ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 269

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
19 ta' Ottubru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1897 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1898 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Półtorak staropolski tradycyjny (STG), Dwójniak staropolski tradycyjny (STG), Trójniak staropolski tradycyjny (STG), Czwórniak staropolski tradycyjny (STG), Kiełbasa jałowcowa staropolska (STG), Kiełbasa myśliwska staropolska (STG) u Olej rydzowy tradycyjny (STG)]

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1899 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Tradiční Lovecký salám/Tradičná Lovecká saláma (STG) u Tradiční Špekáčky/Tradičné Špekačky (STG))

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1900 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Varaždinsko zelje (DOP)]

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1901 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Danbo (IĠP))

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1902 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 biex l-irkantar ta' kwoti jiġi allinjat mad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit ( 1 )

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1903 tat-18 ta' Ottubru 2017 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1904 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u tat-tiġieġ imkabbra għall-bajd (detentur ta' awtorizzazzjoni Huvepharma NV) ( 1 )

27

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1905 tat-18 ta' Ottubru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS) ( 1 )

30

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1906 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) ( 1 )

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1907 tat-18 ta' Ottubru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar u għan-nagħaġ ( 1 )

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

39

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1909 tat-18 ta' Ottubru 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

44

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1910 tas-17 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE rigward l-istat ta' ħelsien mill-bruċellożi (B. melitensis) f'ċerti reġjuni ta' Spanja, id-Deċiżjoni 2003/467/KE rigward l-istat uffiċjali ta' ħelsien mill-bruċellożi bovina f'Ċipru u f'ċerti reġjuni ta' Spanja, u dwar l-istat uffiċjali ta' ħelsien mil-lewkożi enzootika bovina fl-Italja u d-Deċiżjoni 2005/779/KE rigward l-istat ta' ħelsien mill-marda vexxikulari tal-ħnieżer fir-reġjun tal-Campania tal-Italja (notifikata bid-dokument C(2017) 6891)  ( 1 )

46

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 081/17/COL tas-26 ta' April 2017 biex tingħalaq l-investigazzjoni formali f'allegat Għajnuna mill-Istat mogħtija permezz tal-kiri ta' art u proprjetà fiż-żona ta' Gufunes (l-Iżlanda) [2017/1911]

53

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1897

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fit-3 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU iddeżinja erba' bastimenti bis-saħħa tal-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 2375 (2017) tal-KSNU.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Il-bastimenti li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509.

Bastimenti deżinjati skont il-paragrafu 6 tal-UNSCR 2375 (2017):

1.   Isem: PETREL 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9562233. MMSI: 620233000

2.   Isem: HAO FAN 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8628597. MMSI: 341985000

3.   Isem: TONG SAN 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8937675. MMSI: 445539000

4.   Isem: JIE SHUN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8518780. MMSI: 514569000


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1898

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Półtorak staropolski tradycyjny (STG), Dwójniak staropolski tradycyjny (STG), Trójniak staropolski tradycyjny (STG), Czwórniak staropolski tradycyjny (STG), Kiełbasa jałowcowa staropolska (STG), Kiełbasa myśliwska staropolska (STG) u Olej rydzowy tradycyjny (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 26 u l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Polonja ressqet l-ismijiet “Półtorak staropolski tradycyjny”, “Dwójniak staropolski tradycyjny”, “Trójniak staropolski tradycyjny”, “Czwórniak staropolski tradycyjny”, “Kiełbasa jałowcowa staropolska”, “Kiełbasa myśliwska staropolska”, “Olej rydzowy tradycyjny” u “Kabanosy staropolskie” bil-għan li jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, bir-riżervar tal-ismijiet.

(2)

L-ismijiet “Półtorak”, “Dwójniak”, “Trójniak”, “Czwórniak”, “Kiełbasa jałowcowa”, “Kiełbasa myśliwska”, “Olej rydzowy” u “Kabanosy” kien diġà ġew irreġistrati (2) bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti mingħajr ir-riżervar tal-ismijiet, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (3).

(3)

Wara l-proċedura ta' oppożizzjoni nazzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-ismijiet “Półtorak”, “Dwójniak”, “Trójniak” u “Czwórniak” ġew ikkomplementati bit-terminu “staropolski tradycyjny”, l-ismijiet “Kiełbasa jałowcowa” u “Kiełbasa myśliwska” ġew ikkomplementati bit-terminu “staropolska”, l-isem “Olej rydzowy” ġie kkomplementat bit-terminu “tradycyjny”, u l-isem “Kabanosy” ġie kkomplementat bit-terminu “staropolskie”. Dawn it-termini komplementari jidentifikaw il-karattru tradizzjonali tal-isem, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)

L-ismijiet imressqa “Półtorak staropolski tradycyjny”, “Dwójniak staropolski tradycyjny”, “Trójniak staropolski tradycyjny”, “Czwórniak staropolski tradycyjny”, “Kiełbasa jałowcowa staropolska”, “Kiełbasa myśliwska staropolska”, “Olej rydzowy tradycyjny” u “Kabanosy staropolskie” ġew eżaminati mill-Kummissjoni, u wara ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta' “Kabanosy staropolskie”. Għaldaqstant, ir-reġistrazzjoni ta' dan l-isem hija soġġetta għall-eżitu tal-proċedura ta' oppożizzjoni li ssir b'mod separat.

(6)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fir-rigward tal-ismijiet għajr “Kabanosy staropolskie”, jenħtieġ li l-ismijiet “Półtorak staropolski tradycyjny”, “Dwójniak staropolski tradycyjny”, “Trójniak staropolski tradycyjny”, “Czwórniak staropolski tradycyjny”, “Kiełbasa jałowcowa staropolska”, “Kiełbasa myśliwska staropolska” u “Olej rydzowy tradycyjny” jiddaħħlu fir-reġistru bir-riżervar tal-ismijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan l-ismijiet “Półtorak staropolski tradycyjny” (STG), “Dwójniak staropolski tradycyjny” (STG), “Trójniak staropolski tradycyjny” (STG), “Czwórniak staropolski tradycyjny” (STG), “Kiełbasa jałowcowa staropolska” (STG), “Kiełbasa myśliwska staropolska” (STG), “Olej rydzowy tradycyjny” (STG) jiddaħħlu fir-reġistru bir-riżervar tal-ismijiet.

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-STG “Półtorak”, tal-STG “Dwójniak”, tal-STG “Trójniak”, tal-STG “Czwórniak”, tal-STG “Kiełbasa jałowcowa”, tal-STG “Kiełbasa myśliwska” u tal-STG “Olej rydzowy” għandha titqies bħala l-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Półtorak staropolski tradycyjny”, għall-STG “Dwójniak staropolski tradycyjny”, għall-STG “Trójniak staropolski tradycyjny”, għall-STG “Czwórniak staropolski tradycyjny”, għall-STG “Kiełbasa jałowcowa staropolska”, għall-STG “Kiełbasa myśliwska staropolska” u għall-STG “Olej rydzowy tradycyjny” bir-riżervar tal-ismijiet, rispettivament.

L-ismijiet “Półtorak staropolski tradycyjny” (STG), “Dwójniak staropolski tradycyjny” (STG), “Trójniak staropolski tradycyjny” (STG) u “Czwórniak staropolski tradycyjny” (STG) jindikaw prodotti fil-Klassi 1.8 “Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.)”, kif elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (5); L-ismijiet “Kiełbasa jałowcowa staropolska” (STG) u “Kiełbasa myśliwska staropolska” (STG) jindikaw prodotti fil-Klassi 1.2 “Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)”, kif elenkati f'dak l-Anness; L-isem “Olej rydzowy tradycyjny” (STG) jindika prodott fil-Klassi 1.5. “Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)”, kif elenkat fl-istess Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2008 tat-28 ta' Lulju 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Czwórniak (STG), Dwójniak (STG), Półtorak (STG), Trójniak (STG)) (ĠU L 200, 29.7.2008, p. 6).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2011 tat-18 ta' April 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Kiełbasa jałowcowa (STG)) (ĠU L 103, 19.4.2011, p. 2).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2011 tat-18 ta' April 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Kiełbasa myśliwska (STG)) (ĠU L 103, 19.4.2011, p. 6).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 506/2009 tal-15 ta' Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Olej rydzowy (STG)) (ĠU L 151, 16.6.2009, p. 26).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2011 tad-19 ta' Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Kabanosy (STG)) (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 16).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Ir-Regolament tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  ĠU C 188, 27.5.2016, p. 6.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1899

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jdaħħal ċerti ismijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Tradiční Lovecký salám/Tradičná Lovecká saláma (STG) u Tradiční Špekáčky/Tradičné Špekačky (STG))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 26 u l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-Repubblika Ċeka ressqet l-ismijiet “Tradiční Lovecký salám”/“Tradičná Lovecká saláma” u “Tradiční Špekáčky”/“Tradičné Špekačky” bil-għan li jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, bir-riżervar tal-ismijiet.

(2)

L-ismijiet “Lovecký salám”/“Lovecká saláma” u “Špekáčky”/“Špekačky” kienu diġà ġew irreġistrati (2) bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti mingħajr ir-riżervar tal-ismijiet, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (3).

(3)

Wara l-proċedura ta' oppożizzjoni nazzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-ismijiet “Lovecký salám”/“Lovecká saláma” ġew ikkomplementati bit-termini “Tradiční” u “Tradičná” rispettivament, u l-ismijiet “Špekáčky”/“Špekačky” ġew ikkomplementati bit-termini “Tradiční” u “Tradičné” rispettivament. Dawn it-termini komplementari jidentifikaw il-karattru tradizzjonali tal-ismijiet, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)

L-ismijiet imressqa “Tradiční Lovecký salám”/“Tradičná Lovecká saláma” u “Tradiční Špekáčky”/“Tradičné Špekačky” ġew eżaminati mill-Kummissjoni, u wara ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(5)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-ismijiet “Tradiční Lovecký salám”/“Tradičná Lovecká saláma” u “Tradiční Špekáčky”/“Tradičné Špekačky” jiddaħħlu fir-reġistru bir-riżervar tal-ismijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan l-ismijiet “Tradiční Lovecký salám”/“Tradičná Lovecká saláma” (STG) u “Tradiční Špekáčky”/“Tradičné Špekačky” (STG) jiddaħħlu fir-reġistru bir-riżervar tal-ismijiet.

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-STG “Lovecký salám”/“Lovecká saláma” u tal-STG “Špekáčky”/“Špekačky” għandha titqies bħala l-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Tradiční Lovecký salám”/“Tradičná Lovecká saláma” u għall-STG “Tradiční Špekáčky”/“Tradičné Špekačky”, bir-riżervar tal-ismijiet.

L-ismijiet speċifikati fl-ewwel paragrafu jindikaw prodotti fil-Klassi 1.2 “Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)”, kif elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (5).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 160/2011 tal-21 ta' Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (“Lovecký salám”/“Lovecká saláma” (STG)) (ĠU L 47, 22.2.2011, p. 7).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 158/2011 tal-21 ta' Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (“Špekáčky”/“Špekačky” (STG)) (ĠU L 47, 22.2.2011, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Ir-Regolament tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  ĠU C 167, 11.5.2016, p. 21.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1900

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Varaždinsko zelje (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(3)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja biex l-isem “Varaždinsko zelje” jiddaħħal fir-reġistru bħala denominazzjoni ta' oriġini protetta ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

“Varaždinsko zelje” hija kaboċċa derivata mill-varjetà ta' konservazzjoni awtoktona “Varaždinski kupus” (Brassica oleracea var. capitata f. alba) li hija prodotta fil-konfini amministrattivi tal-Kontea ta' Varaždin fil-Kroazja.

(3)

Fis-7 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet l-avviż ta' oppożizzjoni mis-Slovenja. Fl-4 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet id-dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni motivata relatata.

(4)

Peress li din l-oppożizzjoni setgħet tintlaqa', bl-ittra tat-28 ta' Jannar 2016 il-Kummissjoni stiednet lill-Kroazja u lis-Slovenja biex jikkonsultaw lil xulxin b'mod xieraq għal perjodu ta' tliet xhur biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(5)

Fuq talba tal-applikant, l-iskadenza għall-konsultazzjoni ġiet estiża bi tliet xhur oħra.

(6)

Ma ntlaħaq l-ebda qbil bejn il-partijiet. L-informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet xierqa li seħħew bejn il-partijiet Kroati u Sloveni ngħatat kif mistenni lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li tqis ir-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 10(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-avversarji allegaw li r-reġistrazzjoni ta' “Varaždinsko zelje” bħala Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta tmur kontra l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tipperikola l-eżistenza ta' isem ta' prodott identiku li ilu legalment fis-suq għal aktar minn ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2).

(8)

Qed jiġi ddikjarat li l-isem “Varaždinsko zelje” huwa f'kunflitt mal-isem omonimu ta' varjetà ta' kaboċċi li ilha rreġistrata mill-1967. Il-varjetà “Varaždinski” ġiet elenkata fil-Lista ta' varjetajiet ta' żrieragħ domestiċi jew ta' żrieragħ barranin domestikati tal-ispeċijiet ta' pjanti agrikoli tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja (SFRY) fl-1967. Imbagħad, fl-1989, ġiet irreġistrata f'dik l-istess Lista bħala “Varaždinski kupus”/“Varaždinsko zelje”. Attwalment, din il-varjetà hija elenkata fil-Listi tal-istati kollha li tfaċċaw wara li sfaxxat tal-SFRY. Ir-Repubblika tas-Slovenja rreġistrat il-varjetà “Varaždinski”/“Varaždinsko” wara l-indipendenza. Il-varjetà Kroata “Varaždinski kupus” u l-varjetajiet Sloveni “Varaždinsko 2” u “Varaždinsko 3” huma kollha elenkati fil-Katalogu komuni ta' varjetajiet u ta' speċijiet ta' ħxejjex tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Skont l-avversarju, fis-Slovenja, fis-Serbja, fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-F.Y.R.O.M. (l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) u fil-Montenegro, il-prodott agrikolu li ġej minn dawn il-varjetajiet huwa magħruf bħala “Varaždinsko zelje”. Fir-Repubblika tas-Slovenja, il-kaboċċa Varaždinsko allegatament ilha tiġi prodotta għal aktar minn 75 sena. B'mod partikolari, is-suq tal-produzzjoni tal-kaboċċa Varaždinsko friska fis-Slovenja huwa stmat għal madwar 2 800-4 000 tunnellata kull sena.

(10)

Fil-fehma tal-avversarju, ir-reġistrazzjoni ta' “Varaždinsko zelje” tista' tqarraq bil-konsumaturi Sloveni, peress li l-produtturi u l-konsumaturi fir-Repubblika tas-Slovenja ma jassoċjawx il-“Varaždinsko zelje” mal-oriġini indikata jew mat-territorju indikat fil-punt 4 tad-dokument uniku, iżda fuq kollox jassoċjawha mal-kwalità u ma' kemm din hija adattata għall-pikles.

(11)

L-avversarju jsostni li r-reġistrazzjoni tal-isem propost tipperikola l-eżistenza tal-isem identiku Sloven “Varaždinsko zelje” fir-rigward tal-varjetà, minħabba li hemm prodotti oħra b'dak l-isem li jiġu ikkummerċjalizzati legalment fir-Repubblika tas-Slovenja. Ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tirriżulta f'dannu ekonomiku għall-produtturi tal-“Varaždinsko zelje” fir-Repubblika tas-Slovenja, peress li huma se jkunu mġiegħla jabbandunaw il-produzzjoni. Dan jipperikola wkoll il-produzzjoni ta' żrieragħ għal żewġ varjetajiet Sloveni tal-kaboċċi li huma rreġistrati fil-Katalogu Komuni tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri Varaždinsko 2 u Varaždinsko 3, peress li l-prodott jinbiegħ fis-Slovenja bħala l-kaboċċa Varaždinsko.

(12)

Il-Kummissjoni vvalutat l-argumenti mogħtija fid-dikjarazzjonijiet motivati ta' oppożizzjoni u fl-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward tal-konsultazzjonijiet bejn il-partijiet interessati u kkonkludiet li jenħtieġ li l-isem “Varaždinsko zelje” jiġi rreġistrat bħala DOP.

(13)

Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni ta' “Varaždinsko zelje” bħala DOP huma ssodisfati. Il-prodott għandu karatteristiki, b'mod partikolari l-kontenut totali għoli ta' fenol u ta' flavonojd, il-kontenut għoli ta' materja niexfa u l-kontenut eċċezzjonalment għoli ta' zokkor, li jirriżultaw essenzjalment mill-fatturi naturali u umani tal-ambjent ġeografiku partikolari tiegħu. Il-kontenut għoli ta' materja niexfa u l-kontenut eċċezzjonalment għoli ta' zokkor tal-“Varaždinsko zelje” jirriżultaw mill-metodu ta' produzzjoni, jiġifieri l-fatt li l-prodott, li jista' jittollera temperaturi baxxi, jitħalla fl-għalqa sa tard fil-ħarifa. Il-kontenut totali għoli ta' fenol u ta' flavonojd tal-“Varaždinsko zelje” jirrizulta mill-karatteristiki ġenetiċi tal-prodott, kif ukoll mill-kundizzjonijiet ambjentali u tat-tkabbir. Il-“Varaždinsko zelje” hija prodotta biss miż-żerriegħa tal-varjetà ta' konservazzjoni “Varaždinski kupus” elenkata fir-reġistru tal-varjetajiet tal-UE. It-terminu “varjetà ta' konservazzjoni” jindika li ż-żerriegħa tiġi prodotta biss fiż-żona ġeografika ddefinita u mkien ieħor.

(14)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li tikkonċerna n-natura qarrieqa tal-isem, il-Kummissjoni tqis li l-isem jirreferi għaż-żona tal-produzzjoni tal-prodott. L-isem ma jistax fih innifsu jqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini tal-prodott.

(15)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-isem li jrid jiġi rreġistrat huwa omonimu ma' żewġ varjetajiet ta' kaboċċi rreġistrati u li r-reġistrazzjoni tipperikola l-eżistenza tal-prodott agrikolu li jkun ġej minn dawn il-varjetajiet, li huwa magħruf bħala Varaždinsko zelje, fis-Slovenja, fis-Serbja, fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-F.Y.R.O.M. u fil-Montenegro, il-Kummissjoni tosserva li, għal dak li jirrigwarda l-prodott ikkummerċjalizzat fis-Slovenja, it-terminu “Varaždinsko”, użat bħala attribuzzjoni ta' “zelie” (kaboċċa bis-Sloven), jirrappreżenta biss il-varjetà tal-kaboċċa. L-isem “Varaždinsko zelje”, kif użat fis-Slovenja, jindika li l-prodott jikkonsisti minn kaboċċa tal-varjetà Varaždinsko. Ma nstabet l-ebda evidenza tal-użu tal-isem irrispettivament mill-varjetà tal-kaboċċa. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u billi l-funzjoni tal-indikatur tal-varjetajiet tat-terminu “Varaždinsko” hija predominanti, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhux xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali għall-użu tal-isem Sloven “Varaždinsko zelje” bħala tali.

(16)

Madankollu, l-użu fuq it-tikketti tal-ismijiet tal-varjetajiet Varaždinsko 2 u Varaždinsko 3, irreġistrati fil-Katalogu Komuni ta' Varjetajiet ta' Speċijiet ta' Ħxejjex tal-Unjoni Ewropea, xorta għadu permess għal żrieragħ u għal prodotti tal-kaboċċi prodotti 'l barra miż-żona ġeografika, mingħajr limitu ta' żmien. Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, minkejja r-reġistrazzjoni tal-isem “Varaždinsko zelje” bħala DOP, l-ismijiet Varaždinsko 2 u Varaždinsko 3 jistgħu jintużaw fuq it-tikketti sakemm il-kundizzjonijiet elenkati fuqhom ikunu ssodisfati. B'mod partikolari, għall-prodott tal-kaboċċa, it-tikketta jenħtieġ li turi b'mod ċar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini u ma talludi bl-ebda mod għall-Kroazja. Barra minn hekk, dan se jiggarantixxi informazzjoni korretta għall-konsumaturi meta mqabbel mal-prodott ikkummerċjalizzat bid-DOP irreġistrata.

(17)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jenħtieġ li l-isem “Varaždinsko zelje” jiddaħħal fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(18)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Varaždinsko zelje” (DOP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Meta, f'konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-terminu “Varaždinsko” jintuża fuq it-tikketti b'referenza għall-varjetà tal-prodott tal-kaboċċa, il-pajjiż ta' oriġini għandu wkoll jiġi indikat b'ittri tal-istess daqs tal-isem, fl-istess parti fejn jidher l-isem.

F'każijiet bħal dawn, l-użu fuq it-tikketti ta' kull tip ta' bandiera, emblema, sinjal jew rappreżentazzjoni grafika oħra li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi, b'mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiki, tal-oriġini jew tal-provenjenza tal-prodott, għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 223, 8.7.2015, p. 7.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1901

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Danbo (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(3)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta' Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F'konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, l-applikazzjoni tad-Danimarka għar-reġistrazzjoni tal-isem “Danbo” bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

L-Awstrija, l-Arġentina flimkien ma' Centro de la Industria Lechera — il-Federazzjoni tal-Industrija tal-Ħalib tal-Arġentina, l-Awstralja flimkien ma' Dairy Awstralja, New Zealand flimkien ma' Dairy Companies Association of New Zealand, l-Urugwaj, l-Office of the United States Trade Representative u l-Consortium for Common Food Names tal-Istati Uniti tal-Amerka ssottomettew l-oppożizzjonijiet għar-reġistrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Dawn l-oppożizzjonijiet tqiesu ammissibbli skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, ħlief għal dik tal-Awstrija li ma waslitx sal-iskadenza preskritta.

(4)

L-oppożizzjonijiet jikkonċernaw nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, sostitwit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, b'mod partikolari fir-rigward tal-argument li “Danbo” ma għandux kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn speċifiċi li huma attribwibbli għall-oriġini ġeografika. Jinsistu wkoll li l-isem “Danbo” ma jkunx qed jikkwalifika bħala isem nonġeografiku tradizzjonali u li ma teżisti l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali li tkun tiġġustifika d-denominazzjoni tad-Danimarka kollha bħala żona ġeografika delimitata. L-oppożizzjonijiet isostnu wkoll li l-isem “Danbo” sar isem ġeneriku kif previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, sostitwit bl-Artikoli 6(1) u 41 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. F'dan ir-rigward huma jinnutaw li “Danbo” kien soġġett għall-Istandard Codex Alimentarius sa mill-1966 kif ukoll kien inkluż fl-Anness B tal-Konvenzjoni ta' Stresa tal-1951. In-natura ġenerika tal-isem tintwera mill-fatt li “Danbo” għandu wkoll il-linja tat-tariffa tiegħu stess. L-oppożizzjonijiet komplew jindikaw l-importanza tal-produzzjoni u tal-konsum ta' “Danbo” f'diversi pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE, li wħud minnhom għandhom standard legali speċifiku għalih.

(5)

Permezz tal-ittri tat-18 ta' Settembru 2012, f'konformità mal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibdew il-konsultazzjonijiet li jixirqu.

(6)

Peress li ma ntlaħaq l-ebda qbil fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta deċiżjoni skont il-proċedura li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 52(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(7)

Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta' konformità tal-isem “Danbo” mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, sostitwit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li wieħed jinnota li d-dispożizzjoni rilevanti fis-seħħ ma tiddistingwix pajjiż bħala każ eċċezzjonali għal indikazzjoni ġeografika. Bl-istess mod, l-apprezzament dwar jekk “Danbo” huwiex “isem nonġeografiku tradizzjonali” ma għadux meħtieġ iktar. Ir-reġistrazzjoni ta' “Danbo” bħala IĠP hija attwalment applikata abbażi tar-reputazzjoni tiegħu li hija attribwibbli għall-oriġini ġeografika tiegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u li hija deskritta b'mod estensiv fid-dokument uniku ppubblikat u fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. L-opponenti ma pprovdewx raġunament validu li jisfida dik id-deskrizzjoni.

(8)

L-opponenti ssottomettew diversi biċċiet ta' evidenza li allegatament juru li l-isem inkwistjoni huwa ġeneriku. Madankollu, li jkollu Standard Codex Alimentarius speċifiku kif ukoll l-inklużjoni ta' “Danbo” fl-Anness B tal-Konvenzjoni ta' Stresa ma jfissirx li dan l-isem sar ipso facto ġeneriku. Kif indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza stabbilita tagħha, il-kodiċijiet tat-tariffa huma marbutin ma' kwistjonijiet doganali u għalhekk mhumiex rilevanti għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, id-dejta limitata sottomessa fir-rigward, b'mod partikolari, tal-produzzjoni ta' “Danbo” barra mill-Unjoni Ewropea mhijiex rilevanti meta jitqies il-prinċipju ta' territorjalità inerenti għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, skont liema n-natura ġenerika possibbli ta' isem trid tiġi vvalutata b'rabta mat-territorju tal-UE. Il-perċezzjoni ta' dan it-terminu barra mill-Unjoni Ewropea u l-eżistenza possibbli tal-istandards regolatorji tal-produzzjoni marbutin ma' pajjiżi terzi mhumiex meqjusa rilevanti għad-deċiżjoni preżenti.

(9)

Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza fil-proċedura ta' oppożizzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' tali ġobon minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni Ewropea. B'konsegwenza ta' dan, ma hemmx raġunijiet biex jingħata perjodu tranżizzjonali lil produtturi speċifiċi f'pajjiżi terzi skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(10)

Ir-rabta bejn id-Danimarka u “Danbo” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni. Id-Danimarka kienet issottomettiet għadd kbir ta' pubblikazzjonijiet u referenzi speċjalizzati li juru li teżisti rabta ta' reputazzjoni bejn id-Danimarka u “Danbo”. Ir-reputazzjoni tiegħu hija kkonfermata ulterjorment peress li jipparteċipa f'wirjiet u kompetizzjonijiet nazzjonali kif ukoll internazzjonali u għaliex rebaħ għadd kbir ta' premji.

(11)

Fir-rigward tat-territorju tal-UE, “Danbo” huwa prodott essenzjalment fid-Danimarka u huwa wkoll essenzjalment mqiegħed fis-suq fid-Danimarka.

(12)

Id-Danimarka pprovdiet evidenza mhux kontestata li l-konsum ta' “Danbo” u l-għarfien dwaru huma kkonċentrati fil-parti l-kbira tagħhom fid-Danimarka, u li l-maġġoranza l-kbira tal-konsumaturi Daniżi fil-fatt jirrikonoxxu r-rabta persistenti tiegħu mad-Danimarka. Barra mid-Danimarka, l-għarfien ta' dan il-ġobon huwa estremament limitat. Nuqqas ta' għarfien bħal dan ma jistax iwassal biex “Danbo” jkun ikkunsidrat bħala isem ġeneriku.

(13)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jenħtieġ li l-isem “Danbo” jiddaħħal fir-“reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Politika ta' Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Danbo” (IĠP) huwa reġistrat.

L-isem fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.3. Il-ġobon stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (4).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 29, 2.2.2012, p. 14.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1902

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 biex l-irkantar ta' kwoti jiġi allinjat mad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3d(3) u 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (2) jistipula regoli dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta' rkantar ta' kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE. B'mod partikolari, ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 jistabbilixxi l-volumi ta' kwoti li jridu jiġu rkantati kull sena. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 jiżgura li l-irkantar ta' kwoti jkun proċess li jaħdem sew. Attwalment dan il-proċess jitwettaq minn pjattaforma komuni tal-irkant għal 25 Stat Membru u minn għadd żgħir ta' pjattaformi ta' esklużjoni.

(2)

Skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), trid tiġi stabbilita riżerva tal-istabbiltà tas-suq (“riżerva”) fl-2018 u trid tibda titħaddem mill-1 ta' Jannar 2019. Skont ir-regoli stabbiliti minn qabel ta' din id-Deċiżjoni, il-volumi tal-kwoti jridu jitqiegħdu fir-riżerva jew jiġu rilaxxati minnha, filwaqt li jiġu aġġustati l-volumi ta' kwoti li jridu jiġu rkantati fuq perjodu ta' 12-il xahar li jibda fl-1 ta' Settembru ta' sena partikolari. Dawk ir-regoli għall-funzjonament tar-riżerva huma meħtieġa biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li fihom l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni għas-sena ta' qabel, ippubblikat mill-Kummissjoni fil-15 ta' Mejju tas-sena partikolari, ikun barra mill-firxa stabbilita minn qabel. Fl-ewwel sena tat-tħaddim tar-riżerva, l-ewwel aġġustament fil-volumi tal-irkant irid isir mill-1 ta' Jannar sal-1 ta' Settembru 2019.

(3)

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tistipula wkoll li 900 miljun kwota li oriġinarjament kienu ppjanati li jiġu introdotti mill-ġdid fl-2019 u fl-2020, kif stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2014 (4), ma jridux jiġu rkantati iktar iżda jridu jitqiegħdu fir-riżerva. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tistipula li l-kwoti mhux allokati mir-riżerva ta' dawk li jidħlu ġodda, jew dawk li mhumiex allokati għal installazzjonijiet minħabba l-għeluq jew il-waqfien parzjali tagħhom skont l-Artikoli 10a(7), 10a(19) u 10a(20) tad-Direttiva 2003/87/KE, iridu jitqiegħdu fir-riżerva fl-2020 iktar milli jiġu rkantati.

(4)

Skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, il-kalendarji tal-irkantijiet tal-pjattaforma komuni tal-irkant u, meta jkun applikabbli, il-pjattaformi tal-irkant ta' esklużjoni jridu jiġu aġġustati biex jinżamm amment tal-volum ta' kwoti li jitqiegħdu fir-riżerva jew li jridu jiġu rilaxxati minnha.

(5)

Bil-ħsieb li l-parteċipanti fis-suq ikollhom ċarezza u ċertezza dwar il-volumi ta' kwoti li jridu jiġu rkantati fi żmien perjodu ta' minn tal-inqas 12-il xahar, jenħtieġ li l-bidliet fil-kalendarju tal-irkantijiet ta' sena partikolari, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, isiru flimkien mal-istabbiliment u mal-pubblikazzjoni tal-kalendarju tal-irkantijiet tas-sena ta' wara. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-aġġustamenti fil-volumi tal-irkantijiet timxi ħarir, filwaqt li jiġu evitati impatti negattivi fuq l-irkantijiet, jenħtieġ li l-parteċipanti fis-suq jiġu infurmati fil-ħin dwar l-impatt tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fuq il-volumi tal-irkantijiet għat-12-il xahar li jmiss. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-bidliet rilevanti fil-kalendarji tal-irkantijiet ta' sena partikolari u fil-kalendarji tal-irkantijiet għas-sena ta' wara jiġu ppubblikati bil-quddiem, ferm qabel l-1 ta' Settembru ta' sena partikolari meta jibdew japplikaw l-aġġustamenti rilevanti fil-volumi tal-irkantijiet.

(6)

L-Artikoli 1(5) u 1(8) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fihom derogi mir-regoli ġenerali għall-funzjonament tar-riżerva fir-rigward tal-10 % tal-kwantità totali ta' kwoti li jridu jiġu rkantati u li jiġu distribwiti fost xi Stati Membri għal skopijiet ta' solidarjetà skont l-Artikolu 10(2)(b) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, is-sehem ta' kwoti tal-Istati Membri li jridu jiġu rkantati għal kwalunkwe sena partikolari jridu jiġu stabbiliti wkoll skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 1(5) u tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tar-regoli speċifiċi biex jiġi stabbilit is-sehem tal-Istati Membri fit-tqegħid ta' kwoti fir-riżerva sa tmiem l-2025 u r-rilaxx sussegwenti ta' kwoti mir-riżerva.

(7)

L-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 jistipula lista mhux eżawrjenti ta' informazzjoni mhux kunfidenzjali li trid tiġi ppubblikata fuq is-sit web dedikat aġġornat tal-irkantar u li hi miżmuma fil-pjattaforma tal-irkant kkonċernata. Jenħtieġ li l-lista ta' persuni li jitħallew iwettqu l-offerti fl-irkantijiet titqies bħala biċċa informazzjoni mhux kunfidenzjali li hi rilevanti għall-irkantijiet fuq pjattaforma tal-irkant partikolari.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 fih diversi inkonsistenzi li jirriżultaw minn emendi preċedenti għal dak ir-Regolament, u jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Artikolu 10(3) jiġi emendat biex jiġi ċċarat li l-kalkolu tal-volum tal-kwoti li jridu jiġu rkantati kull sena jqis kull aġġustament skont l-Artikoli 24 u 27 tad-Direttiva 2003/87/KE. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2013 (5) introduċa fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 r-regola li entità tista' tiġi maħtura biss bħala pjattaforma tal-irkant jekk tkun awtorizzata bħala suq regolat li fih l-operatur tiegħu jorganizza suq sekondarju tal-kwoti jew tad-derivattivi tal-kwoti. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik ir-regola, jeħtieġ li jiġu emendati l-Artikoli 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

(9)

Skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, fit-18 ta' Frar 2011 ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li ma jipparteċipax fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) ta' dak ir-Regolament, u li se jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess.

(10)

Fit-30 ta' April 2012, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni li jaħtar lill-ICE Futures Europe (“ICE”) bħala pjattaforma tal-irkant kif jissemma fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. It-termini tal-ħatra u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-ICE bħala pjattaforma tal-irkant għar-Renju Unit għall-perjodu mill-10 ta' Novembru 2012 sad-9 ta' Novembru 2017 iddaħħlu fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2012 (6).

(11)

Fis-16 ta' Novembru 2016, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni li jaħtar lill-ICE Futures Europe (“ICE”) bħala t-tieni pjattaforma tal-irkant tiegħu skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. B'din in-notifika, it-termini u r-rekwiżiti tal-ħatra tal-ICE jibqgħu l-istess bħal dawk li ġew innotifikati fit-30 ta' April 2012 u r-regoli ta' skambju tal-ICE li huma applikabbli għall-irkantijiet ġew emendati sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet u mal-obbligi għall-elenkar tagħha fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, skont il-punt 6 tar-ringiela dwar l-obbligi tat-tabella għall-pjattaformi tal-irkant maħtura mir-Renju Unit, stabbiliti f'dak l-Anness. Barra minn hekk, wara talba mill-Kummissjoni, ir-Renju Unit ipprovda iktar informazzjoni u kjarifika li jissupplimentaw in-notifika skont dan.

(12)

Sabiex jiġi żgurat li l-ħatra proposta tal-ICE bħala t-tieni pjattaforma tal-irkant tar-Renju Unit imsemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, u b'mod partikolari li r-regoli ta' skambju tal-ICE jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament u li jikkonformaw mat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, jixraq li l-kundizzjonijiet u l-obbligi tal-ICE, stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, jiġu estiżi għall-elenkar tal-ICE bħala t-tieni pjattaforma tal-irkant ta' esklużjoni tar-Renju Unit bl-adattamenti meħtieġa biex jiġi żgurat li l-għan tagħhom jintlaħaq filwaqt li jitqiesu t-termini speċifiċi ta' implimentazzjoni stipulati fir-regoli applikabbli ta' skambju tal-ICE.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel u t-tieni sottoparagrafi jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat fl-2013 u fl-2014 għandu jkun il-kwantità ta' kwoti stabbilita skont l-Artikoli 9 u 9a ta' dik id-Direttiva għas-sena kalendarja kkonċernata, wara li titnaqqas l-allokazzjoni mingħajr ħlas prevista fl-Artikoli 10a(7) u 11(2) ta' dik id-Direttiva, u wara li jitnaqqas nofs il-volum totali ta' kwalunkwe kwota rkantata fl-2012.

Il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat kull sena kalendarja mill-2015 sal-2018 għandu jkun il-kwantità ta' kwoti stabbilita skont l-Artikoli 9 u 9a ta' dik id-Direttiva għas-sena kalendarja kkonċernata, wara li titnaqqas l-allokazzjoni mingħajr ħlas prevista fl-Artikoli 10a(7) u 11(2) ta' dik id-Direttiva.”;

(ii)

il-ħames sottoparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat mill-2019 'il quddiem għandu jkun il-kwantità ta' kwoti stabbilita skont l-Artikoli 10(1) u 10(1a) ta' dik id-Direttiva.”;

(iii)

id-disa' sottoparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat fl-aħħar sena ta' kull perjodu ta' negozjar għandu jqis kwalunkwe waqfien li jkun hemm fl-operazzjonijiet ta' installazzjoni skont l-Artikolu 10a(19) ta' dik id-Direttiva, ta' kwalunkwe adattament fil-livell ta' allokazzjoni mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10a(20) ta' dik id-Direttiva u tal-kwoti li jifdal fir-riżerva għall-parteċipanti ġodda kif previst fl-Artikolu 10a(7) ta' dik id-Direttiva.;

(*1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).”;"

(b)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat kull sena kalendarja mill-2013 'il quddiem għandu jkun ibbażat fuq l-Anness I u fuq l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10(1) ta' dik id-Direttiva, tal-ammont stmat ta' kwoti li jridu jiġu rkantati, jew fuq l-iżjed emenda reċenti tal-istima oriġinali tal-Kummissjoni kif ippubblikata sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' qabel, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 meta jkun rilevanti, u sa fejn dan ikun possibbli, kwalunkwe allokazzjonijiet tranżizzjonali mingħajr ħlas li jitnaqqsu jew li jridu jitnaqqsu mill-kwantità ta' kwoti li Stat Membru partikolari kieku jirkanta skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE kif previst fl-Artikolu 10c(2) ta' dik id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe aġġustament skont l-Artikoli 24 u 27 ta' dik id-Direttiva.

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, kwalunkwe bidla sussegwenti fil-volum ta' kwoti li jrid jiġi rkantat f'sena kalendarja partikolari għandha titqies fil-volum ta' kwoti li jrid jiġi rkantat fis-sena kalendarja ta' wara.”;

(c)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE, għal kwalunkwe sena kalendarja partikolari kull sehem ta' kwoti ta' Stat Membru li jrid jiġi rkantat u li huwa kopert bil-Kapitolu III ta' dik id-Direttiva għandu jkun is-sehem stabbilit skont l-Artikolu 10(2) tal-istess Direttiva, filwaqt li titqies kull allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas li tkun saret minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE f'dik is-sena kalendarja, kull kwota li trid tiġi rkantata minn dak l-Istat Membru fl-istess sena kalendarja skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva, kif ukoll kull kwota li trid titqiegħed fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq jew li trid tiġi rilaxxata minnha skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.”;

(2)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw il-perjodi għall-offerti, il-volumi individwali, id-dati tal-irkantijiet, kif ukoll il-prodott irkantat, id-dati tal-ħlas u tal-kunsinna tal-kwoti koperti bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jridu jiġu rkantati f'irkantijiet individwali kull sena kalendarja, sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' qabel, jew malajr kemm jista' jkun minn dakinhar 'il quddiem, ladarba qabel ikunu kkonsultaw lill-Kummissjoni u kisbu l-opinjoni tagħha dwar dan. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom iqisu għalkollox l-opinjoni tal-Kummissjoni.”;

(3)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (k) jinbidel b'dan li ġej:

“(k)

il-ħtieġa li pjattaforma tal-irkant tevita li twettaq irkant li jikser dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2003/87/KE;”;

(b)

jiżdied il-punt (l) li ġej:

“(l)

l-aġġustamenti meħtieġa skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 li għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati sal-15 ta' Lulju tas-sena partikolari, jew malajr kemm jista' jkun minn dakinhar 'il quddiem.”;

(4)

l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-membri jew il-parteċipanti tas-suq sekondarju organizzat minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) li jkunu persuni eliġibbli skont l-Artikolu 18(1) jew (2), għandhom jitħallew iwettqu l-offerti direttament fl-irkantijiet imwettqa minn dik il-pjattaforma tal-irkant mingħajr ebda rekwiżit ieħor ta' ammissjoni, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti għall-ammissjoni tal-membru jew tal-parteċipant fin-negozjar tal-kwoti permezz tas-suq sekondarju organizzat mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) ma jkunux inqas stretti minn dawk elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b)

il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) tirċievi kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tivverifika l-issodisfar ta' kull rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li ma jkunx ġie vverifikat qabel.”;

(b)

fil-paragrafu 2, jitħassar it-tieni sottoparagrafu;

(5)

fl-Artikolu 20(1), it-tieni sottoparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-membri jew il-parteċipanti fis-suq sekondarju organizzat mill-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1) għandhom jitħallew iwettqu l-offerti mingħajr ma japplikaw skont l-ewwel sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu.”;

(6)

fl-Artikolu 30(6), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

ir-regoli operattivi dettaljati li jirregolaw il-proċess tal-irkant li jrid jitwettaq mill-pjattaforma/i tal-irkant li jipproponi li jaħtar, inkluż id-dispożizzjonijiet kuntrattwali dwar il-ħatra tal-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata inkluż kwalunkwe sistema/i tal-ikklirjar u kwalunkwe sistema/i tas-saldu konnessi mal-pjattaforma tal-irkant proposta li tistipula t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-istruttura u l-livell tat-tariffi, il-ġestjoni tal-kollateral, il-ħlas u l-kunsinna;”;

(7)

l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-volum tal-kwoti koperti bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE rkantati fi rkantijiet individwali mwettqa minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun ikbar minn 20 miljun kwota u mhux inqas minn 3,5 miljun kwota; għajr meta l-volum totali ta' kwoti, koperti bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE, li jrid jiġi rkantat mill-Istat Membru li qed jaħtar ikun inqas minn 3,5 miljun f'sena kalendarja partikolari, u f'dan il-każ il-kwoti għandhom jiġu rkantati fi rkant wieħed kull sena kalendarja. Madankollu, il-volum ta' kwoti koperti bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE rkantati fi rkant individwali mwettaq minn dawk il-pjattaformi tal-irkant ma għandux ikun inqas minn 1,5 miljun kwota fil-perjodi rispettivi ta' 12-il xahar meta għadd ta' kwoti jrid jitnaqqas mill-volum ta' kwoti li jridu jiġu rkantati skont l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.”

(b)

fil-paragrafu 4, l-ewwel sottoparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw il-perjodi għall-offerti, il-volumi individwali, id-dati tal-irkantijiet, kif ukoll il-prodott irkantat, id-dati tal-ħlas u tal-kunsinna tal-kwoti li jridu jiġu rkantati fi rkantijiet individwali kull sena, koperti bil-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE, sal-31 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel jew malajr kemm jista' jkun minn dakinhar 'il quddiem, u għal dawk koperti bil-Kapitolu III ta' dik id-Direttiva, sal-15 ta' Lulju tas-sena ta' qabel jew malajr kemm jista' jkun minn dakinhar 'il quddiem. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom jagħmlu l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni tagħhom biss wara l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni skont l-Artikoli 11(1) u 13(1) ta' dan ir-Regolament mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament, sakemm tali pjattaforma tal-irkant ma tkunx għadha ġiet maħtura. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom jagħmlu l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni tagħhom biss wara li jkunu kkonsultaw lill-Kummissjoni u kisbu l-opinjoni tagħha dwarhom. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom iqisu għalkollox l-opinjoni tal-Kummissjoni.”

(8)

fl-Artikolu 35, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-irkantijiet għandhom jitwettqu biss fi pjattaforma tal-irkant awtorizzata bħala suq regolat li fih l-operatur tiegħu jorganizza suq sekondarju tal-kwoti jew tad-derivattivi tal-kwoti.”;

(9)

fl-Artikolu 60(1), l-ewwel sottoparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Kull leġiżlazzjoni, gwida, struzzjoni, formola, dokument u tħabbira, inkluż il-kalendarju tal-irkantijiet, kull informazzjoni oħra mhux konfidenzjali rilevanti għall-irkantijiet fi pjattaforma tal-irkant partikolari, inkluż il-lista ta' persuni li jitħallew iwettqu l-offerti fl-irkantijiet, kull deċiżjoni, inkluż kull deċiżjoni skont l-Artikolu 57, li timponi daqs massimu tal-offerta u kull miżura korrettiva oħra li tkun meħtieġa biex tnaqqas ir-riskju reali jew potenzjali li jkun hemm ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, attività kriminali jew abbuż tas-suq fuq dik il-pjattaforma tal-irkant, għandhom jiġu ppubblikati f'sit web tal-irkantar aġġornat u dedikat għalhekk li jinżamm fil-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata.”;

(10)

L-Anness III huwa emendat b'konformità mal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(11)

L-Anness IV jinbidel bit-test tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta' Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta' rkantar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2014 tal-25 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010, b'mod partikolari, sabiex jiġu stabbiliti l-volumi ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati fl-2013-20 (ĠU L 56, 26.2.2014, p. 11).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2013 tat-13 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta' rkantar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità b'mod partikolari biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li għandha tiġi maħtura mill-Ġermanja (ĠU L 303, 14.11.2013, p. 10).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2012 tas-7 ta' Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għall-elenkar ta' pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 19).


ANNESS I

Fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, qed tiżdied il-Parti 4 li ġejja:

“Pjattaformi tal-irkant maħtura mir-Renju Unit

4

Pjattaforma tal-irkant

ICE Futures Europe (ICE)

 

Bażi ġuridika

L-Artikolu 30(1)

 

Tul ta' żmien tal-ħatra

Mhux qabel l-10 ta' Novembru 2017 u mhux iktar tard mid-9 ta' Novembru 2022, mingħajr preġudizzju għat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 30(5).

 

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet tal-kundizzjoni u tal-obbligi li japplikaw għall-ICE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)   ‘regoli ta' skambju tal-ICE’— tfisser ir-Regolamenti tal-ICE, inkluż b'mod partikolari r-regoli u l-proċeduri tal-kuntratti marbuta mal-ICE FUTURES EUA AUCTION CONTRACT u l-ICE FUTURES EUAA AUCTION CONTRACT;

(b)   ‘membru ta' skambju’— tfisser membru kif definit fit-Taqsima A.1 tar-regoli ta' skambju tal-ICE;

(c)   ‘klijent’— tfisser klijent ta' membru ta' skambju, kif ukoll klijenti tal-klijenti tagħhom 'l isfel fil-katina, li jiffaċilitaw l-ammissjoni ta' persuni biex iwettqu l-offerti u jaġixxu f'isem l-offerenti.

 

Kundizzjonijiet

L-ammissjoni fl-irkantijiet ma għandhiex tiddependi fuq li wieħed isir membru ta' skambju jew parteċipant tas-suq sekondarju organizzat mill-ICE jew ta' kwalunkwe post ta' negozjar ieħor imħaddem mill-ICE jew minn kwalunkwe parti terza.

 

Obbligi

1.

L-ICE għandha tirrikjedi li kull deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-membri ta' skambju tal-ICE jew mill-klijenti tagħhom fir-rigward tal-għoti tal-ammissjoni biex iwettqu l-offerti fl-irkantijiet, filwaqt li din l-ammissjoni tiġi rrevokata jew sospiża, kemm jekk id-deċiżjoni ttieħdet fir-rigward ta' ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkant biss jew inkella ta' ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet u wkoll biex issir membru jew parteċipant tas-suq sekondarju, tiġi kkomunikata lill-ICE mill-membri tal-iskambju jew mill-klijenti tagħhom filwaqt li jieħdu dawn id-deċiżjonijiet kif ġej:

(a)

fil-każ ta' deċiżjonijiet li jiċħdu l-għoti tal-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti u ta' deċiżjonijiet li jirrevokaw jew jissospendu l-aċċess għall-irkantijiet, fuq bażi individwali mingħajr dewmien;

(b)

fil-każ ta' deċiżjonijiet oħra, fuq talba.

L-ICE għandha tiżgura li kull deċiżjoni bħal din tkun tista' tiġi soġġetta għal eżaminazzjoni mill-ICE fir-rigward tal-konformità tagħha mal-obbligi eżistenti fil-konfront tal-pjattaforma tal-irkant skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010, u li l-membri tal-iskambju tal-ICE jew il-klijenti tagħhom jirrispettaw ir-riżultati ta' kull eżaminazzjoni ta' din ix-xorta mill-ICE. Dan jista' jinkludi rikors għal kwalunkwe regola tal-iskambju applikabbli tal-ICE, inklużi proċeduri dixxiplinarji, jew kull azzjoni oħra kif ikun xieraq biex tiffaċilita l-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet, iżda mhux limitat għal dawn ir-regoli jew miżuri biss.

2.

L-ICE għandha tfassal lista komprensiva u aġġornata tal-membri tal-iskambju jew tal-klijenti tagħhom li huma eliġibbli u żżommha fuq il-paġna web tagħha, sabiex tiffaċilita l-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet tar-Renju Unit fuq l-ICE, u din il-lista għandha tinkludi l-fornituri tal-aċċess għall-irkantijiet biss kif stabbilit fir-regoli tal-iskambju tal-ICE, kif ukoll il-membri tal-iskambju jew il-klijenti tagħhom li jipprovdu l-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet lil persuni li jistgħu jkunu wkoll membri jew parteċipanti tas-suq sekondarju.

Barra minn hekk, l-ICE għandha tfassal gwida prattika u li tinftiehem faċilment li tinforma lill-SMEs u lill-emittenti ż-żgħar dwar il-passi li hemm bżonn jieħdu biex ikollhom aċċess għall-irkantijiet permezz ta' dawn il-membri tal-iskambju jew tal-klijenti tagħhom u għandha żżommha fuq il-paġna web tagħha.

3.

It-tariffi u l-kundizzjonijiet kollha applikati mill-ICE u s-sistema ta' approvazzjoni tagħha għall-persuni li jitħallew iwettqu l-offerti jew għall-offerenti għandhom ikunu ddikjarati b'mod ċar, ikunu jinftiehmu faċilment u jkunu disponibbli pubblikament fuq il-paġna web tal-ICE, li għandha tinżamm aġġornata.

L-ICE għandha tistipula li meta jiġu applikati miżati u kundizzjonijiet addizzjonali minn membru tal-iskambju jew minn klijent tiegħu, għall-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti, dawn it-tariffi u l-kundizzjonijiet għandhom ukoll jiġu ddikjarati b'mod ċar, ikunu jinftiehmu faċilment u jkunu disponibbli pubblikament fuq il-paġni web ta' dawk li joffru s-servizzi b'referenzi diretti għal dawk il-paġni web li jkunu disponibbli fuq il-paġna web tal-ICE, filwaqt li ssir distinzjoni bejn it-tariffi u l-kundizzjonijiet li qed jiġu applikati għall-persuni li jitħallew iwettqu l-offerti fl-irkantijiet biss, jekk dawn ikunu disponibbli, u t-tariffi u l-kundizzjonijiet applikati għall-persuni li jitħallew iwettqu l-offerti fl-irkantijiet u li jkunu wkoll membri jew parteċipanti tas-suq sekondarju.

4.

Mingħajr preġudizzju għal rimedji ġuridiċi oħra, l-ICE għandha tistipula d-disponibbiltà tal-Proċeduri ta' Riżoluzzjoni tal-Ilmenti tal-ICE għal ilmenti li jistgħu jirriżultaw b'rabta ma' deċiżjonijiet dwar l-għoti tal-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet, iċ-ċaħda tal-għoti tal-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet, u r-revoka jew is-sospensjoni tal-ammissjonijiet biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet li diġà jkunu ngħataw, kif hemm speċifikat iktar fil-punt 1, li jkunu ttieħdu mill-membri ta' skambju tal-ICE jew mill-klijenti tagħhom, u dawn l-ilmenti kollha għandhom jitqiesu bħala lmenti eliġibbli għall-iskopijiet tal-Proċeduri ta' Riżoluzzjoni tal-Ilmenti tal-ICE.

5.

Fi żmien sitt xhur wara l-bidu tal-irkantijiet, l-ICE għandha tirrapporta lis-sorveljatur tal-irkantijiet dwar il-kopertura li nkisbet bil-mudell ta' kooperazzjoni tagħha mal-membri ta' skambju u mal-klijenti tagħhom, inkluż il-livell li nkiseb ta' kopertura ġeografika. L-ICE għandha tqis għalkollox kwalunkwe rakkomandazzjoni tas-sorveljatur tal-irkantijiet f'dan ir-rigward sabiex tiżgura li l-obbligi tagħha jkunu ġew issodisfati skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

6.

L-ICE għandha tiżgura konformità sħiħa mal-kundizzjoni u mal-obbligi għall-elenkar tagħha li huma stabbiliti f'dan l-Anness.

7.

Ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sostantiva fl-arranġamenti kuntrattwali mal-ICE li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni.”


ANNESS II

ANNESS IV

Aġġustamenti għall-volumi tal-kwoti (f'miljuni) li jridu jiġu rkantati mill-2013 sal-2020, imsemmija fl-Artikolu 10(2)

Sena

Volum ta' tnaqqis

2013

 

2014

400

2015

300

2016

200

2017

 

2018

 

2019

 

2020

 


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1903

tat-18 ta' Ottubru 2017

li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjonijiet rispettivi tagħha tas-6 ta' Diċembru 2016 (2) u tal-24 ta' Jannar 2017 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet (4) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus rhamnosus DSM 29226, Pediococcus parvulus DSM 28875 u Lactobacillus casei DSM 28872 ma għandhomx effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet ikkonċernati għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-għalf insilat magħmul minn foraġġ li huwa faċli u moderatament diffiċli li jinħażen fis-silos billi jnaqqas it-telf tal-materja xotta u jtejjeb il-preżervazzjoni tan-nutrijenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf, f'għalf ippreżentat mil-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dawk il-preparazzjonijiet jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li huma parti mill-kategorija tal-addittivi, “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi li jitħalltu mal-foraġġ”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2017; 15(1):4673.

(3)  EFSA Journal 2017; 15(3):4702.

(4)  EFSA Journal 2017; 15(3):4703.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta' materjal frisk

Addittivi teknoloġiċi: addittivi tal-foraġġ insilat

1k21014

Pediococcus parvulus

DSM 28875

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Pediococcus parvulus

DSM 28875 li fiha ammont minimu ta' 1 × 1011 CFU/g addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta' Pediococcus parvulus

DSM 28875.

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix: EN 15786:2009.

Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra użati bħala addittivi tal-foraġġ insilat: 5 × 107 CFU/kg ta' materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli u b'mod moderatament diffiċli (2).

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż protezzjoni għan-nifs.

It-8 ta' Novembru 2027

1k20755

Lactobacillus casei

DSM 28872

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Lactobacillus casei

DSM 28872 li fiha minimu ta' 1 × 1011 CFU/g addittiv.

Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus casei

DSM 28872

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq agar MSR (EN 15787).

Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-foraġġ insilat: 5 × 107 CFU/kg ta' materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli u b'mod moderatament diffiċli (2).

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż protezzjoni għan-nifs.

It-8 ta' Novembru 2027

1k20756

Lactobacillus rhamnosus

DSM 29226

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta' Lactobacillus rhamnosus

DSM 29226 li fiha ammont minimu ta' 1 × 1010 CFU/g addittiv.

Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva.

Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus rhamnosus

DSM 29226

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq agar MSR (EN 15787).

Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-foraġġ insilat: 5 × 107 CFU/kg ta' materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli u b'mod moderatament diffiċli (2).

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż protezzjoni għan-nifs.

It-8 ta' Novembru 2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Foraġġ faċli biex jinħażen fis-silo: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Foraġġ moderatament diffiċli biex jinħażen f'silo: 1,5-3,0 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1904

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u tat-tiġieġ imkabbra għall-bajd (detentur ta' awtorizzazzjoni Huvepharma NV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus licheniformis DSM 28710. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u tat-tiġieġ imkabbra għall-bajd, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta' Ottubru 2016 (2) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' Bacillus licheniformis DSM 28710 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li għandha l-potenzjal li ttejjeb il-proporzjon għalf/piż fit-tiġieġ għas-simna u li din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta' xi rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus licheniformis DSM 28710 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Annessi ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2016;14(11):4615.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1828

Huvepharma NV

Bacillus licheniformis DSM 28710

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Bacillus licheniformis DSM 28710

li fiha minimu ta' 3,2 × 109 CFU/g ta' addittiv.

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta' Bacillus licheniformis DSM 28710

Metodu analitiku  (1)

Għall-enumerazzjoni ta' Bacillus licheniformis DSM 28710 fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:

Metodu tat-tifrix EN 15784

Għall-identifikazzjoni ta' Bacillus licheniformis DSM 28710: Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ għas-simna

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

1,6 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

L-użu huwa permess f'għalf li jkun fih il-koċċidjostati awtorizzati li ġejjin: dekokinat, diklażuril, alofuġinon, nikarbażin, kloridrat tar-robenidina, lażaloċid sodju A, maduramiċina tal-ammonju, sodju tal-monensina, narasin jew sodju tas-salinomiċina.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kważi għalkollox permezz ta' proċeduri u ta' miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, li jinkludi protezzjoni tal-ġilda u tal-għajnejn.

It-8 ta' Novembru 2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1905

tat-18 ta' Ottubru 2017

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079. Mal-applikazzjoni nhemżu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2016 (2) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew fuq l-ambjent, u meta tintuża fl-għalf tat-tjur, din hi effikaċja biex tnaqqas il-kontaminazzjoni tal-karkassi bis-Salmonella spp. L-Awtorità ma jidhrilhiex li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-introduzzjoni fis-suq. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ppreżenta l-Laboratorju ta' Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' dik il-preparazzjoni jenħtieġ jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2017;15(1):4674.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħrajn (inqas kontaminazzjoni tas-Salmonella fil-karkassi għax jonqos il-feċi)

4d1703

Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 li fih minimu ta':

2 × 1010 CFU/g ta' addittiv (b'għamla mhux miksija)

1 × 1010 CFU/g ta' addittiv (b'għamla miksija)

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079

Il-metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: il-metodu tat-treffigħ bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN15789:2009)

Identifikazzjoni: il-metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR).

Tiġieġ tas-simna

Speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-użu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jixxejnu jew jitnaqqsu għal minimu b'dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir tal-protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

It-8 ta' Novembru 2027


(1)  Dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu f'dan l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1906

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135). Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Dak il-preparat kien diġà awtorizzat bħala addittiv tal-għalf għal għaxar snin bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1043 (2) għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin, għat-tiġieġ li jbidu, speċijiet minuri tat-tjur għas-simna u l-bajd, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna.

(5)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-25 ta' Jannar 2017 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135) ma għandux effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala effikaċi għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta' preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dak il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1043 tat-30 ta' Ġunju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) li jsir mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD 135) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd u għat-tismin, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 828/2007 u (KE) Nru 322/2009 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 167, 1.7.2015, p. 63).

(3)  EFSA Journal 2017;15(2):4708.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta' annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a1617

Huvepharma NV

Endo-1,4-beta-ksilanażi

KE 3.2.1.8

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Il-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135) b'attività minima ta' 6 000 EPU (1)/g

(forma likwida u solida)

Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva.

endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135)

Metodu analitiku  (2)

Għall-karatterizzazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi:

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kolorant li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta' endo-1,4-β-ksilanażi minn substrati ta' qamħ tal-arabinoksilan retikolat bl-azzurina;

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

Speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd

1 500 EPU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inklużi l-protezzjonijiet tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

It-8 ta' Novembru 2027


(1)  EPU wieħed huwa l-ammont ta' enzima li tillibera 0,0083 μmol ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti ta' ksilożju) minn ksilan tal-ħafur fil-minuta b'pH ta' 4,7 u 50 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1907

tat-18 ta' Ottubru 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar u għan-nagħaġ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' żewġ varjanti ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u ta' Lactobacillus buchneri (KKP/907/p). Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar u għan-nagħaġ li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-4 ta' Diċembru 2013 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni ta' għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf insilat”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2014; 12(1):3529.


ANNESS

Nru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta' materjal frisk

Addittivi teknoloġiċi: addittivi tas-silaġġ

1k20754

Lactobacillus plantarum KKP/593/p

Lactobacillus plantarum KKP/788/p

Lactobacillus buchneri KKP/907/p

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum KKP/593/p, Lactobacillus plantarum KKP/788/p u Lactobacillus buchneri KKP/907/p b'addittiv minimu ta' 1 × 109 CFU/g, bi proporzjon ta' 4:4:1 (Lactobacillus plantarum KKP/593/p: Lactobacillus plantarum KKP/788/p: Lactobacillus buchneri KKP/907/p)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vjabbli ta' Lactobacillus plantarum KKP/593/p, Lactobacillus plantarum KKP/788/p u Lactobacillus buchneri KKP/907p.

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf: metodu tat-tifrix fuq MSR agar (EN 15787).

Identifikazzjoni tal-addittiv fl-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Baqar

Nagħaġ

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi fis-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta' materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'apparat ta' protezzjoni personali, inkluża l-protezzjoni tan-nifs.

It-8 ta' Novembru 2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


DEĊIŻJONIJIET

19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1908

tat-12 ta' Ottubru 2017

dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005, id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen minbarra dawk elenkati fl-Anness II għal dak l-Att, li għalihom il-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu fil-mument tal-adeżjoni, għandhom japplikaw fil-Bulgarija u Rumanija bis-saħħa ta' deċiżjoni tal-Kunsill għal dak l-effett wara verifika li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis ta' Schengen ikunu ġew issodisfati.

(2)

Fid-9 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill ikkonkluda, skont il-proċeduri ta' evalwazzjoni ta' Schengen applikabbli, li l-kondizzjonijiet fl-oqsma kollha tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw il-Fruntieri tal-Ajru, il-Fruntieri tal-Art, il-Kooperazzjoni tal-Pulizija, il-Protezzjoni tad-Data, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, il-Fruntieri tal-Baħar u l-Viżi kienu ġew issodisfati mill-Bulgarija u r-Rumanija.

(3)

Ġie introdott reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Dak ir-reġim huwa bbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti, b'mod partikolari l-viżi ta' Schengen, bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-transitu minn fuq it-territorji tagħhom jew permanenzi intiżi f'dawk it-territorji, li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

(4)

Huwa xieraq li, sa mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija jkollhom aċċess biex ikunu jistgħu jikkonsultaw, fil-modalità ta' qari biss, id-data tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) mingħajr id-dritt li jdaħħlu, jemendaw jew iħassru d-data fil-VIS. Dan isir biex tiġi ffaċilitata l-proċedura ta' applikazzjoni għall-viża nazzjonali tagħhom għall-prevenzjoni tal-frodi u kwalunkwe abbuż ta' viżi ta' Schengen billi jiġu vverifikati l-validità u l-awtentiċità tagħhom abbażi tad-data maħżuna fil-VIS, biex jiġu ffaċilitati — fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom viża ta' Schengen –kontrolli f'punti ta' qsim tal-fruntieri fil-fruntieri esterni u fit-territorju tal-Istati Membri, biex tiġi ffaċilitata d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, biex jiġi ffaċilitat l-eżami ta' tali applikazzjonijiet, u biex jiżdied il-livell tas-sigurtà interna fit-territorju tal-Istati Membri billi tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. L-aċċess għall-konsultazzjoni u l-użu tad-data tal-VIS għandu jgħin ukoll fl-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna li jista' jkun ma tissodisfax, jew m'għadhiex tissodisfa, l-kondizzjonijiet għad-dħul, jew għall-permanenza, fit-territorju tal-Istati Membri kkonċernati.

(5)

Għaldaqstant, huwa tajjeb li tiġi adottata deċiżjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-VIS kif imsemmi fl-Anness, kif ukoll l-iżviluppi sussegwenti kollha ta' dawk id-dispożizzjonijiet. L-applikazzjoni ta' tali dispożizzjonijiet għandha tkun limitata għal dawk li jirrigwardaw l-aċċess għall-konsultazzjoni ta' data tal-VIS f'format ta' qari biss. Għalhekk, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiġu awtorizzati li jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għall-konsultazzjoni u skont il-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifikati fid-dispożizzjonijiet applikati. L-Anness għandu jkun fih l-acquis rilevanti relatat mal-aċċess għall-konsultazzjoni ta' data tal-VIS. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (4) u id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/648/KE (5) diġà japplikaw għall-Bulgarija u r-Rumanija. Għaldaqstant, dawn mhumiex inklużi fl-Anness.

(6)

Ikun tajjeb ukoll li tiġi ffissata data li minnha għandhom jibdew japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw il-VIS, kif stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija. Dan għandu jsir hekk kif il-Bulgarija u r-Rumanija jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-ittestjar komprensiv relatat kollu li għandu jsir minn eu-LISA jkun tlesta b'mod pożittiv.

(7)

It-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-Istati Membri kkonċernati u l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fl-acquis ta' Schengen relatat mal-politika komuni dwar il-viżi għandhom jkunu soġġetti għal deċiżjoni separata tal-Kunsill adottata b'unanimità skont l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005. Sal-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni, li ser tagħti effett lid-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tal-viżi għal soġġorn qasir minbarra dawk elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, u li jinkludu b'mod partikolari l-Kodiċi dwar il-Viżi (7) u d-dispożizzjonijiet adottati għall-fini tal-implimentazzjoni tiegħu, il-Bulgarija u r-Rumanija ma jistgħux joħorġu viżi ta' Schengen u għandhom ikomplu joħorġu viżi għal soġġorn qasir taħt il-liġi nazzjonali tagħhom. Sad-data ffissata f'dik id-Deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet dwar l-użu tal-VIS li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-dritt li tiġi introdotta data rilevanti, għandhom jinżammu.

(8)

Madankollu, ikun tajjeb li matul dak il-perijodu ta' transizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-viża tal-Bulgarija u r-Rumanija jingħataw aċċess għall-konsultazzjoni tad-data tal-VIS f'format ta' qari biss għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal viżi għal soġġorn qasir maħruġa minnhom taħt il-liġi nazzjonali tagħhom u d-deċiżjonijiet relatati ma' dawk l-applikazzjonijiet. Dan għandu jinkludi d-deċiżjoni jekk għandhiex tkun annullata, revokata, estiża jew imqassra l-validità tal-viża maħruġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti tagħhom.

(9)

Peress li l-verifika f'konformità mal-proċeduri applikabbli tal-evalwazzjoni ta' Schengen li jikkonċernaw il-Bulgarija u r-Rumanija diġà ġiet ikkompletata bis-saħħa tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, il-verifika taħt l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (8) mhijiex ser issir fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri. Wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, id-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness għandhom isiru effettivi biss wara li l-Bulgarija u/jew ir-Rumanija jkunu temmew pożittivament it-testijiet komprensivi mwettqa minn eu-LISA u wara li dawn ikunu ġew debitament notifikati lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ikun tajjeb li l-Bulgarija u r-Rumanija jistiednu esperti minn Stati Membri u mill-Kummissjoni biex iwettqu kontrolli tal-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

(10)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (9) ta' Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punti B u G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (10).

(11)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (11) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punti B u G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (12).

(12)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (13) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punti B u G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (14),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw il-VIS imsemmi fl-Anness għandhom japplikaw għall-Bulgarija u r-Rumanija, bejniethom u fir-relazzjonijiet tagħhom mar-Renju tal-Belġju, mar-Repubblika Ċeka, mar-Renju tad-Danimarka, mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mar-Repubblika tal-Estonja, mar-Repubblika Ellenika, mar-Renju ta' Spanja, mar-Repubblika Franċiża, mar-Repubblika Taljana, mar-Repubblika tal-Latvja, mar-Repubblika tal-Litwanja, mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mal-Ungerija, mar-Repubblika ta' Malta, mar-Renju tan-Netherlands, mar-Repubblika tal-Awstrija, mar-Repubblika tal-Polonja, mar-Repubblika Portugiża, mar-Repubblika tas-Slovenja, mar-Repubblika Slovakka, mar-Repubblika tal-Finlandja u mar-Renju tal-Iżvezja kif ukoll mar-Repubblika tal-Iżlanda, mal-Prinċipat ta' Liechtenstein, mar-Renju tan-Norveġja u mal-Konfederazzjoni Żvizzera. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw wara li jkunu tlestew b'mod pożittiv it-testijiet komprensivi relatati kollha fir-rigward tad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness li għandhom jitwettqu minn eu-Lisa, u wara li l-Bulgarija u r-Rumanija u l-Kummissjoni jiġu nnotifikati li dawk it-testijiet tlestew b'mod pożittiv. Barra minn hekk, il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jistiednu esperti minn Stati Membri u mill-Kummissjoni biex iwettqu kontrolli tal-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

(2)   Sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tneħħi l-kontrolli fil-fruntieri interni tal-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tal-viża tal-Bulgarija u r-Rumanija jista' jkollhom aċċess għall-VIS għall-konsultazzjoni f'format ta' qari biss, għall-finijiet ta':

(a)

l-eżami ta' applikazzjonijiet għal viżi għal soġġorn qasir li jinħarġu mill-Bulgarija u mir-Rumanija taħt il-liġi nazzjonali tagħhom;

(b)

deċiżjoni dwar dawk l-applikazzjonijiet, inkluża d-deċiżjoni jekk għandhiex tkun annullata, revokata, estiża jew imqassra l-validità tal-viża maħruġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti tagħhom.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mid-data, li għandha tiġi determinata mill-Kummissjoni, meta l-Bulgarija u r-Rumanija jinnotifikaw lill-Kummissjoni li t-testijiet komprensivi msemmija fl-Artikolu 1(1) ikunu tlestew b'mod pożittiv.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  Opinjoni mogħtija fl-4 ta' Ottubru 2017 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 23).

(3)  Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; (ĠU L 286 1.11.2011, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/648/KE tat-22 ta' Settembru 2006 li tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi bijometriċi marbuta mal-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 267, 27.9.2006, p. 41).

(6)  Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(7)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(8)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(9)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(11)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(12)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(13)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(14)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


ANNESS

Lista tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mal-VIS li għandhom isiru applikabbli għall-Bulgarija u r-Rumanija

1.

L-Artikoli 1 u 126 sa 130 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom (“il-Konvenzjoni ta' Schengen”), (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19) sa fejn huma relatati ma' dispożizzjonijiet oħra msemmijin f'dan l-Anness;

2.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5);

3.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perijodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60):

il-Kapitolu I bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6(1)

l-Artikolu 15, li għandu japplika mutatis mutandis għall-eżami ta' applikazzjonijiet għal viżi għal soġġorn qasir li jinħarġu mill-Bulgarija u mir-Rumanija taħt il-liġi nazzjonali tagħhom, inklużi deċiżjonijiet li jirrigwardaw dawk l-applikazzjonijiet

il-Kapitolu III

il-Kapitolu V, bl-esklużjoni tal-Artikolu 31(2) u (3)

il-Kapitolu VI u VII bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 50(6)

4.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129);

5.

L-Artikolu 21(2), l-Artikolu 37(1) u 43(5) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1);

6.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/756/KE tad-9 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba' għal identifikazzjoni bijometrika u l-verifika tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 270, 15.10.2009, p. 14).

7.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/876/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta miżuri implimentattivi tekniċi għad-dħul tad-data u għall-konnessjoni tal-applikazzjonijiet, għall-aċċess, emendar, tħassir u tħassir avvanzat tad-data u biex jinżammu u jkun hemm aċċess għar-rekords tal-operazzjonijiet għall-ipproċessar tad-data fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 315, 2.12.2009, p. 30), sa fejn din id-Deċiżjoni hija relatata mal-eżami tal-applikazzjonijiet għall-viża;

8.

It-Titolu II u l-Annessi għar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1) sa fejn huma relatati mal-VIS.


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1909

tat-18 ta' Ottubru 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fit-3 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU iddeżinja erba' bastimenti bis-saħħa tal-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 2375 (2017) tal-KSNU.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

Il-bastimenti li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

Il-bastimenti deżinjati skont il-paragrafu 6 tal-UNSCR 2375 (2017):

1.   Isem: PETREL 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9562233. MMSI: 620233000

2.   Isem: HAO FAN 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8628597. MMSI: 341985000

3.   Isem: TONG SAN 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8937675. MMSI: 445539000

4.   Isem: JIE SHUN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8518780. MMSI: 514569000


19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1910

tas-17 ta' Ottubru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE rigward l-istat ta' ħelsien mill-bruċellożi (B. melitensis) f'ċerti reġjuni ta' Spanja, id-Deċiżjoni 2003/467/KE rigward l-istat uffiċjali ta' ħelsien mill-bruċellożi bovina f'Ċipru u f'ċerti reġjuni ta' Spanja, u dwar l-istat uffiċjali ta' ħelsien mil-lewkożi enzootika bovina fl-Italja u d-Deċiżjoni 2005/779/KE rigward l-istat ta' ħelsien mill-marda vexxikulari tal-ħnieżer fir-reġjun tal-Campania tal-Italja

(notifikata bid-dokument C(2017) 6891)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 7 tal-Anness A.II u t-Taqsima E tal-Kapitolu I tal-Anness D tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (3), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tan-nagħaġ u tal-mogħoż fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jitqiesu uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (Brucella melitensis).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (4) tistipula li r-reġjuni tal-Istati Membri msemmija fl-Anness II tagħha huma meqjusin uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE.

(3)

Spanja ressqet dokumentazzjoni quddiem il-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunitajiet Awtonomi ta' La Rioja u ta' Valenzja u tal-Provinċji ta' Albacete, Cuenca u Guadalajara tal-Komunità Awtonoma ta' Kastilja-La Mancha mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE biex jitqiesu uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet ovini u kaprini.

(4)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa minn Spanja, jenħtieġ li l-Komunitajiet Awtonomi ta' La Rioja u ta' Valenzja u tal-Provinċji ta' Albacete, Cuenca u Guadalajara tal-Komunità Awtonoma ta' Kastilja-La Mancha jitqiesu uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet ovini u kaprini.

(5)

Għalhekk l-entrata għal Spanja fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi jew uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(7)

Id-Deċiżjoni 2003/467/KE (5) tistipula li l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma elenkati rispettivament fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Anness II tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-brużellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Id-Deċiżjoni 2003/467/KE tistipula wkoll li l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma elenkati rispettivament fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Anness III tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(8)

Ċipru ressaq dokumentazzjoni quddiem il-Kummissjoni li tixhed il-konformità tat-territorju kollu tiegħu mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(9)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa minn Ċipru, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jitqies uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini u elenkat kif xieraq fil-Kapitolu 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE.

(10)

Spanja ressqet dokumentazzjoni quddiem il-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunitajiet Awtonomi tal-Katalonja, ta' Kastilja-La Mancha u tal-Galicja u tal-Provinċja ta' Zamora tal-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León, mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(11)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa minn Spanja, jenħtieġ li l-Komunitajiet Awtonomi tal-Katalonja, ta' Kastilja-La Mancha u tal-Galicja u tal-Provinċja ta' Zamora tal-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León jiġu ddikjarati reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini u elenkati kif xieraq fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE.

(12)

Attwalment ċerti reġjuni tal-Italja huma elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina. L-Italja issa resqet dokumentazzjoni quddiem il-Kummissjoni li tixhed il-konformità tat-territorju kollu tagħha mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex tiġi ddikjarata uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(13)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Italja, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini, jiġi elenkat kif xieraq fil-Kapitolu 1 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE u jitħassru r-referenzi għal ċerti reġjuni ta' dak l-Istat Membru fil-Kapitolu 2 tal-Anness.

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġu emendati skont dan.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/779/KE (6) ġiet adottata wara tifqigħat tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer fl-Italja. Din tistipula regoli dwar is-saħħa tal-annimali rigward il-marda vexxikulari tal-ħnieżer għar-reġjuni ta' dak l-Istat Membru li huma meqjusin ħielsa mill-marda vexxikulari tal-ħnieżer u li huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni, u anke għar-reġjuni ta' dak l-Istat Membru li mhumiex meqjusin ħielsa minn dik il-marda u li huma elenkati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

(16)

Għal diversi snin fl-Italja ġie implimentat programm għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer bil-għan li r-reġjuni kollha ta' dak l-Istat Membru jiksbu l-istat ta' ħielsa mill-marda vexxikulari tal-ħnieżer. L-Italja ressqet informazzjoni ġdida quddiem il-Kummissjoni fir-rigward tal-istat ta' ħelsien mill-marda vexxikulari tal-ħnieżer fir-reġjun tal-Campania, li turi li din il-marda nqerdet minn dak ir-reġjun.

(17)

Wara l-eżami tal-informazzjoni mressqa mill-Italja, jenħtieġ li r-reġjun tal-Campania jitqies ħieles mill-marda vexxikulari tal-ħnieżer u li dak ir-reġjun jitħassar mil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/779/KE u minflok jiġi elenkat fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(18)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2005/779/KE jiġu emendati skont dan.

(19)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2005/779/KE huma emendati skont l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta' Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi, bruċellosi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/779/KE tat-8 ta' Novembru 2005 dwar miżuri ta' protezzjoni tas-saħħa tal-annimali kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja (ĠU L 293, 9.11.2005, p. 28).


ANNESS I

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-entrata għal Spanja tinbidel b'dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Cantabria,

Il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja-La Mancha: il-Provinċji ta' Albacete, Cuenca u Guadalajara,

Il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León,

Il-Komunità Awtonoma ta' Extremadura,

Il-Komunità Awtonoma tal-Galicja,

Il-Komunità Awtonoma ta' La Rioja,

Il-Komunità Awtonoma ta' Navarra,

Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask,

Il-Komunità Awtonoma ta' Valenzja.”.


ANNESS II

L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

Il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

FR

Franza

CY

Ċipru

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

MT

Malta

NL

In-Netherlands

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

RO

Ir-Rumanija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja”;

(b)

Fil-Kapitolu 2, l-entrata għal Spanja tinbidel b'dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji,

Il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja-La Mancha,

Il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León: Il-Provinċji ta' Burgos, Soria, Valladolid u Zamora,

Il-Komunità Awtonoma ta' Katalonja,

Il-Komunità Awtonoma tal-Galicja,

Il-Komunità Awtonoma ta' La Rioja,

Il-Komunità Awtonoma ta' Murcia,

Il-Komunità Awtonoma ta' Navarra,

Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask.”;

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

ES

Spanja

IT

L-Italja

CY

Ċipru

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

NL

In-Netherlands

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja

UK

Ir-Renju Unit”;

(b)

Fil-Kapitolu 2, titħassar l-entrata għall-Italja.


ANNESS III

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2005/779/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, tiddaħħal l-entrata li ġejja bejn l-entrata għall-Basilicata u l-entrata għall-Emilia-Romagna:

“—

il-Campania”;

(2)

Fl-Anness II, titħassar l-entrata għall-Campania.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/53


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 081/17/COL

tas-26 ta' April 2017

biex tingħalaq l-investigazzjoni formali f'allegat Għajnuna mill-Istat mogħtija permezz tal-kiri ta' art u proprjetà fiż-żona ta' Gufunes (l-Iżlanda) [2017/1911]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

Wara li kkunsidrat:

il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikolu 61 u l-Protokoll 26,

il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

il-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u l-Qorti (“Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 1 tal-Parti I u l-Artikoli 7(2) u 13 tal-Parti II, u

wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet, (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' email bid-data tat-2 ta' April 2014, Gámaþjónustan hf. (“min qed jilmenta”) ippreżentat ilment quddiem l-Awtorità dwar allegata għajnuna illegali mill-istat mogħtija mill-Belt ta' Reykjavík (“il-Belt”) permezz tal-kiri ta' proprjetà u art fiż-żona ta' Gufunes f'Reykjavík, l-Iżlanda, lil Íslenska Gámafélagið (“ÍG”), allegatament anqas mill-prezz tas-suq (2).

(2)

Wara eżami preliminari, fit-30 ta' Ġunju 2015, l-Awtorità adottat id-Deċiżjoni Nru 261/15/COL biex tinbeda investigazzjoni formali fl-allegata għajnuna. Permezz ta' ittra bid-data tal-1 ta' Ottubru 2015, (3) l-awtoritajiet Iżlandiżi wieġbu d-deċiżjoni tal-Awtorità.

(3)

Fl-24 ta' Settembru 2015, id-Deċiżjoni tal-Awtorità biex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu, u l-partijiet interessati ngħataw xahar biex jikkummentaw dwar il-fehmiet preliminari tal-Awtorità (4).

(4)

Wara li rċeviet estensjoni ta' ġimgħa, ÍG ippreżentat kummenti permezz ta' ittra bid-data tad-29 ta' Ottubru 2015 (5). L-Awtorità ma rċeviet l-ebda kumment ieħor. Wara li skada ż-żmien ta' xahar biex jiġu ppreżentati l-kummenti, l-Awtorità rċeviet informazzjoni dwar is-suq minn min qed jilmenta permezz ta' ittra bid-data tal-25 ta' Novembru 2015 (6). Permezz ta' ittra bid-data tas-26 ta' Novembru 2015, (7) l-Awtorità bagħtet il-kummenti u l-informazzjoni dwar is-suq lill-awtoritajiet Iżlandiżi li ngħataw l-opportunità li jirrispondu. L-awtoritajiet Iżlandiżi rrispondew b'ittra bid-data tal-5 ta' Jannar 2016 (8). Il-kwistjoni ġiet diskussa wkoll bejn rappreżentanti tal-awtoritajiet Iżlandiżi u l-Awtorità f'laqgħa f'Reykjavík fit-12 ta' Frar 2016.

(5)

Finalment, l-Awtorità rċeviet informazzjoni addizzjonali dwar l-iżviluppi fiż-żona ta' Gufunes minn min qed jilmenta permezz ta' bosta emails bid-data tal-21 ta' Mejju 2016, (9) tas-27 ta' Mejju 2016 (10) u l-15 ta' Diċembru 2016 (11).

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

2.1.   IŻ-ŻONA TA' GUFUNES

(6)

Iż-żona ta' Gufunes tinsab fid-distrett ta' Grafarvogur f'Reykjavík, l-Iżlanda. Sas-sena 2001, il-fabbrika tal-fertilizzant, Áburðarverksmiðjan, kienet qiegħda topera fiż-żona. Fl-2002, il-fond tal-ippjanar ta' Reykjavík (Skipulagssjóður Reykjavíkur, “SR”) xtara l-fabbrika u ż-żona tal-madwar mill-azzjonisti ta' Áburðarverksmiðjan (“il-ftehim ta' akkwist”). Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi, f'dak iż-żmien il-pjan kien li jitneħħew il-bini u l-installazzjonijiet kollha miż-żona. Fl-2007, SR ġiet xolta u twaqqaf fond ġdid, Eignasjóður, biex jieħu f'idejh l-assi u l-kompiti ta' SR.

(7)

Skont il-Pjan Muniċipali ta' Tqassim f'Żoni 2001-2024 ta' Reykjavík, iż-żona ta' Gufunes hija maħsuba għal għanijiet residenzjali u mhux għal attivitajiet industrijali (12). Barra minn hekk, iż-żona hija maħsuba għall-bini tal-awtostrada Sundabraut, li tgħaqqad Laugarnes ma' Gufunes. Barra minn hekk, skont il-Pjan Muniċipali ta' Reykjavík għall-2010-2030, iż-żona industrijali ta' Gufunes sejra lura u fil-futur hija antiċipata żona urbana mħallta ta' unitajiet residenzjali u attivitajiet kummerċjali nodfa (13). L-ebda pjan ma jipprevedi li fil-futur l-attivitajiet industrijali se jkomplu jkunu fiż-żona.

2.2.   FTEHIMIET KONKLUŻI BEJN IL-BELT TA' REYKJAVÍK U ÍSLENSKA GÁMAFÉLAGIÐ GĦALL-KIRI TA' ART U PROPRJETAJIET FIŻ-ŻONA TA' GUFUNES

(8)

Fi Frar 2002, meta SR xtrat l-art u l-proprjetajiet fiż-żona ta' Gufunes, iż-żona kienet okkupata minn għadd ta' kerrejja (primarjament minn kuntratturi u żviluppaturi). F'dak iż-żmien, ÍG kellha ftehim ta' kiri ma' Áburðarverksmiðjan, li ġie konkluż fid-29 ta' Ottubru 1999 (“il-Ftehim tal-1999”). Il-Ftehim tal-1999 stabbilixxa ħlas ta' kera fix-xahar ta' ISK 159 240, fuq il-bażi ta' prezz għal kull metru kwadru (14). ÍG użat l-art għan-negozju tagħha ta' ġestjoni tal-iskart. Skont il-ftehim ta' akkwist, SR ħadet f'idejha l-obbligi u d-drittijiet kollha minn Áburðarverksmiðjan dwar il-ftehimiet ta' kiri eżistenti, inkluż il-Ftehim tal-1999 ma' ÍG.

(9)

Skont il-Belt, iż-żona ta' Gufunes kienet b'mod kontinwu impenjattiva u diffiċli biex timmaniġġaha. Barra minn hekk, il-bini u l-installazzjonijiet kienu fi stat ħażin, xi kerrejja ma kinux qed iħallsu l-kera u kien hemm akkumulazzjoni ta' ruttam, bħal tifrik ta' karozzi. Għalhekk kien ċar għall-Belt li biex taqdi r-rwol tagħha bħala proprjetarju tal-art, kien se jkollha timpjega persunal biex jikkontrolla ż-żona bi nhar u bil-lejl.

(10)

Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni, ma kienx ikkunsidrat realistiku li ż-żona tingħata bħala offerta għal skopijiet ta' kiri. Għalhekk ġie deċiż li l-ftehimiet ta' kiri attwali ma jiġġeddux u minflok jiġi konkluż ftehim ma' parti waħda biss. Konsegwentament, SR iddeċidiet li tinnegozja t-termini dwar il-kiri, it-tindif u s-superviżjoni taż-żona ma' ÍG, li dak iż-żmien kienet l-akbar kerrejja unika, minbarra li kienet fil-ħin mal-pagamenti ta' kera tagħha (15). Li ġejja hija ħarsa ġenerali tal-ftehimiet konklużi bejn SR u ÍG:

(i)

22 ta' Frar 2005. SR u ÍG ikkonkludew ftehim ta' kiri fuq xi proprjetajiet fiż-żona, u b'hekk ġie sostitwit il-Ftehim tal-1999. Il-ħlas totali tal-kera fix-xahar ġie stabbilit għal ISK 960 000 għal total ta' 4 676 metru kwadru (inkluż lott ta' 500 metru kwadru (16).

(ii)

14 ta' Ottubru 2005. SR u ÍG ikkonkludew ftehim (“il-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005”), li jissostitwixxi l-ftehim preċedenti mit-22 ta' Frar 2005, dwar il-kiri, it-tindif u s-superviżjoni tal-art fiż-żona ta' Gufunes. Skont il-ftehim, ÍG kellha l-obbligu li tagħmel ix-xogħol kollu ta' manutenzjoni u t-titjib fil-proprjetà. Il-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 kien validu sal-31 ta' Diċembru 2009. Il-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ma stabbilixxiex kemm-il metru kwadru ta' proprjetà kriet ÍG. Madankollu, bħala anness mal-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005, il-kopja stampata mill-ajru wriet liema partijiet taż-żona nkrew lil ÍG (17) L-awtoritajiet Iżlandiżi spjegaw li l-ftehim kopra żona ta' madwar 130 000 metru kwadru. Il-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ma stabbilixxiex il-prezz imħallas għal kull metru kwadru jew il-valur tal-obbligazzjonijiet ta' ÍG. Il-ħlas totali ta' kera fix-xahar ġie stabbilit għal ISK 2 000 000, li jerġa' jkun ikkalkulat kull xahar skont l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur (18).

(iii)

29 ta' Diċembru 2006. Il-validità tal-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ġiet estiża, permezz ta' emenda, sal-31 ta' Diċembru 2011. ÍG kienet obbligata wkoll li twaqqa' proprjetajiet speċifiċi u tneħħi t-tagħmir ta' fuq l-art. ÍG ġiet permessa li żżomm apparat u installazzjonijiet li jitneħħew minn fuq l-art bi spejjeż tagħha (19).

(iv)

21 ta' Diċembru 2007. Il-validità tal-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ġiet estiża, permezz ta' emenda, sal-31 ta' Diċembru 2015. F'kull ħin, is-sid seta' jieħu f'idejh parti jew l-art mikrija kollha jekk meħtieġ minħabba tibdil fl-ippjanar għall-użu tal-art. ÍG impenjat ruħha wkoll biex tqabbad mill-ġdid il-pajpijiet għall-elettriku, l-ilma u t-tisħin li ma għadhomx jistgħu jintużaw. Barra minn hekk, ÍG irtirat talba għal dannu kontra l-Belt (20).

(v)

15 ta' Ġunju 2009. Il-validità tal-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ġiet estiża, permezz ta' emenda, sal-31 ta' Diċembru 2018. ÍG intrabtet biex timmaniġġa l-manutenzjoni taż-żona u biex tagħmel imbankment, u ġiet estiża l-kera eżistenti ta' maħżen tad-dgħajsa li huwa proprjetà tal-club Reykjavík Yacht. ÍG impenjat ruħha wkoll biex tirtira talba kontra l-Belt dwar l-ispejjeż ta' manutenzjoni (21).

(11)

Skont il-Belt, għalkemm id-daqs tal-art mikrija minn ÍG huwa ta' 130 000 m2, 110 000m2 biss jistgħu jintużaw għall-għanijiet tagħhom. Id-daqs totali rreġistrat tal-bini huwa ta' 24 722 m2. Skont ir-Reġistru tal-Proprjetà tal-Iżlanda, il-valur tal-art preċedentement proprjetà ta' Áburðarverksmiðjan huwa ta' ISK 211 000 000. Il-valur tal-art li ÍG tikri ma ġiex ivvalutat, iżda l-valur tal-art kollha li preċedentement kienet proprjetà ta' Áburðarverksmiðjan huwa stmat mill-Belt li jlaħħaq madwar ISK 137 000 000. Il-valur totali rreġistrat tal-bini mikri minn ÍG huwa ta' ISK 850 323 512 (22).

(12)

Skont l-Artikolu 4(2) tal-Att Iżlandiku dwar id-Dħul Muniċipali Nru 4/1995, is-sid tal-proprjetà għandu jħallas it-taxxa tal-proprjetà ħlief fejn huma involuti farms mikrija, lottijiet mikrja jew użu kuntrattwali ieħor ta' art, u li f'dan il-każ it-taxxa għandha titħallas mir-resident jew mill-utent. L-art, il-bini u l-installazzjonijiet inkwistjoni huma fuq żona definita tal-port li tappartjeni lil Faxaflóahafnir sf. u hija mikrija lill-Belt. Għalhekk, il-Belt tħallas it-taxxa tal-proprjetà fuq l-art mikrija u l-proprjetajiet mikrija lil ÍG.

(13)

Għalkemm l-ebda ftehim ma jinkludi informazzjoni dwar il-valur tas-servizzi pprovduti minn ÍG, il-Belt ipprovdiet tabella li tistabbilixxi stima tal-ispejjeż ta' ÍG stipulati fil-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 u f'emendi sussegwenti (minn issa 'l quddiem imsejħa kollettivament bħala “ftehimiet tal-kiri”) miż-żmien meta l-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ġie konkluż u sal-aħħar tal-perjodu ta' kiri fl-2018 (23). L-istima saret mill-analisti espertital-Belt. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta fiha l-ispiża kemm tal-proġetti ta' twaqqigħ lesti kif ukoll ta' dawk mhux lesti. Skont l-informazzjoni pprovduta, l-ispiża medja fix-xahar imġarrba minn ÍG hija ta' ISK 10 815 624, inkluż il-ħlas tal-kera. Għalhekk, il-kera fix-xahar hija madwar 25 % tal-ispiża totali fix-xahar ta' ÍG.

(14)

Meta l-ftehim tal-kiri bid-data tat-22 ta' Frar 2005 ġie konkluż, SR ma imponiet l-ebda obbligazzjoni fuq ÍG. L-obbligazzjonijiet ta' ÍG ġew introdotti mal-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 tal-14 ta' Ottubru 2005 u ddeterminati fid-dawl tat-twaqqigħ propost u spejjeż stmati ta' tindif, rimi u superviżjoni taż-żona. L-obbligazzjonijiet ta' tindif u rimi ġew ikkunsidrati estensivi fid-dawl tal-kundizzjoni taż-żona. Hawn taħt hawn evalwazzjoni tal-ispejjeż tal-ÍG f'konformità mal-obbligazzjonijiet tagħhom stipulati fil-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 (24):

Sena

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

Ħlas tal-kera

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

32 370 315

Impjegat

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

11 520 000

Amministrazzjoni

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

Manutenzjoni

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

Legali

1 500 000

1 000 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

Spejjeż tal-enerġija ta' oħrajn

5 000 000

5 000 000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Twaqqigħ mhux lest

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

21 538 462

Twaqqigħ lest

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

8 835 222

Tiswijiet

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

Xatbiet/Ċnut

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

600

600

600

600

600

600

600

600

600

Tindif

7 000 000

7 000 000

7 000 000

7 000 000

3 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

Tibjid

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

2 000 000

Restawr

30 000 000

10 000 000

10 000 000

8 000 000

6 000 000

6 000 000

6 000 000

6 000 000

6 000 000

6 000 000

6 000 000

6 000 000

6 000 000

Wajers eċċ.

7 500 000

8 000 000

9 000 000

12 000 000

9 500 000

7 200 000

6 500 000

5 000 000

4 000 000

3 000 000

3 000 000

3 000 000

3 000 000

Drenaġġ

 

 

 

 

 

 

 

 

10 600 000

10 600 000

10 600 000

10 600 000

 

Breakwater

 

 

 

 

 

6 000 000

6 000 000

 

 

 

 

 

 

Rimi

500 000

500 000

500 000

7 200 000

6 500 000

2 000 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

500 000

Asfalt

8 000 000

8 000 000

8 000 000

8 000 000

6 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

5 000 000

Ħamrija

10 000 000

10 000 000

10 000 000

10 000 000

5 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

4 000 000

Sistema ta' allarm kontra n-nirien

10 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

1 000 000

Obbligazzjonijiet totali

138 393 684

109 393 684

104 893 684

112 593 684

95 394 284

91 594 284

89 394 284

81 894 284

91 494 284

90 494 284

90 494 284

90 494 284

79 894 284

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' ISK

170 763 999

141 763 999

137 263 999

144 963 999

127 764 599

123 964 599

121 764 599

114 264 599

123 864 599

122 864 599

122 864 599

122 864 599

112 264 599

Medja kull xahar

14 230 333

11 813 667

11 438 667

12 080 333

10 647 050

10 330 383

10 147 050

9 522 050

10 322 050

10 238 717

10 238 717

10 238 717

9 355 383

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Medja

10 815 624

Sors: Il-Belt ta' Reykjavík

2.3.   ŻVILUPPI RIĊENTI FIŻ-ŻONA TA' GUFUNES

(15)

Fil-bidu tal-2014, il-Kunsill tal-Belt ta' Reykjavík qabel li jistabbilixxi kumitat ta' tmexxija biex jippreżenta viżjoni għaż-żona ta' Gunfues (25). Il-kumitat ippropona kompetizzjoni miftuħa ta' ideat dwar l-ippjanar għall-futur taż-żona ta' Gufunes. F'Ġunju 2015, f'laqgħa tal-Kunsill tal-Belt ta' Reykjavík, sar qbil fuq li jiġi ppubblikat reklamar li jħabbar kompetizzjoni fejn il-partijiet interessati ġew imħeġġa jippreżentaw ideat dwar l-organizzazzjoni futura taż-żona ta' Gufunes (26). Il-Belt rċeviet erba' ideat wara r-reklamar. Waħda mis-sottomissjonijiet ġiet minn RVK Studios, kumpanija ta' produzzjoni tal-films, li esprimiet l-interess tagħha li tixtri parti mill-bini fiż-żona ta' Gufunes bl-objettiv li tiġi stabbilita industrija tal-films fiż-żona. Il-bini li RVK Studios esprimiet interess f'li tixtri huwa xi proprjetajiet antiki ta' Áburðarverksmiðjan li nkrew lil ÍG permezz tal-ftehimiet ta' kiri.

(16)

Il-Belt u RVK Studios sussegwentement kellhom żewġ aġenti indipendenti tal-proprjetà immobbli biex jivvalutaw il-parti taż-żona ta' Gufunes inkwistjoni (27). F'laqgħa tal-Kunsill tal-Belt li saret fit-18 ta' Novembru 2015, il-Kunsill qabel li jassenja lill-Uffiċċju tal-Ġestjoni tal-Proprjetà u tal-Ekonomija biex jinbdew negozjati mal-Istudios RVK fuq il-bażi tal-evalwazzjonijiet (28). Barra minn hekk, il-Kunsill assenja l-Uffiċċju biex jinbdew negozjati ma' ÍG dwar evakwazzjoni u rilokazzjoni possibbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali ta' Kiri tal-2005.

(17)

Fid-19 ta' Mejju 2016, il-Kunsill tal-Belt ta' Reykjavík qabel li jidħol fi ftehim ma' RVK Studios għall-akkwist ta' ċerti proprjetajiet fiż-żona ta' Gufunes (29). Sussegwentement, il-Belt ħabbret li ÍG se ċċaqlaq l-operazzjonijiet tagħha f'żona industrijali ġdida tal-Belt f'Esjumelar (30). Fl-20 ta' Mejju 2016, is-Sindku ta' Reykjavík u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) ta' ÍG iffirmaw ftehimiet dwar it-terminazzjoni tal-ftehimiet ta' kiri u r-rilokazzjoni ta' ÍG, u taw bidu għall-bini ġdid ta' ÍG f'Esjumelar. Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Belt iffirmat ftehim ma' RVK Studios dwar il-bejgħ ta' xi proprjetajiet antiki ta' Áburðarverksmiðjan (31). Id-daqs tal-proprjetajiet mibjugħin lil RVK Studios huwa ta' 8 400 m2 u l-prezz tax-xiri kien ta' ISK 301 650 000. Il-Belt tat ukoll lil RVK Studios għażla għax-xiri ta' żona li qiegħda fil-Lvant tal-bini, b'total ta' 19 200 m2. L-Istudios RVK se jħallsu ISK 1 000 għal kull m2 fis-sena għall-għażla.

3.   L-ILMENT

(18)

Skont min qed jilmenta, il-Belt tat għajnuna illegali mill-istat lil ÍG permezz tal-kiri tal-proprjetà u l-art fiż-żona ta' Gufunes bi prezzijiet li huma taħt ir-rati tas-suq. Fl-ilment tiegħu lill-Awtorità, min qed jilmenta jiddikjara li għalkemm huwa diffiċli biex jiġi identifikat l-ammont eżatt ta' għajnuna, il-prezz huwa b'mod ċar bil-bosta anqas mill-prezz tas-suq raġonevoli. Billi ÍG mhux qed tħallas prezz tas-suq normali, il-kumpanija qed tgawdi minn vantaġġ kompetittiv. Barra minn hekk, skont min qed jilmenta, l-art f'Gufunes hija ta' interess għal ħafna kumpaniji li jeħtieġu art spazjuża għall-operazzjonijiet tagħhom, pereżempju ċentri tat-trasport u kumpaniji għall-ħżin.

(19)

Min qed jilmenta nnota li l-prezz tal-kera ġie stabbilit għal ISK 2 miljun fil-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005, b'żidiet annwali skont l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur (it-taxxa tal-proprjetà, li mhijiex imħallsa minn ÍG, iżda mis-sid tal-proprjetà, jiġifieri, il-Belt, tammonta għal 41 % tal-ammont ta' kera fis-sena). Barra minn hekk, ÍG għandha ċerti obbligazzjonijiet ta' manutenzjoni, li huma kkunsidrati bħala parti mill-prezz tal-kera, għalkemm l-ispejjeż approssimati ta' dawk l-obbligazzjonijiet mhux se jinstabu fil-ftehimiet. Barra minn hekk, il-ftehimiet tal-kiri ma jipprojbixxux lil ÍG milli tissulloka l-art lil terzi persuni. Min qed jilmenta jisħaq li ma hemm l-ebda evalwazzjoni fil-ftehimiet tal-kiri dwar id-dħul possibbli mill-partijiet li qed jissullokaw partijiet mill-proprjetà, u jekk dan huwiex affettwat mill-prezz tal-kera.

(20)

Min qed jilmenta jinnota wkoll li mhuwiex ċar x'inhu l-prezz għal kull metru kwadru u kif ġie ddeterminat il-prezz tal-kera. Skont min qed jilmenta, il-prezz tas-suq għall-kiri tal-proprjetà jinħtieġ li jkun bejn ISK 12 miljun u ISK 41 miljun kull xahar, ibbażat fuq metodoloġiji tal-ipprezzar differenti rikonoxxuti. Min qed jilmenta jsostni li l-kiri tal-proprjetà lil ÍG bi prezz li huwa bil-bosta anqas mill-valur tas-suq imur kontra r-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(21)

Fid-Deċiżjoni Nru 261/15/COL, l-Awtorità vvalutat b'mod preliminari jekk il-ftehimiet konklużi bejn il-Belt u ÍG dwar il-kiri taż-żona ta' Gufunes jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u, jekk iva, jekk l-għajnuna mill-Istat tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(22)

Wara li vvalutat l-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Iżlandiżi, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li ma jistax jiġi eskluż li l-ftehimiet bejn il-Belt u ÍG jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. L-aspetti li ġejjin ġew identifikati fid-Deċiżjoni Nru 261/15/COL:

(i)

L-Istat, għall-fini tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE, ikopri lill-korpi kollha tal-amministrazzjoni tal-istat, mill-gvern ċentrali sal-livell ta' muniċipalità. Billi l-art u l-proprjetajiet mikrija lil ÍG kienu tal-Belt, kull skont fuq il-prezz tal-kera jkun jikkostitwixxi għalhekk trasferiment tar-riżorsi tal-istat.

(ii)

L-Awtorità esprimiet dubji dwar jekk il-Belt, meta daħlet fi ftehimiet ma' ÍG, aġixxietx bħala sid privat billi sab ruħu f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli. Il-valutazzjoni preliminari tal-Awtorità kienet li ma jistax jiġi eskluż vantaġġ ekonomiku favur ÍG.

(iii)

Billi l-ebda kumpanija oħra ma kellha l-opportunità li tinnegozja mal-Belt għall-kiri tal-art u l-proprjetajiet, il-fehma preliminari tal-Awtorità kienet li l-miżuri dehru selettivi.

(iv)

Finalment, l-Awtorità nnutat li kull għajnuna mogħtija lil ÍG, fil-forma ta' kera skontata, fit-teorija tkun ippermettiet lill-kumpanija biex iżżid jew mill-inqas iżżomm l-attivitajiet tagħha bħala riżultat tal-għajnuna. Għalhekk, l-għajnuna kienet responsabbli biex tillimita l-opportunitajiet għall-impriżi stabbiliti f'Partijiet Kontraenti oħra, li setgħu riedu jikkompetu ma' ÍG fis-suq Iżlandiż tal-ġbir tal-iskart. Għalhekk, l-għajnuna kkaġunat tfixkil fil-kompetizzjoni u affettwat il-kummerċ fiż-ŻEE.

(23)

Skont l-Awtorità, kien hemm bżonn ta' aktar evidenza biex jiġi ddeterminat jekk it-termini tal-ftehimiet ta' kiri jistgħux jitqiesu bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(24)

Għaldaqstant, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk il-ftehimiet tal-kiri bejn il-Belt u ÍG ikkostitwewx għajnuna mill-istat, u jekk iva, jekk dawn jistgħux jinstabu bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu.

5.   KUMMENTI MILL-BELT GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(25)

Skont il-Belt, il-ftehimiet ma' ÍG ma jinvolvux l-għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, billi ÍG ma rċevietx vantaġġ.

(26)

Skont il-Belt, il-ftehimiet bid-data tat-22 ta' Frar 2005 u l-14 ta' Ottubru 2005 saru fuq bażi ta' kundizzjonijiet normali tas-suq, billi l-ħlas tal-kera kien ibbażat fuq il-ħlas tal-kera ddeterminat wara proċess miftuħ ta' reklamar lejn it-tmiem tas-sena 2003 u kien f'konformità mal-analiżijiet/stimi mwettqa mill-esperti tal-Belt

(27)

Il-Belt tirrifjuta li l-metodoloġiji li ppreżenta min qed jilmenta huma xierqa biex jiġi ddeterminat il-prezz tal-kera tas-suq. Minflok, il-Belt tqabbel il-kera ta' proprjetà oħra, jiġifieri, il-fabbrika antika tas-siment tal-Istat f'Sævarhöfði 31, li tinsab f'żona industrijali simili għal Gufunes.

(28)

Fl-2014, il-Belt xtrat il-proprjetà Sævarhöfði 31. Fl-2013, l-Akkwist Pubbliku Ċentrali (Ríkiskaup), f'isem l-Istat Iżlandiż, irreklama l-proprjetà għall-kiri. Meta l-Belt xtrat il-proprjetà, hija wegħdet li taċċetta l-ogħla offerta skont ir-reklamar. L-Akkwist Pubbliku Ċentrali rċieva erba' offerti, l-ogħla ISK 420 000 għal kull xahar, mingħajr ebda servizz speċjali jew obbligazzjoni stabbiliti għall-kerrej. L-evalwazzjoni tal-proprjetà tal-proprjetà f'Sævarhöfði 31 hija ta' ISK 293 028 000. Għalhekk, l-ogħla offerta tal-kiri bħala perċentwal tal-evalwazzjoni tal-proprjetà huwa ta' 0,147 %. B'paragun, il-prezz tal-kera skont il-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ma' ÍG huwa ta' 0,320 % tal-evalwazzjoni tal-proprjetà ta' Gufunes. Il-Belt tenfasizza li l-prezz tal-kera ta' Sævarhöfði 31 instab wara proċedura miftuħa tar-reklamar u jirrifletti b'mod ġust il-valur tas-suq taż-żoni industrijali fil-Belt skont kundizzjonijiet normali tas-suq. Dan il-paragun juri li l-prezz tal-kera mħallas minn ÍG bl-ebda mod ma jista' jitqies anqas mill-valur tas-suq taż-żoni industrijali fil-Belt, speċjalment jekk wieħed iżomm f'moħħu li l-prezz tal-kera għal Sævarhöfði 31 ma kkunsidrax il-fatturi li affettwaw il-prezz tal-kera għaż-żona ta' Gufunes.

(29)

Skont il-Belt, il-fatt li partijiet oħra wara kienu interessati fiż-żona, huwa ta' ftit rilevanza meta tiġi vvalutata d-domanda għaż-żona fiż-żmien meta ġie konkluż il-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005, jiġifieri f'Ottubru 2005. F'dak iż-żmien ma kienx ikkunsidrat realistiku li ż-żona tiġi offruta għal skopijiet ta' kiri. ÍG ħallset l-ispejjeż kollha għat-tindif taż-żona u biex il-bini jkun f'kundizzjonijiet xierqa. Barra minn hekk, partijiet oħra ma wrewx interess meta fl-2003 iż-żona ġiet reklamata għall-kiri. Għalhekk jeħtieġ jiġi preżunt li l-imgħax ta' inadempjenza huwa relatat mal-kundizzjoni taż-żona wara li ÍG ħadet f'idejha l-ġestjoni taż-żona.

(30)

Skont il-Belt, l-ogħla prezz mhuwiex biss l-uniku fattur li l-Awtorità jinħtieġ li tqis meta jiġi applikat it-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq. Minflok, il-mistoqsija rilevanti hija jekk l-operatur fl-ekonomija tas-suq ikunx daħal fi tranżazzjoni inkwistjoni taħt l-istess termini (32). Barra minn hekk, il-paragun bejn l-aġir ta' investituri pubbliċi u privati jrid isir b'referenza għall-attitudni li investitur privat kien ikollu fiż-żmien tat-tranżazzjoni inkwistjoni, wara li dak iż-żmien ikun ikkunsidra l-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli.

(31)

Meta l-ftehimiet ġew konklużi bejn il-Belt u ÍG, il-kundizzjonijiet tas-suq ma kinux normali billi ma nstabx suq attiv għall-proprjetà industrijali ta' dan it-tip u f'dik il-kundizzjoni. Għalhekk, skont il-Belt, il-kundizzjonijiet normali tas-suq iridu jiġu vvalutati mill-perspettiva oġġettiva u verifikabbli li eżistiet f'dak iż-żmien. B'referenza għal dak li ntqal hawn fuq, il-Belt tqis li din l-informazzjoni tinstab fid-dokumenti li Reykjavik ippreżentat f'dan il-każ. Barra minn hekk, jekk wieħed jista' juri l-kundizzjonijiet normali tas-suq għaż-żoni industrijali ta' dan it-tip, l-eżempju tal-prezz tal-kera miksub fis-sena 2014 għal dik li kienet fabbrika tas-siment tal-Istat f'Sævarhöfði 31 juri l-valur tas-suq għaż-żoni industrijali bħal Gufunes.

(32)

Skont il-Belt, l-obbligazzjonijiet imposti fuq ÍG mill-ftehimiet tal-kiri ma jistgħux jitqabblu mal-obbligizzjonijiet ikkontestati fil-każ ta' Haslemoen Leir  (33). L-obbligazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz li ġie kkontestat f'dak il-każ kien jikkonċerna telf possibbli għal Haslemoen AS li ma jkunx jista' jikri ċertu bini. Madankollu, l-obbligazzjonijiet imposti fuq ÍG ikkonċernaw ix-xogħol ta' manutenzjoni u t-titjib fuq il-proprjetà, twaqqigħ, il-pajpijiet ta' rikonnessjoni għall-elettriku, ilma u sħana u bini ieħor fiż-żona. L-ispejjeż ta' dawn l-obbligazzjonijiet ġew stmati mill-analisti esperti tal-Belt abbażi tar-riżultati ta' offerti riċenti għal proġetti simili. Minkejja n-nuqqas ta' dokumentazzjoni li tappoġġa l-impatt ekonomiku preċiż tas-servizzi fdati lil ÍG u l-inċertezza tat-tqassim f'żoni, l-Awtorità għandha taċċetta li dawn l-obbligazzjonijiet kellhom l-effett li jnaqqsu l-prezz tal-kera. Skont il-Belt, ma jkunx raġonevoli li jiġi skartat l-impatt tal-obbligazzjonijiet, speċjalment minħabba li l-ispejjeż attwali li ÍG ħallset minħabba l-obbligazzjonijiet huma f'konformità mal-istima.

(33)

Skont il-Belt, hija aġixxiet bħala operatur tal-ekonomija tas-suq u qieset il-konsiderazzjonijiet tat-tqassim f'żoni meta kkonkludiet il-ftehimiet ta' kera ma' ÍG. Il-Belt inkludiet klawżoli ta' terminazzjoni onerużi u qosra ħafna biex tkun tista' titnaddaf iż-żona fi żmien qasir, jekk u meta l-Istat qabel li jibda l-bini tal-awtostrada ta' Sundabarut. SR kienet familjari ħafna mal-proprjetajiet u ż-żona, u kienet f'pożizzjoni tajba biex tagħmel valutazzjoni oġġettiva dwar jekk il-kundizzjoni taż-żona kinitx xierqa biżżejjed biex tkun tista' tinkera fis-suq. Investitur privat dejjem joqgħod attent għall-pjanijiet ta' tqassim f'żoni meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-plot u l-propertajiet.

(34)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Belt issostni li l-ftehimiet tal-kera ma' ÍG jikkonformaw mat-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq.

6.   IL-KUMMENTI MINN ÍG

(35)

Skont ÍG, id-daqs kbir tal-art huwa ta' benefiċċju limitat ħafna għalihom bħala kerrejja u jagħmel l-obbligazzjonijiet tal-manutenzjoni u s-superviżjoni aktar iebsin u għaljin. Barra minn hekk, għalkemm il-bini huwa voluminuż f'metri kwadri dan huwa f'kundizzjoni ħażina ħafna. ÍG tenfasizza li l-bini nxtara biex jitwaqqa'. Kienet ippjanata demolizzjoni totali u kien previst li se jkun hemm żona residenzjali u awtostrada fil-post. Għalhekk, kwalunkwe kalkolu bbażat fuq metri kwadri jew id-daqs tal-art huwa irrilevanti għall-finijiet biex jiġi ddeterminat il-valur tal-kera tas-suq taż-żona.

(36)

Fl-2003, SR użat iż-żona u l-bini f'Gufunes biex tipprovdi ħażna għal bosta individwi u kumpaniji li ġew ordnati minn SR biex jevakwaw żoni oħra fil-Belt. Mil-lat loġistiku, dan l-arranġament malajr sar problematiku għal SR, u għalhekk SR offriet lil ÍG biex tikri ż-żona kollha bil-għan li ż-żona titnaddaf. Fil-bidu, ÍG ma aċċettatx li tieħu f'idejha l-kompitu billi ż-żona ppreżentat diversi problemi, bħal kerrejja diffiċli u ġbir ta' tifrik ta' karozzi u skart industrijali.

(37)

Għal dawn l-aħħar 10 snin ÍG nefqet ISK 16,5 miljun fuq medja kull xahar fil-manutenzjoni u spejjeż oħra li normalment kellhom jiġġarrbu mill-kerrej. Dawn l-ispejjeż jinħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat il-valur tas-suq tal-kiri.

(38)

Skont ÍG, il-kundizzjonijiet tal-bini fiż-żona ta' Gufunes huma gravi, minkejja r-riżorsi li ntefqu fuq ir-rinovazzjonijiet. Kważi kull bini jnixxi u l-maġġoranza tas-soqfa tal-bini fihom ħsara u ma jintużawx. Barra minn hekk, kważi t-twieqi kollha minbarra fil-bini tal-uffiċċju huma bi ħsara u ma jintużawx, ħafna sulari tal-bini huma f'kundizzjonijiet ta' periklu u hemm toqob f'xi postijiet u t-taraġ li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet regolatorji. Barra minn hekk, il-maġġoranza ta' bini ma għandhomx ilma, tojlits u elettriku li ma jikkonformax mal-miżuri regolatorji.

(39)

Barra minn hekk, ÍG għal ħafna mill-perjodu ta' kera ħabbtet wiċċha mal-fatt li l-Belt setgħet titlob lura l-art fuq avviż qasir. Il-provvediment ta' terminazzjoni qasira ta' 18-il xahar u l-obbligu li parti mill-art tintradd lura fuq talba b'avviż ta' 12-il xahar biss, kien nuqqas fl-operat ta' negozju bħar-rimi tal-iskart, li jinvolvi makkinarju u tagħmir tqil.

(40)

Skont ÍG, l-imgħax ta' inadempjenza ta' min qed jilmenta illimita t-tifsira fil-valutazzjoni tad-domanda għaż-żona meta l-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ġie konkluż. Is-sitwazzjoni fl-2005 kienet tali li f'dak iż-żmien ma kienx meqjus realistiku li wieħed joffri ż-żona għal skopijiet ta' kiri. Minn dak iż-żmien, ÍG nefqet riżorsi konsiderevoli biex tirristawra, tnaddaf u żżomm iż-żona. Għalhekk għandu jiġi preżunt li l-imgħax ta' inadempjenza huwa relatat mal-kundizzjoni taż-żona wara li ÍG ħadet f'idejha l-ġestjoni taż-żona.

(41)

Finalment, ÍG ippreżentat valutazzjoni tal-kiri indipendenti, datata l-15 ta' Ottubru 2015, minn Reykjavík Fasteignasala (34). Il-valutazzjoni tal-kiri tipprovdi stima tal-valur tal-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 f'Ottubru 2005 fuq il-bażi tal-valur u l-kundizzjoni tal-proprjetajiet individwali. Il-konklużjoni tal-istimatur hija li l-valur tal-kiri totali fix-xahar tal-proprjetajiet u ż-żona huwa ta' ISK 1 870 000.

II.   VALUTAZZONI

1.   IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(42)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE huwa kif ġej:

“Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim.”

(43)

Dan jimplika li miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kumulattivament: il-miżura: (i) tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-istat; (ii) tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-benefiċjarju; (iii) tista' taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u responsabbli li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

1.1.   EBDA VANTAĠĠ

1.1.1.   Ġenerali

(44)

F'dan li ġej, l-Awtorità tistabbilixxi r-raġunament tagħha għaliex waslet għall-konklużjoni li l-ftehimiet tal-kiri ma jipprovdux lil ÍG b'vantaġġ fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(45)

Vantaġġ, fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, huwa kull benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat, u b'hekk titqiegħed f'pożizzjoni iżjed favorevoli mill-kompetituri tagħha (35). Jekk it-tranżazzjoni tkun saret skont termini favorevoli, fis-sens li ÍG kienet qiegħda tħallas il-kiri taħt il-prezz tas-suq, il-kumpanija tkun qed tirċievi vantaġġ fis-sens tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(46)

Biex tiġi eżaminata din il-kwistjoni, l-Awtorità tapplika t-test tal-“operatur tal-ekonomija tas-suq” (“MEO”) fejn l-imġiba tal-istati jew tal-awtoritajiet pubbliċi meta jbigħu jew jikru assi hija mqabbla ma' dik tal-operaturi ekonomiċi privati (36).

(47)

L-għan tat-test MEO huwa li jiġi vvalutat jekk l-Istat tax vantaġġ lil impriża billi ma aġixxiex bħala operatur privat tal-ekonomija tas-suq fir-rigward ta' ċerta tranżazzjoni, pereżempju, il-bejgħ jew il-kiri ta' assi (37). L-awtorità pubblika ma għandhiex tqis l-objettivi tal-politika pubblika u minflok għandha tiffoka fuq l-għan uniku li tikseb rata ta' redditu jew profitt tas-suq fuq l-investimenti tagħha u prezz tas-suq għall-bejgħ jew il-kiri tal-assi (38). Madankollu, l-Awtorità tinnota li din il-valutazzjoni normalment trid tqis kwalunkwe dritt jew obbligazzjoni speċjali marbuta mal-assi kkonċernat, b'mod partikolari dawk li jistgħu jaffettwaw il-prezz tas-suq.

(48)

Konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq, u jekk il-prezz miftiehem fi tranżazzjoni jikkorrispondix għall-prezz tas-suq, tista' tiġi stabbilita permezz ta' ċerti prokuri. L-organizzazzjoni ta' proċedura ta' preżentazzjoni ta' offerti miftuħa, trasparenti u mhux kundizzjonali hija ġeneralment mezz xieraq kif jiġi żgurat li l-bejgħ jew il-kiri tal-assi mill-awtoritajiet nazzjonali jkunu konsistenti mat-test MEO tal-bejjiegħ privat u li jitħallas valur tas-suq ġust għall-prodotti u s-servizzi inkwistjoni. Madankollu, dan ma jfissirx awtomatikament li n-nuqqas ta' proċedura ta' preżentazzjoni ta' offerti xierqa jew difett possibbli fi proċedura bħal din jiġġustifika preżunzjoni tal-għajnuna mill-Istat. L-Awtorità tista' tiddependi wkoll fuq prokuri oħra, inklużi valutazzjonijiet esperti.

1.1.2.   In-nuqqas ta' proċedura kompetittiva

(49)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni ta' hawn fuq, l-Awtorità l-ewwel trid teżamina jekk il-Belt organizzatx proċedura tal-offerti, adatta u xierqa biex jiġi stabbilit prezz tas-suq (39). Madankollu, f'dan il-każ ġie kkonfermat li ma nbdiet l-ebda sejħa għall-offerti pubblika rigward iż-żona inkwistjoni. Barra minn hekk, ma saritx valutazzjoni indipendenti bil-quddiem tal-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005.

(50)

Madankollu, il-Belt enfasizzat li l-bosta ftehimiet ta' kiri eżistenti fiż-żona, li ġew konklużi wara reklamar miftuħ fil-midja Iżlandiża fl-2003, ġew ikkunsidrati meta ġie ddeterminat il-kiri fil-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ma' ÍG. Madankollu, l-Awtorità tqis li dan ir-reklamar sempliċiment kien sejħa għal interess u ma jikkostitwixxix proċedura ta' offerti miftuħa u kompetittiva. Barra minn hekk, dan ma jirrigwardax iż-żona fl-intier tagħha, offruta għall-kiri lil kerrej wieħed, iżda pjuttost proprjetajiet individwali f'dik iż-żona.

(51)

Għalhekk l-Awtorità tikkonkludi li din il-proċedura ta' reklamar ma tissodisfax ir-rekwiżiti tat-test MEO. Għaldaqstant, din il-proċedura ma tistax tipprovdi prokura kredibbli għall-istabbiliment tal-prezz tas-suq għad-dritt ta' kirja inkwistjoni.

1.1.3.   Evalwazzjoni esperta tal-valur tal-kera

(52)

Kif ġie ddikjarat hawn fuq, in-nuqqas ta' proċess ta' sejħa għall-offerti suffiċjenti ma jeskludix il-possibbiltà li l-Awtorità tapplika t-test MEO. Madankollu, l-Awtorità jeħtieġ li teżamina s-sustanza tat-tranżazzjoni inkwistjoni, u b'mod partikolari tqabbel il-prezz miftiehem mal-prezz tas-suq. Għal dan l-iskop, l-Awtorità normalment tirreferi għal studju ta' valwazzjoni esperta indipendenti bħala indikatur għall-prezz tas-suq. Idealment tali studju għandu jitħejja fiż-żmien tat-tranżazzjoni. Madankollu, l-Awtorità tista' tiddependi wkoll fuq studju ta' evalwazzjoni ex post fil-valutazzjoni tagħha (40).

(53)

Il-Belt iddikjarat li hemm bosta kwistjonijiet li jaffettwaw il-prezz tal-kera tas-suq għaż-żona ta' Gufunes. L-ewwel nett, il-bini u l-installazzjonijiet kienu fi stat ħażin, xi kerrejja ma kinux qed iħallsu l-kera u kien hemm akkumulazzjoni ta' ruttam li kellu bżonn jitnaddaf. It-tieni nett, kien hemm inċertezza kbira fuq il-pjanijiet ta' tqassimf'żoni għaż-żona ta' Gufunes. L-attività industrijali qed tirtira fiż-żona skont Pjanijiet Muniċipali preċedenti u attwali u għaldaqstant il-Belt ma tistax tikkonkludi ftehim ta' kiri fuq perjodu twil għall-proprjetà. It-tielet, ÍG għandha l-obbligu li tirritorna l-parti tal-art fuq talba b'avviż ta' 12-il xahar u l-perjodu ta' avviż għaż-żona kollha, inkluż il-bini, kien wieħed qasir ta' 18-il xahar.

(54)

Kif ġie nnutat qabel, il-Belt kellha żewġ aġenti indipendenti ta' proprjetà immobbli jivvalutaw il-valur tal-proprjetajiet u d-drittijiet tal-kirja meta dawn wettqu n-negozjati tagħhom ma' RVK Studios għall-bejgħ tal-bini fiż-żona ta' Gufunes. Għalkemm dawn il-valutazzjonijiet indipendenti ma jikkonċernawx direttament il-prezz tal-kera tas-suq għall-proprjetajiet, huma jikkonfermaw l-istat ħażin tal-proprjetajiet u l-valur tas-suq tagħhom. Iż-żewġ stimaturi indipendenti jenfasizzaw li l-bini jnixxi, huwa iżolat b'mod insuffiċjenti, fih skart industrijali konsiderevoli miż-żmien meta l-art kienet okkupata minn kumpanija tal-fertilizzant, u ġeneralment fi stat delapidat. Barra minn hekk, uħud mill-bini fihom l-asbestos, u ieħor jeħtieġ li jitwaqqa'.

(55)

Kif innutat preċedentement, il-Belt ipprovdiet ukoll paragun ma' proprjetà industrijali simili li tinsab f'Sævarhöfði 31. Il-proprjetà ġiet reklamata għall-kiri mill-Akkwist Pubbliku Ċentrali u ġiet aċċettata l-ogħla fost erba' offerti, li tiswa ISK 420 000 kull xahar. Dan il-ftehim ta' kiri ma inkludiex xi servizzi jew obbligazzjonijiet speċjali li għandhom jitwettqu mill-kerrej. L-ogħla offerta ta' kiri bħala perċentwal tal-evalwazzjoni tal-proprjetà kien ta' 0,147 % filwaqt li l-prezz tal-kiri skont il-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ma' ÍG kien ta' 0,320 % tal-evalwazzjoni tal-proprjetà taż-żona ta' Gufunes.

(56)

Barra minn hekk, 101 Reykjavík Fasteignasala għamlet evalwazzjoni indipendenti tal-Ftehim Ġenerali ta' Kiri tal-2005 (41). L-evalwazzjon hija bid-data tal-15 ta' Ottubru 2015. Din hija bbażata fuq il-valur u l-istat tal-proprjetajiet individwali, li ġew ivvalutati u skrutinizzati individwalment. L-evalwazzjoni tħares lejn il-kundizzjonijiet tal-proprjetajiet u ż-żona fiż-żmien meta fl-2005 ġie konkluż il-Ftehim Ġenerali tal-Kiri kif ukoll il-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti ta' dak iż-żmien. Il-konklużjoni tal-istimatur hija li l-valur tal-kera totali fix-xahar tal-proprjetajiet kien ta' ISK 1 870 000 f'Ottubru 2005. Madankollu, skont il-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005, il-ħlas tal-kera fix-xahar għal ÍG kien ta' ISK 2 000 000, filwaqt li jiġi kkalkolat mill-ġdid kull xahar skont l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur (42). Il-ħlas imħallas fix-xahar minn ÍG għalhekk huwa ogħla mill-prezz tal-kera tas-suq skont l-evalwazzjoni tal-esperti.

(57)

Wara li kkunsidrat dak kollu li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tall-2005 ma ddaħħalx taħt il-prezz tas-suq.

(58)

Finalment, l-Awtorità tinnota li la l-paragun mal-proprjetà li tinsab f'Sævarhöfði 31 u lanqas il-valutazzjoni ppreparata minn 101 Reykjavík Fasteignasala ma jqisu l-obbligazzjonijiet speċjali li hemm fil-ftehimiet tal-kiri, b'mod partikolari l-perjodu qasir ta' avviż (li issa ġie evokat) u l-bosta obbligazzjonijiet ta' manutenzjoni. L-impatt finanzjarju ta' dawn l-obbligazzjonijiet fuq il-prezz tal-kera huma diffiċli biex jiġu kwantifiki. Madankollu, b'mod inerenti huma jiffavorixxu l-Belt b'detriment għal ÍG, filwaqt li jikkonsolidaw aktar il-konklużjoni tal-Awtorità li l-Ftehim Ġenerali tal-Kiri tal-2005 ġie konkluż fuq termini tas-suq.

(59)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li ÍG ma rċeviet ebda vantaġġ ekonomiku mill-ftehimiet tal-kiri.

2.   KONKLUŻJONI

(60)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-ftehimiet tal-kiri konklużi bejn il-Belt u ÍG dwar il-kiri taż-żona ta' Gufunes ma jinvolvux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-ftehimiet tal-kiri konklużi bejn il-Belt ta' Reykjavík u Íslenska Gámafélagið dwar il-kiri taż-żona ta' Gufunes ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. L-investigazzjoni formali hija hawnhekk magħluqa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżlanda.

Artikolu 3

L-unika verżjoni awtentika ta' din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2017.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Sven Erik SVEDMAN

President

Frank J. BÜCHEL

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 261/15/COL biex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali fl-għajnuna potenzjali mill-istat mogħtija permezz tal-kiri ta' art u proprjetà fiż-żona ta' Gufunes, ippubblikata fil-ĠU C 316, 24.9.2015, p. 22, u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 57, 24.9.2015, p. 21.

(2)  Id-Dokument Nru 704341-704343.

(3)  Id-Dokument Nru 774957.

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 261/15/COL biex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali fl-għajnuna potenzjali mill-istat mogħtija permezz tal-kiri ta' art u proprjetà fiż-żona ta' Gufunes, ippubblikata fil-ĠU C 316, 24.9.2015, p. 22, u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 57, 24.9.2015, p. 21.

(5)  Id-Dokument Nru 778453.

(6)  Id-Dokument Nru 781877.

(7)  Id-Dokument Nru 781927.

(8)  Id-Dokument Nru 786716.

(9)  Id-Dokument Nru 805588.

(10)  Id-Dokument Nru 806264.

(11)  Id-Dokument Nru 831665.

(12)  Jinsab online fuq; http://skipulagssja.skipbygg.is/skipulagssja/. Ara wkoll http://reykjavik.is/sites/default/files/adalskipulag/08_grafarvogur.pdf.

(13)  Ibid.

(14)  Id-Dokument Nru 716986, paġna 17

(15)  Id-Dokumenti Nru 716985 u 742948.

(16)  Id-Dokument Nru 716986, paġna 21.

(17)  Ara d-Dokument Nru 716985.

(18)  Id-Dokument Nru 716986, paġna 25.

(19)  Id-Dokument Nru 716986, paġna 29.

(20)  Id-Dokument Nru 716986, paġna 31.

(21)  Id-Dokument Nru 716986, paġna 33.

(22)  Id-Dokument Nru 716985.

(23)  Id-Dokument Nru 742948.

(24)  Iċ-ċifri kollha huma f'ISK.

(25)  Id-Dokument Nru 716985.

(26)  It-tħabbira tinsab fuq: http://www.hugmyndasamkeppni.is/samkeppnir/gufunes-framtidharskipulag.

(27)  Id-Dokument Nru 786718.

(28)  Il-Minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Belt jinsabu fuq: http://reykjavik.is/fundargerd/fundur-nr-5386.

(29)  Il-Minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Belt jinsabu fuq: http://reykjavik.is/fundargerd/fundur-nr-5407.

(30)  It-tħabbira tinsab fuq: http://reykjavik.is/frettir/islenska-gamafelagid-flytur-esjumela

(31)  It-tħabbira tinsab fuq: http://reykjavik.is/frettir/gengid-fra-kaupum-rvk-studios-fasteignum-undir-kvikmyndaver

(32)  Sentenza f'Westdeutsche Landesbank Girozentrale v Commission, T-228/99 u T-233/99, EU:T.2003:57.

(33)  Ara d-Deċiżjoni Nru 90/12/COL tal-Awtorità tal-15 ta' Marzu 2012 dwar il-bejgħ ta' ċertu bini fl-Inner Camp f'Haslemoen Lei, tinsab fuq: http://www.eftasurv.int/media/decisions/90-12-COL.pdf, paragrafu 81.

(34)  Id-Dokument Nru 778453.

(35)  Sentenza f'SFEI u Oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, punt 60, u s-sentenza fi Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, punt 41.

(36)  Għall-applikazzjoni tat-test MEO, ara l-Kawża E-12/11 Asker Brygge [2012] EFTA Ct. p. 536 u s-sentenza fil-Kawża Land Burgenland u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, EU:C:2013:682. Dawn il-kawżi jikkonċernaw il-bejgħ ta' dritt ta' proprjetà b'mod definittiv fl-art. Madankollu, huma jipprovdu wkoll gwida għall-bejgħ ta' drittijiet oħrajn fl-art, inkluż id-dritt ta' lokazzjoni fil-kawża preżenti.

(37)  Ara l-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-kunċett tal-għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, paragrafu 133. Jinsab fuq: http://www.eftasurv.int/media/esa-docs/physical/EFTA-Surveillance-Auhtority-Guidelines-on-the-notion-of-State-aid.pdf.

(38)  Sentenza fil-Kawża Land Burgenland u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, EU:C:2013:682.

(39)  Id-Deċiżjoni Nru 61/16/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA biex tingħalaq l-investigazzjoni formali f'għajnuna potenzjali permezz tal-kiri ta' fibrottika preċedentement imħaddma f'isem in-NATO, li sa issa għadha ma ġietx ippubblikata, tinsab online fuq: http://www.eftasurv.int/media/esa-docs/physical/061-16-COL.pdf, paragrafu 80.

(40)  Il-Kawża E-12/11 Asker Brygge [2012] EFTA Ct. p. 536, punt 81 u d-Deċiżjoni Nru 61/16/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA biex tingħalaq l-investigazzjoni formali f'għajnuna potenzjali permezz tal-kiri tal-fibrottika preċedentement imħaddma f'isem in-NATO, li s'issa għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 88.

(41)  Id-Dokument Nru 778453.

(42)  Id-Dokument Nru 716986, paġna 25.