ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/642
tat-30 ta’ Ottubru 2020
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerta informazzjoni li jeħtieġ tingħata dwar it-tikkettar tal-prodotti organiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi r-regoli tal-produzzjoni applikabbli għall-produzzjoni organika, filwaqt li l-Anness III ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli, inter alia, dwar l-imballaġġ u t-trasport tal-prodotti organiċi u fil-fażi ta’ konverżjoni. B’mod partikolari, il-punt 2.1. ta’ dak l-Anness jeħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi ddikjarata fuq it-tikketta jew fuq dokument ta’ akkumpanjament. |
(2) |
Wieħed mill-prinċipji tal-produzzjoni organika hu l-għalf tal-bhejjem u tal-annimali akkwatiċi b’għalf organiku. Madankollu, taħt ċerti kundizzjonijiet, ir-regoli tal-produzzjoni jippermettu l-użu ta’ ċertu materjali tal-għalf mhux organiċi u fil-fażi ta’ konverżjoni. |
(3) |
Sabiex jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni organika, l-operaturi jenħtieġ li jiġu infurmati kif xieraq fir-rigward tal-għalf li jużaw. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkunu jafu jekk l-għalf huwiex awtorizzat fil-produzzjoni organika, x’inhi l-kompożizzjoni eżatta tiegħu u l-proporzjon tal-komposti tal-għalf organiċi, fil-fażi ta’ konverżjoni u mhux organiċi. |
(4) |
Il-materjal riproduttiv tal-pjanti, inkluż iż-żrieragħ, użat għall-produzzjoni organika tal-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti, jeħtieġ li jkun organiku f’konformità mal-punt 1.8.1. tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ materjal riproduttiv organiku tal-pjanti għal ċerti speċijiet, sottospeċijiet jew varjetajiet, il-punt 1.8.5. tal-Parti I ta’ dak l-Anness jippermetti l-użu ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti fil-fażi ta’ konverżjoni u jipprevedi l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti mhux organiku taħt ċerti kundizzjonijiet. |
(5) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE (2), iż-żrieragħ f’taħlitiet ta’ diversi ġeneri, speċijiet jew varjetajiet tal-pjanti tal-magħlef jistgħu jitqiegħdu fis-suq diment li, inter alia, il-perċentwal skont il-piż tad-diversi komponenti, murija skont l-ispeċi u fejn xieraq, skont il-varjetà, jiġi rapportat fuq it-tikketta uffiċjali. |
(6) |
Fid-dawl tal-importanza tal-użu ta’ taħlitiet taż-żrieragħ tal-pjanti tal-magħlef biex tingħata kwalità nutrittiva għolja tal-magħlef, u inkluż meta ma jkunux maħsuba għall-użu bħala pjanti tal-magħlef, biex titjieb l-adattabbiltà tal-pjanti għall-kundizzjonijiet agronomiċi reġjonali u biex tiżdied il-fertilità tal-ħamrija u l-bijodiversità, b’mod partikolari meta t-taħlitiet taż-żrieragħ jintużaw fi prattiċi agronomiċi għall-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma bħall-għelejjel ta’ kopertura, u filwaqt li jitqies in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ żrieragħ organiċi jew f’fażi ta’ konverżjoni, huwa possibbli li jintużaw taħlitiet ta’ żrieragħ f’konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika, anki meta jkun fihom żrieragħ ta’ speċijiet differenti ta’ pjanti organiċi, fil-fażi ta’ konverżjoni u mhux organiċi awtorizzati. Għal dak il-fini, jenħtieġ li l-informazzjoni preċiża dwar il-preżenza u l-ammont ta’ komponenti tat-taħlitiet organiċi u fil-fażi ta’ konverżjoni tkun disponibbli għall-utenti, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti u l-informazzjoni meħtieġa skont id-Direttiva 66/401/KEE. |
(7) |
Madankollu, it-tikketta tal-imballaġġ ta’ dawn it-taħlitiet jenħtieġ li tindika wkoll li l-użu tagħhom huwa permess biss fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni maħruġa skont il-punt 1.8.5. tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 u għalhekk, biss fit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni. |
(8) |
Madankollu, sabiex jiġi promoss l-użu ta’ żrieragħ organiċi u fil-fażi ta’ konverżjoni u biex jiġi żgurat livell minimu kwantitattiv armonizzat, jixraq li jiġi stabbilit perċentwal totali minimu skont il-piż taż-żrieragħ organiċi u fil-fażi ta’ konverżjoni li jenħtieġ li jkunu parti mit-taħlita meta r-referenza għall-komponenti organiċi u fil-fażi ta’ konverżjoni tkun se tidher fuq it-tikketta. |
(9) |
Għalhekk, il-Punt 2.1. tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt 2.1. tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill- 1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298).
ANNESS
Il-Punt 2.1. tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2.1. Informazzjoni li jeħtieġ tingħata
2.1.1. |
L-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni jkunu ttrasportati lejn operaturi jew unitajiet oħrajn, li jinkludu l-bejjiegħa bl-ingrossa u bejjiegħa bl-imnut, biss f’imballaġġ, kontenituri jew vetturi addattati u magħluqa b’tali mod li alterazzjoni tal-kontenut, inkluż is-sostituzzjoni, ma tkunx possibbli mingħajr manipulazzjoni jew ħsara lis-siġill, u b’tikketta li tkun tiddikjara, mingħajr preġudizzju għal kull indikazzjoni oħra meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni:
|
2.1.2. |
L-operaturi għandhom jiżguraw li l-għalf kompost awtorizzat fil-produzzjoni organika ttrasportata lil operaturi jew azjendi oħra, inkluż bejjiegħa bl-ingrossa jew bejjiegħa bl-imnut, jingħataw tikketta li flimkien ma’ kwalunkwe indikazzjoni oħra meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni, tiddikjara:
|
2.1.3. |
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 66/401/KEE, l-operaturi għandhom jiżguraw li fuq it-tikketta tal-imballaġġ ta’ taħlita taż-żrieragħ tal-pjanti tal-magħlef li fiha żrieragħ organiċi, fil-fażi ta’ konverżjoni jew mhux organiċi ta’ ċerti speċijiet differenti ta’ pjanti li għaliha nħarġet awtorizzazzjoni skont il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-punt 1.8.5. tal-Parti I tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, tingħata informazzjoni dwar il-komponenti eżatti tat-taħlita, murija f’perċentwal skont il-piż għal kull speċi tal-komponent, u meta xieraq għal kull varjetà.
Minbarra r-rekwiżiti rilevanti skont l-Anness IV tad-Direttiva 66/401/KEE, dik l-informazzjoni, minbarra l-indikazzjonijiet meħtieġa fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt, għandha tinkludi wkoll il-lista tal-ispeċijiet tal-komponent tat-taħlita li huma ttikkettati bħala organiċi jew fil-fażi ta’ konverżjoni. Il-perċentwal totali minimu skont il-piż taż-żrieragħ tat-taħlita organiċi u fil-fażi ta’ konverżjoni għandhom ikunu mill-inqas 70 %. F’każ li t-taħlita jkun fiha żrieragħ mhux organiċi, it-tikketta għandha tinkludi wkoll id-dikjarazzjoni li ġejja: “L-użu tat-taħlita huwa permess biss fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni u fit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li awtorizzat l-użu ta’ din it-taħlita f’konformità mal-punt 1.8.5. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-ttikkettar ta’ prodotti organiċi.” L-informazzjoni msemmija fil-punti 2.1.1 u 2.1.2 tista’ tiġi ppreżentata biss fuq dokument ta’ akkumpanjament, jekk dan id-dokument tista’ ssirlu konnessjoni mingħajr ebda dubju mal-imballaġġ, mal-kontenitur jew mat-trasport bil-vettura, tal-prodott. Dan id-dokument ta’ akkumpanjament jenħtieġ li jinkludi l-informazzjoni dwar il-fornitur jew it-trasportatur.” |
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/643
tat-3 ta’ Frar 2021
li, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku, jemenda l-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati talbu li jiġu emendati diversi noti stabbiliti fis-sottotaqsima 1.1.3 tal-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
(2) |
Il-Kummissjoni taċċetta li l-formulazzjoni ta’ dawk in-noti jeħtieġ tittejjeb. Uħud min-noti marbuta mas-sustanzi mhumiex preċiżi u jġibu magħhom xi inċertezzi dwar l-interpretazzjoni korretta tal-obbligi ġuridiċi. B’mod partikolari, uħud minn dawk in-noti jistgħu jiġu interpretati bħallikieku f’ċerti kundizzjonijiet ma hemmx bżonn li jiġu kklassifikati s-sustanzi li għalihom japplikaw l-istess noti, mentri fil-fatt jenħtieġ li dawn ma jkunux koperti mill-klassifikazzjoni u mit-tikkettar armonizzati iżda xorta jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-klassifikazzjoni f’konformità mat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (awtoklassifikazzjoni). |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008
Il-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Il-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, hija emendata kif ġej:
(1) |
fil-punt 1.1.3.1, in-noti J sa R huma sostitwiti b’li ġej:
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).”" |
(2) |
fil-punt 1.1.3.2., in-noti 8 u 9 huma sostitwiti b’li ġej:
Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu għandha tapplika sakemm ikun jista’ jintwera li l-konċentrazzjoni teorika massima ta’ formaldeid rilaxxabbli, irrispettivament mis-sors, fit-taħlita kif imqiegħda fis-suq tkun inqas minn 0,1 %.
Il-klassifikazzjoni bħala mutaġenu għandha tapplika sakemm ikun jista’ jintwera li l-konċentrazzjoni teorika massima ta’ formaldeid rilaxxabbli, irrispettivament mis-sors, fit-taħlita kif imqiegħda fis-suq tkun inqas minn 1 %.” |
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).”’
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/644
tal-15 ta’ April 2021
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi għall-fluksapiroksad, għall-hymexazol, għall-metamitron, għall-penflufen u għas-spirotetramat f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-fluksapiroksad, għall-hymexazol, għall-metamitron, u għas-spirotetramat, il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-penflufen mhu stabbilit l-ebda MRL fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u peress li dawn is-sustanzi attivi mhumiex inklużi fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għall-fluksapiroksad l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni raġunata dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti (2). Għal ċerti prodotti, l-Awtorità rrakomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. Jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi, għall-ħxejjex tal-basla, għall-ħxejjex tal-brassica, għall-ħxejjex tal-weraq, għall-ħxejjex aromatiċi u l-fjuri li jittieklu, għall-kardun, għall-karfus, għall-bużbież ta’ Firenze, għall-qaqoċċ, għall-kurrat, għar-rabarbru, għaż-żrieragħ tal-legumi mnixxfa, għaċ-ċereali, għall-infużjonijiet erbali mill-għeruq u mill-weraq, għall-infużjonijiet erbali mill-għeruq u għall-pjanti taz-zokkor xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs kollha se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għall-hymexazol, l-Awtorità ressqet opinjoni raġunata dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti (3). L-Awtorità rrakkomandat li l-MRL għall-pitravi taz-zokkor jitnaqqas. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għall-metamitron l-Awtorità ressqet opinjoni raġunata dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti (4). L-Awtorità rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs eżistenti għat-tuffieħ, għal-lanġas, għall-pitravi, għall-karrotti, għar-ravanell, għaz-zunnarija bajda, għall-għeruq it-tursin, għat-turnip, għall-basal u għall-għeruq tal-pitravi taz-zokkor. Jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-frawli, għar-rukola, għall-ħxejjex tal-weraq żgħir (inkluż l-ispeċijiet tal-brassica), għall-ispinaċi u għal weraq simili, għall-infużjonijiet erbali mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi, għall-infużjonijiet erbali mill-għeruq, għall-ħwawar taż-żerriegħa u għall-ħwawar tal-frott xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs kollha se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għall-penflufen l-Awtorità ressqet opinjoni raġunata dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti (5). L-Awtorità rrakkomandat li jinżamm l-MRL eżistenti għall-patata. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għas-spirotetramat l-Awtorità ressqet opinjoni raġunata dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti (6). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwi. L-Awtorità rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs eżistenti għall-frott taċ-ċitru, għall-frott taż-żerriegħa, għall-frawli, għaż-żebbuġ tal-mejda, għall-kiwi, għall-avokado, għall-banana, għar-rummien, għall-ananas, għal ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi għajr il-pitravi taz-zokkor, it-tewm, ix-shallots, is-Solanaceae u l-Malvaceae, il-witloofs/l-indivja Belġjana, iż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt u l-għeruq taċ-ċikwejra. Għal prodotti oħrajn irrakkomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. Jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-Brussels sprouts u għall-kohlrabi xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs kollha se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Fl-opinjonijiet raġunati tal-Awtorità tqiesu l-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (CXLs). Is-CXLs li huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni ġew ikkunsidrati għall-istabbiliment tal-MRL. |
(8) |
Rigward il-prodotti li fuqhom mhux awtorizzat li jintuża l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li ma jeżistux tolleranzi tal-importazzjoni jew CXLs għalihom, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ determinazzjoni (LOD) speċifiku jew japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(9) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti ta’ determinazzjoni. Rigward is-sustanzi konċernati minn dan ir-regolament, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti bażiċi, l-iżvilupp tekniku jeħtieġ li jiġu stabbiliti limiti ta’ determinazzjoni speċifiċi. |
(10) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva spirotetramat fuq “kukku u frott żgħir ieħor”, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-modifika tal-MRLs eżistenti. F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, din l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Ġermanja u r-rapport tal-evalwazzjoni ntbagħat lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. L-Awtorità vvalutat ir-rapport ta’ evalwazzjoni u tat opinjoni raġunata (7) dwar l-MRLs proposti. L-Awtorità rrakkomandat li jogħlew l-MRLs eżistenti għal dawk il-prodotti. Jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqu applikazzjonijiet għat-tolleranzi tal-importazzjoni għall-fluksapirossad użat fl-Istati Uniti fuq “ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi għajr il-pitravi taz-zokkor” u fil-Brażil fuq il-kafeni. L-applikanti jsostnu li l-użi awtorizzati ta’ dik is-sustanza fuq dawn l-għelejjel f’dawk il-pajjiżi jwasslu għal residwi li jeċċedu l-MRL li hemm fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li hemm bżonn ta’ MRL ogħla biex ma jkunx hemm ostakli għall-kummerċ fl-importazzjoni ta’ dawk l-għelejjel. F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati, u r-rapporti tal-evalwazzjoni ntbagħtu lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti tal-evalwazzjoni, u eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjonijiet raġunati dwar l-MLRs proposti (8). L-Awtorità għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u qegħdithom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(12) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet l-oħra kollha l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kolla fir-rigward tad-data ġew issodisfati u li, abbażi tal-evalwazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur, il-modifiki għall-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista’ jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment tul perjodu qasir minħabba livell għoli ta’ konsum tal-prodotti rilevanti, ma wrew li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
(13) |
Abbażi tal-opinjonijiet raġunati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(14) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu. |
(15) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
(16) |
Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b’mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew immanifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li l-informazzjoni dwarhom turi li qed jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
(17) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew manifatturati fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel l-10 ta’ Novembru 2021.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-10 ta’ Novembru 2021.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for fluxapyroxad according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005”. EFSA Journal 2020;18(1):5984.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for hymexazol according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005”. EFSA Journal 2019;17(11):5895.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for metamitron according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005”. EFSA Journal 2020;18(1):5959.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for penflufen according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005”. EFSA Journal 2019;17(10):5840.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for spirotetramat according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005”. EFSA Journal 2020;18(1):5960.
(7) “Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for spirotetramat in small fruits and berries”. EFSA Journal 2019;17(11):5904.
(8) “Reasoned opinion on the setting of import tolerances for fluxapyroxad in certain root crops and coffee beans”. EFSA Journal 2020;18(1):5950.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għal fluksapiroksad, hymexazol, metamitron, penflufen u spirotetramat: "Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, jitħassru l-kolonni għal fluksapiroksad, hymexazol, metamitron, penflufen u spirotetramat. |
(*) Jindika limitu ta' kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/645
tal-15 ta’ April 2021
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8, is-sentenza introduttorja, l-Artikolu 8(1) u (4) u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (2) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru u l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ dawn il-kunsinni. |
(2) |
L-Anness I tar-Regolament jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru li tindika t-tip ta’ trattament meħtieġ għal dawn il-komoditajiet. |
(3) |
Il-proċedura li tawtorizza lill-Moldova biex tesporta l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għaddejja u se tiġi finalizzata fi żmien debitu. Filwaqt li dik il-proċedura għadha pendenti, il-Moldova għamlet talba għall-awtorizzazzjoni għat-tranżitu, mill-Unjoni, ta’ ġelati, li jitqiesu bħala prodotti komposti li ma jistgħux jinħażnu li fihom prodotti tal-ħalib. Sabiex tingħata dik l-awtorizzazzjoni, il-Moldova għamlet talba biex titqiegħed fil-kolonna C tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010, bħala pajjiż terz li l-ħalib mhux ipproċessat u l-prodotti tal-ħalib tagħha għaddew mit-trattament meħtieġ minn dak ir-Regolament (trattament “C”) biex jittaffa r-riskju tat-tixrid tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer permezz tal-prodotti tal-ħalib. |
(4) |
Fid-dawl tal-garanziji mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Moldova dwar l-applikazzjoni korretta tat-trattament “C” fuq il-prodotti tal-ħalib li jinsabu fil-prodotti komposti, xieraq li l-Moldova titqiegħed fil-kolonna “C” tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010. |
(5) |
Jenħtieġ li din iż-żieda mal-kolonna “C” tal-Anness I tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni, u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, b’mod partikolari dawk li huma relatati mal-elenkar tal-istabbilimenti skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (3). |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 605/2010 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tabella stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata ta’ “MA-Il-Marokk”:
“MD |
Il-Moldova |
0 |
0 |
+” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/646
tad-19 ta’ April 2021
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħhom (ELKS)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(6) flimkien mal-Artikolu 7(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2019/2144 jirrikjedi li l-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ikunu mgħammra b’sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata. |
(2) |
Il-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata. Sabiex ikun hemm approċċ konsistenti fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fid-dokument ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/858, l-informazzjoni rilevanti għas-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata jenħtieġ li tiġi speċifikata aktar f’dan ir-Regolament. |
(3) |
Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, li jrid jinħareġ għal sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata, jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-mudell rispettiv stabbilit fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (3). Madankollu, l-addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip jenħtieġ li jkun fih l-informazzjoni speċifika għas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata kif definit f’dan ir-Regolament; għalhekk, il-mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip bl-addendum ta’ miegħu jenħtieġ li jiġi stabbilit f’dan ir-Regolament. |
(4) |
F’konformita man-nota 6 tat-tabella fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144, l-applikazzjoni tar-rekwiżit għat-twaħħil obbligatorju ta’ sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata hija differita b’sentejn fir-rigward ta’ vetturi bil-mutur b’sistemi tal-istering megħjun b’enerġija idrawlika. Għal dak il-perjodu, tali vetturi jenħtieġ li jkunu mgħammra b’sistema ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
Is-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata hija sistema li tassisti lis-sewwieq, li jenħtieġ li tipprovdi twissija lis-sewwieq u tikkoreġi t-trajettorja biss meta s-sewwieq ikun qed joħroġ mill-karreġġata b’mod mhux intenzjonat. |
(6) |
F’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-traffiku, is-sewwieqa huma permessi jaqsmu marki tal-karreġġata b’linja miksura u huwa partikolarment diffiċli għat-teknoloġiji attwali biex jivvalutaw jekk il-qsim tal-marki tal-karreġġata b’linja miksura mis-sewwieq huwiex intenzjonat jew le. Sabiex jiġu evitati interventi mhux meħtieġa mis-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata, li jistgħu jġiegħlu lis-sewwieq jitfi s-sistema u b’hekk jintilef il-benefiċċju potenzjali għas-sikurezza, jenħtieġ li s-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tkun meħtieġa biss li twissi lis-sewwieq u mhux li tikkoreġi t-trajettorja tal-vettura meta taqsam il-marki tal-karreġġata b’linji miksura. |
(7) |
It-teknoloġiji eżistenti attwalment għas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata huma bbażati fuq id-detezzjoni tal-marki tal-karreġġata u l-prestazzjoni ta’ dawk is-sistemi ma tistax tiġi ggarantita fin-nuqqas ta’ tali marki. Għalhekk, is-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata ma għandhomx ikunu meħtieġa joperaw fin-nuqqas ta’ marki tal-karreġġata. |
(8) |
Minħabba l-kumplessità tas-sistema/i ta’ kontroll elettroniku tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata, jeħtieġ li t-testijiet previsti f’dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati b’dokumentazzjoni, li turi l-miżuri ta’ disinn u ta’ validazzjoni meħuda mill-manifattur biex jiżgura li s-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata taħdem b’mod sikur f’diversi sitwazzjonijiet. Id-dokumentazzjoni rilevanti li trid tiġi pprovduta mill-manifattur u l-proċeduri għall-valutazzjoni tagħha mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew mis-servizzi tekniċi għandha tiġi definita f’dan ir-Regolament. |
(9) |
Billi r-Regolament (UE) 2019/2144 japplika b’effett mis-6 ta’ Lulju 2022, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet amministrattivi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata
1. Id-dokument ta’ informazzjoni, ippreżentat f’konformità mal-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/858 mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata, għandu jikkonsisti mill-informazzjoni rilevanti għal dik is-sistema kif indikat fil-Parti 1 tal-Anness I.
2. L-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata għandha tkun soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I.
3. Meta vetturi bil-mutur b’sistemi tal-istering megħjun b’enerġija idrawlika jkunu mgħammra, minflok b’sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata, b’sistema ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata kif definit fl-Artikolu 3(9) tar-Regolament (UE) 2019/2144, dawk is-sistemi ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I.
4. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, għandu jitfassal f’konformità mal-Parti 3 tal-Anness I.
Artikolu 2
Awditjar tas-sikurezza
Il-proċeduri għall-verifika tal-aspetti tas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll elettroniku tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew mis-servizzi tekniċi u għall-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika pprovduta mill-manifatturi huma stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-6 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).
ANNESS I
PARTI 1
Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vetturi fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħhom
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru ... dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kwalunkwe tpinġija jew stampa għandha tiġi pprovduta fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. F’każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.
Jekk is-sistemi, imsemmija f’dan id-dokument ikollhom kontrolli elettroniċi, trid tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
0.2. |
Tip: |
0.2.1. |
Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata: |
0.3.1. |
Il-pożizzjoni ta’ dik il-marka: |
0.4. |
Il-kategorija tal-vettura: |
0.5. |
Isem tal-kumpanija u indirizz tal-manifattur: |
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): |
1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI
1.1. |
Ritratti u/jew tpinġijiet ta’ vettura/komponent/unità teknika separata rappreżentattiva: |
1.8. |
Naħa tas-sewqan: xellug/lemin |
2. MASES U DIMENSJONIJIET
(f’kg u mm) (Irreferi għat-tpinġija fejn applikabbli)
2.6. |
Massa fi stat ta’ tħaddim
|
4. TRAŻMISSJONI
4.5. |
Gerboks |
4.5.1. |
Tip: Manwali/Awtomatika/CVT (trażmissjoni kontinwament varjabbli)/Proporzjon fiss/Awtomatizzata/Oħrajn/Buttun tar-rota |
4.7. |
Il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura (f’km/h): |
6.6.1. |
Il-kombinament(i) tat-tajers/roti |
6.6.1.1. |
Il-fusien |
6.6.1.1.1. |
Fus 1:
|
6.6.1.1.2. |
Fus 2:
eċċ. |
6.6.1.2. |
Stepni, jekk ikun hemm: |
7.4. |
Sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata (ELKS) |
7.4.1. |
Deskrizzjoni teknika u tpinġija tas-sistema: |
7.4.2. |
Mezzi għad-diżattivazzjoni manwali tal-ELKS: |
7.4.3. |
Deskrizzjoni tad-diżattivazzjoni awtomatika (jekk imwaħħla): |
7.4.4. |
Deskrizzjoni tas-soppressjoni awtomatika (jekk imwaħħla): |
7.5. |
Sistema ta’ Twissija ta’ Ħruġ mill-Karreġġata (LDWS) |
7.5.1 |
Medda tal-veloċità tal-LDWS: |
7.5.2. |
Deskrizzjoni teknika u tpinġija tal-LDWS): |
7.6. |
Funzjoni Korrettiva ta’ Kontroll Direzzjonali (CDCF) |
7.6.1 |
Medda tal-veloċità tas-CDCF: |
7.6.2. |
Deskrizzjoni teknika u tpinġija tas-sistema (b’mod partikolari jekk is-sistema tuża l-istering jew l-ibbrejkjar): |
Nota ta’ spjegazzjoni
Dan id-dokument ta’ informazzjoni jinkludi l-informazzjoni rilevanti għas-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata u għandu jimtela skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683.
PARTI 2
Speċifikazzjonijiet tekniċi
1. |
Definizzjonijiet
Għall-fini tal-Annessi, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: |
1.1. |
“tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħha” tfisser kategorija ta’ vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:
|
1.2. |
“funzjoni korrettiva ta’ kontroll direzzjonali (CDCF)” tfisser funzjoni ta’ kontroll fi ħdan sistema ta’ kontroll elettronika li biha, għal żmien limitat, bidliet fl-angolu tal-istering ta’ rota waħda jew aktar u/jew ibbrejkjar ta’ roti individwali jistgħu jirriżultaw mill-evalwazzjoni awtomatika tas-sinjali mibdija abbord il-vettura arrikkita b’mod fakultattiv b’data pprovduta mhux abbord il-vettura, sabiex jiġi kkoreġut il-ħruġ mill-karreġġata, eż. biex jiġi evitat il-qsim tal-marki tal-karreġġata, u jsir ħruġ mit-triq; |
1.3. |
“vettura tat-test” tfisser il-vettura li qed tiġi ttestjata; |
1.4. |
“distanza sal-marki tal-karreġġata (DTLM)” tfisser id-distanza laterali li jifdal (perpendikolari għall-marki tal-karreġġata) bejn in-naħa ta’ ġewwa tal-marki tal-karreġġata u t-tarf ta’ barra nett tat-tajer qabel ma l-vettura tat-test taqsam in-naħa ta’ ġewwa tal-marki tal-karreġġata; |
1.5. |
“triq ċatta” tfisser triq b’inklinazzjoni ta’ inqas minn 1 % fid-direzzjoni lonġitudinali u għad-direzzjoni laterali, inqas minn 2 % għal nofs il-wisa’ tal-karreġġata fuq kull naħa tal-linja tan-nofs u inqas minn 3 % għan-nofs ta’ barra tal-karreġġata; |
1.6. |
“triq xotta” tfisser triq b’koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar nominali ta’ 0,9; |
1.7. |
“Is-Sistema” tfisser is-sistema ta’ kontroll elettroniku u s-sistemi kumplessi ta’ kontroll elettroniku li jipprovdu jew li jiffurmaw parti mit-trażmissjoni ta’ kontroll tas-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata, inkluż il-links tat-trażmissjoni lejn jew minn sistemi oħra tal-vettura li jaġixxu fuq is-sistema ta’ emerġenza li żżomm il-vettura fil-karreġġata; |
1.8. |
“unitajiet” tfisser l-iżgħar diviżjonijiet tal-komponenti ta’ sistema li se jitqiesu, minħabba li dawn il-kombinamenti ta’ komponenti se jiġu ttrattati bħala entitajiet singoli għal finijiet ta’ identifikazzjoni, analiżi jew sostituzzjoni; |
1.9. |
“links ta’ trażmissjoni” tfisser kwalunkwe tagħmir elettriku, mekkaniku, pnewmatiku jew idrawliku użat għall-interkonnessjoni tal-unitajiet distribwiti sabiex jitwasslu sinjali, data operattiva jew provvista tal-enerġija; |
1.10. |
“sistema ta’ kontroll elettroniku” tfisser kombinament ta’ unitajiet, iddisinjati biex jikkooperaw fil-produzzjoni ta’ funzjoni tal-kontroll tal-vettura permezz tal-ipproċessar elettroniku tad-data; |
1.11. |
“sistema kumplessa ta’ kontroll elettroniku tal-vettura” tfisser sistema elettronika ta’ kontroll li fiha, funzjoni kkontrollata minn sistema elettronika jew mis-sewwieq tista’ tinqabeż minn sistema/funzjoni elettronika ta’ kontroll ta’ livell ogħla, u b’hekk issir parti mis-sistema kumplessa, kif ukoll kwalunkwe qbiż tas-sistema, inkluż il-links tat-trażmissjoni lejn u mis-sistemi/funzjoni prevalenti barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
1.12. |
“strateġija ta’ kontroll” tfisser strateġija biex jiġi żgurat it-tħaddim robust u sikur tal-funzjoni(jiet) ta’ sistema b’kontroll elettroniku b’rispons għal sett speċifiku ta’ kundizzjonijiet ambjentali u/jew operattivi (bħall-kundizzjoni tal-wiċċ tat-triq, l-intensità tat-traffiku u utenti oħra tat-triq, kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, eċċ.), li jistgħu jinkludu d-diżattivazzjoni awtomatika ta’ funzjoni jew restrizzjonijiet temporanji tal-prestazzjoni (eż. tnaqqis fil-veloċità massima operattiva, eċċ.); |
1.13. |
“kunċett ta’ sikurezza” ifisser deskrizzjoni tal-miżuri ddisinjati fis-sistema, pereżempju fi ħdan l-unitajiet elettroniċi, sabiex tiġi indirizzata l-integrità tas-sistema u jiġi żgurat it-tħaddim sikur kemm taħt kundizzjonijiet ta’ ħsara kif ukoll taħt kundizzjonijiet ta’ mingħajr ħsara, inkluż fil-każ ta’ ħsara elettrika. Il-possibbiltà li l-vettura taqleb għal tħaddim parzjali jew saħansitra għal sistema ta’ riżerva għall-funzjonijiet vitali tal-vettura tista’ tkun parti mill-kunċett ta’ sikurezza. |
2. |
Rekwiżiti ġenerali |
2.1. |
Sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata (ELKS) għandha tinkludi sistema ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata (LDWS) u funzjoni korrettiva ta’ kontroll direzzjonali (CDCF). |
2.1.1. |
L-LDWS għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-punti 3.1 sa 3.4 u l-punt 3.5. |
2.1.2. |
Is-CDCF għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-punti 3.1 sa 3.4 u l-punt 3.6. |
2.2. |
Twissijiet u interventi ta’ ħruġ mill-karreġġata ELKS
Soġġett għal rekwiżiti speċifiċi hawn taħt, is-sistema għandha tkun iddisinjata biex timminimizza t-twissijiet u l-interventi għall-manuvri intenzjonati tas-sewwieq. |
3. |
Rekwiżiti speċifiċi |
3.1. |
Twissija ta’ falliment tal-ELKS
Għandha tiġi pprovduta twissija meta jkun hemm ħsara fl-ELKS li tipprevjeni milli jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
3.1.1. |
It-twissija ta’ ħsara għandha tkun sinjal viżiv ta’ twissija kostanti. |
3.1.1.1. |
Ma għandux ikun hemm intervall ta’ ħin twil wisq bejn kull awtokontroll mill-ELKS (funzjoni integrata li tiċċekkja għal ħsara tas-sistema fuq bażi kontinwa mill-inqas waqt li s-sistema tkun attiva), u sussegwentement, ma għandux ikun hemm dewmien biex jinxtegħel is-sinjal ta’ twissija, fil-każ ta’ ħsara li tista’ tiġi rilevata b’mezz elettriku. |
3.1.1.2. |
Malli tiġi rilevata kwalunkwe kundizzjoni ta’ ħsara mhux elettrika (eż. allinjament ħażin tas-sensur), għandu jiġi attivat is-sinjal ta’ twissija kif definit fil-punt 3.1.1. |
3.1.2. |
Jekk il-vettura tkun mgħammra b’mezz għad-diżattivazzjoni tal-ELKS, għandha tingħata twissija meta s-sistema tiġi diżattivata skont il-punt 3.2. Dan għandu jkun sinjal ta’ twissija viżiva kostanti. Is-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara speċifikat fil-punt 3.1.1. jista’ jintuża għal dan l-iskop. |
3.2. |
Diżattivazzjoni tal-ELKS |
3.2.1. |
Diżattivazzjoni manwali
Meta vettura tkun mgħammra b’mezz biex il-funzjoni tal-ELKS tiġi diżattivata manwalment, jew parzjalment jew kompletament, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin kif xieraq: |
3.2.1.1. |
Il-funzjoni sħiħa tal-ELKS għandha terġa’ tiġi attivata b’mod awtomatiku u sħiħ ma’ kull attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura. |
3.2.1.2. |
Id-diżattivazzjoni manwali tal-ELKS sħiħa ma għandhiex tkun possibbli b’inqas minn żewġ azzjonijiet intenzjonati, eż. agħfas u żomm fuq buttuna, jew agħżel u kkonferma fuq l-għażla tal-menu. Għandu jkun possibbli li jiġu mrażżna faċilment it-twissijiet akustiċi tal-LDWS, iżda tali azzjoni ma għandhiex fl-istess ħin tiddiżattiva l-LDWS jew is-CDCF. |
3.2.1.3. |
Il-kapaċità ta’ diżattivazzjoni manwali għandha tiġi ttestjata skont it-test(ijiet) rilevanti tal-vettura speċifikat(i) f’punt 3. |
3.2.2. |
Diżattivazzjoni awtomatika
Jekk il-vettura tkun mgħammra b’mezz ta’ diżattivazzjoni awtomatika tal-funzjoni tal-ELKS, jew parzjalment jew kompletament, pereżempju f’sitwazzjonijiet bħal użu off-road, waqt li tkun irmunkata, waqt li trejler ikun qiegħed jitwaħħal mal-vettura jew waqt li l-kontroll elettroniku tal-istabbiltà (ESC) jkun qiegħed jiġi diżattivat, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin kif xieraq: |
3.2.2.1. |
Bħala parti mill-Awditjar tas-sikurezza, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lista ta’ sitwazzjonijiet u kriterji korrispondenti fejn il-funzjoni tal-ELKS tiġi diżattivata awtomatikament u din għandha tiġi annessa mar-rapport tat-test. |
3.2.2.2. |
Il-funzjoni tal-ELKS għandha tiġi attivata mill-ġdid awtomatikament u kompletament hekk kif il-kundizzjonijiet li wasslu għad-diżattivazzjoni awtomatika ma jibqgħux preżenti aktar. |
3.2.3. |
Sinjal viżiv ta’ twissija kostanti għandu jinforma lis-sewwieq li l-funzjoni tal-ELKS tkun ġiet diżattivata. Is-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara speċifikat fil-punt 3.1.1. ta’ hawn fuq jista’ jintuża għal dan l-għan. |
3.3. |
Soppressjoni awtomatika |
3.3.1. |
Manuvri maħsuba għas-sewwieq
Bħala parti mill-awditjar tas-sikurezza, il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn bażiku u għal-loġika tas-sistema għad-detezzjoni ta’ manuvri probabbli intenzjonati mis-sewwieq u għas-soppressjoni awtomatika tal-ELKS. Dan il-pakkett għandu jinkludi lista ta’ parametri rilevati u deskrizzjoni bażika tal-metodu użat biex jiġi deċiż li s-sistema jenħtieġ li titrażżan, inklużi valuri ta’ limitu fejn possibbli. Kemm għas-CDCF kif ukoll għal-LDWS, is-Servizz Tekniku għandu jivvaluta l-pakkett ta’ dokumentazzjoni biex juri li l-manuvri mhux intenzjonati tas-sewwieq, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-parametri tat-test biex iżomm il-karreġġata (b’mod partikolari l-veloċità laterali tal-ħruġ), ma jirriżultawx f’soppressjoni awtomatika tas-sistema. |
3.3.2. |
Is-soppressjoni awtomatika tal-ELKS hija permessa wkoll f’sitwazzjonijiet meta funzjoni oħra ta’ għajnuna tas-sewwieq jew funzjonijiet awtomatiċi tal-istering, (jiġifieri l-funzjoni tal-istering, il-funzjoni tal-istering ta’ emerġenza jew iż-żamma awtomatizzata tal-karreġġata bi kmand awtomatiku), ikunu qed jikkontrollaw il-moviment laterali tal-vettura jew meta jintervjenu funzjonijiet oħra relatati mas-sikurezza (jiġifieri li kapaċi jbiddlu l-imġiba dinamika tal-vettura bħal pereżempju l-AEBS, l-ESC, eċċ.). Dawn is-sitwazzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati mill-manifattur bħala parti mill-awditjar tas-sikurezza. |
3.4. |
Dispożizzjonijiet għal testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali |
3.4.1. |
Għall-fini ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi, għandu jkun possibbli li jiġu vverifikati dawn il-karatteristiċi tal-ELKS li ġejjin:
|
3.4.2. |
Fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip, il-mezzi għall-protezzjoni kontra modifika sempliċi mhux awtorizzata tat-tħaddim tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara magħżul mill-manifattur għandhom jiġu deskritti b’mod kunfidenzjali bħala parti mill-awditjar tas-sikurezza fl-Anness II. Inkella, dan ir-rekwiżit ta’ protezzjoni jiġi ssodisfat meta jkun hemm disponibbli mezz sekondarju għall-kontroll tal-istatus operattiv korrett tal-ELKS. |
3.5. |
Rekwiżiti tal-LDWS |
3.5.1. |
Medda tal-veloċitajiet
L-LDWS għandha tkun attiva mill-anqas fi ħdan il-firxa tal-veloċità tal-vettura bejn 65 km/h u 130 km/h (jew il-veloċità massima tal-vettura jekk tkun inqas minn 130 km/h) u għal kull kundizzjoni ta’ tagħbija tal-vettura, sakemm ma tiġix diżattivata skont il-punt 3.2. |
3.5.2. |
Twissija tal-ħruġ mill-karreġġata
Meta attivata u operata fil-medda tal-veloċità preskritta, l-LDWS għandha tkun tista’ tavża lis-sewwieq mhux aktar tard minn jekk il-vettura taqsam fuq il-marki viżibbli tal-karreġġata għall-karreġġata li fiha tkun qed taħdem b’DTLM ta’ aktar minn – 0,3 m:
Huwa rikonoxxut li l-prestazzjoni meħtieġa tista’ ma tinkisibx għalkollox f’kundizzjonijiet differenti minn dawk elenkati hawn fuq. Madankollu, is-sistema ma għandhiex tibdel l-istrateġija ta’ kontroll mingħajr raġuni f’dawn il-kundizzjonijiet l-oħrajn. Il-kapaċità ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata għandha tiġi ttestjata skont it-test(ijiet) rilevanti tal-vettura speċifikat(i) fil-punt 4. |
3.5.3. |
Indikazzjoni ta’ twissija tal-LDWS |
3.5.3.1. |
It-twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata msemmija fil-paragrafu 3.5.2 għandha tkun tista’ tiġi nnutata mis-sewwieq u tkun ipprovduta minn:
It-twissija msemmija hawn fuq tista’ titwaqqaf meta jkun hemm azzjoni tas-sewwieq li tindika l-intenzjoni li jrid joħroġ minn dik il-karreġġata; |
3.5.3.1.1. |
Fejn jintuża sinjal viżiv għat-twissija tal-ħruġ mill-karreġġata, dan jista’ juża s-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara kif speċifikat fil-punt 3.1.1. ta’ hawn fuq b’modalità ta’ tpetpit. |
3.5.3.1.2. |
Meta jkun hemm intervent mis-CDCF biex tinżamm il-karreġġata, dan għandu jitqies bħala twissija tattili skont il-punt 3.5.3.1. |
3.5.3.2. |
Is-sinjal viżiv ta’ twissija tal-LDWS għandu jiġi attivat wara “power-ON” tal-iswiċċ tal-kontroll prinċipali tal-vettura. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għas-sinjali ta’ twissija murija fi spazju komuni. |
3.5.3.3. |
Is-sinjali viżivi ta’ twissija tal-LDWS għandhom ikunu viżibbli, anki matul il-ġurnata; il-kundizzjoni sodisfaċenti tas-sinjali trid tkun verifikabbli faċilment mis-sewwieq meta jkun fis-sit tiegħu. |
3.5.3.4. |
Is-sinjal ta’ twissija viżiva għandu jiġi ttestjat skont it-test(ijiet) rilevanti tal-vettura speċifikat(i) fil-punt 4. |
3.6. |
Rekwiżiti tal-prestazzjoni tas-CDCF |
3.6.1. |
Medda tal-veloċitajiet
Is-CDCF għandha tkun attiva mill-inqas bejn 70 km/h u 130 km/h (jew il-veloċità massima tal-vettura jekk tkun inqas minn 130 km/h) u fil-kundizzjonijiet kollha tat-tagħbija tal-vettura, sakemm ma tkunx diżattivata skont il-punt 3.2. Madankollu, fil-każ li l-vettura tnaqqas il-veloċità tagħha minn aktar minn 70 km/h għal inqas minn 70 km/h, is-sistema għandha tkun attiva mill-inqas sakemm il-veloċità tal-vettura tonqos taħt il-65 km/h. |
3.6.2. |
Żamma fil-karreġġata
Fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għad-diżattivazzjoni jew għas-soppressjoni tas-sistema, is-CDCF għandha tkun kapaċi tipprevjeni l-ħruġ mill-karreġġata bil-qsim tal-marki viżibbli tal-karreġġata fix-xenarji murija fit-tabella li ġejja b’DTLM ta’ aktar minn – 0,3 m:
Huwa rikonoxxut li l-prestazzjonijiet meħtieġa għax-xenarji f’din it-tabella jistgħu ma jinkisbux għalkollox f’kundizzjonijiet differenti minn dawk elenkati hawn fuq. Madankollu, is-sistema ma għandhiex tibdel l-istrateġija ta’ kontroll mingħajr raġuni f’dawn il-kundizzjonijiet l-oħrajn. Dan għandu jintwera skont l-awditjar tas-sikurezza. Il-kapaċità taż-żamma tal-karreġġata għandha tiġi ttestjata skont it-test(ijiet) rilevanti tal-vettura speċifikat(i) fil-punt 5. |
3.6.3. |
Kontroll tal-istering |
3.6.3.1. |
L-isforz tal-kontroll tal-istering meħtieġ biex jitneħħa l-kontroll direzzjonali pprovdut mis-sistema ma għandux jaqbeż il-50 N. Telf sinifikanti ta’ appoġġ tal-istering ladarba jitneħħa ma għandux iseħħ f’daqqa. |
3.6.3.2. |
Għal sistemi ta’ CDCF li ma jaġixxux fuq l-istering innifsu (eż. tip ta’ bbrejkjar differenzjali tas-CDCF), l-input tal-istering ma għandux jaqbeż il-25 grad. |
3.6.3.3. |
L-isforz tal-kontroll tal-istering għandu jiġi ttestjat skont it-test(ijiet) rilevanti tal-vettura speċifikat(i) fil-punt 5. |
3.6.4. |
Indikazzjoni ta’ twissija tas-CDCF |
3.6.4.1. |
Kull intervent ta’ CDCF għandu jiġi indikat immedjatament lis-sewwieq permezz ta’ sinjal ta’ twissija viżiva li jintwera għal mill-inqas sekonda waħda jew sakemm l-intervent ikun jeżisti, skont liema jkun l-itwal. Is-sinjal viżiv jista’ jkun it-tpetpit tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara speċifikat fil-punt 3.1.1. |
3.6.4.1.1. |
Fil-każ ta’ intervent itwal minn 10 sekondi, għandu jiġi pprovdut sinjal akustiku ta’ twissija sal-aħħar tal-intervent sakemm ma jkunx hemm azzjoni tas-sewwieq li tindika intenzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata. |
3.6.4.1.2. |
Fil-każ ta’ żewġ interventi konsekuttivi jew aktar f’perjodu ta’ sewqan ta’ 180 sekonda u fin-nuqqas ta’ intervent mis-sewwieq fuq l-istering matul l-intervent, għandu jiġi pprovdut sinjal akustiku ta’ twissija mis-sistema matul it-tieni intervent u matul kwalunkwe intervent ieħor f’perjodu ta’ sewqan ta’ 180 sekonda. Mit-tielet intervent (u interventi sussegwenti) is-sinjal akustiku ta’ twissija għandu jkompli għal mill-inqas 10 sekondi itwal mis-sinjal ta’ twissija ta’ qabel. |
3.6.4.2. |
Ir-rekwiżiti fil-punti 3.6.4.1.1 u 3.6.4.1.2 għandhom jiġu ttestjati skont it-test(ijiet) rilevanti tal-vettura speċifikat(i) f’punt 5. |
4. |
Rekwiżiti tat-test għal-LDWS |
4.1. |
Dispożizzjonijiet ġenerali
Il-vetturi mgħammra b’LDWS għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa tat-testijiet ta’ dan il-punt |
4.2. |
Kundizzjonijiet tal-ittestjar
It-testijiet għandhom jitwettqu:
Fid-diskrezzjoni tal-manifattur u bil-qbil tas-Servizz Tekniku, it-testijiet jistgħu jitwettqu f’kundizzjonijiet li jiddevjaw minn dak li huwa deskritt hawn fuq (eż. f’temperaturi tal-arja ambjentali aktar baxxi). |
4.2.1. |
Il-marki tal-karreġġata
Il-marki tal-karreġġata b’linja solida u miksura fit-triq użata għat-testijiet għandhom ikunu konformi ma’ waħda minn dawk deskritti fl-Anness 3 (Identifikazzjoni viżibbli tal-marki tal-karreġġata) tar-Regolament tan-NU Nru 130. Il-marki għandhom ikunu f’kundizzjoni tajba u ta’ materjal li jikkonforma mal-istandard għal marki tal-karreġġata viżibbli. It-tqassim tal-marki tal-karreġġata użat għat-testijiet għandu jiġi rreġistrat fir-rapport tat-test. Għall-iskop tat-testijiet ta’ dan il-punt, il-wisa’ tal-karreġġata (imkejla bejn il-marki tal-karreġġata) għandha tkun ta’ 3,5 m bħala minimu. Il-manifattur tal-vettura għandu juri, permezz tal-użu ta’ dokumentazzjoni, li hemm konformità mal-marki l-oħrajn kollha tal-karreġġata li huma identifikati fl-Anness 3 (Identifikazzjoni viżibbli tal-marki tal-karreġġata) tar-Regolament tan-NU Nru 130. Kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ dan it-tip għandha tiġi mehmuża mar-rapport tat-test. |
4.2.2. |
Kundizzjonijiet tal-vettura tat-test |
4.2.2.1. |
Massa tat-test
Il-vettura tat-test għandha tiġi ttestjata f’kundizzjoni ta’ tagħbija kif miftiehem bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku. Ma għandha ssir l-ebda alterazzjoni għat-tagħbija ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test. Il-manifattur tal-vettura għandu juri, permezz ta’ dokumentazzjoni, li s-sistema taħdem f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija. |
4.2.2.2. |
Il-vettura tat-test għandha tiġi ttestjata bil-pressjoni tat-tajers kif irrakkomandata mill-manifattur tal-vettura. |
4.2.2.3. |
Fejn l-LDWS tkun mgħammra b’limitu ta’ twissija li jista’ jiġi aġġustat mill-utent, it-testijiet speċifikati fil-punt 4.3 għandhom jitwettqu bil-limitu tat-twissija stabbilit skont l-issettjar massimu tal-ħruġ mill-karreġġata. Ma għandha ssir l-ebda bidla ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test. |
4.2.2.4. |
Kundizzjonament ta’ qabel it-test
Jekk mitlub mill-manifattur tal-vettura, il-vettura tista’ tinstaq, sabiex tiġi kkalibrata s-sistema tas-sensuri, sa mhux aktar minn 100 km fuq taħlita ta’ toroq urbani u rurali bi traffiku u b’elementi oħrajn tal-infrastruttura tat-toroq. |
4.3. |
Proċeduri tat-test |
4.3.1. |
Test ta’ verifika tas-sinjal viżiv ta’ twissija
Meta l-vettura tkun stazzjonarja, iċċekkja li s-sinjal(i) viżiv(i) ta’ twissija jikkonforma(w) mar-rekwiżiti tal-punt 3.5.3.2. |
4.3.2. |
It-test tat-twissija tal-ħruġ mill-karreġġata |
4.3.2.1. |
Suq il-vettura b’veloċità ta’ 70 km/h +/– 3 km/h lejn iċ-ċentru tal-karreġġata tat-test mingħajr skossi sabiex l-attitudni tal-vettura tibqa’ stabbli.
Filwaqt li żżomm il-veloċità preskritta, ħalli l-vettura tiddriftja lejn ix-xellug jew lejn il-lemin, b’veloċità tal-ħruġ laterali bejn 0,1 u 0,5 m/s sabiex il-vettura taqsam il-marka tal-karreġġata. Irrepeti t-test b’rata ta’ ħruġ differenti fil-medda ta’ 0,1 u 0,5 m/s. Irrepeti t-testijiet ta’ hawn fuq bi driftjar fid-direzzjoni opposta. |
4.3.2.2. |
Ir-rekwiżiti tat-test jiġu ssodisfati jekk l-LDWS tipprovdi l-indikazzjoni ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata msemmija fil-punt 3.5.3.1 ta’ hawn fuq mhux aktar tard minn meta d-DLTM ikun ta’ -0,3 m. |
4.3.2.3. |
Barra minn hekk, il-manifattur tal-vettura għandu juri għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku li r-rekwiżiti għall-medda sħiħa tal-veloċità u għall-medda tal-veloċità tal-ħruġ laterali huma ssodisfati. Dan jista’ jinkiseb fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni xierqa mehmuża mar-rapport tat-test. |
4.3.3. |
Test ta’ diżattivazzjoni manwali |
4.3.3.1. |
Jekk il-vettura tkun mgħammra b’mezzi biex tiddiżattiva manwalment l-ELKS (LDWS), aqleb l-iswiċċ tal-kontroll prinċipali tal-vettura għall-pożizzjoni “Power ON” u ddiżattiva l-ELKS (LDWS). Is-sinjal ta’ twissija speċifikat fil-punt 3.2.3. għandu jkun attivat.
Aqleb l-iswiċċ tal-kontroll prinċipali għall-pożizzjoni “Power OFF”. Aqleb l-iswiċċ tal-kontroll prinċipali tal-vettura għall-pożizzjoni “Power ON” u vverifika li s-sinjal ta’ twissija li kien attivat qabel issa ma reġax ġie attivat, biex b’hekk jindika li l-ELKS (LDWS) reġgħet ġiet attivata kif speċifikat fil-punt 3.2.1.1. |
5. |
Rekwiżiti tat-test għas-CDCF |
5.1. |
Dispożizzjonijiet ġenerali
Il-vetturi mgħammra b’CDCF għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa tat-testijiet ta’ dan il-punt. |
5.2. |
Kundizzjonijiet tal-ittestjar
It-testijiet għandhom jitwettqu:
Fid-diskrezzjoni tal-manifattur u bil-qbil tas-Servizz Tekniku, it-testijiet jistgħu jitwettqu f’kundizzjonijiet li jiddevjaw minn dak li huwa deskritt hawn fuq (eż. f’temperaturi tal-arja ambjentali aktar baxxi). |
5.2.1. |
Il-marki tal-karreġġata
Il-marki tal-karreġġata f’linja solida fit-triq użata għat-testijiet għandhom ikunu konformi ma’ wieħed minn dawk deskritti fl-Anness 3 (Identifikazzjoni viżibbli tal-marki tal-karreġġata) tar-Regolament tan-NU Nru 130. Il-marki għandhom ikunu f’kundizzjoni tajba u ta’ materjal li jikkonforma mal-istandard għal marki tal-karreġġata viżibbli. L-immarkar tal-karreġġata użat għat-testijiet għandu jiġi rreġistrat fir-rapport tat-test. L-immarkar tal-karreġġata solida għandu jkun, bħala minimu, distanza ta’ 3,5 m minn kwalunkwe marka oħra tal-karreġġata, għall-fini tat-testijiet ta’ dan il-punt. Il-manifattur tal-vettura għandu juri, permezz tal-użu ta’ dokumentazzjoni, li hemm konformità mal-marki solidi l-oħrajn kollha tal-karreġġata li huma identifikati fl-Anness 3 (Identifikazzjoni viżibbli tal-marki tal-karreġġata) tar-Regolament tan-NU Nru 130. Kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ dan it-tip għandha tiġi mehmuża mar-rapport tat-test. |
5.2.2. |
Kundizzjonijiet tal-vettura tat-test |
5.2.2.1. |
Massa tat-test
Il-vettura tat-test għandha tiġi ttestjata f’kundizzjoni ta’ tagħbija kif miftiehem bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku. Ma għandha ssir l-ebda alterazzjoni għat-tagħbija ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test. Il-manifattur tal-vettura għandu juri, permezz ta’ dokumentazzjoni, li s-sistema taħdem f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija. |
5.2.2.2. |
Il-vettura tat-test għandha tiġi ttestjata bil-pressjoni tat-tajers kif irrakkomandata mill-manifattur tal-vettura. |
5.2.2.3. |
Fejn is-CDCF tkun mgħammra b’limitu ta’ ħin li jista’ jiġi aġġustat mill-utent, it-test għandu jitwettaq kif speċifikat fil-punt 5.3.3 bil-limitu ta’ ħin stabbilit skont l-issettjar tiegħu għall-intervent tas-sistema. Ma għandha ssir l-ebda bidla ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test. |
5.2.2.4. |
Kundizzjonament ta’ qabel it-test
Jekk mitlub mill-manifattur tal-vettura, il-vettura tista’ tinstaq, sabiex tiġi kkalibrata s-sistema tas-sensuri, sa mhux aktar minn 100 km fuq taħlita ta’ toroq urbani u rurali bi traffiku u b’elementi oħrajn tal-infrastruttura tat-toroq. |
5.3. |
Il-proċeduri tat-test |
5.3.1. |
Test ta’ Indikazzjoni ta’ Twissija |
5.3.1.1. |
Il-vettura tat-test għandha tinstaq b’CDCF attivata fuq triq b’marki solidi tal-karreġġata fuq mill-inqas naħa waħda tal-karreġġata.
Il-kundizzjonijiet tat-test u l-veloċità tat-test tal-vettura tat-test għandhom ikunu fil-medda operattiva tas-sistema. Matul it-test, il-perjodu tal-interventi ta’ CDCF u tas-sinjali viżivi u akustiċi ta’ twissija għandhom jiġu rreġistrati. Fil-każ imsemmi fil-punt 3.6.4.1.1, il-vettura tat-test għandha tinstaq b’tali mod li tipprova toħroġ mill-karreġġata u tipprova tikkawża intervent tas-CDCF li jinżamm għal perjodu itwal minn 10 sekondi. Jekk test bħal dan ma jistax jintlaħaq prattikament minħabba, eż. il-limitazzjonijiet tal-faċilitajiet tat-test, bil-kunsens tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi ssodisfat permezz tal-użu ta’ dokumentazzjoni. Ir-rekwiżiti tat-test jiġu ssodisfati jekk it-twissija akustika tiġi pprovduta mhux aktar tard minn 10 sekondi wara l-bidu tal-intervent. Fil-każ imsemmi f’punt 3.6.4.1.2., il-vettura tat-test għandha tinstaq b’tali mod li tipprova toħroġ mill-karreġġata u tikkawża mill-inqas tliet interventi tas-sistema f’perjodu ta’ sewqan ta’ 180 sekonda. Ir-rekwiżiti tat-test jiġu ssodisfati jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
5.3.1.2. |
Barra minn hekk, il-manifattur għandu juri għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku li r-rekwiżiti definiti fil-punti 3.6.4.1.1 u 3.6.4.1.2 huma ssodisfati fil-medda sħiħa tal-operazzjoni ta’ CDCF. Dan jista’ jinkiseb fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni xierqa mehmuża mar-rapport tat-test. |
5.3.2. |
It-test ta’ kontroll tal-istering |
5.3.2.1. |
Il-vettura tat-test għandha tinstaq b’CDCF attivata fuq triq b’marki solidi tal-karreġġata fuq kull naħa tal-karreġġata.
Il-kundizzjonijiet tat-test u l-veloċità tat-test tal-vettura tat-test għandhom ikunu fil-medda operattiva tas-sistema. Il-vettura għandha tinstaq b’tali mod li tipprova toħroġ mill-karreġġata u tikkawża intervent tas-CDCF. Matul l-intervent, is-sewwieq għandu japplika forza fuq il-kontroll tal-istering biex jieħu preċedenza fuq l-intervent. Il-forza u l-input tal-istering applikati mis-sewwieq fuq il-kontroll tal-istering biex jaqbeż l-intervent għandhom jiġu rreġistrati. Ir-rekwiżiti tat-test ikunu ssodisfati jekk:
|
5.3.2.2. |
Barra minn hekk, il-manifattur għandu jagħti dimostrazzjoni għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku, li r-rekwiżiti definiti fil-paragrafu 3.6.4 ġew issodisfati fil-medda sħiħa tal-operazzjoni ta’ CDCF. Dan jista’ jinkiseb fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni xierqa mehmuża mar-rapport tat-test. |
5.3.3. |
Test taż-żamma fil-karreġġata |
5.3.3.1. |
Is-CDCF għandha tiġi ttestjata għax-xenarji tat-test Nru 1 u Nru 2 deskritti fil-punt 3.6.2. |
5.3.3.1.1. |
It-testijiet għax-xenarji kollha għandhom jitwettqu b’veloċitajiet laterali ta’ 0,2 m/s u 0,5 m/s. |
5.3.3.1.2. |
Għandha tinstaq mogħdija tat-test li tikkonsisti f’mogħdija dritta inizjali parallela mal-immarkar solidu tal-karreġġata li jkun qed jiġi ttestjat, segwita minn kurva b’raġġ fiss biex tiġi applikata veloċità laterali magħrufa u imbardata fuq il-vettura tat-test, segwita mill-ġdid minn mogħdija dritta mingħajr ebda forza applikata fuq il-kontroll tal-istering (eż. billi tneħħi l-idejn mill-kontroll tal-istering).
|
5.3.3.1.3. |
Il-veloċità tal-vettura tat-test matul it-test sal-punt tal-intervent tas-sistema għandha tkun ta’ 72 km/h +/– 1 km/h.
Il-kurva b’raġġ fiss misjuqa biex tiġi applikata l-veloċità laterali meħtieġa għandu jkollha raġġ ta’ 1 200 m jew aktar. Il-veloċità laterali meħtieġa għandha tinkiseb għal tolleranza ta’ +/– 0,05 m/s. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi informazzjoni li tiddeskrivi r-raġġ tal-kurva li għandha tiġi misjuqa u l-post fejn għandhom jintemmu l-passaġġ b’ċirkwit magħluq u/jew il-kontroll tal-veloċità sabiex jiġi żgurat driftjar liberu sabiex ma tinterferix soppressjoni awtomatika skont il-punt 3.3.1. |
5.3.3.2. |
Ir-rekwiżiti tat-test jiġu ssodisfati jekk il-vettura tat-test ma taqsamx l-immarkar tal-karreġġata b’DTLM ta’ aktar minn – 0,3 m. |
5.3.3.3. |
Barra minn hekk, il-manifattur tal-vettura għandu juri għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku li r-rekwiżiti għall-medda sħiħa tal-veloċità u għall-medda tal-veloċità tal-ħruġ laterali huma ssodisfati. Dan jista’ jinkiseb fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni xierqa mehmuża mar-rapport tat-test. |
PARTI 3
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE (SISTEMA TAL-VETTURA)
Komunikazzjoni dwar l-għoti/l-estensjoni/ir-rifjut/l-irtirar (4) tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħha skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646 (5), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) Nru 2021/646
Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:
Raġuni għall-estensjoni/ċaħda/irtirar (1):
TAQSIMA I
0.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
0.2. |
Tip: |
0.2.1. |
Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: |
0.3.1. |
Il-pożizzjoni ta’ dik il-marka: |
0.4. |
Il-kategorija tal-vettura: |
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: |
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
TAQSIMA II
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum. |
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
3. |
Data tar-rapport tat-test: |
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum. |
6. |
Post: |
7. |
Data: |
8. |
Firma: |
(1) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51)
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/621 tas-17 ta’ April 2019 dwar l-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tal-oġġetti li jridu jiġu ttestjati, dwar l-użu tal-metodi ta’ ttestjar rakkomandati, u li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-format tad-data u l-proċeduri għall-aċċess għall-informazzjoni teknika rilevanti (ĠU L 108, 23.4.2019, p. 5)
(3) ĠU L 178, 18.6.2014, p. 29.
(4) Ħassar fejn mhux applikabbli.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646 tad-19 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħhom (ELKS) (ĠU L 133, 20.4.2021, p. 31).
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE numru
1.
Tagħrif addizzjonali
1.1.
Deskrizzjoni tas-sistema
1.2.
Mezzi għad-diżattivazzjoni manwali tal-ELKS
1.3.
Deskrizzjoni tad-diżattivazzjoni awtomatika (jekk imwaħħla).
1.4.
Deskrizzjoni tas-soppressjoni awtomatika (jekk imwaħħla)
1.5.
Sistema ta’ Twissija ta’ Ħruġ mill-Karreġġata (LDWS)
1.5.1
Medda tal-veloċità tal-LDWS
1.5.2.
Deskrizzjoni teknika u tpinġija tal-LDWS)
1.6.
Funzjoni Korrettiva ta’ Kontroll Direzzjonali (CDCF)
1.6.1
Medda tal-veloċità tas-CDCF
1.6.2.
Deskrizzjoni tas-sistema (b’mod partikolari jekk is-sistema tuża l-istering jew l-ibbrejkjar)
ANNESS II
AWDITJAR TAS-SIKUREZZA
1. |
Ġenerali |
1.1. |
Dan l-Anness jiddefinixxi r-rekwiżiti speċjali għad-dokumentazzjoni, għall-istrateġija ta’ ħsara u għall-verifika fir-rigward tal-aspetti tas-sikurezza tas-sistema/i elettronika/elettroniċi ta’ kontroll u tas-sistema/i elettronika/elettroniċi kumplessa/i ta’ kontroll tal-vettura tas-sistema/i ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata. |
1.1.1. |
Is-sistemi elettroniċi ta’ kontroll huma komunement ikkontrollati b’software u huma mibnija minn komponenti funzjonali diskreti bħal sensuri, unitajiet ta’ kontroll elettroniċi u attwaturi u huma konnessi b’links ta’ trażmissjoni. Jistgħu jinkludu elementi mekkaniċi, elettropnewmatiċi jew elettroidrawliċi. |
1.2. |
Dan l-Anness ma jispeċifikax il-kriterji tal-prestazzjoni għal “Is-Sistema” koperti b’dan ir-Regolament iżda jkopri l-metodoloġija applikata għall-proċess tad-disinn u għall-informazzjoni li trid tiġi żvelata lis-Servizz Tekniku, għal finijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
1.3. |
Din l-informazzjoni għandha turi li “Is-Sistema” tirrispetta, taħt kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ħsara u ta’ ħsara, ir-rekwiżiti kollha ta’ prestazzjoni xierqa speċifikati f’Parti 2 tal-Anness I u li hija mfassla biex topera b’tali mod li ma twassalx għal riskji kritiċi ta’ sikurezza. |
2. |
Dokumentazzjoni |
2.1. |
Rekwiżiti
Il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn bażiku ta’ “Is-Sistema” u l-mezzi li bihom hija konnessa ma’ sistemi oħra tal-vettura jew li permezz tagħhom tikkontrolla direttament lill-varjabbli tal-output. Għandhom jiġu spjegati l-funzjoni(jiet) ta’ “Is-Sistema”, inklużi l-istrateġiji ta’ kontroll, u l-kunċett ta’ sikurezza, kif stabbiliti mill-manifattur. Id-dokumentazzjoni għandha tkun qasira, madankollu għandha tipprovdi evidenza li d-disinn u l-iżvilupp kellhom il-benefiċċju ta’ għarfien espert mill-oqsma kollha tas-sistema li huma involuti. Għal testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali, id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif jista’ jiġi vverifikat l-istatus operattiv attwali ta’ “Is-Sistema”. Is-Servizz Tekniku għandu jevalwa l-pakkett ta’ dokumentazzjoni biex juri li “Is-Sistema”:
|
2.1.1. |
Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli f’żewġ partijiet:
|
2.2. |
Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni li tagħti spjegazzjoni sempliċi tal-funzjonijiet kollha inklużi l-istrateġiji ta’ kontroll ta’ “Is-Sistema” u tal-metodi li ntużaw sabiex jintlaħqu l-objettivi, inkluż dikjarazzjoni tal-mekkaniżmu/i li permezz tiegħu/tagħhom jiġi eżerċitat il-kontroll.
Kwalunkwe funzjoni deskritta li tista’ tinqabeż għandha tiġi identifikata, filwaqt li għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni ulterjuri tal-motivazzjoni mibdula tal-operat tal-funzjoni. |
2.2.1. |
Għandha tiġi pprovduta lista tal-varjabbli kollha ta’ input u dawk rilevati u għandha tiġi definita l-medda operattiva tagħhom, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ kif kull varjabbli jaffettwa l-imġiba tas-sistema. |
2.2.2. |
Għandha tiġi pprovduta lista tal-varjabbli tal-output kollha li jiġu kkontrollati minn “Is-Sistema” u, f’kull każ, għandha tingħata indikazzjoni ta’ jekk il-kontroll huwiex dirett jew permezz ta’ sistema oħra tal-vettura. Għandha tiġi ddefinita l-medda li fuqha “Is-Sistema” x’aktarx teżerċita kontroll fuq kull varjabbli tal-output. |
2.2.3. |
Il-limiti li jiddefinixxu l-limiti tal-operazzjoni funzjonali (jiġifieri l-limiti fiżiċi esterni li fihom is-sistema tista’ żżomm kontroll) għandhom jiġu ddikjarati fejn xieraq għall-prestazzjoni tas-sistema. |
2.3. |
L-arranġament u l-iskematika tas-sistema. |
2.3.1. |
Inventarju tal-komponenti.
Għandha tkun ipprovduta lista li tiġbor flimkien l-unitajiet kollha ta’ “Is-Sistema” u li ssemmi s-sistemi l-oħra tal-vettura li huma meħtieġa sabiex tintlaħaq il-funzjoni ta’ kontroll inkwistjoni. Għandha tiġi pprovduta dijagramma skematika ġenerali li turi dawn l-unitajiet f’kombinament, fejn jiġu ċċarati kemm id-distribuzzjoni tat-tagħmir kif ukoll l-interkonnessjonijiet. |
2.3.2. |
Funzjonijiet tal-unitajiet
Il-funzjoni ta’ kull unità ta’ “Is-Sistema” għandha tkun deskritta fil-qosor u għandhom jintwerew is-sinjali li jikkonnettjawha ma’ unitajiet oħrajn jew ma’ sistemi oħra tal-vettura. Dan jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ dijagramma blokka dettaljata jew dijagramma skematika oħra, jew b’deskrizzjoni akkompanjata minn dijagramma bħal din. |
2.3.3. |
L-interkonnessjonijiet fi ħdan “Is-Sistema” għandhom jintwerew permezz ta’ dijagramma taċ-ċirkwiti għal-links elettriċi ta’ trażmissjoni, b’dijagramma tal-pajpijiet għat-tagħmir tat-trażmissjoni pnewmatika jew idrawlika u b’arranġament dijagrammatiku ssimplifikat għal-links mekkaniċi. Il-links ta’ trażmissjoni kemm lejn kif ukoll minn sistemi oħra għandhom jintwerew ukoll. |
2.3.4. |
Għandu jkun hemm korrispondenza ċara bejn il-links ta’ trażmissjoni u s-sinjali mgħoddija bejn l-unitajiet. Il-prijoritajiet tas-sinjali fuq mogħdijiet multiplexed tad-data għandhom jiġu ddikjarati kull fejn il-prijorità tista’ tkun kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni jew is-sikurezza. |
2.3.5. |
Identifikazzjoni tal-unitajiet
Kull unità għandha tkun identifikabbli b’mod ċar u b’mod mhux ambigwu (eż. b’immarkar għall-hardware u b’immarkar jew b’output tas-software għall-kontenut tas-software) biex tkun ipprovduta assoċjazzjoni korrispondenti tal-hardware u tad-dokumentazzjoni. Fejn il-funzjonijiet jiġu kkombinati f’unità waħda jew tabilħaqq f’kompjuter wieħed, iżda jintwerew fi blokki multipli fid-dijagramma blokka għal skopijiet ta’ ċarezza u ta’ faċilità ta’ spjegazzjoni, għandu jintuża biss immarkar wieħed għall-identifikazzjoni tal-hardware. Bl-użu ta’ din l-identifikazzjoni, il-manifattur għandu jafferma li t-tagħmir ipprovdut huwa konformi mad-dokument korrispondenti. |
2.3.5.1. |
L-identifikazzjoni tiddefinixxi l-verżjoni tal-hardware u tas-software u, fejn dan tal-aħħar jinbidel bħal biex tinbidel il-funzjoni tal-Unità safejn huwa kkonċernat dan ir-Regolament, din l-identifikazzjoni għandha tinbidel ukoll. |
2.4. |
Il-kunċett ta’ sikurezza tal-manifattur |
2.4.1. |
Il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tafferma li l-istrateġija magħżula biex jintlaħqu l-objettivi ta’ “Is-Sistema”, f’kundizzjonijiet ta’ mingħajr ħsara mhux se tippreġudika t-tħaddim sikur tal-vettura. |
2.4.2. |
Fir-rigward tas-software użat fi “Is-Sistema”, għandha tiġi spjegata l-arkittettura ġenerali u għandhom jiġu identifikati l-metodi u l-għodod tad-disinn li ntużaw. Il-manifattur għandu juri evidenza tal-mezzi li bihom iddetermina r-realizzazzjoni tal-loġika tas-sistema, matul il-proċess tad-disinn u tal-iżvilupp. |
2.4.3. |
Il-manifattur għandu jipprovdi lis-Servizz Tekniku bi spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-disinn integrati fi “Is-Sistema” sabiex jiġi ġġenerat tħaddim sikur f’kundizzjonijiet ta’ ħsara. Dispożizzjonijiet possibbli tad-disinn għal ħsara fi “Is-Sistema” pereżempju huma:
Fil-każ ta’ ħsara, is-sewwieq għandu jiġi mwissi, pereżempju b’sinjal ta’ twissija jew billi jintwera messaġġ. Meta s-sistema ma tkunx deattivata mis-sewwieq, eż. billi l-iswiċċ tal-ignixin (run) jintefa għal “off”, jew billi tintefa dik il-funzjoni partikolari jekk ikun ipprovdut swiċċ speċjali għal dak l-iskop, it-twissija għandha tkun preżenti sakemm tippersisti l-kondizzjoni ta’ ħsara. |
2.4.3.1. |
Jekk, f’ċerti kundizzjonijiet ta’ ħsara, il-provvista magħżula tagħżel modalità ta’ tħaddim ta’ prestazzjoni parzjali, allura dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati u l-limiti tal-effikaċja li jirriżultaw għandhom jiġu definiti. |
2.4.3.2. |
Jekk id-dispożizzjoni magħżula tagħżel mezz sekondarju (ta’ appoġġ) biex timplimenta l-għan tas-sistema ta’ kontroll tal-vettura, il-prinċipji tal-mekkaniżmu tal-bidla, il-loġika u l-livell tat-tagħmir addizzjonali li jaħdem f’każ ta’ ħsara u kwalunkwe karatteristika ta’ kontroll integrata ta’ appoġġ għandhom jiġu spjegati u l-limiti tal-effikaċja ta’ appoġġ li jirriżultaw għandhom jiġu definiti. |
2.4.3.3. |
Jekk id-dispożizzjoni magħżula tagħżel it-tneħħija tal-funzjoni ta’ livell ogħla ta’ kontroll elettroniku, is-sinjali ta’ kontroll tal-output korrispondenti assoċjati ma’ din il-funzjoni għandhom jiġu inibiti, u b’tali mod li jiġi limitat l-ixkiel ta’ tranżizzjoni. |
2.4.4. |
Id-dokumentazzjoni għandha tkun appoġġata minn analiżi li turi, f’termini ġenerali, kif iġġib ruħha s-sistema meta jseħħ kwalunkwe wieħed mill-perikli jew ħsarat li jkollhom effett fuq il-prestazzjoni jew fuq is-sikurezza tal-kontroll tal-vettura.
Il-metodu/i analitiku/analitiċi magħżul(a) għandu/għandhom jiġi/u stabbilit(i) u miżmum(a) mill-manifattur u għandu/għandhom jkun(u) disponibbli għal spezzjoni mis-Servizz Tekniku fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip. Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-approċċ(i) analitiku/analitiċi. Il-valutazzjoni għandha tinkludi:
Il-valutazzjoni għandha tikkonsisti minn verifiki fuq il-post ta’ perikli u ħsarat magħżula biex jiġi stabbilit li l-argumentazzjoni li tappoġġa l-kunċett tas-sikurezza tinftiehem u tkun loġika u l-pjanijiet ta’ validazzjoni huma adatti u tlestew. Is-Servizz Tekniku jista’ jwettaq jew jista’ jeħtieġ li jitwettqu testijiet kif speċifikat fil-punt 3. biex jiġi vverifikat il-kunċett ta’ sikurezza. |
2.4.4.1. |
Din id-dokumentazzjoni għandha telenka l-parametri li qegħdin jiġu mmonitorjati u għandha tistabbilixxi, għal kull kundizzjoni ta’ ħsara tat-tip imsemmi fil-punt 2.4.4., is-sinjal ta’ twissija li għandu jingħata lis-sewwieq u/jew lill-persunal tas-servizz/tal-ispezzjoni teknika. |
2.4.4.2. |
Din id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi l-miżuri fis-seħħ biex tiżgura li “Is-Sistema” ma tippreġudikax it-tħaddim sikur tal-vettura meta l-prestazzjoni ta’ “Is-Sistema” tkun affettwata minn kundizzjonijiet ambjentali, eż il-klima, it-temperatura, id-dħul ta’ trab, id-dħul ta’ ilma, l-ippakkjar tas-silġ. |
3. |
Verifika u ttestjar |
3.1. |
L-operazzjoni funzjonali ta’ “Is-Sistema”, kif ġiet stabbilita fid-dokumenti meħtieġa fil-punt 2, għandha tiġi ttestjata kif ġej: |
3.1.1. |
Il-verifika tal-funzjoni ta’ “Is-Sistema”
Is-Servizz Tekniku għandu jivverifika “Is-Sistema” taħt kundizzjonijiet ta’ mingħajr ħsara billi jittestja numru ta’ funzjonijiet magħżula minn dawk deskritti mill-manifattur fil-punt 2.2. Għal sistemi elettroniċi kumplessi, dawn it-testijiet għandhom jinkludu xenarji li bihom funzjoni ddikjarata tinqabeż. |
3.1.1.1. |
Ir-riżultati tal-verifika għandhom jikkorrispondu mad-deskrizzjoni, inkluż l-istrateġiji ta’ kontroll, mogħtija mill-manifattur fil-punt 2.2. |
3.1.2. |
Il-verifika tal-kunċett ta’ sikurezza tal-punt 2.4.
Ir-reazzjoni ta’ “Is-Sistema” għandha tiġi vverifikata taħt l-influwenza ta’ ħsara fi kwalunkwe unità individwali bl-applikazzjoni ta’ sinjali ta’ output korrispondenti għal unitajiet elettriċi jew għal elementi mekkaniċi sabiex jiġu simulati l-effetti ta’ ħsarat interni fl-unità. Is-Servizz Tekniku għandu jagħmel dan il-kontroll għal mill-inqas unità individwali waħda, iżda ma għandux jivverifika r-reazzjoni ta’ “Is-Sistema” għal fallimenti simultanji multipli ta’ unitajiet individwali. Is-Servizz Tekniku għandu jivverifika li dawn it-testijiet jinkludu aspetti li jista’ jkollhom impatt fuq il-kontrollabbiltà tal-vettura u fuq l-informazzjoni tal-utent (aspetti tal-HMI). |
4. |
Rappurtar mis-Servizz Tekniku
Ir-rapportar tal-valutazzjoni mis-Servizz Tekniku għandu jsir b’tali mod li jippermetti t-traċċabilità, eż. verżjonijiet tad-dokumenti spezzjonati huma kodifikati u elenkati fir-reġistri tas-Servizz Tekniku. Eżempju ta’ tqassim possibbli għall-formula ta’ valutazzjoni mis-Servizz Tekniku lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jinsab fl-Appendiċi. |
Appendiċi
Mudell ta’ formola ta’ valutazzjoni għall-ELKS
In-Nru tar-rapport tat-test:
1. |
Identifikazzjoni. |
1.1. |
Għamla tal-vettura: |
1.2 |
Tip |
1.3 |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: |
1.4. |
Il-pożizzjoni ta’ dik il-marka: |
1.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: |
1.6. |
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: |
1.7. |
Pakkett ta’ dokumentazzjoni formali tal-manifattur:
Nru tar-referenzi tad-dokumentazzjoni: Data tal-ħruġ oriġinali: Data tal-aħħar aġġornament: |
2. |
Deskrizzjoni tas-sistema(i) tal-vettura(i) tat-test |
2.1. |
Deskrizzjoni ġenerali: |
2.2. |
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll kollha ta’ “Is-Sistema”, u metodi ta’ tħaddim: |
2.3. |
Deskrizzjoni tal-komponenti u dijagrammi tal-interkonnessjonijiet fi ħdan “Is-Sistema”: |
2.4. |
Deskrizzjoni ġenerali: |
2.5. |
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll kollha ta’ “Is-Sistema”, u metodi ta’ tħaddim: |
2.6. |
Deskrizzjoni tal-komponenti u d-dijagrammi tal-interkonnessjonijiet fi ħdan “Is-Sistema” |
3. |
Kunċett ta’ sikurezza tal-manifattur |
3.1. |
Deskrizzjoni tal-fluss tas-sinjali u tad-data operattiva u l-prijoritajiet tagħhom: |
3.2. |
Dikjarazzjoni tal-manifattur:
Il-manifattur(i) … jafferma(w) li l-istrateġija magħżula biex jintlaħqu l-objettivi ta “Is-Sistema”, f’kundizzjonijiet ta’ mingħajr ħsara, mhux se tippreġudika t-tħaddim sikur tal-vettura. |
3.3. |
L-arkitettura ġenerali tas-software u l-metodi u l-għodod tad-disinn użati: |
3.4. |
Spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-disinn integrati fi “Is-Sistema” taħt kundizzjonijiet ta’ ħsara: |
3.5. |
Analiżi dokumentata tal-imġiba ta’ “Is-Sistema” taħt kundizzjonijiet ta’ periklu jew ta’ ħsara individwali: |
3.6. |
Deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ għall-kundizzjonijiet ambjentali: |
3.7. |
Dispożizzjonijiet għat-test perjodiku tal-affidabbiltà stradali ta’ “Is-Sistema”: |
3.8. |
Riżultati tat-test ta’ verifika ta’ “Is-Sistema”, imsemmi fil-punt 3.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/646 (1). |
3.9. |
Riżultati tat-test ta’ verifika tal-kunċett tas-sikurezza, imsemmi fil-punt 3.1.2. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/646 (1). |
3.10. |
Data tat-test: |
3.11. |
Dan it-test twettaq u r-riżultati ġew irrapportati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646 (1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) 2021/646
Is-Servizz Tekniku li wettaq it-test Iffirmat: ….Data: … |
3.12. |
Kummenti: |
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646 tad-19 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħhom (ELKS) (ĠU L 133, 20.4.2021, p. 31).
DIRETTIVI
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/54 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/647
tal-15 ta’ Jannar 2021
li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu ta’ ċerti komposti taċ-ċomb u tal-kromu eżavalenti fl-inizjaturi elettriċi u elettroniċi tal-isplussivi għall-użu ċivili (professjonali)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għall-applikazzjonijiet eżentati elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
Iċ-ċomb u l-kromu eżavalenti huma sustanzi ristretti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. |
(4) |
Fid-19 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni li saret f’konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/65/UE biex tiġi elenkata eżenzjoni fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva, għall-użu ta’ komposti taċ-ċomb u tal-kromu eżavalenti fl-inizjaturi elettriċi u elettroniċi tal-isplussivi għall-użu ċivili (professjonali)(“l-eżenzjoni mitluba”). |
(5) |
L-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mitluba kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawn il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta. |
(6) |
Ċerti komposti taċ-ċomb u tal-kromu eżavalenti jintużaw f’partijiet essenzjali ta’ inizjaturi elettriċi u elettroniċi (EEI), bħal fuseheads elettriċi, kariki splussivi primarji u kariki ta’ dewmien pirotekniku. L-EEI huma parti minn detonaturi elettriċi u elettroniċi li jintużaw primarjament għall-estrazzjoni ta’ minerali, għall-attivitajiet ta’ kostruzzjoni u ta’ demolizzjoni, kif ukoll f’komponenti tas-sistemi ta’ salvataġġ integrati. |
(7) |
Bħalissa, ma hemm l-ebda alternattiva għad-diażid taċ-ċomb, għall-istifnat taċ-ċomb, għad-dipikramat taċ-ċomb, għaċ-ċomb oranġjo (it-tetraossidu taċ-ċomb), għad-diossidu taċ-ċomb fl-EEI u għall-kromat tal-barju f’kariki ta’ dewmien pirotekniku twil tal-EEI disponibbli fis-suq li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali kollha sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sikur tal-EEI. |
(8) |
Minħabba n-nuqqas ta’ alternattivi, is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tad-diażid taċ-ċomb, tal-istifnat taċ-ċomb, tad-dipikramat taċ-ċomb, taċ-ċomb oranġjo (it-tetraossidu taċ-ċomb), tad-diossidu taċ-ċomb fl-EEI u tal-kromat tal-barju mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku u tekniku f’ċerti komponenti tal-EEI. L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija minnu. |
(9) |
Għalhekk, jixraq li tingħata l-eżenzjoni mitluba billi jiddaħħlu l-applikazzjonijiet koperti minnha fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE b’rabta mat-tagħmir elettriku u elettroniku tal-kategorija 11. |
(10) |
L-eżenzjoni mitluba jenħtieġ li tingħata għal tul ta’ żmien ta’ ħames snin li jibda mill-20 ta’ April 2021, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi għaddejjin biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2021 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2021.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 45 li ġej:
“45 |
Diażid taċ-ċomb, stifnat taċ-ċomb, dipikramat taċ-ċomb, ċomb oranġjo (tetraossidu taċ-ċomb), diossidu taċ-ċomb fl-inizjaturi elettriċi u elettroniċi ta’ splussivi għall-użu ċivili (professjonali) u kromat tal-barju f’kariki ta’ dewmien pirotekniku twil ta’ inizjaturi elettriċi ta’ splussivi għall-użu ċivili (professjonali) |
Tapplika għall-kategorija 11 u tiskadi fl-20 ta’ April 2026.” |
DEĊIŻJONIJIET
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/648
tad-16 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/299 li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta’ gruppi ta’ riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Frar 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/299 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/299 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 42 xahar, li jibda fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tiegħu, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha (“il-perijodu ta’ implimentazzjoni”). |
(3) |
Fit-18 ta’ Frar 2021 il-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm, fil-kapaċità tiegħu bħala l-entità ta’ implimentazzjoni, talab l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex testendi l-perijodu ta’ implimentazzjoni sas-17 ta’ Mejju 2022 minħabba sfidi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 li għadha għaddejja. |
(4) |
L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/299 tista’ titkompla sas-17 ta’ Mejju 2022 mingħajr ebda konsegwenzi fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li id-Deċiżjoni (PESK) 2018/299 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/299 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fis-17 ta’ Mejju 2022.”; |
(2) |
it-taqsima 4 tal-Anness huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Tul ta’ żmien It-tul ta’ żmien totali stmat għall-implimentazzjoni tal-proġetti hu ta’ 48 xahar. Il-proġetti ser jintemmu fis-17 ta’ Mejju 2022.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-16 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/299 tas-26 ta’ Frar 2018 li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta’ gruppi ta’ riflessjoni indipendenti dwar in- nonproliferazzjoni u d-diżarm b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l- proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva (ĠU L 56, 28.2.2018, p. 46).
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/649
tas-16 ta’ April 2021
dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tas-Segretarjat tat-TKA b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Billi:
(1) |
It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA) ġie adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) fit-2 ta’ April 2013 permezz tar-Riżoluzzjoni A/RES/67/234 B tagħha. It-TKA sussegwentement infetaħ għall-iffirmar fit-3 ta’ Ġunju 2013 u daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Diċembru 2014. L-Istati Membri kollha huma Partijiet għat-TKA. |
(2) |
It-TKA għandu l-għan li jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli għar-regolamentazzjoni jew għat-titjib tar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali u li jipprevjeni u jeradika l-kummerċ illeċitu tal-armi konvenzjonali u jipprevjeni d-devjazzjoni tagħhom. L-isfidi ewlenin sabiex jintlaħqu l-miri tat-TKA huma l-implimentazzjoni effettiva tiegħu mill-Istati Partijiet għat-TKA (l-”Istati Partijiet”) u l-universalizzazzjoni tiegħu, filwaqt li jitqies li r-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-armi hija, mis-sens tagħha stess, sforz globali. Biex jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati dawk l-isfidi, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/768/PESK (1) fis-16 ta’ Diċembru 2013 u d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915 (2) fid-29 ta’ Mejju 2017, biex b’hekk kabbar il-portafoll tal-Unjoni ta’ assistenza relatata mal-kontroll tal-esportazzjoni b’attivitajiet speċifiċi għat-TKA. |
(3) |
It-TKA jistabbilixxi Segretarjat (is-”Segretarjat tat-TKA”) biex jassisti lill-Istati Partijiet fl-implimentazzjoni effettiva tat-TKA. Is-Segretarjat tat-TKA huwa inkarigat mir-responsabbiltajiet li ġejjin: jirċievi, jagħmel disponibbli u jqassam ir-rapporti kif rekwiżit mit-TKA; iżomm aġġornata, u jagħmel disponibbli, lill-Istati Partijiet il-lista tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali; jiffaċilita t-tlaqqigħ tal-offerti ta’ assistenza u t-talbiet għall-assistenza għall-implimentazzjoni tat-TKA u jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali kif mitlub; jiffaċilita l-ħidma tal-Konferenza tal-Istati Partijiet, inklużi t-twettiq ta’ arranġamenti u l-għoti tas-servizzi meħtieġa għal-laqgħat taħt it-TKA; u jwettaq dmirijiet oħra kif deċiżi mill-Konferenzi tal-Istati Partijiet. Is-Segretarjat tat-TKA jamministra wkoll il-Fond Fiduċjarju Volontarju stabbilit mill-Istati Partijiet taħt l-Artikolu 16(3) tat-TKA biex jassisti lill-Istati Partijiet fl-implimentazzjoni tat-TKA. Barra minn hekk, ir-Raba’ Konferenza tal-Istati Partijiet inkarigat lis-Segretarjat tat-TKA bl-amministrazzjoni tal-Programm ta’ Sponsorizzazzjoni tat-TKA, stabbilit biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Istati fil-laqgħat tat-TKA. |
(4) |
Fl-Istrateġija Globali tagħha tal-2016 għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni timpenja ruħha li tippromwovi ordni globali bbażat fuq ir-regoli. L-Unjoni għandha interess fil-promozzjoni ta’ regoli li jkun sar qbil dwarhom biex tipprovdi beni pubbliċi globali u tagħti kontribut għal dinja paċifika u sostenibbli. L-Unjoni tippromwovi ordni globali bbażat fuq ir-regoli bil-multilateraliżmu bħala l-prinċipju ewlieni tiegħu u n-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tiegħu. L-Unjoni tappoġġa bis-sħiħ is-sħubija li qed tikber, l-universalizzazzjoni, l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar ta’ trattati u reġimi multilaterali għad-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi, fosthom it-TKA. Fil-kuntest ta’ dawk l-għanijiet ta’ politika ġenerali, l-appoġġ għas-Segretarjat tat-TKA jaqbel sew mal-għan speċifiku tat-tisħiħ tas-sistema multilaterali li tirfed kummerċ responsabbli ta’ armi. |
(5) |
Is-Segretarjat tat-TKA jinsab f’pożizzjoni tajba biex jikkomunika mal-organizzazzjonijiet multilaterali, reġjonali, nazzjonali u tas-soċjetà ċivili kollha li jwettqu proġetti b’appoġġ għall-universalizzazzjoni jew l-implimentazzjoni tat-TKA. L-Unjoni ilha ħafna wkoll tipprovdi assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju, filwaqt li tappoġġa l-iżvilupp ta’ oqfsa legali u kapaċitajiet istituzzjonali għall-istabbiliment u l-infurzar ta’ kontrolli effettivi tal-esportazzjoni fuq oġġetti b’użu doppju u oġġetti militari. Is-Segretarjat tat-TKA jimmira li jiżgura li l-proġetti tiegħu jkunu komplementari għall-programmi eżistenti tal-Unjoni ta’ assistenza fil-kontroll tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju u ta’ armi, bħal dawk taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni effettiva u l-universalizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (“TKA”), l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tas-Segretarjat tat-TKA li għandhom l-objettivi li ġejjin:
— |
li jappoġġaw l-Istati Partijiet għat-TKA fit-tisħiħ tas-sistemi tagħhom ta’ kontroll tat-trasferiment tal-armi għall-implimentazzjoni effettiva tat-TKA; |
— |
li jsaħħu l-istruttura istituzzjonali tas-Segretarjat tat-TKA bħala l-korp prinċipali biex jassisti lill-Istati Partijiet għat-TKA fl-implimentazzjoni tat-TKA. |
2. Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet proġettwali li ġejjin:
(a) |
ta’ appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tat-TKA; |
(b) |
li jistabbilixxu roster ta’ esperti għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-esperti lokali u reġjonali dwar it-TKA biex jipprovdu pariri u taħriġ dwar l-implimentazzjoni tat-TKA fil-livelli lokali u reġjonali (“taħriġ għal min iħarreġ”); |
(c) |
ta’ appoġġ għal bażi ta’ data għat-tlaqqigħ tal-ħtiġijiet u r-riżorsi. |
Fl-Anness tinsab deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet proġettwali msemmija f’dan il-paragrafu.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-”Rappreżentat Għoli”) għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet proġettwali msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandha ssir mis-Segretarjat tat-TKA.
3. Is-Segretarjat tat-TKA għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dak il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mas-Segretarjat tat-TKA.
Artikolu 3
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet proġettwali msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 1 370 000.
2. In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta’ referenza stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi l-ftehim meħtieġ mas-Segretarjat tat-TKA. Il-ftehim għandu jistipula li s-Segretarjat tat-TKA għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b’mod adatt għad-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.
Artikolu 4
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fuq il-bażi ta’ rapporti regolari mħejjija mis-Segretarjat tat-TKA. Ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk dak il-ftehim ma jkunx ġie konkluż f’dak il-perijodu.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/768/PESK tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar l-attivitajiet tal-UE f’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 56).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 tad-29 ta’ Mejju 2017 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38).
ANNESS
DOKUMENT TA’ PROĠETT
1. Proġetti
1.1. Proġett 1: Appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tat-TKA
1.1.1. Objettiv ġenerali tal-proġett
Li tissaħħaħ il-kapaċità tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istati Parti, inkluż li jkabbru l-għarfien tagħhom dwar l-obbligi tat-TKA u jsiru aktar konxji dwar l-iżviluppi fil-proċess tat-TKA.
1.1.2. Sfond
Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasparenza u r-Rappurtar, it-tielet Konferenza tal-Istati Parti tat mandat lis-Segretarjat tat-TKA biex “iħejji dokument ta’ gwida għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali li jiddeskrivi r-rwol u l-kompiti possibbli għal dik il-funzjoni, inkluż dak li jiġi żgurat li r-rappurtar obbligatorju tat-TKA jitħejja u jiġi ppreżentat f’waqtu u b’mod komplet”. Lil hinn minn dan, is-Segretarjat tat-TKA identifika ħtieġa li jiġi żgurat li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali jipparteċipaw fil-laqgħat tat-TKA — inkluż il-laqgħat preparatorji u tal-Grupp ta’ Ħidma — b’mod kostruttiv.
1.1.3. Attivitajiet u riżultati
Dan il-proġett jinvolvi l-attivitajiet/ir-riżultati li ġejjin:
(a) |
It-tħejjija ta’ dokument ta’ gwida għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali li jiddeskrivi r-rwol u l-kompiti possibbli għal dik il-funzjoni; |
(b) |
Il-ħolqien ta’ paġna web/portal iddedikat speċifikament għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali, b’ħoloq għall-informazzjoni pertinenti għalihom; |
(c) |
L-organizzazzjoni ta’ tliet briefings ta’ nofstanhar jew jum sħiħ iddedikati għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali qabel kull laqgħa tat-TKA, li fihom jiġu pprovduti b’informazzjoni u aġġornamenti dwar il-laqgħa li tkun ser issir u jingħataw l-opportunità li jistaqsu mistoqsijiet u jiċċaraw l-informazzjoni; u |
(d) |
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu biex regolarment u sistematikament isir kuntatt mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali fuq bażi individwali biex jingħata appoġġ għall-involviment tagħhom fit-TKA. |
1.1.4. Riżultati mistennija tal-proġett
(a) |
Għarfien akbar tal-obbligi tat-TKA (inkluż ir-rappurtar) fost il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tat-TKA; |
(b) |
Dawn isiru aktar konxji dwar il-proċess tat-TKA; |
(c) |
Tixrid wiesa’ ta’ materjal informattiv dwar it-TKA lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali u lil hinn. |
1.1.5. Benefiċjarji
Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tal-Istati Parti.
1.2. Proġett 2: Roster ta’ esperti (taħriġ għall-ħarrieġa)
1.2.1. Objettiv ġenerali tal-proġett
Li tissaħħaħ il-kapaċità tal-esperti lokali u reġjonali tat-TKA biex jipprovdu pariri u taħriġ dwar l-implimentazzjoni tat-TKA fil-livelli lokali u reġjonali sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq konsulenti u organizzazzjonijiet internazzjonali, tittejjeb il-kwalità tat-taħriġ u l-assistenza fl-implimentazzjoni u biex jingħata kontribut għat-tfassil aħjar tal-isforzi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.
1.2.2. Sfond
Filwaqt li xi proġetti tal-Fond Fiduċjarju Volontarju (VTF) ġew implimentati bl-appoġġ ta’ organizzazzjonijiet lokali u konsulenti nazzjonali jew reġjonali, il-maġġoranza tal-proġetti tal-VTF li ġew implimentati minn mindu ġie stabbilit il-VTF mit-tieni Konferenza tal-Istati Parti involvew/impenjaw esperti internazzjonali u/jew sieħeb ta’ implimentazzjoni ta’ proġett li huwa organizzazzjoni internazzjonali (bħal entità tan-NU) jew NGO internazzjonali. It-tkomplija ta’ dipendenza fuq l-għarfien espert internazzjonali mhijiex effiċjenti jew sostenibbli għar-raġunijiet li ġejjin:
1) |
L-ivvjaġġar internazzjonali meħtieġ biex l-esperti internazzjonali jattendu u jiffaċilitaw sessjonijiet ta’ taħriġ u l-miżati ta’ kuljum jew l-onorarji mitluba minn esperti internazzjonali huma għaljin (meta mqabbla mal-kostijiet assoċjati mal-involviment ta’ espert lokali jew reġjonali); u |
2) |
It-tkomplija ta’ dipendenza fuq l-esperti internazzjonali ma ssaħħaħx il-kapaċità u l-għarfien espert tal-konsulenti lokali u reġjonali, li jistgħu jkunu kapaċi jipprovdu taħriġ u assistenza fl-implimentazzjoni sostnuti u mfassla apposta fuq medda itwal ta’ żmien. |
Barra minn hekk, mill-esperjenza tal-VTF jidher ċar li xi konsulenti u organizzazzjonijiet ikunu jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp sabiex iwettqu bis-sħiħ ir-rwoli tagħhom fil-proġetti ta’ implimentazzjoni tat-TKA. Is-Segretarjat tat-TKA jixtieq jindirizza l-kwistjonijiet ta’ dipendenza fuq konsulenti u organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kwalità ta’ xi ftit mit-taħriġ u l-assistenza pprovduti permezz ta’ proġett li jipprova jsaħħaħ il-kapaċità tal-konsulenti lokali u reġjonali biex jipprovdu taħriġ u assistenza fl-implimentazzjoni.
1.2.3. Attivitajiet u riżultati
Dan il-proġett jinvolvi l-attivitajiet/ir-riżultati li ġejjin:
(a) |
It-tfassil ta’ sessjoni ta’ ħidma “inħarrġu lill-ħarrieġa” li ssaħħaħ il-kapaċità tal-konsulenti lokali u reġjonali biex jipprovdu taħriġ ta’ kwalità u assistenza għall-implimentazzjoni; |
(b) |
It-tħejjija ta’ materjali ta’ taħriġ biex jiġu ffaċilitati s-sessjonijiet ta’ ħidma “inħarrġu lill-ħarrieġa”; |
(c) |
Attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni ma’ konsulenti f’reġjuni mmirati biex jipparteċipaw fis-sessjonijiet ta’ ħidma mfassla apposta “inħarrġu lill-ħarrieġa”; u |
(d) |
L-organizzazzjoni ta’ sitt sessjonijiet ta’ ħidma “inħarrġu lill-ħarrieġa” f’reġjuni differenti. |
1.2.4. Riżultati mistennija tal-proġett
(a) |
Għadd akbar ta’ konsulenti lokali u reġjonali li huma “esperti” tat-TKA, kif approvat mis-Segretarjat tat-TKA, li jistgħu jagħtu taħriġ ta’ kwalità u assistenza fl-implimentazzjoni fil-livell lokali u reġjonali; |
(b) |
L-iżvilupp ta’ lista pubblika ta’ konsulenti li huma approvati mis-Segretarjat tat-TKA bħala kapaċi li jagħtu taħriġ u assistenza fl-implimentazzjoni tat-TKA ta’ kwalità (roster ta’ esperti). Lista bħal din tista’, pereżempju, tiġi ċċirkolata lil riċevituri prospettivi tal-VTF li jkunu qed ifittxu konsulenti jew sħab ta’ implimentazzjoni tal-proġetti. |
1.2.5. Benefiċjarji
— |
Konsulenti lokali u reġjonali. |
— |
Donaturi u riċevituri tal-VTF. |
1.3. Proġett 3: Appoġġ għal bażi ta’ data għat-tlaqqigħ tal-ħtiġijiet u r-riżorsi
1.3.1. Objettiv ġenerali tal-proġett
Li jiġi żviluppat mekkaniżmu għat-tlaqqigħ tal-offerti u t-talbiet għal assistenza għall-implimentazzjoni tat-Trattat sabiex jitnaqqsu d-duplikazzjoni u s-sovrapożizzjoni tal-proġetti ta’ assistenza tat-TKA u jiżdied l-għadd ta’ Stati li jirċievu assistenza mmirata.
1.3.2. Sfond
Skont l-Artikolu 18(3)(c) tat-TKA, is-Segretarjat tat-TKA għandu l-mandat li “jiffaċilita t-tlaqqigħ tal-offerti u t-talbiet għall-assistenza għall-implimentazzjoni tat-Trattat” (traduzzjoni mhux uffiċjali). Filwaqt li l-Istati Parti huma mħeġġa jfittxu assistenza, fejn meħtieġ, u jipprovdu assistenza, fuq talba, ma hemm l-ebda mekkaniżmu formali biex tintalab jew tiġi offruta assistenza skont it-TKA. Barra minn hekk, il-mudelli ta’ rappurtar attwali ma jinkludux faċilità biex tintalab jew tiġi offruta assistenza (bħal ma jinkludu mudelli fi proċessi oħra — bħall-Programm ta’ Azzjoni tan-NU dwar l-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir). Is-Segretarjat tat-TKA jixtieq jesplora l-għażliet għall-iżvilupp ta’ bażi ta’ data jew mekkaniżmu ieħor għat-tlaqqigħ tal-ħtiġijiet u r-riżorsi għall-implimentazzjoni tat-TKA fit-twettiq tal-obbligu tiegħu skont it-Trattat u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali.
1.3.3. Attivitajiet u riżultati
Dan il-proġett jinvolvi l-attivitajiet/ir-riżultati li ġejjin:
(a) |
L-esplorazzjoni ta’ għażliet għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għat-tlaqqigħ tal-ħtiġijiet u r-riżorsi, inkluż permezz ta’ rieżami komparattiv tal-mekkaniżmi eżistenti f’fora oħra, kif ukoll konsultazzjonijiet kemm mar-riċevituri kif ukoll mad-donaturi; |
(b) |
It-tfassil u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ tlaqqigħ tal-ħtiġijiet u r-riżorsi, inkluż bażi ta’ data elettronika tat-talbiet għal assistenza u l-offerta tagħha kif ukoll l-iżvilupp ta’ għodda online biex tintalab l-assistenza; u |
(c) |
It-tnedija, ir-reklamar u ż-żamma tal-mekkaniżmu ta’ tlaqqigħ tal-ħtiġijiet u r-riżorsi. |
1.3.4. Riżultat mistenni tal-proġett
Informazzjoni mtejba dwar il-ħtiġijiet ta’ assistenza tal-Istati Parti kif ukoll ir-riżorsi disponibbli biex jiġu indirizzati dawk il-ħtiġijiet.
Il-mekkaniżmu żviluppat ikun allinjat mill-qrib mal-Fond Fiduċjarju Volontarju (amministrat mis-Segretarjat tat-TKA) biex tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn il-mekkaniżmi ta’ assistenza.
1.3.5. Benefiċjarji
— |
Stati Parti u Stati Firmatarji li qed ifittxu assistenza għall-implimentazzjoni tat-TKA. |
— |
Stati donaturi li qed ifittxu li jappoġġaw proġetti ta’ implimentazzjoni tat-TKA. |
2. Kunsiderazzjonijiet
2.1. Żgurar tal-komplementarjetà mal-ħidma ta’ sensibilizzazzjoni li għaddejja b’rabta mat-TKA
Is-Segretarjat tat-TKA huwa familjari ma’ fondi oħra involuti fil-finanzjament ta’ proġetti relatati mal-implimentazzjoni tat-TKA, bħall-Faċilità Fiduċjarja tan-NU li Tappoġġa l-Kooperazzjoni dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Armi (UNSCAR) u, naturalment, il-Proġett ta’ Sensibilizzazzjoni dwar it-TKA tal-UE. Is-Segretarjat tat-TKA ħadem mill-qrib mal-amministraturi/implimentaturi taż-żewġ azzjonijiet, inkluż l-Uffiċċju Federali Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (BAFA) u Expertise France, fi sforz biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ finanzjament. Dan involva l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fuq bażi regolari — u kunfidenzjali — dwar l-applikazzjonijiet riċevuti u l-proġetti approvati mill-fondi differenti.
Fil-kuntest tal-appoġġ tal-UE lis-Segretarjat tat-TKA, is-Segretarjat tat-TKA jibni/jikkapitalizza fuq ir-relazzjoni żviluppata mal-BAFA u Expertise France biex tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn il-proġett iffinanzjat mill-UE tas-Segretarjat tat-TKA u l-ħidma li għaddejja tal-Proġett ta’ Sensibilizzazzjoni dwar it-TKA tal-UE. Pereżempju, is-Segretarjat tat-TKA jinvolvi membri tal-grupp ta’ esperti tal-UE biex jipparteċipaw f’sessjoni ta’ ħidma esperta biex jivvalidaw il-materjali ta’ taħriġ żviluppati għall-element “inħarrġu lill-ħarrieġa” tal-Proġett 2 (roster ta’ esperti (taħriġ għall-ħarrieġa)), u biex jaqsmu l-esperjenzi u t-tagħlimiet meħuda tagħhom.
Barra minn hekk, is-Segretarjat tat-TKA ifittex kontribut mis-sħab ta’ implimentazzjoni tal-Proġetti ta’ Sensibilizzazzjoni dwar it-TKA tal-UE fl-identifikazzjoni ta’ rappreżentanti tal-Istat u individwi oħra biex jintgħażlu għall-parteċipazzjoni fil-programm tas-Segretarjat tat-TKA “inħarrġu lill-ħarrieġa”. Is-Segretarjat tat-TKA jista’ jaħdem ukoll mas-sħab ta’ implimentazzjoni u l-esperti fis-Sensibilizzazzjoni dwar it-TKA tal-UE biex jislet il-ħtiġijiet ta’ assistenza li jista’ jkollhom l-Istati fil-mira li ġew identifikati bħala parti mill-eżerċizzju tal-pjan direzzjonali tal-UE u ħidma ta’ sensibilizzazzjoni oħra tal-UE. Tali informazzjoni tista’ tintuża biex timla l-bażi ta’ data għat-tlaqqigħ tal-ħtiġijiet u r-riżorsi prevista fil-Proġett 3 (Appoġġ għal bażi ta’ data għat-tlaqqigħ tal-ħtiġijiet u r-riżorsi).
Fil-qosor, is-Segretarjat tat-TKA jara ħafna opportunitajiet għal djalogu/sħubija kontinwa mal-Proġett ta’ Sensibilizzazzjoni dwar it-TKA tal-UE biex tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn iż-żewġ proġetti hekk kif dawn jistinkaw għall-għan kondiviż ta’ implimentazzjoni effettiva tat-TKA.
2.2. Impatt u implikazzjonijiet tal-COVID-19
Il-COVID-19 qed ikollha impatt fuq il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi madwar id-dinja, għalkemm f’livelli differenti. Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment, id-daqs tal-laqgħat, u l-ivvjaġġar li bosta pajjiżi daħħlu fis-seħħ b’reazzjoni għat-tifqigħa x’aktarx li jkollhom impatt fuq l-implimentazzjoni tal-proġetti tat-TKA fix-xhur, u possibbilment snin, li ġejjin.
Minħabba wkoll li t-tul tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-impatti tagħha mhumiex ċari u ma jistgħux jitbassru f’dan l-istadju, ser ikun diffiċli li wieħed ikun jaf b’ċertezza x’inhuma l-implikazzjonijiet għal dawk l-attivitajiet tal-proġetti li jinvolvu vvjaġġar internazzjonali u/jew laqgħat wiċċ imb’wiċċ, kif ukoll l-iskedi ta’ żmien.
Is-Segretarjat tat-TKA ser iqis dawn iċ-ċirkostanzi fl-ippjanar tal-proġetti tiegħu b’dawn il-modi li ġejjin:
L-ewwel nett, is-Segretarjat tat-TKA ħejja abbozz ta’ skeda ta’ proġetti għall-implimentazzjoni tat-tliet proġetti deskritti fil-proposta li jiżgura li matul l-ewwel 15-il xahar tal-proġett (April 2021-Ġunju 2022) jitwettaq ammont kemm jista’ jkun kbir mit-tħejjija bbażata fuq id-dokumentazzjoni, l-ippjanar, is-sensibilizzazzjoni, ir-riċerka u l-abbozzar meħtieġa għal kull wieħed mill-proġetti. Dawk l-attivitajiet li jeħtieġu involviment wiċċ imb’wiċċ — jiġifieri s-sessjonijiet ta’ ħidma “inħarrġu lill-ħarrieġa” previsti fil-Proġett 2 (Roster ta’ esperti (taħriġ għall-ħarrieġa)) — ser jiġu skedati li jsiru fit-tieni sena tal-proġett (Lulju — Novembru 2022). Naturalment, f’każ li l-pandemija tal-COVID tkun għadha qed tħalli impatt fuq il-kapaċità li wieħed jivvjaġġa u jwettaq sessjonijiet ta’ ħidma wiċċ imb’wiċċ f’Ottubru 2022, jista’ jkun meħtieġ li tiġi kkunsidrata estensjoni taż-żmien jew pjan ta’ kontinġenza ieħor.
It-tieni, is-Segretarjat tat-TKA għandu pjanijiet ta’ kontinġenza fis-seħħ fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet ta’ proġetti li jikkontemplaw l-involviment wiċċ imb’wiċċ jew personali. Pereżempju, il-Proġett 1 (Appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tat-TKA) jikkontempla l-organizzazzjoni ta’ briefing ta’ nofstanhar jew jum sħiħ iddedikata għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali qabel kull laqgħa tat-TKA (li tibda fit-tmien ċiklu tal-Konferenza tal-Istati Parti), li fiha jiġu pprovduti b’informazzjoni u aġġornamenti dwar il-laqgħa li tkun ser issir u jingħataw l-opportunità li jistaqsu mistoqsijiet u jiċċaraw l-informazzjoni. Filwaqt li huwa ttamat li dawn il-briefings jistgħu u ser isiru personalment qabel kull laqgħa tat-TKA (kif ukoll il-laqgħa nnifisha), jekk dan ma jkunx possibbli minħabba restrizzjonijiet tal-COVID, tali briefings jistgħu jsiru virtwalment, skont ir-reġjun (jekk meħtieġ) biex jiġu indirizzati l-fatturi taż-żoni tal-ħin u l-lingwi.
Rettifika
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/66 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/486 tal-15 ta’ Marzu 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-proċedura bil-miktub mill-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti ta’ Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili li jinsab fl-Anness III għall-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali fir-rigward tal-Linja Komuni dwar id-differiment temporanju tar-ripagament tal-kapital tas-self
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 100 tat-23 ta’ Marzu 2021 )
Fil-paġna tal-qoxra, fil-paġni 11 u 12, id-data tal-adozzjoni:
minflok:
“15 ta’ Marzu 2021”,
aqra:
“15 ta’ Frar 2021”.