ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 187

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
12 ta' Lulju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1120 tal-11 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1121 tal-11 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

4

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1122 tal-11 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1123 tas-17 ta' Ġunju 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, il-proposti għal emendi tar-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU Nri 15 u 16, il-proposti għal Regolamenti ġodda tan-NU dwar Sistemi ta' Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS), dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), dwar is-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u dwar l-Installazzjoni tat-Tajers, il-proposta għal Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta' kejl għall-emissjonijiet għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti u l-proposta għal Riżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) dwar titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1124 tal-24 ta' Ġunju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol fir-rigward tad-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati dwar servizzi ċentralizzati

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/1125 tat-8 ta' Lulju 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1126 tal-4 ta' April 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 35484 (2013/C) (ex SA. 35484 (2012/NN)) fir-rigward tal-attivitajiet ġenerali ta' kontroll tal-kura tas-saħħa skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam (notifikata bid-dokument C(2016) 1878)

16

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ( ĠU L 173, 12.6.2014 )

30

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1120

tal-11 ta' Lulju 2016

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Carbon Black huwa awtorizzat bħala kolorant fil-kożmetiċi skont l-entrata 126 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (l-“SCCS”) wettaq valutazzjoni tar-riskju tal- Carbon Black (nano) u fit-12 ta' Diċembru 2013 (2), adotta opinjoni li fiha kkonkluda li l-użu tal-Carbon Black fil-forma nanostrutturata tiegħu (b'daqs tal-partikula primarja ta' 20 nm jew akbar), b'konċentrazzjoni ta' mhux iktar minn 10 % w/w, bħala kolorant fil-prodotti kożmetiċi ma jippreżenta l-ebda riskju ta' effetti ta' ħsara lill-bniedem wara l-applikazzjoni tiegħu fuq ġilda b'saħħitha u intatta.

(2)

Barra minn hekk, f'opinjoni oħra tat-23 ta' Settembru 2014 għall-kjarifika tat-tifsira tat-terminu “applikazzjonijiet/prodotti sprej” għall-forom nano tal-Carbon Black CI 77266, tad-Diossidu tat-Titanju u tal-Ossidu taż-Żingu (3), l-SCCS indika li l-opinjoni tiegħu dwar il-Carbon Black (nano) ma japplikax għal applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-konsumatur jiġu esposti għan-nanopartikoli tal-Carbon Black permezz tan-nifs.

(3)

Il-konklużjonijiet tal-SCCS japplikaw għall-Carbon Black (nano) bi profil ta' purità u impurità definit. Barra minn hekk, il-kriterji tal-purità stabbiliti għall-Carbon Black mhux nano m'għadhomx aġġornati u għandhom jitneħħew, billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE (4) tħassret mid-Direttiva 2008/128/KE (5). Dawk il-kriterji għandhom jiġu ssostitwiti bil-kriterji applikabbli għall-Carbon Black (nano).

(4)

Fid-dawl tal-opinjonijiet tal-SCCS imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li il-Carbon Black (nano) (skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-SCCS) għandu jkun awtorizzat għall-użu bħala kolorant fil-prodotti kożmetiċi sa konċentrazzjoni massima ta' 10 % w/w, għajr f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.

(5)

Il-Kummissjoni tqis li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1515/13 Reviżjoni tal-15 ta' Diċembru 2015, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_144.pdf

(3)  SCCS/1539/14 Reviżjoni tal-25 ta' Ġunju 2015, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_163.pdf

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purezza dwar kuluri li jintużaw fl-ikel (ĠU L 226, 22.9.1995, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/128/KE tat-22 ta' Diċembru 2008 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta' sustanzi ta' taħlil għall-użu fl-ikel (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 20).


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

Numru ta' referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Kliem li jrid jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u fit-twissijiet

Isem Kimiku

Numru tal-indiċi tal-kulur/Isem fil-Glossarju tal-Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru tal-KE

Kulur

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

“126

Carbon black

77266

1333-86-4, 7440-44-0

215-609-9, 231-153-3, 931-328-0, 931-334-3

Iswed

 

 

Purità > 97 %, bil-profil ta' impurità li ġej: kontenut tal-irmied ≤ 0,15 %, total ta' kubrit ≤ 0,65 %, total ta' PAH ≤ 500 ppb u benżo(a)piren ≤ 5 ppb, dibenż(a,h)antraċen ≤ 5 ppb, total ta' As ≤ 3 ppm, total ta' Pb ≤ 10 ppm, total ta' Hg ≤ 1 ppm.

 

126a

Carbon black

77266 (nano)

Carbon Black (nano)

1333-86-4, 7440-44-0

215-609-9, 231-153-3, 931-328-0, 931-334-3

Iswed

 

10 %

M'għandux jintuża f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-utent aħħari jkunu esposti permezz tan-nifs.

Huma permessi biss in-nanomaterjali bil-karatteristiċi li ġejjin:

Purità > 97 %, bil-profil ta' impurità li ġej: kontenut tal-irmied ≤ 0,15 %, total ta' kubrit ≤ 0,65 %, total ta' PAH ≤ 500 ppb u benżo[a]piren ≤ 5 ppb, dibenż(a,h)antraċen ≤ 5 ppb, total ta' As ≤ 3 ppm, total ta' Pb ≤ 10 ppm, total ta' Hg ≤ 1 ppm;

Daqs tal-partikuli primarji ≥ 20 nm.”

 


12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1121

tal-11 ta' Lulju 2016

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza Idroklorur tal-etil-N-alfa-dodekanojl-L-arġinat, li ngħatat l-isem Ethyl Lauroyl Arginate HCl skont in-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (INCI), bħalissa tinsab irregolata fl-entrata 197 tal-Anness III u fl-entrata 58 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Taħt l-entrata 58 tal-Anness V, l-Ethyl Lauroyl Arginate HCl hija awtorizzata bħala preservattiv fi prodotti kożmetiċi, ħlief il-prodotti tax-xofftejn, il-prodotti orali u l-prodotti sprej, f'konċentrazzjoni massima ta' 0,4 % w/w.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) adotta opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-Etil Lawrojl Arġinat HCl fi prodotti orali fid-19 ta' Settembru 2013 (li ġiet riveduta fit-12 ta' Diċembru 2013) (2) u addendum għal dik l-opinjoni fis-16 ta' Diċembru 2014 (li ġie rivedut fil-25 ta' Marzu 2015) (3).

(3)

L-SCCS ikkonkluda li l-Etil Lawrojl Arġinat HCl hija sikura għall-użu bħala preservattiv fi prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq f'konċentrazzjoni massima ta' 0,15 % w/w, iżda mhux fi prodotti orali b'mod ġenerali. L-SCCS qies ukoll li l-istimi ta' esponiment issuġġerew li d-doża aċċettabbli ta' kuljum għat-tfal ta' bejn tlieta u disa' snin tista' tinqabeż, meta jiżdiedu l-esponiment għall-ikel u l-esponiment għall-kożmetiċi. Għaldaqstant, l-SCCS ikkonkluda li l-użu kontinwu tal-Etil Lawrojl Arġinat HCl bħala preservattiv fi prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq f'dik il-konċentrazzjoni mhuwiex sikur għat-tfal.

(4)

Fid-dawl ta' dik l-opinjoni tal-SCCS, il-Kummissjoni tqis li l-Etil Lawrojl Arġinat HCl għandha tkun awtorizzata għall-użu bħala preservattiv sa konċentrazzjoni massima ta' 0,15 % w/w fi prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq, ħlief għat-tfal taħt l-età ta' għaxar snin.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1519/13, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_138.pdf.

(3)  SCCS/1543/14, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_166.pdf.


ANNESS

L-entrata 58 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 hija sostitwita b'dan li ġej:

Nru ta' Ref.

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“58

Idroklorur tal-etil-N-alfa-dodekanojl-L-arġinat (*)

Ethyl Lauroyl Arginate HCl

60372-77-2

434-630-6

(a)

Prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq

(a)

0,15 %

(a)

Ma għandux jintuża fi preparazzjonijiet għal tfal taħt l-10 snin

(a)

Ma għandux jintuża għal tfal taħt l-10 snin

(b)

Prodotti oħrajn

(b)

0,4 %

(b)

Ma għandux jintuża fi prodotti tax-xofftejn, prodotti orali (minbarra prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq), u prodotti sprej


(*)  Għal użi oħrajn għajr il-preżervattivi, ara l-entrata Nru 197 tal-Anness III.”


12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1122

tal-11 ta' Lulju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

168,9

ZZ

168,9

0709 93 10

TR

136,8

ZZ

136,8

0805 50 10

AR

179,4

BO

217,8

CL

185,5

TR

134,0

UY

192,8

ZA

148,0

ZZ

176,3

0808 10 80

AR

154,8

BR

97,4

CL

126,7

CN

102,6

NZ

145,5

ZA

316,8

ZZ

157,3

0808 30 90

AR

129,1

CL

128,1

CN

91,9

NZ

154,1

ZA

118,2

ZZ

124,3

0809 10 00

TR

206,7

ZZ

206,7

0809 29 00

TR

321,0

ZZ

321,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1123

tas-17 ta' Ġunju 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, il-proposti għal emendi tar-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU Nri 15 u 16, il-proposti għal Regolamenti ġodda tan-NU dwar Sistemi ta' Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS), dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), dwar is-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u dwar l-Installazzjoni tat-Tajers, il-proposta għal Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta' kejl għall-emissjonijiet għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti u l-proposta għal Riżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) dwar titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”).

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwiet is-sistemi ta' approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta' approvazzjoni tal-Unjoni u stabbiliet qafas armonizzat li fih dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat regolamenti adottati taħt il-Ftehim Rivedut tal-1958 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-Regolamenti tan-NU” fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, kemm bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip inkella bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, kif ukoll bir-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU (GTR) Nri 15 u 16, jeħtieġ li jiġu adattati skont il-progress tekniku.

(5)

Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' Sistemi ta' Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS), il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u l-Istallazzjoni tat-Tajers, erba' Regolamenti ġodda tan-NU għandhom jiġu adottati.

(6)

Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tekniċi uniformi dwar il-proċedura tal-kejl għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti fir-rigward ta' ċerti tipi ta' emissjonijiet, ir-Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU (GTR) għandu jiġu adottat.

(7)

Sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998, Riżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) għandha tiġi adottata.

(8)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-kumitati rilevanti tal-UNECE, jiġifieri l-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel, fir-rigward tal-adozzjoni tal-atti tan-NU msemmija hawn fuq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perijodu mill-20 sal-24 ta' Ġunju 2016 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) ( ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 9 (Storbju ta' vetturi bi tliet roti)

ECE/TRANS/WP.29/2016/45

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien)

ECE/TRANS/WP.29/2016/33

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien)

ECE/TRANS/WP.29/2016/34

Proposta għas-Suppliment 14 tas-serje 11 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar ta' vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/49

Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 13-H (Brejkijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/50

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize)

ECE/TRANS/WP.29/2016/35

Proposta għas-Suppliment 7 tas-sensiela 06 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize)

ECE/TRANS/WP.29/2016/36

Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 30 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2016/51

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 04 tal-emendi tar-Regolament tan-NU Nru 41 (Emissjonijiet ta' ħsejjes tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/46

Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi ta' trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/37

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta' tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG)

ECE/TRANS/WP.29/2016/40

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta' tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG)

ECE/TRANS/WP.29/2016/41

Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 54 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2016/52

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 55 (Perni mekkaniċi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/53

Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament tan-NU Nru 60 (Kontrolli mħaddma mis-sewwieq (mopeds/muturi))

ECE/TRANS/WP.29/2016/27

Proposta għal serje 03 ġdida ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 64 (Unità ta' emerġenza għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat, sistema tat-tip run flat u sistema għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers)

ECE/TRANS/WP.29/2016/54

Proposta għas-Suppliment 16 tar-Regolament Nru 75 (Tajers għall-vetturi tal-kategorija L)

ECE/TRANS/WP.29/2016/55

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 78 (Ibbrejkjar (vetturi tal-kategorija L))

ECE/TRANS/WP.29/2016/56 u WP.29-169-03

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tat-tmun)

ECE/TRANS/WP.29/2016/57

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/42

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/43

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 90 (sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet)

ECE/TRANS/WP.29/2016/58

Proposta għas-Suppliment 14 tar-Regolament tan-NU Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/2016/59

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 113 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ tal-passaġġ simmetriku)

ECE/TRANS/WP.29/2016/74

Proposta għas-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 115 (Sistemi ta' twaħħil tal-LPG u s-CNG)

ECE/TRANS/WP.29/2016/44

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 117 (Tajers, reżistenza għad-dawrien, il-ħoss fid-dawrien, l-irbit fiż-żliq)

ECE/TRANS/WP.29/2016/60

Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta' Trażżin għat-Tfal (ECRS))

ECE/TRANS/WP.29/2016/38

Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (Vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil (HFCV))

ECE/TRANS/WP.29/2016/39

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Sistema għall-Għajnuna tal-Brejk (BAS)

ECE/TRANS/WP.29/2016/61

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC)

ECE/TRANS/WP.29/2016/62

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Sistemi għall-Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (BAS)

ECE/TRANS/WP.29/2016/63

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Installazzjoni tat-Tajers

ECE/TRANS/WP.29/2016/64

Proposta għall-Emenda 1 tar-regolament tekniku globali (UN GTR) Nru 15 (Proċedura ta' ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP))

ECE/TRANS/WP.29/2016/68

Proposta għall-Emenda 1 tar-regolament tekniku globali (UN GTR) Nru 16 (Tajers)

ECE/TRANS/WP.29/2016/70

Proposta għar-Reżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) — Titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998

ECE/TRANS/WP.29/2016/65

Proposta għal Regolament Tekniku Globali (UN GTR) dwar il-proċedura ta' kejl għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti mgħammrin b'magna bil-kombustjoni fir-rigward tal-kaxxa tal-krank u tal-emissjonijiet evaporattivi

ECE/TRANS/WP.29/2016/66


12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1124

tal-24 ta' Ġunju 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol fir-rigward tad-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati dwar servizzi ċentralizzati

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2394 (1) stabbiliet pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' deċiżjoni dwar servizzi ċentralizzati li l-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol (“il-Kummissjoni Permanenti”) kienet mistennija li tieħu fid-9 ta' Diċembru 2015. L-għan ta' dik id-deċiżjoni dwar servizzi ċentralizzati kien sabiex il-Eurocontrol tkun tista' tiżviluppa finanzjament, arranġamenti ta' akkwist u speċifikazzjonijiet tekniċi fid-dawl tat-tnedija f'waqtha ta' “Servizzi ta' Komunikazzjoni Ewropej dwar id-Data bejn l-Ajru u l-Art” (EAGDCS) ġodda.

(2)

Il-pożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2394 kienet li deċiżjoni dwar is-servizzi ċentralizzati mill-Kummissjoni Permanenti kellha tiġi posposta minħabba li l-Unjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni biex tkun evalwata s-sustanza ta' tali deċiżjoni dwar servizzi ċentralizzati u minħabba li setgħet tippreġudika l-attività futura mmexxija mill-Eurocontrol b'mod li kien ikun ta' detriment għall-attività tal-Unjoni f'dak il-qasam.

(3)

Fid-9 ta' Diċembru 2015, minħabba l-pożizzjoni tal-Unjoni stabbilita fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2394, il-Kummissjoni Permanenti ma ħaditx deċiżjoni dwar il-EAGDCS u talbet lill-Aġenzija tal-Eurocontrol biex tkompli taħdem fuq proposta riveduta f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija u biex tipprovdi valutazzjoni tal-ispejjeż ekonomiċi tal-EAGDCS.

(4)

Fid-9 ta' Frar 2016, l-Aġenzija tal-Eurocontrol u l-partijiet ikkonċernati tal-industrija ppreżentaw proposta riveduta u appoġġata b'mod konġunt dwar il-EAGDCS, u l-Aġenzija tal-Eurocontrol żgurat id-disponibbiltà sħiħa tal-valutazzjoni tal-ispejjeż ekonomiċi permezz tal-istudji tal-fattibbiltà eżistenti.

(5)

Fis-6 ta' April 2016, l-Aġenzija tal-Eurocontrol ipproponiet lill-Kummissjoni Permanenti biex tadotta d-deċiżjoni bbażata fuq il-proposta dwar il-EAGDCS fi proċedura bil-miktub.

(6)

Dik id-Deċiżjoni tikkonċerna l-iżvilupp ta' EAGDCS. Din għandha effetti legali peress li tirregola oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni u, skont il-kontenut tagħha, jista' jkollha effetti konkreti fuq dawk l-oqsma. Din tista' taffettwa l-benefiċċji li jirriżultaw mill-ħidma teknika fuq servizzi ta' kollegament tad-data mwettqa mill-Impriża Konġunta SESAR, fuq ir-riskju ta' diskrepanzi fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza, minħabba r-rwol tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) f'dak il-qasam, u għalhekk fuq ir-riskju ta' infiq ineffettiv ta' fondi li joriġinaw minn imposti tar-rotta u mill-appoġġ tal-Unjoni, kif ukoll il-kosteffiċjenza ta' attivitajiet ta' skjerament rilevanti li għandhom jitwettqu mill-Unjoni fil-kuntest tal-proġett SESAR.

(7)

Minħabba l-vantaġġi li jistgħu jkunu mistennija mill-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi bħal dimostratur, id-deċiżjoni li tiffavorixxi l-kollaborazzjoni rilevanti għandha tiġi appoġġata fil-prinċipju. Madankollu, id-deċiżjoni għandha jkollha kundizzjonijiet li jissalvagwardjaw l-interessi tal-Unjoni dwar il-punti msemmija hawn fuq.

(8)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni fil-Kummissjoni Permanenti fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar servizzi ċentralizzati li għandhom jiġu adottati minn dik il-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni fil-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol għandha tkun din li ġejja:

 

fir-rigward tal-proposta tas-6 ta' April 2016 mibgħuta mill-Aġenzija tal-Eurocontrol, il-pożizzjoni tal-Unjoni hija li tappoġġa l-kollaborazzjoni kontinwa tal-Aġenzija tal-Eurocontrol mal-Fornituri ta' Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru u, fejn xieraq, mal-operaturi ta' inġenji tal-ajru tal-Istati Membri tal-Eurocontrol fil-kuntest tal-proġett SESAR, inkluż l-iżvilupp tal-arranġamenti ta' Governanza, Finanzjament u Akkwist neċessarji, u li tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi bil-ħsieb li jintużaw fil-ħin is-Servizzi ta' Komunikazzjoni Ewropej dwar id-Data bejn l-Ajru u l-Art (EAGDCS). L-arranġamenti u s-soluzzjonijiet tekniċi ta' hawn fuq ser jiġu ppreżentati lill-Kunsill Proviżorju/Kummissjoni Permanenti għall-informazzjoni u qabel ma jsir kwalunkwe akkwist possibbli. Dan għandu jkun ibbażat ukoll fuq evidenza tal-fattibbiltà teknika u operattiva u l-iżvilupp ta' valutazzjoni komprensiva tal-impatt ekonomiku.

Id-deċiżjoni li għandha tiġi adottata fil-Kummissjoni Permanenti għandha tiżgura li:

jiġi meqjus bis-sħiħ l-eżitu tal-ħidma teknika dwar il-kollegament tad-data mwettqa mill-Impriża Konġunta SESAR,

l-attivitajiet koperti minn dik id-deċiżjoni jitwettqu b'kooperazzjoni mal-EASA sa fejn dak id-deċiżjoni tikkonċerna l-ħidma ta' tħejjija tal-EASA għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-EAGDCS fil-ġejjieni,

tibqa' mingħajr preġudizzju għall-użu u l-operazzjoni tal-EAGDCS, kif ukoll l-akkwist tiegħu, li għandu jkun soġġett għal aktar deċiżjonijiet mill-Istati Membri tal-Eurocontrol,

l-attivitajiet koperti minn dik id-deċiżjoni huma bbażati fuq il-ftehim mal-Fornituri ta' Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru, u

l-arranġamenti ta' finanzjament u akkwist, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jibqgħu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe investiment u spejjeż assoċjati diġà mġarrba minn Stati Membri tal-Unjoni li huma Fornituri ta' Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 (2).

L-Istati Membri għandhom jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2394 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tad-deċiżjonijiet li trid tadotta l-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol, rigward ir-rwoli u l-kompiti tal-Eurocontrol u dwar is-servizzi ċentralizzati (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 136).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 13 17.1.2009, p. 3).


12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/1125

tat-8 ta' Lulju 2016

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Portugiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Lino DA SILVA MAIA, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur José Custódio LEIRIÃO, Membru tal-Konfederazzjoni Nazzjonali tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali (CNIS), huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1126

tal-4 ta' April 2016

dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 35484 (2013/C) (ex SA. 35484 (2012/NN)) fir-rigward tal-attivitajiet ġenerali ta' kontroll tal-kura tas-saħħa skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam

(notifikata bid-dokument C(2016) 1878)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom skont id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittri datati t-28 ta' Novembru 2011 u s-27 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni Ewropea (minn hawnhekk 'il quddiem: “il-Kummissjoni”) talbet lill-Ġermanja informazzjoni addizzjonali relatata mar-Rapport Annwali tal-2010 dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu li l-Ġermanja kienet issottomettiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2). Il-Ġermanja wieġbet il-mistoqsijiet tal-Kummissjoni bl-ittri datati s-16 ta' Jannar 2012 u s-27 ta' April 2012. Fid-dawl tat-tweġibiet tal-Ġermanja, irriżulta li l-Ġermanja kienet tat għajnuna finanzjarja lis-settur tal-ħalib Ġermaniż skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam tal-1952 (Gesetz über den Verkehr mit Milch, Milcherzeugnissen und Fetten, minn hawn 'il quddiem: “l-MFG”).

(2)

Permezz tal-ittra datata t-2 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni informat lill-Ġermanja li l-miżuri inkwistjoni kienu ġew irreġistrati bħala għajnuna mhux notifikata taħt in-numru SA.35484 (2012/NN). Permezz tal-ittri datati s-16 ta' Novembru 2012, is-7, it-8, il-11, it-13, l-14, il-15 u d-19 ta' Frar, il-21 ta' Marzu, it-8 ta' April, it-28 ta' Mejju, l-10 u l-25 ta' Ġunju u t-2 ta' Lulju 2013, il-Ġermanja ssottomettiet aktar informazzjoni.

(3)

Permezz tal-ittra tas-17 ta' Lulju 2013 (C(2013) 4457 finali), il-Kummissjoni informat lill-Ġermanja li dwar ċerti miżuri sekondarji meħuda fil-qafas tal-MFG kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (3) (minn hawn 'il quddiem: “id-Deċiżjoni ta' ftuħ”). Fl-istess ittra, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li xi miżuri sekondarji oħrajn kienu kompatibbli mas-suq intern, kemm fil-perjodu bejn it-28 ta' Novembru 2001 u l-31 ta' Diċembru 2006 jew fil-perjodu li beda mill-1 ta' Jannar 2007 kif ukoll fiż-żewġ perjodi, jew li miżuri sekondarji ulterjuri ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE jew li ma kinux jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(4)

Rigward il-miżuri sekondarji li huma soġġetti għad-Deċiżjoni preżenti, jiġifieri l-miżuri sekondarji ġenerali għall-kontroll tal-kura tas-saħħa msemmija mid-Deċiżjoni ta' ftuħ bħala miżuri sekondarji għall-monitoraġġ tal-kontaminanti (4), BW 9, BY 5, HE 8, NI 2, NW 1, RP 3, SL 4 u TH 8 [“minn hawn ‘il quddiem il-miżuri sekondarji’”] il-Kummissjoni sostniet li dawk il-miżuri sekondarji dehru li kellhom il-karatteristiċi kollha ta' għajnuna mill-Istat u talbet lill-Ġermanja sabiex tissottometti l-kummenti tagħha u sabiex tipprovdi l-informazzjoni kollha li tista' tkun utli għall-valutazzjoni tal-għajnuna li tirrigwarda l-perjodu mit-28 ta' Novembru 2001.

(5)

Permezz tal-ittra datata l-20 ta' Settembru 2013, il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' ftuħ.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom dwarha fi żmien xahar. Il-Kummissjoni rċeviet 10 kummenti mingħand il-partijiet interessati dwar il-miżuri sekondarji msemmija fil-premessa 4. Il-kummenti li waslu kienu trasmessi lill-Ġermanja permezz tal-ittri tas-27 ta' Frar, it-3 ta' Marzu u t-3 ta' Ottubru 2014. Il-Ġermanja ma weġbitx għal dawn il-kummenti.

2.   DESKRIZZJONI TAL-ISKEMA

(7)

L-MFG hija liġi Federali Ġermaniża li daħlet fis-seħħ fl-1952. Hija tikkostitwixxi l-qafas legali tal-miżuri sekondarji, u l-validità tagħha ma għandhiex limitu ta' żmien.

(8)

Is-Sezzjoni 22(1) tal-MFG tawtorizza lill-Istati Federali Ġermaniżi (minn hawn 'il quddiem: “Länder”) jimponu imposta fuq il-ħalib fuq l-imħaleb ibbażata fuq il-kwantitajiet ta' ħalib ikkonsenjat.

(9)

Is-Sezzjoni 22(2) tal-MFG tipprovdi li d-dħul miksub mill-imposta fuq il-ħalib jista' jintuża biss:

(a)

għat-titjib u ż-żamma tal-kwalità abbażi ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni;

(b)

għat-titjib tal-iġjene waqt il-ħlib u waqt il-kunsinna, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib;

(c)

għar-reġistrazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib;

(d)

għall-għoti ta' pariri lill-intrapriżi dwar kwistjonijiet relatati mal-industrija tal-ħalib u t-taħriġ kontinwu tal-impjegati żgħażagħ f'din l-industrija;

(e)

għar-reklamar immirat biex iżid il-konsum tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib;

(f)

għat-twettiq tal-kompiti konferiti mill-MFG.

(10)

Is-Sezzjoni 22(2a) tal-MFG tistipula li, b'deroga mill-paragrafu 2, id-dħul miksub mill-imposta fuq il-ħalib jista' jintuża wkoll sabiex:

(a)

jitnaqqsu l-ispejjeż strutturali għoljin tal-ġbir marbutin mal-kunsinna tal-ħalib u tal-krema mill-produttur għall-maħleb.

(b)

titnaqqas iż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport fir-rigward tal-provvista tal-ħalib bejn l-imħaleb fejn tali provvista tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-provvista tal-ħalib tax-xorb fiż-żona tal-bejgħ tal-maħleb, u

(c)

titjieb il-kwalità matul id-distribuzzjoni ċentrali tal-prodotti tal-ħalib.

(11)

Fil-Länder li ġejjin: Baden-Württemberg, Bayern, Hessen, Niedersachsen, Nordrhein-Westfalen, Rheinland-Pfalz, Saarland u Thüringen, l-imposta fuq il-ħalib intużat għall-finanzjament tal-miżuri sekondarji msemmija fil-premessa 4.

(12)

Il-miżuri sekondarji jinkludu kontrolli tal-kontaminanti differenti fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib bħad-diossina, il-polychlorobiphenyls (PCBs), l-aflatossina, id-deterġenti, il-pestiċidi, l-idroġenu poliklorinat li jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem. Il-kontrolli twettqu minn korpi ta' kontroll speċjali li dawn il-kompiti kienu assenjati lilhom mill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli fil-Länder fejn twettqu l-miżuri sekondarji. Il-kampjuni għall-kontrolli ttieħdu mill-vetturi tat-trasport tal-ħalib fuq bażi aleatorja u b'mod anonimu. L-għan tal-kontrolli kien li tiġi mistħarrġa l-preżenza tal-kontaminanti fil-ħalib bil-għan li jiġu evitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u jiġu protetti l-konsumaturi. F'din id-Deċiżjoni, dawn l-attivitajiet jissejħu “monitoraġġ tal-kontaminanti”. Bejn l-2001 u l-2011, il-baġit totali ta' dawk l-attivitajiet (il-Länder kollha fejn twettqu l-miżuri sekondarji komposti) kien jammonta għal madwar EUR 9 miljuni.

(13)

Skont il-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' ftuħ, il-Ġermanja naqset milli tippreżenta d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni li jiġġustifikaw il-klassifikazzjoni tal-monitoraġġ tal-kontaminanti bħala mhux għajnuna. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-miżuri sekondarji ma tawx vantaġġ lill-imħaleb billi l-Kummissjoni qieset li l-kontrolli jfittxu li jassiguraw il-kwalità tal-prodotti tal-ħalib u għalhekk l-ispejjeż imġarrba għat-twettiq ta' dawn il-kontrolli ġeneralment iridu jintrefgħu mill-impriżi tal-ħalib ikkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet id-dubju tagħha dwar jekk il-kontrolli tal-kwalità involuti kinux qed isiru fuq bażi regolari.

3.   IL-KUMMENTI TAL-ĠERMANJA

(14)

Il-Ġermanja ddeskriviet il-bażi legali għall-monitoraġġ tal-kontaminanti. Kien hemm żewġ settijiet ta' regoli. L-ewwel sett ta' dispożizzjonijiet legali kien jirregola t-twettiq tal-kontrolli fil-qafas tal-monitoraġġ tal-kontaminanti. Dan kien jinkludi l-preparazzjoni metodoloġika u l-istabbiliment tal-iskeda tal-kontrolli, il-mod tat-teħid tal-kampjuni, il-metodu tal-ittestjar, u l-użu tar-riżultati. Dawn l-attivitajiet kienu sostanzjalment irregolati bil-liġi dwar is-sigurtà fl-ikel.

(15)

It-tieni sett ta' dispożizzjonijiet legali kien jikkonċerna l-finanzjament ta' dawk l-attivitajiet. Kif diġà spjegat fid-“Deċiżjoni ta' ftuħ”, dawn l-attivitajiet kienu ffinanzjati bl-imposta fuq il-ħalib imħallsa mill-imħaleb. Il-bażi legali kienet is-Sezzjoni 22(2) tal-MFG. F'livell reġjonali kienu jeżistu dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni addizzjonali, inklużi regoli baġitarji.

(16)

Il-Ġermanja ppreżentat ħarsa ġenerali tal-liġi applikabbli dwar is-sigurtà fl-ikel:

(a)

Fuq livell tal-Unjoni: Il-kontroll uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel kien regolat fl-atti legali li ġejjin: Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), b'mod partikolari l-Anness IV tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), b'mod partikolari l-Anness I, il-parti A tiegħu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (10), ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Il-monitoraġġ tar-residwi jew tas-sustanzi kien regolat fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (12) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE (13).

(b)

Fuq livell nazzjonali: Il-kontroll uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel u l-monitoraġġ tar-residwi u s-sustanzi kienu regolati fil-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Ikel u l-Għalf (Lebensmittel- und Futtermittelgesetzbuch), l-Ordinanza amministrattiva dwar il-prinċipji tal-eżekuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel u fl-għalf (Allgemeine Verwaltungsvorschrift über die Grundsätze zur Durchführung der amtlichen Überwachung der Erhaltung lebensmittelrechtlicher, weinrechtlicher, futtermittelrechtlicher und tabakrechtlicher Vorschriften) u r-Regolament dwar il-limitazzjoni tal-kontaminanti fl-ikel (Verordnung zur Begrenzung von Kontaminanten in Lebensmittel), il-pjan nazzjonali għall-kontroll tar-residwi (Nationaler Rückstandskontrollplan).

(c)

Minbarra dawk il-kontrolli uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel, sar ukoll monitoraġġ tal-kontaminanti, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali: Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/516/UE (14), is-Sezzjoni 14 tal-MFG, is-Sezzjonijiet 50 u 51 tal-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Ikel u l-Għalf u d-dispożizzjonijiet reġjonali (Länder) maħruġa kull sena li japprovaw l-eżerċizzju ta' monitoraġġ tal-kontaminanti u l-finanzjament tiegħu.

(17)

Il-Ġermanja ppreżentat statistika dwar il-kontrolli uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel, il-kontrolli tar-residwi u l-monitoraġġ tal-kontaminanti kif ukoll lista tal-korpi responsabbli għal dawk il-kontrolli.

3.1.   Kummenti mill-Ġermanja dwar il-karattru tal-monitoraġġ tal-kontaminanti bħala komponent addizzjonali tas-sistema ta' sorveljanza uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel.

(18)

Il-kumment prinċipali mressaq mill-Ġermanja kien li l-monitoraġġ tal-kontaminanti huwa komponent addizzjonali tas-sistema ta' sorveljanza uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel u ma jagħti l-ebda vantaġġ lill-imħaleb. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja spjegat dan li ġej:

(19)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti kien jikkwalifika bħala komponent addizzjonali tas-sistema ta' sorveljanza uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel li kienet ibbażata fuq il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali u kien jaqdi l-protezzjoni preventiva u orjentata lejn il-kura tas-saħħa tal-konsumatur kif ukoll il-ġestjoni ta' kriżijiet abbażi tar-riskju.

(20)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti ma setax jiġi kkwalifikat bħala kontroll ta' rutina. Il-kontrolli bħala parti mill-monitoraġġ tal-kontaminanti kienu jsiru fuq il-bażi ta' kampjuni wara li l-ħalib jinġabar mill-vetturi tat-trasport tal-ħalib. L-iskeda tat-teħid tal-kampjuni kienet żviluppata minn korpi ta' kontroll apposta li kienu assenjati dan il-kompitu b'mod uffiċjali. Il-korpi assenjati kienu jiddeċiedu minn liema vetturi kienu jittieħdu l-kampjuni u meta, u anki kemm kellhom idumu l-kontrolli. Il-korpi assenjati kienu jiddeċiedu wkoll il-kontaminanti li kellhom jiġu analizzati.

(21)

Meta kienu jiġu biex jistabbilixxu l-iskeda tal-kontrolli u l-kontaminanti soġġetti għall-analiżi, il-korpi assenjati kienu jibbażaw fuq analiżijiet preċedenti, fuq ir-riżultati miġbura minn qabel, fuq ir-riskji eżistenti għas-saħħa u s-sigurtà fl-ikel, fuq il-partikolaritajiet reġjonali, fuq fatturi ambjentali, inċidenti u raġunijiet oħra simili. L-iskeda tal-kontrolli u l-kontaminanti setgħu jvarjaw skont ir-reġjun u jistgħu jinbidlu minn żmien għall-ieħor. Ma kinux jiġu kkontrollati l-kontaminanti kollha li għalihom jeżistu limiti legali. Mill-banda l-oħra, kontaminanti oħra li mhumiex soġġetti għal limiti legali iżda li, fuq il-bażi ta' analiżi differenti huma kkunsidrati bħala ta' riskju għas-saħħa, setgħu jiġu kkontrollati. Il-kontrolli għalhekk kienu jiffukaw fuq prijoritajiet differenti skont iż-żmien — f'xi każijiet il-kontrolli ta' kontaminanti radjuattivi ġew qabel, f'każijiet oħra saru l-ewwel il-kontrolli fuq l-aflatossina jew id-diossina; kien ukoll possibbli li l-kontrolli jitwettqu skont il-prijoritajiet reġjonali.

(22)

L-informazzjoni miksuba waqt dawn il-kontrolli kienet tintuża sabiex jiġi determinat l-istatus ta' reġjun partikolari tal-ħalib fir-rigward tal-esponiment tiegħu għal kontaminanti partikolari li għandhom effetti ta' riskju għas-saħħa. Din l-informazzjoni kienet tintuża wkoll mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti biex jieħdu miżuri tas-saħħa preventivi fil-forma ta' kontrolli uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel u tas-saħħa, miżuri leġislattivi, disseminazzjoni ta' informazzjoni u oħrajn. Dan it-tip ta' kontroll kien jaqa' taħt is-“sistema ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra kif adattati fiċ-ċirkostanzi, inkluża komunikazzjoni pubblika dwar is-sigurtà u r-riskju tal-ikel u l-għalf, sorveljanza dwar is-sigurtà tal-ikel u l-għalf u attivitajiet oħra ta' immonitorjar li jkunu jkopru l-istadji kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u tqassim” imsemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(23)

B'mod partikolari, l-informazzjoni miksuba mill-kontrolli kienet tintuża sabiex jiġu aġġustati l-pjanijiet ta' kontroll uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004. B'mod ġenerali, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 kien jitlob lill-Istati Membri sabiex jibbażaw il-miżuri tas-sigurtà fl-ikel fuq valutazzjoni tar-riskju li tuża informazzjoni u data xjentifika oġġettiva, trasparenti u indipendenti. Dan ir-rekwiżit kien speċifikat ulterjorment fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u r-Regolament (KE) Nru 854/2004. Ir-riżultati miksuba mill-monitoraġġ tal-kontaminanti kienu jintużaw mill-awtoritajiet tas-sigurtà fl-ikel kompetenti Ġermaniżi bħala bażi għal tali valutazzjoni tar-riskju u miżuri.

(24)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Istati Membri kienu obbligati jżommu attivitajiet oħra kif adatti fiċ-ċirkustanzi sabiex jiggarantixxu s-sigurtà fl-ikel flimkien mas-sistema ta' kontrolli uffiċjali. Għalkemm dawk l-attivitajiet ma kinux konkretament elenkati f'dik id-dispożizzjoni, il-Ġermanja argumentat li l-korpi tal-Istati Membri li jkollhom tali attivitajiet ta' kontroll xierqa flimkien mal-kontrolli uffiċjali, ma kisrux ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fuq il-bażi ta' dan l-approċċ, il-Ġermanja argumentat li l-monitoraġġ tal-kontaminanti kien jirrappreżenta kontroll li huwa kumplimentari għall-kontroll uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel.

(25)

L-istess approċċ ġie segwit f'atti legali oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 kien jipprovdi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali regolari u t-tieni paragrafu ta' dak l-Artikolu kien jipprevedi t-twettiq ta' kontrolli ad hoc uffiċjali addizzjonali. dawn il-kontrolli kellhom ikunu bbażati fuq ir-riskju. Anki d-Direttiva 96/23/KE kienet issegwi din l-istruttura: L-Artikolu 11 tagħha kien jipprovdi għal testijiet uffiċjali kumplimentari tal-kampjuni flimkien mat-testijiet uffiċjali regolari. Aktar 'il quddiem, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta' diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel tistabbilixxi livelli ta' azzjoni li kienu aktar baxxi mil-limiti legali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u servew bħala għodda għall-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi biex jindunaw b'każijiet fejn kien xieraq li jiġi identifikat sors ta' kontaminazzjoni u jieħdu miżuri biex inaqqsuh jew jeliminawh.

(26)

Barra minn hekk, il-leġislazzjoni tal-Unjoni mmirata sabiex tassigura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-interessi tal-konsumatur li għandhom x'jaqsmu mal-ikel (l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002) kienet tipprovdi li l-miżuri tas-sigurtà fl-ikel kellhom ikunu ġustifikati b'valutazzjonijiet tar-riskju indipendenti, oġġettivi u trasparenti bbażati fuq id-data xjentifika eżistenti. Ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-kontaminanti ntużaw bħala bażi sabiex jiġu mħarsa dawk il-prinċipji kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u r-Regolament (KE) Nru 854/2004. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kontrolli tad-diossina u l-PCB, il- Ġermanja tirreferi għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta' diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel.

(27)

Barra minn hekk, ir-riżultati tal-kontrolli ntużaw ukoll sabiex jiġu identifikati xejriet fuq perjodu fit-tul, sabiex jiġu identifikati l-fatturi u r-raġunijiet tar-riskju u sabiex jinżammu databases għal skopijiet xjentifiċi u ta' prevenzjoni ta' kriżijiet. L-informazzjoni miġbura kienet sors utli sabiex jintlaħqu aktar deċiżjonijiet politiċi u amministrattivi għal studji tal-każ u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni newtrali.

(28)

Il-kampjuni għall-kontrolli kienu jittieħdu minn ġabriet (ġabra waħda tikkonsisti minn ħalib miġbur minn vettura tat-trasport tal-ħalib minn diversi produtturi tal-ħalib fejn in-numru tal-produtturi tal-ħalib seta' jvarja). L-intrapriżi tal-ħalib ma kinux infurmati dwar it-teħid tal-kampjuni u l-kontrolli. Ma kinux infurmati lanqas dwar ir-riżultati tal-kontrolli. Għalhekk, it-testijiet ma kinux jintużaw u ma kinux utli għalihom sabiex ipoġġu l-prodotti tagħhom fis-suq jew bħala għodda sabiex jiġu determinati l-kwalità jew il-prezz tal-prodotti. Huwa biss f'każ li t-testijiet kienu juru li l-preżenza ta' kontaminanti kienet għolja jew li l-limiti legali ntlaħqu jew inqabżu, li l-korpi ta' kontroll kienu jibdew investigazzjonijiet separati u jinfurmaw lill-intrapriżi tal-ħalib ikkonċernati dwar din l-investigazzjoni.

(29)

Jekk, waqt il-monitoraġġ tal-kontaminanti, il-korp assenjat kien isib valuri li kienu għoljin iżda aktar baxxi mil-limiti legali, huwa kien jibda proċess ta' valutazzjoni biex jidentifika s-sors tal-kontaminazzjoni — bħall-għalf, mezzi ta' diżinfettazzjoni, inċidenti ambjentali, u oħrajn. L-intrapriżi li jkunu kkawżaw din il-kontaminazzjoni kellhom jieħdu miżuri sabiex jeliminaw is-sors tal-kontaminazzjoni u jħallsu għal dan minn buthom. Din il-valutazzjoni kienet utli għal skopijiet ta' prevenzjoni.

(30)

Jekk, waqt il-monitoraġġ tal-kontaminanti, il-korp assenjat kien isib valuri li jaqbżu l-limiti legali jew il-preżenza ta' sustanza li tkun ipprojbita mil-liġi, kien jinbeda kontroll sħiħ addizzjonali. L-awtorità kompetenti mbagħad kienet toħroġ projbizzjoni fuq il-konsenja tal-ħalib u tordna testijiet addizzjonali. Il-kwantità tal-ħalib ikkontaminat kienet tintrema. Jekk il-valuri ta' kontaminazzjoni li jaqbżu l-limiti legali kienu jerġgħu jinstabu, l-awtorità kompetenti kienet tapplika sanzjonijiet skont il-liġi amministrattiva jew, skont il-każ, il-liġi kriminali Ġermaniża. Għalhekk, il-monitoraġġ tal-kontaminanti għall-intrapriżi tal-ħalib kien jew newtrali (jekk ma kinux jinstabu problemi) jew marbut ma' konsegwenzi negattivi (jekk kien jinstab li l-limiti legali għall-kontaminanti ġew maqbuża). Il-projbizzjoni fuq il-konsenja tal-ħalib kienet titneħħa biss meta t-testijiet juru li l-ħalib ikun ħieles mill-kontaminazzjoni.

(31)

Il-Ġermanja tikkonkludi li l-monitoraġġ tal-kontaminanti ma kienx jikkostitwixxi kompitu inerenti għall-industrija tal-ħalib iżda miżura għall-protezzjoni tal-konsumaturi u b'mod partikolari għall-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi. Il-protezzjoni tal-konsumatur kienet għan segwit mit-TFUE, b'mod partikolari skont l-Artikolu 4(2) b'rabta mal-Artikolu 169(1) tiegħu u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (15), b'mod partikolari skont l-Artikolu 38 tagħha.

(32)

Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-kontaminanti kien jikkorrispondi għall-obbligu ċar tal-Istati Membri li jiggarantixxu li jitwettqu l-kontrolli uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel u għalhekk l-ispejjeż ta' dawk il-kontrolli kellhom jinġarru mill-Istat Membru.

(33)

Il-Ġermanja ssostni li l-intrapriżi tal-ħalib kienu jwettqu l-kontrolli proprji tagħhom biex jivverifikaw il-konformità tal-ħalib mal-limiti legali għall-kontaminanti. L-ispejjeż għal dawn il-kontrolli proprji kienu koperti mill-intrapriżi tal-ħalib infushom. L-obbligu għal dawk il-kontrolli proprji kien joħroġ mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. L-obbligi tas-sigurtà fl-ikel tal-intrapriżi tal-ħalib, fir-rigward tas-sustanzi ta' ħsara, kienu speċifikati wkoll f'atti legali oħra, pereżempju r-Regolament (KE) Nru 1881/2006, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (16).

(34)

Ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni legali nazzjonali li l-intrapriżi tal-ħalib kellhom jerfgħu l-ispejjeż għall-kontrolli uffiċjali u ma kien hemm l-ebda obbligu sabiex dawn jitħallsu tariffi. L-intrapriżi tal-ħalib kellhom jerfgħu l-ispejjeż għall-kontrolli li jagħmlu huma stess tal-konformità mal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà fl-ikel u l-limiti legali tal-kontaminanti u r-residwi li jkunu differenti mill-kontrolli pubbliċi taħt il-monitoraġġ tal-kontaminanti.

3.2.   Kummenti oħra mill-Ġermanja

(35)

Il-Ġermanja ġġustifikat id-dritt tal-Istati Membri li jwettqu miżuri ta' kontroll bħall-monitoraġġ tal-kontaminanti. Dan kien joħroġ mid-demarkazzjoni tal-kompetenzi mogħtija mit-Trattati (TUE u TFUE) lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Saret referenza għall-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE li ddefinew ir-rwoli rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Għaldaqstant, l-Istati Membri kienu prinċipalment responsabbli sabiex jiggarantixxu l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Funzjonijiet bħall-kontroll kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Saret ukoll referenza għall-Kawżi Konġunti 205 sa 215/82 (17) fejn il-Qorti ddikjarat li skont il-prinċipji ġenerali li fuqhom kienet ibbażata s-sistema istituzzjonali tal-Unjoni u li kienu jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, kienet ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jassiguraw li d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni jiġu implimentati fi ħdan it-territorju tagħhom.

(36)

Konsegwentement, il-Ġermanja argumentat li hija kienet tikser l-Artikolu 291 tat-TFUE kieku wettqet anqas kontrolli minn dawk imposti mill-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u mhux, bħal fil-każ preżenti, meta wettqet kontrolli addizzjonali li kienu kumplimentari għall-kontroll uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel u li kienu konformi mad-dispożizzjoni msemmija tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(37)

Bi tweġiba għall-mistoqsija mill-Kummissjoni rigward il-possibbiltà li jiġu applikati r-regoli dwar is-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (SGEI), il-Ġermanja ċaħdet il-karattru tal-monitoraġġ tal-kontaminanti bħala tali fis-sens tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (18). Mill-banda l-oħra, il-Ġermanja sostniet li l-monitoraġġ tal-kontaminanti kien jikkwalifika bħala attività mhux ekonomika. F'dan il-kuntest, il-Ġermanja rreferiet għall-kawżi C-364/92, C-343/95 u C-288/11 P (19) fejn ġie sostnut li kompitu li jinvolvi l-eżerċizzju ta' awtorità regolatorja pubblika bil-għan li tkun iggarantita s-sigurtà pubblika ma kienx ta' natura ekonomika, billi dik l-attività tikkostitwixxi kompitu ta' interess pubbliku li kien maħsub sabiex jipproteġi l-popolazzjoni sħiħa. Barra minn hekk, il-fatt li tali kompitu kien assenjat lil korp privat ma bidilx il-karattru tiegħu bħala pubbliku. Fil-każ preżenti tal-monitoraġġ tal-kontaminanti, il-korpi ta' kontroll assenjati eżerċitaw kompitu pubbliku li kkontribwixxa għat-titjib tas-sistema tal-kura tas-saħħa. L-Istat kien obbligat jiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni tal-kura tas-saħħa kemm skont il-liġi tal-Unjoni (20) kif ukoll skont il-liġi kostituzzjonali federali Ġermaniża u f'dan ir-rigward l-Istat kien igawdi setgħat diskrezzjonali.

(38)

Bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Kummissjoni dwar jekk id-dispożizzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 kinitx timponi obbligu ċar u preċiż fuq l-Istati Membri fis-sens tal-kawża T-351/02 sal-punt li tista' tiġi eskluża l-imputabbiltà fuq l-Istat, il-Ġermanja wieġbet li fil-kawża T-351/02 il-kwistjoni kienet tirrigwarda l-imputabbiltà fuq l-Istat, filwaqt li fil-każ preżenti l-kwistjoni kienet il-preżenza ta' vantaġġ għall-intrapriżi tal-ħalib.

(39)

Barra minn hekk, Nordrhein-Westfalen argumenta li l-miżura sekondarja NW1 ma kinitx selettiva minħabba li kienet timmira l-industrija tal-ħalib kollha f'dak l-Istat Federali (Land). Nordrhein-Westfalen kien igawdi sovranità legali li kienet tippermettilu li jiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni materjali u reġjonali tal-miżura sekondarja. Nordrhein-Westfalen enfasizza għal darba oħra li l-miżura kienet isservi sabiex jitwettqu kontrolli ġenerali tal-kura tas-saħħa u kienet fl-interess pubbliku.

4.   KUMMENTI MINGĦAND IL-PARTIJIET INTERESSATI

(40)

Bejn is-6 u t-18 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni rċeviet total ta' 10 ittri mingħand partijiet interessati b'kummenti dwar l-appoġġ mogħti fir-rigward tal-miżuri sekondarji (21).

(41)

Fl-ittra tagħha rreġistrata mill-Kummissjoni fis-6 ta' Frar 2014 il-Milchwirtschaftlicher Verein Allgäu-Schwaben e.V. sostniet li l-programmi għall-kontrolli tar-residwi u l-kontaminanti fil-prodotti tal-ħalib kellhom jitqiesu bħala żieda mal-programm nazzjonali ta' monitoraġġ u kienu jservu għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-prevenzjoni ta' kriżijiet. L-assoċjazzjoni rrimarkat li l-kampjuni ttieħdu minn impriżi differenti sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali tar-reġjuni differenti tal-Bavarja. Ir-riżultati kienu disseminati. B'dan il-mod setgħu jiġu żviluppati strateġiji u miżuri ta' prevenzjoni li eventwalment iwasslu għal tnaqqis fil-livelli ta' kontaminazzjoni. Għal dawk ir-raġunijiet, il-miżura ma tat l-ebda vantaġġ lill-impriżi tal-ħalib ikkontrollati.

(42)

Fl-ittra tagħha rreġistrata mill-Kummissjoni fl-10 ta' Frar 2014, il-Gewerkschaft Nahrung-Genuss-Gaststätten Region Allgäu sostniet li l-monitoraġġ tal-livelli ta' kontaminanti u ta' sustanzi radjuattivi fil-prodotti tal-ħalib kien jifforma parti importanti ħafna mill-protezzjoni tal-konsumaturi. Din il-miżura kienet siewja ħafna mhux biss għall-impriżi tal-ħalib partikolari iżda wkoll għall-konsumaturi kollha tal-ħalib.

(43)

Fl-ittra tagħha rreġistrata mill-Kummissjoni fl-10 ta' Frar 2014, il-Landeskontrollverband Nordrhein-Westfalen e.V. sostniet li hija kienet tappoġġa l-opinjoni tal-Land Nordrhein-Westfalen (li kienet ippreżentata lill-Kummissjoni bħala parti mis-sottomissjoni tal-Ġermanja tal-20 ta' Settembru 2013).

(44)

Fl-ittra tagħha rreġistrata mill-Kummissjoni fl-10 ta' Frar 2014, il-Landesvereinigung der Milchwirtschaft NRW e.V. sostniet li hija kienet tappoġġa l-opinjoni tal-Land Nordrhein-Westfalen (li kienet ippreżentata lill-Kummissjoni bħala parti mis-sottomissjoni tal-Ġermanja tal-20 ta' Settembru 2013).

(45)

Fl-ittra tagħha rreġistrata mill-Kummissjoni fl-11 ta' Frar 2014, il-Landesvereinigung Thüringer Milch e.V. sostniet li hija kienet tappoġġa l-opinjoni tal-Freistaat Thüringen (li kienet ippreżentata lill-Kummissjoni bħala parti mis-sottomissjoni tal-Ġermanja tal-20 ta' Settembru 2013).

(46)

Fl-ittra tagħha rreġistrata mill-Kummissjoni fit-13 ta' Frar 2014, il-Genossenschaftsverband Bayern sostniet li l-programm ta' monitoraġġ għas-sejbien ta' residwi u kontaminanti fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib ma ta l-ebda vantaġġ kompetittiv lill-intrapriżi tal-ħalib. Dan il-programm serva l-ewwel nett għall-ħolqien tal-kapaċitajiet għal reazzjoni f'każ ta' kriżi, għall-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti mhux siguri, u b'hekk kien qiegħed jaqdi l-interess pubbliku. Il-kampjuni kienu jittieħdu b'mod irregolari, l-intrapriżi tal-ħalib ma kienu jżommu l-ebda rekord u ma kinux jiġu infurmati lanqas dwar ir-riżultat sakemm ma kinux jinqabżu l-limiti legali. Għall-kuntrarju, l-intrapriżi tal-ħalib kienu jwettqu waħedhom sistema aktar komprensiva u dettaljata għas-sigurtà tal-kwalità li ma setgħetx tiġi pparagunata mal-monitoraġġ tal-kontaminanti.

(47)

Fl-ittra tagħha rreġistrata mill-Kummissjoni fl-14 ta' Frar 2014, il-Milchwirtschaftliche Arbeitsgemeinschaft Rheinland-Pfalz e.V. sostniet li l-miżura sekondarja RP 3 ma kinitx tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat billi ma kien hemm l-ebda vantaġġ mogħti lill-impriżi jew lil settur tal-produzzjoni partikolari li fixkel jew kien jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni jew li affettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-assoċjazzjoni argumentat li l-imposta ma ntużatx biex tkopri l-ispejjeż għall-kontrolli li l-intrapriżi tal-ħalib kienu obbligati jwettqu skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u r-Regolament (KE) Nru 854/2004. Għall-kuntrarju, il-kontrolli inkwistjoni kienu jitwettqu f'isem l-awtoritajiet pubbliċi, bħala kampjuni u ma kellhomx natura ta' rutina. Għaldaqstant, il-kontrolli inkwistjoni kienu parti mill-prevenzjoni u l-ġestjoni pubblika ta' kriżijiet skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Għalhekk, l-assoċjazzjoni tikkonkludi li l-pagament ta' dawn il-kontrolli ma kienx jeħles lill-intrapriżi tal-ħalib mill-ispejjeż proprji tagħhom iżda kien jikkostitwixxi spejjeż li l-awtoritajiet pubbliċi jġorru minħabba l-funzjoni pubblika tagħhom relatata mas-sigurtà fl-ikel.

(48)

B'mod alternattiv, il-Milchwirtschaftliche Arbeitsgemeinschaft Rheinland-Pfalz e.V. sostniet li kieku l-miżura sekondarja RP 3 kellha tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat, il-kompatibbiltà tagħha għall-perjodu mis-sena 2007 kellha tiġi valutata skont il-Kapitolu IV.J tal-Linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat fis-Settur Agrikolu u Forestali 2007 sa 2013 (23).

(49)

Fl-ittra tagħha rreġistrata mill-Kummissjoni fit-18 ta' Frar 2014, DHB-Netzwerk Haushalt e.V sostniet li l-programm ta' monitoraġġ tal-inkwinanti, il-programm għall-valutazzjoni tar-radjuattività u l-analiżi tas-sustanzi ta' nutrizzjoni kienu jirrappreżentaw kontribut importanti lejn il-protezzjoni tal-konsumatur u l-għarfien tal-konsumatur. L-assoċjazzjoni ssottolinjat in-newtralità tar-riżultati tal-kontrolli (li ma kinux influwenzati mill-industrija tal-ħalib), ir-rikonoxximent malajr tas-sustanzi ta' ħsara fil-prodotti tal-ħalib u l-possibbiltà ta' reazzjoni rapida f'sitwazzjonijiet ta' kriżi.

(50)

Fl-ittra tagħha rreġistrata mill-Kummissjoni fit-18 ta' Frar 2014, il-Landesvereinigung der Bayerischen Milchwirtschaft e.V. sostniet li l-kontrolli sabiex jiġu identifikati sustanzi ta' ħsara fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kienu importanti għall-fiduċja tal-konsumaturi fis-sigurtà tal-prodotti tal-ħalib. Dawn il-kontrolli kienu jservu bħala sistema ta' sejbien kmieni u sabiex jiġu miġġielda r-riskji jew sabiex jittieħdu l-miżuri ta' prevenzjoni neċessarji.

5.   VALUTAZZJONI TAL-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA

(51)

Fid-Deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet il-fehma li l-miżuri sekondarji kienu jidhru li għandhom il-karatteristiċi kollha ta' għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni sostniet li l-Ġermanja naqset milli tippreżenta l-liġi applikabbli fil-qasam tal-kontroll uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel u tal-monitoraġġ tal-kontaminanti li tħalli dan il-kompitu f'idejn l-Istat. Il-Kummissjoni qieset li l-obbligu li jitwettaq il-monitoraġġ tal-kontaminanti jirrigwarda lill-imħaleb u għalhekk dawn irċevew vantaġġ jekk il-kontroll saru u kienu mħallsa mill-Istat.

(52)

Matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Ġermanja u l-partijiet interessati argumentaw li l-monitoraġġ tal-kontaminanti ma ta l-ebda vantaġġ lill-imħaleb. Il-Ġermanja ppreżentat informazzjoni komprensiva dwar l-elementi legali, amministrattivi u fattwali tal-miżuri sekondarji. Għalhekk, huwa neċessarju li terġa' tiġi eżaminata l-kwistjoni tal-preżenza ta' għajnuna u b'mod partikolari l-preżenza ta' vantaġġ għall-imħaleb.

(53)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(54)

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi determinat jekk miżura tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq. Għalhekk, jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tiġix issodisfata, il-miżura rilevanti ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat.

(55)

Il-kundizzjoni għall-preżenza tal-għajnuna se tiġi eżaminata qabel il-kundizzjonijiet l-oħra stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE minħabba li l-argument prinċipali tal-Ġermanja u tal-partijiet interessati kien li l-miżuri sekondarji ma taw l-ebda vantaġġ lill-imħaleb.

(56)

L-argumenti tal-Ġermanja u tal-partijiet interessati huma bbażati fuq l-eżistenza ta' kompiti ta' kontroll differenti previsti fil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar is-sigurtà fl-ikel u b'mod partikolari d-distinzjoni bejn il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-korpi kompetenti u l-kontrolli li jwettqu l-intrapriżi tal-ħalib infushom. Skont il-Ġermanja f'dan ir-rigward, il-monitoraġġ tal-kontaminanti mwettaq mill-korpi assenjati u ffinanzjat pubblikament bl-imposta fuq il-ħalib huwa kumplimentari għall-kontroll uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel u huwa distint mill-kontrolli proprji mwettqa mill-intrapriżi tal-ħalib infushom li għalihom iħallsu dawn tal-aħħar. Għalhekk, l-imħaleb ma jirċievu l-ebda vantaġġ mill-fatt li l-Istat iwettaq il-monitoraġġ tal-kontaminanti.

(57)

Sabiex jiġi verifikat jekk dawk l-argumenti humiex validi huwa neċessarju li jiġi analizzat (1) fejn għandu jitqiegħed il-monitoraġġ tal-kontaminanti fis-sistema tar-responsabbiltajiet ta' kontroll kif stabbilita mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar is-sigurtà fl-ikel, jiġifieri jekk jitwettaqx bħala obbligu attribwit lill-Istat jew attribwit lill-operaturi tal-ikel privati (imħaleb) u (2) fuq il-bażi tal-eżitu, jekk it-twettiq tal-monitoraġġ tal-kontaminanti jagħtix vantaġġ lill-impriżi tal-ħalib fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

5.1.   Responsabbiltajiet ta' kontroll skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar is-sigurtà fl-ikel

(58)

Kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta' ftuħ, il-perjodu tal-investigazzjoni jibda fit-28 ta' Novembru 2001 (ara l-premessa 152 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ). L-analiżi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi dwar is-sigurtà fl-ikel se tkopri l-perjodu li jibda minn dik id-data.

5.1.1.   Il-liġi tal-Unjoni dwar is-sigurtà fl-ikel

5.1.1.1.   Il-liġi tal-Unjoni relatata mal-kontaminanti fl-ikel, inkluż fil-ħalib

(59)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (24) jistabbilixxi ċerti prinċipji bażiċi rigward il-kontaminanti fl-ikel, b'mod partikolari li (1) ikel li jkun fih kontaminant f'ammont li ma jkunx aċċettabbli mil-lat ta' saħħa pubblika u b'mod partikolari f'livell tossikoloġiku, m'għandux ikun imqiegħed fis-suq; u (2) iridu jiġu stabbiliti l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika.

(60)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 (25) u r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jistabbilixxu l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-ikel. Huma jkopru b'mod partikolari l-kontaminanti fl-ikel li ġejjin: l-aflatossini, iċ-ċomb (Pb), id-diossini, il-poliklorodibenżofurani u l-poliklorobifenili (PCBs).

(61)

Skont l-atti legali msemmija fil-premessi 59 u 60, huwa pprojbit li ċerti oġġetti tal-ikel (inkluż il-ħalib) jitqiegħdu fis-suq meta dawk l-oġġetti tal-ikel ikun fihom ċerti kontaminanti f'livell li jaqbeż il-livell massimu stabbilit f'dawk l-atti legali. Dawk l-atti legali jitolbu wkoll li l-Istati Membri jadottaw miżuri ta' sorveljanza xierqa sabiex jikkontrollaw il-preżenza ta' kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel.

(62)

Barra minn hekk, fir-Rakkomandazzjoni tagħha dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta' diossini, furani u PCBs fl-ikel (26), il-Kummissjoni tirrakkomanda livelli ta' azzjoni u livelli fil-mira għall-ikel, inkluż il-ħalib, sabiex tistimula approċċ proattiv għat-tnaqqis tal-preżenza ta' diossini u PCBs simili għad-diossini fl-ikel. Il-livelli ta' azzjoni huma, b'mod partikolari, għodda għall-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi sabiex jissottolinjaw dawk il-każijiet fejn ikun xieraq li jidentifikaw is-sors ta' kontaminazzjoni u jieħdu miżuri biex inaqqsuh jew jeliminawh. Il-Kummissjoni tirrakkomanda wkoll li l-Istati Membri jwettqu, b'mod proporzjonat mal-produzzjoni, l-użu u l-konsum ta' oġġetti tal-ikel tagħhom, inkluż il-ħalib, monitoraġġ aleatorju tal-preżenza ta' diossini u PCBs simili għad-diossini u — jekk ikun possibbli — ta' PCBs mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel, inkluż fil-ħalib. Fir-rigward ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 466/2001, u ta' każijiet fejn jinstabu livelli ta' diossini u/jew ta' PCBs simili għad-diossini li jaqbżu l-livelli ta' azzjoni, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-operaturi, jibdew investigazzjonijiet sabiex jidentifikaw is-sors ta' kontaminazzjoni u jieħdu miżuri sabiex inaqqsu jew jeliminaw is-sors ta' kontaminazzjoni.

(63)

Jista' jiġi konkluż li l-liġi tal-Unjoni relatata mal-kontaminanti fl-ikel, inkluż fil-ħalib, tinkludi (1) limiti legali għal ċerti kontaminanti fl-ikel, inklużi kontaminanti fil-ħalib, li huma indirizzati direttament lill-operaturi tal-ikel li mhumiex permessi jqiegħdu fis-suq ikel, inkluż ħalib, li ma jkunx konformi ma' dawk il-limiti u (2) l-obbligu tal-Istati Membri li jwettqu sorveljanza tal-konformità ma' dawk il-limiti legali. Barra minn hekk, hemm rakkomandazzjoni fuq livell tal-Unjoni (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni) indirizzata lill-Istati Membri sabiex jeżaminaw il-livelli ta' azzjoni tad-diossina u ta' inkwinanti simili u jieħdu miżuri ta' prevenzjoni.

5.1.1.2.   Il-liġi tal-Unjoni relatata mar-residwi fi prodotti ġejjin mill-annimali, inkluż il-ħalib

(64)

Id-Direttiva 96/23/KE titlob li l-Istati Membri jadottaw miżuri sabiex jimmonitorjaw is-sustanzi u gruppi ta' residwi elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. Is-sustanzi u r-residwi mmonitorjati fil-każ tal-ħalib huma ċerti komposti, sustanzi antibatteriċi, antelmintiċi, mediċini antiinfjammatorji mhux sterojdi, kloruri organiċi, fosfru organiku, elementi kimiċi, mikotossini.

(65)

Id-Direttiva 96/23/KE tobbliga lill-Istati Membri li jimmonitorjaw ċerti prodotti mill-annimali, inkluż il-ħalib, għall-iskop li tinstab il-preżenza ta' residwi u sustanzi. Għal dik ir-raġuni, l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni pjanijiet ta' monitoraġġ għall-approvazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jwettqu kontrolli aleatorji uffiċjali għal għarrieda tul il-katina tal-produzzjoni ta' materja prima mill-annimali, inkluż il-ħalib.

(66)

Barra minn dan, id-Direttiva 96/23/KE tipprovdi għal monitoraġġ proprju u ko-responsabbiltà min-naħa tal-operaturi. Is-sidien jew il-persuni responsabbli mill-istabbiliment tal-ipproċessar inizjali ta' prodotti primarji mill-annimali (b'mod partikolari l-ħalib) iridu jieħdu l-miżuri kollha neċessarji, b'mod partikolari billi jwettqu l-kontrolli proprji tagħhom, sabiex jissodisfaw irwieħhom li l-prodotti li jidħlu fl-istabbiliment ma jkunx fihom livelli ta' residwi jew sustanzi pprojbiti li jaqbżu l-limiti massimi permessi.

(67)

Jista' jiġi konkluż li l-liġi tal-Unjoni relatata mar-residwi fi prodotti mill-annimali, inkluż il-ħalib, tinkludi (1) lista ta' sustanzi ta' ħsara u residwi fil-ħalib li jridu jiġu mmonitorjati; (2) il-kompitu tal-Istati Membri li jimmonitorjaw u jwettqu kontrolli addizzjonali dwar il-preżenza ta' dawk is-sustanzi u r-residwi fil-ħalib; (3) l-obbligu tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-produzzjoni u l-ipproċessar tal-ħalib li jwettqu kontrolli proprji.

5.1.1.3.   Il-liġi orizzontali tal-Unjoni relatata mal-kontroll tas-sigurtà fl-ikel

(68)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u r-responsabbiltajiet fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel. Rigward ir-responsabbiltajiet, l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprovdi għal dan li ġej:

“(1)

L-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-għalf f'kull stadju tal-produzzjoni, ipproċessar, u tqassim fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom għandhom jiżguraw li l-ikel u l-għalf ikunu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel li huma relevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li dawk il-ħtiġijiet jitħarsu.

(2)

L-Istati Membri għandhom jinfurzaw il-liġi dwar l-ikel, u jimmonitorjaw u jivverifikaw li l-ħtiġijiet relevanti tal-liġi dwar l-ikel jiġu mħarsa mill-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-għalf fl-istadji kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u tqassim. Għal dak il-għan għandhom iżommu sistema ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra kif adattati fiċ-ċirkostanzi, inkluża komunikazzjoni pubblika dwar is-sigurtà u r-riskju tal-ikel u l-għalf, sorveljanza dwar is-sigurtà tal-ikel u l-għalf u attivitajiet oħra ta' immonitorjar li jkunu jkopru l-istadji kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u tqassim. L-Istati Membri għandhom ukoll iniżżlu r-regoli dwar il-miżuri u penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-liġi dwar l-ikel u l-għalf. Il-miżuri u l-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”

(69)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, ikel jinkludi ħalib sew jekk ipproċessat, parzjalment ipproċessat jew mhux ipproċessat, maħsub biex, jew raġonevolment mistenni li, jiġi inġerit mill-bniedem.

(70)

Ir-responsabbiltajiet deskritti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jirreferu kemm għall-operaturi fil-qasam tal-ikel kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jiddistingwi b'mod ċar bejn l-operaturi ta' negozju tal-ikel (b'mod partikolari l-intrapriżi tal-ħalib) li huma responsabbli għall-kontrolli proprji tagħhom fl-istabbilimenti tagħhom sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, inkluż l-obbligu li jirrispettaw il-limiti legali għall-kontaminanti u r-residwi fuq naħa, u, fuq in-naħa l-oħra, l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma responsabbli sabiex jimmonitorjaw u jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel. L-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri f'dan ir-rigward huma tnejn: L-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli uffiċjali f'sens strett u l-Istati Membri jridu jwettqu attivitajiet addizzjonali xierqa bħas-sorveljanza tas-sigurtà fl-ikel u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ li jkopru l-istadji kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u tqassim.

(71)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, aktar regoli dwar il-kontrolli uffiċjali tal-Istati Membri fir-rigward ta' ikel mill-annimali, inkluż il-ħalib. Huwa jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw pjanijiet ta' kontrolli uffiċjali nazzjonali u jaġġornawhom b'mod regolari fid-dawl tal-iżviluppi. Jistgħu jsiru aġġustamenti u emendi fil-pjanijiet ta' kontroll fid-dawl ta', jew sabiex jitqiesu, fatturi li jinkludu t-tfaċċar ta' mard ġdid jew riskji oħra għas-saħħa jew sejbiet xjentifiċi kif previsti fl-Artikolu 42(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(72)

Jista' jiġi konkluż li d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-kontrolli tas-sigurtà fl-ikel (inkluż il-ħalib) jipprovdu għal żewġ livelli differenti ta' responsabbiltà li huma meħtieġa li jeżistu b'mod parallel: ir-responsabbiltà tal-operaturi ta' negozju tal-ikel (tal-intrapriżi tal-ħalib) li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sigurtà fl-ikel u r-responsabbiltà ta' kontroll tal-Istati Membri li jivverifikaw li r-rekwiżiti rilevanti tal-liġi dwar l-ikel ikunu qed jiġu rrispettati mill-operaturi ta' negozju tal-ikel. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma responsabbli li jwettqu l-kontrolli uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel b'mod strett u attivitajiet addizzjonali xierqa bħal attivitajiet ta' monitoraġġ li jinkludu l-monitoraġġ tar-riskji għas-saħħa li jistgħu jiffaċilitaw l-aġġustament tal-kontrolli tagħhom għall-iżviluppi ġodda.

5.1.2.   Il-liġi nazzjonali dwar is-sigurtà fl-ikel

(73)

Qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-Liġi Ġermaniża dwar l-Ikel (is-Sezzjoni 8 tal-Lebensmittel- und Bedarfsgegenständegesetz) kienet tinkludi projbizzjoni li jiġi prodott u li jitqiegħed fis-suq ikel li jkun perikoluż għas-saħħa tal-bniedem. Din il-projbizzjoni kienet diretta lejn il-produtturi kollha tal-ikel, inklużi dawk tal-ħalib. Il-kontrolli uffiċjali kienu regolati fis-Sezzjoni 40 tal-Liġi Ġermaniża dwar l-Ikel. Skont dik id-dispożizzjoni, l-awtoritajiet uffiċjali kompetenti kienu obbligati jwettqu t-testijiet u l-kampjuni neċessarji.

(74)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-liġi tal-Unjoni tipprovdi għal obbligu direttament applikabbli tal-produtturi tal-ikel sabiex jipproduċu u jqiegħdu fis-suq ikel sigur u obbligu direttament applikabbli tal-Istati Membri sabiex iwettqu kontrolli uffiċjali. Il-Liġi Ġermaniża dwar l-Ikel u l-Għalf tinkludi aktar kjarifiki fir-rigward ta' dawk l-obbligi, inklużi regoli dwar id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn il-livell federali u l-livell reġjonali u t-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-pjanijiet ta' kontroll uffiċjali. L-ispejjeż għall-kontrolli proprji tal-operaturi tal-ikel (inklużi l-imħaleb) għandhom jinġarru mill-intrapriżi nfushom. L-ispejjeż għall-kontrolli uffiċjali, inkluż il-monitoraġġ tal-kontaminanti, huma koperti mill-Istat.

(75)

Rigward il-monitoraġġ tal-kontaminanti, dan huwa meqjus bħala kumplimentari għall-kontroll uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel f'sens strett. Il-monitoraġġ tal-kontaminanti huwa attività ta' monitoraġġ kif prevista fis-Sezzjonijiet 50 u 51 tal-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Ikel u l-Għalf. Ir-relazzjoni eżatta bejn il-kontrolli uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel u l-monitoraġġ tal-kontaminanti hija deskritta fis-sottomissjoni Ġermaniża (ara l-premessi 18 sa 34). Il-karatteristiċi tiegħu jistgħu jiġu miġburin fil-qosor kif ġej:

(76)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti huwa ta' natura preventiva. Is-suġġett prinċipali ta' dak il-monitoraġġ mhuwiex li jiġi osservat jekk ikunux imħarsal-limiti legali (billi dan huwa s-suġġett tal-kontrolli uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel) iżda li jiġi osservat l-iżvilupp fil-preżenza tal-kontaminanti fi ħdan il-limiti legali u sabiex jinstabu valuri aktar għoljin minn dawk tas-soltu li jistgħu jagħtu twissija jew sinjali bikrija għar-riskji potenzjali.

(77)

Il-parametri (il-kontaminanti eżatti li għandhom jiġu ċċekkjati, l-iskeda taż-żmien, ir-reġjuni) tal-monitoraġġ tal-kontaminanti huma proposti minn korpi speċjali assenjati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sigurtà fl-ikel tal-Länder. Dawk il-parametri jiġu determinati ad hoc abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju. Dawk il-parametri jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sigurtà fl-ikel tal-Länder. Il-monitoraġġ tal-kontaminanti jitwettaq mill-korpi assenjati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sigurtà fl-ikel tal-Länder. Dawk il-Länder jeżerċitaw funzjoni ta' tmexxija fuq il-korpi assenjati għat-twettiq tal-monitoraġġ tal-kontaminanti li jwettqu l-monitoraġġ tal-kontaminanti.

(78)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti li huwa kumplimentari għall-kontroll uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel jikkontribwixxi bil-modi li ġejjin għal dan tal-aħħar —ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-kontaminanti jintużaw sabiex jiġu aġġustati u emendati l-pjanijiet tal-kontrolli uffiċjali, meta jitqies bħala neċessarju, u sabiex jittieħdu aktar miżuri ta' prevenzjoni bħal dawk li jistgħu jindunaw kmieni bir-riskji għas-saħħa, id-disseminazzjoni ta' informazzjoni lill-pubbliku dwar ir-riskji għas-saħħa u l-ambjent, l-istabbiliment ta' databases u l-analizzar tad-data disponibbli u s-sottomissjoni ta' proposti għal emendi leġislattivi.

(79)

Għalhekk, jista' jiġi konkluż li:

(1)

Il-liġi nazzjonali dwar is-sigurtà fl-ikel tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sigurtà fl-ikel u tintroduċi żewġ livelli ta' responsabbiltà: wieħed fil-livell tal-imħaleb u wieħed fil-livell tal-Istat Membru;

(2)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti jitwettaq bħala parti mill-funzjoni ta' kontroll uffiċjali tal-Istati Membri u b'mod aktar preċiż bħala “attività xierqa oħra” fis-sens tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-kontaminanti jibqa' b'rabta diretta mal-obbligi tal-Istati Membri li joħorġu mir-Regolament (KE) Nru 466/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1881/2006, ir-Rakkomandazzjoni dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta' diossini, furani u PCBs fl-ikel u d-Direttiva 96/23/KE għall-monitoraġġ u t-twettiq ta' kontrolli addizzjonali dwar il-preżenza ta' kontaminanti fil-ħalib.

(3)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti huwa direttament marbut mal-kontroll uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel li jitwettaq mill-Istati Membri billi jagħti informazzjoni li tintuża sabiex tikkumplimentah;

(4)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskju mwettqa minn korp pubblikament assenjat, jitwettaq skont skeda pubblikament approvata li tistabbilixxi r-reġjuni, iż-żmien u s-sustanzi li għandhom jiġu ċċekkjati u li tiġi aġġornata skont il-valutazzjoni tar-riskju. Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-monitoraġġ tal-kontaminanti ma għandux in-natura ta' rutina.

(5)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti jitwettaq fil-forma ta' testijiet ta' kampjuni aleatorji, meħuda fil-livell tal-vettura tat-trasport tal-ġbir tal-ħalib. kemm il-kampjuni kif ukoll ir-riżultati huma anonimi.

(6)

Ir-riżultati tat-testijiet jintużaw għal sejbien bikri tar-riskji u miżuri pubbliċi ta' prevenzjoni.

(7)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti ma jeħlisx lill-intrapriżi tal-ħalib mill-obbligu tagħhom li jwettqu kontrolli proprji sabiex jikkonformaw mal-limiti legali stabbiliti għal-livelli ta' kontaminati u residwi fil-ħalib.

5.2.   Il-preżenza ta' vantaġġ għall-intrapriżi tal-ħalib

(80)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta' hawn fuq dwar in-natura tal-monitoraġġ tal-kontaminanti, irid jiġi analizzat jekk dan jagħtix vantaġġ lill-intrapriżi tal-ħalib.

(81)

Kull tip ta' miżura li ttaffi l-piżijiet normali fuq il-baġit ta' intrapriża u li għalhekk, mingħajr ma tkun sussidju fis-sens strett tal-kelma, ikollha l-istess karattru u jkollha l-istess effett, tagħti vantaġġ lil dik l-intrapriża (27). Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-monitoraġġ tal-kontaminanti ffinanzjat mill-Istat jeżentax lill-imħaleb minn piż li normalment jerfgħu mill-baġit tagħhom.

(82)

Il-kunċett ta' piż (imposta) li normalment jinġarr mill-baġit ta' impriża jkopri l-ispejjeż meqjusa li huma spiża inerenti tal-attività ekonomika ta' dik l-impriża kif ukoll spejjeż addizzjonali li l-impriżi jridu jġorru minħabba l-obbligi imposti mil-liġi applikabbli għall-attività ekonomika (28).

(83)

Fir-rigward tas-settur tal-ħalib, dawn l-ispejjeż inerenti, inklużi l-ispejjeż imposti mil-liġi, tal-intrapriżi tal-ħalib, huma pereżempju:

l-ispejjeż għall-istabbiliment tal-kwalità tal-ħalib li huma inerenti għall-attività ekonomika minħabba li huma neċessarji sabiex jiġi determinat il-prezz tal-ħalib (29);

l-ispejjeż għall-kontrolli proprji tas-sigurtà fl-ikel, li jagħmlu l-intrapriżi tal-ħalib infushom sabiex jikkonformaw mal-obbligu li jipproduċu u jqiegħdu fis-suq biss ħalib li jkun tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Dawn il-kontrolli jitwettqu u jiġu mħallsa mill-imħaleb (ara l-premessi 33 u 34).

(84)

Mill-banda l-oħra, l-ispejjeż għall-monitoraġġ tal-kontaminanti mhumiex spiża inerenti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-ħalib jew spejjeż addizzjonali li l-impriżi jridu jġorru minħabba l-obbligi tagħhom imposti mil-liġi.

(85)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti mhuwiex relatat ma' mħaleb individwali iżda jitwettaq b'mod aleatorju, fil-livell tal-ġbir tal-ħalib, u għalhekk huwa anonimu (ara l-premessi 20 u 28). Barra minn hekk, huwa ma jkoprix il-kwantitajiet kollha tal-ħalib prodott, trasportat u mqiegħed fis-suq, iżda frazzjon biss minnu u l-frekwenza u l-post ta' dawn il-kontrolli jiġu stabbiliti abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju; għalhekk m'għandux natura ta' rutina (ara l-premessi 20 u 21).

(86)

Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-kontaminanti m'għandux l-għan li jistabbilixxi jekk il-limiti legali għall-preżenza ta' sustanzi ta' ħsara differenti jkunux ġew irrispettati. L-ewwel nett, l-imħaleb iwettqu l-kontrolli proprji tagħhom għal dan il-għan (ara l-premessa 83, it-tieni inċiż); u t-tieni, il-monitoraġġ tal-kontaminanti jfittex is-sejbien bikri tar-riskji billi janalizza valuri li jkunu fi ħdan il-limiti legali iżda ogħla minn dawk tas-soltu għal reġjun partikolari (ara l-premessi 26, 27, 29).

(87)

L-imħaleb ma jistgħux jużaw il-monitoraġġ tal-kontaminanti u r-riżultati tiegħu sabiex jiddeterminaw il-kwalità tal-ħalib tagħhom. Il-monitoraġġ tal-kontaminanti mhuwiex ukoll kundizzjoni indispensabbli sabiex jiġi pproċessat il-ħalib miġbur u sabiex jitqiegħdu fis-suq il-prodotti magħmula mill-ħalib. Huwa biss jekk fil-qafas tal-monitoraġġ tal-kontaminanti jinstab li l-valuri legali jkunu nqabżu, li fi proċedura separata l-awtorità kompetenti tas-sigurtà fl-ikel tadotta miżuri li jkollhom konsegwenzi negattivi għall-maħleb individwali (ara l-premessa 30).

(88)

L-ispejjeż għall-monitoraġġ tal-kontaminanti mhumiex spejjeż addizzjonali li l-impriżi jridu jġorru minħabba l-obbligi imposti mil-liġi li tapplika għall-produzzjoni tal-ħalib (ara l-premessa 32, 33, 34). L-obbligu li jeżisti għall-imħaleb huwa li jwettqu l-kontrolli proprji tas-sigurtà fl-ikel ġewwa l-intrapriża sabiex jikkonformaw mal-obbligu li jipproduċu u jqiegħdu fis-suq ħalib u prodotti tal-ħalib li jkunu tajbin għall-konsum mill-bniedem, inkluża l-konformità mal-limiti legali għall-kontaminanti u r-residwi (ara l-premessa 83, it-tieni inċiż). Il-monitoraġġ tal-kontaminanti ma jeħlisx lill-imħaleb milli jwettqu kontrolli proprji tas-sigurtà sabiex jikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom (ara l-premessa 34).

(89)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti jikkwalifika bħala kompitu relatat mal-kontrolli uffiċjali tas-sigurtà fl-ikel li għalih huma responsabbli l-awtoritajiet pubbliċi u li huwa ffinanzjat mill-Istat (ara l-premessi 32, 63, 67, 72 u 79(2)) mingħajr ma jeħles lill-intrapriżi tal-ħalib mill-obbligu proprju tagħhom tas-sigurtà fl-ikel impost mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali.

(90)

Ġurisprudenza riċenti, b'mod partikolari s-sentenza tal-Qorti ġenerali fil-kawża T — 538/11 Ir-Renju tal-Belġju vs il-Kummissjoni Ewropea (30) reġgħet sostniet li “il-kunċett ta' spejjeż li normalment huma ta' piż għall-baġit ta' impriża jinkludi, b'mod partikolari, l-ispejjeż supplimentari li l-impriżi għandhom ibatu minħabba obbligi legali, regolamentari jew kuntrattwali li japplikaw għal attività ekonomika” (ara Nru 76 tas-sentenza). F'dak il-każ, it-testijiet ta' skrining għall-BSE saru espliċitament obbligatorji għall-impriżi kkonċernati mil-liġi.

(91)

Mill-banda l-oħra, fil-każ preżenti tal-monitoraġġ tal-kontaminanti, il-kontrolli ma kinux imposti fuq l-imħaleb b'liġi, regolament jew ftehim li japplika għal attività ekonomika. Il-kontrolli imposti fuq l-imħaleb b'liġi, regolament jew ftehim li japplika għal attività ekonomika huma deskritti fil-premessi 63, il-punt (1), 67, il-punt 3 u 83, it-tieni inċiż aktar 'il fuq. Dawn il-kontrolli huma neċessarji għall-imħaleb sabiex jippruvaw li huma jikkonformaw mal-limiti legali għall-preżenza ta' kontaminati kif preskritt mil-leġislazzjoni.

(92)

Il-monitoraġġ tal-kontaminanti, madankollu, mhuwiex għodda sabiex tiġi ppruvata l-konformità ma' dawk il-limiti legali. L-għan tal-monitoraġġ tal-kontaminanti huwa li jsib valuri ta' preżenza ta' kontaminanti aktar baxxa mil-limiti legali għal skopijiet ta' prevenzjoni kif spjegat aktar 'il fuq u l-kontrolli jitwettqu b'mod aleatorju u irregolari (ara l-premessa 76). Il-monitoraġġ tal-kontaminanti ma jiffurmax parti mill-kontrolli li huma neċessarji għall-imħaleb sabiex jippruvaw li huma jikkonformaw mal-limiti legali għall-preżenza ta' kontaminanti kif preskritt mil-leġislazzjoni. Għalhekk, is-sejbiet fil-kawża T — 538/11 rigward il-preżenza ta' vantaġġ għall-impriżi kkonċernati mit-testijiet obbligatorji għall-BSE ma japplikawx għall-każ preżenti ta' monitoraġġ tal-kontaminanti.

(93)

Għaldaqstant, l-ispejjeż għall-monitoraġġ tal-kontaminanti ma jikkwalifikawx bħala spejjeż inerenti tal-attivitajiet ekonomiċi tal-imħaleb jew bħala spejjeż addizzjonali li huma jridu jġorru minħabba l-obbligi imposti mil-liġi li tapplika għall-attività ekonomika tagħhom.

(94)

Għal dik ir-raġuni, il-monitoraġġ tal-kontaminanti ma jeżentax lill-imħaleb mill-ispejjeż li normalment jinġarru mill-baġit tagħhom u ma jnaqqsux il-piżijiet normali fuq il-baġit tagħhom; għalhekk, il-monitoraġġ tal-kontaminanti jagħtihom l-ebda vantaġġ.

(95)

Minħabba f'hekk, billi waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jiġifieri l-preżenza ta' vantaġġ, ma ġietx issodisfata, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-monitoraġġ tal-kontaminanti ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-attivitajiet ġenerali ta' kura tas-saħħa skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam magħrufin bħala monitoraġġ tal-kontaminanti u msemmija fid-Deċiżjoni ta' ftuħ bħala l-miżuri sekondarji BW 9, BY 5, HE 8, NI 2, NW 1, RP 3, SL 4 u TH 8 ma jikkostitwux għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 7, 10.1.2014, p. 8.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(3)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Sostanzjalment, iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar il-KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, fejn ikun xieraq. It-TFUE introduċa wkoll ċerti bidliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b'“Unjoni” u “suq komuni” b'“suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE ser tintuża tul din id-Deċiżjoni kollha.

(4)  Għalkemm id-deskrizzjoni qasira tal-miżuri BW9 u RP3 fl-anness għad-Deċiżjoni ta' ftuħ tirreferi wkoll għal kontrolli oħra tal-kwalità, deher ċar mill-informazzjoni addizzjonali ppreżentata mill-Ġermanja, li dawn il-miżuri jkopru biss il-monitoraġġ tal-kontaminanti, soġġett għad-deċiżjoni preżenti, u mhux kontrolli oħra tal-kwalità.

(5)  ĠU C 7, 10.1.2014, p. 8.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE tas-27 ta' Ottubru 1997 li tiffissal-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f'ċerti prodotti mill-annimali (ĠU L 303, 6.11.1997, p. 12).

(14)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/516/UE tat-23 ta' Awwissu 2011 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta' diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel, (ĠU L 218, 24.8.2011, p. 23).

(15)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).

(17)  Sentenza tal-Qorti tal-21 ta' Settembru 1983. — Deutsche Milchkontor GmbH u oħrajn vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Kawżi Konġunti 205 sa 215/82, ECLI:EU:C:1983:233.

(18)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(19)  Sentenza tal-Qorti tad-19 ta' Jannar 1994, C-364/92 — SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol, ECLI:EU:C:1994:7, Sentenza tal-Qorti tat-18 ta' Marzu 1997, C-343/95 — Calì & Figli vs Servizi Ecologici Porto di Genova, ECLI:EU:C:1997:160, Sentenza tal-Qorti tad-19 ta' Diċembru 2012. C-288/11 P — Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2012:821.

(20)  L-Artikolu 35 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 168(1) tat-TFUE, l-Artikolu 2(2) tal-Kostituzzjoni Ġermaniża (Grundgesetz).

(21)  Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-Landesvereinigung der Milchwirtschaft Niedersachsen e.V. b'mod ġenerali dwar il-miżuri kollha ffinanzjati permezz tal-imposta fuq il-ħalib u mhux biss dwar il-miżuri sekondarji involuti hawnhekk. L-assoċjazzjoni argumentat li ma kien hemm ebda għajnuna. Deskrizzjoni sħiħa ta' dawn il-kummenti hija mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 6295 finali tat-18 ta' Settembru 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam.

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(23)  ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

(25)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1).

(26)  ĠU L 67, 9.3.2002, p. 69.

(27)  Ara s-sentenza fil-kawża T-538/11 Ir-Renju tal-Belġju vs il-Kummissjoni Ewropea, paragrafu 71, ECLI:EU:T:2015:188 u l-ġurisprudenza kkwotata hemmhekk.

(28)  (Ara, b'analoġija, is-sentenzi fil-kawża T-538/11 Ir-Renju tal-Belġju vs il-Kummissjoni Ewropea, paragrafu 76, ECLI:EU:T:2015:188; fil-kawża C-172/03 Heiser, paragrafu 38, EU:C:2005:130; fil-kawża C-126/01 GEMO, paragrafi 31, 32, ECLI:EU:C:2003:622; fil-kawża C-251/97 Franza vs il-Kummissjoni, paragrafu 40, EU:C:1999:480; fil-kawża 173/73 Italja vs il-Kummissjoni, paragrafi 15 sa 18, CLI:EU:C:1974:71.

(29)  (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 6295 final tat-18 ta' Settembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam, premessi 136–140.

(30)  ECLI:EU:T:2015:188.


Rettifika

12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/30


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tat-12 ta' Ġunju 2014 )

F'paġna 98, l-Artikolu 2(1)(18),

minflok:

“(18)

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(1)(26) tad-Direttiva 2014/65/UE;”,

aqra:

“(18)

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(1)(26) tad-Direttiva 2014/65/UE;”.