ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 240

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
16 ta' Settembru 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess għall-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

1

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1531 tal-15 ta’ Settembru 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi ( 1 )

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1532 tal-24 ta’ Jannar 2022 li taħtar membru propost mill-Ungerija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

9

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/1


Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess għall-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess għall-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2019 (1), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2022, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tiegħu, wara li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tlestew fit-28 ta’ April 2022.


(1)  ĠU L 32, 4.2.2020, p. 3.


16.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/2


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, iffirmat fi Brussell fl-24 ta’ Ottubru 2019 (1), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2022, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tiegħu, wara li l-proċeduri għad-dħul fis-seħħ tlestew fid-9 ta’ Awwissu 2022.


(1)  ĠU L 64, 3.3.2020, p. 3.


REGOLAMENTI

16.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1531

tal-15 ta’ Settembru 2022

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika mwettqa mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Is-sustanzi huma kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, sustanzi CMR tal-kategorija 1B jew sustanzi CMR tal-kategorija 2 skont il-livell tal-evidenza tal-proprjetajiet CMR tagħhom.

(2)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jipprevedi li għandu jiġi pprojbit li s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, tal-kategorija 1B jew tal-kategorija 2 tal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (sustanzi CMR) jintużaw fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, sustanza CMR tista’ tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(3)

Sabiex tiġi implimentata b’mod uniformi l-projbizzjoni tas-sustanzi CMR fis-suq intern, ħalli tkun żgurata ċ-ċertezza legali, b’mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li s-sustanzi CMR kollha jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, jitħassru mil-listi ta’ sustanzi ristretti jew awtorizzati fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, jenħtieġ li l-listi ta’ sustanzi ristretti jew permessi fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq.

(4)

Dan ir-Regolament ikopri s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategoriji 1 A, 1B jew 2 mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/849 (3), li se jibda japplika mis-17 ta’ Diċembru 2022.

(5)

Fir-rigward tas-sustanza “metil 2-idrossibenżoat” (Nru CAS 119-36-8), bl-isem “Saliċilat tal-Metil” tan-Nomenklatura Internazzjonali tal-Kożmetiċi tal-Ingredjent (INCI), li ġiet ikklassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 (Tossika għar-Riproduzzjoni), fil-25 ta’ Mejju 2021 tressqet talba għall-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 rigward l-użu ta’ dik is-sustanza bħala ingredjent tal-fwieħa f’diversi prodotti kożmetiċi.

(6)

Is-Saliċilat tal-Metil jintuża bħala ingredjent tal-fwieħa, aġent aromatizzanti u aġent li jtaffi f’diversi prodotti kożmetiċi u bħalissa mhuwiex elenkat fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(7)

F’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, sustanzi CMR tal-kategorija 2 jistgħu jintużaw fil-prodotti kożmetiċi meta s-sustanza tkun ġiet evalwata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) u jkun instab li l-użu tagħha f’prodotti bħal dawn huwa sikur.

(8)

Fl-opinjoni tiegħu tas-26-27 ta’ Ottubru 2021, l-SCCS ikkonkluda (4) li l-Methyl Salicylate jista’ jitqies sikur bħala ingredjent fil-prodotti kożmetiċi sal-konċentrazzjonijiet massimi pprovduti mill-applikant. Fid-dawl tal-klassifikazzjoni tal-Methyl Salicylate bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 u l-opinjoni tal-SCCS fil-verżjoni finali tagħha, jenħtieġ li l-Methyl Salicylate jiżdied mal-lista ta’ sustanzi ristretti fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(9)

Għajr it-talba għal-Saliċilat tal-Metil, ma tressqitx talba oħra biex issir eċċezzjoni ħalli xi sustanza oħra kklassifikata bħala sustanza CMR, tintuża fil-prodotti kożmetiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bir-Regolament Delegat (UE) 2021/849. Għaldaqstant, is-sustanzi CMR li mhumiex diġà elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista f’dak l-Anness tas-sustanzi ipprojbiti fil-prodotti kożmetiċi.

(10)

Permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1182 (5) is-sustanza N-(idrossimetil)gliċinat tas-sodju (Nru CAS 70161-44-3) ġiet ikklassifikata bħala karċinoġenika tal-kategorija 1B u mutaġenika tal-kategorija 2. Min-noti 8 u 9 ta’ din il-klassifikazzjoni jirriżulta li din tapplika biss jekk ma jistax jintwera li l-konċentrazzjoni teoretika massima ta’ formaldeid rilaxxabbli, irrispettivament mis-sors, fit-taħlita kif imqiegħda fis-suq hija inqas minn 0,1 %. Fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1902 (6), l-“N-(idrossimetil)gliċinat tas-sodju” ġie miżjud bi żball bħala l-entrata 1669 fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, minkejja l-fatt li kien diġà elenkat fl-entrata 51 tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament taħt l-isem kimiku/INN “Idrossimetilammino aċetat tas-sodju” bħala preservattiv permess fil-prodotti kożmetiċi taħt ċerti kundizzjonijiet. Is-sustanza jenħtieġ li tiġi elenkata kemm fl-Anness II kif ukoll fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u għalhekk l-entrata 1669 jenħtieġ li titħassar mill-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Il-kundizzjoni addizzjonali li ġiet introdotta fil-kolonna h tal-entrata 51 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 bir-Regolament (UE) 2021/1902 dwar il-konċentrazzjoni teoretika massima ta’ formaldeid bi żball ingħatat formulazzjoni kemxejn differenti mill-kundizzjoni stabbilita fin-noti 8 u 9 għall-klassifikazzjoni CMR tas- “N-(idrossimetil)gliċinat tas-sodju”. Sabiex tiġi riflessa b’mod korrett il-projbizzjoni ta’ dik is-sustanza fil-prodotti kożmetiċi abbażi tal-klassifikazzjoni CMR, il-formulazzjoni tal-kundizzjonijiet jenħtieġ li jkun allinjat u l-entrata 51 jenħtieġ li tiġi adattata skont dan.

(12)

L-entrata 51 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 fiha wkoll żball fil-kolonna b fir-rigward tal-isem kimiku tas-sustanza. L-isem korrett tas-sustanza huwa “N-(idrossimetil) gliċinat tas-sodju”, kif imsemmi fir-Regolament Delegat (UE) 2020/1182.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(14)

L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 li huma bbażati fuq il-klassifikazzjonijiet tas-sustanzi rilevanti bħala sustanzi CMR permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2021/849 jenħtieġ li japplikaw mill-istess data ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma ikkoreġuti f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika mis-17 ta’ Diċembru 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/849 tal-11 ta’ Marzu 2021 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet (ĠU L 188, 28.5.2021, p. 27).

(4)  SCCS (Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinjoni dwar l-methyl salicylate (methyl 2-hydroxybenzoate), verżjoni preliminari tal-24-25 ta’ Ġunju, verżjoni finali tas-26-27 ta’ Ottubru 2021, SCCS/1633/21.

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1182 tad-19 ta’ Mejju 2020 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet (ĠU L 261, 11.8.2020, p. 2).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1902 tad-29 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi (ĠU L 387, 3.11.2021, p. 120).


ANNESS I

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

A

b

c

d

“1681

Tetrafluworoetilen

116-14-3

204-126-9

1682

6,6’-di-tert-butojl-2,2’-metilenedi-p-kresul;[DBMC]

119-47-1

204-327-1

1683

(5-kloro-2-metossi-4-metil-3-piridil)(4,5,6-trimethossi-o-tolil)metanon; piriofenon

688046-61-9

692-456-8

1684

(RS)-1-{1-etil-4-[4-mesil-3-(2-metilossietilossi)-o-toluwjl]pirażol-5-ilossi}etil metil karbonat; tolpiralat

1101132-67-5

701-225-3

1685

Ażametijofos (ISO); S-[(6-kloro-2-ossoossażolo[4,5-b]piridin-3(2H)-yl)metil] O,O-dimetil tijofosfat

35575-96-3

252-626-0

1686

3-metilpirażol

1453-58-3

215-925-7

1687

N-metossi-N-[1-metil-2-(2,4,6-triklorofenil)-etil]-3-(difluworometil)-1-metilpirażol-4-karbossammid; pidiflumetofen

1228284-64-7

817-852-1

1688

N-{2-[[1,1’-bi(ċiklopropil)]-2-il]fenil}-3-(difluworometil)-1-metil-1H-pirażol-4-karbossammid; sedaksan

874967-67-6

688-331-2

1689

4-metilpentan-2-on; isobutil metil keton (MIBK)

108-10-1

203-550-1

1690

Dimetomorf (ISO); (E,Z)-4-(3-(4-klorofenil)-3-(3,4-dimetossifenil)akrilojl)morfolina

110488-70-5

404-200-2

1691

Imażammoss (ISO); aċidu (RS)-2-(4-isopropil-4-metil-5-osso-2-imidażolin-2-yl)-5-metossimetilnikotinik

114311-32-9

601-305-7

1692

Tijametossam (ISO); 3-(2-kloro-tijażol-5-ilmetil)-5-metil[1,3,5]ossadiażinan-4-iliden-N-nitroammina

153719-23-4

428-650-4

1693

Tritiċjuażol (ISO); (RS)-(E)-5-(4-klorobenżiliden)-2,2-dimetil-1-(1H-1,2,4-triażol-1-metil)ċiklopentanol

138182-18-0

-

1694

Desmedifam (ISO); etil 3-fenilkarbamojlossifenilkarbamat

13684-56-5

237-198-5”;

(2)

fl-Anness III tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“324

Metil 2-idrossibenżoat

Methyl Salicylate

119-36-8

204-317-7

(a)

Prodotti li ma jitlaħalħux (ħlief għall-makeup tal-wiċċ, lozzjoni għall-ġisem bl-isprej/aerosol, deodorant bl-isprej/aerosol u fwejjaħ ibbażati fuq l-idroalkoħol) u l-prodotti tax-xagħar li ma jitlaħalħux (ħlief prodotti tal-isprej/aerosol)

(a)

0,06 %

Ma għandux jintuża fi preparazzjonijiet għat-tfal taħt is-6 snin, b’eċċeżjoni għal (k) ‘toothpaste’.”

 

(b)

Make-up tal-wiċċ (ħlief prodotti tax-xofftejn, make-up tal-għajnejn u prodott ta’ tneħħija tal-makeup)

(b)

0,05 %

(c)

Prodotti ta’ tneħħija tal-make-up u tal-make-up tal-għajnejn

(c)

0,002 %

(d)

Prodotti ta’ xagħar li ma jitlaħlaħx(sprej/aerosol)

(d)

0,009 %

(e)

Deodorant bl-isprey/aerosol

(e)

0,003 %

(f)

Lozzjoni għall-ġisem bl-isprej/aerosol

(f)

0,04 %

(g)

Prodotti tal-ġilda li jitlaħalħu (ħlief għall-ħasil tal-idejn) u prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu

(g)

0,06 %

(h)

Prodotti għall-ħasil tal-idejn

(h)

0,6 %

(i)

Fwejjaħ bbażati fuq l-idroalkoħol

(i)

0,6 %

(j)

Prodotti tax-xofftejn

(j)

0,03 %

(k)

Toothpaste

(k)

2,52 %

(l)

Likwidu għat-tlaħliħ tal-ħalq għal tfal ta’ bejn 6 u 10 snin

(l)

0,1 %

(m)

Likwidu għat-tlaħliħ tal-ħalq għal tfal ’l fuq minn 10 snin u adulti

(m)

0,6 %

(n)

Sprej tal-ħalq

(n)

0,65 %


ANNESS II

L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, l-entrata 1669 titħassar;

(2)

fl-Anness V, l-entrata 51 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kondizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“51

Sodju N-(idrossimetil) gliċinat

Sodium Hydroxymethylglycinate

70161-44-3

274-357-8

 

0,5  %

Ma għandux jintuża jekk ma jistax jintwera li l-konċentrazzjoni teoretika massima tal-formaldeid rilaxxabbli fit-taħlita mqiegħda fis-suq tkun < 0,1 % skont il-piż, irrispettivament mis-sors”

 


DEĊIŻJONIJIET

16.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1532

tal-24 ta’ Jannar 2022

li taħtar membru propost mill-Ungerija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ungeriż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2) li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur János Ádám KARÁCSONY mill-mandat nazzjonali li abbażi tagħha ġie propost għall-ħatra tas-Sur János Ádám KARÁCSONY, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Ungeriż ippropona, abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, is-Sur János Ádám KARÁCSONY, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali (Pest Megyei Közgyűlés tagja - Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Pest Megye), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur János Ádám KARÁCSONY, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali, Pest Megyei KözgyȘ lés tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Pest Megye) (bidla fil-mandat) huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).