ta’ alternattivi mingħajr ċomb, huwa xieraq li jkun awtorizzat it-tiġdid tal-eżenzjoni, b’kamp ta’ applikazzjoni rivedut, għad-durata massima ta’ 7 snin sat-30 ta’ Ġunju 2027, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin bħalissa biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, x’aktarx li t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-28 ta’ Frar 2023, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2023.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/7/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fl-istann, il-kisjiet tat-terminazzjoni tal-komponenti elettriċi u elettroniċi u kisjiet tal-unitajiet ta’ ċirkwit stampati, il-konnessjonijiet tal-wajers elettriċi, lqugħ u konnetturi magħluqa li jintużaw a) f’kampi manjetiċi fl-isfera ta’ raġġ ta’ 1 m madwar l-isoċentru tal-kalamita fit-tagħmir mediku tal-produzzjoni tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, inkluż il-monitors tal-pazjenti mfasslin biex jintużaw f’din l-isfera, jew b) fil-kampi manjetiċi inqas minn 1 m distanza mill-uċuħ esterni tal-kalamiti ċiklotroniċi, il-kalamiti għat-trasport tar-raġġi jew għall-kontroll tad-direzzjoni tar-raġġi applikati għat-terapija tal-partikoli (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 57).

(3)  Studju biex jiġu vvalutati seba’ talbiet għal eżenzjoni relatati mal-Annessi III u IV tad-Direttiva 2011/65/UE (Pakkett 18).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-entrata 27 tal-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdiedu l-punti (c) u (d) li ġejjin:

 

“(c)

kojls għall-MRI mhux integrati, li d-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tagħhom għal dan il-mudell tinħareġ għall-ewwel darba qabel it-23 ta’ Settembru 2022, jew

(d)

strumenti għall-MRI li jinkludu kojls integrati, li jintużaw f’kampi manjetiċi fl-isfera ta’ raġġ ta’ 1 m madwar l-isoċentru tal-kalamita fit-tagħmir mediku għar-reżonanza manjetika, li d-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tagħhom tinħareġ għall-ewwel darba qabel it-30 ta’ Ġunju 2024.

Jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027.”


DEĊIŻJONIJIET

22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/52


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1633

tal-20 ta’ Settembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Bulgarija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Wara talba mill-Bulgarija fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 (2), ta għajnuna finanzjarja lill-Bulgarija fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 511 000 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, u b’perjodu ta’ disponibbiltà ta’ 18-il xahar, bil-ħsieb li jiġu kkumplimentati l-isforzi nazzjonali tal-Bulgarija biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirrispondi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

Is-self kellu jintuża mill-Bulgarija biex jiġu ffinanzjati l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 għadha qed tipparalizza parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fil-Bulgarija. Dan wassal għal żieda f’daqqa u qawwija ripetuta fin-nefqa pubblika fil-Bulgarija fir-rigward tal-miżura msemmija fl-Artikolu 3, punt (b) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343.

(4)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji li l-Bulgarija implimentat fl-2020, fl-2021 u fl-2022 biex trażżan dik it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak relatat mas-saħħa tagħha kellhom u għad qed ikollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Fl-2020, il-Bulgarija kellha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 4,0 % u 24,7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament, li żdiedu għal 4,1 % u 25,1 % rispettivament fi tmiem l-2021. Skont it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2022 tal-Kummissjoni, il-Bulgarija hija mbassra li jkollha defiċit tal-gvern ġenerali u dejn ta’ 3,7 % u 25,3 % tal-PDG rispettivament sa tmiem l-2022. Il-PDG tal-Bulgarija huwa proġettat li jiżdied b’ 2,1 % fl-2022.

(5)

Fit-23 ta’ Ġunju 2022, il-Bulgarija talbet assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni fl-ammont ta’ EUR 460 170 000 bil-ħsieb li tkompli tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020, fl-2021 u fl-2022 biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema. B’mod partikolari, il-Bulgarija estendiet ulterjorment u emendat l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fil-premessa (6).

(6)

Is-sussidju estiż tal-pagi jingħata lil impriżi li, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, sofrew tnaqqis fid-dħul ta’ mill-inqas 30 % minħabba restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tagħhom bejn it-13 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020. Huwa meħtieġ li l-impjieg tal-impjegati jiġi ppreservat matul il-perjodu ta’ parteċipazzjoni fil-miżura u għal perijodu ekwivalenti wara li tispiċċa. Is-sussidju tal-pagi ta’ kull xahar lill-impriżi eliġibbli jammonta għal bejn 50 u 60 % tas-salarju gross ta’ kull xahar tal-impjegat (inklużi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi), skont id-daqs tat-tnaqqis fid-dħul. Din il-miżura hija estensjoni tal-miżura deskritta fl-Artikolu 3, punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 u prevista fid-Digriet Nru 151 tat-3 ta’ Lulju 2020 tal-Kunsill tal-Ministri, emendat bid-Digriet Nru 278 tat-12 ta’ Ottubru 2020, id-Digriet Nru 416 tat-30 ta’ Diċembru 2020, id-Digriet Nru 93 tat-18 ta’ Marzu 2021, id-Digriet Nru 213 tal-1 ta’ Lulju 2021, id-Digriet Nru 322 tas-7 ta’ Ottubru 2021, id-Digriet Nru 482 tat-30 ta’ Diċembru 2021 u d-Digriet Nru 40 tal-31 ta’ Marzu 2022 (3).

(7)

Il-Bulgarija tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Bulgarija pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 1 015 050 000 mill-1 ta’ Frar 2020 b’riżultat tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Din jikkostitwixxi żieda f’daqqa u qawwija minħabba li hija relatata mal-estensjoni jew l-emendar ta’ miżuri nazzjonali eżistenti dwar l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti ta’ impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Bulgarija. Il-Bulgarija beħsiebha tiffinanzja EUR 43 880 000 tal-ammont miżjud tan-nefqa permezz tal-fondi tagħha stess.

(8)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Bulgarija u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili kif imsemmija fit-talba tat-23 ta’ Ġunju 2022, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Bulgarija tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(10)

Minħabba li l-perjodu ta’ disponibbiltà indikat fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 skada, huwa meħtieġ perjodu ġdid ta’ disponibbiltà għall-assistenza finanzjarja addizzjonali. Il-perjodu ta’ disponibbiltà għall-assistenza finanzjarja mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 jenħtieġ li jiġi estiż b’21 xahar u b’konsegwenza ta’ dan il-perjodu ta’ disponibbiltà totali jenħtieġ li jkun ta’ 39 xahar li jibda mill-ewwel jum wara li tkun daħlet fis-seħħ id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343.

(11)

Jenħtieġ li l-Bulgarija u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

(12)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kull proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(13)

Jenħtieġ li l-Bulgarija tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Bulgarija implimentat dik in-nefqa.

(14)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u mistennija tal-Bulgarija, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1343 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Bulgarija self li jammonta għal massimu ta’ EUR 971 170 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perjodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 39-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.”

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. Kwalunkwe ħlas parzjali sussegwenti għandu jiġi rilaxxat f’konformità mat-termini ta’ dak il-ftehim ta’ self jew, fejn rilevanti, ikun soġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ addendum għal dan, jew ta’ ftehim ta’ self emendat konkluż bejn il-Bulgarija u l-Kummissjoni li jissostitwixxi l-ftehim ta’ self oriġinali.”;

(2)

L-Artikolu 3 huwa sostitiwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-Bulgarija tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

sussidji tal-pagi lill-impriżi, kif previst fid-“Digriet Nru 55 tat-30 ta’ Marzu 2020 tal-Kunsill tal-Ministri;

(b)

sussidji tal-pagi lill-impriżi previsti fid-Digriet Nru 151 tat-3 ta’ Lulju 2020 tal-Kunsill tal-Ministri, kif emendat mid-Digriet Nru 278 tat-12 ta’ Ottubru 2020, id-Digriet Nru 416 tat-30 ta’ Diċembru 2020, id-Digriet Nru 93 tat-18 ta’ Marzu 2021, id-Digriet Nru 213 tal-1 ta’ Lulju 2021, id-Digriet Nru 322 tas-7 ta’ Ottubru 2021, id-Digriet Nru 482 tat-30 ta’ Diċembru 2021 u d-Digriet Nru 40 tal-31 ta’ Marzu 2022.”

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

2.   Fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ikunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda din id-Deċiżjoni, il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni emendatorja, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1343 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Bulgarija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 10).

(3)  Prom. Il-Gazzetta tal-Istat Nru 60 tas-07 ta’ Lulju 2020, emendat u ssupplimentat SG Nru 89 tas-16 ta’ Ottubru 2020, issupplimentat is-SĠ Nru 110 tad-29 ta’ Diċembru 2020, emendat is-SĠ Nru 2 tat-08 ta’ Jannar 2021, emendat u ssupplimentat SG Nru 24 tat-23 ta’ Marzu 2021, emendat u ssupplimentat SG Nru 56 tas-06 ta’ Lulju 2021, emendat u ssupplimentat SG Nru 85 tat-12 ta’ Ottubru 2021, issupplimentat SG Nru 97 tad-19 ta’ Novembru 2021, emendat SG Nru 1 tal-04 ta’ Jannar 2022, emendat SG Nru 27 tal-05 ta’ April 2022.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/56


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1634

tas-16 ta’ Settembru 2022

dwar salvagwardji interni għall-indipendenza editorjali u t-trasparenza tas-sjieda fis-settur tal-midja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-servizzi tal-midja indipendenti jaqdu rwol uniku fis-suq intern. Dawn jirrappreżentaw settur li qed jinbidel malajr u importanti ekonomikament u fl-istess ħin jipprovdu aċċess għal pluralità ta’ fehmiet u sorsi affidabbli tal-informazzjoni liċ-ċittadini daqskemm lin-negozji, u għalhekk jaqdu l-funzjoni ta’ interess ġenerali ta’ “għassies pubbliku”.

(2)

Is-servizzi tal-midja jaqdu rwol kruċjali fis-soċjetajiet demokratiċi għax jipprovdu informazzjoni li hija ben pubbliku. Biex jaqdu dan ir-rwol soċjetali essenzjali u jirnexxu fis-suq, il-fornituri tas-servizzi tal-midja jeħtieġ ikunu jistgħu jipprovdu s-servizzi tagħhom b’mod liberu u indipendenti f’suq li jkun miftuħ u trasparenti, u li jippermetti pluralità ta’ atturi tal-midja u fehmiet.

(3)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandhom mhux biss il-protezzjoni permezz tar-regoli tal-Unjoni li jirregolaw is-suq intern iżda anki permezz tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) għax dawn huma importanti biex jitgawda d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. L-Artikolu 11 tal-Karta jipprevedi wkoll li l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja għandhom jiġu rispettati u li d-dritt għal-libertà tal-espressjoni jinkludi l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni mingħajr indħil minn awtorità pubblika u irrispettivament mill-fruntieri tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għas-servizzi tal-midja jħalli impatt dirett fuq l-istat tad-dritt u fuq id-demokrazija, li huma valuri fundamentali tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4)

It-telf ta’ dħul mir-reklamar fl-aħħar għaxar snin, b’mod partikolari minħabba ż-żieda fit-tqassim online tal-kontenut tal-midja u bidla fid-drawwiet tal-konsum, dgħajjef ir-riżorsi finanzjarji tas-settur tal-midja tradizzjonali b’mod li ntlaqtet is-sostenibbiltà tiegħu, u għaldaqstant il-kwalità u d-diversità tal-kontenut offrut. Din ix-xejra tindika kif is-suq qed jonqos milli jipprovdi redditi sostenibbli għall-aħbarijiet indipendenti u għall-ġurnaliżmu ta’ kwalità, li huma beni pubbliċi, u milli jgħin fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni.

(5)

Kif deskritt fil-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea (1), il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta’ inizjattivi biex tappoġġa l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. Adottat Rakkomandazzjoni biex fl-Unjoni Ewropea tiżgura l-protezzjoni, is-sikurezza u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti u ta’ professjonisti oħra fil-midja (2). Ippreżentat ukoll proposta għal Direttiva (3) u Rakkomandazzjoni (4) dwar il-protezzjoni tal-persuni involuti fil-parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti tal-qorti manifestament bla bażi jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”). Barra minn hekk, il-Kummissjoni implimentat diversi azzjonijiet biex tappoġġa l-irkupru u t-trasformazzjoni tas-settur tal-midja u awdjoviżiv, bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni għas-settur tal-midja u awdjoviżiv (5). Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib ukoll it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ biċċiet importanti ta’ leġiżlazzjoni għas-settur tal-midja, b’mod partikolari d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (6) u d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Awtur (7).

(6)

Il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva għal Regolament li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-midja fis-suq intern (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja). Dik il-proposta tipprevedi sensiela ta’ salvagwardji fil-liġi tal-Unjoni biex iħarsu l-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali fis-suq intern. Din ir-Rakkomandazzjoni qed tinhemeż mar-Regolament propost bħala għodda b’effett immedjat biex trawwem l-indipendenza editorjali u t-trasparenza tas-sjieda tal-midja.

(7)

Fl-istess ħin, b’mod kumplimentari għal-leġiżlazzjoni u kif enfasizzat fil-pjan ta’ azzjoni għad-demokrazija Ewropea, il-Kummissjoni kienet qed tappoġġa b’mod attiv inizjattivi awtoregolatorji mis-settur tal-midja stess. Din ir-Rakkomandazzjoni hija parti minn dawn l-isforzi.

(8)

L-industrija tal-midja għandha tradizzjoni twila ta’ awtoregolamentazzjoni u ħadet għadd ta’ inizjattivi f’dan il-qasam. Abbażi ta’ dawk l-inizjattivi u filwaqt li titqies id-diversità tat-tradizzjonijiet u l-approċċi legali fl-Istati Membri, jistgħu jiġu identifikati prattiki volontarji biex jitħaddmu mill-fornituri tas-servizzi tal-midja ħalli jtejbu r-reżiljenza tagħhom u jkunu jifilħu aktar il-pressjonijiet politiċi u ekonomiċi. Is-settur jista’ jinvolvi ruħu f’diskussjoni dwar dawn il-prattiki volontarji filwaqt li jħalli f’idejn il-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiddeċiedu liberament liema prattiki jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet partikolari u l-mudelli tan-negozju tagħhom, b’mod partikolari filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(9)

Iċ-ċittadini jeħtieġ ikunu jistgħu jafdaw l-informazzjoni li jirċievu biex jeżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħhom. Jeħtieġ ikollhom aċċess għal pluralità ta’ fehmiet u sorsi affidabbli tal-informazzjoni biex jifformaw l-opinjonijiet tagħhom u jikkontribwixxu għall-proċessi demokratiċi. L-aċċess għal informazzjoni affidabbli hu daqstant importanti biex in-negozji jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

(10)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja Ewropej qed ikunu soġġetti dejjem aktar għal interferenza mhux xierqa fid-deċiżjonijiet editorjali individwali, inkluż minn sidien privati u azzjonisti, b’effetti avversi fuq il-libertà editorjali, fuq il-kapaċità li jipprovdu aħbarijiet indipendenti u għalhekk fuq id-disponibbiltà ta’ informazzjoni affidabbli għall-udjenzi tal-midja. Il-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja tal-2022 juri riskju qawwi ta’ influwenza kummerċjali u tas-sidien mhux xierqa f’diversi Stati Membri (9). Fl-era diġitali, minħabba l-possibbiltà akbar ta’ aċċess faċli għall-informazzjoni pprovduta minn fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti fi Stati Membri oħra, hu essenzjali li fil-livell tal-UE jitrawmu prattiki tajba biex ikun żgurat li ċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni jirċievu kontenut indipendenti u divers tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti ħalli jifformaw il-fehmiet tagħhom u jagħmlu għażliet infurmati, b’mod li jikkontribwixxi għall-isfera pubblika fis-suq intern.

(11)

L-indipendenza editorjali tipproteġi lill-edituri u lill-ġurnalisti mill-kunflitti ta’ interess u tgħinhom jirreżistu l-indħil u l-pressjoni mhux xierqa. Għalhekk, din hija prerekwiżit għall-produzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni imparzjali u aspett essenzjali tal-libertà tal-midja. Din tippermetti l-forniment u l-wasla ta’ servizzi tal-midja indipendenti u pluralistiċi fost iċ-ċittadini u n-negozji fl-Unjoni kollha. Dawn huma partikolarment rilevanti għall-fornituri tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti, irrispettivament mill-format tiegħu (inkluż dokumentarji jew programmi magazin li jittrattaw dawn is-suġġetti). Għalhekk, ir-rakkomandazzjonijiet relatati mal-miżuri volontarji dwar l-indipendenza editorjali huma indirizzati lil dawk il-fornituri.

(12)

F’dan il-kuntest, xi fornituri tas-servizzi tal-midja diġà qed idaħħlu fis-seħħ miżuri, standards jew mekkaniżmi ta’ governanza korporattiva, bħal karti editorjali jew kodiċijiet jew kumitati ta’ etika biex iħarsu l-indipendenza editorjali. F’xi kmamar tal-aħbarijiet, il-ġurnalisti għandhom vuċi fl-għażla tal-kap editur tagħhom jew saħansitra fil-bidliet tas-sjieda tal-midja. F’ċerti kumpaniji tal-midja, il-ġurnalisti għandhom l-istatus ta’ azzjonisti, u jistgħu jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi u fil-qsim tal-gwadann ekonomiku. F’xi Stati Membri, uħud minn dawk il-miżuri korporattivi huma legalment meħtieġa għal tipi speċifiċi ta’ fornituri tas-servizzi tal-midja (10). Dawk u eżempji oħra ta’ salvagwardji għandhom ikunu għejun ta’ ispirazzjoni għall-miżuri volontarji u bażi għal diskussjonijiet kontinwi xprunati mill-partijiet ikkonċernati dwar kif tista’ tittejjeb il-protezzjoni tal-indipendenza editorjali.

(13)

Filwaqt li hu leġittimu li s-sidien tal-midja privata jagħżlu u jiddeċiedu d-direzzjoni editorjali fit-tul tagħhom, importanti jkun żgurat li fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum, l-edituri jkunu jistgħu jirrappurtaw l-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti b’mod indipendenti. Infatti, l-edituri għandhom isejsu d-deċiżjonijiet editorjali individwali fuq ir-riċerka u l-valutazzjoni ġurnalistika u fuq ir-rilevanza tal-informazzjoni għall-qarrejja; għandhom ikunu jistgħu jesprimu liberament ċerti fehmiet kritiċi mingħajr biża’ ta’ tpattija. Jeħtieġ jitħaddem approċċ bilanċjat immexxi mill-industrija, biex titrawwem l-indipendenza editorjali, filwaqt li jingħarfu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-sidien privati tal-fornituri tas-servizzi tal-midja mill-perspettiva kemm tal-libertà ta’ intrapriża u anki tal-libertà tal-espressjoni tagħhom stess.

(14)

L-awtoregolamentazzjoni tal-midja u l-istandards tal-etika ġurnalistika huma għodod effettivi li jsaħħu l-pożizzjoni tal-ġurnalisti u jgħinuhom jirreżistu l-pressjonijiet żejda, inkluż dawk ta’ natura politika u kummerċjali, u b’hekk isaħħu l-fiduċja tal-pubbliku fil-midja (11). Madankollu, hemm lok għal aktar titjib fl-applikazzjoni tal-istandards ġurnalistiċi madwar l-Unjoni. Il-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja tal-2022 jindika ċerti nuqqasijiet fl-implimentazzjoni effettiva tal-awtoregolamentazzjoni (12).

(15)

Barra minn hekk, kif identifikat fil-proġett iffinanzjat mill-Unjoni “Kunsilli tal-Midja fl-Era Diġitali”, il-kunsilli tal-midja jew tal-istampa joperaw biss fi ftit aktar minn nofs l-Istati Membri (13). F’dawk l-Istati Membri, dawn ivarjaw fid-daqs tagħhom, fl-ambitu tal-attivitajiet u fit-tip ta’ identità legali jew rikonoxximent skont il-liġi nazzjonali, u dan jaf jaffettwa r-rwol effettiv tagħhom. Iżda f’xi Stati Membri, għadhom ma ġewx stabbiliti kunsilli tal-midja jew tal-istampa, u r-rappreżentanti tal-komunità tal-midja mhumiex inċentivati jiżviluppawhom.

(16)

Din ir-Rakkomandazzjoni tipproponi ġabra mhux eżawrjenti u mhux kumulattiva ta’ miżuri u strateġiji volontarji għall-fornituri tas-servizzi tal-midja biex ikun żgurat il-proċess indipendenti tal-produzzjoni tal-kontenut tal-aħbarijiet. Il-miżuri rakkomandati jikkonċernaw elementi ewlenin ta’ dak il-proċess, li jibdew mill-kundizzjonijiet għall-ħolqien indipendenti tal-kontenut editorjali, b’tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti biex jieħdu sehem f’deċiżjonijiet kruċjali dwar il-funzjonament tal-kmamar tal-midja, għal strateġiji li jiżguraw l-istabbiltà fit-tul tal-produzzjoni tal-kontenut tal-aħbarijiet.

(17)

Xejn f’din ir-Rakkomandazzjoni, li bid-definizzjoni tagħha mhix vinkolanti, ma għandu jiġi interpretat li jaffettwa l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-suq intern jew il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, inkluż il-libertà tal-istampa, jew li jinterferixxi mal-libertà editorjali jew mal-libertà ta’ intrapriża. Is-salvagwardji interni bl-ebda mod ma għandhom ikunu jitqiesu li jċaħħdu lis-sidien tal-midja mir-rwol tagħhom fl-istabbiliment tal-għanijiet strateġiċi u fit-trawwim tat-tkabbir u tal-vijabbiltà finanzjarja tal-kumpaniji tagħhom. Barra minn hekk, għandu jiġi rikonoxxut ir-rwol ewlieni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u tal-ġurnalisti fl-iżvilupp tas-salvagwardji interni u tal-istrumenti awtoregolatorji.

(18)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija bbażata fuq skambji mal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari ma’ ġurnalisti, kumpaniji tal-midja u assoċjazzjonijiet tagħhom. Din hija msejsa fuq id-diskussjonijiet tal-Forum Ewropew dwar il-Midja tal-Aħbarijiet (14), b’mod partikolari matul it-tieni edizzjoni li saret fid-29 ta’ Novembru 2021 u li ddiskutiet it-trasformazzjoni industrijali tas-settur tal-midja u l-isfidi relatati (15). Tqis ukoll l-inizjattivi eżistenti tal-industrija, fosthom l-Inizjattiva Fiduċjarja tal-Ġurnaliżmu minn Reporters without Borders u s-sħab tagħha, li għandhom l-għan irawmu spazju ta’ informazzjoni aktar b’saħħtu bl-appoġġ tal-istandards tal-industrija.

(19)

Il-miżuri rakkomandati jibnu fuq inizjattivi li jittestjaw mudelli tan-negozju u kollaborazzjonijiet ġodda, bħal dawk iffinanzjati bl-azzjoni tas-sħubijiet tal-ġurnaliżmu appoġġata mill-programm Ewropa Kreattiva (16). Jibnu wkoll fuq l-iskemi ta’ appoġġ finanzjarju u l-prijoritajiet deskritti fil-Pjan ta’ Azzjoni għas-settur tal-midja u awdjoviżiv, bħala parti mill-isforzi fil-livell tal-UE li jappoġġaw ekosistema industrijali għall-midja tal-aħbarijiet. Barra minn hekk, ċerti fornituri tas-servizzi tal-midja bdew jużaw strutturi ta’ governanza fejn entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ, bħal trusts jew fondazzjonijiet, ikollhom il-kapital kollu tagħhom jew parti minnu u, xi drabi, ikollhom rwol importanti fil-ħatra tal-bordijiet tad-diriġenti u l-kapijiet edituri, li huma meqjusa li jħarsu l-indipendenza editorjali tal-fornitur fit-tul. Fost mekkaniżmi oħra ta’ governanza b’għanijiet simili hemm arranġamenti ta’ parteċipazzjoni azzjonarja ġurnalistika fejn il-membri tal-persunal editorjali jew il-korpi rappreżentattivi tagħhom jkollhom kontroll ta’ parti mill-ishma jew is-setgħa li jirrifjutaw l-involviment ta’ azzjonist kontrollanti ġdid li jista’ jaffettwa l-indipendenza editorjali. Abbażi ta’ dan, il-miżuri rakkomandati jirreferu għal approċċi possibbli li l-fornituri tas-servizzi tal-midja jistgħu jikkunsidraw biex iżidu s-sostenibbiltà tagħhom, u b’hekk ir-reżiljenza tagħhom għall-pressjonijiet politiċi u tas-suq, filwaqt li jagħrfu kif jibqgħu fl-aqwa pożizzjoni, bħala operaturi ekonomiċi, biex jiżviluppaw il-mudelli tan-negozju li jaqblu mal-objettivi u l-kapaċitajiet tagħhom, skont is-segmenti tas-suq li jimmiraw għalihom.

(20)

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan ukoll li tibqa’ tippromwovi t-trasparenza tas-sjieda tal-midja fl-Unjoni kollha. Bħalissa, l-istandards internazzjonali (17) u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-midja jħeġġu lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri speċifiċi għas-settur li jżidu t-trasparenza tas-sjieda tal-midja. B’mod partikolari, l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) jirrikonoxxi li l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi tal-midja fil-ġurisdizzjoni tagħhom jipprovdu informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tagħhom, inkluż informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji tagħhom, b’mod konsistenti mar-regoli ġenerali dwar it-trasparenza tas-sjieda benefiċjarja stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2018 dwar il-pluraliżmu tal-midja u t-trasparenza tas-sjieda tal-midja tappella lill-Istati Membri biex jistabbilixxu oqfsa għall-iżvelar ta’ informazzjoni preċiża u aġġornata dwar is-sjieda diretta u benefiċjarja tal-midja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tikkofinanzja l-iżvilupp tal-Monitoraġġ tas-Sjieda tal-Euromedia bil-għan li jfassal bażi tad-data li tista’ titfittex u skalabbli biex tipprovdi informazzjoni bla ħlas u faċli għall-utenti dwar is-sjieda tal-midja madwar l-Unjoni.

(21)

Miżuri li jsaħħu t-trasparenza tas-sjieda tal-midja fost il-pubbliku ġenerali jkunu importanti fid-dawl tan-natura speċifika tas-servizzi tal-midja bħala ben pubbliku (20). Billi l-midja għandha r-rwol li tirrapporta u żżomm l-interessi politiċi u ekonomiċi responsabbli għal għemilhom, it-trasparenza tas-sjieda tal-midja hija komponent essenzjali ta’ kull ekosistema li għandha l-għan li trawwem il-ġurnaliżmu investigattiv, id-diversità tal-midja u l-fiduċja tal-pubbliku fir-rapportar tal-midja. In-nuqqas ta’ informazzjoni dwar it-trasparenza speċifika tal-midja ssemma mill-partijiet ikkonċernati waqt il-konsultazzjonijiet li saru fil-kuntest tat-tħejjija ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(22)

Minn dan ta’ hawn fuq joħroġ fid-dieher li jixraq ikollna approċċ komprensiv għat-trasparenza tas-sjieda tal-midja. Dan kieku jippromwovi d-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar is-sjieda tal-midja (jew l-eżerċitar tagħha) mill-gvern, istituzzjoni tal-istat, intrapriża tal-istat jew xi korp pubbliku ieħor, dwar l-interessi, ir-rabtiet jew l-attivitajiet tas-sidien f’negozji oħra tal-midja jew mhux tal-midja, kif ukoll kwalunkwe interess ieħor li jista’ jinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet strateġiċi tal-kumpanija tal-midja jew il-linja editorjali tagħha. Jixraq ukoll tiġi rakkomandata l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar kwalunkwe bidla fis-sjieda jew fil-kontroll fuq il-midja, li tirrifletti l-importanza ta’ informazzjoni aġġornata dwar l-istruttura tas-sjieda għar-riċevituri tas-servizz. L-approċċ rakkomandat għandu jiġi aġġustat skont it-tip ta’ kamra tal-midja u n-natura tas-sjieda tagħha. B’mod partikolari, fil-każ tal-kmamar tal-midja li jkunu proprjetà tal-ġurnalisti, għandha tkun disponibbli biss informazzjoni dwar is-sidien bi rwol fit-tmexxija, pereżempju, il-membri tal-bord tad-diretturi.

(23)

Għaldaqstant, din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tippromwovi livelli għoljin ta’ trasparenza tas-sjieda tal-midja fl-Unjoni kollha permezz ta’ azzjonijiet volontarji li jistgħu jieħdu direttament il-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-regoli orizzontali fil-livell tal-Unjoni dwar it-trasparenza tas-sjieda skont id-Direttiva (UE) 2015/849 u r-regoli tal-iżvelar għall-kumpaniji skont id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), kif ukoll is-sistemi eżistenti fil-livell tal-Unjoni ta’ interkonnessjoni tar-reġistri.

(24)

Biex trawwem is-segwitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni se tiffaċilita djalogu regolari mal-Istati Membri u mar-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u mal-ġurnalisti fil-fora rilevanti, b’mod partikolari l-Forum Ewropew dwar il-Midja tal-Aħbarijiet. Il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib l-azzjonijiet li jieħdu l-Istati Membri u l-miżuri rilevanti li jieħdu l-fornituri tas-servizzi tal-midja skont ir-Rakkomandazzjoni. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiġu mistiedna jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni li raġonevolment jistgħu jkunu mistennija jipprovdu, ħalli l-Kummissjoni tkun tista’ ssegwi l-konformità mal-partijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni indirizzata lilhom. Is-sejbiet tal-monitoraġġ jistgħu jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet immexxija mill-partijiet ikkonċernati,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

TAQSIMA I

Skop tar-Rakkomandazzjoni

(1)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli eżistenti u futuri tal-Unjoni, din ir-Rakkomandazzjoni:

(a)

tipproponi ġabra mhux eżawrjenti ta’ miżuri volontarji lill-fornituri tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti li potenzjalment jistgħu jiġu adottati minnhom biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali tagħhom;

(b)

tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-midja u lill-Istati Membri jieħdu azzjonijiet li jippromwovu t-trasparenza tas-sjieda tal-midja fis-suq intern.

TAQSIMA II

Salvagwardji interni għall-indipendenza editorjali

(2)

Meta jieħdu l-miżuri biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali, il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jikkunsidraw il-ġabra ta’ hawn taħt.

(3)

Din il-ġabra hija għajn ta’ ispirazzjoni għall-fornituri tas-servizzi tal-midja. L-għażla potenzjali tas-salvagwardji għandha titmexxa mill-prattikabbiltà u mill-proporzjonalità tagħhom, filwaqt li jitqiesu d-daqs tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u n-natura tas-servizzi tal-midja pprovduti.

(4)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin ukoll jaderixxu ma’ skemi awtoregolatorji u inizjattivi ġurnalistiċi u tal-industrija tal-midja li jippromwovu standards editorjali u standards ta’ ġurnaliżmu affidabbli u etiku.

Salvagwardji li jiżguraw l-indipendenza u l-integrità tal-edituri

(5)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jistabbilixxu regoli interni biex iħarsu l-integrità editorjali u l-indipendenza minn interessi politiċi u kummerċjali mhux xierqa li jistgħu jaffettwaw xi deċiżjonijiet editorjali partikolari. Meta jkunu jeżistu regoli interni bħal dawn, hu mħeġġeġ li dawn jiġu rikonoxxuti u approvati għalkollox mis-sidien u d-diriġenti tal-kumpanija tal-midja.

(6)

Dawn ir-regoli interni jistgħu jinġabru f’karti, kodiċijiet jew linji gwida editorjali u dokumenti oħra ta’ politiki, li l-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jippubblikaw u jagħmluhom aċċessibbli, kemm jista’ jkun possibbli, anki għall-persuni b’diżabbiltà, fuq is-siti web tagħhom.

Integrità editorjali

(7)

Ir-regoli interni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja msemmija fil-punt 5 jistgħu jkopru l-aspetti li ġejjin:

(a)

regoli li jiżguraw l-integrità tal-kontenut editorjali (dwar il-produzzjoni tal-kontenut), inkluż pereżempju dikjarazzjoni tal-missjoni editorjali, politiki li jrawmu kompożizzjoni diversa u inklużiva tal-kmamar tal-aħbarijiet, jew politiki dwar l-użu responsabbli tas-sorsi;

(b)

regoli mmirati li jipprevjenu jew jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess, inkluż b’mod partikolari rekwiżiti biex il-pubbliku jiġi infurmat dwar kwalunkwe rabta kummerċjali jew professjonali bejn is-sidien jew l-entitajiet fl-istruttura tas-sjieda ta’ xi fornitur tas-servizzi tal-midja partikolari u entitajiet jew individwi msemmija fil-kontenut editorjali tiegħu, jew li għandhom xi sehem fihom;

(c)

politiki dwar il-korrezzjonijiet, inkluż il-mekkaniżmi tal-ilmenti;

(d)

regoli li jiżguraw is-separazzjoni bejn l-attivitajiet kummerċjali u editorjali, inkluż pereżempju rekwiżiti li jiżguraw li l-kontenut editorjali jkun separat u distingwibbli b’mod ċar mill-kontenut tar-reklamar u promozzjonali.

Indipendenza editorjali

(8)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jistabbilixxu mekkaniżmi biex il-membri tal-persunal editorjali jkunu jistgħu jħarsu l-indipendenza editorjali tagħhom minn kwalunkwe forma ta’ interferenza mhux xierqa. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu:

(a)

bħala kumpliment għall-obbligi stabbiliti fir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), proċeduri li joħorġu fid-dieher kwalunkwe pressjoni li jaf ikunu esposti għaliha; jistgħu jipprovdu alternattivi għal sinjalar anonimu jew kunfidenzjali ta’ każijiet ta’ pressjoni;

(b)

dritt ta’ oppożizzjoni biex il-membri tal-persunal editorjali jkunu jistgħu jirrifjutaw li jiffirmaw artikli jew kontenut editorjali ieħor li jkunu ġew modifikati mingħajr l-għarfien tagħhom jew kontra r-rieda tagħhom;

(c)

klawżoli ta’ kuxjenza li jipproteġu minn sanzjonijiet dixxiplinari jew tkeċċijiet arbitrarji tal-membri tal-persunal editorjali li jirrifjutaw assenjamenti li jidhrilhom li jiksru l-istandards professjonali;

(d)

mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-liġi tax-xogħol jew f’regoli protettivi oħra, id-dritt tal-membri tal-persunal editorjali li jemmnu li bidla fis-sjieda tal-fornitur tas-servizzi tal-midja tista’ taffettwa l-integrità editorjali u l-indipendenza tagħhom li jitilqu minn ma’ dak il-fornitur u li jżommu l-benefiċċji kollha li japplikaw b’rabta mal-ħin imqatta’ fil-kamra tal-midja.

Korpi jew strutturi interni

(9)

Biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politiki jew tar-regoli interni dwar l-integrità editorjali u l-indipendenza, il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jistabbilixxu korpi jew strutturi indipendenti interni xierqa li jistgħu jinkludu:

(a)

kumitati tal-etika jew superviżorji, inkarigati mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni korretta ta’ karti, kodiċijiet jew linji gwida editorjali u dokumenti oħra ta’ politiki adottati mill-fornitur tas-servizzi tal-midja, u ombudspersons responsabbli biex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-integrità editorjali. Dawk il-korpi jistgħu jirċievu lmenti dwar ksur possibbli tal-politiki u r-regoli, u jippruvaw jindirizzawhom pereżempju permezz tal-medjazzjoni;

(b)

kunsilli tal-kmamar tal-aħbarijiet, bordijiet editorjali, jew korpi oħra li jiffunzjonaw bħala gruppi ta’ rappreżentanza professjonali tal-persunal editorjali fil-midja u bħala punti ta’ kuntatt u djalogu bejn id-diriġenti u l-ġurnalisti u professjonisti oħra tal-midja. Il-membri tagħhom jistgħu jiġu eletti mill-ġurnalisti u minn professjonisti oħra tal-midja fil-fornitur tas-servizzi tal-midja. B’mod partikolari, dawn jistgħu jistinkaw biex jiżguraw li d-drittijiet stabbiliti f’karti, kodiċijiet jew linji gwida editorjali u dokumenti oħra ta’ politiki adottati mill-fornitur jitgawdew b’mod effettiv mill-ġurnalisti u minn professjonisti oħra tal-midja. Jistgħu jistinkaw ukoll biex jiżguraw il-konformità mal-prinċipji etiċi;

(c)

diretturi ġurnalistiċi, maħtura fil-kumitati eżekuttivi u responsabbli biex jiżguraw li l-politiki tal-fornitur tas-servizzi tal-midja tkun tirrispetta l-prinċipji tal-ġurnaliżmu indipendenti u l-libertà tal-istampa;

(d)

bordijiet responsabbli għall-ħatra tal-kap editur u għall-protezzjoni tal-awtonomija u l-indipendenza tiegħu jew tagħha;

(e)

kumitati ta’ konsultazzjoni jew medjazzjoni, magħmula minn rappreżentanti tal-persunal editorjali u tad-diriġenti jew tas-sidien, biex isolvu kunflitti bejn il-membri tal-persunal editorjali u d-diriġenti jew is-sidien.

(10)

Ir-regoli li jirregolaw il-funzjonament ta’ dawk il-korpi u l-istrutturi, meta jeżistu, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom, għandhom, sa fejn ikun xieraq, ikunu pubbliċi u aċċessibbli, kemm jista’ jkun possibbli, anki għall-persuni b’diżabbiltà.

Salvagwardji li jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-ġurnalisti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji tal-midja

(11)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin irawmu l-involviment tal-membri tal-persunal editorjali jew tal-korpi rappreżentattivi tagħhom fil-proċessi ta’ governanza u tad-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan l-involviment jista’ jieħu l-forma ta’ drittijiet tal-informazzjoni, drittijiet tal-konsultazzjoni, drittijiet tal-parteċipazzjoni, jew kombinament tagħhom; dan ma għandux jaffettwa l-Artikolu 16 tal-Karta.

(12)

Id-drittijiet tal-informazzjoni jistgħu jiġu previsti b’mod partikolari fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta s-sidien jew id-diriġenti tal-fornitur tas-servizzi tal-midja jiddeċiedu li jibdlu l-kap editur;

(b)

meta tinbidel il-kompożizzjoni tal-bord tad-diriġenti;

(c)

meta jsiru bidliet kbar li jikkonċernaw il-forma legali jew is-sjieda tal-fornitur tas-servizzi tal-midja, proċeduri ta’ likwidazzjoni jew bidliet strutturali oħra.

(13)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jiżguraw li l-membri tal-persunal editorjali jew il-korpi rappreżentattivi tagħhom jiġu kkonsultati dwar il-ħatra tal-kap editur. Id-diriġenti u l-persunal editorjali huma mħeġġin jaqblu dwar il-proċedura ta’ konsultazzjoni applikabbli.

(14)

Meta kompatibbli mar-regoli nazzjonali applikabbli konformi mal-liġi tal-Unjoni, il-membri tal-persunal editorjali jistgħu jingħataw il-possibbiltà li jieħdu sehem fit-tmexxija tal-fornitur tas-servizzi tal-midja billi jeleġġu rappreżentant wieħed jew aktar fil-bord tad-diriġenti.

Salvagwardji li jtejbu s-sostenibbiltà tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-investiment fit-tul fil-produzzjoni tal-kontenut

(15)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jippromwovu l-qsim tal-għarfien u jiskambjaw l-aqwa prattiki fil-fora rilevanti biex jiżviluppaw strateġiji li jżidu s-sostenibbiltà u r-reżiljenza fit-tul tagħhom. Il-Kummissjoni se tiffaċilita djalogu bħal dan fil-Forum Ewropew dwar il-Midja tal-Aħbarijiet.

(16)

Id-diskussjonijiet sa issa indikaw li jistgħu jiġu esplorati azzjonijiet innovattivi rilevanti f’diversi oqsma, inkluż:

(a)

mudelli tan-negozju li jippermettu adattament effettiv għal drawwiet ġodda tal-konsum, inkluż skemi b’abbonament, skemi skont il-qarrejja, finanzjament kollettiv jew strateġiji ġodda oħra ta’ monetizzazzjoni li rnexxielhom iżidu d-dħul;

(b)

soluzzjonijiet teknoloġiċi strumentali li jixprunaw l-involviment, inkluż algoritmi trasparenti użati biex itejbu r-rakkomandazzjonijiet tal-kontenut u jadattaw il-paywalls;

(c)

approċċi mmirati biex iżommu u jżidu l-udjenzi, b’mod partikolari billi jiġu proposti formati ġodda, jinħolqu għodod għas-smigħ tal-udjenzi u t-tiswir tal-komunitajiet, u li jużaw id-data biex jinftiehmu aħjar il-preferenzi u l-imġiba tal-udjenza, li min-naħa tagħhom jippermettu strateġiji ta’ mmirar u diversifikazzjoni;

(d)

strutturi ta’ governanza korporattiva, inkluż trusts jew fondazzjonijiet, arranġamenti ta’ parteċipazzjoni azzjonarja ġurnalistika, assoċjazzjonijiet tal-ġurnalisti jew tal-qarrejja jew xi struttura oħra li tista’ tgħin fit-trawwim tar-reżiljenza tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. F’dan il-kuntest, l-użu ta’ dawn l-istrutturi jew il-mekkaniżmi jista’ jitqies ta’ ġid għall-preservazzjoni tal-indipendenza editorjali u għall-promozzjoni tal-ġurnaliżmu ta’ kwalità;

(e)

strateġiji jew impenji li jinvestu mill-ġdid id-dħul jew il-profitti ġġenerati, ħalli jissaħħu l-investiment fit-tul fil-kontenut tal-midja, id-diġitalizzazzjoni u l-ġurnaliżmu indipendenti, fid-dawl tal-ħtieġa dejjem akbar li dawn jimxu paripassu mal-innovazzjonijiet fl-ekonomija tal-attenzjoni.

(17)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin joħolqu politiki li jiżguraw it-trasparenza u l-użu ġust tad-donazzjonijiet. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, l-iżvelar tad-donaturi li jagħmlu donazzjonijiet iżjed minn ċertu livell limitu jew regoli dwar donazzjonijiet mingħand persuni jew entitajiet li d-donazzjoni tagħhom tista’ xxekkel l-indipendenza editorjali.

(18)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin ukoll jesploraw possibbiltajiet għal kooperazzjoni strutturali, inkluż bejn il-fruntieri, biex jaħtfu l-opportunitajiet li joffri s-suq intern fil-livell Ewropew u jilħqu aktar udjenzi. Bl-istess mod, il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jesploraw sħubijiet strutturati, pereżempju mmirati biex jakkumulaw u jisfruttaw id-data u biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-innovazzjoni tagħhom.

(19)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jippromwovu opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonali għall-ġurnalisti tagħhom u professjonisti oħra tal-midja, inkluż it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet. Dan jista’ jsir b’kooperazzjoni ma’ korpi awtoregolatorji tal-midja, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet professjonali, kif ukoll istituzzjonijiet edukattivi.

TAQSIMA III

Trasparenza tas-sjieda tal-midja

(20)

Il-fornituri tas-servizzi tal-midja huma mħeġġin jiżguraw li l-pubbliku jkollu aċċess faċli u dirett għal informazzjoni dettaljata, komprensiva u aġġornata dwar is-sjieda tagħhom, inkluż, sa fejn ikun possibbli, għall-persuni b’diżabbiltà. B’mod partikolari, hu rakkomandat li l-fornituri tas-servizzi tal-midja jiżguraw aċċess għall-informazzjoni relatata ma’:

(a)

jekk u kemm is-sjieda diretta jew benefiċjarja tagħhom hija miżmuma mill-gvern, istituzzjoni tal-istat, intrapriża b’sjieda tal-istat jew korp pubbliku ieħor;

(b)

l-interessi, ir-rabtiet jew l-attivitajiet tas-sidien tagħhom f’negozji oħra tal-midja jew mhux tal-midja;

(c)

kwalunkwe interess ieħor li jista’ jinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet strateġiċi tagħhom jew il-linja editorjali tagħhom;

(d)

kwalunkwe bidla fl-arranġamenti tas-sjieda jew tal-kontroll tagħhom.

(21)

L-Istati Membri huma mħeġġin jieħdu azzjoni biex jimplimentaw b’mod effettiv ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2018)1 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-pluraliżmu tal-midja u t-trasparenza tas-sjieda tal-midja. B’mod partikolari, l-Istati Membri huma mħeġġin jafdaw lil awtorità jew korp regolatorju nazzjonali rilevanti bl-iżvilupp u biż-żamma ta’ bażi tad-data apposta dwar is-sjieda tal-midja online, li jkollha data diżaggregata dwar tipi differenti ta’ midja, inkluż fil-livelli reġjonali u/jew lokali, li għaliha l-pubbliku jkollu aċċess faċli, rapidu u effettiv mingħajr ħlas, u li tipproduċi rapporti regolari dwar is-sjieda tas-servizzi tal-midja fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru partikolari.

(22)

L-Istati Membri u l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali tagħhom huma mħeġġin jorganizzaw skambji regolari tal-aqwa prattiki fil-qasam tat-trasparenza tas-sjieda tal-midja. B’mod partikolari, dawn l-iskambji jenħtieġ li jiffokaw fuq l-identifikazzjoni u l-promozzjoni tal-aktar miżuri jew għodod effettivi li jżidu t-trasparenza tas-sjieda tal-midja u jtejbu l-kooperazzjoni amministrattiva f’dan il-qasam.

TAQSIMA IV

Monitoraġġ u dispożizzjonijiet finali

(23)

Biex jippermettu l-monitoraġġ tal-miżuri u l-azzjonijiet meħuda bħala segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri — 18-il xahar wara l-adozzjoni tagħha u sussegwentement meta jintalbu — jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti kollha lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri u l-azzjonijiet speċifikati fit-Taqsima III.

(24)

Il-Kummissjoni se jkollha diskussjonijiet dwar il-miżuri u l-azzjonijiet meħuda biex issegwi din ir-Rakkomandazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari mar-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u tal-ġurnalisti, fil-fora rilevanti, b’mod partikolari fil-Forum Ewropew dwar il-Midja tal-Aħbarijiet.

(25)

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni se tikkunsidra li tadotta Rakkomandazzjoni ġdida li tieħu post din ir-Rakkomandazzjoni u li tkun tqis l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja, kif adottat mill-koleġiżlaturi, u diskussjonijiet mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati. Biex ikun evitat kull dubju, fil-każ ta’ xi trikkib bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u r-Regolament li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-midja fis-suq intern (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja), kif adottat finalment mill-koleġiżlaturi, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din ir-Rakkomandazzjoni ma jibqgħux japplikaw meta d-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament isiru applikabbli.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti fl-Unjoni u, fir-rigward tal-azzjonijiet speċifikati fit-Taqsima III, lill-Istati Membri wkoll.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Thierry BRETON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-pjan ta’ azzjoni għad-Demokrazija Ewropea (COM/2020/790 final).

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1534 tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar l-iżgurar tal-protezzjoni, tas-sikurezza u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti u ta’ professjonisti oħra fil-media fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 331, 20.9.2021, p. 8).

(3)  Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (COM(2022) 177 final).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/758 tas-27 ta’ April 2022 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti tal-qorti manifestament bla bażi jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (ĠU L 138, 17.5.2022, p. 30).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Midja tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni li jappoġġa l-Irkupru u t-Trasformazzjoni (COM/2020/784 final).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92).

(8)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(9)  Ir-rapport sħiħ tal-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja tal-2022, p. 67.

(10)  Ngħidu aħna fi Franza, il-Liġi Nru 2016-1524 (l-hekk imsejħa “Loi Bloche”), u fil-Portugall, il-Liġi Nru 1/99 tat-13 ta’ Jannar.

(11)  Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2018)1 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-pluraliżmu tal-midja u t-trasparenza tas-sjieda tal-midja.

(12)  Ir-rapport sħiħ tal-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja tal-2022, p. 82.

(13)  R.A. Harder and P. Knapen, Media Councils in the Digital Age: An inquiry into the practices of media self-regulatory bodies in the media landscape today, vzw Vereniging van de Raad voor de Journalistiek, Brussell, 2021.

(14)  Il-Forum Ewropew dwar il-Midja tal-Aħbarijiet ħolqitu l-Kummissjoni fl-ambitu tal-Pjan ta’ Azzjoni għas-settur tal-midja u awdjoviżiv biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet relatati mal-midja.

(15)  Ara r-reġistrazzjonijiet u s-sommarju tal-avveniment: https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/library/european-news-media-forum-industrial-transformation-glance

(16)  Ir-Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 34).

(17)  Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2018)1 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-pluraliżmu tal-midja u t-trasparenza tas-sjieda tal-midja.

(18)  Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(19)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(20)  Ara l-Kunsill tal-Ewropa: “it-trasparenza tas-sjieda tal-midja tista’ ttejjeb l-effettività tal-pluraliżmu tal-midja billi toħloq sensibilizzazzjoni dwar l-istrutturi tas-sjieda wara l-midja — li jistgħu jinfluwenzaw il-politiki editorjali — fost il-pubbliku u tal-awtoritajiet regolatorji”, il-preambolu tar-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2018)1 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-pluraliżmu tal-midja u t-trasparenza tas-sjieda tal-midja. Ara wkoll l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew: “It-trasparenza tas-sjieda tal-midja tista’ toħloq u tippromwovi l-fiduċja li din is-setgħa mhux se tiġi abbużata għall-avvanz subversibbli tal-interessi politiċi, ekonomiċi u soċjetali tas-sidien rispettivi, iżda minflok se tintuża biex tippromwovi l-ġid komuni, jiġifieri, biex isiru verifiki tal-fatti relatati mal-midja”, ara M. Cappello (ed.), Transparency of media ownership, IRIS Special, l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew, Strasburgu, 2021.

(21)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

(22)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/66


DEĊIŻJONI Nru 1/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ŻVIZZERA

tas-6 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Iskedi III u IV tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, kif emendat [2022/1635]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 (1), kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (2), minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 2 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 5(2) tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera, bħala Partijiet Kontraenti, ipprovdew lill-Kumitat Konġunt il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-2021 tal-materja prima kollha li għaliha ġew applikati miżuri ta’ kumpens għall-prezzijiet. Minn dawk il-prezzijiet jirriżulta li s-sitwazzjoni reali tal-prezzijiet fir-rigward ta’ dik il-materja prima fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti nbidlet.

(2)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu aġġornati l-prezzijiet domestiċi ta’ referenza u d-differenzi fil-prezzijiet għall-materja prima agrikola elenkata fl-Iskeda III tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, kif ukoll li jiġu adattati l-ammonti bażiċi tal-materja prima agrikola elenkata fl-Iskeda IV ta’ dak il-Protokoll,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Iskeda III hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

fl-Iskeda IV, il-punt (b) huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2022.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

p.p. Rita ADAM

Kap tal-Missjoni


(1)  ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.


ANNESS I

“TABELLA III

Prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-Iżvizzera u tal-UE

Materja prima agrikola

Prezz domestiku ta’ referenza tal-Iżvizzera

Prezz domestiku ta’ referenza tal-UE

L-Artikolu 4(1)

Applikat fl-Iżvizzera, Differenza fil-prezz ta’ referenza tal-Iżvizzera/tal-UE

L-Artikolu 3(3)

Applikat fl-UE, Differenza fil-prezz ta’ referenza tal-Iżvizzera/tal-UE

CHF għal kull 100 kg netti

CHF għal kull 100 kg netti

CHF għal kull 100 kg netti

EUR għal kull 100 kg netti

Qamħ komuni

51,80

23,54

28,25

0,00

Qamħ durum

1,20

0,00

Segala

42,80

18,50

24,30

0,00

Xgħir

Qamħirrum

Dqiq tal-qamħ komuni

91,60

46,68

44,90

0,00

Trab tal-ħalib sħiħ

629,60

323,59

306,00

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

420,10

260,22

159,90

0,00

Butir

1 128,35

409,97

718,40

0,00

Zokkor abjad

Bajd

38,00

0,00

Patata Friska

40,05

17,05

23,00

0,00

Xaħam veġetali

170,00

0,00 ”.


ANNESS II

“(b)

Ammonti bażiċi għall-materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima agrikola

Ammont bażiku applikat fl-Iżvizzera

Art 3(2)

Ammont bażiku applikat fl-UE

Art 4(2)

CHF għal kull 100 kg netti

EUR għal kull 100 kg netti

Qamħ komuni

23,00

0,00

Qamħ durum

1,00

0,00

Segala

19,80

0,00

Xgħir

Qamħirrum

Dqiq tal-qamħ komuni

36,60

0,00

Trab tal-ħalib sħiħ

248,45

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

130,30

0,00

Butir

570,15

0,00

Zokkor abjad

Bajd

30,95

0,00

Patata Friska

18,20

0,00

Xaħam veġetali

138,55

0,00 ”.


Rettifika

22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/70


Rettifika tar-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tat-30 ta' Ġunju 2022 )

Fil-paġna 27, Artikolu 1, il-punt (2) tal-Artikolu ġdid 6d(1)(b),

minflok:

“(b)

mill-2023: kif stabbilit skont l-Artikolu 6a(4).”,

aqra:

“(b)

mill-2023: kif stabbilit skont l-Artikolu 6a(7).”.


22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/71


Rettifika tad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 84 tal-20 ta' Marzu 2014 )

Fil-paġna 82, fl-Artikolu 3(b)(ii),

minflok:

“(ii)

tkun organizzata fuq bażi mingħajr skop ta’ qligħ”,

aqra:

“(ii)

tkun organizzata fuq bażi ta' skop ta’ qligħ”.