ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 183

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
8 ta' Lulju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1171 tat-22 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiżdiedu l-materjali ta’ purità għolja bħala kategorija ta’ materjali komponenti fil-prodotti fertilizzanti tal-UE ( 1 )

2

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1172 tal-4 ta’ Mejju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-politika agrikola komuni u l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ penali amministrattivi għall-kundizzjonalità

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1173 tal-31 ta’ Mejju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-Politika Agrikola Komuni

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1174 tas-7 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 fir-rigward ta’ ċerti miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ( 1 )

35

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1175 tas-7 ta’ Lulju 2022 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni wara l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni sabiex jiġu implimentati s-sentenzi tal-4 ta’ Mejju 2022 fil-Kawżi Maqgħuda T-30/19 u T-72/19, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690

43

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1176 tas-7 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ ċerti filtri tal-UV fil-prodotti kożmetiċi ( 1 )

51

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1177 tas-7 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 billi jintroduċi u jaġġorna, fil-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat, l-entrati fir-rigward ta’ ċerti sistemi tas-sikurezza, u jaġġusta s-sistema ta’ numerazzjoni għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni għal tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ( 1 )

54

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1178 tas-7 ta’ Lulju 2022 biex ma jiġux estiżi d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1784 fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

71

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1179 tas-7 ta’ Lulju 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/217(ATALANTA/4/2022)

83

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-5 ta’ Ottubru 2016 (1), ser jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Lulju 2022, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 58(1) tal-Ftehim tlestiet fil-21 ta’ Ġunju 2022.


(1)  ĠU L 321, 29.11.2016, p. 3 u ĠU L 171, 28.6.2022, p. 1.


REGOLAMENTI

8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1171

tat-22 ta’ Marzu 2022

li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiżdiedu l-materjali ta’ purità għolja bħala kategorija ta’ materjali komponenti fil-prodotti fertilizzanti tal-UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE. Il-prodotti fertilizzanti tal-UE fihom materjali komponenti ta’ kategorija waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 bl-iskop tal-adattament tal-Anness II għall-progress tekniku. Skont l-Artikolu 42(3) tar-Regolament (UE) 2019/1009 meħud flimkien mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni tista’ tinkludi fil-kategoriji tal-materjali komponenti, materjali li ma jibqgħux jitqiesu bħala skart wara operazzjoni ta’ rkupru jekk tali materjali jkunu se jintużaw għal skopijiet speċifiċi, ikollhom suq jew domanda eżistenti u l-użu tagħhom ma jwassalx għal impatti negattivi ġenerali fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem.

(3)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (“JRC”) tal-Kummissjoni identifika ċerti materjali ta’ purità għolja li jistgħu jiġu rkuprati mill-iskart u jintużaw bħala materjali komponenti fi prodotti fertilizzanti tal-UE (3).

(4)

Il-materjali ta’ purità għolja identifikati mill-JRC huma l-imlieħ tal-ammonju, l-imlieħ tas-sulfat, l-imlieħ tal-fosfat, il-kubrit elementali, il-karbonat tal-kalċju u l-ossidu tal-kalċju. Dawk il-materjali kollha huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għandhom domanda sinifikanti fis-suq u wrew il-valur agronomiku għoli tagħhom matul l-istorja twila ta’ użu fil-qasam.

(5)

Bħala l-ewwel miżura sabiex tiġi żgurata kemm is-sikurezza kif ukoll l-effiċjenza agronomika, jenħtieġ li jiġi stabbilit rekwiżit minimu ta’ purità tal-materjali ta’ purità għolja. Skont l-informazzjoni disponibbli fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-JRC, purità ta’ 95 %, espressa f’termini tal-materja niexfa tal-materjal, se tiżgura effiċjenza agronomika għolja b’riskji baxxi għall-ambjent, għas-saħħa u għas-sikurezza. Filwaqt li, għal xi materjali, din il-purità għolja hija stabbilita f’livelli aktar ambizzjużi minn dawk meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2003/2003, huwa stmat li tali purità ogħla tista’ tinkiseb abbażi tal-prattiki eżistenti.

(6)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi speċifikat li l-materjali ta’ purità għolja jiġu rkuprati mill-iskart wara żewġ tipi ta’ proċessi: proċessi li jiżolaw l-imlieħ jew elementi oħra permezz ta’ (taħlita ta’) metodi ta’ purifikazzjoni avvanzati, bħall-kristallizzazzjoni, iċ-ċentrifugazzjoni jew l-estrazzjoni likwidu-likwidu, li spiss jiġu applikati fl-industriji (petro)kimiċi; u proċessi ta’ purifikazzjoni tal-gassijiet jew ta’ kontroll tal-emissjonijiet imfassla sabiex ineħħu n-nutrijenti mill-ffluwenti gassużi.

(7)

Għalhekk, il-kontenut ta’ ċerti impuritajiet, patoġeni jew kontaminanti li huma speċifiċi għal dawk il-materjali, jew il-kontenut tal-karbonju organiku jenħtieġ li jkun limitat, abbażi tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-JRC. Tali kriterji jenħtieġ li japplikaw flimkien mal-kriterji ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009 għall-kategorija funzjonali tal-prodotti korrispondenti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

Konsegwentement, jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu addizzjonali għall-kontaminanti l-kromu totali u t-tallju. Uħud mill-materjali ta’ purità għolja jista’ jkun fihom kontaminanti bħal dawn bħala riżultat tal-materjali ta’ input u tal-proċessi li jinkisbu minnhom. Il-valuri ta’ limitu proposti għal dawk il-kontaminanti jenħtieġ li jiżguraw li l-użu tal-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkun fihom materjali ta’ purità għolja b’tali kontaminanti ma jwassalx għall-akkumulazzjoni tagħhom fil-ħamrija. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti dwar il-kontenut tal-patoġeni għall-prodotti fertilizzanti kollha tal-UE li fihom jew li jikkonsistu minn materjali ta’ purità għolja minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ proċessi li jistgħu jinkisbu minnhom u l-flussi tal-iskart permessi bħala materjali ta’ input. Il-valuri ta’ limitu kemm għall-kontaminanti kif ukoll għall-patoġeni jenħtieġ li jiġu ddeterminati bħala konċentrazzjoni fil-prodott finali, simili għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009. Dan huwa ġġustifikat mill-fatt li l-kriterji ta’ sikurezza introdotti bi tweġiba għal kwalunkwe riskju partikolari identifikat jikkonċernaw, bħala regola, il-prodott finali u mhux materjal komponenti. Dan jiffaċilita wkoll is-sorveljanza tas-suq ta’ tali prodotti, peress li t-testijiet iridu jitwettqu biss fuq il-prodott finali.

(9)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ta’ sikurezza addizzjonali sabiex jiġi limitat il-kontenut ta’ 16-il idrokarbur aromatiku poliċikliku (PAH16(6) u ta’ dibenżo-p-diossini u poliklorodibenżofuran poliklorurati (PCDD/PCDF) (7). Ir-Regolament (UE) 2019/1021 jistabbilixxi tnaqqis fir-rilaxx għall-PAH16 u għall-PCDD/PCDF bħala sustanzi prodotti b’mod mhux intenzjonat matul il-proċessi tal-manifattura, iżda ma jintroduċix valur ta’ limitu f’tali każijiet. Minħabba r-riskji għoljin iġġenerati mill-preżenza ta’ tali sustanzi niġġiesa fil-prodotti fertilizzanti, huwa meqjus xieraq li jiġu introdotti rekwiżiti aktar stretti minn dawk stipulati f’dak ir-Regolament. Tali valuri ta’ limitu jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-materjal komponenti u mhux bħala konċentrazzjoni fil-prodott finali, sabiex tiġi żgurata l-koerenza mar-Regolament (UE) 2019/1021.

(10)

Dawn il-valuri ta’ limitu jistgħu ma jkunux rilevanti għall-materjali kollha ta’ purità għolja li għandhom jiġu inklużi bħala kategorija ġdida ta’ materjali komponenti. Għalhekk, il-manifatturi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jippreżumu l-konformità tal-prodott fertilizzanti ma’ rekwiżit partikolari mingħajr verifika, bħall-ittestjar, kull meta l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit issegwi ċertament u b’mod mhux kontestabbli min-natura jew mill-proċess ta’ rkupru tal-materjal ta’ purità għolja rispettiv jew tal-proċess ta’ manifattura tal-prodott fertilizzanti tal-UE.

(11)

Bħala miżura ta’ sikurezza addizzjonali, il-materjali ta’ purità għolja jenħtieġ li jiġu rreġistrati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fil-kundizzjonijiet estensivi diġà stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009 għas-sustanzi kimiċi f’kategoriji oħrajn ta’ materjali komponenti. Dan jiżgura li l-manifatturi jqisu l-użu bħala prodott fertilizzanti huma u jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju skont dak ir-Regolament u li r-reġistrazzjoni ssir ukoll għall-materjali b’tunnellaġġ baxx.

(12)

Barra minn hekk, uħud mill-materjali ta’ purità għolja jistgħu jkunu disponibbli fis-swieq lokali fi kwantitajiet li jaqbżu d-domanda. Sabiex jiġi żgurat li d-domanda tas-suq għall-materjali ta’ purità għolja teżisti u li l-ħżin fit-tul tagħhom f’kundizzjonijiet subottimali ma jwassalx għal impatti ambjentali negattivi, huwa xieraq li jiġi limitat il-perjodu ta’ żmien li matulu jistgħu jintużaw bħala materjali komponenti għall-prodotti fertilizzanti tal-UE wara li jkunu ġew iġġenerati. Il-manifatturi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għall-prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih il-materjal imsemmi f’dak il-perjodu.

(13)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-materjali ta’ purità għolja, jekk jiġu rkuprati skont ir-regoli ta’ rkupru ssuġġeriti mir-rapport ta’ valutazzjoni tal-JRC, jiżguraw l-effiċjenza agronomika skont it-tifsira tal-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009. Barra minn hekk, dawn jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE. Fl-aħħar nett, jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti l-oħrajn stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009 b’mod ġenerali u fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament b’mod partikolari, ma jkunux jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent skont it-tifsira tal-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009. Tali materjali jkollhom ukoll skop utli peress li jissostitwixxu materja prima oħra użata fil-produzzjoni ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE. Għalhekk, il-materjali ta’ purità għolja rkuprati jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009.

(14)

Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-materjali ta’ purità għolja huma skart irkuprat skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-Kategoriji 1 u 11 tal-materjali komponenti tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament.

(15)

Uħud mill-materjali ta’ purità għolja jista’ jkun fihom is-selenju li jista’ jkun tossiku jekk ikun preżenti f’konċentrazzjoni għolja. Xi wħud jista’ jkun fihom ukoll il-klorur, li jista’ jqajjem tħassib dwar is-salinità fil-ħamrija. Kull meta dawk is-sustanzi jkunu preżenti f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu ċertu limitu, il-kontenut tagħhom jenħtieġ li jiġi indikat fuq it-tikketta sabiex l-utenti tal-prodott fertilizzanti jkunu informati kif xieraq. L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(16)

Huwa importanti li jiġi żgurat li meta l-prodotti fertilizzanti jkun fihom materjali ta’ purità għolja, dawn ikunu soġġetti għal proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa li tinkludi sistema ta’ kwalità vvalutata u approvata minn korp notifikat. Għalhekk, huwa neċessarju li l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 jiġi emendat sabiex tiġi prevista valutazzjoni tal-konformità xierqa għal tali prodotti fertilizzanti.

(17)

Minħabba li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u III tar-Regolament (UE) 2019/1009 u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament iridu japplikaw mis-16 ta’ Lulju 2022, huwa neċessarju li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita għall-istess data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(3)

l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(3)  Huygens D, Saveyn HGM, Technical proposals for by-products and high purity materials as component materials for EU Fertilising Products, JRC128459, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

(6)  Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.

(7)  Is-somma ta’ 2,3,7,8-TCDD, 1,2,3,7,8-PeCDD; 1,2,3,4,7,8-HxCDD; 1,2,3,6,7,8-HxCDD; 1,2,3,7,8,9-HxCDD; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDD; OCDD; 2,3,7,8-TCDF; 1,2,3,7,8-PeCDF; 2,3,4,7,8-PeCDF; 1,2,3,4,7,8-HxCDF; 1,2,3,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,7,8,9-HxCDF; 2,3,4,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDF; 1,2,3,4,7,8,9-HpCDF; u OCDF.

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti I, jiżdied il-punt li ġej:

“CMC 15: Materjali ta’ purità għolja rkuprati”.

(2)

Il-parti II hija emendata kif ġej:

(a)

F’CMC 1, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-aħħar is-subpunt (j), titħassar il-kelma “jew”;

(ii)

fis-subpunt (k), “.“ hija sostitwita b’”, jew”;

(iii)

jiżdied is-subpunt (l) li ġej:

“(l)

l-imluħa tal-ammonju, l-imluħa tas-sulfat, l-imluħa tal-fosfat, il-kubrit elementali, il-karbonat tal-kalċju jew l-ossidu tal-kalċju, li jiġu rkuprati mill-iskart skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.”.

(b)

F’CMC 11, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-aħħar tas-subpunt (f), titħassar il-kelma “jew”;

(ii)

fis-subpunt (g), “.“ hija sostitwita b’”, jew”;

(iii)

jiżdied is-subpunt (h) li ġej:

“(h)

l-imluħa tal-ammonju, l-imluħa tas-sulfat, l-imluħa tal-fosfat, il-kubrit elementali, il-karbonat tal-kalċju jew l-ossidu tal-kalċju, li jiġu rkuprati mill-iskart skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.”.

(c)

Jiżdied CMC 15 li ġej:

“CMC 15: MATERJALI TA’ PURITÀ GĦOLJA RKUPRATI

(1)

Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih materjal ta’ purità għolja rkuprat, li huwa melħ tal-ammonju, melħ tas-sulfat, melħ tal-fosfat, kubrit elementali, karbonat tal-kalċju jew ossidu tal-kalċju, jew taħlitiet tagħhom, ta’ purità ta’ mill-inqas 95 % ta’ materja niexfa tal-materjal.

(2)

Il-materjal ta’ purità għolja għandu jiġi rkuprat minn skart iġġenerat minn:

(a)

proċess ta’ produzzjoni li bħala materjali ta’ input juża sustanzi u taħlitiet għajr prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mill-annimali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (1), jew

(b)

proċess ta’ purifikazzjoni tal-gass jew ta’ kontroll tal-emissjonijiet iddisinjat biex ineħħi n-nutrijenti mill-effluwenti gassużi derivati minn wieħed jew aktar mill-materjali u mill-faċilitajiet tal-input li ġejjin:

(i)

sustanzi u taħlitiet, għajr skart perikoluż skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(ii)

pjanti jew partijiet ta’ pjanti;

(iii)

bijoskart skont it-tifsira tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors;

(iv)

ilmijiet mormija urbani u domestiċi skont it-tifsira tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2, rispettivament, tad-Direttiva 91/271/KEE (2);

(v)

ħama skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 86/278/KEE (3), li ma għandha l-ebda karatteristika perikoluża elenkata fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE;

(vi)

skart skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3, tad-Direttiva 2008/98/KE, u karburanti mdaħħla f’impjant ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart kif definit fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u operat skont il-kundizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva, bil-kundizzjoni li dawn l-inputs ma juru l-ebda proprjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE;

(vii)

Materjali tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3 jew prodotti derivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, dment li l-effluwenti gassużi jkunu derivati minn proċess ta’ kompostjar jew diġestjoni f’konformità mas-CMCs 3 u 5, rispettivament, fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(viii)

demel skont it-tifsira tal-punt 20 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew prodotti derivati minnu; jew

(ix)

stalel għall-bhejjem.

Il-materjali ta’ input imsemmija fil-punti (i) sa (vi) ma għandux ikun fihom prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(3)

Il-materjal ta’ purità għolja għandu jkollu kontenut ta’ karbonju organiku (Corg) ta’ mhux aktar minn 0,5 % ta’ materja niexfa tal-materjal.

(4)

Il-materjal ta’ purità għolja ma għandux ikun fih aktar minn:

(a)

6 mg/kg materja niexfa ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH16) (5);

(b)

20 ng ekwivalenti ta’ tossiċità tad-WHO (6)/kg materja niexfa tad-dibenżo-para-diossini poliklorinati u tad-dibenżofurani (PCDD/PCDF) (7).

(5)

Prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih jew li jikkonsisti minn materjali ta’ purità għolja ma għandux ikun fih aktar minn:

(a)

400 mg/kg materja niexfa tal-kromu (Cr) totali; kif ukoll

(b)

2 mg/kg materja niexfa tat-tallju (Tl).

(6)

Meta il-konformità ma’ rekwiżit partikolari stabbilit fil-punti 4 u 5 (bħan-nuqqas ta’ kontaminant partikolari) issegwi b’mod ċert u li ma jistax jiġi kontestat min-natura jew il-proċess ta’ rkupru tal-materjal ta’ purità għolja jew il-proċess ta’ manifattura ta’ prodott fertilizzanti tal-UE, dik il-konformità tista’ tiġi preżunta fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità mingħajr verifika (bħall-ittestjar), taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur.

(7)

Meta għall-kategorija tal-funzjoni tal-prodott ta’ prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih jew li jikkonsisti minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-punt 2(b) ma jkun ġie stipulat l-ebda rekwiżit rigward is-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae fl-Anness I, dawk il-patoġeni fil-prodott fertilizzanti tal-UE ma għandhomx jaqbżu l-limiti stipulati fit-tabella li ġejja:

Mikroorganiżmi li għandhom jiġu ttestjati

Pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f’25 g jew f’25 ml

Escherichia coli

jew

Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f’1 g jew f’1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta’ kampjuni għall-ittestjar,

c

=

għadd ta’ kampjuni fejn l-għadd ta’ batterji espress f’unitajiet li jifformaw kolonja (CFU) hu bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta’ batterji espress f’CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji espress f’CFU.

(8)

Il-konformità ta’ prodott fertilizzanti tal-UE li fih jew li jikkonsisti minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-punt 2 (b) mar-rekwiżiti fil-punt (7), jew mar-rekwiżiti għas-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae stipulati fl-Anness I għall-PFC korrispondenti tal-prodott fertilizzanti tal-UE għandha tiġi vverifikata permezz ta’ ttestjar, f’konformità mal-punt 5.1.3.1 fil-Modulu D1 — assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni fil-Parti II tal-Anness IV.

Ir-rekwiżiti fil-punt (7) u r-rekwiżiti għas-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae stipulati fl-Anness I għall-PFC korrispondenti ta’ prodott fertilizzanti tal-UE li jikkonsisti biss minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-punt 2(b) ma għandhomx japplikaw, meta l-materjali ta’ purità għolja jew il-materjali ta’ input bijoġeniċi kollha użati jkunu għaddew minn wieħed mill-proċessi li ġejjin:

(a)

sterilizzazzjoni bil-pressjoni permezz tat-tisħin għal temperatura fil-qalba ta’ aktar minn 133 °C għal mill-inqas 20 minuta fi pressjoni assoluta ta’ mill-inqas 3 bars, fejn il-pressjoni għandha tiġi prodotta bl-evakwazzjoni tal-arja kollha fil-kompartiment ta’ sterilizzazzjoni u bis-sostituzzjoni tal-arja bil-fwar (“fwar saturat”);

(b)

l-ipproċessar f’unità ta’ pasturizzazzjoni jew iġjenizzazzjoni li tilħaq temperatura ta’ 70 °C għal mill-inqas siegħa.

Ir-rekwiżiti fil-punt (7) u r-rekwiżiti għas-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae stipulati fl-Anness I għall-PFC korrispondenti ta’ prodott fertilizzanti tal-UE li jikkonsisti biss minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-punt 2(b) ma għandhomx japplikaw, meta l-effluwenti gassużi jirriżultaw minn proċess ta’ inċinerazzjoni kif definit fid-Direttiva 2010/75/UE.

(9)

Materjali ta’ purità għolja li jinħażnu b’mod li ma jipproteġihomx kontra l-preċipitazzjoni u d-dawl tax-xemx dirett jistgħu jiżdiedu ma’ prodott fertilizzanti tal-UE biss jekk ikunu ġew manifatturati sa massimu ta’ 36 xahar qabel l-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għall-prodott fertilizzanti rispettiv tal-UE.

(10)

Il-materjal ta’ purità għolja għandhom ikunu reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, b’dossier li jkun fih:

(a)

l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u

(b)

rapport tas-sigurtà kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,

sakemm ma jkunx kopert b’mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament.

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1)."

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma-skart urban (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40)."

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6)."

(4)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17)."

(5)  Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.”"

(6)  van den Berg M., L.S. Birnbaum, M. Denison, M. De Vito, W. Farland, et al. (2006) L-evalwazzjoni mill-ġdid tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-2005 tal-Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika tal-Bniedem u tal-Mammalian għad-Diossini u l-Komposti simili għad-Diossini Xjenzi tossikoloġiċi: Ġurnal uffiċjali tas-Soċjetà tat-Tossikoloġija 93:223–241. doi:10.1093/toxsci/kfl055."

(7)  Għadd totali ta’ 2,3,7,8-TCDD, 1,2,3,7,8-PeCDD; 1,2,3,4,7,8-HxCDD; 1,2,3,6,7,8-HxCDD; 1,2,3,7,8,9-HxCDD; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDD; OCDD; 2,3,7,8-TCDF; 1,2,3,7,8-PeCDF; 2,3,4,7,8-PeCDF; 1,2,3,4,7,8-HxCDF; 1,2,3,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,7,8,9-HxCDF; 2,3,4,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDF; 1,2,3,4,7,8,9-HpCDF; u OCDF.”."


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma-skart urban (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).

(4)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(5)  Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.”

(6)  van den Berg M., L.S. Birnbaum, M. Denison, M. De Vito, W. Farland, et al. (2006) L-evalwazzjoni mill-ġdid tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-2005 tal-Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika tal-Bniedem u tal-Mammalian għad-Diossini u l-Komposti simili għad-Diossini Xjenzi tossikoloġiċi: Ġurnal uffiċjali tas-Soċjetà tat-Tossikoloġija 93:223–241. doi:10.1093/toxsci/kfl055.

(7)  Għadd totali ta’ 2,3,7,8-TCDD, 1,2,3,7,8-PeCDD; 1,2,3,4,7,8-HxCDD; 1,2,3,6,7,8-HxCDD; 1,2,3,7,8,9-HxCDD; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDD; OCDD; 2,3,7,8-TCDF; 1,2,3,7,8-PeCDF; 2,3,4,7,8-PeCDF; 1,2,3,4,7,8-HxCDF; 1,2,3,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,7,8,9-HxCDF; 2,3,4,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDF; 1,2,3,4,7,8,9-HpCDF; u OCDF.”.”


ANNESS II

Fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009, jiddaħħal il-punt 7b li ġej:

“7b.

Meta il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew jikkonsisti minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-Parti II, CMC 15, tal-Anness II u:

(a)

għandu kontenut ta’ selenju (Se) ogħla minn 10 mg/kg ta’ materja niexfa, il-kontenut ta’ selenju għandu jiġi indikat;

(b)

għandu kontenut ta’ klorur (Cl-) ogħla minn 30 g/kg ta’ materja niexfa, il-kontenut tal-klorur għandu jiġi indikat, sakemm il-prodott fertilizzanti tal-UE ma jiġix prodott permezz ta’ proċess ta’ manifattura fejn il-klorur li jkun fih sustanzi jew taħlitiet ikunu ntużaw bl-intenzjoni li jipproduċu jew jinkludu mluħa tal-metall alkali jew imluħa alkalini tal-metalli tal-art, u l-informazzjoni dwar dawn l-imluħa tiġi pprovduta f’konformità mal-Anness III.

Meta l-kontenut tas-selenju jew tal-klorur ikun indikat skont il-punti (a) u (b), dan għandu jkun separat b’mod ċar mid-dikjarazzjoni tan-nutrijenti u jista’ jiġi espress bħala firxa ta’ valuri

Meta il-fatt li tali prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih selenju jew klorur taħt il-valuri limitu fil-punti (a) u (b) isegwi b’mod ċert u ma jistax jiġi kkontestat min-natura jew l-operazzjoni ta’ rkupru tal-materjal ta’ purità għolja jew il-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih tali materjal, kif applikabbli, it-tikketta ma jista’ jkun fiha l-ebda informazzjoni dwar dawn il-parametri, mingħajr verifika (bħal ittestjar), taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur.”.


ANNESS III

Fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1009, il-Modulu D1 (Assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni) huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 2.2, is-subpunt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

id-disinni, l-iskemi, id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji biex jinftiehem il-proċess ta’ manifattura tal-prodott fertilizzanti tal-UE, u, fir-rigward tal-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 jew 15 kif definit fl-Anness II, deskrizzjoni bil-miktub u dijagramma tal-proċess ta’ produzzjoni jew ta’ rkupru, fejn kull trattament, kontenitur ta’ ħażna u żona jiġu identifikati b’mod ċar,”.

(2)

Fil-punt 5.1.1.1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.1.1.1.

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definit fl-Anness II, il-maniġment f’livell għoli tal-organizzazzjoni tal-manifattur għandu:”.

(3)

Il-punt 5.1.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.1.2.1.

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definit fl-Anness II, is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti speċifikati f’dak l-Anness.”.

(4)

Il-punt 5.1.3.1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“5.1.3.1.

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definit fl-Anness II, l-eżamijiet u t-testijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:”.

(b)

Is-subpunti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

Persunal kwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżiva ta’ kull kunsinna ta’ materjali ta’ input u jivverifika l-kompatibbiltà tagħhom mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjali ta’ input kif stabbiliti fis-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15 fl-Anness II [JEW: kif definit fl-Anness II].

(c)

Il-manifattur għandu jirrifjuta kwalunkwe kunsinna ta’ materjal ta’ input partikolari, li l-ispezzjoni viżiva tagħha tqajjem kwalunkwe wieħed mis-suspetti li ġejjin:

il-preżenza ta’ sustanzi ta’ periklu jew ta’ ħsara għall-proċess jew għall-kwalità tal-prodott fertilizzanti finali tal-UE,

inkompatibbiltà mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fis-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15 fl-Anness II [JEW: kif definit fl-Anness II], partikolarment minħabba l-preżenza ta’ plastiks li jwasslu biex jinqabeż il-valur ta’ limitu għall-impuritajiet makroskopiċi.”.

(c)

Is-subpunt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Għandhom jittieħdu kampjuni minn materjali ta’ output, biex jiġi vverifikat li dawn jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati f’CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definiti fl-Anness II, u li l-karatteristiċi tal-materjal ta’ output ma jippreġudikawx il-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Anness I”.

(d)

Fis-subpunt (fa), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(fa)

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 12, 13, 14 u 15, il-kampjuni tal-materjal ta’ output għandhom jittieħdu mill-inqas bil-frekwenza prestabbilita li ġejja, “jew qabel dik skedata f’każ ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti li tista’ taffettwa l-kwalità tal-prodott fertilizzanti tal-UE:”.

(e)

Is-subpunt (fb) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(fb)

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 12, 13, 14 u 15, kull lott jew porzjon tal-produzzjoni għandu jiġi assenjat kodiċi uniku għall-finijiet tal-ġestjoni tal-kwalità. Mill-inqas kampjun wieħed għal kull 3 000 tunnellata ta’ dawn il-materjali jew kampjun wieħed kull xahrejn, skont liema jseħħ l-aktar kmieni, għandu jinħażen f’kundizzjoni tajba għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn.”.

(f)

Is-subpunt (g)(iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv)

għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 12, 13, 14 u 15, kejjel il-kampjuni miżmuma msemmija fis-subpunt (fb) u ħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex tipprevjeni t-trasport u l-użu ulterjuri possibbli ta’ dak il-materjal.”.

(5)

Fil-punt 5.1.4.1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.1.4.1.

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definiti fl-Anness II, ir-rekords tal-kwalità għandhom juru kontroll effettiv tal-materjali ta’ input, tal-produzzjoni, tal-ħażna u tal-konformità mal-materjali ta’ input u output mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Kull dokument għandu jkun jista’ jinqara u jkun disponibbli fil-post(ijiet) rilevanti għall-użu tiegħu, u kwalunkwe verżjoni obsoleta għandha titneħħa minnufih minn kull post fejn tintuża, jew mill-anqas tiġi identifikata bħala obsoleta. Id-dokument tal-ġestjoni tal-kwalità għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:”.

(6)

Fil-punt 5.1.5.1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.1.5.1.

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definit fl-Anness II, il-manifattur għandu jistabbilixxi programm ta’ awditu intern annwali sabiex tiġi vverifikata l-konformità tas-sistema tal-kwalità mal-komponenti li ġejjin:”.

(7)

Fil-punt 6.3.2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.3.2.

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definiti fl-Anness II, il-korp innotifikat għandu jieħu u janalizza kampjuni ta’ materjal ta’ output waqt kull awditu, u dawk l-awditi għandhom jitwettqu bil-frekwenza li ġejja:”.


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/12


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1172

tal-4 ta’ Mejju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-politika agrikola komuni u l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ penali amministrattivi għall-kundizzjonalità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 74, l-Artikolu 85(7) u l-Artikolu 105 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/2116 jistabbilixxi r-regoli bażiċi li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (“sistema integrata”) u l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ penali amministrattivi għall-kundizzjonalità. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-qafas ġuridiku l-ġdid, iridu jiġu adottati ċerti regoli biex jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet stipulati minn dak ir-Regolament fl-oqsma kkonċernati.

(2)

Ir-regoli dwar is-sistema integrata u l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali amministrattivi għall-kundizzjonalità jenħtieġ li jiżguraw sistema ta’ kontroll effiċjenti tar-regoli li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri u mill-benefiċjarji fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att delegat wieħed. Dawn ir-regoli l-ġodda jenħtieġ li jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (2).

(3)

B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli biex jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward tal-funzjonament tas-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 65 ta’ dak ir-Regolament, regoli dwar il-valutazzjonijiet tal-kwalità msemmija fl-Artikoli 68(3), 69(6) u 70(2) ta’ dak ir-Regolament, regoli dwar is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 68 ta’ dak ir-Regolament u regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ penali amministrattivi għall-kundizzjonalità msemmija fl-Artikolu 85 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ għandha tipprovdi informazzjoni siewja, komprensiva u affidabbli rilevanti għar-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-politika, li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-interventi bbażati fuq l-erja kif ukoll li tappoġġa lill-benefiċjarji fis-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet korretti għall-għajnuna. Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu dawn l-objettivi, huma meħtieġa regoli biex jiġu ċċarati r-rekwiżiti tekniċi li l-Istati Membri jeħtieġ li jsegwu u kif għandha tiġi strutturata u aġġornata l-informazzjoni disponibbli.

(5)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod proattiv id-dgħufijiet possibbli fis-sistema integrata u jieħdu azzjoni ta’ rimedju xierqa meta jkun meħtieġ, jenħtieġ li jiġu pprovduti regoli dwar il-valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema tal-applikazzjoni ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. L-esperjenza rigward il-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 uriet li l-iżvilupp ta’ gwida teknika mill-Kummissjoni huwa partikolarment utli. Tali gwida teknika tgħin lill-Istati Membri japplikaw metodoloġija adattata biex iwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom. Minħabba l-importanza tal-valutazzjonijiet tal-kwalità għal sistema integrata li taħdem kif suppost li tipprovdi data affidabbli u verifikabbli fir-rapportar annwali tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tgħin lill-Istati Membri b’mod simili biex iwettqu l-valutazzjonijiet tal-kwalità previsti skont ir-Regolament (UE) 2021/2116.

(6)

Il-valutazzjonijiet tal-kwalità għandhom jivvalutaw jekk is-sistema integrata tissodisfax l-għan tagħha li tipprovdi informazzjoni affidabbli u komprensiva rilevanti għar-rapportar annwali tal-prestazzjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, b’mod partikolari, in-numru korrett ta’ ettari għall-output u s-sehem korrett ta’ erjas għall-indikaturi tar-riżultati ta’ interventi bbażati fuq l-erja. Dan se jirrikjedi li jingħaqdu riżultati rilevanti mill-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u s-sistema tal-applikazzjoni ġeospazjali fi sforz biex jiġi evitat li dan l-impatt jiġi stmat iżżejjed minħabba erjas fejn seħħew kemm żbalji fil-kejl kif ukoll deċiżjonijiet żbaljati dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà. Għal dan il-għan, il-verifika tal-erja ddikjarata fil-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema tal-applikazzjoni ġeospazjali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-istess kampjun ta’ bċejjeċ tar-raba’ bħal dawk fil-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja.

(7)

Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-kwalità relatata mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja għandha tiżgura li r-riżultati jkunu komparabbli bejn l-Istati Membri, irrispettivament mill-possibbiltà li jiġi differit l-użu ta’ implimentazzjoni kompletament operattiva tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. Għalhekk, din il-valutazzjoni tal-kwalità jenħtieġ li tkopri l-interventi kollha bbażati fuq l-erja u l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ eliġibbiltà irrispettivament mid-deċiżjoni tal-Istat Membru li jkollu sistema ta’ monitoraġġ tal-erja kompletament operattiva biss mill-1 ta’ Jannar 2024, kif imsemmi fl-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Il-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dijanjostika kemm fil-livell tal-interventi kif ukoll fil-livell tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, li abbażi tagħha l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu azzjonijiet ta’ rimedju xierqa, fejn meħtieġ.

(8)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex tiġi stabbilita bażi armonizzata għall-kalkolu u l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi għall-kundizzjonalità, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet komuni u prinċipji ġenerali dwar in-nuqqas ta’ konformità.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li għandhom jiġu stabbiliti penali amministrattivi għall-kundizzjonalità filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Għalhekk, it-tnaqqis u l-esklużjonijiet jenħtieġ li jiġu kklassifikati skont is-serjetà tan-nuqqas ta’ konformità u jenħtieġ li jaslu sal-esklużjoni totali tal-benefiċjarju minn kull pagament u appoġġ imsemmi fl-Artikolu 83(1), il-punti (a), (b) u (c), ta’ dak ir-Regolament f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali. Sabiex tingħata ċertezza legali lill-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta’ żmien għall-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi.

(10)

L-Artikolu 85(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li l-kalkolu tal-penali amministrattiva għall-kundizzjonalità jrid isir abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu se jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagamenti li jkunu ġew ippreżentati jew li jkunu se jiġu ppreżentati matul is-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata r-rabta bejn l-imġiba tal-bidwi u l-penali u biex jiġi ggarantit it-trattament indaqs fost il-bdiewa, huwa xieraq li jiġi previst li fejn l-istess nuqqas ta’ konformità jkun qed iseħħ kontinwament f’diversi snin kalendarji, trid tiġi applikata penali amministrattiva u din trid tiġi kkalkulata għal kull sena kalendarja li fiha jista’ jiġi ddeterminat li jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità.

(11)

Sabiex jiġi ggarantit li l-penali amministrattivi jkunu jistgħu jiġu applikati u attribwiti b’mod effettiv, huwa xieraq li jiġi previst li fejn, fis-sena kalendarja tas-sejba, il-penali taqbeż l-ammont totali tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw lill-benefiċjarju jew il-benefiċjarju ma jissottomettix applikazzjoni għall-għajnuna, il-penali għandha tiġi applikata jew imputata permezz ta’ rkupru.

(12)

Skont l-Artikolu 85(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, irrispettivament minn jekk jiġix identifikat nuqqas ta’ konformità permezz ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jew mezzi oħra, ma għandha tiġi imposta l-ebda penali amministrattivi meta n-nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonali ma jkollu l-ebda konsegwenza jew ikollu biss konsegwenzi insinifikanti għall-ilħuq tal-objettiv tal-istandard jew tar-rekwiżit ikkonċernat. Minħabba n-natura minuri tan-nuqqasijiet ta’ konformità li ma għandhom l-ebda konsegwenza jew li għandhom biss konsegwenzi insinifikanti għall-ilħuq tal-objettiv tal-istandard jew tar-rekwiżit ikkonċernat u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, tali nuqqasijiet ta’ konformità jenħtieġ li ma jitqisux għall-fini tad-determinazzjoni tal-okkorrenza mill-ġdid jew tal-persistenza ta’ nuqqas ta’ konformità.

(13)

Skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116, jekk Stat Membru juża s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja biex jidentifika każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, jista’ jiddeċiedi li japplika perċentwal aktar baxx ta’ tnaqqis. Huwa xieraq li jiġi stabbilit perċentwal minimu ta’ tnaqqis.

(14)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kalkolu tal-penali amministrattivi għal diversi nuqqasijiet ta’ konformità fl-istess sena kalendarja tal-okkorrenza.

(15)

Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel mill-arranġamenti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huwa meqjus xieraq li jiġu stabbiliti regoli tranżizzjonali rigward l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(1), il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) 2021/2116, sabiex jiġu evitati spejjeż u piżijiet amministrattivi eċċessivi relatati mal-kundizzjonalità u mal-kontrolli tal-kundizzjonalità applikati għall-benefiċjarji li jirċievu pagamenti bbażati fuq l-erja kemm taħt Pjan Strateġiku tal-PAK skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) kif ukoll taħt programm ta’ żvilupp rurali implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-kontrolli fuq il-kundizzjonalità relatati mal-erja jitqiesu li jkopru wkoll il-kontrolli fuq is-sistema tal-kundizzjonalità msemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Dan huwa ġġustifikat mill-fatt li, għall-pagamenti bbażati fuq l-erja, ir-regoli ta’ kundizzjonalità huma ġeneralment aktar stretti mir-regoli dwar is-sistema ta’ kundizzjonalità fir-rigward kemm tal-obbligi kif ukoll tal-penali. Għalhekk jista’ jiġi preżunt li r-regoli tas-sistema tal-kundizzjonalità huma rrispettati, jekk il-benefiċjarju jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fir-regoli dwar il-kundizzjonalità. Madankollu, jekk il-kontrolli fuq il-kundizzjonalità jiżvelaw nuqqasijiet ta’ konformità, l-Istat Membru ma jkunx jista’ jassumi aktar li l-kundizzjonalità qiegħda tiġi osservata u konsegwentement jenħtieġ li jwettaq il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u, f’dak il-kuntest, japplika r-regoli dwar il-kalkolu u l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(16)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 jitħassar. Madankollu, dak ir-Regolament jenħtieġ li jkompli japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-pagamenti diretti ppreżentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023, għat-talbiet għall-pagamenti magħmula fir-rigward tal-miżuri ta’ appoġġ implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u għas-sistema ta’ kontroll u l-penali amministrattivi fir-rigward tar-regoli dwar is-sistema ta’ kundizzjonalità.

(17)

B’kunsiderazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(1) u tal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) 2021/2116, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal interventi li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2023 u implimentati skont ir-Regolament (UE) 2021/2115.

(18)

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, il-Kummissjoni tqis li hemm rabta sostantiva bejn is-setgħat fir-Regolament (UE) 2021/2116 rigward ir-regoli dwar is-sistema integrata u l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali amministrattivi għall-kundizzjonalità, u hemm interkonnessjoni bejniethom. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dawk ir-regoli fl-istess Att Delegat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’:

(a)

il-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 68(3), tas-sistema ta’ applikazzjoni ġeospazjali msemmija fl-Artikolu 69(6) u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 70(2) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 68 ta’ dak ir-Regolament;

(c)

l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali amministrattivi għall-kundizzjonalità msemmija fl-Artikolu 85 ta’ dak ir-Regolament.

KAPITOLU II

SISTEMA INTEGRATA

Artikolu 2

Sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’

1.   Is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha topera fil-livell tal-bċejjeċ ta’ referenza u għandha tinkludi informazzjoni li tippermetti l-iskambju ta’ data mal-applikazzjoni ta’ għajnuna ġeospazjali msemmija fl-Artikolu 69 ta’ dak ir-Regolament u s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “biċċa raba’ ta’ referenza” tfisser erja ġeografikament delimitata b’identifikazzjoni unika kif irreġistrata fis-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Biċċa raba’ ta’ referenza għandu jkun fiha unità ta’ art li tirrappreżenta erja agrikola kif definita fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Fejn xieraq, biċċa raba’ ta’ referenza għandu jkun fiha wkoll erjas mhux agrikoli meqjusa eliġibbli mill-Istati Membri biex jirċievu l-appoġġ għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmija fl-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

3.   Il-bċejjeċ tar-raba’ ta’ referenza għandhom iservu bħala bażi biex jappoġġaw lill-benefiċjarji fis-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet ġeospazjali għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmija fl-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

4.   L-Istati Membri għandhom jiddelimitaw il-bċejjeċ tar-raba’ ta’ referenza b’tali mod li jiżguraw li kull biċċa raba’ tkun stabbli fiż-żmien, tkun tista’ titkejjel, tippermetti l-lokalizzazzjoni unika u mhux ambigwa ta’ kull biċċa raba’ u unità ta’ art ta’ erjas mhux agrikoli meqjusin eliġibbli mill-Istati Membri biex jirċievu l-appoġġ għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmija fl-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 iddikjarati kull sena.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aġġornament tal-informazzjoni għall-bċejjeċ raba’ ta’ referenza kollha fis-sistema ta’ identifikazzjoni mill-inqas darba kull 3 snin. Barra minn hekk, kull sena, l-Istati Membri għandhom iqisu l-informazzjoni kollha disponibbli mill-applikazzjoni ġeospazjali, mis-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jew minn kwalunkwe sors affidabbli ieħor.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi estratta d-data rilevanti għar-rapportar korrett dwar l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

7.   Fis-sistema ta’ identifikazzjoni, għal kull biċċa raba’ ta’ referenza, l-Istati Membri għandhom tal-anqas:

(a)

jiddeterminaw l-erja massima eliġibbli għall-finijiet tal-interventi bbażati fuq l-erja taħt is-sistema integrata. Sabiex tiġi ddeterminata l-erja massima eliġibbli, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-elementi ineliġibbli mill-biċċa raba’ permezz ta’ delineazzjoni, fejn possibbli. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu minn qabel il-kriterji u l-proċeduri użati għall-valutazzjoni, il-kwantifikazzjoni u, fejn xieraq, id-delineazzjoni tal-partijiet eliġibbli u ineliġibbli tal-biċċa raba’. Fid-determinazzjoni tal-erja massima eliġibbli, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu marġni raġonevoli għal kwantifikazzjoni korretta, biex iqisu l-profil u l-kundizzjoni tal-biċċa raba’;

(b)

jidentifikaw l-erja agrikola, kif imsemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-distinzjoni tal-erja agrikola f’raba’ li jinħadem, f’għelejjel permanenti u f’artijiet bil-ħaxixpermanenti, inkluż meta jiffurmaw sistemi agroforestali f’dik iż-żona, kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament permezz ta’ delineazzjoni;

(c)

fir-rigward tal-artijiet bil-ħaxix permanenti b’karatteristiċi ineliġibbli mifruxa u meta l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw koeffiċjenti ta’ tnaqqis fissi biex jiddeterminaw l-erja meqjusa eliġibbli, kif previst fit-tielet subparagrafu tal-punt(b) tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jirreġistraw l-informazzjoni rilevanti kollha;

(d)

jinkludu karatteristiċi u/jew impenji li huma rilevanti għall-eliġibbiltà ta’ interventi bbażati fuq l-erja u għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità, u li huma stabbli fiż-żmien. Din l-informazzjoni għandha tiġi rreġistrata bħala attributi jew saffi fis-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ u għandu jiġi indikat tal-anqas dan li ġej:

(i)

il-post fejn tinsab l-erja tat-torbiera jew tal-art mistagħdra, fejn rilevanti, f’konformità mal-istandard 2 tal-KAAT elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(ii)

it-tip u l-post tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ fuq il-biċċa raba’ rilevanti għall-kundizzjonalità jew għall-interventi msemmija fl-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(e)

fejn applikabbli, isibu u jiddeterminaw id-daqs tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ skont l-istandard 8 tal-KAAT elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115 rilevanti għas-sehem minimu tal-erja agrikola ddedikat għal erja jew karatteristiċi mhux produttivi.

(f)

jiddeterminaw jekk il-bċejjeċ tar-raba’ jinsabux f’erjas li jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi għall-erja kif imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2021/2115, jew jekk japplikawx żvantaġġi speċifiċi għall-erja li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif imsemmi fl-Artikolu 72 ta’ dak ir-Regolament,

(g)

jiddeterminaw jekk il-bċejjeċ tar-raba’ jinsabux f’żoni ta’ Natura 2000, f’erjas koperti mid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jekk jinsabux f’art agrikola awtorizzata għall-produzzjoni tal-qoton skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, f’erjas li jiffurmaw parti mill-prattiki lokali stabbiliti msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (c), it-tieni subparagrafu, il-punt (i), ta’ dak ir-Regolament, dwar erjas mgħottija b’mergħat permanenti ddeżinjati bħala ambjentalment sensittivi skont l-istandard 9 tal-KAAT elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, jew f’erjas koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (7) jew mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

8.   Għall-interventi relatati mal-forestrija appoġġati taħt l-Artikoli 70 u 72 tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi alternattivi xierqa sabiex jidentifikaw b’mod uniku l-art soġġetta għall-appoġġ meta dik l-art tkun miksija bil-foresti.

9.   Is-sistema ta’ informazzjoni ġeografika għandha topera abbażi ta’ sistema nazzjonali ta’ referenza ta’ koordinati kif iddefinita fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) li tippermetti l-kejl standardizzat u l-identifikazzjoni unika tal-bċejjeċ tar-raba’ fl-Istat Membru kollu kkonċernat. Fejn jintużaw sistemi ta’ referenza ta’ koordinati differenti, dawn għandhom ikunu reċiprokament esklussivi u kull waħda minnhom għandha tiżgura l-konsistenza bejn il-punti ta’ informazzjoni li jirreferu għall-istess post.

Artikolu 3

Valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’

1.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għall-finijiet tal-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sostenibbiltà. Dik il-valutazzjoni ta’ kwalità għandha tkopri l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kwantifikazzjoni korretta tal-erja massima eliġibbli;

(b)

il-proporzjon u d-distribuzzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’ ta’ referenza fejn l-erja massima eliġibbli tqis erjas ineliġibbli jew fejn ma tqisx iż-żona agrikola;

(c)

l-okkorrenza ta’ bċejjeċ tar-raba’ ta’ referenza b’difetti kritiċi;

(d)

il-klassifikazzjoni korretta tal-erja agrikola bħala raba’ li jinħadem, art bil-ħaxix permanenti jew għalla permanenti f’kull biċċa raba’ ta’ referenza;

(e)

il-proporzjon tad-dikjarazzjonijiet tal-erja għal kull biċċa raba’ ta’ referenza;

(f)

il-kategorizzazzjoni ta’ bċejjeċ tar-raba’ ta’ referenza fejn l-erja massima eliġibbli tqis erjas ineliġibbli, fejn ma tqisx l-erja agrikola jew tikxef difett kritiku;

(g)

il-perċentwal ta’ bċejjeċ tar-raba’ ta’ referenza li kienu soġġetti għal bidla, akkumulati matul iċ-ċiklu regolari ta’ aġġornament.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li t-talbiet kollha għall-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba’ jitwettqu b’mod li jkun possibbli li jiġi traċċat jekk dawn jirriżultawx mis-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, mill-azzjoni tal-benefiċjarju jew minn kwalunkwe sors ieħor.

2.   L-Istati Membri għandhom iwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbażi ta’ kampjun ta’ bċejjeċ tar-raba’ ta’ referenza. Għandhom jużaw data li tippermetti l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni proprja fil-prattika.

3.   F’każ li r-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità jiżvelaw nuqqasijiet, l-Istat Membru għandu jipproponi azzjonijiet ta’ rimedju adegwati.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema tal-applikazzjoni ġeospazjali

1.   Il-valutazzjoni annwali tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 69(6) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tivvaluta l-affidabbiltà tal-informazzjoni fl-applikazzjoni ġeospazjali u l-korrettezza tal-informazzjoni użata għar-rapportar dwar l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/2115. B’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-kwalità għandha tivvaluta l-kompletezza u l-korrettezza tal-informazzjoni mimlija minn qabel fl-applikazzjoni ġeospazjali, il-kompletezza u l-korrettezza tat-twissijiet ta’ gwida pprovduti lill-benefiċjarji matul il-proċess tal-applikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-bidliet kollha rreġistrati fl-applikazzjonijiet ġeospazjali wara s-sottomissjoni tagħha.

2.   Il-valutazzjoni tal-kwalità għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

verifika li l-informazzjoni użata mill-Istat Membru biex timtela minn qabel l-applikazzjoni ġeospazjali kienet kompluta, korretta u aġġornata;

(b)

verifika mill-Istat Membru li l-erja ddikjarata mill-benefiċjarju għal intervent ibbażat fuq l-erja kienet stabbilita b’mod korrett fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà applikabbli;

(c)

verifika li, sa fejn ikun possibbli, il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà tal-interventi u, fejn rilevanti, ir-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità, tqiesu għall-ħruġ ta’ twissijiet ta’ gwida mill-Istat Membru lill-benefiċjarji matul il-proċess tal-applikazzjoni;

(d)

verifika li l-emendi kollha tal-applikazzjoni ġeospazjali wara s-sottomissjoni tagħha ġew irreġistrati mill-Istat Membru b’tali mod li jkun possibbli li jiġi traċċat jekk dawn irriżultawx minn twissija tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, azzjoni tal-benefiċjarju jew minn kwalunkwe sors ieħor.

3.   Il-valutazzjoni tal-kwalità prevista fil-paragrafu 2, il-punti (a), (c) u (d), għandha titwettaq permezz ta’ ttestjar tal-IT u twettiq mill-ġdid tal-proċess ta’ applikazzjoni fuq kampjun rappreżentattiv ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna.

4.   Għall-verifika skont il-paragrafu 2, il-punt (b), il-valutazzjoni tal-kwalità għandha titwettaq permezz ta’ żjarat in situ jew analiżi ta’ immaġni tal-istess sena kalendarja u ta’ mill-inqas l-istess kwalità kif meħtieġ għall-valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Dik il-verifika għandha ssir permezz ta’ kejl tal-erja ddikjarata fir-rigward ta’ intervent fuq il-kampjun magħżul għall-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi kollha bbażati fuq l-erja ġestiti mis-sistema integrata jkunu inklużi fil-kampjuni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 u vverifikati fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-kwalità.

6.   F’każ li r-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità jiżvelaw nuqqasijiet, l-Istat Membru għandu jipproponi azzjonijiet ta’ rimedju adegwati.

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja

1.   Il-valutazzjoni annwali tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tivvaluta l-affidabbiltà tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, tipprovdi informazzjoni dijanjostika dwar is-sorsi ta’ deċiżjonijiet mhux korretti fil-livell tal-interventi u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u b’mod partikolari tivvaluta l-korrettezza tal-informazzjoni prevista għar-rapportar dwar l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

2.   Il-valutazzjoni tal-kwalità għandha titwettaq permezz ta’ żjarat in situ jew analiżi ta’ immaġni tal-istess sena kalendarja u fejn rilevanti, b’tal-anqas l-istess kwalità kif meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Iż-żjarat in situ jistgħu jsiru fi kwalunkwe żmien matul is-sena u għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikopru l-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà rilevanti għal benefiċjarju partikolari matul l-istess żjara. L-immaġnijiet użati mill-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu jistgħu jagħtu riżultati konklużivi u affidabbli fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali fil-prattika. Fejn l-Istati Membri jużaw ritratti ġeottaggjati għall-osservazzjoni, it-traċċar u l-valutazzjoni tal-attivitajiet agrikoli bħala data b’mill-inqas valur ekwivalenti għad-data mis-satelliti Sentinel ta’ Copernicus, l-Istati Membri jistgħu jwettqu l-valutazzjoni tal-kwalità tad-deċiżjonijiet abbażi ta’ ritratti ġeottaggjati permezz ta’ analiżi mhux awtomatizzata tar-ritratti ġeottaggjati, sakemm dawn joffru riżultati konklużivi u affidabbli.

3.   Fil-livell tal-interventi, il-valutazzjoni tal-kwalità għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

kwantifikazzjoni ta’ żbalji minħabba deċiżjonijiet żbaljati dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà fuq bċejjeċ tar-raba’ taħt intervent ibbażat fuq l-erja, irrispettivament minn jekk id-deċiżjoni rilevanti kinitx ġejja mis-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jew le. Ir-riżultat għandu jiġi espress f’ettari;

(b)

kwantifikazzjoni tal-għadd ta’ bċejjeċ tar-raba’ fejn is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja sabet nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u tal-għadd ta’ bċejjeċ tar-raba’ li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà wara l-aħħar data għall-emendi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna.

4.   Ir-rapporti mistennija sal-15 ta’ Frar 2025 u l-15 ta’ Frar 2027, għandu jkollhom ukoll verifika li l-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà tal-interventi bbażati fuq l-erja li huma kkunsidrati bħala li jistgħu jiġu mmonitorjati, kienu soġġetti għal sistema ta’ monitoraġġ tal-erja fis-snin 2024 u 2026, rispettivament. Jistgħu jkunu meħtieġa azzjonijiet ta’ rimedju wara l-valutazzjoni tar-riżultati ta’ dawn ir-rapporti.

5.   Il-valutazzjoni tal-kwalità għandha titwettaq billi jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà tal-interventi kollha applikati fuq kampjun rappreżentattiv ta’ bċejjeċ tar-raba’.

6.   Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni u minħabba li l-kampjun tal-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jipprovdi livell adegwat ta’ assigurazzjoni fir-rigward tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal kull intervent, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li jqis il-valutazzjonijiet tal-kwalità msemmija fl-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-obbligu li tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll stabbilita fl-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi kollha bbażati fuq l-erja ġestiti mis-sistema integrata jiġu inklużi fil-kampjun ta’ bċejjeċ tar-raba’ u vverifikati fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-kwalità, irrispettivament mill-possibbiltà li s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja tiġi stabbilita gradwalment, kif imsemmi fl-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

8.   F’każ li r-riżultati tal-kwantifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b), jiżvelaw nuqqasijiet, l-Istat Membru għandu jipproponi azzjonijiet ta’ rimedju adegwati.

9.   L-azzjonijiet ta’ rimedju għal kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà mhux immonitorjati jew mhux immonitorjati b’mod konklużiv jistgħu jinkludu t-twettiq ta’ żjarat in situ. F’każijiet fejn ikunu meħtieġa azzjonijiet ta’ rimedju wara r-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità għas-sena kalendarja kkonċernata, jista’ jkun hemm bżonn li jiġu inklużi dettalji addizzjonali fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-kwalità tas-sena ta’ wara fir-rigward tan-nuqqasijiet li għandhom jiġu rrimedjati.

KAPITOLU III

APPLIKAZZJONI U KALKOLU TA’ PENALI AMMINISTRATTIVI GĦALL-KUNDIZZJONALITÀ

Artikolu 6

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“nuqqas ta’ konformità” tfisser: tfisser nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jew mal-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

“standards” tfisser kwalunkwe wieħed mill-istandards kif stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c)

“sena tas-sejba” tfisser is-sena kalendarja li fiha tkun twettqet il-verifika amministrattiva jew il-verifika fuq il-post;

(d)

“oqsma ta’ kondizzjonalità” tfisser kwalunkwe wieħed mit-tliet oqsma differenti msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali dwar in-nuqqasijiet ta’ konformità

1.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-okkorrenza mill-ġdid ta’ nuqqas ta’ konformità, għandhom jitqiesu n-nuqqasijiet ta’ konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità ddeterminati f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014.

2.   Il-“firxa” ta’ nuqqas ta’ konformità għandha tiġi determinata billi jitqies, partikolarment, jekk in-nuqqas ta’ konformità kellux impatt mifrux ħafna jew jekk dan kienx limitat għall-farm innifsu.

3.   Is-“severità” ta’ nuqqas ta’ konformità għandha tiddependi, partikolarment, fuq l-importanza tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità billi jitqiesu l-għanijiet tar-rekwiżit jew tal-istandard konċernat.

4.   Jekk nuqqas ta’ konformità jkunx ta’ “permanenza” jew le jiddependi, b’mod partikolari, fuq it-tul ta’ żmien li għalih idum l-effett jew il-potenzjal sabiex jiġu terminati dawk l-effetti b’mezzi raġonevoli.

5.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, in-nuqqasijiet ta’ konformità għandhom jitqiesu li jkunu “ddeterminati” jekk ikunu stabbiliti bħala konsegwenza ta’ xi tip ta’ kontroll mwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2116 jew wara li l-awtorità kompetenti ta’ kontroll jew, fejn applikabbli, l-aġenzija tal-pagament, tkun ġiet mgħarrfa, bi kwalunkwe mezz ieħor.

Artikolu 8

Prinċipji ġenerali tal-penali amministrattivi

1.   Il-penali amministrattiva prevista fl-Artikolu 84(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiġi imposta biss jekk jinstab nuqqas ta’ konformità fi żmien 3 snin kalendarji konsekuttivi kkalkulati minn u inkluża s-sena fejn ikun seħħ in-nuqqas ta’ konformità.

2.   Meta l-istess nuqqas ta’ konformità jseħħ kontinwament tul diversi snin kalendarji, għandha tiġi applikata penali amministrattiva għal kull sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità. Il-penali amministrattivi għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu se jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagamenti li jkunu ġew ippreżentati jew li jkunu se jiġu ppreżentati matul is-snin kalendarja li fihom seħħ in-nuqqas ta’ konformità.

3.   Meta fis-sena kalendarja tas-sejba, il-benefiċjarju ma jissottomettix applikazzjoni għall-għajnuna jew il-penali amministrattiva taqbeż l-ammont totali tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu se jingħataw lill-benefiċjarju fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna li l-benefiċjarju jkun issottometta jew li se jissottometti tul is-sena kalendarja tas-sejba, il-penali amministrattiva għandha tiġi rkuprata f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (10).

Artikolu 9

Perċentwali ta’ tnaqqis f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonali

1.   Għal nuqqasijiet ta’ konformità mhux intenzjonali ddeterminati, l-aġenzija tal-pagamenti tista’ tiddeċiedi, abbażi tal-valutazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità pprovduta mill-awtorità ta’ kontroll kompetenti u filwaqt li tqis il-kriterji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 85(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, li tnaqqas il-perċentwal stabbilit fl-Artikolu 85(2) ta’ dak ir-Regolament għal sa 1 %.

2.   Meta nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonat determinat ikollu konsegwenzi gravi għall-ilħuq tal-objettiv tal-istandard jew tar-rekwiżit ikkonċernat jew jikkostitwixxi riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, l-aġenzija tal-pagamenti tista’ tiddeċiedi, abbażi tal-valutazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità pprovduta mill-awtorità ta’ kontroll kompetenti filwaqt li tqis il-kriterji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 85(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, li żżid il-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 85(5) ta’ dak ir-Regolament għal sa 10 %.

3.   Meta nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonali ddeterminat bl-istess rekwiżit jew standard jippersisti fi żmien 3 snin kalendarji konsekuttivi, il-perċentwal tat-tnaqqis stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(6) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandu japplika biss meta l-benefiċjarju jkun ġie infurmat bin-nuqqas ta’ konformità ddeterminat preċedenti. Fejn l-istess nuqqas ta’ konformità jippersisti mingħajr raġuni ġġustifikata mill-benefiċjarju, għandu jitqies li huwa każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali.

4.   Meta nuqqas ta’ konformità ddeterminat ma jkollu l-ebda konsegwenza jew ikollu biss konsegwenzi insinifikanti għall-ilħuq tal-objettiv tal-istandard jew tar-rekwiżit ikkonċernat u ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, in-nuqqas ta’ konformità ma għandux jitqies għall-fini tad-determinazzjoni tal-okkorrenza mill-ġdid jew tal-persistenza ta’ nuqqas ta’ konformità.

5.   Meta Stat Membru juża s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex jidentifika każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, it-tnaqqis li għandu jiġi impost għal nuqqasijiet ta’ konformità mhux intenzjonali ddeterminati jista’ jkun anqas mit-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iżda mill-inqas 0,5 % tal-ammont totali li jirriżulta mill-pagamenti u l-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 83(1), il-punti (a), (b) u (c), ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 10

Perċentwali ta’ tnaqqis f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali

It-tnaqqis perċentwali għal nuqqas ta’ konformità intenzjonali ddeterminat għandu jkun mill-inqas 15 % tal-ammont totali li jirriżulta mill-pagamenti u mill-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 83(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/2116. Abbażi tal-valutazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità pprovduta mill-awtorità ta’ kontroll kompetenti li tqis il-kriterji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 85(1) ta’ dak ir-Regolament, l-aġenzija tal-pagamenti tista’ tiddeċiedi li żżid dak il-perċentwal għal sa 100 %.

Artikolu 11

Kalkolu tat-tnaqqis għal diversi nuqqasijiet ta’ konformità fl-istess sena kalendarja tal-okkorrenza

1.   Meta nuqqas ta’ konformità ddeterminat ma’ standard jikkostitwixxi wkoll nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżit, in-nuqqas ta’ konformità għandu jitqies bħala nuqqas ta’ konformità wieħed. Għall-fini tal-kalkolu tat-tnaqqisiet, in-nuqqas ta’ konformità għandu jitqies bħala parti mill-qasam tal-kundizzjonalità tar-rekwiżit.

2.   Meta jkun seħħ aktar minn nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonali u mhux rikorrenti wieħed fl-istess sena kalendarja, il-proċedura għall-iffissar tat-tnaqqis għandha tiġi applikata individwalment għal kull nuqqas ta’ konformità u l-perċentwali li jirriżultaw għandhom jiżdiedu flimkien. Madankollu, it-tnaqqis totali ma għandux jaqbeż:

(a)

5 % tal-ammont totali li jirriżulta mill-pagamenti u l-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 83(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/2116 fejn ebda nuqqas ta’ konformità ma jkollu konsegwenzi gravi għall-ilħuq tal-objettiv tal-istandard jew tar-rekwiżit ikkonċernat jew jikkostitwixxi riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali; jew,

(b)

10 % tal-ammont totali li jirriżulta mill-pagamenti u l-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 83(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/2116 fejn tal-inqas nuqqas ta’ konformità wieħed ikollu konsegwenzi gravi għall-ilħuq tal-objettiv tal-istandard jew tar-rekwiżit ikkonċernat jew jikkostitwixxi riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali.

3.   Meta jkun seħħ aktar minn nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonali rikorrenti wieħed fl-istess sena kalendarja, il-proċedura għall-iffissar tat-tnaqqis għandha tiġi applikata individwalment għal kull nuqqas ta’ konformità u l-perċentwali ta’ tnaqqis li jirriżultaw għandhom jiżdiedu flimkien. Madankollu, it-tnaqqis ma għandux jaqbeż l-20 % tal-ammont totali li jirriżulta mill-pagamenti u l-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 83(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/2116.

4.   Meta jkun seħħ aktar minn nuqqas ta’ konformità intenzjonali ddeterminat wieħed fl-istess sena kalendarja il-proċedura għall-iffissar tat-tnaqqis għandha tiġi applikata individwalment għal kull nuqqas ta’ konformità u l-perċentwali ta’ tnaqqis li jirriżultaw għandhom jiżdiedu flimkien. Madankollu, it-tnaqqis ma għandux jaqbeż il-100 % tal-ammont totali li jirriżulta mill-pagamenti u l-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 83(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/2116.

5.   Meta jkunu seħħew diversi każijiet ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mhux intenzjonali, rikorrenti u intenzjonali fl-istess sena kalendarja, il-perċentwali ta’ tnaqqis li jirriżultaw, u fejn rilevanti wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiżdiedu flimkien. Madankollu, it-tnaqqis ma għandux jaqbeż il-100 % tal-ammont totali li jirriżulta mill-pagamenti u l-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 83(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/2116.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

B’deroga mill-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-kontrolli dwar il-konformità mar-regoli dwar il-kondizzjonalità, kif imsemmi fl-Artikolu 83 ta’ dak ir-Regolament, għandhom jitwettqu fuq oqsma appoġġati abbażi tal-Artikoli 28, 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 permezz ta’ programmi ta’ żvilupp rurali implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2025 skont dak ir-Regolament, meta l-benefiċjarju kkonċernat jirċievi pagamenti bbażati fuq l-erja wkoll taħt il-Pjan Strateġiku tal-PAK skont ir-Regolament (UE) 2021/2115.

Il-kontrolli tal-kundizzjonalità msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jitqiesu li jkopru l-kontrolli fuq is-sistema tal-kundizzjonalità msemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, sakemm ma jiżvelawx nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-kundizzjonalità. Jekk ir-regoli dwar il-kundizzjonalità ma jiġux osservati, l-Istat Membru għandu jwettaq il-kontrolli f’konformità ma’ dak l-Artikolu għal miżuri bbażati fuq l-erja fil-programmi ta’ żvilupp rurali u, fejn jinstabu irregolaritajiet, japplikaw ir-regoli dwar il-kalkolu u l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 13

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

Madankollu, għandu jkompli japplika għal:

(a)

applikazzjonijiet għall-għajnuna għal pagamenti diretti ppreżentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023;

(b)

talbiet għal pagamenti magħmula fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(c)

għas-sistema ta’ kontroll u l-penali amministrattivi fir-rigward tar-regoli dwar il-kundizzjonalità.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(6)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(8)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(9)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131).


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1173

tal-31 ta’ Mejju 2022

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-Politika Agrikola Komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 26, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(4), l-Artikolu 75 u l-Artikolu 92 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/2116 jistabbilixxi r-regoli bażiċi dwar, inter alia, l-obbligi tal-Istati Membri li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jirrapportaw dwar il-prestazzjoni tal-politika. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-qafas legali l-ġdid, iridu jiġu adottati ċerti regoli fir-rigward tar-rapporti ta’ valutazzjoni dwar il-kwalità ta’ tliet elementi (is-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, is-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja) tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (“sistema integrata”) u l-azzjonijiet ta’ rimedju relatati, ir-rekwiżiti għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna u s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, il-qafas li jirregola l-akkwist tad-data satellitari għall-finijiet tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u dwar il-verifiki tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati fir-rigward tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton. Ir-regoli l-ġodda jenħtieġ li jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (2).

(2)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jenħtieġ li jkunu komprensivi sabiex jagħmlu possibbli valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-informazzjoni ġġenerata minn dawn l-elementi tas-sistema integrata. Il-kontenut ta’ dawn ir-rapporti jenħtieġ li jippermetti wkoll li jiġi konkluż jekk hijiex ipprovduta assigurazzjoni suffiċjenti tal-kwalità tal-informazzjoni użata b’rabta mal-obbligu tal-Istat Membru tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati tal-interventi bbażati fuq l-erja ġestiti skont is-sistema integrata. Għalhekk, dawn ir-rapporti jenħtieġ li b’mod partikolari jinkludu informazzjoni dwar il-ħidma mwettqa skont il-valutazzjoni tal-kwalità, in-nuqqasijiet identifikati kif ukoll informazzjoni dijanjostika dwar il-kawżi ewlenin potenzjali ta’ dawn in-nuqqasijiet. B’mod aktar speċifiku, ir-rapporti jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar id-data u x-xbihat użati għall-valutazzjonijiet tal-kwalità kif ukoll ir-riżultati tal-ittestjar tagħhom. L-esperjenza rigward l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’ wriet li l-użu ta’ sistemi ta’ informazzjoni elettroniċi dedikati huwa partikolarment utli. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-Istati Membri u l-komunikazzjoni tagħhom mal-Kummissjoni, jenħtieġ li tali sistemi ta’ informazzjoni jkomplu jintużaw u jiġu żviluppati aktar, fejn meħtieġ, għar-rapporti tat-tliet valutazzjonijiet tal-kwalità previsti fir-Regolament (UE) 2021/2116.

(3)

Sabiex jilħqu l-għan tagħhom li jipprovdu data affidabbli għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, ir-riżultati tat-tliet valutazzjonijiet tal-kwalità, u b’mod partikolari dawk tas-sistema tal-applikazzjoni ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, jenħtieġ li jingħaqdu biex jiġi stmat l-iżball tal-erja tad-data rrappurtata dwar l-indikaturi tal-output u tar-riżultati li jirriżulta minn nuqqasijiet fis-sistemi. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-azzjonijiet ta’ rimedju li jistgħu jkunu meħtieġa biex in-nuqqasijiet jiġu indirizzati f’perjodu ta’ żmien definit. Barra minn hekk, ir-rapporti mħejjija fir-rigward tas-snin 2024 u 2026 jenħtieġ li jippermettu li jiġi vverifikat li s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja ġiet stabbilita kif xieraq fl-Istati Membri kollha u li l-implimentazzjoni gradwali tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja rnexxiet u kopriet il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-interventi kollha li jistgħu jiġu mmonitorjati. Għal dan il-għan, ir-rapporti jenħtieġ li jkun fihom lista tal-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà għall-interventi kollha bbażati fuq l-erja skont is-sistema integrata flimkien ma’ informazzjoni dwar is-sorsi tad-data użati għall-analiżi.

(4)

L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu sistema affidabbli u moderna għall-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li tippermetti l-komunikazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi u li topera f’ċiklu annwali. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu s-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjoni nazzjonali, pereżempju billi jipprevedu li applikazzjoni waħda tista’ tkopri diversi interventi jew diversi benefiċjarji li japplikaw b’mod konġunt jew li tiġi kkunsidrata applikazzjoni waħda għal kull azjenda f’sena partikolari f’każ ta’ trasferiment ta’ dik l-azjenda. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-ġestjoni xierqa tal-interventi fejn ikun hemm aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda responsabbli għall-istess benefiċjarju.

(5)

L-Istati Membri jenħtieġ li jisfruttaw il-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni billi jużaw, bħala regola, il-mezzi elettroniċi għal kull komunikazzjoni mal-benefiċjarji. Barra minn hekk, biex tingħata spinta lis-simplifikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, jirkupraw l-informazzjoni meħtieġa għall-ġestjoni tal-interventi minn sorsi tad-data għad-dispożizzjoni tal-amministrazzjoni pubblika.

(6)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu formoli mimlija bil-lest, li jkun fihom l-informazzjoni kollha u dik l-aktar aġġornata rilevanti għall-benefiċjarji. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevjenu l-irregolaritajiet billi jippermettu emendi għall-formoli mimlija minn qabel u jipprovdu twissijiet ta’ gwida li jgħinu lill-benefiċjarju jidentifika nuqqasijiet ta’ konformità potenzjali u japplika b’mod korrett. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-modifiki introdotti mill-benefiċjarji għall-aġġornament tal-informazzjoni fil-bażijiet tad-data tal-amministrazzjoni nazzjonali. Għall-finijiet tat-trattament indaqs tal-benefiċjarji, jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika s-sistema awtomatika ta’ talbiet, tali sistema jenħtieġ li tiżgura l-istess livell ta’ dettall kif meħtieġ għall-applikazzjoni għall-għajnuna skont dan ir-Regolament.

(7)

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna skont is-sistema integrata jenħtieġ li jipprovdu, sa fejn ikun possibbli, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ġestjoni xierqa u affidabbli tal-interventi koperti u għar-rappurtar korrett dwar l-indikaturi tal-output u tar-riżultati. Għall-ġestjoni xierqa tal-interventi, il-benefiċjarji jenħtieġ li jibqgħu responsabbli għall-applikazzjoni għall-għajnuna sottomessa, sabiex id-drittijiet u r-responsabbiltajiet relatati kollha jkunu jistgħu jiġu preżunti b’mod ċar.

(8)

Il-prevenzjoni tal-irregolaritajiet jenħtieġ li tiġi stabbilita billi tkun permessa l-possibbiltà li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jiġu emendati jew irtirati sa ċerta skadenza. Meta l-benefiċjarji kollha għal intervent partikolari jkunu koperti minn verifiki amministrattivi u/jew mill-użu tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, l-effett ta’ deterrent tas-sanzjonijiet ma jkunx meħtieġ. Għalhekk, l-emendi jew l-irtirar jenħtieġ li jkunu permessi fi kwalunkwe mument qabel skadenza, li hija meħtieġa għall-amministrazzjoni xierqa tal-interventi. Madankollu, jenħtieġ li ma jkunux permessi emendi jew irtirar fir-rigward ta’ nuqqasijiet ta’ konformità relatati ma’ kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li ma jistgħux jiġu immonitorjati li jkunu żvelati minn sorsi għajr is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u l-verifiki amministrattivi. F’sitwazzjonijiet oħrajn, jenħtieġ li l-possibbiltà ta’ emendi jew irtirar ma tkunx permessa meta l-benefiċjarju jkun ġie infurmat b’verifika fuq il-post ippjanata jew jekk tali verifika, meta ma tkunx tħabbret, tkun diġà sabet irregolaritajiet. Barra minn hekk, sabiex tiġi appoġġata l-affidabbiltà tal-informazzjoni meħtieġa għall-interventi skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-annimali bovini, in-nagħaġ u l-mogħoż, jenħtieġ li l-iskadenza biex isiru emendi tiġi stabbilita b’tali mod li jkunu jistgħu jsiru bidliet fl-applikazzjoni għall-għajnuna u aġġornamenti fil-bażi tad-data kompjuterizzata għall-annimali qabel id-data stabbilita mill-Istat Membru sa meta għandu jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni.

(9)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-applikazzjoni ġeospazjali tinkludi l-informazzjoni meħtieġa għall-ġestjoni tal-interventi bbażati fuq l-erja skont is-sistema integrata u, sa fejn ikun meħtieġ, l-interventi bbażati fuq l-erja fis-settur tal-inbid u għar-rekwiżiti skont il-kundizzjonalità. Jenħtieġ li tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti tal-elementi tal-applikazzjoni ġeospazjali biex toffri gwida utli lill-Istati Membri. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandha tiġi pprovduta mill-benefiċjarju meta tkun rilevanti għal intervent skont is-sistema integrata li għalih issir applikazzjoni għall-appoġġ tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw din l-informazzjoni fir-rigward tal-obbligu tar-reġistrazzjoni tal-użu ta’ dawn il-prodotti kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(10)

Għall-ġestjoni xierqa tal-interventi bbażati fuq l-annimali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna rilevanti. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u t-trattament indaqs tal-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li meta tintuża sistema awtomatika ta’ talbiet, l-annimali kollha tal-benefiċjarju li huma potenzjalment eliġibbli li jirċievu l-għajnuna taħt intervent partikolari għandhom jiġu kkunsidrati li ġew iddikjarati għal dak l-intervent.

(11)

Ir-Regolament (UE) 2021/2116 introduċa s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja bħala element obbligatorju tas-sistema integrata. Sabiex jiġi żgurat li dan l-obbligu jiġi implimentat kif suppost b’mod uniformi, is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jenħtieġ li jkollha l-istess kamp ta’ applikazzjoni fl-Istati Membri kollha, u b’hekk tkopri l-benefiċjarji kollha u l-interventi kollha bbażati fuq l-erja ġestiti skont is-sistema integrata u l-kundizzjonijiet kollha li jistgħu jiġu mmonitorjati. L-awtomatizzazzjoni tal-analiżi tad-data skont is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jenħtieġ li tingħata prijorità sabiex tappoġġa l-objettiv trasversali tal-modernizzazzjoni tal-PAK. Għal dawn ir-raġunijiet, l-għadd ta’ kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jitqiesu li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz tad-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus jew ta’ data li għandha tal-inqas valur ekwivalenti jenħtieġ li jiżdied gradwalment. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li fl-2023 u fl-2024, il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà li jistgħu jitqiesu li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz tal-ipproċessar awtomatiku tad-data tas-satelliti Sentinel ta’ Copernicus ikunu suġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk dawn il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jiġu mmonitorjati humiex fil-fatt indirizzati permezz tal-ipproċessar tad-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus jew ta’ data li għandha tal-inqas valur ekwivalenti. Fejn il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà ma jkunux jistgħu jitqiesu li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz tad-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jindirizzawhom permezz tal-ipproċessar ta’ data li għandha tal-inqas valur ekwivalenti jew inkella jqisuhom li ma jistgħux jiġu mmonitorjati. Mill-2025 ’il quddiem, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà li jistgħu jitqiesu li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz tal-ipproċessar awtomatiku jew tad-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus jew inkella ta’ ritratti ġeottaggjati jkunu suġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. Madankollu, meta jitqiesu l-isforz u l-investimenti meħtieġa biex jiġu inklużi r-ritratti ġeottaggjati bħala data li għandha tal-inqas valur ekwivalenti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw perjodu ta’ żmien biex iwettqu l-ħidma preparatorja meħtieġa. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jitqiesu li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz ta’ ritratti ġeottaggjati jenħtieġ li jiġu koperti b’mod gradwali matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Dawn l-isforzi jenħtieġ li jiżguraw rata ta’ progress kostanti mill-2025 ’il quddiem. L-Istati Membri jenħtieġ li jiddeċiedu liema kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jitqiesu li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz ta’ ritratti ġeottaggjati jsiru suġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja kull sena. Barra minn hekk, sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna aktar fl-integrazzjoni ta’ din it-teknoloġija l-ġdida fis-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, jenħtieġ li l-Istati Membri bħala minimu, jissuġġettaw għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja perċentwal ta’ interventi li għalihom il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jistgħu jitqiesu li jistgħu jiġu mmonitorjati biss bir-ritratti ġeottaggjati qabel l-1 ta’ Jannar 2027. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-flessibbiltà li jiddeċiedu liema interventi, b’mill-inqas kundizzjoni waħda ta’ eliġibbiltà li se tiġi mmonitorjata bir-ritratti ġeottaggjati skont is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, huma inklużi fil-perċentwal. Madankollu, fid-deċiżjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-interventi kollha bbażati fuq l-erja jkunu suġġetti għal sistema ta’ monitoraġġ tal-erja kif meħtieġ mill-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

(12)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll sett komuni ta’ rekwiżiti biex jiġi żgurat li ż-żoni li ssir talba għalihom skont intervent ma jkunx fihom art ineliġibbli, użu ineliġibbli tal-art u bidliet fil-kategorija taż-żona agrikola li jistgħu jħallu impatt fuq l-analiżi tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà speċifiċi għall-intervent bl-użu tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. Matul is-sena tat-talba, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu vvalutati fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-interventi inklużi f’applikazzjoni għall-għajnuna partikolari sabiex tkun tista’ ssir analiżi sussegwenti sinifikanti mis-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. L-użu tal-art jenħtieġ li jiġi vvalutat f’żona delineata sabiex jiġi konkluż jekk fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għal għajnuna partikolari u l-intervent ikkonċernat, tkunx seħħet l-imġiba spazjali jew temporali mistennija. Fl-iżvilupp tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, l-Istati Membri jenħtieġ li jibbenefikaw bis-sħiħ mill-potenzjal tagħha billi jużaw l-informazzjoni disponibbli għall-aġġornament tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’ u jikkomunikaw mal-benefiċjarji bil-ħsieb li jippermettu emendi għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Meta l-Istat Membru jkun jeħtieġ li jinforma lill-benefiċjarju dwar nuqqasijiet ta’ konformità wara r-riżultati tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja f’każijiet ta’ preżenza ta’ żoni ineliġibbli jew ta’ użu ineliġibbli tal-art, l-informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità jenħtieġ li tiġi kkomunikata hekk kif tiġi identifikata sabiex il-benefiċjarju jingħata l-possibbiltà li jemenda l-applikazzjoni għall-għajnuna mill-aktar fis possibbli u l-analiżi tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja terġa’ ssir f’waqtha u b’mod sinifikanti. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll kif tapplika fil-prattika l-possibbiltà ta’ implimentazzjoni gradwali tas-sistema, billi jiġu speċifikati l-interventi li għandhom jiġu koperti fl-2023.

(13)

Sabiex is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja tkun tista’ tkopri l-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà tal-interventi kollha bbażati fuq l-erja ġestiti skont is-sistema integrata li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz tad-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus jew ta’ data oħra li għandha tal-inqas valur ekwivalenti, huwa meħtieġ li jiġu estiżi t-tipi ta’ data u li jiġu pprovduti l-istandards li jiżguraw l-ekwivalenza tagħhom għad-data satellitari. Sabiex jiġu evitati lakuni fl-isforzi ta' modernizzazzjoni tal-Istati Membri, ir-ritratti ġeottaggjati jenħtieġ li jitqiesu bħala data li għandha tal-inqas valur ekwivalenti għall-finijiet tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja.

(14)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal proċedura oġġettiva u effiċjenti li skontha għandu jitwettaq l-akkwist tad-data satellitari għall-finijiet tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja.

(15)

Għall-ġestjoni xierqa tal-interventi fir-rigward tal-qoton, jenħtieġ li jiġu previsti ċerti regoli dwar il-kontenut tal-verifiki li jwettqu l-Istati Membri fuq l-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati.

(16)

Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jenħtieġ li jitħassar. Madankollu, dak ir-Regolament jenħtieġ li jkompli japplika għal applikazzjonijiet għall-għajnuna għal pagamenti diretti ppreżentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 u għal talbiet għal pagamenti magħmula fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kumitat dwar il-Politika Agrikola Komuni u l-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (“sistema integrata”) imsemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’, u l-arranġamenti biex dawn li ġejjin jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

(i)

ir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja;

(ii)

l-azzjonijiet ta’ rimedju msemmija fl-Artikoli 68, 69 u 70 tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(b)

il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema ta’ applikazzjoni għall-għajnuna u r-regoli dwarha, skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2116, u s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament, inklużi l-parametri taż-żieda gradwali tal-għadd ta’ interventi skont is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja;

(c)

il-proċedura li skontha għandu jitwettaq l-akkwist tad-data satellitari msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/2116 sabiex jintlaħqu l-objettivi assenjati;

(d)

il-qafas li jirregola l-akkwist, it-titjib u l-użu tad-data satellitari, u l-iskadenzi applikabbli; u

(e)

sistema għall-verifiki tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati fir-rigward tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton kif imsemmi fit-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-subtaqsima 2 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Artikolu 2

Rapporti ta’ valutazzjoni tal-kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikoli 68(3), 69(6) u 70(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 lill-Kummissjoni fil-forma ta’ rapporti sottomessi permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni elettroniċi li jippermettu l-iskambji ta’ informazzjoni, dokumenti u data ta’ sostenn.

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-ħidma sottostanti fil-qafas tal-valutazzjonijiet tal-kwalità, b’mod partikolari fir-rigward tar-riżultati taż-żjarat in situ u/jew l-analiżi ta’ xbihat li jipprovdu informazzjoni affidabbli u konklużiva fir-rigward tas-sitwazzjoni reali fuq il-post, u jikkwantifikaw in-nuqqasijiet identifikati mill-valutazzjoni tal-kwalità rispettiva. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħaqdu biex jiġi kkwantifikat l-iżball fl-għadd ta’ ettari jew fis-sehem ta’ erjas rrappurtati fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

3.   F’każ li r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-kwalità jiżvelaw nuqqasijiet skont il-valutazzjonijiet tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jindika b’mod ċar l-azzjonijiet ta’ rimedju li jindirizzaw dawk in-nuqqasijiet fir-rapport tal-valutazzjoni tal-kwalità. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-progress fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju proposti fis-sena preċedenti ma jkunx biżżejjed, tista’ titlob lill-Istat Membru jissottometti pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

4.   Għal nuqqasijiet rikorrenti li jiġu żvelati fil-valutazzjoni tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha titlob pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jekk l-istess nuqqasijiet jiġu żvelati mingħajr ebda titjib fit-tieni sena konsekuttiva u jitqiesu li huma serji f’konformità mal-Artikolu 2(d) ta’ dak ir-Regolament.

5.   Ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja ppreżentat fir-rigward tas-snin 2024 u 2026 għandu jelenka l-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà għall-interventi kollha suġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja b’informazzjoni dwar is-sorsi tad-data użati għall-analiżi.

Artikolu 3

Regoli ġenerali għas-sistema ta’ applikazzjoni għall-għajnuna

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema elettronika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li għandhom jiġu ppreżentati mill-benefiċjarji kull sena u jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti lill-Istati Membri jivverifikaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ mill-inqas għall-interventi msemmija fl-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 kif ukoll, fejn meħtieġ, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti rilevanti għall-kundizzjonalità u għall-intitolamenti għall-pagamenti. Is-sistema għandha tippermetti identifikazzjoni ċara u mhux ambigwa tal-benefiċjarji, b’mod partikolari fejn tintuża s-sistema awtomatika ta’ talbiet imsemmija fl-Artikolu 65(4)(f) ta’ dak ir-Regolament. Is-sistema għandha tinkludi s-sistema ta’ applikazzjoni ġeospazjali u, fejn applikabbli, is-sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 66(1)(b) ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi sa skadenza stabbilita mill-Istat Membru u jkunu relatati mas-sena kalendarja tas-sottomissjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu applikazzjoni waħda għall-għajnuna li tkopri diversi interventi msemmija fl-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-intitolamenti għall-pagamenti u l-kundizzjonalità.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li grupp ta’ benefiċjarji jista’ jissottometti applikazzjoni għall-għajnuna b’mod konġunt, sakemm jiġi żgurat it-trattament indaqs tal-benefiċjarji kollha.

5.   Meta azjenda tiġi ttrasferita minn benefiċjarju għal ieħor, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw biss applikazzjoni waħda għall-għajnuna għal dik l-azjenda fis-sena tat-trasferiment.

6.   Għall-interventi bbażati fuq l-annimali skont l-Artikoli 31, 34 u 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115, fejn annimal jiġi ttrasferit minn benefiċjarju għal ieħor, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw aktar minn applikazzjoni waħda għall-għajnuna għal dak l-annimal fis-sena tat-trasferiment sakemm dawn ikunu jistgħu jiżguraw in-nondiskriminazzjoni bejn il-benefiċjarji kkonċernati, l-effiċjenza tal-verifiki, l-applikazzjoni ġusta tal-penali possibbli, u r-rispett għall-annwalità tas-sistema integrata.

7.   Għall-amministrazzjoni xierqa tal-interventi fi Stat Membru u fejn ikun hemm aktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti responsabbli għall-ġestjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna tal-istess benefiċjarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-aġenziji tal-pagamenti kollha involuti.

Artikolu 4

Simplifikazzjoni tal-proċeduri relatati mas-sistema ta’ applikazzjoni għall-għajnuna

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet li jiżguraw li d-data trażmessa tkun affidabbli fid-dawl tal-ġestjoni xierqa tal-interventi skont is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll. Meta d-dokumenti ta’ sostenn ma jkunux jistgħu jiġu trażmessi b’mod elettroniku, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istess limiti ta’ żmien għat-trażmissjoni tagħhom b’mezzi mhux elettroniċi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu proċeduri simplifikati fejn id-data diġà tkun disponibbli għall-awtoritajiet, b’mod partikolari meta s-sitwazzjoni ma tkunx inbidlet mill-aħħar sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-għajnuna. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw data derivata minn sorsi ta’ data li hemm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għall-finijiet tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-sorsi tad-data joffru l-livell ta’ garanzija meħtieġ għall-ġestjoni xierqa tad-data sabiex jiġu ggarantiti l-affidabbiltà, l-integrità u s-sigurtà ta’ dik id-data.

3.   Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-informazzjoni meħtieġa fi kwalunkwe dokument ta’ sostenn li għandu jiġi ppreżentat flimkien mal-applikazzjoni għall-għajnuna direttament mis-sors tal-informazzjoni.

Artikolu 5

Rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mas-sistema ta’ applikazzjoni għall-għajnuna

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji, permezz ta’ mezzi elettroniċi, formoli mimlija bil-lest kif imsemmi fl-Artikolu 69(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

2.   Għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmija fl-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-formoli mimlija bil-lest għandu jkun fihom il-materjal grafiku korrispondenti l-aktar aġġornat, ipprovdut permezz ta’ interfaċċa bbażata fuq sistema ta’ informazzjoni ġeografika sabiex tiġi ffaċilitata d-dikjarazzjoni ġeospazjali tal-erjas għall-finijiet ta’ dawn l-interventi u tal-kundizzjonalità.

3.   Il-formoli mimlija bil-lest imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindikaw:

(a)

l-identifikazzjoni unika tal-bċejjeċ tar-raba’ u tal-unitajiet tal-art kollha li fihom żoni mhux agrikoli meqjusa bħala eliġibbli mill-Istat Membru tal-azjenda;

(b)

is-superfiċe u l-post tal-erjas iddikjarati ta’ dawn il-bċejjeċ tal-art u l-erja eliġibbli korrispondenti ddeterminata għall-ħlas għas-sena preċedenti għall-finijiet ta’ interventi bbażati fuq l-erja;

(c)

informazzjoni rilevanti għall-kundizzjonalità.

4.   L-informazzjoni li tirriżulta mis-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja tista’ tiġi pprovduta wkoll lill-benefiċjarji, fejn rilevanti għall-applikazzjoni għall-għajnuna.

5.   Għall-interventi bbażati fuq l-annimali li jikkonċernaw annimali bovini jew nagħaġ u mogħoż, l-Istat Membru għandu jiddependi fuq bażi tad-data kompjuterizzata aġġornata ddefinita fil-punt (25) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (6), sabiex jipprovdi lill-formoli mimlija bil-lest bl-aktar informazzjoni riċenti minn dik il-bażi ta’ data, li trid tiġi aġġornata f’konformità mal-iskadenzi previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/520 (7).

6.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-benefiċjarji l-possibbiltà li jikkoreġu l-formoli mimlija bil-lest sa skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-kundizzjonijiet għall-iskadenza biex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 3 u għall-emenda jew l-irtirar tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna stabbiliti stabbilit fl-Artikolu 7.

7.   Il-modifiki pprovduti mill-benefiċjarji fil-formoli mimlija bil-lest għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-aġġornament tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u għall-bażi tad-data kompjuterizzata msemmija fil-paragrafu 5, fejn rilevanti.

8.   Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni mill-benefiċjarji, is-sistema ta’ applikazzjoni għall-għajnuna għandha tipprevedi twissijiet ta’ gwida matul il-proċess tal-applikazzjoni.

9.   L-Istati Membri li japplikaw is-sistema awtomatika ta’ talbiet imsemmija fl-Artikolu 65(4)(f) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jiżguraw livell ekwivalenti ta’ dettall kif stabbilit f’dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Kontenut tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna

1.   Applikazzjoni għall-għajnuna tfisser applikazzjoni għall-appoġġ taħt kwalunkwe wieħed mill-interventi rregolati mis-sistema integrata jew, fejn rilevanti, applikazzjoni għall-appoġġ jew talba għall-pagament.

2.   L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha mill-inqas:

(a)

l-identità tal-benefiċjarju;

(b)

id-dettalji tal-intervent(i) li għalih(om) saret l-applikazzjoni;

(c)

fejn xieraq, kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u rekwiżiti oħra rilevanti għall-intervent ikkonċernat;

(d)

l-informazzjoni rilevanti għall-kundizzjonalità.

Il-benefiċjarju għandu jibqa’ responsabbli għall-applikazzjoni għall-għajnuna u għall-korrettezza tal-informazzjoni trażmessa. Dan għandu jgħodd ukoll meta Stat Membru japplika sistema awtomatika ta’ talbiet.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni għall-għajnuna jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi misluta d-data rilevanti għar-rappurtar korrett dwar l-indikaturi tal-output u tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward tal-interventi koperti mill-applikazzjoni għall-għajnuna.

Artikolu 7

Emendi jew irtirar ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna

1.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jiġu emendati jew irtirati kompletament jew parzjalment mill-benefiċjarju skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għal interventi suġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, fi kwalunkwe mument qabel skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru, li ma għandhiex tkun wara 15-il jum kalendarju qabel id-data meta jsir il-ħlas tal-ewwel pagament parzjali jew tal-pagamenti bil-quddiem li jsiru f’konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Madankollu, ma għandhomx ikunu permessi emendi jew irtirar fir-rigward ta’ nuqqasijiet ta’ konformità relatati ma’ kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li ma jistgħux jiġu mmonitorjati li jkunu żvelati b’mezzi oħra għajr is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jew il-verifiki amministrattivi jew ladarba l-benefiċjarju jkun ġie infurmat bl-intenzjoni tal-Istat Membru li jwettaq verifika fuq il-post;

(b)

għal interventi bbażati fuq l-annimali skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2115 dwar annimali bovini jew nagħaġ u mogħoż, fi kwalunkwe mument qabel skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru, li ma għandhiex tkun wara 15-il jum kalendarju qabel id-data meta jsir il-ħlas tal-ewwel pagament parzjali jew tal-pagamenti bil-quddiem li jsiru f’konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Madankollu, fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, l-emendi jew l-irtirar għandhom ikunu permessi biss qabel id-data stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 u jekk l-iskadenza msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt ma tkunx għaddiet. Barra minn hekk, ma għandhomx ikunu permessi emendi jew irtirar ladarba l-benefiċjarju jkun ġie infurmat bl-intenzjoni tal-Istat Membru li jwettaq verifika fuq il-post jew jekk il-benefiċjarju jsir konxju minn nuqqas ta’ konformità bħala riżultat ta’ verifika fuq il-post mhux imħabbra. Madankollu, għandhom jiġu awtorizzati emendi jew irtirar fir-rigward tal-parti mhux affettwata min-nuqqas ta’ konformità misjub mill-verifika fuq il-post;

(c)

għal interventi oħra, fi kwalunkwe mument qabel skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru, li ma għandhiex tkun wara 15-il jum kalendarju qabel id-data meta jsir il-ħlas tal-ewwel pagament parzjali jew tal-pagamenti bil-quddiem li jsiru f’konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Madankollu, ma għandhomx ikunu permessi emendi jew irtirar ladarba l-benefiċjarju jkun ġie infurmat bl-intenzjoni tal-Istat Membru li jwettaq verifika fuq il-post jew il-benefiċjarju jsir konxju minn nuqqas ta’ konformità bħala riżultat ta’ verifika fuq il-post mhux imħabbra. Madankollu, għandhom jiġu awtorizzati emendi jew irtirar fir-rigward tal-parti mhux affettwata min-nuqqas ta’ konformità misjub mill-verifika fuq il-post.

2.   F’każ ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà misjuba mill-verifiki amministrattivi jew mis-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-benefiċjarji filwaqt li jippermettu l-possibbiltà li tiġi emendata jew irtirata l-applikazzjoni għall-għajnuna fir-rigward tal-parti affettwata min-nuqqas ta’ konformità f’konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. Madankollu, għal interventi bbażati fuq l-annimali skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2115 dwar annimali bovini jew nagħaġ u mogħoż, f’każ ta’ nuqqasijiet ta’ konformità fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, l-emendi jew l-irtirar għandhom ikunu permessi biss qabel id-data stabbilita mill-Istat Membru biex jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu. Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess għall-benefiċjarju, l-Istati Membri jistgħu jipproċedu għall-korrezzjonijiet meħtieġa fl-applikazzjoni għall-għajnuna fir-rigward tal-parti affettwata min-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, f’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarju jkun konxju mill-bidliet introdotti mill-Istat Membru u jkollu l-possibbiltà li jirreaġixxi f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil.

3.   Għall-interventi bbażati fuq l-annimali skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2115 dwar annimali bovini jew nagħaġ u mogħoż, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li n-notifiki lill-bażi tad-data kompjuterizzata, imsemmija fl-Artikolu 5(5) ta’ dan ir-Regolament, dwar it-tneħħija ta’ annimal mill-azjenda jistgħu jissostitwixxu rtirar tal-annimal bil-miktub.

4.   Għall-Istati Membri li japplikaw is-sistema awtomatika ta’ talbiet msemmija fl-Artikolu 65(4)(f) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għal interventi bbażati fuq l-annimali, il-benefiċjarji jistgħu jirtiraw it-talba tagħhom biss fir-rigward tal-annimali kollha rilevanti għall-intervent li huma rreġistrati fil-bażi tad-data kompjuterizzata.

5.   L-emendi jew l-irtirar għandhom isiru bl-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni uffiċjali stabbiliti mill-Istat Membru.

6.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-benefiċjarji bl-aħħar data sa meta jistgħu jemendaw jew jirtiraw l-applikazzjoni għall-għajnuna. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trattament indaqs tal-benefiċjarji suġġetti għas-sistema awtomatika ta’ talbiet msemmija fl-Artikolu 65(4)(f) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 8

Applikazzjoni ġeospazjali

1.   L-applikazzjoni ġeospazjali għandha tintuża għall-interventi kollha bbażati fuq l-erja skont is-sistema integrata u għall-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonalità, inkluż fil-każ tal-benefiċjarji li huma suġġetti għall-kundizzjonalità iżda li ma japplikawx għall-appoġġ taħt l-interventi bbażati fuq l-erja.

2.   L-applikazzjoni ġeospazjali tista’ tintuża wkoll għall-interventi bbażati fuq l-erja fis-settur tal-inbid kif stabbilit fit-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 4 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, l-applikazzjoni ġeospazjali għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

identifikazzjoni mhux ambigwa tal-bċejjeċ tar-raba’ u l-unitajiet tal-art li fihom żoni mhux agrikoli meqjusa bħala eliġibbli mill-Istat Membru tal-azjenda;

(b)

delineazzjoni ċara tal-erja ddikjarata għall-għajnuna taħt kull intervent fuq il-bċejjeċ tar-raba’ u l-unitajiet tal-art li fihom żoni mhux agrikoli meqjusa bħala eliġibbli mill-Istat Membru, b’mod partikolari jekk l-erja ddikjarata tkun iżgħar mil-erja totali tal-bċejjeċ tar-raba’;

(c)

it-tip, il-post u, fejn rilevanti, id-daqs tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ rilevanti għall-kundizzjonalità jew għall-interventi;

(d)

l-għelejjel fil-bċejjeċ tar-raba’, fejn rilevanti;

(e)

fejn rilevanti, jekk il-biċċa art hijiex soġġetta għal biedja organika, u b’mod partikolari għall-konverżjoni jew iż-żamma ta’ prattiki u metodi ta’ biedja organika kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), rilevanti għall-appoġġ mogħti għall-interventi msemmija fl-Artikoli 31 u 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew għall-kundizzjonalità;

(f)

fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għall-bċejjeċ tal-art li għaddejjin minn interventi għall-użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi skont l-Artikoli 31 u 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw din l-informazzjoni fir-rigward tar-rekwiżit taż-żamma tar-rekords tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti stabbilit fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(g)

l-identifikazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti f’konformità mas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għall-finijiet tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà;

(h)

għall-erjas iddikjarati għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton, il-varjetà ta’ żerriegħa tal-qoton użata u, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni tal-organizzazzjoni interprofessjonali approvata li l-benefiċjarju huwa membru tagħha;

(i)

għal żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb, il-varjetà ta’ żerriegħa użata, indikazzjoni tal-kwantitajiet ta’ żrieragħ użati, espressi f’kilogrammi għal kull ettaru, u t-tikketti uffiċjali użati fuq l-imballaġġ taż-żrieragħ f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (9), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha, jew kwalunkwe dokument ieħor rikonoxxut bħala ekwivalenti mill-Istat Membru. Fejn it-tikketti jkun jeħtieġ li jiġu sottomessi wkoll lil awtoritajiet nazzjonali oħra, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dawk it-tikketti jiġu rritornati lill-benefiċjarji. Fuq it-tikketti mibgħutin lura għandu jiġi mmarkat li dawn intużaw għal applikazzjoni.

Artikolu 9

Applikazzjonijiet għal interventi bbażati fuq l-annimali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għal interventi bbażati fuq l-annimali għandu jkun fihom mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-għadd ta’ annimali jew, kif rilevanti, l-għadd ta’ unitajiet ta’ bhejjem, ta’ kull tip, li fir-rigward tagħhom issir applikazzjoni għal intervent ibbażat fuq l-annimali;

(b)

fejn rilevanti, informazzjoni dwar il-post fejn se jinżammu l-annimali fis-sena kalendarja koperta mill-applikazzjoni għall-għajnuna;

(c)

fejn l-appoġġ jikkonċerna annimali bovini jew nagħaġ u mogħoż, informazzjoni aġġornata rilevanti għall-intervent fuq l-annimali fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, f’konformità mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

2.   L-Istati Membri li japplikaw sistema awtomatika ta’ talbiet skont l-Artikolu 65(4)(f) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jiżguraw livell ekwivalenti ta’ dettall kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-bażi ta’ data kompjuterizzata uffiċjali, li għandu jkun aġġornat għall-annimali kollha, f’konformità mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Skont is-sistema awtomatika ta’ talbiet, l-annimali kollha tal-benefiċjarju li huma rilevanti għal intervent għandhom jitqiesu li huma inklużi fit-talba.

Artikolu 10

Sistema ta’ monitoraġġ tal-erja

1.   Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna għal interventi bbażati fuq l-erja skont is-sistema integrata ppreżentati f’kull Stat Membru u għandha tintuża biex jiġu osservati, traċċati u vvalutati l-attivitajiet u l-prattiki agrikoli fuq l-ettari taħt dawn l-interventi bbażati fuq l-erja u mill-inqas għall-finijiet tar-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-interventi kollha bbażati fuq l-erja, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz tad-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus jew ta’ data li għandha tal-inqas valur ekwivalenti, ikunu suġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-benefiċjarji kkonċernati.

3.   Għall-finijiet tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għandha titqies li tista’ tiġi mmonitorjata meta tkun tista’ tiġi mmonitorjata permezz tad-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus. Sabiex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà meqjusa li jistgħu jiġu mmonitorjati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw id-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus jew kwalunkwe data oħra li għandha tal-inqas valur ekwivalenti kif previst fl-Artikolu 11. Madankollu, mill-1 ta’ Jannar 2025, kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għandha titqies li tista’ tiġi mmonitorjata meta tkun tista’ tiġi mmonitorjata permezz tad-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus jew permezz ta’ ritratti ġeottaggjati msemmija fl-Artikolu 11. Sabiex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà meqjusa li jistgħu jiġu mmonitorjati mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw id-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus, ritratti ġeottaggjati jew kwalunkwe data oħra li għandha tal-inqas valur ekwivalenti.

4.   Għall-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz ta’ ritratti ġeottaggjati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinkluduhom gradwalment taħt is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas 70 % tal-interventi b’kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jiġu mmonitorjati biss permezz ta’ ritratti ġeottaggjati jkunu suġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja sa qabel l-1 ta’ Jannar 2027. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu liema kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz ta’ ritratti ġeottaggjati jsiru suġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja kull sena.

5.   Għall-analiżi tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jiġu mmonitorjati taħt is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jgħaqqdu d-data tas-satelliti Sentinels ta’ Copernicus u/jew tipi oħra ta’ data li għandhom tal-inqas valur ekwivalenti f’konformità mal-kriterji speċifikati fl-Artikolu 11 biex ikopru l-popolazzjoni sħiħa tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jwettqu analiżi kaskata tad-data tas-satelliti Sentinel u/jew tipi oħra ta’ data li għandhom tal-inqas valur ekwivalenti għall-finijiet tat-tnaqqis tal-għadd ta’ każijiet mhux immonitorjati b’mod konklużiv. Għall-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jiġu mmonitorjati biss permezz ta’ ritratti ġeottaggjati, f’każ ta’ nuqqas ta’ input mill-benefiċjarju, l-Istat Membru għandu jqis li din il-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà ma ġietx issodisfata.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ettari li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà rilevanti sa mhux aktar tard mid-data permessa għall-emendi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna f’konformità mal-Artikolu 7 jiġu esklużi mir-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni.

7.   Sabiex ikunu jistgħu jsiru l-osservazzjoni, it-traċċar u l-valutazzjoni affidabbli tal-attivitajiet u l-prattiki agrikoli, is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja għandha, fil-livell ta’ biċċa raba’ jew ta’ unitajiet tal-art li jkun fihom żoni mhux agrikoli meqjusa eliġibbli mill-Istat Membru, tiżgura l-identifikazzjoni ta’:

(a)

il-preżenza ta’ żona ineliġibbli, b’mod partikolari minħabba strutturi permanenti;

(b)

il-preżenza ta’ użu ineliġibbli tal-art;

(c)

bidla fil-kategorija taż-żona agrikola kemm jekk tkun raba’ li jinħadem, għalla permanenti jew bur permanenti.

Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għall-finijiet tal-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-irqajja’ agrikoli.

8.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-benefiċjarji l-informazzjoni dwar l-ettari fejn il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà rilevanti ma jiġux issodisfati u dwar il-preżenza identifikata ta’ żona ineliġibbli, użu ineliġibbli tal-art jew bidla fil-kategorija taż-żona agrikola sabiex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jemendaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, imsemmija fl-Artikolu 7, jew jipprovdu aktar evidenza. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jikkomunikaw lill-benefiċjarji kwalunkwe riżultat proviżorju ieħor inklużi każijiet mhux immonitorjati b’mod konklużiv li jippermetti lill-benefiċjarji, fejn meħtieġ, jemendaw l-applikazzjonijiet tagħhom f’konformità mal-Artikolu 7(1).

9.   B’deroga mill-paragrafu 1 u sabiex tkun tista’ ssir żieda gradwali fl-għadd ta’ interventi suġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, fl-2023 is-sistema għandha tipprovdi informazzjoni dwar tal-inqas dan li ġej:

(a)

il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà rilevanti kollha għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà, imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(b)

il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà rilevanti kollha għall-interventi għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona, imsemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Artikolu 11

Data li għandha tal-inqas valur ekwivalenti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja

Għall-finijiet tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw data oħra li għandha tal-inqas valur ekwivalenti jekk tkun f’forma diġitali, tippermetti l-ipproċessar awtomatiku tad-data, tkun disponibbli b’mod sistematiku għall-benefiċjarji kkonċernati jew għall-kategoriji ta’ żoni fl-Istat Membru, ma tkunx diskriminatorja u tkun xierqa għad-determinazzjoni tal-konformità ma’ kundizzjoni ta’ eliġibbiltà jew obbligu partikolari fuq iż-żona soġġetta għall-kundizzjoni rilevanti. F’dak il-kuntest, ir-ritratti ġeottaggjati għandhom jitqiesu bħala data oħra li għandha tal-inqas valur ekwivalenti, kif imsemmi fl-Artikolu 65(4)(b) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 12

Akkwist tad-data satellitari

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Novembru tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena tat-twettiq tal-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja dwar l-ispeċifikazzjoni tagħha dwar l-akkwist tad-data satellitari fir-rigward ta’:

(a)

il-popolazzjoni tal-bċejjeċ tal-art għal kull intervent li minnha se jintgħażel il-kampjun għall-valutazzjoni tal-kwalità;

(b)

l-iskeda ta’ żmien għall-kisba tad-data satellitari għall-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-intervent fuq il-bċejjeċ tal-art magħżula.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ifasslu l-popolazzjoni tal-bċejjeċ tal-art għall-kampjun ta’ valutazzjoni tal-kwalità abbażi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna tas-sena ta’ qabel is-sena kalendarja tal-valutazzjoni tal-kwalità. Il-popolazzjoni tal-bċejjeċ tal-art li għalihom tintalab data satellitari tista’ tiġi aġġornata fis-sena kalendarja tal-valutazzjoni tal-kwalità għall-irqajja’ li, wara l-applikazzjonijiet għall-għajnuna tas-sena kalendarja kkonċernata, ma jkunux għadhom rilevanti għal intervent partikolari jew għal irqajja’ taħt interventi li għalihom l-għajnuna ma saritx applikazzjoni għall-għajnuna għas-sena ta’ qabel.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-ftehim mal-Istat Membru kkonċernat dwar l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 qabel il-15 ta’ Jannar wara l-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi li jirrappreżentawhom imsemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/2116 iridu josservaw id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-awtur stabbiliti fil-kuntratti mal-fornituri.

5.   Jekk it-total tat-talbiet riċevuti mill-Istati Membri jaqbeż il-baġit disponibbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar limitazzjoni tad-data satellitari li għandha tiġi pprovduta, bil-għan li jsir l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli. Barra minn hekk, fejn l-Istati Membri jżidu bċejjeċ tal-art matul is-sena kalendarja mal-popolazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, jista’ jkun li l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tikseb ix-xbihat rilevanti kollha.

Artikolu 13

Verifiki tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki amministrattivi fuq l-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Fejn xieraq biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għal żieda fl-għajnuna prevista fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kontroverifika tad-dikjarazzjoni tal-benefiċjarju fl-applikazzjoni ġeospazjali li huwa membru ta’ organizzazzjoni interprofessjonali approvata mal-informazzjoni trażmessa mill-organizzazzjoni kkonċernata.

Mill-inqas darba kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità mal-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-lista tal-membri tagħhom.

Artikolu 14

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

Madankollu, għandu jkompli japplika għal:

(a)

applikazzjonijiet għall-għajnuna għal pagamenti diretti ppreżentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023;

(b)

talbiet għal pagamenti magħmula fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(c)

għas-sistema ta’ kontroll u l-penali amministrattivi fir-rigward tar-regoli dwar il-kundizzjonalità.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati ma’ interventi implimentati f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/520 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (ĠU L 104, 25.3.2021, p. 39).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1174

tas-7 ta’ Lulju 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 fir-rigward ta’ ċerti miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2) uriet il-ħtieġa għal emendi żgħar għall-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ ċerti standards bażiċi komuni.

(2)

Ċerti miżuri dettaljati tas-sigurtà tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġu kkjarifikati, armonizzati jew issimplifikati sabiex titjieb iċ-ċarezza legali, sabiex ikun hemm standardizzazzjoni tal-interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni u sabiex tkompli tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni għas-sigurtà tal-avjazzjoni. Barra minn hekk, ċerti emendi saru meħtieġa minħabba l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta’ theddid u ta’ riskju, u l-iżviluppi reċenti f’termini ta’ operazzjonijiet tal-ajruporti u tal-linji tal-ajru, it-teknoloġija u l-politika internazzjonali. Dawk l-emendi jirrigwardaw is-sigurtà tal-ajruporti, il-ġarr sikur u sigur tal-armi tan-nar abbord, it-taħriġ tal-persunal, is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru, il-fornituri magħrufa tal-provvisti tal-ajruporti, il-verifika tal-preċedenti personali, il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi, u l-istandards tal-individwazzjoni għat-tagħmir bokka għall-individwazzjoni tal-metall.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 jiġi emendat skont dan.

(4)

Peress li huwa meħtieġ żmien raġonevoli biex il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina li jimplimentaw il-miżuri tas-sigurtà waqt it-titjiriet ikunu jistgħu jagħmlu t-taħriġ stabbilit fil-punt (38) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni ta’ dan il-punt jenħtieġ li tiġi differita għall-1 ta’ Jannar 2023.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022. Madankollu, il-punti (32) u (38) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 1.1.2.2 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Persuni li jwettqu tfittxija ta’ sigurtà f’żoni differenti minn dawk użati għall-iżbark ta’ passiġġieri mhux skrinjati skont l-istandards bażiċi komuni, iridu jkunu mħarrġa f’konformità mal-punti 11.2.3.1, 11.2.3.2, 11.2.3.3, 11.2.3.4 jew 11.2.3.5.”;

(2)

il-punt 1.4.4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.4.4.2.

Vetturi eżaminati li temporanjament jitilqu minn partijiet kritiċi jistgħu jiġu eżentati minn eżaminar mar-ritorn tagħhom diment li kienu taħt osservazzjoni kostanti minn persuni awtorizzati biżżejjed biex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma ġie introdott fil-vetturi.”;

(3)

jiżdied il-punt 1.4.4.3 li ġej:

“1.4.4.3.

L-eżenzjonijiet u l-proċeduri ta’ eżaminar speċjali għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8005.”;

(4)

jiżdied il-punt 1.5.5 li ġej:

“1.5.5.

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri sabiex il-bagalji u l-oġġetti suspettużi mhux identifikati jiġu ttrattati f’konformità ma’ valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà mwettqa jew approvata mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.”;

(5)

fil-punt 3.1.1.3, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“It-tfittxija ma tistax tibda qabel ma l-inġenju tal-ajru jkun laħaq il-pożizzjoni finali tiegħu ta’ parkeġġ.”;

(6)

il-punt 3.1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.1.3.   Tagħrif dwar it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru

It-tagħrif li ġej dwar it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru mwettqa ta’ titjira li tkun se titlaq għandu jiġi rreġistrat u għandu jinżamm xi mkien mhux fuq l-inġejnu tal-ajru għad-durata tat-titjira jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom tkun l-itwal.

(a)

in-numru tat-titjira;

(b)

l-oriġini tat-titjira preċedenti;

(c)

id-data u l-ħin meta tkun tlestiet it-tfittxija tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru;

(d)

l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli għat-twettiq tat-tfittxija tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru.

Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni elenkata fl-ewwel paragrafu tista’ ssir b’format elettroniku.”;

(7)

fil-punt 5.4.2 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li l-ġarr tal-armi tan-nar fil-bagalji tal-istiva jkun permess biss wara li persuna awtorizzata u kkwalifikata kif xieraq tkun iddeterminat li dawn ma kinux ikkargati. Tali armi tan-nar għandhom jiġu stivati f’post li ma jkun aċċessibbli għall-ebda persuna matul it-titjira.”;

(8)

fil-punt 6.1.1 jitħassar il-punt (c);

(9)

jiżdied il-punt 6.1.3 li ġej:

“6.1.3.

Aġent regolat li jirrifjuta kunsinna minħabba raġunijiet ta’ riskju għoli għandu jiżgura li l-kunsinna u d-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament jiġu mmarkati bħala merkanzija u posta b’riskju għoli qabel ma l-kunsinna tiġi rritornata lill-persuna li tirrappreżenta l-entità li twassalha. Tali kunsinna ma għandhiex titgħabba fuq inġenju tal-ajru sakemm ma tiġix ittrattata minn aġent regolat ieħor f’konformità mal-punt 6.7.”;

(10)

fil-punt 6.3.1.2(a), ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tiddikjara b’mod ċar il-post tas-sit jew tas-siti li għalihom tirreferi u għandha tinżamm mill-awtorità xierqa kkonċernata;”;

(11)

il-punt 6.3.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.3.2.1.

Meta jaċċetta kwalunkwe kunsinna, aġent regolat għandu jistabbilixxi jekk l-entità li mingħandha jkun irċieva l-kunsinna hijiex aġent regolat jew speditur magħruf, jew l-ebda wieħed minnhom.”;

(12)

fil-punt 6.3.2.3, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

skrinjati f’konformità mal-punt 6.2 jew 6.7, kif xieraq; jew”;

(13)

il-punt 6.3.2.6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna, li jiddikjara wieħed minn dawn li ġejjin:

“SPX”, li tfisser sigur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta;

“SHR”, li tfisser sigur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta f’konformità mar-rekwiżiti ta’ riskju għoli;”;

(b)

fil-punt (e), il-punt (ii) jitħassar;

(14)

fil-punt 6.3.2.9, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Aġent regolat għandu jiżgura li l-persunal kollu jiġi reklutat f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 11 u mħarreġ kif xieraq f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-impjieg rilevanti. Għall-finijiet ta’ taħriġ, il-persunal b’aċċess mingħajr superviżjoni għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew għal posta bl-ajru identifikabbli li għalihom ikunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa għandu jitqies bħala persunal li jimplimenta l-kontrolli tas-sigurtà. Il-persuni mħarrġa qabel f’konformità mal-punt 11.2.7 għandu jkollhom il-kompetenzi tagħhom aġġornati għal dawk imsemmija fil-punt 11.2.3.9 sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023.”;

(15)

fil-punt 6.4.2.1, il-punt (b) tal-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-persunal kollu li jimplimenta l-kontrolli tas-sigurtà u l-persunal kollu b’aċċess mingħajr superviżjoni għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew għal posta bl-ajru identifikabbli li għalihom ikunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu reklutati f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 11 u jkunu rċevew taħriġ tas-sigurtà f’konformità mal-punt 11.2.3.9. Il-persuni mħarrġa qabel f’konformità mal-punt 11.2.7 għandu jkollhom il-kompetenzi tagħhom aġġornati għal dawk imsemmija fil-punt 11.2.3.9 sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023; u”;

(16)

il-punt 6.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.5.   TRASPORTATURI APPROVATI

L-ebda dispożizzjoni f’dan ir-Regolament.”;

(17)

il-punt 6.6.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.6.1.1.

Sabiex jiġi żgurat li l-kunsinni li jkunu sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata matul it-trasport, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-kunsinni għandhom jiġu ppakkjati jew issiġġilati mill-aġent regolat jew mill-ispeditur magħruf sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti; fejn dan ma jkunx possibbli, għandhom jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni alternattivi li jiżguraw l-integrità tal-kunsinna;

(b)

il-kompartiment tal-vettura għat-tagħbija tal-merkanzija li fih għandhom jiġu ttrasportati l-kunsinni għandu jissakkar jew jiġi ssiġillat jew il-vetturi li jkollhom il-purtieri fil-ġnub tagħhom għandhom jingħalqu b’mod sigur permezz ta’ ħbula tat-TIR sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti, jew iż-żona tat-tagħbija ta’ vetturi bi pjattaforma għall-ġarr għandha tinżamm taħt osservazzjoni;

(c)

id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-E għandha ssir bi qbil mat-trasportatur li jkun iddaħħal fil-ftehim dwar it-trasport mal-aġent regolat jew l-ispeditur magħruf, sakemm it-trasportatur innifsu ma jkunx approvat bħala aġent regolat.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-aġent regolat jew mill-ispeditur magħruf li f’ismu jkun qiegħed isir it-trasport. Meta tintalab, kopja tad-dikjarazzjoni ffirmata għandha tkun disponibbli wkoll għall-aġent regolat jew għat-trasportatur tal-ajru li jirċievi l-kunsinna jew għall-awtorità xierqa kkonċernata.

Bħala alternattiva għall-punt (c) tal-ewwel paragrafu, it-trasportatur jista’ jipprovdi evidenza lill-aġent regolat jew lill-ispeditur magħruf li jkun qiegħed jipprovdi t-trasport għalih, li jkun ġie ċċertifikat jew approvat minn awtorità xierqa.

Din l-evidenza għandha tinkludi r-rekwiżiti li jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-E u l-kopji għandhom jinżammu mill-aġent regolat jew mill-ispeditur magħruf ikkonċernat. Meta tintalab, għandha tkun disponibbli wkoll kopja għall-aġent regolat jew għat-trasportatur tal-ajru li jirċievi l-kunsinna jew għal awtorità xierqa oħra.”;

(18)

il-punt 6.8.3.1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, jitħassar il-punt (c);

(b)

jitħassar it-tieni paragrafu;

(19)

jiżdied il-punt 6.8.3.10 li ġej:

“6.8.3.10.

Il-kontrolli tas-sigurtà għal merkanzija u posta li jaslu mingħand pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.”;

(20)

fil-punt 6.8.5.4, jitħassar it-tieni paragrafu;

(21)

fid-Dokument Mehmuż 6-A, il-punt (a) fir-raba’ inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li gej:

“(a)

bidliet ippjanati żgħar li jsiru fil-programm tas-sigurtà tagħha, bħalma huma isem il-kumpanija, l-indirizz tal-kumpanija, il-persuna responsabbli għas-sigurtà jew id-dettalji tal-kuntatt, il-bdil tal-persuna li teħtieġ l-aċċess għall-“Bażi tad-data tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”, minnufih u mill-inqas fi żmien sebat ijiem tax-xogħol qabel il-bidla ppjanata; u”;

(22)

fid-Dokument Mehmuż 6-C, il-punt 3.4 tat-tabella tal-Parti 3 huwa sostitwit b’dan li gej:

“3.4.

Il-persunal b’aċċess mingħajr superviżjoni għall-merkanzija bl-ajru/għall-posta bl-ajru identifikabbli li jimplimenta l-kontrolli tas-sigurtà jirċievi taħriġ dwar is-sigurtà f’konformità mal-punt 11.2.3.9 qabel ma jingħata l-aċċess mingħajr superviżjoni għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli?”;

(23)

id-Dokument Mehmuż 6-D jitħassar;

(24)

fid-Dokument Mehmuż 6-E, l-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li gej:

“—

Il-persunal kollu li jwettaq it-trasport tal-merkanzija u tal-posta jkun irċieva taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà f’konformità mal-punt 11.2.7. Barra minn hekk, jekk tali persunal jingħata wkoll aċċess mingħajr superviżjoni għall-merkanzija u għall-posta li għalihom ikunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa, ikun irċieva taħriġ dwar is-sigurtà f’konformità mal-punt 11.2.3.9;”;

(25)

fil-punt 8.1.1.1, il-kliem introduttiv huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-provvisti għal matul it-titjira għandhom jiġu skrinjati minn trasportatur tal-ajru, fornitur regolat jew operatur tal-ajruport, jew f’isimhom, qabel ma jittieħdu f’żona ta’ sigurtà ristretta, sakemm:”;

(26)

fil-punt 8.1.3.2(a), ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tiddikjara b’mod ċar il-post tas-sit jew tas-siti li għalihom tirreferi u għandha tinżamm mill-awtorità xierqa kkonċernata;”;

(27)

fil-punt 8.1.4.2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

id-“Dikjarazzjoni tal-impenji — fornitur magħruf tal-provvisti għal matul it-titjira” kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 8-B. Din id-dikjarazzjoni għandha tiddikjara b’mod ċar il-post tas-sit jew tas-siti li tirreferi għalihom u għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali; u”;

(28)

fil-punt 8.1.5.1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jiżguraw li l-persuni b’aċċess għall-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà f’konformità mal-punt 11.2.7 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti. Barra minn hekk, jiżguraw li l-persuni li jimplimentaw l-iskrinjar tal-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ f’konformità mal-punt 11.2.3.3 u li l-persuni li jimplimentaw kontrolli oħra tas-sigurtà fir-rigward tal-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ f’konformità mal-punt 11.2.3.10; u”;

(29)

fid-Dokument Mehmuż 8-B, il-punt (b) fl-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li gej:

“(b)

tiżgura li l-persuni b’aċċess għall-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà f’konformità mal-punt 11.2.7 qabel ma jingħataw aċċess għal dawk il-provvisti. Barra minn hekk, tiżgura li l-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà għajr l-iskrinjar fir-rigward tal-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ f’konformità mal-punt 11.2.3.10; u”;

(30)

fil-punt 9.1.1.1, il-kliem introduttiv huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-provvisti tal-ajruport għandhom jiġu skrinjati minn operatur tal-ajruport jew fornitur regolat, jew f’isimhom, qabel ma jittieħdu f’żona ta’ sigurtà ristretta, sakemm:”;

(31)

fil-punt 9.1.3.2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

id-“Dikjarazzjoni tal-impenji — fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruport” kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 9-A. Din id-dikjarazzjoni għandha tiddikjara b’mod ċar il-post tas-sit jew tas-siti li tirreferi għalihom u għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali; u”;

(32)

il-punt 9.1.3.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.1.3.3

Il-fornituri magħrufa kollha jridu jkunu ddeżinjati abbażi ta’ validazzjonijiet:

(a)

tar-rilevanza u tal-kompletezza tal-programm ta’ sigurtà fir-rigward tal-punt 9.1.4; u

(b)

tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ sigurtà mingħajr nuqqasijiet.

Bħala prova legali tad-deżinjazzjoni, l-awtorità xierqa tista’ titlob lill-operaturi tal-ajruport biex idaħħlu d-dettalji meħtieġa tal-fornituri magħrufa li jaħtru fil-“Bażi tad-data tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista” sa mhux iktar tard mill-jum tax-xogħol li jkun imiss. Meta t-tagħrif jiddaħħal fil-bażi tad-data, l-operatur tal-ajruport għandu jagħti identifikatur alfanumeriku uniku skont il-format standard lil kull sit iddeżinjat.

L-aċċess fiż-żoni ta’ sigurtà ristretti tal-provvisti tal-ajruport jista’ jingħata biss wara li jkun ġie stabbilit l-istatus tal-fornitur. Dan għandu jsir permezz ta’ verifika fil-“Bażi tad-data tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista”, jekk applikabbli, jew bbl-użu ta’ mekkaniżmu alternattiv li jiżgura l-istess objettiv.

Jekk l-awtorità xierqa jew l-operatur tal-ajruport ma jibqgħux sodisfatti li l-fornitur magħruf jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 9.1.4, l-operatur tal-ajruport għandu jirtira l-istatus ta’ fornitur magħruf mingħajr dewmien.”;

(33)

fil-punt 9.1.4.1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jiżgura li l-persuni b’aċċess għall-provvisti tal-ajruport jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà f’konformità mal-punt 11.2.7 qabel ma jingħataw aċċess għal dawk il-provvisti. Barra minn hekk, jiżguraw li l-persuni li jimplimentaw l-iskrinjar tal-provvisti tal-ajruport jirċievu taħriġ f’konformità mal-punt 11.2.3.3 u li l-persuni li jimplimentaw kontrolli oħra tas-sigurtà fir-rigward tal-provvisti tal-ajruport jirċievu taħriġ f’konformità mal-punt 11.2.3.10; u”;

(34)

fid-Dokument Mehmuż 9-A, il-punt (b) fl-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li gej:

“(b)

tiżgura li l-persuni b’aċċess għall-provvisti tal-ajruport jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà f’konformità mal-punt 11.2.7 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti. Barra minn hekk, tiżgura li l-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà għajr l-iskrinjar fir-rigward tal-provvisti tal-ajruport jirċievu taħriġ f’konformità mal-punt 11.2.3.10; u”;

(35)

il-punt 11.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.1.1.

Il-persunal li ġej għandu jkun irnexxielu jgħaddi b’suċċess minn kontroll rigoruż tal-preċedenti personali:

(a)

il-persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw, jew biex ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-iskrinjar, il-kontroll fuq l-aċċess jew kontrolli oħra tas-sigurtà f’żona ta’ sigurtà ristretta;

(b)

il-persuni b’responsabbiltà ġenerali fil-livell nazzjonali jew lokali li jiżguraw li programm tas-sigurtà u l-implimentazzjoni tiegħu jissodisfaw id-dispożizzjonijiet legali kollha (“maniġers tas-sigurtà”);

(c)

istrutturi, kif imsemmi fil-Kapitolu 11.5;

(d)

validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, kif imsemmi fil-Kapitolu 11.6.

Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023. Qabel dik id-data, tali persuni għandu jkun sarilhom kontroll rigoruż jew standard tal-preċedenti personali f’konformità mal-punt 1.2.3.1 jew kif determinat mill-awtorità xierqa f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli.”;

(36)

fil-punt 11.1.5 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Kontroll rigoruż tal-preċedenti personali għandu jkun sar kompletament qabel ma l-persuna tagħmel it-taħriġ imsemmi fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5.”;

(37)

fil-punt 11.2.3.9, il-kliem introduttiv huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-taħriġ ta’ persuni b’aċċess mingħajr superviżjoni għall-merkanzija bl-ajru u għall-posta bl-ajru identifikabbli li għalihom ikunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa u l-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija bl-ajru u għall-posta bl-ajru għajr l-iskrinjar għandu jirriżulta fil-kompetenzi kollha li ġejjin:”;

(38)

jiżdied il-punt 11.2.3.11 li ġej:

“11.2.3.11.

It-taħriġ tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina li jimplimentaw il-miżuri ta’ sigurtà matul it-titjira għandu jirriżulta fil-kompetenzi kollha li ġejjin:

(a)

għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza mhux skont il-liġi fl-avjazzjoni ċivili, atti terroristiċi u theddid attwali;

(b)

sensibilizzazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti legali u l-għarfien rilevanti dwar elementi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta’ kultura tas-sigurtà soda u reżiljenti fil-post tax-xogħol u fil-qasam tal-avjazzjoni, inkluż, fost affarijiet oħra, it-theddida minn informazzjoni privileġġata u r-radikalizzazzjoni;

(c)

għarfien dwar l-objettivi u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inkluż l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina;

(d)

għarfien dwar kif l-inġenju tal-ajru għandu jkun protett u kif għandu jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat;

(e)

għarfien dwar proċeduri għall-issiġillar tal-inġenju tal-ajru, jekk applikabbli għall-persuna li tkun se titħarreġ;

(f)

abbiltà li biha jiġu identifikati l-oġġetti pprojbiti;

(g)

għarfien dwar kif l-oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(h)

abbiltà li biha jiġu implimentati t-tfittxijiet tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru skont standard suffiċjenti biex tiġi żgurata b’mod raġonevoli l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija;

(i)

għarfien tal-konfigurazzjoni tat-tip jew tat-tipi ta’ inġenji tal-ajru li fuqhom jitwettqu d-doveri;

(j)

abbiltà li biha l-kabina tal-pilota tiġi protetta matul it-titjira;

(k)

għarfien tal-proċeduri rilevanti għall-ġarr ta’ passiġġieri potenzjalment problematiċi abbord inġenju tal-ajru, jekk applikabbli għall-persuna li tkun se titħarreġ;

(l)

għarfien dwar l-immaniġġar ta’ persuni awtorizzati li jġorru l-armi tan-nar abbord, jekk applikabbli għall-persuna li tkun se titħarreġ;

(m)

għarfien dwar il-proċeduri tar-rapportar;

(n)

abbiltà li biha wieħed ikollu rispons xieraq f’każ ta’ inċidenti u emerġenzi relatati mas-sigurtà abbord inġenju tal-ajru.”;

(39)

il-punt 12.0.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.0.3.2.

Il-marka ta’ “Timbru tal-UE” għandha titwaħħal mill-manifatturi fuq tagħmir tas-sigurtà approvat mill-Kummissjoni, u għandha tkun viżibbli fuq naħa waħda jew fuq l-iskrin.”;

(40)

il-punt 12.1.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.1.2.1.

Għandu jkun hemm erba’ standards għad-WTMD. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawk l-istandards huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8005.”;

(41)

jiżdied il-punt 12.1.2.4 li ġej:

“12.1.2.4.

Id-WTMD kollha installati mill-1 ta’ Lulju 2023 għandhom jissodisfaw l-istandard 1.1 jew l-istandard 2.1.”;

(42)

il-punt 12.2.4 jitħassar;

(43)

fil-punt 12.5.1.1, jitħassar is-seba’ paragrafu;

(44)

il-punt 12.6.3 jitħassar;

(45)

il-punt 12.7.3 jitħassar;

(46)

il-punt 12.9.1.7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.9.1.7

Tim tal-EDD għandu jiġi approvat mill-awtorità xierqa jew f’isimha f’konformità mad-Dokumenti Mehmużin 12-E u 12-F tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 8005. L-awtorità xierqa tista’ tippermetti l-iskjerament u l-użu ta’ timijiet tal-EDD imħarrġa u/jew approvati mill-awtorità xierqa ta’ Stat Membru ieħor, diment li tkun qablet formalment mal-awtorità tal-approvazzjoni dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti kollha fil-Kapitolu 12.9 ta’ dan l-Anness jiġu ssodisfati, f’konformità mad-Dokument Mehmuż 12-P ta’ dan l-Anness. Fin-nuqqas ta’ tali ftehim, ir-responsabbiltà sħiħa għall-issodisfar tar-rekwiżiti kollha fil-Kapitolu 12.9 ta’ dan l-Anness tibqa’ tal-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn jiġi skjerat u jintuża t-tim tal-EDD.”;

(47)

il-punt 12.9.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.9.3.2

Il-kontenut tal-korsijiet tat-taħriġ għandu jiġi speċifikat jew approvat mill-awtorità xierqa. It-taħriġ teoriku ta’ min jieħu ħsieb l-immaniġġar għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 11.2 għall-iskrinjar taż-żona speċifika jew taż-żoni speċifiċi fejn it-tim tal-EDD ikun approvat.”;

(48)

jiżdied id-Dokument Mehmuż 12-P li ġej:

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 12-P

ITTRA TA’ QBIL BEJN L-AWTORITAJIET XIERQA LI JAPPOĠĠAW L-ISKJERAMENT TA’ TIMIJIET TAL-EDD

Din l-ittra ta’ qbil hija stabbilita bejn il-partijiet li ġejjin:

L-awtorità xierqa li tirċievi appoġġ għall-iskjerament ta’ timijiet tal-EDD:

L-awtorità jew l-awtoritajiet xierqa li jipprovdu appoġġ għall-iskjerament ta’ timijiet tal-EDD:

Għall-identifikazzjoni tar-rwoli (*1) li ġejjin biex jiġi żgurat li l-iskjerament tat-timijiet tal-EDD jissodisfa r-rekwiżiti tal-UE:

L-awtorità xierqa inkarigata biex tispeċifika jew tapprova l-kontenut tal-korsijiet tat-taħriġ:

L-awtorità xierqa inkarigata biex tapprova t-timijiet tal-EDD:

L-awtorità xierqa inkarigata mill-kontroll estern tal-kwalità:

Għall-perjodu ta’ validità li ġej:

Data:

Firem:

(*1)  Jekk ikun hemm bżonn, din l-ittra ta’ qbil tista’ tiġi ssupplimentata b’dettalji addizzjonali u tista’ tiġi emendata kif meħtieġ sabiex jiġu speċifikati r-rwoli tal-awtoritajiet xierqa, u biex jiġi ddeterminat il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.”."


(*1)  Jekk ikun hemm bżonn, din l-ittra ta’ qbil tista’ tiġi ssupplimentata b’dettalji addizzjonali u tista’ tiġi emendata kif meħtieġ sabiex jiġu speċifikati r-rwoli tal-awtoritajiet xierqa, u biex jiġi ddeterminat il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.”.”


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1175

tas-7 ta’ Lulju 2022

li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni wara l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni sabiex jiġu implimentati s-sentenzi tal-4 ta’ Mejju 2022 fil-Kawżi Maqgħuda T-30/19 u T-72/19, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament anti-dumping bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament anti-sussidji bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Adozzjoni ta’ miżuri

(1)

Fl-4 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni (“il-Kummissjoni”) adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/683 (3) li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-Regolament proviżorju’).

(2)

Fit-18 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 (4) li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(3)

Fit-9 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690 (5) li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579.

1.2.   Is-Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea

(4)

Iċ-China Rubber Industry Association (CRIA) u ċ-China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (CCCMC) ippreżentaw rikorsi għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali fejn ikkontestaw il-legalità tar-regolamenti kontenzjużi.

(5)

Is-CRIA u s-CCCMC qajmu diversi lmenti kontra r-regolamenti inkwistjoni u l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fuq tnejn minnhom: (i) in-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq tqabbil ġust tal-prezzijiet fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-marġnijiet tad-dannu, u (ii) ċerti lmenti li jallegaw, essenzjalment, inkonsistenzi u ksur tad-drittijiet tad-difiża fir-rigward tal-indikaturi tad-dannu u l-ponderazzjoni tad-data mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni.

(6)

Fl-4 ta’ Mejju 2022, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenza tagħha fil-kawżi T-30/19 u T-72/19, fejn annullat kemm ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 (anti-dumping) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690 (antisussidji).

(7)

Rigward il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni wettqet tqabbil inġust meta għamlet aġġustament fil-prezz tal-esportazzjoni - it-tnaqqis tal-SG&A tal-importatur relatat u profitt nozzjonali - meta l-bejgħ sar permezz ta’ negozjant relatat fl-Unjoni. Il-Qorti nnutat li l-produtturi tal-Unjoni għamlu wkoll xi bejgħ permezz ta’ entitajiet relatati, u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom ma ġewx aġġustati. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet imwettaq mill-Kummissjoni fir-regolamenti kkontestati kien ivvizzjat bi żball ta’ liġi u bi żball manifest ta’ evalwazzjoni u li, konsegwentement, dan il-kalkolu kiser l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament bażiku anti-sussidji. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali sabet li l-iżbalji kellhom impatt fuq is-sejbiet globali tad-dannu u tal-kawżalità kif ukoll fuq il-marġnijiet tad-dannu, u li ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat preċiżament sa liema punt id-dazji antidumping u kumpensatorji definittivi inkwistjoni baqgħu parzjalment fondati. Għaldaqstant, ir-regolamenti li jimponu dawn id-dazji fuq ir-rikorrenti ġew annullati.

(8)

Fir-rigward tat-tieni punt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni ma wettqitx eżami oġġettiv (kif meħtieġ mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament anti-dumping bażiku u mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament anti-sussidji bażiku) peress li, billi ma rrevedietx il-kalkoli tal-indikaturi mikroekonomiċi kollha minbarra l-profittabbiltà, u billi ma indikatx iċ-ċifri riveduti fir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ma użatx id-data rilevanti kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali sabet ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma qablitx li xi informazzjoni li ma ġietx żvelata lill-partijiet setgħet titqies kunfidenzjali, u sabet li d-data kollha inkwistjoni kienet “marbuta ma’ sejbiet ta’ fatt fir-regolament ikkontestat”. Għalhekk, kienu “fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali” li kellhom jiġu żvelati lill-partijiet.

(9)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Qorti Ġenerali annullat ir-regolament anti-dumping inkwistjoni sa fejn kienu kkonċernati l-kumpaniji rrappreżentati minn CRIA u CCCMC (elenkati fl-Anness I).

(10)

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali annullat ir-regolament anti-sussidju inkwistjoni sa fejn kienu kkonċernati l-kumpaniji rrappreżentati minn CRIA u CCCMC (elenkati fl-Anness II).

2.   RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(11)

Il-Kummissjoni analizzat jekk huwiex xieraq li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għal reġistrazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.

(12)

L-Artikolu 266 tat-TFUE jistipula li l-istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qrati. Fil-każ ta’ annullament ta’ att adottat mill-Istituzzjonijiet fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva, bħall-investigazzjonijiet anti-dumping jew antisussidji, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tikkonsisti fis-sostituzzjoni tal-att annullat b’att ġdid, li fih l-illegalità identifikata mill-Qorti tiġi eliminata (6).

(13)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura għas-sostituzzjoni tal-att annullat tista’ tissokta fil-punt eżatt li fih saret l-illegalità (7). Dan jimplika b’mod partikolari li, f’sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-ftuħ tal-proċedura anti-dumping. F’sitwazzjoni fejn, pereżempju, Regolament li jimponi miżuri anti-dumping definittivi jiġi annullat, dan ifisser li wara l-annullament, il-proċediment anti-dumping ikun għadu miftuħ, minħabba li l-att li jikkonkludi l-proċediment anti-dumping ikun sparixxa mill-ordni legali tal-Unjoni (8), ħlief jekk l-illegalità tkun saret fl-istadju tal-bidu.

(14)

Kif spjegat fl-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid, u peress li l-illegalità ma seħħitx fl-istadju tal-bidu iżda fl-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ tiftaħ l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji sa fejn dawn jikkonċernaw il-kumpaniji elenkati fit-Taqsima 1.2 hawn fuq, u reġgħet bdiethom fil-punt li fih seħħet l-irregolarità.

(15)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tkomplija tal-proċedura amministrattiva u l-impożizzjoni mill-ġdid eventwali tad-dazji ma jistgħux jitqiesu bħala kuntrarji għar-regola ta’ nonretroattività (9). L-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid informa lill-partijiet interessati, inklużi l-importaturi, li kull responsabbiltà fil-ġejjieni, jekk tkun meħtieġa, tkun ġejja mis-sejbiet tal-eżami mill-ġdid.

(16)

Abbażi tas-sejbiet il-ġodda tagħha u tal-eżitu tal-investigazzjonijiet li reġgħu nfetħu, li f’dan l-istadju mhuwiex magħruf, il-Kummissjoni tista’ tadotta regolamenti li jirrevedu, fejn meħtieġ, ir-rati tad-dazju applikabbli. Dawn ir-rati ġodda riveduti, jekk ikun hemm, jidħlu fis-seħħ mid-data li fiha r-regolamenti inkwistjoni jidħlu fis-seħħ.

(17)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jistennew l-eżitu tar-rieżami qabel ma jiddeċiedu dwar kwalunkwe talba għal ħlas lura li tikkonċerna d-dazji anti-dumping u/jew kumpensatorji annullati mill-Qorti Ġenerali. B’hekk l-awtoritajiet doganali huma ordnati li jissospendu kwalunkwe pretensjoni għar-rimborż tad-dazji annullati sakemm l-eżitu tar-rieżami jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(18)

Barra minn hekk, jekk l-investigazzjonijiet tal-ftuħ mill-ġdid iwasslu għall-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri, id-dazji jenħtieġ li jinġabru wkoll għall-perjodu li matulu jitwettqu l-investigazzjonijiet tal-ftuħ mill-ġdid.

(19)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li r-reġistrazzjoni hija għodda pprovduta fl-Artikoli 14(5) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament anti-sussidji bażiku sabiex sussegwentement il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati kontra l-importazzjonijiet mid-data tar-reġistrazzjoni (10). F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet li jikkonċernaw il-kumpaniji elenkati fit-Taqsima 1.2 hawn fuq bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-ġbir tad-dazji anti-dumping u kumpensatorji ladarba l-livelli tagħhom jiġu riveduti f’konformità mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali (11).

(20)

F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (12), għall-kuntrarju tar-reġistrazzjoni li sseħħ matul il-perjodu qabel l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 16(4) tar-Regolament antisussidji bażiku mhumiex applikabbli għal dan il-każ. Tabilħaqq, l-għan tar-reġistrazzjoni fil-kuntest ta’ implimentazzjoni tal-Qorti mhuwiex li jippermetti l-ġbir retroattiv possibbli ta’ miżuri ta’ difiża tal-kummerċ kif previst f’dawk id-dispożizzjonijiet. L-għan huwa pjuttost li tiġi ssalvagwardjata l-effettività tal-miżuri fis-seħħ, mingħajr interruzzjoni żejda mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolamenti inkwistjoni sal-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji kkoreġuti, billi jiġi żgurat li l-ġbir ta’ miżuri fl-ammont korrett ikun possibbli fil-futur.

(21)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm raġunijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament antisussidji bażiku.

3.   REĠISTRAZZJONI

(22)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat mill-kumpaniji elenkati fit-Taqsima 1.2 hawn fuq iridu jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni (13).

(23)

Kif indikat fl-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid, l-obbligazzjoni finali għall-ħlas ta’ dazji anti-dumping u kompensatorji, jekk ikun hemm, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolamenti anti-dumping u antisussidji inkwistjoni toħroġ mis-sejbiet tar-rieżaminazzjoni.

(24)

L-ebda dazji ogħla mid-dazji stabbiliti fir-regolamenti inkwistjoni ma jistgħu jinġabru għall-perjodu bejn il-pubblikazzjoni tal-avviż tal-ftuħ mill-ġdid u d-data tad-dħul fis-seħħ tar-riżultati tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet Doganali għandhom, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (il-kodiċi TARIC 4012120010), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet Doganali għandhom, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2016/1037 jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (il-kodiċi TARIC 4012120010), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.   Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.   Ir-rati tad-dazji antidumping u kumpensatorji li jistgħu jinġabru fuq ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (il-kodiċi TARIC 4012120010) u prodotti mill-kumpaniji elenkati fl-Anness I u fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament bejn il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet u d-data tad-dħul fis-seħħ tar-riżultati tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet ma għandhomx jaqbżu dawk imposti mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 u (UE) 2018/1690.

5.   L-awtoritajiet doganali nazzjonali għandhom jistennew il-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li jimponi mill-ġdid id-dazji qabel ma jiddeċiedu dwar il-pretensjoni għall-ħlas lura u r-remissjoni tad-dazji anti-dumping u/jew kumpensatorji sa fejn huma kkonċernati l-importazzjonijiet tal-kumpaniji elenkati fl-Anness I u l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/683 tal-4 ta' Mejju 2018 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 116, 7.5.2018, p. 8).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta' Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta' Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b'wiċċ ġdid, ta' tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).

(6)  Il-kawżi magħquda 97, 193, 99 u 215/86 Asteris AE u oħrajn u r-Repubblika Ellenika vs il-Kummissjoni [1988] Ġabra 2181, il-punti 27 u 28; u l-Kawża T-440/20 Jindal Saw vs il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2022:318.

(7)  Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, il-punt 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs Il-Kunsill [2000] I-8147, il-punti 80 sa 85; Il-Kawża T-301/01 Alitalia vs il-Kummissjoni [2008] II-1753, il-punti 99 u 142; il-kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas de Calais vs il-Kummissjoni [2011] II-0000, il-punit 83.

(8)  Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, il-punt 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs Il-Kunsill [2000] I-8147, il-punti 80 sa 85.

(9)  Il-kawża C-256/16 Deichmann SE vs Hauptzollamt Duisburg, Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Marzu 2018, punt 79 u l-Kawża-612/16 C & J Clark International Ltd vs. Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs, sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2019, punt 5.

(10)  Il-kawża T-440/20 Jindal Saw vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2022:318, il-paragrafi 154–159.

(11)  Innota li, fir-rigward tal-produttur esportatur Zhongce Rubber Group Co., Ltd, dan japplika biss għar-responsabbiltà tad-dazju kumpensatorju inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali ma annullatx ir-regolament anti-dumping fil-konfront ta’ din il-kumpanija u, għalhekk, id-dazji anti-dumping għad iridu jinġabru fir-rigward ta’ Zhongce Rubber Group Co.

(12)  Il-kawża C-256/16 Deichmann SE vs Hauptzollamt Duisburg, il-paragrafu 79 u l-Kawża C-612/16, C & J Clark International Ltd vs il-Commissioners for Her Majesty’ s Revenue & Customs, is-sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2019, il-punt 58.

(13)  Innota li, fir-rigward tal-produttur esportatur Zhongce Rubber Group Co., Ltd, dan japplika biss għar-responsabbiltà tad-dazju kumpensatorju inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali ma annullatx ir-regolament anti-dumping fil-konfront ta’ din il-kumpanija u, għalhekk, id-dazji anti-dumping għad iridu jinġabru fir-rigward ta’ Zhongce Rubber Group Co.


ANNESS I

Lista ta’ kumpaniji affettwati mill-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 (anti-dumping):

Isem il-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd.

C338

Triangle Tyre Co., Ltd.

C375

Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd.

C366

Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd.

C347

Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd.

C345

Guizhou Tyre Co., Ltd.

C340

Aeolus Tyre Co., Ltd

C877 (1)

Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd.

C360

Chongqing Hankook Tire Co., Ltd

C334

Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd.

C346

Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd

C334

Shandong Linglong Tire Co., Ltd

C363

Shandong Jinyu Tire Co., Ltd

C362

Sailun Group Co., Ltd

C351

Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd.

C353

Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd

C875 (2)

Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd.

C377

Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd.

C358

Jiangsu General Science Technology Co., Ltd.

C341

Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd

C878 (3)

Hefei Wanli Tire Co., Ltd

C876 (4)

Giti Tire (Anhui) Company Ltd

C332

Giti Tire (Fujian) Company Ltd

C332

Giti Tire (Hualin) Company Ltd

C332

Giti Tire (Yinchuan) Company Ltd

C332

Qingdao GRT Rubber Co., Ltd.

C350


(1)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, il-kodiċi addizzjonali TARIC C333 jidentifika l-produtturi esportaturi li ġejjin:

 

Aeolus Tyre Co., Ltd;

 

Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd;

 

Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd;

 

Pirelli Tyre Co., Ltd

 

Kodiċi addizzjonali TARIC ġdid huwa assenjat lil Aeolus Tyre Co., Ltd għar-reġistrazzjoni.

(2)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd hija marbuta mal-kodiċi addizzjonali TARIC C999.

(3)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, il-kodiċi addizzjonali TARIC C371 jidentifika l-produtturi esportaturi li ġejjin:

 

Shanghai Huayi Group Corp. Ltd

 

Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd.

 

Kodiċi addizzjonali TARIC ġdid huwa assenjat lil Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd għar-reġistrazzjoni.

(4)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, Hefei Wanli Tire Co. Ltd hija marbuta mal-kodiċi addizzjonali TARIC C999.


ANNESS II

Lista ta’ kumpaniji affettwati mill-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690 (anti-sussidji)

Isem il-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd.

C338

Triangle Tyre Co., Ltd.

C375

Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd.

C366

Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd.

C347

Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd.

C345

Guizhou Tyre Co., Ltd.

C340

Aeolus Tyre Co., Ltd

C877 (1)

Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd.

C360

Chongqing Hankook Tire Co., Ltd

C334

Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd.

C346

Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd

C334

Shandong Linglong Tire Co., Ltd

C363

Shandong Jinyu Tire Co., Ltd

C362

Sailun Jinyu Group Co., Ltd.

C351

Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd.

C353

Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd

C875 (2)

Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd.

C377

Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd.

C358

Jiangsu General Science Technology Co., Ltd.

C341

Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd

C878 (3)

Hefei Wanli Tire Co., Ltd

C876 (4)

Giti Tire (Anhui) Company Ltd

C332

Giti Tire (Fujian) Company Ltd

C332

Giti Tire (Hualin) Company Ltd

C332

Giti Tire (Yinchuan) Company Ltd

C332

Qingdao GRT Rubber Co., Ltd.

C350

Zhongce Rubber Group Co., Ltd

C379


(1)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, il-kodiċi addizzjonali TARIC C333 jidentifika l-produtturi esportaturi li ġejjin:

 

Aeolus Tyre Co., Ltd;

 

Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd;

 

Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd;

 

Pirelli Tyre Co., Ltd

 

Kodiċi addizzjonali TARIC ġdid huwa assenjat lil Aeolus Tyre Co., Ltd għar-reġistrazzjoni.

(2)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd hija marbuta mal-kodiċi addizzjonali TARIC C999.

(3)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, il-kodiċi addizzjonali TARIC C371 jidentifika l-produtturi esportaturi li ġejjin:

 

Shanghai Huayi Group Corp. Ltd

 

Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd

 

Kodiċi addizzjonali TARIC ġdid huwa assenjat lil Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co. Ltd għar-reġistrazzjoni.

(4)  Fir-Regolamenti inkwistjoni, Hefei Wanli Tire Co., Ltd hija marbuta mal-kodiċi addizzjonali TARIC C999.


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/51


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1176

tas-7 ta’ Lulju 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ ċerti filtri tal-UV fil-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi 2-Idrossi-4-metossibenżofenon/Ossibenżon (Nru tal-CAS 131-57-7) li ġew assenjati l-isem Benżofenon-3 skont in-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (INCI), u l-aċidu akriliku 2-Ċjano-3,3-difenil, 2-etileżil ester/Ottokrilen (Nru tal-CAS 6197-30-4), li ġie assenjat l-isem Ottokrilen fil-qafas tal-INCI, bħalissa huma permessi bħala filtri tal-UV fil-prodotti kożmetiċi u huma elenkati fl-entrati 4 u 10 rispettivament, fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(2)

Fid-dawl tat-tħassib relatat mal-proprjetajiet potenzjali ta’ li jfixklu s-sistema endokrinali tal-Benżofenon-3 u tal-Ottokrilen, meta jintużaw bħala filtri tal-UV fil-prodotti kożmetiċi, tnediet sejħa għad-data fl-2019. Il-partijiet ikkonċernati ppreżentaw evidenza xjentifika li turi s-sikurezza tal-Benżofenon-3 u tal-Ottokrilen bħala filtri tal-UV fil-prodotti kożmetiċi. Il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) biex iwettaq valutazzjoni tas-sikurezza taż-żewġ sustanzi fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta.

(3)

Abbażi tal-valutazzjoni tas-sikurezza u b’kunsiderazzjoni tat-tħassib relatat mal-proprjetajiet potenzjali li jfixklu s-sistema endokrinali tal-Benżofenon-3, l-SCCS ikkonkluda fl-opinjoni tiegħu tat-30-31 ta’ Marzu 2021 (2) li l-Benżofenon-3 mhuwiex sikur għall-konsumatur meta jintuża bħala filtru tal-UV sal-konċentrazzjoni massima kurrenti ta’ 6 % fi prodotti għall-protezzjoni mix-xemx, fil-forma ta’ krema tal-ġisem, sprej propellant għall-protezzjoni mix-xemx jew sprej bil-pompa.

(4)

L-SCCS ikkonkluda wkoll li l-Benżofenon-3 huwa sikur għall-konsumatur meta jintuża bħala filtru UV sa konċentrazzjoni massima ta’ 6 % fil-krema tal-wiċċ, fil-krema tal-idejn u fil-lipsticks, u li l-użu tal-Benżofenon-3 sa 0,5 % fil-prodotti kożmetiċi biex tiġi protetta l-formulazzjoni kożmetika huwa sikur għall-konsumatur.

(5)

L-SCCS sab ukoll li l-użu tal-Benżofenon-3 bħala filtru tal-UV huwa sikur għall-konsumatur sa konċentrazzjoni massima ta’ 2,2 % fil-kremi tal-ġisem, fl-isprejs propellanti u fl-isprejs bil-pompa, jekk ma jkun hemm l-ebda użu addizzjonali tal-Benżofenon-3 sa 0,5 % fl-istess formulazzjoni għall-protezzjoni tal-formulazzjoni kożmetika. Ikkonkluda wkoll li, fejn il-Benżofenon-3 jintuża wkoll sa 0,5 % fl-istess formulazzjoni, il-livelli ta’ Benżofenon-3 użati bħala filtru tal-UV jenħtieġ li ma jaqbżux il-1,7 % fil-kremi tal-ġisem, fl-isprejs propellanti u fl-isprejs bil-pompa.

(6)

Fir-rigward tas-sustanza Ottokrilen, abbażi tal-valutazzjoni tas-sikurezza u b’kunsiderazzjoni tat-tħassib marbut mal-proprjetajiet potenzjali tagħha li jfixklu s-sistema endokrinali, fl-opinjoni tiegħu tat-30-31 ta’ Marzu 2021 (3), l-SCCS ikkonkluda li l-Ottokrilen huwa sikur bħala filtru tal-UV f’konċentrazzjonijiet sa 10 % fil-prodotti kożmetiċi meta jintuża individwalment.

(7)

L-SCCS sab ukoll li l-użu tal-Ottokrilen huwa sikur għal użu kkombinat ta’ krema jew lozjoni għall-protezzjoni mix-xemx, sprej bil-pompa għall-protezzjoni mix-xemx, krema tal-wiċċ, krema tal-idejn u lipstick f’konċentrazzjonijiet sa 10 %, iżda li l-użu tal-Ottokrilen f’konċentrazzjonijiet ta’ 10 % jew aktar fl-isprej propellant għall-protezzjoni mix-xemx mhuwiex sikur għall-użu kkombinat. L-SCCS ikkunsidra l-użu tal-Ottokrilen fi prodotti bħal dawn sikur meta l-konċentrazzjoni tiegħu ma taqbiżx id-9 %, meta jintuża flimkien ma’ krema tal-wiċċ, krema tal-idejn, jew lipstick li fih(a) 10 % Ottokrilen.

(8)

Fid-dawl tal-opinjonijiet tal-SCCS, jista’ jiġi konkluż li hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tal-Benżofenon-3 u tal-Ottokrilen bħala filtri tal-UV fil-prodotti kożmetiċi fil-konċentrazzjonijiet permessi bħalissa. Għalhekk, l-użu tal-Benżofenon-3 u tal-Ottokrilen jenħtieġ li jiġi ristrett għall-konċentrazzjonijiet proposti mill-SCCS.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

(10)

Jenħtieġ li l-industrija tingħata perjodi ta’ żmien raġonevoli biex tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda, inkluż billi tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-formulazzjonijiet tal-prodotti sabiex tiżgura li jitqiegħdu fis-suq biss il-prodotti kożmetiċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda. Jenħtieġ li l-industrija tingħata wkoll perjodu raġonevoli ta’ żmien biex tirtira dawk il-prodotti kożmetiċi li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS (Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinjoni dwar il-Benżofenon-3 (Nru tal-CAS 131-57-7, KE Nru 205-031-5), verżjoni preliminari tal-15 ta’ Diċembru 2020, verżjoni finali tat-30-31 ta’ Marzu 2021, SCCS/1625/20https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_247.pdf

(3)  SCCS (Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinjoni dwar l-Ottokrilen (Nru tal-CAS 6197-30-4, Nru tal-KE 228-250-8), verżjoni preliminari tal-15 ta’ Jannar 2021, verżjoni finali tat-30-31 ta’ Marzu 2021, SCCS/1627/21 https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_249.pdf


ANNESS

Fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-entrati 4 u 10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u fit-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem fil-Glossarju tal-Ingredjenti Komuni

Numru tal-CAS

Numru tal-KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“4

2-Idrossi-4-metossi-benżofenon/Ossibenżon (*1)

Benzophenone-3

131-57-7

205-031-5

(a)

Prodotti tal-wiċċ, prodotti tal-idejn, u prodotti tax-xofftejn, minbarra l-prodotti tal-isprej bil-propellant jew bil-pompa

(b)

Prodotti tal-ġisem, inklużi prodotti tal-isprej bil-propellanti u bil-pompa

(c)

Prodotti oħrajn

(a)

6 %

(b)

2,2 %

(c)

0,5 %

Għal a) u b) Mhux aktar minn 0,5 % għall-protezzjoni tal-formulazzjoni tal-prodotti

(a)

Jekk jintuża sa 0,5 % għall-protezzjoni tal-formulazzjoni tal-prodotti, il-livelli użati bħala filtru tal-UV ma għandhomx jaqbżu l-5,5 %.

(b)

Jekk jintuża sa 0,5 % għall-protezzjoni tal-formulazzjoni tal-prodotti, il-livelli użati bħala filtru tal-UV ma għandhomx jaqbżu l-1,7 %.

Għal a) u għal b):

Fih il-Benzophenone-3  (*2)

10

Aċidu akriliku ta’ 2-Ċjano-3,3-difenil, 2- etileżil ester/Ottokrilen (*1), (*3)

Octocrylene

6197-30-4

228-250-8

(a)

Prodotti tal-isprej bil-propellant

(b)

Prodotti oħrajn

(a)

9 %

(b)

10 %

 

 


(*1)  Madankollu, il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li jikkonformaw mar-restrizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 kif applikabbli fis-27 ta’ Lulju 2022 jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni sat-28 ta’ Jannar 2023 u jsiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni sat-28 ta’ Lulju 2023.

(*2)  Mhux meħtieġ jekk il-konċentrazzjoni tkun sa 0,5 % jew anqas u meta jintuża biss għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-prodott.

(*3)  Il-Benżofenon bħala impurità u/jew prodott ta’ degradazzjoni tal-Ottokrilen għandu jinżamm fil-livell ta’ traċċi.”


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/54


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1177

tas-7 ta’ Lulju 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 billi jintroduċi u jaġġorna, fil-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat, l-entrati fir-rigward ta’ ċerti sistemi tas-sikurezza, u jaġġusta s-sistema ta’ numerazzjoni għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni għal tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 24(4), 28(3), 36(4) u 38(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (2) jipprevedi format standardizzat tad-dokumenti użati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi billi jistabbilixxi l-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni ta’ vetturi individwali tal-UE u ċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat.

(2)

Il-mudelli għad-dokumenti ta’ informazzjoni, li jinsabu fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683, jenħtieġ li jiġu mmodifikati biex jitqiesu r-rekwiżiti l-ġodda introdotti bir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-atti regolatorji adottati skontu.

(3)

Sabiex ikun hemm approċċ konsistenti fir-rigward tan-numerazzjoni taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni, huwa meħtieġ ukoll li tiġi emendata s-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 biex tirrifletti l-iżvilupp regolatorju skont ir-Regolament (UE) 2019/2144.

(4)

Huwa xieraq ukoll li jiġi emendat l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683, li jistabbilixxi l-mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati, billi tiġi aġġornata r-referenza għar-Regolament (UE) 2019/2144.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2019/2144 jirrikjedi li vetturi ġodda jkunu mgħammra b’sistemi avvanzati ta’ sikurezza, inklużi l-assistenza ta’ emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata, l-assistenza intelliġenti tal-veloċità, is-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq, u r-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment. Huwa xieraq li jkun meħtieġ li ċ-ċertifikat ta’ konformità jindika liema sistemi huma installati fil-vettura. Għalhekk jeħtieġ li jiżdiedu l-entrati rilevanti fil-mudelli għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 jiġi emendat skont dan.

(7)

Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri, u l-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw l-emendi għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat fis-sistemi rispettivi tagħhom, id-data tal-applikazzjoni tal-Anness V jenħtieġ li tiġi differita.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(3)

l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(4)

l-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(5)

l-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Anness V għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:

(1)

in-noti ta’ spjegazzjoni huma emendati kif ġej:

(a)

in-nota ta’ spjegazzjoni (12) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(12)

F’konformità mad-definizzjonijiet fil-punti 1.24 (Bażi tar-roti) u 1.25 (Spazjar bejn il-fusien) tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 tal-31 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni u s-sikurezza tagħhom (ĠU L 117, 6.4.2021, p. 1). Fil-każ ta’ trejler bil-fus ċentrali, il-fus tal-akkoppjament għandu jitqies bħala l-fus ta’ quddiem nett.”;

(b)

in-nota ta’ spjegazzjoni (14) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 tal-31 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni u s-sikurezza tagħhom (ĠU L 117, 6.4.2021, p. 1)”;

(c)

in-nota ta’ spjegazzjoni (18) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(18)

Il-Punt Nru 6.1, u għal vetturi minbarra dawk tal-Kategorija M1: It-Taqsima F tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535. Fil-każ tat-trejlers, it-tulijiet għandhom jiġu speċifikati kif imsemmi fil-Punt Nru 6.1.2 tal-Istandard ISO 612:1978.”

(d)

in-noti ta’ spjegazzjoni (20) u (21) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(20)

Il-Punt Nru 6.2 u għal vetturi minbarra dawk tal-Kategorija M1: It-Taqsima F tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.

(21)

Il-Punt Nru 6.3 u għal vetturi minbarra dawk tal-Kategorija M1: It-Taqsima F tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.”;

(e)

in-nota ta’ spjegazzjoni (30) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(30)

Kif definit fil-punt 1.3. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.”;

(f)

in-nota ta’ spjegazzjoni (122) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(122)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646 tad-19 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħhom (ĠU L 133, 20.4.2021, p. 31)”;

(g)

in-nota ta’ spjegazzjoni (123) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(123)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 tad-19 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol fil-vetturi bil-mutur u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 272, 30.7.2021, p. 11)”;

(h)

in-nota ta’ spjegazzjoni (124) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(124)

Ir-Regolament Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tal-ibbrejkjar [2016/194] (ĠU L 42, 18.2.2016, p. 1).”;

(i)

in-nota ta’ spjegazzjoni (157) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(157)

L-Entrati 4. u 4.1 għandhom jimtlew f’konformità mad-definizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1.24 (Bażi tar-roti) u 1.25 (Spazjar bejn il-fusien), rispettivament, tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.”;

(j)

in-nota ta’ spjegazzjoni (174) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(174)

Għat-terminu punt tal-akkoppjament bin-numru “0” ara l-punt 1.3.1.2. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.”;

(k)

in-noti ta’ spjegazzjoni (31), (55), (79), (89), (90) u (91) jitħassru;

(l)

tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni (181) li ġejja:

“(181)

Sistemi approvati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858. L-akronimi jikkorrispondu għas-sistemi msemmija fil-punti 6.7.; 7.4., 8.12, 10.1.1., 12.2.4., 12.6.5., 12.8., 12.11., 12.12., 12.13., 12.16., 12.17. u 17.”;

(2)

il-punt 2.2.1.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.2.1.3.

Il-bażi tar-roti ta’ referenza ta’ semitrejler (kif meħtieġ mil-punt 3.2. tat-Taqsima E tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535:”;

(3)

il-punt 2.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.6.2.

Massa tat-tagħmir fakultattiv (ara d-definizzjoni fil-punt 1.4. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535:”;

(4)

jiddaħħlu l-punti 2.11.4.1. u 2.11.4.2. li ġejjin:

“2.11.4.1.

Proporzjon massimu tal-isporġenza tal-akkoppjament (34) mal-bażi tar-roti: ...

2.11.4.2.

Valur-V massimu: … kN.”;

(5)

il-punt 2.13. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.13.

Sporġenza fuq wara (il-punt 8 tat-Taqsima C u l-punt 7 tat-Taqsima D tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535, rispettivament):”;

(6)

il-punt 2.14.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.14.1.

Potenza tal-magna/massa mgħobbija massima teknikament permessibbli tal-proporzjon tal-kombinament (il-punt 6 tat-Taqsima C tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535): … kW/kg.”;

(7)

il-punt 3.2.18.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2.18.1.

In-numru taċ-ċertifikat(i) tal-approvazzjoni tat-tip: ...”;

(8)

il-punt 4.11.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.11.2.

Informazzjoni kif imsemmija fil-punt 7.6. tal-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535. (il-valur iddikjarat mill-manifattur):”;

(9)

jiddaħħlu l-punti 4.11.4., 4.11.5 u 4.11.6. li ġejjin:

“4.11.4.

Informazzjoni kif imsemmija fil-punt 6.1.1. tal-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535: ...

4.11.5.

Informazzjoni kif imsemmija fil-punt 6.1.2. tal-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535: ...

4.11.6.

Informazzjoni dwar il-GSI fil-manwal tal-utenti tal-vettura: ...”;

(10)

jiddaħħlu l-punti 6.7., 6.7.1. u 6.7.2. li ġejjin:

“6.7.

Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)

6.7.1.

Preżenza: iva/le (4)

6.7.2.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers: ...”;

(11)

jiddaħħlu l-punti 7.4. sa 7.6.3. li ġejjin:

“7.4.

Sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata (ELKS)

7.4.1.

Preżenza: iva/le (4)

7.4.2.

Deskrizzjoni teknika u tpinġija tas-sistema: …

7.4.3.

Mezzi għad-diżattivazzjoni manwali tal-ELKS

7.4.4.

Deskrizzjoni tad-diżattivazzjoni awtomatika (jekk imwaħħla): …

7.4.5.

Deskrizzjoni tas-soppressjoni awtomatika (jekk imwaħħla): …

7.5.

Sistema ta’ Twissija ta’ Ħruġ mill-Karreġġata (LDWS)

7.5.1.

Preżenza: iva/le (4)

7.5.2.

Medda tal-veloċità tal-LDWS: …

7.5.3.

Deskrizzjoni teknika u tpinġija tal-LDWS: …

7.6.

Funzjoni Korrettiva ta’ Kontroll Direzzjonali (CDCF)

7.6.1.

Preżenza: iva/le (4)

7.6.2.

Medda tal-veloċità tas-CDCF: …

7.6.3.

Deskrizzjoni teknika u tpinġija tas-sistema (b’mod partikolari jekk is-sistema tuża l-istering jew l-ibbrejkjar): ...”;

(12)

il-punt 8.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.6.

Kalkolu u kurvi f’konformità mal-Anness 10 jew l-Anness 14 tar-Regolament Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) (124), jekk applikabbli, jew mal-Anness 5 tar-Regolament tan-NU 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) (125), rispettivament: ...”;

(13)

il-punt 8.9. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.9.

Deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-ibbrejkjar kif imsemmija fil-paragrafu 12 tal-Anness 2 tar-Regolament tan-NU Nru 13, jew fil-paragrafu 14 tal-Anness 1 tar-Regolament tan-NU 13-H, rispettivament: ...”;

(14)

jiddaħħlu l-punti 8.12., 8.12.1. u 8.12.2. li ġejjin:

“8.12.

Sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza (AEBS)

8.12.1.

Preżenza: iva/le (4)

8.12.2.

Deskrizzjoni dettaljata tal-AEBS: ...”;

(15)

il-punti 9.14. sa 9.14.4. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“9.14.

Spazji għall-immuntar tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ quddiem u ta’ wara (agħti l-firxiet fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw tpinġijiet fejn applikabbli): …

9.14.1.

Għoli ’l fuq mill-wiċċ tat-triq, it-truf ta’ isfel u ta’ fuq: ...

9.14.2.

Il-pożizzjoni laterali, it-truf tax-xellug u tal-lemin: ...

9.14.3.

Numru ta’ spazji għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni standard: ...

9.14.4.

Numru ta’ spazji għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni fakultattivi jew alternattivi: ...”;

(16)

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 9.14.5.:

“9.14.5.1.

Spazju għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ quddiem: ...

9.14.5.2.

Spazju għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: ...

9.14.5.3.

It-tieni spazju għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (fil-każ ta’ vetturi tal-Kategoriji O2, O3 u O4): ...

9.14.5.4.

Spazji għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni fakultattivi jew alternattivi: ...”;

(17)

il-punti 9.14.6. u 9.14.7. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“9.14.6.

Inklinazzjonijiet tal-pjanċi lejn il-vertikal: ...

9.14.7.

Angoli ta’ viżibbiltà mit-truf ta’ fuq, ta’ isfel, tax-xellug u tal-lemin: ...’;

(18)

il-punt 9.16.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.16.2.

Tpinġijiet dettaljati tal-parafangi u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura li juru d-dimensjonijiet speċifikati fil-Figura 1 tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535 u filwaqt li jitqiesu l-estremitajiet ta’ kombinamenti ta’ tajers/roti: …”;

(19)

il-punti 9.17.4. u 9.17.4.1. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“9.17.4.

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535: ...

9.17.4.1.

It-tifsira tal-karattri fit-taqsima dwar id-deskrizzjoni tal-vettura (VDS) tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u, jekk applikabbli, it-taqsima dwar l-indikatur tal-vettura (VIS) tagħha, għall-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 5.3. tal-Istandard ISO 3779:2009, għandha tiġi spjegata: ...”;

(20)

jiddaħħal il-punt 9.17.4.3. li ġej:

“9.17.4.3.

Pjanċa statutorja għal vettura mibnija f’diversi stadji: iva/le (4)”;

(21)

il-punt 9.20.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.20.2.

Tpinġijiet dettaljati tas-sistema tas-soppressjoni tat-titjir u l-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura, li juru d-dimensjonijiet speċifikati fil-figuri fl-Appendiċi tal-Parti 2 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535, u filwaqt li jitqiesu l-estremitajiet ta’ kombinamenti ta’ tajers/roti: ...”;

(22)

il-punt 9.25.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.25.1.

Deskrizzjoni teknika dettaljata (inklużi ritratti u tpinġijiet, kif ukoll deskrizzjoni tal-materjali) tal-partijiet tal-vettura msemmija fil-punt 1.4. tat-Taqsima D tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535: ...”;

(23)

jiddaħħal il-punt 10.1.1. li ġej:

“10.1.1.

Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza (ESS): iva/le (4)”;

(24)

jiddaħħlu l-punti 12.2.4., 12.2.4.1. u 12.2.4.2. li ġejjin:

“12.2.4.

Faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol (AIF)

12.2.4.1.

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur, f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1243(123): …”;

12.2.4.2.

Dokument tal-installazzjoni fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol”;

(25)

jiddaħħlu l-punti 12.6.5. sa 12.6.5.5. li ġejjin:

“12.6.5.

Is-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (ISA)

12.6.5.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.6.5.2.

Funzjoni ta’ informazzjoni dwar il-limitu tal-veloċità (SLIF)

12.6.5.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tal-interfaċċa SLIF: ...

12.6.5.2.2.

Metodoloġija u teknoloġija tad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit: ...

12.6.5.3.

Funzjoni ta’ twissija tal-limitu tal-veloċità (SLWF)

12.6.5.3.1.

Deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmi ta’ feedback tal-SLWF: ...

12.6.5.3.2.

Deskrizzjoni dettaljata tat-twissija viżiva tal-SLWF, jekk applikabbli: ...

12.6.5.4.

Deskrizzjoni dettaljata tal-funzjoni ta’ kontroll tal-veloċità (SCF): ...

12.6.5.5.

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ISA bħala unità teknika separata, jekk applikabbli: ...”;

(26)

jiddaħħlu l-punti 12.11. sa 12.17.3. li ġejjin:

“12.11.

Is-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW)

12.11.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.11.2.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tad-DDAW: ...

12.11.3.

Deskrizzjoni dettaljata tat-twissija viżiva tas-sistema tad-DDAW: ...

12.12.

Sistema ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq (ADDW)

12.12.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.12.2.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-ADDW: ...

12.12.3.

Deskrizzjoni dettaljata tal-mezzi tekniċi għall-evitar tad-distrazzjoni, jekk applikabbli: ...

12.13.

Sistema ta’ informazzjoni dwar punti mhux viżibbli (BSIS)

12.13.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.13.2.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ informazzjoni dwar punti mhux viżibbli: ...

12.13.3.

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-BSIS approvat bħala unità teknika separata, jekk applikabbli: ...

12.14.

Ċibersigurtà

12.14.1.

Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tat-tip ta’ vettura, inkluż:

(a)

is-sistemi tal-vettura li huma rilevanti għaċ-ċibersigurtà tat-tip ta’ vettura;

(b)

il-komponenti ta’ dawk is-sistemi li huma rilevanti għaċ-ċibersigurtà;

(c)

l-interazzjonijiet ta’ dawk is-sistemi ma’ sistemi oħrajn fi ħdan it-tip ta’ vettura u l-interfaċċi esterni

12.14.2.

Rappreżentazzjoni skematika tat-tip ta’ vettura: …

12.14.3.

In-numru taċ-ċertifikat ta’ konformità għas-sistema ta’ ġestjoni taċ-ċibersigurtà: ...

12.14.4.

Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha u r-riskji identifikati: ...

12.14.5.

Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu l-mitigazzjonijiet li ġew implimentati fis-sistemi elenkati, jew għat-tip ta’ vettura, u kif dawn jindirizzaw ir-riskji ddikjarati: ...

12.14.6.

Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu l-protezzjoni ta’ ambjenti ddedikati għal software, servizzi, applikazzjonijiet jew data: ...

12.14.7.

Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu liema testijiet intużaw sabiex tiġi vverifikata ċ-ċibersigurtà tat-tip ta’ vettura u s-sistemi tagħha u l-eżitu ta’ dawk it-testijiet: ...

12.14.8.

Deskrizzjoni tal-kunsiderazzjoni tal-katina tal-provvista fir-rigward taċ-ċibersigurtà: ...

12.15.

Aġġornament tas-software

12.15.1.

Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tat-tip ta’ vettura: ...

12.15.2.

In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Aġġornament tas-Software: ...

12.15.3.

Miżuri tas-sigurtà

12.15.3.1.

Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu li l-proċess ta’ aġġornament se jitwettaq b’mod sigur: …

12.15.3.2.

Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu li l-RXSWINs fuq vettura huma protetti minn manipulazzjoni mhux awtorizzata: …

12.15.4.

Aġġornamenti over-the-air tas-software

12.15.4.1.

Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu li l-proċess ta’ aġġornament se jitwettaq b’mod sikur: …

12.14.4.2.

Deskrizzjoni tal-mezzi sabiex l-utenti tal-vettura jiġu informati dwar aġġornament qabel u wara l-eżekuzzjoni tiegħu: …

12.15.5.

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Aġġornament tas-Software: …

12.16.

Reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment (EDR)

12.16.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.16.2.

Tpinġija/tpinġijiet jew ritratti li juru l-post u l-metodu tat-twaħħil tal-EDR fil-vettura: ....

12.16.3.

Deskrizzjoni tal-parametru tal-iskattar: ...

12.16.4.

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe parametru rilevanti ieħor (kapaċità tal-ħżin, reżistenza għal deċellerazzjoni għolja u stress mekkaniku ta’ impatt serju, eċċ.): ...

12.16.5

L-elementi tad-data u l-format tad-data maħżuna fl-EDR:

Data element

Intervall/ħin tar-reġistrazzjoni (relattiv għall-ħin żero)

Rata tal-kampjunar tad-data (kampjuni kull sekonda)

Firxa minima

Eżattezza

Riżoluzzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12.16.6.

Struzzjonijiet għall-irkupru tad-data mill-EDR: ...

12.16.6.1.

Deskrizzjoni tal-metodu għar-rapportar tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(3)(B) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 (*1): manwali/awtomatizzat (4)

12.16.7.

Konformità mar-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament tan-NU Nru 160:

12.16.7.1

Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 160: …

12.16.8.

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-EDR approvat bħala unità teknika separata, jekk applikabbli (għandha timtela jekk ma tinkisibx l-approvazzjoni skont ir-Regolament tan-NU Nru 160 u jekk imsemmi fil-punt 12.16.7.1.): ...

12.17.

Sistema għall-monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-sewwieq (DAM)

12.17.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.17.2.

Il-metodi sabiex tiġi identifikata d-disponibbiltà tas-sewwieq: …

12.17.3.

Deskrizzjoni bil-miktub u/jew tpinġija tal-informazzjoni mogħtija lis-sewwieq: …

(*1)  ĠU L 107, 6.4.2022, p. 18.”"

(27)

Jiżdiedu l-punti 17. sa 17.11. li ġejjin:

“17.

SISTEMA TA’ SEWQAN AWTOMATIZZAT (ADS): iva/le (4)

17.1.

Deskrizzjoni ġenerali tal-ADS: …

17.1.1.

Dominju tad-Disinn Operattiv/Kundizzjonijiet ta’ limitu: …

17.1.2.

Prestazzjoni Bażika (eż. Detezzjoni ta’ Oġġetti u Avvenimenti u Rispons (OEDR), ippjanar, eċċ.)): …

17.2.

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet tal-ADS:

17.2.1.

Funzjonijiet ewlenin tal-ADS (arkitettura funzjonali): …

17.2.1.1.

Funzjonijiet interni tal-vettura: …

17.2.1.2.

Funzjonijiet esterni tal-vettura (eż. infrastruttura back-end, infrastruttura mhux abbord meħtieġa, miżuri operazzjonali meħtieġa): …

17.3.

Ħarsa ġenerali lejn il-komponenti ewlenin tal-ADS

17.3.1.

Unitajiet ta’ kontroll: …

17.3.2.

Sensuri u installazzjoni tas-sensuri fuq il-vettura: …

17.3.3.

Attwaturi: …

17.3.4.

Mapep u pożizzjonament: …

17.3.5.

Hardware ieħor: …

17.4.

It-tqassim u l-iskematika tal-ADS

17.4.1.

Tqassim skematiku tas-sistema (eż. dijagramma bi blokki): …

17.4.2.

Lista u ħarsa ġenerali skematika tal-interkonnessjonijiet: …

17.5.

Speċifikazzjonijiet

17.5.1.

Speċifikazzjonijiet fit-tħaddim normali: …

17.5.2.

Speċifikazzjonijiet fit-tħaddim ta’ emerġenza: …

17.5.3.

Kriterji ta’ aċċettazzjoni: …

17.5.4.

Dimostrazzjoni ta’ konformità: …

17.6.

Kunċett ta’ sikurezza

17.6.1.

Dikjarazzjoni tal-manifattur li l-vettura hija ħielsa minn riskji mhux raġonevoli: …

17.6.2.

Arkitettura tas-software fil-qosor (eż. dijagramma bi blokki): …

17.6.3.

Mezzi li bihom tiġi ddeterminata r-realizzazzjoni tal-loġika tal-ADS: …

17.6.4.

Spjegazzjoni ġenerali tal-provvedimenti tad-disinn prinċipali mibnija fl-ADS sabiex jiġġeneraw tħaddim sikur f’kundizzjonijiet ta’ ħsara, taħt disturbi operattivi u l-okkorrenza ta’ kundizzjonijiet li jaqbżu l-ODD: …

17.6.5.

Deskrizzjoni ġenerali tal-prinċipji ewlenin għall-ġestjoni tal-fallimenti, l-istrateġija fil-livell ta’ riżerva, inkluża l-istrateġija ta’ mitigazzjoni tar-riskju (manuvra ta’ riskju minimu): …

17.6.6.

Kundizzjonijiet għall-iskattar ta’ talba lill-operatur abbord jew lill-operatur tal-intervent mill-bogħod: …

17.6.7.

Kunċett ta’ interazzjoni bejn il-bniedem u l-magna mal-okkupanti ta’ vettura, l-operatur abbord u l-operatur ta’ intervent mill-bogħod inkluża l-protezzjoni kontra attivazzjoni/tħaddim u interventi mhux awtorizzati sempliċi: …

17.7.

Verifika u validazzjoni mill-manifattur tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni inklużi l-OEDR, l-HMI, ir-rispett tar-regoli tat-traffiku u l-konklużjoni li s-sistema hija mfassla b’tali mod li tkun ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għas-sewwieq, għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq: …

17.7.1.

Deskrizzjoni tal-approċċ adottat: …

17.7.2.

Għażla ta’ xenarji nominali, kritiċi u ta’ falliment: …

17.7.3.

Deskrizzjoni tal-metodi u l-għodod użati (software, laboratorju, oħrajn) u sommarju tal-valutazzjoni tal-kredibbiltà: …

17.7.4.

Deskrizzjoni tar-riżultati: …

17.7.5.

Inċertezza tar-riżultati: …

17.7.6.

Interpretazzjoni tar-riżultati: …

17.7.7.

Dikjarazzjoni tal-manifattur:

Il-manifattur(i)jiddikkjara(w) li l-ADS hija ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq.

17.8.

Elementi tad-data tal-ADS

17.8.1.

Tip ta’ data maħżuna: …

17.8.2.

Post tal-ħażna: …

17.8.3.

Okkorrenzi u elementi tad-data rreġistrati: …

17.8.4.

Mezzi sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data: …

17.8.5.

Mezzi sabiex tiġi aċċessata d-data: …

17.9.

L-aġġornamenti taċ-ċibersigurtà u tas-software

17.9.1.

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip taċ-ċibersigurtà: …

17.9.2.

In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għaċ-ċibersigurtà: …

17.9.3.

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-aġġornament tas-software: …

17.9.4.

In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-aġġornament tas-software: …

17.9.4.1

Informazzjoni dwar kif jinqraw l-RXSWIN jew il-verżjoni(jiet) tas-software f’każ li l-RXSWIN ma jkunx miżmum fuq il-vettura.

17.9.4.2

Jekk applikabbli, lista tal-parametri rilevanti li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ dawk il-vetturi li jistgħu jiġu aġġornati bis-software rappreżentat mill-RXSWIN skont il-punt 17.9.4.1.

17.10.

Manwal tal-operat (li għandu jiġi anness mad-dokument ta’ informazzjoni)

17.10.1.

Deskrizzjoni funzjonali tal-ADS u r-rwol mistenni tas-sid, tal-operatur tas-servizz tat-trasport, tal-operatur abbord, tal-operatur tal-intervent mill-bogħod, eċċ.: …

17.10.2.

Miżuri tekniċi għal tħaddim sikur (eż. deskrizzjoni tal-infrastruttura meħtieġa mhux abbord, it-twaqqit, il-frekwenza u l-mudell tal-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni): …

17.10.3.

Restrizzjonijiet operazzjonali u ambjentali: …

17.10.4.

Miżuri operazzjonali (eż. jekk ikun meħtieġ operatur abbord jew operatur ta’ intervent mill-bogħod): …

17.10.5.

Struzzjonijiet f’każ ta’ ħsarat u talba għall-ADS (miżuri ta’ sikurezza mill-okkupanti tal-vettura, mill-operatur tas-servizz tat-trasport, mill-operatur abbord u mill-operatur tal-intervent mill-bogħod u mill-awtoritajiet pubbliċi li għandhom jittieħdu f’każ ta’ ħsara fl-operazzjoni): …

17.11.

Mezzi li jippermettu spezzjoni teknika perjodika: …”.

(*1)  ĠU L 107, 6.4.2022, p. 18.””


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti I (A. Il-Kategoriji M u N) huma emendati kif ġej:

(a)

il-punt 2.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.6.2.

Massa tat-tagħmir fakultattiv (ara d-definizzjoni fil-punt 1.4. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535:”;

(b)

il-punt 4.11.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.11.2.

Informazzjoni kif imsemmija fil-punt 7.6. tal-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535. (il-valur iddikjarat mill-manifattur):”

(c)

jiddaħħlu l-punti 6.7. u 6.7.1. li ġejjin:

“6.7.

Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)

6.7.1.

Preżenza: iva/le (4)”;

(d)

jiddaħħlu l-punti 7.4., 7.4.1., 7.5., 7.5.1., 7.6. u 7.6.1. li ġejjin:

“7.4.

Sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata (ELKS)

7.4.1.

Preżenza: iva/le (4)

7.5.

Sistema ta’ Twissija ta’ Ħruġ mill-Karreġġata (LDWS)

7.5.1.

Preżenza: iva/le (4)

7.6.

Funzjoni Korrettiva ta’ Kontroll Direzzjonali (CDCF)

7.6.1.

Preżenza: iva/le (4)”;

(e)

jiddaħħlu l-punti 8.12. u 8.12.1. li ġejjin:

“8.12.

Sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza (AEBS)

8.12.1.

Preżenza: iva/le (4)”;

(f)

il-punt 9.17.4.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.17.4.1.

It-tifsira tal-karattri fit-taqsima tad-deskrittur tal-vettura (VDS) tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u, jekk applikabbli, it-taqsima tal-indikatur tal-vettura (VIS) tagħha, għall-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 5.3. tal-Istandard ISO 3779:2009, għandha tiġi spjegata:”;

(g)

jiddaħħlu l-punti 12.2.4. u 12.2.4.1. li ġejjin:

“12.2.4.

Faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol (AIF)

12.2.4.1.

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur, f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243(123): …;”

(h)

jiddaħħlu l-punti 12.6.5. u 12.6.5.1. li ġejjin:

“12.6.5.

Sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (ISA)

12.6.5.1.

Preżenza: iva/le (4)”;

(i)

jiddaħħlu l-punti 12.11., 12.11.1, 12.12, 12.12.1, 12.13, 12.13.1, 12.16, 12.16.1., 12.17. u 12.17.1. li ġejjin:

“12.11.

Is-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW)

12.11.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.12.

Sistema ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq (ADDW)

12.12.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.13.

Sistema ta’ informazzjoni dwar punti mhux viżibbli (BSIS)

12.13.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.16.

Reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment (EDR)

12.16.1.

Preżenza: iva/le (4)

12.17.

Sistema għall-monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-sewwieq (DAM)

12.17.1.

Preżenza: iva/le (4)”;

(j)

jiddaħħal il-punt 17. li ġej:

“17.

SISTEMA TA’ SEWQAN AWTOMATIZZAT (ADS): iva/le (4)’;

(2)

il-Parti I (B. Il-Kategorija O) hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 2.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.6.2.

Massa tat-tagħmir fakultattiv (ara d-definizzjoni fil-punt 1.4. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535:”;

(b)

jiddaħħlu l-punti 6.7. u 6.7.1. li ġejjin:

“6.7.

Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)

6.7.1.

Preżenza: iva/le (4)”;

(c)

il-punt 9.17.4.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.17.4.1.

It-tifsira tal-karattri fit-taqsima dwar id-deskrizzjoni tal-vettura (VDS) tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u, jekk applikabbli, it-taqsima dwar l-indikatur tal-vettura (VIS) tagħha, għall-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 5.3. tal-Istandard ISO 3779:2009, għandha tiġi spjegata: ...”;

(d)

Jiddaħħlu l-punti 12., 12.7.1., 16. u 16.1. li ġejjin:

“12.   MIXXELLANJI

12.7.1.

Vettura b’tagħmir ta’ radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 24 GHz: iva/le (4)

16.   AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURA

16.1.

L-indirizz tas-sit web prinċipali għal aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura: ...”.

ANNESS III

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 2.2., il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

in-numru tar-Regolament tal-Kummissjoni adottat skont ir-Regolament (UE) 2019/2144 u li jistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli.

Għall-finijiet tal-punt (c), meta Regolament (bażi) ikun fih annessi separati b’rekwiżiti u preskrizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu applikati għal suġġetti differenti li jkopru s-sistemi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vetturi, ir-referenza fit-Taqsima 2 għandha tiġi segwita minn numru Ruman li jindika n-numru tal-Anness għal dak ir-Regolament.”;

(2)

fil-punt 3.1., il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

f’konformità mal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535(14):

e2*2021/535/XI*2021/535*00003*00”

(3)

fil-punt 3.1., il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/646(122):

e2*2021/646*2021/646*00003*00”

(4)

fil-punt 4., it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Madankollu, dan l-Anness japplika għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2144 abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti tan-NU elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858, f’liema każ, għandha tkun applikabbli s-sistema ta’ numerazzjoni li ġejja:”;

(5)

il-punt 4.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.2.

It-Taqsima 2: In-numru tar-Regolament (UE) 2019/2144 (jiġifieri ‘2019/2144’)”;

(6)

fl-eżempju fil-punt 4.6.1., in-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip huwa sostitwit b’dan li ġej:

“e1*2019/2144*13-HR00/16*00001*00”;

(7)

fl-eżempju fil-punt 4.6.2., in-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip huwa sostitwit b’dan li ġej:

“e25*2019/2144*46R04/01*00123*05”.


ANNESS IV

Fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2020/683, it-tieni paragrafu tal-punt 4. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Madankollu, dan l-Anness japplika għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2144 fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti tan-NU elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, f’liema każ għandhom japplikaw dawn li ġejjin:”.


ANNESS V

Fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2020/683, l-Appendiċi huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti I (Vetturi kompluti u kkompletati) hija emendata kif ġej:

(a)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M1) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra bi: TPMS/ELKS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/EDR/DAM/ADS/eCall (4) (181)

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(b)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M2) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra bi: TPMS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(c)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M3) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra bi: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(d)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N1), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra bi: TPMS/ELKS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/EDR/DAM/ADS/eCall (4) (181)

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(e)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N2), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra bi: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(f)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N3), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra bi: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(g)

fil-Parti 2 (il-kategoriji tal-vettura O3 u O4), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra bi: TPMS (181)”;

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(2)

il-Parti II (Vetturi mhux kompluti) hija emendata kif ġej:

(a)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M1) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ELKS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/EDR/DAM/ADS/eCall (4) (181)”;

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(b)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M2) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)”;

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(c)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M3) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)”;

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(d)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N1), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ELKS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/EDR/DAM/ADS/eCall (4) (181)’;

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(e)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N2), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)”;

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(f)

fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N3), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)”;

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

(g)

fil-Parti 2 (il-kategoriji tal-vettura O3 u O4), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

“54.

Vettura mgħammra bi: TPMS (181).

55.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

56.

Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”.

DEĊIŻJONIJIET

8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/71


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1178

tas-7 ta’ Lulju 2022

biex ma jiġux estiżi d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1784 fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fl-14 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping (“l-investigazzjoni”) fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti (“AFRPs” jew “il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew il-“pajjiż ikkonċernat”) (2) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

(2)

Fit-12 ta’ April 2021, il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping provviżorju permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/582 (3) (“ir-Regolament provviżorju”).

(3)

Fil-11 ta’ Ottubru 2021, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1784 (4) (“ir-Regolament definittiv”), il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq il-prodott ikkonċernat. Ir-rati tad-dazju anti-dumping ivarjaw minn 14,3 % sa 24,6 %.

(4)

Fl-istess data, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1788 (5) (“id-Deċiżjoni ta’ sospensjoni”), il-Kummissjoni ssospendiet id-dazju anti-dumping definittiv fuq il-prodott ikkonċernat għal perjodu ta’ disa’ xhur, jiġifieri sal-11 ta’ Lulju 2022.

(5)

Fid-9 ta’ Marzu 2022, fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Aluminju (“EA”), lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u lill-partijiet interessati l-oħra kollha. L-iskop tal-kwestjonarju kien li jipprovdi informazzjoni li tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta jekk testendix is-sospensjoni jew le. Waslu kummenti mit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u mill-assoċjazzjoni tagħhom (EA), minn 14-il utent, inkluża l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fornituri ta’ Komponenti tal-Karozzi (CLEPA, European Association of Automotive Suppliers) u minn 6 importaturi u l-assoċjazzjoni tagħhom (EURANIMI). Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-EA ntalbu wkoll jipprovdu informazzjoni fir-rigward ta’ ċerti indikaturi tad-dannu għall-perjodu l-aktar riċenti wara l-perjodu analizzat fid-Deċiżjoni ta’ sospensjoni (l-hekk imsejjaħ “perjodu ta’ analiżi” (minn hawn ’il quddiem “PtA”) ta’ tmien xhur, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-28 ta’ Frar 2022). Huma pprovdew l-informazzjoni mitluba relatata ma’ ċerti indikaturi. It-tweġibiet ġew ippreżentati fl-aħħar ta’ Marzu 2022.

(6)

Fit-tweġibiet tagħhom, diversi utenti talbu li s-sospensjoni tiġi estiża. Barra minn hekk, fil-25 ta’ April 2022, l-EA ppreżentat talba formali għal tmiem immedjat tas-sospensjoni.

(7)

Fl-24 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni ddivulgat l-intenzjoni tagħha li ma testendix is-sospensjoni tal-miżuri u talbet lill-partijiet biex jipprovdu kummenti sat-2 ta’ Ġunju 2022. Seba’ partijiet interessati pprovdew sottomissjonijiet sal-iskadenza stabbilita: TDK Hungary Components Kft. (“TDK Hungary”), Euranimi, Valeo Group (“Valeo”), TitanX Holding (“TitanX”), Airoldi Metalli S.p.a. (“Airoldi”), SATMA u Lodec Metall-Handel (“Lodec”). TDK Foil Italy SpA (“TDK Italy”) ipprovdiet kummenti wara l-iskadenza, li għalhekk ma ġewx ikkunsidrati.

(8)

Wara d-divulgazzjoni, Airoldi sostniet li d-drittijiet tad-difiża tagħha nkisru minħabba li l-Kummissjoni użat id-data tal-EA, b’mod partikolari rigward l-iżviluppi u l-kapaċità tas-suq, li ma kinitx disponibbli għall-partijiet l-oħra. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li d-data tal-EA kienet ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-membri kollha tagħha u li l-EA pprovdiet verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ din id-data. Konsegwentement, il-partijiet kollha setgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u setgħu jikkummentaw dwar id-data pprovduta. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(9)

Xi partijiet interessati pproponew emendi tal-miżuri, bħall-esklużjoni ta’ ċerti prodotti mill-ambitu tal-miżura jew l-introduzzjoni ta’ kwota ta’ importazzjonijiet mingħajr dazju. Il-Kummissjoni fakkret li, skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, tista’ tiddeċiedi biss jew li testendi s-sospensjoni għal perjodu li ma jaqbiżx sena jew inkella li ma testendix is-sospensjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq rieżami tal-miżuri imposti mir-Regolament definittiv. Hemm proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku għal rieżamijiet interim. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

2.   EŻAMI TAL-KUNDIZZJONIJIET TAS-SUQ U TAL-OPERATURI FIS-SUQ TAL-UNJONI MATUL IL-PERJODU TA’ ANALIŻI

(10)

L-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, jipprevedi li, fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping jistgħu jiġu sospiżi meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-punt li jkun improbabbli li d-dannu jerġa’ jokkorri bħala riżultat tas-sospensjoni.

(11)

Fit-12 ta’ Ottubru 2021, il-miżuri ġew sospiżi minħabba li l-Kummissjoni stabbiliet li kien hemm żbilanċ temporanju bejn il-provvista u d-domanda fil-perjodu ta’ rkupru ta’ wara l-COVID-19 u s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet żviluppat b’mod favorevoli fl-ewwel semestru tal-2021, meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”, l-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020) u mal-2017 (l-aħjar sena tal-perjodu kkunsidrat matul l-investigazzjoni oriġinali). L-aspettattiva kienet li x-xejriet pożittivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni jkomplu matul il-perjodu ta’ sospensjoni ta’ disa’ xhur, u li għalhekk kien improbabbli li d-dannu jerġa’ jokkorri bħala riżultat tas-sospensjoni. Madankollu, il-kundizzjonijiet tas-suq mibdula tqiesu bħala temporanji fin-natura tagħhom.

(12)

L-Artikolu 14(4) jipprevedi li s-sospensjoni tista’ tiġi estiża għal perjodu ulterjuri, li ma jkunx iżjed minn sena. Biex tiddeċiedi jekk testendix is-sospensjoni jew le, il-Kummissjoni analizzat il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq matul il-Perjodu ta’ Analiżi (PtA) kif ukoll is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni u l-fehmiet tal-importaturi u l-utenti.

2.1.   Kundizzjonijiet tas-suq

(13)

Matul il-PtA, il-konsum tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti, jiġifieri bi 13,5 %, meta mqabbel mal-ewwel semestru tal-2021 (6). Il-qilla tad-domanda kienet fl-ewwel semestru tal-2021, meta żdiedet b’27 % meta mqabbla mal-PI u naqset b’mod sinifikanti matul il-PtA.

(14)

Wara d-divulgazzjoni, Valeo sostniet li d-dokument ta’ divulgazzjoni ma kienx jipprovdi s-sors għaċ-ċifri jew l-ispjegazzjonijiet tal-konsum u li dawn iċ-ċifri kienu jikkontradixxu d-data sottomessa mill-EA għall-PtA. Il-Kummissjoni nnutat li d-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali diġà kien jindika li d-data ġiet ipprovduta mill-EA. Il-Kummissjoni kkalkulat il-konsum għall-PtA billi żiedet l-importazzjonijiet totali mal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għal paragun kif suppost mal-ewwel semestru tal-2021, iċ-ċifri tal-konsum ippreżentati fil-premessa 12 ġew ikkalkulati mill-ġdid skont id-data sottomessa mill-EA fuq bażi semestrali (7). Il-Kummissjoni għalhekk kienet ibbażat ruħha fuq id-data sottomessa mill-EA għall-PtA u, għalhekk, ċaħdet din l-affermazzjoni.

(15)

Wara d-divulgazzjoni, Euranimi, Airoldi u Lodec argumentaw li s-sejba ta’ tnaqqis fid-domanda kkontradixxiet il-projezzjoni li d-domanda globali għall-aluminju se tiżdied b’40 % sal-2030 skont rapport minn CRU International. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-istudju inkwistjoni ma kienx limitat għall-AFRPs biss, iżda kien jikkonċerna t-tipi kollha ta’ prodotti tal-aluminju. Barra minn hekk, l-Ewropa (mhux biss l-UE iżda wkoll pajjiżi Ewropej oħra) tirrappreżenta biss frazzjoni żgħira tat-tkabbir kollu (14 %) li huwa previst. Fl-aħħar nett, din il-projezzjoni ma kkontradixxietx is-sejbiet tal-Kummissjoni, li kienu jikkonċernaw il-PtA u l-perspettivi ta’ tkabbir fuq perjodu qasir, filwaqt li l-istudju kien jikkonċerna prospetti ta’ tkabbir fit-tmien snin li ġejjin. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(16)

Fl-ewwel xhur tal-2022 setgħu jiġu osservati x-xejriet li ġejjin: skont Rapport tas-CRU (8), id-domanda għal prodotti tal-aluminju llaminati fl-Ewropa baqgħet sodisfaċenti, xprunata mill-kumulazzjoni tar-riżervi wara l-gwerra fl-Ukrajna u mis-settur tal-kostruzzjoni, li ssokta bl-attività tiegħu. Id-domanda mis-settur awtomobilistiku, għall-kuntrarju, kienet batuta, minħabba skarsezza kontinwa ta’ semikondutturi u skarsezza ta’ faxex ta’ wajers li joriġinaw mill-Ukrajna. Din is-sitwazzjoni hija mistennija tibqa’ hekk għal xi xhur oħra. Fir-rigward tal-industrija tal-kostruzzjoni, l-istess rapport isemmi wkoll ir-riskju ta’ inqas proġetti minħabba inflazzjoni għolja.

(17)

Min-naħa tal-provvista, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità tagħha wara l-PI (+ 20 %), iżda l-użu tal-kapaċità ma żdiedx u baqa’ madwar 80 %. Għalhekk hemm lok għall-industrija tal-Unjoni biex iżżid il-produzzjoni.

(18)

Il-prezzijiet għall-materja prima prinċipali (l-aluminju, il-manjeżju) u għall-enerġija żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kollu mill-PI, l-aktar minħabba l-irkupru ta’ wara l-COVID. Dawn iż-żidiet ġew aggravati mill-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna. Din ix-xejra hija mistennija titkompla fix-xhur li ġejjin. Dan se jkollu impatt fuq il-prezz tal-AFRPs u konsegwentement se jrażżan id-domanda ġenerali għal dawn il-prodotti.

(19)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-metall mir-Russja, inkluż l-aluminju primarju, l-industrija tal-Unjoni naqqset l-importazzjonijiet tagħha minn 22 % fl-2015 għal madwar 11 % fl-2021. Barra minn hekk, it-taxxa fuq l-esportazzjoni ta’ 15 % imposta mir-Russja fuq l-aluminju primarju skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2021 (9) kif kien ippjanat inizjalment. Skont l-industrija tal-Unjoni, ma hemm l-ebda skarsezza ta’ aluminju primarju jew nofsu lest, minkejja s-sanzjonijiet kontra r-Russja, li, għalkemm ma jikkonċernawx direttament il-prodotti tal-aluminju, għandhom impatt negattiv qawwi fuq il-kummerċ mar-Russja b’mod ġenerali.

(20)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, jidher li d-domanda laħqet l-akbar intensità tagħha fl-ewwel semestru tal-2021. Dan jidher mill-ordnijiet li daħlu li, kif spjegat fil-premessa 33 hawn taħt, naqsu bi 12 % matul il-PtA meta mqabbla mal-ewwel semestru tal-2021. Barra minn hekk, iż-żmien meħtieġ reġa’ lura għan-normal fil-PtA: 5-7 ġimgħat skont ir-Rapport tas-CRU ta’ April 2022, u 6-8 ġimgħat skont l-EA (10). Dan huwa ferm iqsar meta mqabbel mal-ewwel semestru tal-2021, fejn iż-żmien meħtieġ xi drabi kien twil anki 6 sa 10 xhur. It-tnaqqis fiż-żminijiet meħtieġa ġie kkonfermat ukoll minn ħafna utenti.

(21)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li matul il-PtA l-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda, li kkaratterizza l-ewwel semestru tal-2021, tnaqqas b’mod sinifikanti. Filwaqt li l-futur għadu inċert, l-akbar intensità fid-domanda fil-perjodu ta’ rkupru ta’ wara l-COVID tidher li għaddiet, kif intwera mit-tnaqqis sinifikanti fid-dħul tal-ordnijiet u fiż-żminijiet meħtieġa. Madankollu, hemm xi inċertezza dwar id-domanda fil-futur miż-żewġ setturi downstream ewlenin, jiġifieri s-setturi tal-karozzi u tal-kostruzzjoni.

2.2.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(22)

Il-volumi tal-bejgħ fl-UE naqsu bi 12,8 % fil-PtA meta mqabbla mal-ewwel semestru tal-2021, minn 1 056 668 tunnellata għal 921 701 tunnellata. Meta mqabbla mal-PI, il-volumi tal-bejgħ żdiedu b’36 % u bi 17 % meta mqabbla mal-2017.

(23)

Wara d-divulgazzjoni, Valeo sostniet li d-data sottomessa mill-EA fil-PtA kienet tikkontradixxi x-xejriet tal-bejgħ u tal-produzzjoni stabbiliti fid-dokument ta’ divulgazzjoni. Kif spjegat fil-premessa 14 hawn fuq, biex ikun jista’ jsir paragun xieraq mal-ewwel semestru tal-2021, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid id-data sottomessa mill-EA fuq bażi semestrali u applikat metodoloġija simili għall-perjodi l-oħra ta’ paragun (2017 u PI). Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(24)

Il-prezzijiet tal-AFRPs fl-Unjoni żdiedu b’mod stabbli minn medja ta’ 2 703 EUR/tunnellata matul il-PI, għal 2 879 EUR/tunnellata fl-ewwel semestru tal-2021, u mbagħad b’pass aktar mgħaġġel għal 3 555 EUR/tunnellata fil-PtA. Din tirrappreżenta żieda bi 23 % bejn l-ewwel semestru tal-2021 u l-PtA. Dan kien ir-riżultat taż-żieda fid-domanda f’kuntest ta’ wara l-COVID u ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima (aluminju primarju, manjeżju) u tal-enerġija.

(25)

L-utenti, inklużi Euranimi, Lodec u Airoldi Metalli, indikaw fis-sottomissjonijiet inizjali tagħhom, kif ukoll wara d-divulgazzjoni, iż-żieda qawwija tal-prezz tal-konverżjoni (+ 100 % u sa + 160 %, skont dawn l-utenti). L-istimi tal-Kummissjoni indikaw li l-prezz tal-konverżjoni (11) żdiedu bi 8 % bejn il-perjodu ta’ wara l-PI (it-tieni semestru tal-2020 u l-ewwel semestru tal-2021) u l-PtA. Il-prezz tal-konverżjoni jista’ jvarja ħafna, skont il-bejgħ speċifiku (liema kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji, jekk dan il-bejgħ ikunx parti minn kuntratt fit-tul jew le, liema tip ta’ prodott, eċċ.) u l-perjodi ta’ żmien ikkunsidrati, iżda kumplessivament deher li kien hemm fehim ġenerali fost il-partijiet interessati kollha li dan il-prezz tal-konverżjoni fil-fatt żdied. Din iż-żieda tista’ tiġi spjegata min-naħa biż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni għajr il-kost tal-aluminju primarju (il-prezzijiet tal-enerġija u tal-materja prima bħall-elementi tal-ligar żdiedu), u min-naħa l-oħra biż-żieda fil-profitt tal-produtturi tal-Unjoni.

(26)

Fir-rigward tas-sehem mis-suq, fis-sena ta’ wara l-PI, żieda fil-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni wasslet għal żieda fis-sehem mis-suq tal-Unjoni (minn 64,8 % fil-PI għal 79,4 % matul l-ewwel semestru tal-2021). Dan il-livell ta’ sehem mis-suq inżamm matul il-PtA (80,1 %), peress li tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ kien akkumpanjat minn tnaqqis fil-konsum, kif stabbilit fil-premessa 13 hawn fuq.

(27)

Matul il-PtA, il-konsum tal-Unjoni naqas ftit bi 2 %, meta mqabbel mal-ewwel semestru tal-2021. Meta mqabbla mal-PI, il-volumi tal-bejgħ żdiedu bi 22 % u b’9 % meta mqabbla mal-2017.

(28)

Il-kapaċità naqset ftit b’1,3 % matul il-PtA meta mqabbla mal-ewwel semestru tal-2021. Meta mqabbla mal-PI, il-kapaċità żdiedet b’20,8 % u bi 23 % meta mqabbla mal-2017. Barra minn hekk, il-kapaċità disponibbli ma baqgħetx affettwata minn:

(i)

l-effetti tat-tnaqqis preċedenti tal-kapaċità attiva indikati fil-premessi 29 u 36 tad-Deċiżjoni ta’ sospensjoni matul il-pandemija tal-COVID-19, li ma baqgħux jiġu osservati aktar matul il-PtA; u

(ii)

l-iskarsezza temporanja ta’ aluminju nofsu lest u primarju esperjenzata matul il-perjodu ta’ wara l-PI (ara l-premessi 29 u 31 tad-Deċiżjoni ta’ sospensjoni). Kif indikat fil-premessa 18, minkejja li l-prezzijiet tal-aluminju primarju, tal-manjeżju u tal-enerġija żdiedu b’mod sinifikanti, dawn għadhom disponibbli u ma jkollhomx impatt fuq il-kapaċità reali.

(29)

L-użu tal-kapaċità baqa’ relattivament stabbli, bi 80,8 % fil-PtA, meta mqabbel ma’ 81,5 % matul l-ewwel semestru tal-2021 u 91,3 % fl-2017. Id-dħul tal-ordnijiet għall-kumpaniji fil-kampjun għall-prodott ikkonċernat naqas bi 12 % matul il-PtA meta mqabbel mal-ewwel semestru tal-2021, u kien kemxejn aktar baxx (bi 2 %) milli matul il-PI. Il-livell tal-ordnijiet kien aktar baxx milli matul il-PI u saħansitra aktar baxx milli fl-2017 (12) Dan juri li l-industrija tal-Unjoni mhijiex se tkun mimlija għalkollox fix-xhur li ġejjin.

(30)

Wara d-divulgazzjoni, Valeo argumentat li t-tnaqqis fil-kapaċità huwa konsistenti man-nuqqas ta’ provvista u li l-industrija tal-Unjoni qatt ma laħqet 100 % tal-użu tal-kapaċità. Għalhekk ma għandha l-ebda kapaċità ta’ riżerva b’rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 80,8 % fil-PtA. Fl-aħħar nett, Valeo argumentat li s-sejbiet tal-Kummissjoni kkontradixxew l-affermazzjonijiet tal-utent li l-industrija tal-Unjoni hija nieqsa mill-kapaċità. L-ewwel nett, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Valeo, il-Kummissjoni stabbiliet li l-kapaċità żdiedet b’20,8 % fil-PtA meta mqabbla mal-PI u bi 23 % meta mqabbla mal-2017. It-tieni, l-argument li r-rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ 80,8 % ma tħallix lok għal kapaċità ta’ riżerva kkontradixxa s-sejbiet tal-Kummissjoni fir-Regolament definittiv (13) li l-industrija tal-Unjoni operat b’użu tal-kapaċità ta’ 91,3 % fl-2017. Barra minn hekk, Valeo ma kkontestatx is-sejbiet tal-Kummissjoni li l-kapaċità reali/attiva ma baqgħetx aktar differenti mill-kapaċità ddikjarata. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(31)

Wara d-divulgazzjoni, Euranimi, Airoldi u Lodec sostnew li l-industrija tal-Unjoni ma investitx biżżejjed f’kapaċità ġdida f’dawn l-aħħar deċennji. Madankollu, l-ebda waħda mill-partijiet ma pprovdiet xi evidenza li tappoġġa din l-affermazzjoni u li kienet tikkonċerna speċifikament l-AFRPs. Kuntrarjament, fir-Regolament definittiv (14), il-Kummissjoni stabbiliet li l-kapaċità żdiedet bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat u b’20 % fil-PtA. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(32)

Euranimi u Airoldi argumentaw ukoll li ħafna produtturi tal-Unjoni kienu mġiegħla ma jużawx il-kapaċitajiet ta’ llaminar minħabba n-nuqqas ta’ aluminju primarju. Din l-iskarsezza hija allegatament dovuta parzjalment għat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-aluminju primarju fl-UE b’aktar minn 30 % mill-2000 ’il hawn. Din l-iskarsezza tkun qiegħda tillimita ulterjorment il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tissupplixxi lill-AFRPs. Madankollu, l-EA spjegat li ma hemm l-ebda skarsezza ta’ aluminju primarju u li l-industrija tal-Unjoni hija kapaċi tissupplixxi lilha nnifisha minn pajjiżi terzi. Dan ġie kkonfermat mill-fatt li l-importazzjonijiet tal-aluminju primarju fl-UE żdiedu f’Jannar-April 2022 meta mqabbla ma’ Jannar-April 2021. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li, fit-tieni trimestru tal-2022, l-istokks globali tal-aluminju primarju ammontaw għal livelli ta’ [9,2–10,7] biljun tunnellata (15), li kienu aktar baxxi mil-livelli tal-2020–2021 (medja ta’ [10,1–11,4 biljun tunnellata), iżda komparabbli mal-livelli tal-2019, ta’ qabel il-COVID ta’ medja ta’ [9,1–10,5] biljun tunnellata). L-istokk tal-produtturi Ewropej ([310 000–330 000] tunnellata) fl-ewwel trimestru tal-2022 kien ukoll konformi mal-medja tal-aħħar 3 snin ([320 000–340 000] tunnellata għall-2019–2021). Il-Kummissjoni kkonkludiet li, filwaqt li għad hemm tensjonijiet f’diversi swieq tal-materja prima, inkluż għall-aluminju primarju, dan huwa fenomenu globali mhux speċifikament relatat mas-suq tal-Unjoni u li l-provvisti tal-aluminju primarju kienu disponibbli għall-industrija tal-Unjoni, għalkemm ġeneralment b’żieda fil-prezzijiet. L-affermazzjoni li din is-sitwazzjoni tas-suq tillimita l-kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, speċjalment meta mqabbla mal-kompetituri Ċiniżi tagħha, ġiet għalhekk miċħuda.

(33)

Il-profittabbiltà tjiebet u laħqet 2,8 % fil-PtA. Il-profittabbiltà kienet ta’ - 1,8 % fil-PI u ta’ 1,9 % fl-ewwel semestru tal-2021, iżda l-profittabbiltà fil-PtA baqgħet taħt il-profitt ta’ 3,1 % miksub fis-sena ta’ referenza 2017, u kienet ferm taħt il-marġni ta’ profitt minimu ta’ 6 % previst fl-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, użat għall-fini tal-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz fir-Regolament definittiv.

(34)

Fil-qosor, xi indikaturi naqsu matul il-PtA meta mqabbla mal-ewwel semestru tal-2021 (il-volumi ta’ bejgħ, il-produzzjoni), filwaqt li indikaturi oħra tjiebu (il-prezzijiet, il-profittabbiltà). Kumplessivament, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-PtA.

2.3.   Is-sitwazzjoni tal-utenti

(35)

L-utenti argumentaw favur l-estensjoni tas-sospensjoni, għar-raġuni li l-kundizzjonijiet tas-sospensjoni għadhom validi.

(36)

Il-Kummissjoni nnutat, madankollu, li s-sitwazzjoni temporanja li kienet tipprevali fil-mument tas-sospensjoni evolviet kif indikat fil-premessi 13 sa 23 hawn fuq.

(37)

Diversi utenti argumentaw ukoll li l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni ġew issodisfati fir-rigward tal-prodotti tal-aluminju llaminati ċatti speċifiċi użati minnhom rispettivament peress li allegatament għad hemm nuqqas ta’ provvista għal dawk il-prodotti. Huma tennew it-talba tagħhom wara d-divulgazzjoni u argumentaw li s-sospensjoni jenħtieġ li tiġi estiża għall-prodotti inkwistjoni. Madankollu, dawn il-prodotti kienu jikkonċernaw biss ammont żgħir tal-importazzjonijiet totali u l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku jipprevedi s-sospensjoni tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kollu kemm hu, u mhux ta’ parti minnu.

(38)

L-utenti argumentaw ukoll li għad hemm nuqqas ta’ provvista fl-UE b’mod ġenerali u b’mod partikolari għall-prodott tal-aluminju llaminat ċatt speċifiku li jużaw u li t-tmiem tas-sospensjoni se jkompli jaggrava dan in-nuqqas billi jnaqqas il-provvisti li joriġinaw miċ-Ċina.

(39)

Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-industrija tal-Unjoni għad għandha kapaċità ta’ riżerva sostanzjali, li kif spjegat fil-premessa 28, diġà tikkorrispondi għall-kapaċità reali/attiva. Kien hemm estensjoni sinifikanti tal-kapaċità mill-industrija tal-Unjoni mill-PI oriġinali. L-industrija tal-Unjoni hija bil-bosta l-fornitur prinċipali tal-prodott ikkonċernat lill-utenti. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li jeżistu sorsi alternattivi ta’ provvisti, bħat-Turkija u pajjiżi terzi oħra. Barra minn hekk, diversi utenti kkonfermaw li ż-żminijiet meħtieġa huma ħafna anqas meta mqabbla mal-ewwel semestru tal-2021, kif spjegat fil-premessa 20. Fl-aħħar nett, kif indikat fil-premessa 37, l-Artikolu 14(4) ma jippermettix li ssir sospensjoni parzjali waħedha. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li t-talbiet għall-esklużjoni kienu diġà indirizzati fir-Regolament definittiv (16).

(40)

Wara d-divulgazzjoni, Valeo sostniet li d-dħul tal-ordnijiet ma ntweriex fil-verżjoni miftuħa tas-sottomissjonijiet tal-industrija tal-Unjoni u jenħtieġ li jiġi vverifikat mill-Kummissjoni. Apparti minn hekk, it-tnaqqis fid-dħul tal-ordnijiet ikkontradixxa l-fatt li d-domanda matul il-PtA kienet ogħla mill-ewwel semestru tal-2021 u mill-PI. Il-Kummissjoni osservat li d-dħul tal-ordnijiet kien jirrigwarda data kunfidenzjali, speċifika għall-kumpaniji u mhux soġġetta għal sommarju. Madankollu, il-Kummissjoni pprovdiet biżżejjed data fid-divulgazzjoni sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u jikkummentaw dwar ix-xejra deskritta. Barra minn hekk, sa fejn kien possibbli, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika tal-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta. Fl-aħħar nett, għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet Valeo, kif spjegat fil-premessa 13 hawn fuq, il-konsum naqas bi 13,5 % matul il-PtA meta mqabbel mal-ewwel semestru tal-2021. Konsegwentement, it-tnaqqis fid-dħul tal-ordnijiet bi 12 % huwa konformi mat-tnaqqis fid-domanda. L-affermazzjoni ġiet għalhekk miċħuda.

(41)

Rigward it-tnaqqis fiż-żminijiet meħtieġa, Valeo argumentat wara d-divulgazzjoni li dan għandu jitqies fid-dawl tal-fatt li ħafna utenti ma jistgħux jixtru AFRPs u li l-industrija tal-Unjoni rrifjutat ħafna ordnijiet sabiex ikunu jistgħu jissupplixxu l-kwantitajiet limitati li għandhom kapaċità għalihom fiż-żmien meħtieġ preskritt. Il-Kummissjoni osservat, l-ewwel nett, li din l-affermazzjoni ma kienet sostnuta minn ebda evidenza. It-tieni, tikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet li saru qabel minn prattikament l-utenti kollha, sostnuti minn sorsi indipendenti (17), li ż-żidiet fiż-żminijiet meħtieġa kienu indikazzjoni ta’ żbilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-fatt li fil-PtA ż-żminijiet meħtieġa naqsu għal livelli normali kien element li jindika titjib fil-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(42)

Wara d-divulgazzjoni, l-utenti ddubitaw is-sejbiet tal-Kummissjoni rigward id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq tal-Unjoni ta’ tipi speċifiċi ta’ prodotti u l-possibbiltà li dawn it-tipi ta’ prodotti jinġabu minn pajjiżi terzi oħra.

(43)

Rigward il-kwistjoni tal-provvista tal-AFRPs għall-iskambjaturi tas-sħana tal-aluminju (AHEX, aluminium heat exchangers AFRPs), il-Kummissjoni osservat li ż-żewġ utenti li kkummentaw dwar id-divulgazzjoni, jiġifieri TitanX u Valeo, diġà ġabu kwantitajiet sinifikanti mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, parti mill-korrispondenza bejn Valeo u l-produtturi tal-Unjoni, kif ipprovduta minn Valeo, kienet tikkonċerna negozjati dwar provvisti għall-futur mill-produtturi tal-Unjoni, għall-perjodu ta’ wara l-2023. Il-biċċa l-kbira ta’ din il-korrispondenza dehret li tikkonċerna kwistjonijiet ta’ negozjar ta’ prezzijiet ġodda u mhux neċessarjament kwistjonijiet ta’ kapaċità, jew in-nuqqas tagħhom.

(44)

Valeo argumentat ukoll li wieħed mill-akbar fornituri tagħha rrifjuta li jissuppliha bil-kwantitajiet diġà miftiehma u dan l-aħħar ħakmuha nirien li qerdu l-mitħna l-ġdida tagħha. Madankollu, il-fornitur inkwistjoni pprovda evidenza li tgħid li kienet pjuttost Valeo li ma kkonformatx mal-obbligi kuntrattwali tagħha u kkanċellat il-volumi li diġà kien hemm ftehim dwarhom. Minħabba li dan jikkonċerna tilwima kuntrattwali speċifika bejn iż-żewġ kumpaniji, il-Kummissjoni ma setgħet tasal għall-ebda konklużjoni dwar il-kwistjoni ġenerali tal-provvista tal-AHEX fis-suq tal-Unjoni. Rigward in-nirien, l-artiklu tal-istampa kkwotat ma kienx jindika li l-mitħna nqerdet għalkollox. Minflok, kien jgħid li l-mitħna se tibda topera b’dewmien ta’ ftit xhur (minflok it-tieni nofs tal-2022, se tibda fl-2023). Barra minn hekk, kif iddikjarat fl-istess artiklu, dan se jaffettwa biss volumi ġodda iżda mhux il-volumi eżistenti li għalihom diġà ttieħed impenn. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(45)

TitanX argumentat li l-akbar fornitur tagħha żied il-prezzijiet tagħha u li ma setgħetx issib fornituri addizzjonali fl-Unjoni. Madankollu, hija ma sostnietx li kellha xi kwistjonijiet b’rabta mal-provvisti mill-akbar fornitur tagħha, u TitanX naqset milli tipprovdi evidenza dwar rifjuti li jissupplixxuha fornituri oħra fl-Unjoni. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(46)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-AHEX minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni osservat li l-importazzjonijiet tal-AHEX mit-Turkija kien ikollhom sehem kunsiderevoli mill-konsum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott, filwaqt li l-importazzjonijiet tat-tipi kollha tal-AFRPs mit-Turkija rrappreżentaw biss 2,2 % tas-sehem mis-suq matul il-PtA, li naqsu minn [5,9-6,3] % matul il-PI. Fil-fajl ma hemm l-ebda evidenza li t-Turkija ma tistax iżżid l-esportazzjonijiet tagħha għal-livelli preċedenti. F’dan ir-rigward, il-korrispondenza bil-posta elettronika pprovduta minn Valeo u minn fornitur Tork ma indikat l-ebda kwistjoni b’rabta mal-provvista minn dan tal-aħħar.

(47)

Fl-aħħar nett, l-AHEX jintużaw fis-settur tal-karozzi. Kif indikat fil-premessa 71 hawn taħt, dan is-settur esperjenza konġestjonijiet u tnaqqis temporanju fid-domanda, li bilfors irriżultaw fi tnaqqis fid-domanda għall-AHEX ukoll. Dan ġie kkonfermat mill-evidenza pprovduta mill-EA li matul il-PtA kien hemm tnaqqis fl-ordnijiet tal-AHEX, fi kwantitajiet anqas minn dawk li diġà kienu ġew kuntrattati, mill-utenti Valeo, Mahle u Marelli, minħabba dan it-tnaqqis fid-domanda (18).

(48)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet rigward in-nuqqas attwali ta’ provvista tal-AHEX.

(49)

Rigward l-AFRPs għall-użu fil-produzzjoni ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju, wara d-divulgazzjoni SATMA u TDK Hungary argumentat li ma hemm l-ebda produttur fl-Unjoni ta’ dan it-tip ta’ prodott, it-Turkija ma tistax tkun sors ta’ provvista peress li dan it-tip ta’ prodott mhuwiex prodott hemmhekk, filwaqt li l-produtturi Ġappuniżi waqqfu l-produzzjoni fl-2021. Madankollu, SATMA ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ sostenn li l-Ġappun, li minn dejjem kien sors ewlieni ta’ provvista ta’ dan it-tip ta’ prodott, waqqaf il-produzzjoni. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li kien hemm proġett li għadu għaddej biex il-produzzjoni fl-Unjoni terġa’ tinbeda. Fl-aħħar nett, dan it-tip ta’ prodott kien jirrappreżenta frazzjoni żgħira ħafna tal-konsum totali tal-Unjoni tal-AFRPs u, kif ġie spjegat fil-premessa 39 hawn fuq, skont l-Artikolu 14(4) mhuwiex possibbli li l-miżuri jiġu sospiżi għal tipi ta’ prodotti speċifiċi biss. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(50)

L-utenti rrappurtaw ukoll dwar id-diffikultajiet finanzjarji probabbli ta’ għadd ta’ kumpaniji downstream jew unitajiet ta’ produzzjoni fl-eventwalità li d-dazji jerġgħu jiddaħħlu. Huma wissew dwar l-għeluq possibbli ta’ siti ta’ produzzjoni fl-UE.

(51)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għas-sejbiet tagħha fil-premessi 532–548 tar-Regolament definittiv fejn ikkonkludiet li l-impożizzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-utenti minħabba li l-impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti jkun limitat. Barra minn hekk, matul il-perjodu ta’ sospensjoni, l-utenti kellhom żmien biex jadattaw l-unitajiet ta’ produzzjoni tagħhom għal sorsi oħra ta’ provvista.

(52)

Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 75 tad-Deċiżjoni ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni qieset li l-perjodu ta’ sospensjoni ta’ 9 xhur ta lill-utenti, speċjalment dawk li talbu l-esklużjoni ta’ ċerti prodotti, perjodu addizzjonali biex il-produtturi tal-Unjoni (jerġgħu) jiġu vvalidati. Ir-ridirezzjonar tal-utenti lejn provvisti mill-industrija tal-Unjoni jidher li huwa kkonfermat mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni gwadanjat sehem mis-suq matul il-perjodi tal-akbar intensità fid-domanda fl-ewwel semestru tal-2021 u żammet l-istess sehem mis-suq fil-PtA.

2.4.   Is-sitwazzjoni tal-importaturi u tal-operaturi tas-suq

(53)

EURANIMI, l-assoċjazzjoni Ewropea tal-importaturi u d-distributuri indipendenti tal-aluminju u/jew tal-azzar inossidabbli u 6 mill-membri tagħhom ipprovdew il-kummenti tagħhom dwar l-iżviluppi tas-suq u s-sospensjoni. Huma kienu favur il-kontinwazzjoni tas-sospensjoni.

(54)

Huma indikaw prinċipalment is-sitwazzjoni attwali ta’ nuqqas gravi ta’ aluminju kif ukoll ir-riskju għall-manifatturi downstream, li jistgħu jkunu f’riskju li jitilfu l-kompetittività. Il-Kummissjoni diġà indirizzat din l-affermazzjoni fil-premessa 51.

3.   IL-PROBABBILTÀ LI D-DANNU JERĠA’ JOKKORRI MINĦABBA ESTENSJONI TAS-SOSPENSJONI

(55)

Kif imsemmi fil-premessa 34, l-industrija tal-Unjoni tidher li tinsab f’sitwazzjoni fejn diversi xejriet pożittivi staġnaw jew ġew invertiti. Xi indikaturi naqsu matul il-PtA meta mqabbla mal-ewwel semestru tal-2021 (il-volumi ta’ bejgħ, il-produzzjoni), filwaqt li indikaturi oħra tjiebu (il-prezzijiet, il-profittabbiltà). Kumplessivament, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-PtA. Il-Kummissjoni vvalutat jekk huwiex improbabbli li d-dannu jerġa’ jokkorri bħala riżultat tal-estensjoni tas-sospensjoni. B’mod partikolari ġew analizzati żewġ fatturi: l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-aktar żviluppi riċenti tas-suq.

3.1.   L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(56)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas minn 8 % fil-PI għal 2.2 % fl-ewwel semestru tal-2021, iżda sussegwentement żdied b’49 % biex laħaq 3,2 % fil-PtA. L-analiżi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fix-xhur ta’ Frar u Marzu 2022 wriet, madankollu, żieda rapida, li rriżultat f’sehem mis-suq fix-xhur ta’ Frar u Marzu ta’ aktar minn 6,0 %, qrib is-sehem mis-suq fil-PI.

Tabella 1

Importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-PtA (f’tunnellati)

 

Il-PTA

Wara l-PtA

Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

Lul 2021

Aww 2021

Set 2021

Ott 2021

Nov 2021

Diċ 2021

Jan 2022

Fra 2022

Mar 2022

Apr 2022

2 905

3 224

4 852

5 639

6 134

4 292

9 300

12 818

13 832

14 027

Indiċi

100

111

167

194

211

148

320

441

476

482

Sors: l-Eurostat (il-PtA) u l-Bażi tad-data tas-Sorveljanza (Wara l-PtA)

(57)

Il-volumi żviluppaw kif ġej: l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’mod sinifikanti wara l-PI minn 171 240 tunnellata matul il-PI għal 56 470 tunnellata fis-sena ta’ wara l-PI. Sussegwentement l-importazzjonijiet reġgħu żdiedu matul il-PtA għal 73 752 tunnellata (medja għat-8 xhur, fuq bażi annwali), iżda baqgħu taħt il-livelli tal-PI u l-livelli tal-2017 (madwar 100 000 tunnellata fl-2017). Fil-bidu tal-2022, l-importazzjonijiet komplew jiżdiedu (11 000 tunnellata fuq bażi ta’ kull xahar għal Jannar u Frar 2022 — jiġifieri 132 000 tunnellata fuq bażi annwali — u 14 027 tunnellata għal April 2022 — aktar minn 168 000 tunnellata fuq bażi annwali).

(58)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’mod sinifikanti, f’kuntest ta’ żieda fil-prezzijiet tal-inputs kif ukoll kostijiet ogħla tat-trasport. Kuntrarjament għal dak li ġie ddikjarat minn xi partijiet interessati wara d-divulgazzjoni, din iż-żieda fil-prezzijiet ma setgħetx titqies għal rasha u kellha titpoġġa f’perspettiva u mqabbla ma’ prezzijiet u kostijiet oħra, bħall-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni.

(59)

Il-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz osservat matul il-PI kien ta’ 17,3 %. Id-diskrepanza fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedet gradwalment matul il-PtA kif muri fit-Tabella 2 hawn taħt. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet kienu għalhekk inferjuri għall-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (fil-livell ta’ 4-5 %) f’Jannar-Frar 2022.

(60)

Dan ta’ hawn fuq wera li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma rrankawx immedjatament wara l-PI iżda żdiedu gradwalment matul il-PtA u saħansitra aktar fix-xhur wara l-PtA, u kważi laħqu l-volumi medji ta’ kull xahar tal-PI fil-kuntest tat-tnaqqis fil-konsum meta mqabbla mal-ewwel semestru tal-2021. Il-Kummissjoni nnutat li s-sitwazzjoni ġenerali tas-settur tal-manifattura fiċ-Ċina kienet ikkaratterizzata minn inċertezzi marbuta mat-tifqigħat tal-COVID-19, il-politika ta’ żero COVID u l-konsegwenzi tagħha fuq l-ekonomija Ċiniża. Għalhekk, Marzu u April 2022 kienu kkaratterizzati minn tnaqqis ġenerali fl-attività fil-fabbriki Ċiniżi. L-output industrijali, l-ordnijiet, l-impjiegi kienu qegħdin jonqsu, filwaqt li l-backlogs u l-ħinijiet tal-konsenji żdiedu ulterjorment. Madankollu, minkejja dawn il-kwistjonijiet, l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’mod stabbli matul il-PtA, speċjalment f’Jannar-April 2022. Fl-istess ħin, il-prezzijiet naqsu u d-diskrepanza vis-à-vis il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tikber, kif muri fit-Tabella 2 hawn taħt. Konsegwentement, minkejja t-tnaqqis b’rabta mal-COVID-19 fil-manifattura Ċiniża, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qegħdin jirpiljaw matul il-PtA, u wara perjodu ta’ aġġustament ulterjuri, l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-UE żdiedu saħansitra aktar.

Tabella 2

Paragun tal-prezzijiet matul il-PtA (f’EUR/tunnellata)

 

Il-PTA

Wara l-PtA

 

Lul 2021

Aww 2021

Set 2021

Ott 2021

Nov 2021

Diċ 2021

Jan 2022

Fra 2022

Mar 2022

Apr 2022

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3 051

3 135

3 334

3 453

3 398

3 592

3 753

3 871

3 799

3 967

Indiċi

100

103

109

113

111

118

123

127

125

130

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

3 065

3 137

3 335

3 507

3 686

3 705

3 915

4 077

-

-

Indiċi

100

102

109

114

120

121

128

133

 

 

Sors: l-Eurostat (il-PtA), il-Bażi tad-data tas-Sorveljanza (Wara l-PtA), il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(61)

Wara d-divulgazzjoni, Airoldi l-ewwel sostniet li l-analiżi tal-Kummissjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienet żbaljata peress li, skont id-data dwar l-importazzjonijiet ipprovduta fis-sottomissjoni tagħha, l-importazzjonijiet Ċiniżi ma żdidux, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu. It-tieni, Airoldi sostniet li x-xejra tal-importazzjonijiet jenħtieġ li tiġi analizzata b’mod proporzjonat għall-2021 u li ż-żidiet fl-importazzjonijiet fi Frar u Marzu 2022 jenħtieġ li ma jitqisux, peress li dawn kienu affettwati mill-avvenimenti straordinarji tal-kriżi tal-Ukrajna. It-tielet, fir-rigward tal-prezzijiet, Airoldi sostniet li l-prezzijiet Ċiniżi huma konformi mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE u li l-analiżi tal-Kummissjoni jenħtieġ li taġġusta l-importazzjonijiet miċ-Ċina fid-dawl tal-kostijiet tat-trasport.

(62)

Fir-rigward tal-ewwel dikjarazzjoni, il-Kummissjoni nnutat li l-affermazzjoni ta’ Airoldi kienet żbaljata peress li kienet ibbażata fuq il-livell tan-NM ħafna aktar usa’ (8 ċifri), filwaqt li l-analiżi tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq statistika fil-livell tat-TARIC (10 ċifri), li kienet tinkludi biss il-prodott ikkonċernat.

(63)

Fir-rigward tal-perjodi pparagunati, il-Kummissjoni fakkret li kemm is-sena ta’ wara l-PI (l-1 ta’ Lulju 2020 – it-30 ta’ Ġunju 2021) kif ukoll il-PtA, inzertaw, parzjalment, fis-sena 2021. Għalhekk, kwalunkwe paragun tal-evoluzzjoni bejn l-ewwel nofs tal-2021 u l-PtA ma jippermettix li tiġi stabbilita medja għas-sena 2021 kollha, peress li ż-żewġ semestri tal-2021 jappartjenu għal perjodi ta’ referenza differenti. Konsegwentement, kwalunkwe paragun bejn il-PtA u s-sena 2021 tax-xejriet tal-importazzjonijiet ikun insinifikanti u mhux affidabbli. Fir-rigward tal-esklużjoni tax-xhur ta’ Jannar u Frar 2022, Airoldi ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni dwar l-impatt tal-kriżi tal-Ukrajna, apparti li rreferiet għall-argument li din kienet straordinarja.

(64)

Fir-rigward tal-prezzijiet, kuntrarjament għal dak li sostniet Airoldi, kif spjegat fil-premessa 60, id-diskrepanza bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-prezzijiet tal-Unjoni kibret matul il-PtA. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-aġġustamenti b’rabta mat-trasport, il-Kummissjoni fakkret li l-istatistika tal-importazzjonijiet tinġabar fil-livell tas-CIF, u b’hekk, fil-prezz, taqbad parti sostanzjali tal-kostijiet b’rabta mat-trasport. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(65)

Wara d-divulgazzjoni, EURANIMI sostniet li ż-żieda f’daqqa riċenti fl-importazzjonijiet miċ-Ċina kienet marbuta mal-antiċipazzjoni li s-sospensjoni tintemm u li dawn l-importazzjonijiet saru taħt kundizzjonijiet ta’ prezz simili għal dawk tal-produtturi Ewropej. Il-Kummissjoni nnutat li diversi fatturi kienu qegħdin jinfluwenzaw il-livell tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u li s-sospensjoni tal-miżuri possibbilment kienet wieħed minn dawn il-fatturi. Fir-rigward tal-livell tal-prezzijiet, il-Kummissjoni nnutat li, meta ġew ipparagunati l-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-medja tal-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina, dawn tal-aħħar kienu aktar baxxi matul il-PtA kollu.

(66)

Wara d-divulgazzjoni, Lodec sostniet li l-livell tas-sehem mis-suq milħuq mill-importazzjonijiet Ċiniżi flimkien mal-prezzijiet aktar baxxi ma jirrappreżentawx theddida għall-industrija tal-Unjoni peress li, allegatament, dan ikun ir-riżultat ta’ suq ħieles fejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi huma aktar kompetittivi. Bl-istess mod, SATMA sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tipprova l-eżistenza ta’ dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni minn importazzjonijiet ta’ fojls tal-aluminju użati għall-produzzjoni ta’ kapaċitaturi tal-aluminju, peress li allegatament ma hemm l-ebda produzzjoni fl-Unjoni.

(67)

Il-Kummissjoni osservat li saret analiżi tal-kawżalità fir-Regolament definittiv. Il-Kummissjoni setgħet tikkonkludi li l-prodott ikkonċernat kien kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni matul il-PI oriġinali. Ma kien hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li, li kieku l-kundizzjonijiet li wasslu lill-Kummissjoni biex tissospendi temporanjament il-ġbir tal-miżuri definittivi ma kinux għadhom fis-seħħ, dik ir-relazzjoni kawżali bejn il-prodotti importati u l-bejgħ tal-Unjoni ma kinitx tkun aktar preżenti, jew li inkella dawn is-sejbiet dwar il-kawżalità kienu jixxejnu fil-frattemp. Barra minn hekk, Lodec kien imissha ressqet dawk l-affermazzjonijiet fl-istadju tal-investigazzjoni oriġinali li timponi l-miżuri definittivi. Fl-aħħar nett, din l-analiżi tal-kawżalità kienet twettqet għall-prodott kollu kemm hu, u ma kien hemm l-ebda obbligu li l-analiżi titwettaq abbażi ta’ tip ta’ prodott speċifiku. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(68)

Lodec u EURANIMI sostnew li, għal ċerti tipi ta’ prodotti, il-waqfien tal-importazzjonijiet mir-Russja joħloq skarsezzi addizzjonali fis-suq tal-Unjoni, li jenħtieġ li jiġu indirizzati mill-Kummissjoni b’xi miżuri ta’ mitigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Russja kienu jirrappreżentaw parti negliġibbli mill-konsum tal-Unjoni, b’sehem mis-suq ta’ inqas minn 0,5 % matul il-perjodu ta’ wara l-PI u l-PtA. B’hekk, il-varjazzjonijiet fil-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja ma tqisux li għandhom impatt sostanzjali. L-affermazzjoni ġiet għalhekk miċħuda.

3.2.   Żviluppi riċenti tas-suq

(69)

Il-futur huwa inċert, b’fatturi differenti li qegħdin iħallu impatt fuq is-suq. Il-kumulazzjoni ta’ riżerva mhijiex dejjiema peress li kienet rispons temporanju għall-inċertezzi marbuta mal-invażjoni fl-Ukrajna. Barra minn hekk, iż-żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija, li ntlaqtu bil-qawwi mill-irkupru ta’ wara l-COVID-19 u, minn Frar 2022, mill-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna, huma wkoll varjabbli ewlenin li għandhom jitqiesu.

(70)

F’dak li għandu x’jaqsam mad-domanda fis-settur tal-kostruzzjoni, għalkemm għadha qawwija, hemm indikazzjonijiet li minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u ż-żidiet possibbli fir-rati tal-imgħax, il-proġetti ġodda jistgħu jiġu ostakolati u d-domanda tista’ għalhekk tbatti (19).

(71)

Fir-rigward tal-produzzjoni fl-industrija awtomobilistika, possibbilment din terġa’ tilħaq livelli normali fil-futur qrib. Madankollu, fit-terminu qasir, id-domanda tal-industrija awtomobilistika ġiet affettwata b’mod negattiv minn skarsezza tal-faxex ta’ wajers mill-Ukrajna u minn skarsezza globali taċ-ċipep (20), li hija mistennija tippersisti almenu għal parti mill-2022 (21).

(72)

Skont il-previżjonijiet tal-EA, is-suq kumplessiv se jonqos fix-xhur li ġejjin. L-EA prevediet tnaqqis fil-bejgħ ta’ 3,8 % għall-ewwel semestru tal-2022, meta mqabbel mal-PtA u tnaqqis fil-produzzjoni ta’ 5,7 %. Dan kien ibbażat fuq taħlita ta’ tnaqqis fil-konsum mill-industrija awtomobilistika u żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet miċ-Ċina. Il-Kummissjoni nnutat li l-Eurofer stmat li s-settur awtomobilistiku se jikber fl-2022 iżda se jistaġna fl-2023 (22). Madankollu, il-previżjoni tal-Eurofer għall-2022 hija kkundizzjonata minn għadd ta’ varjabbli mhux magħrufa: l-iskala fil-futur tar-riskji attwali ta’ evoluzzjoni negattiva li jirriżultaw minn skarsezzi kontinwi ta’ semikondutturi; it-tnaqqis potenzjali fid-domanda fid-dawl ta’ inċertezzi ekonomiċi li jiżdiedu f’każ ta’ gwerra fit-tul fl-Ukrajna; l-istaġnar tal-introjtu nett tal-konsumaturi (fl-UE) u inflazzjoni għolja tal-enerġija u tal-materja prima; u t-tkabbir fid-domanda fis-swieq ewlenin tal-esportazzjoni tal-UE (ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, iċ-Ċina u t-Turkija), li bħalissa tinsab imrażżna. Konsegwentement, id-domanda għas-settur awtomobilistiku għadha inċerta.

(73)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna u s-sanzjonijiet fuq ir-Russja kellhomx impatt fuq il-katina tal-provvista tal-industrija tal-Unjoni. Bħalissa, l-ebda waħda mis-sanzjonijiet u mill-miżuri oħra ma tipprevjeni l-esportazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju mir-Russja lejn l-UE. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni għandha wkoll sorsi oħra ta’ provvista apparti r-Russja. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza tanġibbli li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja kellhom impatt fuq il-katina tal-provvista tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li tkun rilevanti għall-analiżi tal-impatt tat-tneħħija tas-sospensjoni. Madankollu, is-sanzjonijiet li jeskludu xi banek milli jużaw is-sistema ta’ pagament SWIFT jistgħu jkunu ta’ sfida, kif ukoll il-fatt li xi kumpaniji tal-merkanzija waqqfu kull trasport ta’ kontejners lejn u mir-Russja. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet għal ċerti individwi Russi b’interessi f’dan is-settur jista’ jkollha impatt. Għalhekk, din is-sitwazzjoni żżid mal-inċertezza ta’ kif is-sitwazzjoni tas-suq tista’ tiżviluppa fit-terminu qasir sa medju.

3.3.   Konklużjoni dwar jekk huwiex improbabbli li d-dannu jerġa’ jokkorri

(74)

Wara t-titjib tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel semestru tal-2021 meta mqabbel mal-PI, is-sitwazzjoni ekonomika tagħha baqgħet pjuttost stabbli matul il-PtA, għalkemm xi indikaturi tad-dannu ggravaw. Għalhekk, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli, il-volumi tal-bejgħ naqsu b’mod sinifikanti bi 12,8 %, filwaqt li l-produzzjoni u l-kapaċità naqsu bi ftit, bi 2 % u 1,3 % rispettivament. Il-profittabbiltà tjiebet u laħqet 2,8 % fil-PtA, li madankollu għadha inferjuri għas-sena ta’ referenza 2017 u hija ferm anqas mill-profitt minimu ta’ 6 % użat għall-fini tal-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz.

(75)

B’mod partikolari, il-prospetti għall-industrija tal-Unjoni wara l-PtA mhumiex daqstant pożittivi. Id-dħul tal-ordnijiet tal-prodott ikkonċernat naqas bi 12 % fil-PtA meta mqabbel mal-ewwel semestru tal-2021 u bi 2 % meta mqabbel mal-PI (il-punt li fih l-industrija tal-Unjoni nstabet li kienet f’sitwazzjoni dannuża). Għaldaqstant, kuntrarjament għas-sejbiet kif stabbiliti fil-premessa 49 tad-Deċiżjoni ta’ sospensjoni, l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex mimlija għalkollox għax-xhur li ġejjin u l-livell ta’ attività tagħha fil-futur mhuwiex aċċertat. Il-konsum laħaq il-qofol tiegħu fl-ewwel semestru tal-2021, u mbagħad naqas bi 13,5 % matul il-PtA. Dan ġie kkonfermat mit-tnaqqis fid-dħul tal-ordnijiet kif ukoll mit-tnaqqis sinifikanti taż-żmien meħtieġ. Matul ix-xhur li ġejjin, id-domanda mhijiex mistennija tirranka minħabba l-inċertezzi tad-domanda fis-settur tal-manifattura tal-karozzi u fis-settur tal-kostruzzjoni, flimkien maż-żieda ulterjuri mistennija fil-kostijiet tal-inputs ewlenin. Fl-aħħar nett, fil-kuntest ta’ bilanċ li qiegħed jitjieb bejn il-provvista u d-domanda, l-industrija tal-Unjoni jkollha inqas setgħa ta’ negozjar fl-iffissar tal-prezzijiet, u l-prestazzjoni ekonomika tagħha tkun b’hekk affettwata b’mod negattiv.

(76)

Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’mod kostanti u sinifikanti matul il-PtA, u saħansitra aktar fix-xahrejn wara l-PtA, bi prezzijiet li huma aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, id-diskrepanza fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedet gradwalment matul il-PtA. Dan seħħ minkejja ż-żieda fil-kostijiet tat-trasport internazzjonali u l-konġestjonijiet fil-konsenji indikati mill-utenti, u d-diffikultajiet relatati mal-COVID li affettwaw lill-manifatturi Ċiniżi b’mod ġenerali. Din ix-xejra riċenti u sinifikanti ta’ żieda rapida fl-importazzjonijiet Ċiniżi x’aktarx li tkompli fil-futur u twassal għall-istess sitwazzjoni osservata matul il-PI oriġinali, fl-eventwalità li l-miżuri jibqgħu sospiżi. Flimkien maż-żieda ulterjuri mistennija fil-kostijiet u fl-inċertezzi fid-domanda, iż-żieda ulterjuri tal-importazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet aktar baxxi evidentement ikollha impatt negattiv fuq il-prestazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(77)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx għadu l-każ li jkun improbabbli li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni jerġa’ jokkorri f’każ ta’ estensjoni tas-sospensjoni attwali tad-dazji anti-dumping.

4.   KONKLUŻJONI

(78)

Wara eżami tal-iżviluppi tas-suq matul il-PtA, l-iżviluppi probabbli fil-futur qrib, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u l-fehmiet tal-importaturi u l-utenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-estensjoni tas-sospensjoni tal-miżuri ma għadhomx aktar issodisfati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li s-sospensjoni tal-ġbir tad-dazji anti-dumping hija miżura eċċezzjonali fid-dawl tar-regola ġenerali prevista fir-Regolament Bażiku.

(79)

Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe wieħed mill-elementi neċessarji, u meta jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet kollha, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma testendix is-sospensjoni tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-AFRPs li joriġinaw miċ-Ċina. Konsegwentement, jenħtieġ li d-dazji jiddaħħlu mill-ġdid meta tintemm l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ sospensjoni (mit-12 ta’ Lulju 2022).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sospensjoni tad-dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina imposta mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1788 mhijiex estiża ulterjorment.

Artikolu 2

Id-dazju anti-dumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1784 fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju, illaminati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa b’dan imdaħħal mill-ġdid mit-12 ta’ Lulju 2022.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU C 268, 14.8.2020, p. 5.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/582 tad-9 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 124, 12.4.2021, p. 40).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1784 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju llaminati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 359, 11.10.2021, p. 6).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1788 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li tissospendi d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (UE) 2021/1784 dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 359, 11.10.2021, p. 105)

(6)  Minn 1 331 005 tunnellata fl-ewwel semestru tal-2021 għal 1 150 832 tunnellata fil-PtA.

(7)  Jiġifieri billi saret diviżjoni bi 8 (l-għadd ta’ xhur koperti mill-PtA) u multiplikazzjoni b’6.

(8)  CRU Aluminium products Monitor, ir-rapport ta’ April 2022.

(9)  https://steelnews.biz/russia-lifts-aluminium-alloys-export-tax/.

(10)  Fid-deċiżjoni ta’ sospensjoni (il-premessa 30) iż-żmien normali meħtieġ ġie definit bħala 4-12-il ġimgħa.

(11)  Il-prezz tal-konverżjoni huwa — bejn wieħed u ieħor — id-differenza bejn il-prezzijiet tal-bejgħ u l-prezzijiet LME (3 xhur) tal-aluminju primarju. Biex tistabbilixxi l-prezzijiet tal-bejgħ, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Ara t-Tabella 2 hawn taħt. Biex tistabbilixxi l-prezzijiet LME (3 xhur), il-Kummissjoni użat Fastmarket bħala sors. Id-data ġiet estratta fuq bażi ta’ kuljum u ntużat biex jiġu kkalkulati l-medji għaż-żewġ perjodi: Lulju 2020 sa Ġunju 2021 u Lulju 2021 sa Frar 2022 (PtA). Dawn il-medji ġew ikkonvertiti minn USD għal EUR bl-użu tar-rati tal-kambju uffiċjali (medji għall-perjodi korrispondenti). Il-prezzijiet medji LME kienu EUR 1 710 u EUR 2 431 rispettivament għaż-żewġ perjodi.

(12)  Madankollu, id-data tal-2017 ipprovduta mill-EA kienet tinkludi xi prodotti li mhumiex parti mid-definizzjoni tal-prodott.

(13)  il-premessa 439 tiegħu.

(14)  il-premessa 438 tiegħu.

(15)  Is-sors tad-data għall-istokks tal-aluminju primarju huwa s-CRU Aluminium Monitor ta’ Ġunju 2022 (Inventarji).

(16)  It-talbiet kollha għall-esklużjoni tal-prodotti ġew trattati fit-Taqsima 2.2 tar-Regolament definittiv. Għall-AFRPs kollha minbarra dawk użati għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u pannelli komposti tal-aluminju (it-Taqsima 2.2.2 tal-istess Regolament), il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed kapaċità ta’ produzzjoni fis-suq tal-Unjoni u, konsegwentement, ċaħdet it-talbiet għall-esklużjoni tal-prodotti.

(17)  Ara l-premessa 36 u n-nota 6 f’qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni ta’ sospensjoni.

(18)  t21.006374.

(19)  Ir-Rapport tas-CRU ta’ Marzu 2022.

(20)  Skont l-ACEA, ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda naqset bi 12,3 % fl-ewwel trimestru tal-2022 https://www.acea.auto/pc-registrations/passenger-car-registrations-12-3-first-quarter-of-2022-20-5-in-march/.

(21)  https://www.autocar.co.uk/car-news/business-tech%2C-development-and-manufacturing/latest-updates-semiconductor-chip-crisis; https://www.bbc.com/news/business-60313571.

(22)  https://www.eurofer.eu/assets/publications/economic-market-outlook/economic-and-steel-market-outlook-2022-2023-first-quarter-2/EUROFER_ECONOMIC_REPORT_Q2_2022-23_final.pdf


8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1179

tas-7 ta’ Lulju 2022

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/217(ATALANTA/4/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (“il-Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fil-15 ta’ Frar 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/217 (2), li taħtar lill-Kontrammirall Fabrizio BONDI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kontrammirall Riccardo MARCHIÓ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE l-ġdid malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kumitat Militari tal-UE qabel ma’ dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/217 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kontrammirall Riccardo MARCHIÓ huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-7 ta’ Lulju 2022.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/217 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/217 tal-15 ta’ Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/41 (ATALANTA/3/2022) (ĠU L 37, 18.2.2022, p. 39).