ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 198

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
23 ta' Lulju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1197 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1198 tat-22 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199 tat-22 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-approvazzjoni operazzjonali tan-navigazzjoni abbażi tal-prestazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tal-fornituri tas-servizzi tad-dejta u tal-operazzjonijiet li jsiru lil hinn mill-kosta permezz tal-ħelikopters, u li jikkoreġi dak ir-Regolament

13

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1200 tat-22 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

38

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/1201 tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2016 li taħtar il-membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1202 tat-18 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni tad-WTO biex testendi s-sistema ta' trattament preferenzjali mogħtija lill-eks-Territorju Tutelat tal-Gżejjer tal-Paċifiku

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1203 tat-18 ta' Lulju 2016 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1204 tat-18 ta' Lulju 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1205 tat-18 ta' Lulju 2016 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands fil-Kumitat tar-Reġjuni

46

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1206 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/676/UE li tawtorizza lir-Rumanija biex tkompli tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1207 tal-20 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (EULEX KOSOVO/1/2016) ( 2 )

49

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa f'konformità mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1197

tas-26 ta' Ottubru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ittrasferixxa r-referenza għar-Repubblika ta' Kiribati mill-Anness I għall-Anness II tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).

(2)

Dik ir-referenza għar-Repubblika ta' Kiribati hija akkumpanjata b'nota f'qiegħ il-paġna li tispeċifika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.

(3)

Fid-9 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika ta' Kiribati għall-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”).

(4)

In-negozjati dwar il-Ftehim infetħu fis-17 ta' Diċembru 2014 u ġew iffinalizzati b'suċċess billi l-ftehim ġie inizjalat, permezz ta' skambju ta' ittri, fis-6 ta' Mejju 2015 mir-Repubblika ta' Kiribati u fl-10 ta' Ġunju 2015 mill-Unjoni.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, u d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim għandhom jiġu approvati,f'isem l-Unjoni. Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem f'adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem f'adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Il-Ftehim għandu japplika b'mod proviżorju mill- jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu (5), sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għal konklużjoni tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-UE”, u

IR-REPUBBLIKA TA' KIRIBATI, minn hawn 'il quddiem imsejħa “Kiribati”,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

BIL-ĦSIEB li jiġu żviluppati ulterjorment relazzjonijiet ta' ħbiberija bejn il-Partijiet Kontraenti u bix-xewqa li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar billi jiġi żgurat dħul u soġġorn għal perijodu qasir mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (1), billi, inter alia, jittrasferixxi 19-il pajjiż terz, inkluż Kiribati, mal-lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viża għal soġġorni qosra fl-Istati Membri,

FILWAQT LI HUMA KONXJI li l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 509/2014 jistipula li għal dawk id-19-il pajjiż, l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni,

FILWAQT LI JIXTIEQU li jitħares il-prinċipju ta' trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE,

FILWAQT LI JQISU li l-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn qasir tagħhom mhumiex koperti b'dan il-Ftehim u għalhekk għal dik il-kategorija r-regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u tal-liġi nazzjonali ta' Kiribati dwar l-obbligu jew l-eżenzjoni mill-viża u dwar l-aċċess għal impjieg jibqgħu japplikaw,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jipprovdi għal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini ta' Kiribati meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għall-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda;

(b)

“ċittadin tal-Unjoni” għandha tfisser ċittadin ta' Stat Membru kif definit fil-punt (a);

(c)

“ċittadin ta' Kiribati” tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Kiribati;

(d)

“żona Schengen” għandha tfisser iż-żona mingħajr fruntieri interni li tinkludi t-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (a) li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ minn Stat Membru, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju ta' Kiribati għall-perijodu ta' soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(1).

Iċ-ċittadini ta' Kiribati li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ minn Kiribati, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Istati Membri għall-perijodu tas-soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(2).

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għall-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas.

Għal dik il-kategorija ta' persuni, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi b'mod individwali li jimponi rekwiżit ta' viża fuq iċ-ċittadini ta' Kiribati jew li jirtiraha f'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).

Għal dik il-kategorija ta' persuni, Kiribati jista' jiddeċiedi dwar ir-rekwiżit ta' viża jew l-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini ta' kull Stat Membru b'mod individwali f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu.

3.   L-eżenzjoni mill-viża pprovduta b'dan il-Ftehim tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-Partijiet Kontraenti dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tas-soġġorn qasir. L-Istati Membri u Kiribati jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul u s-soġġorn qasir fit-territorji tagħhom jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet ma tintlaħaqx.

4.   L-eżenzjoni mill-viża tapplika irrispettivament mill-metodu ta' trasport użat biex jinqasmu l-fruntieri tal-Partijiet Kontraenti.

5.   Kwistjonijiet mhux koperti minn dan il-Ftehim għandhom ikunu koperti mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u mil-liġi nazzjonali ta' Kiribati.

Artikolu 4

Tul ta' żmien tas-soġġorn

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni jistgħu jibqgħu fit-territorju ta' Kiribati għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

2.   Iċ-ċittadini ta' Kiribati jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum. Dak il-perijodu għandu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini ta' Kiribati jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, indipendentement mill-perijodu tas-soġġorn ikkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

3.   Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà għal Kiribati u għall-Istati Membri biex jestendu l-perijodu tas-soġġorn għal aktar minn 90 jum f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u l-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 5

Applikazzjoni territorjali

1.   Fir-rigward tar-Repubblika Franċiża, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Repubblika Franċiża.

2.   Fir-rigward tar-Renju tan-Netherlands, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Renju tan-Netherlands.

Artikolu 6

Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta' esperti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u minn rappreżentanti ta' Kiribati. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Il-Kumitat għandu jkollu, inter alia, il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

li jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim;

(c)

jsolvi tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

3.   Il-Kumitat għandu jitlaqqa' kull meta jkun meħtieġ, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

4.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

Artikolu 7

Relazzjoni bejn dan il-Ftehim ma' ftehimiet bilaterali eżistenti dwar l-eżenzjoni mill-viża bejn l-Istati Membri u Kiribati

Dan il-Ftehim għandu jkollu preċedenza fuq kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri individwali u Kiribati, sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti f'konformità mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-aħħar waħda miż-żewġ notifiki li bihom il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li dawk il-proċeduri jkunu tlestew.

Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu.

2.   Dan il-Ftehim qed jiġi konkluż għal perijodu indefinit, kemm-il darba ma jintemmx f'konformità mal-paragrafu 5.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi ftehim bil-miktub mill-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan il-għan.

4.   Kull Parti Kontraenti tistà tissospendi l-Ftehim kollu jew parti minnu, b'mod partikolari, għal raġunijiet ta' politika pubblika, il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-immigrazzjoni illegali jew l-introduzzjoni mill-ġdid tal-ħtieġa tal-viża minn kwalunkwe Parti Kontraenti. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi notifikata lill-Parti Kontraenti l-oħra mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ippjanat tagħha. Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf minnufih lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.

5.   Kull Parti Kontraenti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ 90 jum wara dik id-data.

6.   Kiribati jista' jissospendi jew jittermina dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha.

7.   L-Unjoni tista' tissospendi jew tittermina dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha tagħha.

Magħmul f'żewġ kopji, fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan u Ungeriż u Żvediż fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и трети юни през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintitrés de junio de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne dvacátého třetího června dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den treogtyvende juni to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am dreiundzwanzigsten Juni zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta juunikuu kahekümne kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι τρεις Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the twenty-third day of June in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-trois juin deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset trećeg lipnja godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì ventitré giugno duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada divdesmit trešajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų birželio dvidešimt trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év június havának huszonharmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tlieta u għoxrin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, drieëntwintig juni tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego trzeciego czerwca roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e três de junho de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și trei iunie două mii șaisprezece.

V Bruseli dvadsiateho tretieho júna dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne triindvajsetega junija leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den tjugotredje juni år tjugohundrasexton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou Unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Република Кирибати

Por la República de Kiribati

Za Republiku Kiribati

Por Republikken Kiribati

Für die Republik Kiribati

Kiribati Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Kιριμπάτι

For the Republic of Kiribati

Pour la République de Kiribati

Za Republiku Kiribati

Per la Repubblica di Kiribati

Kiribati Republikas vārdā –

Kiribačio Respublikos vardu

Kiribati Köztársaság részéről

Għar-Repubblika ta' Kiribati

Voor de Republiek Kiribati

W imieniu Republiki Kiribati

Pela República da Quiribáti

Pentru Republica Kiribati

Za Kiribatskú republiku

Za Republiko Kiribati

Kiribatin tasavallan puolesta

För Republiken Kiribati

Image


(1)  ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

FIR-RIGWARD TAL-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Il-Partijiet Kontraenti jirrimarkaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.

F'ċirkostanzi bħal dawn hu mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, minn naħa, u Kiribati, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir f'termini simili għal dawk ta' dan il-Ftehim.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-KATEGORIJA TA' PERSUNI LI JIVVJAĠĠAW BIL-GĦAN LI JWETTQU ATTIVITÀ BI ĦLAS KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 3(2) TA' DAN IL-FTEHIM

Xewqana li tkun żgurata interpretazzjoni komuni, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li, għall-għan ta' dan il-Ftehim, il-kategorija ta' persuni li jwettqu attività bi ħlas tkopri l-persuni li jidħlu b'għan li jkollhom mestier bi qligħ jew attività b'remunerazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bħala impjegat jew fornitur ta' servizz.

Din il-kategorija ma għandhiex tkopri:

persuni tan-negozju, jiġifieri persuni li jivvjaġġaw b'għan ta' deliberazzjoni tan-negozju (mingħajr ma jkunu impjegati fil-pajjiż tal-Parti Kontraenti l-oħra),

persuni tal-isports jew artisti li jeżebixxu attività fuq bażi ad hoc,

ġurnalisti mibgħuta mill-midja tal-pajjiż ta' residenza tagħhom, u,

apprendisti intra-korporattivi.

L-implimentazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni għandha tkun immonitorjata mill-Kumitat Konġunt fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim, li jista' jipproponi modifiki meta, fuq il-bażi tal-esperjenzi tal-Partijiet Kontraenti, jikkunsidrah neċessarju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-PERIJODU TA' 90 JUM FI KWALUNKWE PERIJODU TA' 180 JUM KIF STABBILIT FL-ARTIKOLU 4 TA' DAN IL-FTEHIM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum kif previst mill-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ifisser soġġorn kontinwu jew bosta soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien totali tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perijodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi wieħed iħares lura lejn kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta'180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tad-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum għadux jiġi ssodisfat. Inter alia, dan ifisser li assenza għal perijodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti li jkun hemm soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

DWAR L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA LIĊ-ĊITTADINI DWAR IL-FTEHIM DWAR L-EŻENZJONI MILL-VIŻA

Filwaqt li tkun rikonoxxuta l-importanza tat-trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini ta' Kiribati, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jiżguraw it-tixrid totali ta' informazzjoni dwar il-kontenut u tal-konsegwenzi tal-ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża u kwistjonijiet relatati, bħall-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju.


REGOLAMENTI

23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1198

tat-22 ta' Lulju 2016

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-metilisotijażolinon huwa awtorizzat bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi f'konċentrazzjonijiet sa 0,01 % piż/piż (100 ppm) permezz tal-entrata 57 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) adotta opinjoni dwar is-sikurezza tal-metilisotijażolinon (sensitizzazzjoni biss) fit-12 ta' Diċembru 2013 (2).

(3)

Is-SCCS ikkonkluda li d-dejta klinika attwali tindika li l-livell ta' konċentrazzjoni ta' metilisotijażolinon ta' 100 ppm fil-prodotti kożmetiċi mhuwiex sikur għall-konsumatur. Fil-każ tal-prodotti kożmetiċi li ma jitlaħalħux (inklużi l-wet wipes), ma ntweriet l-ebda konċentrazzjoni sikura ta' metilisotijażolinon, la għall-induzzjoni ta' allerġija b'riżultat ta' kuntatt u lanqas għall-eliċitazzjoni.

(4)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS imsemmija hawn fuq, huwa importanti li tiġi indirizzata l-inċidenza ogħla ta' allerġiji minħabba l-metilisotijażolinon u din is-sustanza għandha għalhekk tiġi pprojbita fil-prodotti li ma jitlaħalħux.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

L-applikazzjoni tal-projbizzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi ddifferita biex l-industrija tkun tista' tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-formulazzjonijiet tal-prodotti. B'mod partikolari, l-impriżi għandhom jingħataw sitt xhur biex iqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu konformi, u sabiex jirtiraw prodotti mhux konformi mis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Mit-12 ta' Frar 2017 il-prodotti kożmetiċi biss li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1521/13 Reviżjoni tas-27 ta' Marzu 2014.


ANNESS

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-entrata 57 tinbidel b'dan li ġej:

In-numru ta' referenza

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“57

2-Metil-2H-isotijażol-3-one

Metilisotijażolinon (1)

2682-20-4

220-239-6

Prodotti li jitlaħalħu

0,01 %

 

 


(1)  Il-metilisotijażolinon huwa rregolat ukoll bl-entrata Nru 39 tal-Annes V f'taħlita mal-metilkloroisotijażolinon. Iż-żewġ entrati jeskludu lil xulxin: l-użu tat-taħlita ta' Metilkloroisotijażolinon (u) Metilisotijażolinon huwa inkompatibbli mal-użu ta' Metilisotijażolinon waħdu fl-istess prodott.”


23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1199

tat-22 ta' Lulju 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-approvazzjoni operazzjonali tan-navigazzjoni abbażi tal-prestazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tal-fornituri tas-servizzi tad-dejta u tal-operazzjonijiet li jsiru lil hinn mill-kosta permezz tal-ħelikopters, u li jikkoreġi dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-operat sikur tal-inġenji tal-ajru.

(2)

Dejta jew informazzjoni ajrunawtika żbaljata li tiddaħħal fis-sistemi tal-inġenji tal-ajru fl-ajru tista' toħloq riskji sinifikanti għas-sikurezza tat-titjira. Għalhekk għandu jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tad-dejta jipproċessaw id-dejta u l-informazzjoni ajrunawtika b'tali mod li jiggarantixxi l-kwalità tagħhom u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-manifatturi tal-inġenji tal-ajru għall-użu maħsub għall-utenti aħħarin tal-ispazju tal-ajru.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jeħtieġ approvazzjoni speċifika għall-operazzjonijiet kollha tan-navigazzjoni abbażi tal-prestazzjoni (“PBN”), ħlief għal xi metodi ta' navigazzjoni bażiċi. Il-każijiet li jeħtieġu approvazzjoni speċifika għandhom jitnaqqsu b'mod sinifikanti biex jittaffa l-piż ekonomiku u amministrattiv bla bżonn fuq l-operaturi tal-avjazzjoni ġenerali, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza u l-maturità diġà milħuqa waqt l-operazzjonijiet ta' avviċinament bl-użu tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (“GNSS”), u biex tkun żgurata l-konsistenza mal-aktar standards internazzjonali tas-sikurezza riċenti.

(4)

Biex ikun aktar faċli li l-operaturi jikkonformaw mar-regoli marbuta mat-trasport ta' oġġetti perikolużi kif ukoll ma' dawk relatati ma' sistemi ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso fis-sits tal-ekwipaġġ tat-titjira u fis-sits tal-passiġġieri ta' ċerti ajruplani żgħar, u b'hekk tittejjeb is-sikurezza, jenħtieġ li dawk ir-regoli jiġu adattati għat-tip ta' operazzjoni u għall-kumplessità tal-inġenji tal-ajru li jintużaw.

(5)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012, ċerti operaturi żgħar mhux kummerċjali għandhom jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni fl-organizzazzjoni tagħhom, peress li joperaw inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni. Madankollu, f'ċerti każijiet, bħal f'operazzjoni mhux kummerċjali ta' ajruplani eħfef b'magni tat-tip twin-turboprop, dawk l-operaturi jista' jkollhom diffikultajiet fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni li tinsab fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Billi l-isforz meħtieġ minn dawn l-operaturi biex jilħqu l-konformità huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji li ġġib l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti għas-sikurezza tal-operazzjonijiet tagħhom, dawk l-operaturi għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u, minflok, għandhom jitħallew jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII. Għall-konsistenza, l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ li jwettqu taħriġ fit-titjir fuq ajruplani eħfef b'magni tat-tip twin-turboprop għandhom jitħallew jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII tiegħu.

(6)

L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jeħtieġ li jinġarr u jintuża l-ossiġnu waqt titjir f'altitudni ta' pressjoni fissa. Abbażi tal-prinċipju tad-differenzjazzjoni tar-riskji, fejn il-livell tal-protezzjoni regolatorja mogħtija lill-partijiet ikkonċernati tiddependi mill-kapaċità tagħhom li jivvalutaw u jikkontrollaw ir-riskji, il-ħtieġa tal-ossiġnu f'inġenji tal-ajru mhux bil-pressjoni involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali għandha tiġi ddeterminata mill-pilota ta' inġenju tal-ajru bħal dan, filwaqt li jitqiesu ċerti fatturi oġġettivi.

(7)

L-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter (“HOFO”) joħolqu ċerti riskji speċifiċi tas-sikurezza li mhumiex indirizzati kif xieraq bir-Regolament (UE) Nru 965/2012 kif inhu bħalissa. Għalhekk, xi Stati Membri jadottaw rekwiżiti addizzjonali, inkluż l-użu obbligatorju ta' teknoloġiji ġodda, biex jitnaqqsu dawn ir-riskji u jinżammu l-livelli ta' sikurezza. Madankollu, biex jiġi żgurat li l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jintlaħqu, u biex ikunu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-ajru, għandhom jiġu stabbiliti miżuri ta' sikurezza komuni fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li titqies l-esperjenza fil-livell nazzjonali kif ukoll l-iżviluppi fis-settur tal-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter.

(8)

Fir-Regolament (UE) Nru 965/2012, ġew identifikati wkoll ċerti żbalji editorjali li wasslu għal diffikultajiet fl-implimentazzjoni.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(10)

Jenħtieġ li jiġi pprovdut żmien biżżejjed biex l-operaturi kkonċernati u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jadattaw għar-regoli l-ġodda dwar id-dejta u l-informazzjoni tal-ajrunawtika, kif ukoll dwar l-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter previsti f'dan ir-Regolament.

(11)

Il-Kummissjoni biħsiebha tirrevedi r-regoli relatati mal-blalen tal-arja u mal-glajders stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 965/2012, fil-kuntest tal-inizjattiva għal leġiżlazzjoni aktar sempliċi, eħfef u aħjar dwar l-avjazzjoni ċivili. Ix-xogħol preparatorju għal din ir-reviżjoni jinsab għaddej. Għalhekk, issa d-data ta' applikazzjoni ta' dawk ir-regoli għandha tiġi adattata, biex ikun żgurat li dik ir-reviżjoni tkun tista' titlesta u li dawk ir-regoli jistgħu jiġu emendati fejn meħtieġ qabel ma jibdew japplikaw.

(12)

Fl-interess taċ-ċarezza tad-dritt u ta' implimentazzjoni armonizzata tar-rekwiżiti komuni madwar l-Unjoni kollha, għandu jkun hemm dati fissi tal-applikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti, jew immedjatament mad-dħul fis-seħħ jew iktar 'il quddiem. Il-miżuri tranżitorji u l-kompiti li għandhom jiġu implimentati debitament mill-Istati Membri kollha għandhom jiġu inklużi fl-att legali, biex jiġu evitati t-tħassib u l-inċertezza legali. Il-possibbiltà li jintużaw esklużjonijiet kif previst f'ċerti Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni għandha tkun ristretta għal każijiet ġustifikati kif mistħoqq, fejn ikun assolutament meħtieġ, u minflok għandha tintuża sistema prevedibbli u trasparenti. Għalhekk huwa importanti ħafna li r-Regolament (UE) Nru 965/2012 jiġi emendat biex jitqiesu dawn il-kunsiderazzjonijiet.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjonijiet (3) maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

titħassar il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (e);

(b)

jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

ħelikopters li jintużaw għal operazzjonijiet lil hinn mill-kosta (HOFO).”

(2)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Minkejja l-Artikolu 5, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jirrikjedu approvazzjoni speċifika u rekwiżiti addizzjonali b'rabta mal-proċeduri operazzjonali, mat-tagħmir u mal-kwalifiki u mat-taħriġ tal-ekwipaġġ għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jsiru lil hinn mill-kosta permezz ta' ħelikopter, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, sat-30 ta' Ġunju 2018. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bir-rekwiżiti addizzjonali li jkunu qed jiġu applikati għal approvazzjonijiet speċifiċi ta' dan it-tip. Dawk ir-rekwiżiti m'għandhomx ikunu inqas restrittivi minn dawk mogħtija fl-Annessi III u IV.”;

(b)

jitħassar il-paragrafu 7;

(c)

jiżdiedu l-paragrafi 8 u 9 li ġejjin:

“8.   B'deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(3), l-operaturi ta' ajruplani kumplessi li jaħdmu b'magna b'turbina, b'massa massima ċċertifikata waqt it-tluq (MCTOM) ta' 5 700 kg jew inqas, mgħammra b'magni “turboprop”, involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali, għandhom joperaw dawk l-inġenji tal-ajru skont l-Anness VII biss.

9.   B'deroga mill-Artikolu 5(5)(a), l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ, filwaqt li jwettqu taħriġ fit-titjir ta' ajruplani kumplessi li jaħdmu b'magna b'turbina, b'massa massima ċċertifikata waqt it-tluq (MCTOM) ta' 5 700 kg jew inqas, mgħammra b'magni “turboprop”, involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali, għandhom joperaw dawk l-inġenji tal-ajru skont l-Anness VII.”

(3)

l-Artikolu 10 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mit-28 ta' Ottubru 2012, soġġett għall-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 6 hawn taħt.

2.   L-Annessi II u VII għandhom japplikaw għal operazzjonijiet mhux kummerċjali bil-blalen tal-arja u bil-glajders mill-25 ta' Awwissu 2013, għajr għall-Istati Membri li jkunu ddeċidew li ma japplikawhomx bis-sħiħ jew in parti f'konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien ta' dik id-deċiżjoni u sal-punt li jkunu ddeċidew li jagħmlu dan. Dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Annessi II u VII mit-8 ta' April 2018 għal operazzjonijiet mhux kummċerjali bil-blalen tal-arja u mit-8 ta' April 2019 għal operazzjonijiet mhux kummċerjali bil-glajders, jew mid-dati indikati fid-deċiżjoni tagħhom, skont il-każ.

3.   L-Annessi II, III, VII u VIII għandhom japplikaw għal operazzjonijiet speċjalizzati bil-blalen tal-arja u bil-glajders mill-1 ta' Lulju 2014, għajr għall-Istati Membri li jkunu ddeċidew li ma japplikawhomx bis-sħiħ jew in parti f'konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien ta' dik id-deċiżjoni u sal-punt li jkunu ddeċidew li jagħmlu dan. Dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Annessi II, III, VII u VIII mit-8 ta' April 2018 għal operazzjonijiet speċjalizzati bil-blalen tal-arja u mit-8 ta' April 2019 għal operazzjonijiet speċjalizzati bil-glajders, jew mid-dati indikati fid-deċiżjoni tagħhom, skont il-każ.

4.   L-Annessi II, III, VII u VIII għandhom japplikaw għal operazzjonijiet speċjalizzati bl-ajruplani u bil-ħelikopters mill-1 ta' Lulju 2014, għajr għall-Istati Membri li jkunu ddeċidew li ma japplikawhomx bis-sħiħ jew in parti f'konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien ta' dik id-deċiżjoni u sal-punt li jkunu ddeċidew li jagħmlu dan. Dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Annessi II, III, VII u VIII mill-21 ta' April 2017 għal operazzjonijiet speċjalizzati bl-ajruplani u bil-ħelikopters, jew mid-dati indikati fid-deċiżjoni tagħhom, skont il-każ.

5.   L-Annessi II, III u IV għandhom japplikaw għal:

(a)

operazzjonijiet CAT li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit operazzjonali b'ajruplani bi Prestazzjoni tal-Klassi B jew ħelikopters mhux kumplessi mill-1 ta' Lulju 2014, għajr għall-Istati Membri li jkunu ddeċidew li ma japplikawhomx bis-sħiħ jew in parti f'konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien ta' dik id-deċiżjoni u sal-punt li jkunu ddeċidew li jagħmlu dan. Dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Annessi II, III, u IV għall-operazzjonijiet CAT li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit operazzjonali b'ajruplani bi Prestazzjoni tal-Klassi B jew ħelikopters mhux kumplessi mill-21 ta' April 2017, jew mid-dati indikati fid-deċiżjoni tagħhom, skont il-każ;

(b)

Operazzjonijiet CAT bil-blalen tal-arja u bil-glajders mill-1 ta' Lulju 2014, għajr għall-Istati Membri li jkunu ddeċidew li ma japplikawhomx bis-sħiħ jew in parti f'konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien ta' dik id-deċiżjoni u sal-punt li jkunu ddeċidew li jagħmlu dan. Dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Annessi II, III, u IV mit-8 ta' April 2018 għal operazzjonijiet CAT bil-blalen tal-arja u mit-8 ta' April 2019 għal operazzjonijiet CAT bil-glajders, jew mid-dati indikati fid-deċiżjoni tagħhom, skont il-każ.

6.   Dawn li ġejjin għandhom japplikaw matul il-perjodi stipulati fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli:

(a)

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri effettivi u gradwali biex jikkonformaw ma' dawk ir-rekwiżiti, inkluż billi jadattaw is-sistemi tal-organizzazzjoni tal-ġestjoni, it-taħriġ tal-persunal, il-proċeduri u l-manwali u l-programm ta' sorveljanza tagħhom;

(b)

L-operaturi għandhom jadattaw is-sistema tal-ġestjoni, il-programm tat-taħriġ, il-proċeduri u l-manwali biex ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, kif rilevanti, sa mhux aktar tard mid-data tal-applikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti;

(c)

Sad-data ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti relevanti ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikomplu joħorġu, iġeddu jew jimmodifikaw iċ-ċertifikati, l-awtorizzazzjonijiet u l-approvazzjonijiet skont ir-regoli fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-rekwiżiti jew, fil-każ ta' operazzjonijiet CAT li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit operazzjonali b'ajruplani bi prestazzjoni tal-klassi B jew b'ħelikopters mhux kumplessi, f'konformità ma':

l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 u eżenzjonijiet nazzjonali relatati f'konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għall-ajruplani; kif ukoll

rekwiżiti nazzjonali, għall-ħelikopters.

(d)

Ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet maħruġa mill-Istati Membri qabel id-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala maħruġa f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. Madankollu, huma għandhom jiġu sostitwiti b'ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet, kif xieraq, maħruġa skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament.

(e)

Operaturi li jkunu soġġetti għal obbligu ta' dikjarazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tagħhom sa mhux aktar tard mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament.”

(4)

L-Annessi I, II, IV, V, VI, VII u VIII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

Fl-Anness IV (il-Parti-CAT), CAT.POL.A.240, il-punt (b)(4) jinbidel b'dan li ġej:

“(4)

l-ekwipaġġ tat-titjira kiseb għarfien xieraq tar-rotta li fiha għandu jittajjar l-inġenju tal-ajru u tal-proċeduri li għandhom jintużaw skont il-Subparti FC tal-Parti-ORO.”;

(2)

Fl-Anness VII (il-Parti-NCO), it-test ta' NCO.GEN.103 jinbidel b'dan li ġej:

“It-titjiriet introduttorji msemmija fl-Artikolu 6(4a)(c) ta' dan, ir-Regolament meta jsiru skont dan l-Anness, għandhom:

(a)

jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit operazzjonali, ħlief għall-blalen tal-arja u għall-glajders;

(b)

ikunu operati skont il-VFR binhar;

(c)

ikunu sorveljati minn persuna nominata responsabbli għas-sikurezza tagħhom; kif ukoll

(d)

jikkonformaw ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra stipulata mill-awtorità kompetenti.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-25 ta' Awwissu 2016.

Madankollu,

(a)

il-punt 1 tal-Artikolu 1 u l-punti 1(a), 1(b), 1(c), 1(d), 2(c), 3(a), 3(e), 3(g), 3(m), 3(n), 3(o), 4(c), 5(d), 5(j), 5(k), 5(l), 7(d), 7(k) u 7(l) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2018;

(b)

il-punti 3(l), 3(q), 5(i), 5(n), 6(k), 6(n), 7(j) u 7(n) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019;

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(3)  L-Opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Nru 02/2015 tat-12.3.2015 għal Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri operattivi għall-provvista ta' dejta lill-utenti tal-ispazju tal-ajru għall-għanijiet tan-navigazzjoni tal-ajru; L-Opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Nru 03/2015 tal-31.3.2015 għal Regolament tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni operazzjonali ta' kriterji ta' approvazzjoni għal Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni (PBN); L-Opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Nru 04/2015 tat-8.5.2015 għal Regolament tal-Kummissjoni dwar approvazzjoni speċifika għal perazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter.


ANNESS

L-Annessi I, II, IV, V, VI, VII u VIII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I (Definizzjonijiet):

(a)

il-punt (69) jinbidel b'dan li ġej:

“(69)

“ambjent ostili” tfisser:

(a)

żona li fiha:

(i)

ma jistax jitwettaq inżul ta' emerġenza sikur minħabba li l-wiċċ mhuwiex adegwat; jew

(ii)

l-okkupanti tal-ħelikopter ma jistgħux jiġu protetti b'mod adegwat mill-elementi; jew

(iii)

ir-rispons/il-kapaċità ta' tiftix u salvataġġ mhumiex ipprovduti b'mod konsistenti mal-esponiment antiċipat; jew

(iv)

ikun hemm riskju mhux aċċettabbli li jiġu pperikolati persuni jew proprjetà li jinsabu fuq l-art;

(b)

fi kwalunkwe każ, iż-żoni li ġejjin:

(i)

fil-każ ta' operazzjonijiet fuq il-baħar, iż-żona tal-baħar miftuħ fit-Tramuntana ta' 45N u fin-Nofsinhar ta' 45S, sakemm kwalunkwe Parti mhix nominata bħala partijiet mhux ostili mill-awtorità responsabbli tal-Istat li fih iseħħu l-operazzjonijiet; kif ukoll

(ii)

dawk il-partijiet ta' żona kkonġestjonata li m'għandhomx żoni adegwati għal inżul ta' emerġenza sikur.”;

(b)

il-punt (86) jinbidel b'dan li ġej:

“(86)

“operazzjoni lil hinn mill-kosta” tfisser operazzjoni b'ħelikopter li għandha proporzjon sostanzjali ta' kwalunkwe titjira mwettqa fuq żoni ta' baħar miftuħ lejn jew minn post lil hinn mill-kosta.”;

(c)

jiddaħħal il-punt (86a) li ġej:

“(86a)

“post lil hinn mill-kosta” tfisser faċilità maħsuba biex tintuża għal operazzjonijiet bil-ħelikopter fuq struttura li żżomm f'wiċċ l-ilma jew fuq struttura fissa lil hinn mill-kosta jew bastiment.”;

(d)

jiddaħħal il-punt (86b) li ġej:

“(86b)

“żona f'baħar miftuħ” tfisser żona tal-ilma lejn il-baħar mill-kosta.”;

(e)

jiddaħħal il-punt (103 a) li ġej:

“(103a)

“speċifikazzjoni tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni meħtieġa (RNP)” tfisser speċifikazzjoni tan-navigazzjoni għall-operazzjonijiet PBN li tinkludi rekwiżit ta' monitoraġġ u twissija tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni abbord.”;

(2)

Fl-Anness II (il-Parti-ARO):

(a)

tiżdied il-parti ARO.OPS.240 li ġejja:

“ARO.OPS. 240   Approvazzjoni speċifika ta' RNP AR APCH

(a)

Meta l-applikant jkun wera l-konformità mar-rekwiżiti fil-parti SPA.PBN.105, l-awtorità kompetenti għandha tagħti approvazzjoni speċifika ġenerika jew approvazzjoni speċifika għall-proċedura għal RNP AR APCH.

(b)

Fil-każ ta' approvazzjoni speċifika għall-proċedura, l-awtorità kompetenti għandha:

(1)

telenka l-proċeduri approvati ta' avviċinament bl-istrumenti f'ajrudromi speċifiċi fl-approvazzjoni tal-PBN;

(2)

tistabbilixxi koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti għal dawn l-ajrudromi, jekk ikun xieraq; kif ukoll

(3)

tqis il-krediti possibbli li jirriżultaw mill-approvazzjonijiet speċifiċi tal-RNP AR APCH li nħarġu diġà lill-applikant.”;

(b)

L-Appendiċi II jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni
”;

(c)

in-nota 6 tal-EASA FORM 140 fl-Appendiċi V tinbidel b'dan li ġej:

“(6)

Elenka f'din il-kolonna kwalunkwe operazzjoni approvata, pereżempju, oġġetti perikolużi, LVO, RVSM, PBN, MNPS, HOFO.”;

(3)

Fl-Anness IV (il-Parti-CAT):

(a)

titħassar il-parti CAT.OP.MPA.120

(b)

tiddaħħal il-parti CAT.OP.MPA.126 li ġejja:

“CAT.OP.MPA.126   Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni

Meta tkun meħtieġa navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) għar-rotta jew għall-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru, l-operatur għandu jiżgura li:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni PBN rilevanti hija ddikjarata fl-AFM jew f'dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew tkun ibbażata fuq approvazzjoni simili; kif ukoll

(b)

l-inġenju tal-ajru jiġi operat f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni rilevanti u mal-limitazzjonijiet tal-AFM jew xi dokument ieħor imsemmi hawn fuq.”;

(c)

il-parti CAT.OP.MPA.135(a)(1) tinbidel b'dan li ġej:

“(1)

jiġu pprovduti faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, faċilitajiet u servizzi fuq l-art, inklużi servizzi meteoroloġiċi, li jkunu xierqa għall-operazzjoni ppjanata;”;

(d)

fil-parti CAT.OP.MPA.175(b):

(i)

il-punt (6) jinbidel b'dan li ġej:

“(6)

faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, faċilitajiet u servizzi fuq l-art meћtieġa gћat-titjira ppjanata jkunu disponibbli u xierqa;”

(ii)

titħassar il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (7);

(iii)

jiddaħħal il-punt (7a) li ġej:

“(7a)

kwalunkwe bażi tad-dejta tan-navigazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tkun xierqa u aġġornata; kif ukoll”;

(e)

il-parti CAT.OP.MPA.181 tinbidel b'dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.181   Għażla tal-ajrudromi u tas-siti tal-operat — il-ħelikopters

(a)

Għal titjiriet f'kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument (IMC), il-kmandant għandu jagħżel ajrudrom alternattiv għat-tlugħ li jkun jinsab sa massimu ta' siegħa titjir 'il bogħod b'titjir f'veloċità regolari normali, f'każ li ma jkunx possibbli li dan jirritorna lejn is-sit tat-tluq minћabba raġunijiet meteoroloġiċi.

(b)

Għat-titjiriet skont l-IFR jew waqt it-titjir skont il-VFR u b'navigazzjoni b'mezzi oħra mhux b'referenza għall-għeliem viżiv il-kmandant għandu jispeċifika mill-inqas ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed fil-pjan operattiv tat-titjira, sakemm:

(1)

għal titjira lejn kwalunkwe destinazzjoni oħra fuq l-art, it-tul tal-ħin tat-titjira u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi eżistenti ma jkunux tali li, fil-ħin stmat tal-wasla fis-sit tal-inżul ippjanat, ikun possibbli li jitwettqu avviċinament u nżul b'kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC); jew

(2)

is-sit tal-inżul ippjanat ma jkunx wieħed iżolat u ma jkun hemm l-ebda sit alternattiv disponibbli; f'dak il-każ għandu jiġi stabbilit punt tal-ebda ritorn (PNR).

(c)

L-operatur gћandu jagћżel żewġ ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni meta:

(1)

ir-rapporti tat-temp u/jew it-tbassir tat-temp ix-xierqa gћall-ajrudrom tad-destinazzjoni jkunu jindikaw li, matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin mistenni tal-wasla, il-kundizzjonijiet tat-temp se jkunu iktar baxxi mill-valuri minimi tal-ippjanar applikabbli; jew

(2)

ma jkun hemm l-ebda informazzjoni meteoroloġika disponibbli għall-ajrudrom tad-destinazzjoni.

(d)

L-operatur għandu jispeċifika kull ajrudrom alternattiv meħtieġ fil-pjan operattiv tat-titjira.”;

(f)

tiddaħħal il-parti CAT.OP.MPA.182 li ġejja:

“CAT.OP.MPA.182   Ajrudrom tad-destinazzjoni — operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti

L-operatur għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta' telf ta' kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.”;

(g)

jitħassar il-punt (b) tal-parti CAT.OP.MPA.247;

(h)

il-parti CAT.OP.MPA.295 tinbidel b'dan li ġej:

“CAT.OP.MPA.295   Użu ta' sistema għall-prevenzjoni tal-kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u programmi ta' taħriġ meta s-sistema tal-ACAS tkun installata u tista' titħaddem, biex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun imħarreġ b'mod xieraq fl-evitar ta' kolliżjonijiet u jkun kompetenti fl-użu tat-tagħmir tal-ACAS II.”;

(i)

il-punt(a)(3) tal-parti CAT.IDE.A.205 jinbidel b'dan li ġej:

“(3)

ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso f'kull sit tal-passiġġieri u ċinturini tas-sikurezza f'kull post fil-każ ta' ajruplani li jkollhom MCTOM ta' inqas minn 5 700 kilogramma u MOPSC ta' inqas minn disgħa, wara li tkun inħarġitilhom CofA għall-ewwel darba fit-8 ta' April 2015 jew wara dik id-data;”;

(j)

il-punt (b) tal-parti CAT.IDE.A.205 jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso għandu:

(1)

jinfetaħ permezz ta' molla waħda;

(2)

fis-sits għall-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti; kif ukoll

(3)

fuq is-sits tal-ekwipaġġ tat-titjira u f'kull sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot;

(i)

żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti; jew

(ii)

ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:

(A)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' inqas minn 5 700 kg u MOPSC ta' inqas minn disgħa, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

(B)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' inqas minn 5 700 kg u MOPSC ta' inqas minn disgħa, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġa għall-ewwel darba qabel it-28 ta' Ottubru 2014; kif ukoll

(C)

ajruplani ċċertifikati f'konformità ma' CS-VLA jew ekwivalenti u CS-LSA jew ekwivalenti.”;

(k)

jiżdied il-punt (f) li ġej fil-parti CAT.IDE.A.345:

“(f)

Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.”

(l)

il-parti CAT.IDE.A.355 tinbidel b'dan li ġej:

“CAT.IDE.A.355   Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika

(a)

Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-jaru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.

(b)

L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.

(c)

Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.

F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.”;

(m)

jitħassar il-punt (b) tal-parti CAT.IDE.H.280;

(n)

il-parti CAT.IDE.H.295 tinbidel b'dan li ġej:

“CAT.IDE.H.295   Ilbies ta' sopravivenza għall-ekwipaġġ

Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jilbes ilbies ta' sopravivenza meta jkun qed jaħdem fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 f'titjiriet fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art jew inżul ta' emerġenza sikur, meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp li l-kmandant ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu jkunu jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-+ 10 °C matul it-titjira.”;

(o)

titħassar il-parti CAT.IDE.H.310;

(p)

jiżdied il-punt (e) li ġej fil-parti CAT.IDE.H.345:

“(e)

Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.”;

(q)

tiżdied il-parti CAT.IDE.H.355 li ġejja:

“CAT.IDE.H.355   Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika

(a)

Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.

(b)

L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.

(c)

Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.

F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.”;

(4)

Fl-Anness V (il-Parti-SPA):

(a)

il-parti SPA.PBN.100 PBN tinbidel b'dan li ġej:

“SPA.PBN.100   Operazzjonijiet tal-PBN

(a)

Approvazzjoni hija meħtieġa għal kull waħda minn dawn l-ispeċifikazzjonijiet PBN:

(1)

RNP AR APCH; kif ukoll

(2)

RNP 0.3 għal operazzjonijiet bil-ħelikopter.

(b)

Approvazzjoni għal operazzjonijiet RNP AR APCH għandhom jippermettu operazzjonijiet bi proċeduri ta' avviċinament bl-istrumenti pubbliċi li jissodisfaw il-kriterji tad-disinn tal-proċeduri tal-ICAO applikabbli.

(c)

Approvazzjoni speċifika għall-proċedura għal RNP AR APCH jew RNP 0.3 għandha tkun meħtieġa għall-proċeduri ta' avviċinament bl-istrumenti privati jew kwalunkwe proċedura ta' avviċinament bl-istrumenti pubbliċi li ma tissodisfax il-kriterji tad-disinn tal-proċeduri tal-ICAO applikabbli, jew fejn meħtieġ mill-Pubblikazzjoni ta' Informazzjoni Ajrunawtika (AIP) jew mill-awtorità kompetenti.”;

(b)

il-parti SPA.PBN.105 PBN tinbidel b'dan li ġej:

“SPA.PBN.105   Approvazzjoni operazzjonali

Sabiex tinkiseb approvazzjoni speċifika tal-PBN mingħand l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

l-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà rilevanti, xierqa għall-operazzjoni PBN maħsuba, tkun iddikjarata fl-AFM jew f'dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew tkun ibbażata fuq approvazzjoni simili;

(b)

ġie stabbilit programm tat-taħriġ għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u għall-persunal rilevanti involuti fil-preparazzjoni tat-titjira;

(c)

twettqet valutazzjoni tal-impatt;

(d)

ikunu ġew stabbiliti proċeduri operattivi li jispeċifikaw:

(1)

it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi tiegħu u l-annotazzjonijiet ix-xierqa tiegħu fil-lista tat-tagħmir minimu (MEL);

(2)

il-kompożizzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(3)

il-proċeduri normali, anormali u ta' emerġenza; kif ukoll

(4)

il-ġestjoni elettronika tad-dejta tan-navigazzjoni;

(e)

ġiet speċifikata lista ta' avvenimenti rapportabbli; kif ukoll

(f)

ġie stabbilit programm ta' monitoraġġ tal-ġestjoni RNP għall-operazzjonijiet RNP AR APCH, jekk applikabbli.”;

(c)

tiżdied is-Subparti K li ġejja:

“SUBPARTI K

OPERAZZJONIJIET LIL HINN MILL-KOSTA BIL-ĦELIKOPTER

SPA.HOFO.100   Operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter (HOFO)

Ir-rekwiżiti ta' din is-Subparti japplikaw għal:

(a)

operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru li għandu AOC validu f'konformità mal-Parti-ORO;

(b)

operatur ta' operazzjonijiet speċjalizzati li jkun iddikjara l-attività tiegħu skont il-Parti-ORO; jew

(c)

operatur ta' operazzjonijiet mhux kummerċjali li jkun iddikjara l-attività tiegħu skont il-Parti-ORO;

SPA.HOFO.105   Approvazzjoni għal operazzjonijiet lil hinn mill-kosta b'ħelikopter

(a)

L-operatur trid tinħariġlu approvazzjoni speċifika mill-awtorità kompetenti qabel ma jidħol għal operazzjonijiet f'din is-Subparti.

(b)

Sabiex jikseb approvazzjoni bħal din, l-operatur għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti kif speċifikat fi SPA.GEN.105, u għandu juri li huwa konformi mar-rekwiżiti ta' din is-Subparti.

(c)

L-operatur, qabel ma jwettaq operazzjonijiet minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li minnu nħarġet l-approvazzjoni fil-punt (a), għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żewġ Stati Membri bl-operazzjoni ppjanata.

SPA.HOFO.110   Proċeduri operazzjonali

(a)

L-operatur, bħala parti mill-proċess tal-ġestjoni tas-sikurezza tiegħu, għandu jtaffi u jimminimizza r-riskji u l-perikli speċifiċi għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta b'ħelikopter. L-operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operazzjonijiet:

(1)

l-għażla, il-kompożizzjoni u t-taħriġ tal-ekwipaġġi;

(2)

id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-persunal involut;

(3)

it-tagħmir meħtieġ u l-kriterji tad-dispaċċ; kif ukoll

(4)

il-proċeduri u l-valuri minimi operazzjonali, b'mod li l-operazzjonijiet normali u dawk li x'aktarx mhux se jkunu normali jiġu deskritti u jittaffew b'mod xieraq.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li:

(1)

jitħejja pjan operazzjonali tat-titjira qabel kull titjira;

(2)

it-tgħarrif dwar is-sikurezza tal-passiġġieri jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni speċifika dwar punti relatati lil hinn mill-kosta u jingħata qabel ma l-passiġġieri jitilgħu abbord l-inġenju tal-ajru;

(3)

kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jilbes libsa ta' sopravivenza approvata:

(i)

meta r-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand/il-kmandant jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-10 °C matul it-titjira. jew

(ii)

meta l-ħin stmat għas-salvataġġ ikun jaqbez il-ħin ikkalkulat ta' sopravivenza; jew

(iii)

meta t-titjira hi ppjanata li ssir billejl f'ambjent ostili;

(4)

fejn stabbilita, tiġi segwita l-istruttura tar-rotta lil hinn mill-kosta pprovduta mill-ATS xierqa;

(5)

il-bdoti jagħmlu l-aħjar użu tas-sistemi awtomatiċi tal-kontroll tat-titjira (AFCS) matul it-titjira;

(6)

profili speċifiċi dwar l-avviċinament lil hinn mill-kosta huma stabbiliti, inklużi parametri għal avviċinament stabbli u l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed jekk avviċinament isir instabbli;

(7)

għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, hemm proċeduri fis-seħħ għal membru tal-ekwipaġġ tat-titjira biex jimmonitorja l-istrumenti tat-titjira matul it-titjira lil hinn mill-kosta, speċjalment matul l-avviċinament jew it-tluq, biex jiġi żgurat li tinżamm ir-rotta sikura ta' titjira;

(8)

l-ekwipaġġ tat-titjira tieħu azzjoni immedjata u xierqa meta tiġi attivata twissija tal-għoli;

(9)

hemm proċeduri fis-seħħ li jeħtieġu sistemi ta' emerġenza għall-ifflowtjar biex jiġu armati, meta jkun sikur li jsir hekk, għal kull wasla u tluq fuq l-ilma; kif ukoll

(10)

l-operazzjonijiet jitwettqu skont kwalunkwe restrizzjoni fuq ir-rotot jew fuq iż-żoni tal-operazzjonijiet li jkunu speċifikati mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità kompetenti responsabbli għall-ispazju tal-ajru.

SPA.HOFO.115   Użu tal-postijiet lil hinn mill-kosta

L-operatur għandu juża biss postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta li jkunu xierqa fir-rigward tad-daqs u l-massa tat-tip ta' ħelikopter u tal-operazzjonijiet ikkonċernati.

SPA.HOFO.120   Għażla tal-ajrudromi u tas-siti tal-operazzjonijiet

(a)

Ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fuq l-art Minkejja CAT.OP.MPA.181, NCC.OP.152, u SPO.OP.151, il-bdot fil-kmand/il-kmandant m'għandux għalfejn jispeċifika ajrudrom tad-destinazzjoni alternattiv fil-pjan operattiv tat-titjira meta jkun qed iwettaq titjiriet minn post lil hinn mill-kosta għal ajrudrom fuq l-art jekk:

(1)

l-ajrudrom ta' destinazzjoni huwa ddefinit bħala ajrudrom ta' mal-kosta, jew

(2)

jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

(i)

l-ajrudrom tad-destinazzjoni għandu proċeduri tal-avviċinament bl-istrument ippubblikati;

(ii)

il-ħin tat-titjira jkun ta' anqas minn 3 sigħat; kif ukoll

(iii)

it-tbassir tat-temp ippubblikat li jkun validu minn siegħa qabel, u siegħa wara l-ħin tal-inżul mistenni jispeċifika li:

(a)

il-bażi tas-sħab tkun ta' mill-inqas 700 pied 'il fuq mir-rati minimi assoċjati mal-avviċinament bl-istrument, jew 1 000 pied 'il fuq mill-ajrudrom tad-destinazzjoni, skont liema minnhom ikun l-ogħla; kif ukoll

(b)

il-viżibbiltà tkun ta' mill-anqas 2 500 metru.

(b)

Pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta. L-operatur jista' jagħżel pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta meta jiġu applikati l-kriterji li ġejjin:

(1)

pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta għandha tintuża biss wara punt ta' ebda ritorn (PNR) f'każ li ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fuq l-art ma jkunx ġeografikament disponibbli. Qabel il-PNR, għandhom jintużaw ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni fuq l-art.

(2)

Inżul b'magna waħda wieqfa (OEI) għandu jkun jista' jitwettaq fuq il-pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta.

(3)

Sa fejn ikun possibbli, għandha tkun iggarantita d-disponibbiltà tal-pjattaforma għall-ħelikopters qabel il-PNR. Id-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u d-distanza mill-ostakli ta' kull pjattaforma individwali għall-ħelikopters jew ta' siti oħrajn għandhom ikunu adattati għall-użu tagħhom bħala pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters għal kull tip ta' ħelikopter li qed jiġi propost li jintuża.

(4)

Għandhom ikunu stabbiliti l-valuri minimi tat-temp filwaqt li jitqiesu l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni metereoloġika.

(5)

Il-MEL għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi għal din it-tip ta' operazzjoni.

(6)

Pjattaforma alternattiva għall-ħelikopters ta' destinazzjoni lil hinn mill-kosta għandha tintgħażel biss jekk l-operatur ikun stabbilixxa proċedura fil-manwal tal-operazzjonijiet.

SPA.HOFO.125   Avviċinamenti mwettqin bl-għajnuna ta' radar (ARAs) għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta — operazzjonijiet CAT

(a)

Operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT) gћandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u jiżguraw li l-ARAs isiru biss jekk:

(1)

il-ħelikopter ikun mgħammar b'radar li jkun kapaċi jipprovdi informazzjoni dwar l-ambjent bl-ostakli; kif ukoll

(2)

(i)

l-gћoli minimu tal-inżul (MDH) ikun stabbilit minn altimetru bir-radju; jew

(ii)

tiġi applikata l-altitudni minima ta' nżul (MDA) flimkien ma' marġni xieraq.

(b)

ARAs li jsiru lejn pjattaformi (“rigs”) jew bastimenti li jkunu fi tranżitu għandhom isiru bħala operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed.

(c)

Il-medda tad-deċiżjoni għandha tipprovdi distanza xierqa mill-ostakli fl-avviċinament mhux milħuq minn kwalunkwe destinazzjoni li għaliha jkun ippjanat ARA.

(d)

L-avviċinament għandu jitkompla biss lil hinn mill-medda tad-deċiżjoni jew taħt l-altitudni minima tal-inżul/l-għoli (MDA/H) meta tkun ġiet stabbilita riferenza viżwali lejn id-destinazzjoni.

(e)

Għall-operazzjonijiet CAT bi bdot wieħed, għandhom jiżdiedu ż-żidiet ix-xierqa mal-MDA/H u mal-medda tad-deċiżjoni.

(f)

Meta ARA issir għal post lil hinn mill-kosta li ma jiċċaqlaqx (jiġifieri installazzjoni fissa jew bastiment fl-irmiġġ) u fis-sistema ta' navigazzjoni tkun disponibbli pożizzjoni tal-GPS affidabbli għal dak il-post, is-sistema tal-GPS/is-sistema ta' navigazzjoni ta' żona għandhom jintużaw biex isaħħu s-sigurtà tas-sistema ARA.

SPA.HOFO.130   Kundizzjonijiet meteoroloġiċi

Minkejja CAT.OP.MPA.247, NCC.OP.180 u SPO.OP.170, waqt titjir bejn postijiet lil hinn mill-kosta li jkunu jinsabu fi spazju tal-ajru tal-kategorija G fejn il-parti tat-titjira li tkun qed issir fuq l-ilma tkun ta' inqas minn 10 mili nawtiċi, it-titjiriet skont il-VFR jistgħu jitwettqu meta l-limiti jkunu fil-livelli li ġejjin, jew f'livelli ogħla minnhom:

Valuri minimi għal titjir bejn postijiet lil hinn mill-kosta li jkunu jinsabu fi spazju tal-ajru tal-kategorija G

 

Binhar

Billejl

 

Għoli (*)

Viżibbiltà

Għoli (*)

Viżibbiltà

Bdot wieħed

300 pied

3 km

500 pied

5 km

Żewġ bdoti

300 pied

2 km (**)

500 pied

5 km (***)

SPA.HOFO.135   Limitazzjonijiet għall-operazzjonijiet lejn postijiet lil hinn mill-kosta

Operazzjoni lejn post lil hinn mill-kosta għandha titwettaq biss meta l-veloċità tar-riħ fil-pjattaforma għall-ħelikopters tkun irrappurtata bħala mhux aktar minn 60 mili nawtiċi inklużi l-buffuri.

SPA.HOFO.140   Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni f'postijiet lil hinn mill-kosta

Il-ħelikopters li jitilqu minn u jinżlu f'postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta għandhom jiġu operati skont ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-Anness xieraq skont it-tip ta' operazzjoni.

SPA.HOFO.145   Sistema ta' monitoraġġ tad-dejta tat-titjir (FDM)

(a)

Meta jkun qiegħed iwettaq operazzjonijiet CAT b'ħelikopter mgħammar b'reġistratur tad-dejta tat-titjira, l-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' FDM, bħala parti mis-sistema integrata tal-ġestjoni tiegħu, sal-1 ta' Jannar 2019.

(b)

Is-sistema FDM li ma gћandhiex tkun waħda punittiva u gћandu jkollha protezzjoni adegwata biex jitħares/jitħarsu s-sors(i) tad-dejta.

SPA.HOFO.150   Sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru

Operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru mmonitorjata għall-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta f'ambjent ostili minn meta l-inġenju tal-ajru jitlaq sakemm dan jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu.

SPA.HOFO.155   Sistema tal-monitoraġġ tas-saħħa bil-vibrazzjonijiet (VHM)

(a)

Il-ħelikopters li ġejjin li jwettqu operazzjonijiet CAT lil hinn mill-kosta f'ambjent ostili, għandhom ikunu mgħammra b'sistema VHM kapaċi timmonitorja l-istatus tar-rotor kritiku u tas-sistemi tad-drive tar-rotor sal-1 ta' Jannar 2019:

(1)

ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni li jkun inħarġilhom Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà (CofA) individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2016;

(2)

il-ħelikopters kollha b'konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta' iktar minn 9 li jkun inħarġilhom CofA qabel l-1 ta' Jannar 2017;

(3)

il-ħelikopters kollha li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2018;

(b)

l-operatur għandu jkollu sistema biex:

(1)

jiġbor id-dejta inklużi avviżi maħluqa mis-sistema;

(2)

janalizza u jiddetermina s-servizz tal-komponent; kif ukoll

(3)

iwieġeb għan-nuqqasijiet inizjali li jinqabdu.

SPA.HOFO.160   Rekwiżiti tat-tagħmir

(a)

L-operatur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tat-tagħmir li ġejjin:

(1)

Sistema għall-Avviżi lill-Pubbliku (AP) fil-ħelikopters tintuża għall-operazzjonijiet CAT u operazzjonijiet mhux kummerċjali b'ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni (NCC):

(i)

Ħelikopters b'konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta' iktar minn 9 għandhom ikunu mgħammra b'sistema tal-PA.

(ii)

Ħelikopters li jkollhom MOPSC ta' 9 jew inqas ma għandhomx bżonn jiġu mgħammra b'sistema tal-PA jekk l-operatur jista' juri li l-vuċi tal-bdot tkun tinftiehem mis-sits kollha tal-passiġġieri f'titjira.

(2)

Altimetru bir-radju

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'altimetru bir-radju li jkun kapaċi jitfa' ħoss ta' twissija taħt għoli stabbilit minn qabel u juri twissija viżwali f'għoli li jista' jingħażel mill-bdot.

(b)

Ħruġ ta' emerġenza

Kull ħruġ tal-emerġenza, inkluż il-ħruġ tal-emerġenza tal-ekwipaġġ, u kwalunkwe bibien, twieqi u ftuħ ieħor li huwa adattat bħala ħruġ tal-emerġenza, u l-mezzi biex jinfetħu bihom, għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar biex jipprovdu gwida lill-persuni abbord li jużawhom fid-dawl tax-xemx jew fid-dlam. Dawn il-marki għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jibqgħu jidhru f'każ li l-ħelikopter jinqaleb ta' taħt fuq jew il-kabina tkun taħt wiċċ il-baħar.

(c)

Sistema ta' twissija u ta' għarfien tat-terren għall-ħelikopters (HTAWS)

Ħelikopters użati għal operazzjonijiet CAT b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 3 175 kg jew MOPSC ta' iktar minn 9 u li tkun inħarġitilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2018, għandhom jiġu mgħammra b'HTAWS li tissodisfa r-rekwiżiti tat-tagħmir tal-Kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli.

SPA.HOFO.165   Proċeduri u tagħmir addizzjonali għal operazzjonijiet f'ambjent ostili

(a)   Ġkieket tas-salvataġġ

Il-ġkieket tas-salvataġġ approvati għandhom jintlibsu l-ħin kollu mill-persuni kollha abbord sakemm ma jintlibisx ilbies ta' sopravivenza integrat li jkun jissodisfa r-rekwiżiti kkombinati tal-ilbies ta' sopravivenza u tal-ġkieket tas-salvataġġ.

(b)   Ilbies ta' sopravivenza

Il-passiġġieri kollha abbord għandhom jilbsu libsa ta' sopravivenza approvata:

(1)

meta r-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand/tal-kmandant jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-+ 10 °C matul it-titjira. jew

(2)

meta l-ħin stmat għas-salvataġġ ikun jaqbez il-ħin ikkalkulat ta' sopravivenza; jew

(3)

meta t-titjira hi ppjanata li ssir billejl.

(c)   Sistema tat-teħid tan-nifs ta' emerġenza

Il-persuni kollha abbord għandhom iġorru u jingħataw istruzzjonijiet dwar l-użu tas-sistemi tat-teħid tan-nifs ta' emerġenza.

(d)   Ċattri tas-salvataġġ

(1)

Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jkunu qed jinġarru għandhom ikunu installati b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw fil-kundizzjonijiet tal-baħar li fihom ikunu ġew evalwati l-karatteristiċi tal-inżul ta' emerġenza, tal-għawm f'wiċċ l-ilma u tat-“trim” tal-ħelikopter.

(2)

Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jinġarru għandhom ikunu installati b'tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f'każ ta' emerġenza.

(3)

L-għadd ta' ċattri tas-salvataġġ installati:

(i)

fil-każ ta' ħelikopter li jkun qed iġorr inqas minn 12-il persuna, tal-inqas ċattra waħda tas-salvataġġ b'kapaċità mkejla ta' mhux inqas mill-għadd massimu ta' persuni abbord; jew

(ii)

fil-każ ta' ħelikopter li jkun qed iġorr iktar minn 11-il persuna, tal-inqas żewġ ċattri tas-salvataġġ, biżżejjed biex jakkomodaw il-persuni kollha li jistgħu jinġarru abbord u, jekk tintilef waħda, iċ-ċattri tas-salvataġġ li jibqa' jkollhom il-kapaċità ta' tagħbija żejda suffiċjenti biex takkomoda l-persuni kollha fuq ħelikopter.

(4)

Kull ċattra tas-salvataġġ għandu jkun fiha tal-inqas trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) wieħed; kif ukoll

(5)

Kull ċattra tas-salvataġġ għandu jkun fiha tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.

(e)   Dawl ta' emerġenza fil-kabina

il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b'sistema ta' dawl tal-emerġenza li jkollha provvista tal-enerġija indipendenti, sabiex tipprovdi sors ta' tidwil ġenerali tal-kabina ħalli titħaffef l-evakwazzjoni tal-ħelikopter;

(f)   Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza skjerabbli b'mod awtomatiku (ELT (AD))

Il-ħelikopter għandu jkunu mgħammra b'ELT (AD) li jkun kapaċi jittrażmetti simultanjament fuq 121.5 MHz u fuq 406 MHz.

(g)   Imblukkar ta' bibien li ma jkunux jistgħu jintremew

Il-bibien li ma jkunux jistgħu jintremew u li jkunu ddisinjati bħala ħruġ ta' emerġenza f'każ ta' nżul ta' emerġenza għandu jkollhom mezz biex jinżammu miftuħin, sabiex ma jfixklux il-ħruġ tal-okkupanti fil-kundizzjonijiet kollha tal-baħar, sal-kundizzjonijiet tal-baħar massimi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-inżul ta' emerġenza u tal-għawm f'wiċċ l-ilma.

(h)   Ħruġ ta' emerġenza u bibien tal-evakwazzjoni

Kull ħruġ ta' emerġenza, inkluż il-ħruġ ta' emerġenza tal-ekwipaġġ, u kwalunkwe bibien u twieqi jew ftuħ ieħor fil-kompartiment tal-passiġġieri addattat għall-iskop ta' evakwazzjoni taħt l-ilma, għandhom ikunu mgħammra b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw f'emerġenza.

(i)   Minkejja l-punti (a), (b) u (c) ta' hawn fuq, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji, l-operatur jista' jippermetti lill-passiġġieri, medikament diżabbli f'post lil hinn mill-kosta, li jilbsu parzjalment jew ma jilbsux ġkieket tas-salvataġġ, ilbies ta' sopravivenza, jew sistemi għat-teħid tan-nifs b'emerġenza fuq titjiriet bir-ritorn jew titjiriet bejn postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta.

SPA.HOFO.170   Rekwiżiti tal-ekwipaġġ

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi:

(1)

il-kriterji għall-għażla tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira, filwaqt li jqis l-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(2)

livell ta' esperjenza minimu għal kaptan/għal bdot fil-kmand li jkun beħsiebu jwettaq operazzjonijiet lil hinn mill-kosta; kif ukoll

(3)

programm ta' taħriġ u kontrolli għall-ekwipaġġ tat-titjira li kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun lesta b'suċċess. Programm bħal dan għandu jiġi adattat għall-ambjent lil hinn mill-kosta u jinkludi l-proċeduri normali, anormali u l-proċeduri ta' emerġenza, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ, id-dħul tal-ilma baħar u taħriġ ta' sopravivenza.

(b)

Rekwiżiti dwar l-aġġornament

Bdot għandu jopera ħelikopter li jkun qed iġorr passiġġieri biss:

(1)

f'postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta, bħala l-kmandant jew il-bdot fil-kmand meta fid-90 jum ta' qabel ikun wettaq mill-inqas 3 telgħat, tluq, avviċinament u nżul billejl f'post lil hinn mill-kosta b'ħelikopter tal-istess tip jew b'simulatur ta' titjira sħiħa (FFS) li jirrappreżenta dak it-tip. jew

(2)

bħala l-kmandant/il-bdot fil-kmand jew il-kobdot billejl f'postijiet lil hinn mill-kosta meta fid-90 jum ta' qabel ikun wettaq mill-inqas 3 telgħat, tluq, avviċinament u nżul billejl f'post lil hinn mill-kosta b'ħelikopter tal-istess tip jew FFS li jirrappreżenta dak it-tip.

It-3 telgħat u nżul għandhom isiru f'operazzjoni bi bdot wieħed jew aktar, skont l-operazzjoni li għandha ssir;

(c)

Rekwiżiti speċifiċi għall-CAT

(1)

Il-perjodu ta' 90 jum ippreżentat fil-punti (b)(1) u (2) hawn fuq, jista' jiġi estiż sa 120 jum sakemm il-bdot iwettaq titjir tal-linja tal-ajru taħt is-sorveljanza ta' għalliem jew eżaminatur ta' klassifika tat-tip.

(2)

Meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżiti f'(1), għandu jlesti titjira ta' taħriġ f'ħelikopter jew FFS tat-tip ta' ħelikopter li għandu jintuża, li għandha tinkludi mill-inqas ir-rekwiżiti deskritti f'(b)(1) u (2) qabel ma jkun jista' jeżerċita l-privileġġi tiegħu.”

(5)

Fl-Anness VI (il-Parti-NCC):

(a)

Il-parti NCO.GEN.106 hija emendata kif ġej:

(i)

titħassar il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (a)(4)(vii);

(ii)

tiddaħħal il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (a)(4)(viii);

(iii)

jiddaħħal il-punt (a)(4)(ix) ġdid kif ġej:

“(ix)

kwalunkwe bażi tad-dejta tan-navigazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tkun xierqa u aġġornata.”;

(b)

tiddaħħal il-parti NCC.OP.116 li ġejja:

“NCO.OP.116   Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni — l-ajruplani u l-ħelikopters

Meta tkun meħtieġa PBN għar-rotta jew għall-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru, l-operatur għandu jiżgura li:

(a)

l-ispeċifikazzjoni rilevanti PBN hija ddikjarata fl-AFM jew dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew hija bbażata fuq approvazzjoni simili; kif ukoll

(b)

l-inġenju tal-ajru jiġi operat f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni rilevanti u mal-limitazzjonijiet tal-AFM jew xi dokument ieħor imsemmi hawn fuq.”;

(c)

il-punt (a) tal-parti NCC.OP.145 jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Qabel ma jibda b'titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura b'kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, fl-art u/jew fl-ilma inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b'mod dirett fuq tali titjira, għall-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta' operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira.”;

(d)

il-parti NCC.OP.152 hija emendata kif ġej:

(i)

titħassar il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (b)(2)(ii);

(ii)

jitħassar il-punt (b)(3);

(e)

tiddaħħal il-parti NCC.OP.153 li ġejja:

“NCC.OP.153   Ajrudrom tad-destinazzjoni — operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta' telf ta' kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.”;

(f)

il-parti NCC.OP.220 hija emendata kif ġej:

“NCC.OP.220   Sistema għall-prevenzjoni tal-kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u programmi ta' taħriġ meta s-sistema tal-ACAS tkun installata u tista' titħaddem, biex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun imħarreġ b'mod xieraq fl-evitar ta' kolliżjonijiet u jkun kompetenti fl-użu tat-tagħmir tal-ACAS II.”;

(g)

il-punt (b) tal-parti NCC.IDE.A.180 jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso għandu:

(1)

jinfetaħ permezz ta' molla waħda;

(2)

fis-sits għall-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti; kif ukoll

(3)

fuq is-sits tal-ekwipaġġ tat-titjira u f'kull sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot;

(i)

żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti; jew

(ii)

ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:

(A)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' inqas minn 5 700 kg u MOPSC ta' inqas minn disgħa, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

(B)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' inqas minn 5 700 kg u MOPSC ta' inqas minn disgħa, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġa għall-ewwel darba qabel il-25 ta' Awwissu 2016.”;

(h)

jiżdied il-punt (d) li ġej fil-parti NCC.IDE.A.250:

“(d)

Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.”;

(i)

il-parti NCC.IDE.A.260 tinbidel b'dan li ġej:

“NCO.IDE.H.260   Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika

(a)

Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.

(b)

L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.

(c)

Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.

F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.”;

(j)

jitħassar il-punt (b) tal-parti NCC.IDE.H.215;

(k)

il-parti NCC.IDE.H.226 tinbidel b'dan li ġej:

“NCC.IDE.H.226   Ilbies ta' sopravivenza għall-ekwipaġġ

Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jilbes libsa ta' sopravivenza meta jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju billi jqis il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

titjiriet fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art jew inżul ta' emerġenza sikur, fejn fil-każ ta' ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista' jżomm titjir f'livell; kif ukoll

(b)

ir-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-kmandant/tal-bdot fil-kmand jindika li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-+ 10 °C matul it-titjira.”

(l)

titħassar il-parti NCC.IDE.H.231;

(m)

jiżdied il-punt (d) li ġej fil-parti NCC.IDE.H.250:

“(d)

Meta tkun meħtieġa l-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.”;

(n)

tiżdied il-parti NCO.IDE.H.260 li ġejja:

“NCO.IDE.H.260   Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika

(a)

Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-jaru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.

(b)

L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.

(c)

Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.

F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.”;

(6)

Fl-Anness VIII (il-Parti-NCO):

(a)

Il-parti NCO.GEN.105 hija emendata kif ġej:

(i)

titħassar il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (a)(4)(v);

(ii)

tiddaħħal il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (a)(4)(vi);

(iii)

jiddaħħal punt (a)(4)(vii) ġdid kif ġej:

“(vii)

kull bażi tad-dejta tan-navigazzjoni meħtieġa għal PBN huwa xierqa u aġġornata.”;

(b)

jiżdied il-punt (e) li ġej fil-parti NCO.GEN.140:

“(f)

Kwantitajiet raġonevoli ta' artikoli u sustanzi li kieku jkunu klassifikati bħala oġġetti perikolużi u li jintużaw biex iħaffu s-sikurezza tat-titjira, fejn ikun rakkommandabbli li jiġu ttrasportati abbord l-inġenju tal-ajru biex tiġi żgurata d-disponibbiltà f'waqtha tagħhom għal skopijiet operattivi, għandhom jitqiesu awtorizzati skont il-paragrafu 1;2.2.1(a) tal-Istruzzjonijiet Tekniċi. Dan hu l-każ irrispettivament minn jekk dawn l-oġġetti u s-sustanzi humiex meħtieġa li jinġarru jew maħsubin biex jintużaw b'rabta ma' titjira partikolari.

L-ippakkjar u t-tagħbija abbord tal-artikoli u tas-sustanzi msemmija hawn fuq għandhom isiru fir-responsabbiltà tal-bdot fil-kmand, b'tali mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji maħluqa għall-membri tal-ekwipaġġ, għall-passiġġieri, għall-merkanzija jew għall-inġenju tal-ajru waqt operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.”;

(c)

tiddaħħal il-parti NCO.OP.116 li ġejja:

“NCO.OP.116   Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni — l-ajruplani u l-ħelikopters

Meta tkun meħtieġa PBN għar-rotta jew għall-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni PBN rilevanti hija ddikjarata fl-AFM jew f'dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew tkun ibbażata fuq approvazzjoni simili; kif ukoll

(b)

l-inġenju tal-ajru jiġi operat f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni rilevanti u mal-limitazzjonijiet tal-AFM jew xi dokument ieħor imsemmi hawn fuq.”;

(d)

il-punt (a) tal-parti NCO.OP.135 jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Qabel ma jibda titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura b'kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, fl-art u/jew fl-ilma, inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b'mod dirett fuq tali titjira, għall-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta' operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira.”

(e)

tiddaħħal il-parti NCO.OP.142 li ġejja:

“NCC.OP.142   Ajrudrom tad-destinazzjoni — operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta' telf ta' kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.”;

(f)

il-parti NCO.OP.190 tinbidel b'dan li ġej:

“NCO.OP.190   Użu ta' ossiġnu supplimentari

(a)

Il-bdot fil-kmand gћandu jiżgura li l-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed iwettqu kompiti essenzjali gћat-tћaddim sikur ta' inġenju tal-ajru waqt it-titjir, jużaw ossiġnu supplimentari b'mod kontinwu kull meta jiddetermina li fl-altitudni tat-titjira ppjanata n-nuqqas ta' ossiġnu jista' jirriżulta f'indeboliment tal-fakultajiet tal-membri tal-ekwipaġġ, u għandu jiżgura li jkun hemm ossiġnu supplimentari għall-passiġġieri meta n-nuqqas ta' ossiġnu jista' jaffettwahom ħażin.

(b)

Fi kwalunkwe każ ieħor fejn il-bdot fil-kmand ma jistax jiddetermina kif in-nuqqas ta' ossiġnu jista' jaffettwa l-okkupanti kollha abbord, għandu jiżgura li:

(1)

il-membri kollha tal-ekwipaġġ li jkunu qed iwettqu kompiti essenzjali gћat-tћaddim sikur ta' inġenju tal-ajru f'ajruplan mingħajr pressjoni, jużaw ossiġnu supplimentari għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni fil-kabina tkun bejn 10 000 u 13 000 pied; kif ukoll

(2)

il-persuni kollha abbord jużaw ossiġnu supplimentari għal kwalunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kabina tkun 'il fuq minn 13 000 pied.”;

(g)

tiżdied il-parti NCO.OP.220 li ġejja:

“NCO.OP.220   Sistema għall-prevenzjoni tal-kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS II)

Meta tintuża ACAS II, il-bdot fil-kmand għandu japplika l-proċeduri operazzjonali xierqa u jkun imħarreġ kif xieraq.”;

(h)

il-punt (a)(4) tal-parti NCO.IDE.A.140 jinbidel b'dan li ġej:

“(4)

ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso f'kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun jinfetaħ permezz ta' molla waħda għall-ajruplani li jkollhom CofA maħruġa għall-ewwel darba fil-25 ta' Awwissu 2016 jew wara dik id-data;”

(i)

il-parti NCO.IDE.A.155 tinbidel b'dan li ġej:

“NCO.IDE.A.155   Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani mingħajr pressjoni

L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu meta tkun meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu f'konformità ma' NCO.OP.190 għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista' jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.”

(j)

jiżdied il-punt (d) li ġej fil-parti NCO.IDE.A.195:

“(d)

Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.”;

(k)

tiżdied il-parti NCO.IDE.A.205 li ġejja:

“NCO.IDE.A.205   Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika

(a)

Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru li jkunu jeħtiġuhom.

(c)

Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, il-bdot fil-kmand għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.

F'każijiet bħal dawn, il-bdot fil-kmand ma għandux juża d-dejta affettwata.”;

(l)

il-parti NCO.IDE.H.155 tinbidel b'dan li ġej:

“NCO.IDE.H.155   Ossiġnu supplimentari — il-ħelikopters mingħajr pressjoni

Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu meta tkun meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu f'konformità ma' NCO.OP.190 għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista' jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.”;

(m)

jiżdied il-punt (d) li ġej fil-parti NCO.IDE.H.195:

“(d)

Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.”;

(n)

tiżdied il-parti NCO.IDE.H.205 li ġejja:

“NCO.IDE.H.205   Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika

(a)

Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.

(b)

L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru li jkunu jeħtiġuhom.

(c)

Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.

F'każijiet bħal dawn, il-bdot fil-kmand ma għandux juża d-dejta affettwata.”;

(o)

il-parti NCO.IDE.S.130 tinbidel b'dan li ġej:

“NCO.IDE.S.130   Ossiġenu supplimentari

Il-glajders li jitħaddmu meta tkun meħtieġa l-provvista tal-ossiġenu f'konformità ma' NCO.OP.190 għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista' jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.”;

(p)

il-punt (f) tal-parti NCO.SPEC.110 jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu jużaw ossiġnu supplimentari b'mod kontinwu kull meta jiddetermina li fl-altitudni tat-titjira ppjanata n-nuqqas ta' ossiġnu jista' jirriżulta f'indeboliment tal-fakultajiet tal-membri tal-ekwipaġġ jew li jaffettwaw ħażin lill-ispeċjalisti fil-kompitu. Jekk il-bdot fil-kmand ma jistax jiddetermina n-nuqqas ta' ossiġnu kif se jaffettwa lill-persuni abbord, għandu jiżgura li l-ispeċjalisti fil-kompitu u l-membri tal-ekwipaġġ jużaw ossiġenu supplimentari b'mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż l-10 000 pied għal perjodu ta' iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż it-13 000 pied.”;

(7)

Fl-Anness VIII (il-Parti-SPO):

(a)

Il-punt SPO.GEN.107 hija emendata kif ġej:

(i)

titħassar il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (a)(4)(v);

(ii)

tiddaħħal il-kelma “u” fl-aħħar tal-punt (a)(4)(vi);

(iii)

jiddaħħal punt ġdid (a)(4)(vii) kif ġej:

“(vii)

kull bażi tad-dejta tan-navigazzjoni meħtieġa għal PBN huwa xierqa u aġġornata.”;

(b)

tiddaħħal il-parti SPO.OP.116 li ġejja:

“SPO.OP.116   Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni — l-ajruplani u l-ħelikopters

Meta tkun meħtieġa PBN għar-rotta jew għall-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru, l-operatur għandu jiżgura li:

(a)

l-ispeċifikazzjoni rilevanti PBN hija ddikjarata fl-AFM jew dokument ieħor li jkun ġie approvat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew hija bbażata fuq approvazzjoni simili; kif ukoll

(b)

l-inġenju tal-ajru jiġi operat f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni rilevanti u mal-limitazzjonijiet tal-AFM jew xi dokument ieħor imsemmi hawn fuq.”;

(c)

il-punt (a) tal-parti SPO.OP.140 jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Qabel ma jibda b'titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura b'kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet ibbażati fl-ispazju, fl-art u/jew fl-ilma inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b'mod dirett fuq tali titjira, għall-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta' operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira.”;

(d)

Jitħassar il-punt (b)(3) tal-parti SPO.OP.151;

(e)

tiddaħħal il-parti SPO.OP.152 li ġejja:

“SPO.OP.152   Ajrudrom tad-destinazzjoni — operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli biex jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni fil-każ ta' telf ta' kapaċità għall-operazzjonijiet maħsubin tal-avviċinament jew tal-inżul.”;

(f)

il-punt (a) tal-parti SPO.OP.205 jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u programmi ta' taħriġ meta s-sistema tal-ACAS tkun installata u tista' titħaddem, biex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun imħarreġ b'mod xieraq fl-evitar ta' kolliżjonijiet u jkun kompetenti fl-użu tat-tagħmir tal-ACAS II.”;

(g)

il-punti (c) u (d) tal-parti SPO.IDE.A.160 jinbidlu b'dan li ġej:

“(c)

għall-ajruplani li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso f'kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun jinfetaħ permezz ta' molla waħda għall-ajruplani li jkollhom CofA maħruġa għall-ewwel darba fil-25 ta' Awwissu 2016 jew wara dik id-data;

(d)

għall-ajruplani kumplessi u li jaħdmu bil-magni, ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b'mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f'każ ta' tnaqqis rapidu tal-veloċità:

(1)

f'kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira u f'kull sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot; kif ukoll

(2)

f'kull sit tal-osservatur li jkun jinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.”;

(h)

jiżdied il-punt (e) li ġej fil-parti SPO.IDE.A.160:

“(e)

Is-sistema ta' trażżin b'ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso meħtieġa fil-punt (d) għandha:

(1)

tinfetaħ permezz ta' molla waħda;

(2)

fuq is-sits tal-ekwipaġġ tat-titjira u f'kull sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot;

(i)

żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti; jew

(ii)

ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:

(A)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' inqas minn 5 700 kg u MOPSC ta' inqas minn disgħa, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

(B)

l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' inqas minn 5 700 kg u MOPSC ta' inqas minn disgħa, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġa għall-ewwel darba qabel il-25 ta' Awwissu 2016.”;

(i)

jiżdied il-punt (d) li ġej fil-parti SPO.IDE.A.220:

“(d)

Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.”;

(j)

tiżdied il-parti SPO.IDE.H.230 li ġejja:

“SPO.IDE.H.230   Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika

(a)

Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.

(b)

L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.

(c)

Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.

F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.”;

(k)

Il-parti SPO.IDE.H.198 tinbidel b'dan li ġej:

“SPO.IDE.H.198   Ilbies ta' sopravivenza — il-ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni

Kull persuna abbord għandha tilbes libsa ta' sopravivenza meta jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju billi jqis il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

titjiriet fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art jew inżul ta' emerġenza sikur, fejn fil-każ ta' ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista' jżomm titjir f'livell; kif ukoll

(b)

ir-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand jindika li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-+ 10 °C matul it-titjira.”

(l)

titħassar il-parti SPO.IDE.H.201;

(m)

jiżdied il-punt (d) li ġej fil-parti SPO.IDE.H.220:

“(d)

Għall-operazzjonijiet tal-PBN, l-inġenju tal-ajru għandu jissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-ispeċifikazzjoni xierqa għan-navigazzjoni.”

(n)

tiżdied il-parti SPO.IDE.H.230 li ġejja:

“SPO.IDE.H. 230   Ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta ajrunawtika

(a)

Bażijiet ta' dejta ajrunawtika li jintużaw fuq applikazzjonijiet ta' sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta li huma xierqa għall-użu maħsub tad-dejta.

(b)

L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f'waqthom tal-bażijiet tad-dejta ajrunawtika, li jkunu attwali u mhux mibdula, għall-inġenji tal-ajru kollha li jkunu jeħtiġuhom.

(c)

Minkejja xi okkorrenza dwar rekwiżiti ta' rappurtar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur għandu jirrapporta lill-fornitur tal-bażijiet tad-dejta dwar każijiet ta' dejta żbaljata, inkonsistenti jew dejta nieqsa li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkostitwixxi periklu għat-titjira.

F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jinforma lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-persunal ieħor ikkonċernat, u għandu jiżgura li d-dejta affettwata ma tintużax.”;


(*)  Il-bażi tas-sħab għandha tippermetti li jsir it-titjir fl-għoli speċifikat, 'il barra mis-sħab u 'l isfel minnu.

(**)  Il-ħelikopters jistgħu jitħaddmu f'viżibbiltà tat-titjir imnaqqsa sa 800 metru, dejjem jekk id-destinazzjoni jew struttura intermedja tkun viżibbli l-ħin kollu.

(***)  Il-ħelikopters jistgħu jitħaddmu f'viżibbiltà tat-titjir imnaqqsa sa 1 500 metru, dejjem jekk id-destinazzjoni jew struttura intermedja tkun viżibbli l-ħin kollu.


23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1200

tat-22 ta' Lulju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

144,8

ZZ

144,8

0707 00 05

TR

103,7

ZZ

103,7

0709 93 10

TR

142,5

ZZ

142,5

0805 50 10

AR

187,5

AU

158,0

BO

223,6

CL

192,7

TR

164,0

UY

192,0

ZA

172,2

ZZ

184,3

0806 10 10

EG

272,8

MA

245,1

ZZ

259,0

0808 10 80

AR

125,6

BR

101,4

CL

130,9

CN

131,8

NZ

137,9

US

157,1

UY

72,1

ZA

109,0

ZZ

120,7

0808 30 90

AR

111,0

CL

122,4

NZ

171,3

TR

197,6

ZA

113,7

ZZ

143,2

0809 10 00

TR

198,0

ZZ

198,0

0809 29 00

TR

218,9

US

535,2

ZZ

377,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/40


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/1201 TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Lulju 2016

li taħtar il-membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSION EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 jipprovdi li l-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikun magħmul minn ħames membri indipendenti li jkollhom esperjenza f'funzjonijiet għolja ġudizzjali jew investigattivi, jew inkella funzjonijiet kumparabbli marbuta mal-oqsma ta' attività tal-Uffiċċju. Huma għandhom jinħatru bi qbil komuni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Id-deċiżjoni li taħtar il-membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandha tinkludi wkoll lista ta' riżerva ta' membri potenzjali biex jissostitwixxu membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza għall-bqija tal-mandat fil-każ ta' riżenja, mewt jew inkapaċità permanenti ta' wieħed minn dawk il-membri jew aktar.

(2)

Skont l-Artikolu 15(3), il-mandat tal-membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jkun ta' ħames snin u ma jkunx jista' jiġġedded. Tliet u żewġ membri għandhom jiġu sostitwiti alternattivament sabiex tiġi ppreservata l-ħila esperta tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

(3)

Skont l-Artikolu 21(2), id-dmirijiet ta' żewġ membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza, magħżula bix-xorti, għandhom jintemmu, b'deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3), malli jiskadu l-ewwel 36 xahar tal-perjodu tagħhom fil-kariga. Għaldaqstant, id-dmirijiet ta' żewġ membri maħtura b'effett mit-23 ta' Jannar 2012 intemmu fit-22 ta' Jannar 2015. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013, dawn il-membri baqgħu fil-kariga wara l-iskadenza tal-mandat tagħhom, sakemm jintemm il-proċess tal-ħatra ta' membri ġodda fil-Kumitat ta' Sorveljanza. Għandhom għalhekk jinħatru membri ġodda biex jissostitwixxu lil dawn iż-żewġ membri.

(4)

Wara proċedura ta' selezzjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kummissjoni huma sodisfatti li l-persuni li għandhom jinħatru bħala membri u bħala membri potenzjali tal-Kumitat ta' Sorveljanza jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' indipendenza u ta' esperjenza f'funzjonijiet għolja ġudizzjali jew investigattivi jew funzjonijiet paragunabbli marbuta mal-oqsma ta' attività tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) kif stabbilit fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni:

Colette DRINAN,

Grażyna Maria STRONIKOWSKA.

2.   Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) mit-23 ta' Jannar 2017:

Maria Helena Pereira Loureiro Correia FAZENDA,

Petr KLEMENT,

Jan MULDER.

3.   F'każ li xi ħadd mill-persuni msemmija hawn fuq jirriżenja mill-Kumitat ta' Sorveljanza, imut jew isir inkapaċitat b'mod permanenti, huwa jew hija jiġu sostitwiti immedjatament għall-kumplament taż-żmien fil-kariga mill-ewwel persuna msemmija fil-lista li ġejja, li tkun għadha ma ġietx maħtura fil-Kumitat ta' Sorveljanza:

Rafael MUÑOZ LÓPEZ-CARMONA,

Anca JURMA,

Dobrinka MIHAYLOVA,

Gerhard JAROSCH,

Kalliopi THEOLOGITOU,

Antonio BALSAMO,

Angelo Maria QUAGLINI.

Artikolu 2

Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija.

Huma ma għandhomx jittrattaw kwistjonijiet li fihom, direttament jew indirettament, ikollhom xi interess personali li jista' jxekkel l-indipendenza tagħhom, u b'mod partikolari, interessi familjari u finanzjarji.

Il-membri tal-Kumitat ta' Sorveljana ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, u għandhom jibqgħu marbuta b'dak l-obbligu anki wara li jtemmu l-mandat tagħhom.

Artikolu 3

Il-membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom jiġu rrimborsati għall-ispejjeż li jistgħu jġarrbu waqt it-twettiq ta' dmirijiethom, u għandhom jirċievu ħlas kuljum għal kull ġurnata li jqattgħu fil-qadi ta' dawk id-dmirijiet. L-ammont ta' dak il-ħlas u l-proċedura ta' rimbors għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-persuni msemmija hawn fuq dwar din id-Deċiżjoni, u għandha tinforma immedjatament lil kull persuna sussegwentement maħtura fil-Kumitat ta' Sorveljanza skont l-Artikolu 1(3).

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Lulju 2016.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Martin SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Peter KAŽIMÍR

Għall-Kummissjoni

Viċi President

Kristalina GEORGIEVA


(1)  ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.


23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1202

tat-18 ta' Lulju 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni tad-WTO biex testendi s-sistema ta' trattament preferenzjali mogħtija lill-eks-Territorju Tutelat tal-Gżejjer tal-Paċifiku

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu IX tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Ftehim tad-WTO”) jistipulaw il-proċeduri għal eżenzjoni minn obbligu impost fuq Membru permezz tal-Ftehim tad-WTO jew ta' kwalunkwe Ftehim Multilaterali dwar il-Kummerċ.

(2)

L-Istati Uniti ngħataw eżenzjoni mill-obbligi taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu I tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (“GATT 1994”) li ġie estiż l-aktar reċentement fl-1 ta' Awwissu 2007 biex ikopri l-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO, l-Istati Uniti ppreżentaw talba għal eżenzjoni sal-31 ta' Diċembru 2026 mill-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu I tal-GATT 1994 sa fejn hu neċessarju biex l-Istati Uniti jkunu jistgħu ikomplu jipprovdu trattament preferenzjali għall-prodotti eliġibbli tal-Eks-Territorju Tutelat tal-Gżejjer tal-Paċifiku (ir-Repubblika tal-Gżejjer Marshall, l-Istati Federali tal-Mikroneżja, il-Commonwealth tal-Ġżejjer tal-Marjanas tat-Tramuntata, u r-Repubblika ta' Palau) importati fit-territorju doganali tal-Istati Uniti.

(4)

L-aċċettazzjoni tat-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni mid-WTO ma taffettwax negattivament la l-ekonomija tal-Unjoni u lanqas ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-benefiċjarji tal-eżenzjoni.

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO biex tkun appoġġata t-talba għal eżenzjoni mill-Istati Uniti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għandha tkun li tappoġġa t-talba tal-Istati Uniti biex ikunu eżentati mill-obbligi taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu I tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 sal-31 ta' Diċembru 2026 skont it-termini tat-talba għal eżenzjoni mill-Istati Uniti.

Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1203

tat-18 ta' Lulju 2016

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Francesc HOMS i MOLIST, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Roger ALBINYANA i SAIGÍ, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Jordi SOLÉ i FERRANDO, Secretario de Asuntos Exteriores y de la Unión Europea, Comunidad Autónoma de Cataluña,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Amadeu ALTAFAJ i TARDIO, Representante Permanente ante la Unión Europea  (*) , Comunidad Autónoma de Cataluña.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(*)  Id-denominazzjoni ta' “Rappreżentant Permanenti tal-Komunità Awtonoma ta' Katalunja għall-Unjoni Ewropea” ġiet ikkontestata mill-Gvern ta' Spanja quddiem il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta' Katalunja.


23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1204

tat-18 ta' Lulju 2016

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Tilman TÖGEL, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Katrin BUDDE, Mitglied des Landtages von Sachsen-Anhalt.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1205

tat-18 ta' Lulju 2016

li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Netherlandiż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Nhar it-13 ta' Lulju 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1140 (4), is-Sur N.A. (André) VAN DE NADORT ġie sostitwit mis-Sur H.J.J. (Henri) LENFERINK bħala membru supplenti. Nhar it-18 ta' Settembru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1573 (5), is-Sur J.H.J. (Hans) KONST ġie sostitwit mis-Sur A. (Ard) VAN DER TUUK bħala membru supplenti.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur H.J.J. (Henri) LENFERINK u s-Sur A. (Ard) VAN DER TUUK, saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur B.R. (Bouke) ARENDS, Wethouder van de gemeente Emmen,

Is-Sur T. (Tjisse) STELPSTRA, Gedeputeerde van de provincie Drenthe.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1140 tat-13 ta' Lulju 2015 li taħtar żewġ membri Olandiżi u żewġ membri supplenti Olandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 185, 14.7.2015, p. 17).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1573 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar erba' membri Netherlandiżi u ħames membri supplenti Netherlandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 245, 22.9.2015, p. 10)


23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/47


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1206

tat-18 ta' Lulju 2016

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/676/UE li tawtorizza lir-Rumanija biex tkompli tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE jipprevedi li kwalunkwe persuna taxxabbli li tipprovdi merkanzija jew servizzi hija, bħala regola ġenerali, responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-awtoritajiet tat-taxxa.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/583/UE (2) u, sussegwentament, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/676/UE (3) awtorizzaw lir-Rumanija biex tapplika miżura ta' deroga biex taħtar persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT fil-każ ta' provvisti ta' prodotti tal-injam minn persuni taxxabbli.

(3)

B'ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fid-9 ta' Frar 2016, ir-Rumanija talbet l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura wara l-31 ta' Diċembru 2016.

(4)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tar-Rumanija f'ittra datata t-23 ta' Marzu 2016. B'ittra ddatata d-29 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Rumanija li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(5)

Qabel l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata r-reverse charge għall-provvisti tal-prodotti tal-injam, ir-Rumanija kellha problemi fis-suq tal-injam minħabba n-natura ta' dak is-suq u n-negozji involuti. Skont ir-rapport tar-Rumanija, ippreżentat flimkien mat-talba għall-estensjoni tal-miżura, il-ħatra tar-riċevitur bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT kellha l-effett li tipprevjeni l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa f'dak is-settur u għalhekk tibqa' ġustifikata.

(6)

Il-miżura hija proporzjonata mal-għanijiet li riedu jintlaħqu peress li mhijiex maħsuba biex tapplika b'mod ġenerali, iżda biss għal operazzjonijiet speċifiċi ħafna f'settur li jippreżenta problemi konsiderevoli fir-rigward tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa.

(7)

Il-miżura, fil-fehma tal-Kummissjoni, m'għandux ikollha xi impatt negattiv fuq il-prevenzjoni ta' frodi fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, f'setturi oħra jew fi Stati Membri oħra.

(8)

L-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata sal-31 ta' Diċembru 2019.

(9)

Fl-eventwalità li r-Rumanija tqis il-ħtieġa ta' estensjoni oħra lil hinn mill-2019, għandu jitressaq rapport ġdid, flimkien mat-talba għall-estensjoni, lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta' April 2019.

(10)

Il-miżura ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT.

(11)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/676/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/676/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, id-data “31 ta' Diċembru 2016” tiġi sostitwita bi “31 ta' Diċembru 2019”.

(2)

Fl-Artikolu 3, id-data “1 ta' April 2016” tiġi sostitwita bi “1 ta' April 2019”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/583/UE tas-27 ta' Settembru 2010 li tawtorizza lir-Rumanija biex tintroduċi miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 256, 30.9.2010, p. 27).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/676/UE tal-15 ta' Novembru 2013 li tawtorizza lir-Rumanija biex tkompli tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 316, 27.11.2013, p. 31).


23.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/1207

tal-20 ta' Lulju 2016

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*), EULEX KOSOVO (EULEX KOSOVO/1/2016)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap ta' Missjoni.

(2)

Fl-14 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/947 (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u li testendi t-tul ta' żmien ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2018.

(3)

Fil-11 ta' Lulju 2016, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala Kap tal-Missjoni ta' EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-14 ta' Ġunju 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU hija b'dan maħtura bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-14 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2016.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa f'konformità mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.

(1)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/947 tal-14 ta' Ġunju 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 26).