ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 210

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
7 ta' Awwissu 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1360 tal-4 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 407/2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1361 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jħassar id-dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1362 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) fl-estratti tal-klin (E 392) ( 1 )

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1363 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż ( 1 )

24

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1364 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

35

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1278 tad-9 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet fir-rigward ta' struzzjonijiet, formoli u definizzjonijiet ( ĠU L 205, 31.7.2015 )

38

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (2002/309/KE, Euratom) ( ĠU L 114, 30.4.2002 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 041 p. 89)

38

 

*

Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti ( ĠU L 76, 23.3.1992 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Volum 1, p. 179)

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1360

tal-4 ta' Awwissu 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 407/2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 122(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-livell ta' integrazzjoni ekonomika u monetarja fiż-żona tal-euro żdied tul dawn l-aħħar snin u kull għajnuna finanzjarja li jkollha tingħata lil Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro u li jiffaċċa diffikultajiet fnanzjarji serji tkun ta' benefiċċju għall-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kemm hi.

(2)

Barra minn hekk, mindu ġie stabbilit il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (European Financial Stabilisation Mechanism, EFSM), permezz tad- Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE (1), ġie miżjud paragrafu ġdid fl-Artikolu 136 tat-Trattat, li jiċċara taħt liema kundizzjonijiet l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu ta' stabbiltà għaż-żona tal-euro. Il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) ġie stabbilit mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bħala l-mekkaniżmu ewlieni ta' stabbiltà għaż-żona tal-euro.

(3)

Il-MES jista' jipprovdi għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri kollha, meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 122(2) tat-Trattat u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (2). Madankollu, ir-riskji marbuta ma' sitwazzjoni fejn Stat Membru jitlef l-aċċess għas-swieq ivarjaw b'mod fundamentali, skont jekk dak l-Istat Membru ikunx membru taż-żona tal-euro. L-effetti sekondarji negattivi potenzjali huma konsiderevolment ogħla għaż-żona tal-euro, fejn Stat Membru f'diffikultajiet finanzjarji jista' joħloq riskji għall-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kemm hi.

(4)

L-istrument finanzjarju li għandu jintuża biex tingħata għajnuna finanzjarja lil Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandu jkun, bħala regola, il-MES skont ir-regoli miftehmin tiegħu. Madankollu, jista' jkun hemm sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn raġunijiet prattiċi, proċedurali jew finanzjarji jitolbu l-użu tal-EFSM, ġeneralment qabel jew flimkien ma' għajnuna finanzjarja mill-MES. Dawk is-sitwazzjonijiet jeħtieġu t-traspożizzjoni tal-prinċipju ta' solidarjetà msaħħa bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li hija meħtieġa għall-funzjonament tajjeb ta' unjoni monetarja, għall-mekkaniżmu ta' għajnuna finanzjarja taħt il-liġi tal-Unjoni.

(5)

F'tali ċirkustanzi, l-għoti ta' għajnuna finanzjarja ġdida mill-Unjoni lil Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandu jsir kundizzjonali fuq it-twaqqif ta' arranġamenti li jiżguraw li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jkunu kkumpensati bis-sħiħ fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' pagament taħt il-faċilità tal-EFSM, li jirriżulta fl-użu ta' riżorsi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni u/jew f'domanda magħmula mill-Kummissjoni għal riżorsi addizzjonali minn Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti adegwati li jiżguraw li ma jingħatax kumpens eċċessiv lil Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro meta jiġu attivati strumenti għall-protezzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż l-irkupru ta' dejn, fejn meħtieġ bit-tpaċija ta' ammonti riċevibbli u pagamenti maż-żmien.

(6)

Id-djun taħt l-EFSM huma garantiti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fil-każ ta' inadempjenza taħt tali dejn, il-Kummissjoni tista' sejjaħ għal fondi addizzjonali b'eċċess għall-assi tagħha b'kont meħud ta' kwalunkwe bilanċi likwidi żejda, għat-trattament tad-dejn tal-Unjoni. Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-regoli dettaljati tiegħu jipprovdu għal strumenti li jipproteġu l-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż l-irkupru ta' dejn, fejn meħtieġ bit-tpaċija ta' ammonti riċevibbli u pagamenti maż-żmien. Se tkun il-Kummissjoni li tapplika dawk l-istrumenti.

(7)

Kwalunkwe użu tal-EFSM għall-finijiet ta' salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro se jsir kundizzjonali fuq it-twaqqif ta' arranġamenti li jiżguraw li ma tinħoloq ebda responsabbiltà finanzjarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Dak il-prinċipju ġie approvat fis-17 ta' Lulju 2015 f'Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar l-użu tal-EFSM.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 407/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 407/2010 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Fejn l-Istat Membru benefiċjarju jkun Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, l-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandu jkun kundizzjonali fuq il-leġislazzjoni ta' dispożizzjonijiet legalment vinkolanti, bit-twaqqif ta' arranġament dedikat għal dak l-iskop qabel ir-rilaxx ta' fondi, li jiggarantixxu li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jiġu kkumpensati minnufih u bis-sħiħ għal kull responsabbiltà li jistgħu jinkorru bħala riżultat ta' kull nuqqas mill-Istat Membru benefiċjarju biex iħallas lura l-għajnuna finanzjarja skont it-termini tagħha.

Għandhom jiġu wkoll stabbiliti arranġamenti adegwati sabiex jiżguraw li ma jingħatax kumpens eċċessiv lil Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro meta jiġu attivati strumenti għall-protezzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż l-irkupru ta' dejn, fejn meħtieġ bit-tpaċija ta' ammonti riċevibbli u pagamenti maż-żmien.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE tal-25 ta' Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 91, 6.4.2011, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1361

tas-6 ta' Awwissu 2015

li jħassar id-dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni dwar l-antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), impona, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 393/2009 (2), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3406 00 00 (Kodiċi TARIC 3406000090) u li joriġinaw mir-Repubblika Tal-Poplu taċ-Ċina (“il-miżuri tal-antidumping definittivi”).

(2)

Il-miżuri ħadu l-forma ta' ammont fiss ta' euro għal kull tunnellata ta' kontenut ta' fjuwil (ġeneralment iżda mhux neċessarjament fil-forma ta' xaħam, stearina, xama' tal-paraffina jew xemgħat oħra, inkluż in-niċċa) stabbilit f'EUR 549,33 għal kull tunnellata ta' fjuwil.

(3)

Ġew stabbiliti dazji fissi individwali tal-produtturi esportaturi li ġejjin: Aroma Consumer Products (Hangzhou) Co., Ltd (321,83 EUR/tunnellata), Dalian Bright Wax Co., Ltd (171,98 EUR/tunnellata), Dalian Talent Gift Co., Ltd (367,09 EUR/tunnellata). Dawn il-kumpaniji kienu soġġetti għal rata ta' dazju żero: Gala-Candles (Dalian) Co., Ltd, M.X. Candles and Gifts (Taicang) Co., Ltd, Ningbo Kwung's Home Interior & Gift Co., Ltd, Ningbo Kwung's Wisdom Art & Design Co., Ltd, u l-kumpanija relata tagħhaShaoxing Koman Home Interior Co., Ltd uQingdao Kingking Applied Chemistry Co., Ltd.

(4)

Peress li t-teħid ta' kampjuni kien applikat fl-investigazzjoni oriġinali, dazju medju għall-produtturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun għal EUR 345,86 għal kull tunnellata ta' kontenut ta' fjuwil b'hekk ġie stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Id-dazju għall-kumpaniji l-oħra kollha ġie stabbilit għal EUR 549,33 għal kull tunnellata ta' kontenut ta' fjuwil.

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(5)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti (3) tal-miżuri tal-antidumping definittivi fis-seħħ, fl-14 ta' Frar 2014 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(6)

It-talba ġiet ippreżentata fis-16 ta' Frar 2014 minn produtturi tax-xemgħat fl-UE (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom.

(7)

It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta' dumping u r-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(8)

Wara li ddeterminat, sussegwentement għal konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fl-14 ta' Mejju 2014 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) (“l-avviż ta' bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   L-investigazzjoni

4.1.   Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(9)

L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni ta' dumping kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' April 2013 u t-31 ta' Marzu 2014 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “il-PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-verifika tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sa tmiem il-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”).

4.2.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(10)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ soġġetti għal miżuri antidumping, lill-importaturi mhux relatati, lill-utenti li huma magħrufa li huma involuti, u lill-awtoritajiet tar-RPĊ dwar it-tnedija tal-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Il-partijiet kollha interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-bidu.

4.3.   Kampjunar

(11)

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ u importaturi mhux relatati fl-Unjoni involuti, ġie meqjus xieraq li jiġi eżaminat jekk it-teħid ta' kampjuni għandux jiġi applikat. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, dawk il-partijiet ġew mitluba li jagħmlu infushom magħrufa lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-inizjazzjoni tar-rieżami u biex jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-inizjazzjoni, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2013 u l-31 ta' Marzu 2014.

(12)

25 produttur esportatur fir-RPĊ ippreżenta informazzjoni valida fil-qafas tal-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni u qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn ammontaw għal 36 % tal-volum totali ta' importazzjonijiet magħmula fl-Unjoni minn kumpaniji Ċiniżi soġġetti għal dazji antidumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Minħabba n-numru relattivament kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ li qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni, ġie deċiż li jiġi limitat in-numru ta' partijiet li jridu jiġu investigati għal kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni u bejgħ ta' esportazzjoni li b'mod raġonevoli jista' jkun investigat fiż-żmien disponibbli skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Il-kampjun magħżul kien jikkonsisti minn erba' produtturi esportaturi li ammonta għal 21 % tal-volum totali ta' esportazzjonijiet magħmula minn kumpaniji soġġetti għal dazji. Id-dejta tagħhom ġiet ivverifikata matul żjarat ta' verifika fuq il-post.

(13)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet Ċiniżi ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Produttur esportatur wieħed inkluż fil-proposta inizjali iddeċieda li jirtira l-kooperazzjoni tiegħu. Produttur esportatur wieħed talab li jiġi inkluż fil-kampjun fuq il-bażi tal-piż tal-esportazzjonijiet tiegħu. Għalhekk, il-kampjun finali kien stabbilit skont dan.

(14)

It-tweġibiet gћall-kwestjonarju waslu mingħand importaturi tal-Unjoni wieħed. Għalhekk it-teħid ta' kampjuni ma kienx neċessarju biex tiġi eżaminata s-sitwazzjoni ta' importaturi mhux relatati.

(15)

Kif spjegat aktar fil-premessa 73 hawn taħt, fl-istadju preliminari tal-investigazzjoni, 26 produttur tal-Unjoni jew grupp ta' produtturi qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni. Minħabba n-numru kbir ta' produtturi li kkooperaw, il-Kummissjoni iddeċidiet li tapplika t-teħid ta' kampjuni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni li seta' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli filwaqt li tqieset ukoll il-firxa ġeografika u kopertura suffiċjenti ta' tipi differenti ta' prodotti. Il-kampjun magħżul kien jikkonsisti f'seba' kumpaniji. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv u kopra 37 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni ta' xemgħat matul il-PIR.

(16)

Fir-rigward l-utenti, l-ebda wieħed minnhom ma ppreżenta ruħu jew offra li jikkoopera fl-investigazzjoni sal-iskadenza mogħtija fl-avviż ta' inizjazzjoni jew aktar tard fil-proċedura.

(17)

Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi fl-Unjoni:

Bolsius International (NL)

Vollmar GmbH (DE)

GIES Kerzen GmbH (DE) (5)

Promol Industria de Velas SA (PT)

Liljeholmens Stearinfabriks AB (SE)

Korona Candles S.A. (PL)

Spaas Kaarsen N.V. (BE)

(b)

Importaturi tal-Unjoni

Asda Stores Limited, Leeds (UK)

(c)

Esportaturi fir-RPĊ:

Beijing Candleman Candle Co Ltd, No 515 Yanfang Industrial Park, Fangshan District, 102413 Beijing;

Dalian Talent Gift co Ltd, Tangfang village Taiping country, 116200 Pulandian;

Shanghai Grand Industrial Co., Ltd, Rm.38-301,3/F,No.633 JiangChuan RD, Minhang District, 200240 Shanghai; kif ukoll

Zheijang Neeo Home decoration Co, Ltd, Chengjiang Industry Area, Huang Yan, 318020 Taizhou.

(d)

Produtturi fil-pajjiż analogu:

Yankee Candle, South Deerfield, Massachusetts, USA

5.   Żvelar

(18)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li wasslu għas-sejbiet u l-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Dawn ingħataw ukoll perjodu ta' żmien biex jippreżentaw il-kummenti wara d-divulgazzjoni. Ir-rappreżentant tar-rikorrenti talab kjarifiki u informazzjoni addizzjonali dwar l-imġiba ta' produtturi esportaturi soġġetti għal dazju żero, il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi, is-sors ta' informazzjoni pubblika msemmija fil-premessa 29 hawn taħt u l-istima tal-konsum tal-Unjoni matul l-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni pprovdiet il-kjarifiki u l-informazzjoni mitluba bil-miktub fis-27 ta' Mejju 2015 jew fid-dokument ta' żvelar.

(19)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(20)

Fuq talba tar-rappreżentant tar-rikorrenti, saret seduta ta' smigħ ippreseduta mill-Uffiċjal tas-Seduta fis-27 ta' Mejju 2015. Waqt is-seduta, ir-rappreżentant tar-rikorrenti sostna li s-sejbiet tal-Kummissjoni kienu bbażati fuq analiżi inadegwata u/jew li ma kien hemm l-ebda evidenza ta' mġiba futura ta' produtturi esportaturi soġġetti għal dazju żero. Poġġa inkwistjoni wkoll ir-riżultati tal-kalkoli tat-tnaqqis eċċessiv fil-prezzijiet, il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta' produzzjoni fir-RPĊ u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, intqal li l-fajl mhux kunfidenzjali ma kienx komplut u kien qed juri xi nuqqasijiet. Dawn in-nuqqasijiet ġew rrettifikati malajr kif meħtieġ.

(21)

Kummenti dwar l-informazzjoni żvelata u kjarifiki addizzjonali waslu fit-2 ta' Ġunju 2015. Fejn xieraq tali kummenti ġew ikkunsidrati u meqjusa.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-Prodott ikkonċernat

(22)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa xemgħat, kandiletti u bħalhom, ħlief xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat oħrajn ta' barra (“il-prodott rieżaminat”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3406 00 00 (kodiċi TARIC 3406000090) u li joriġina mir-Repubblika Tal-Poplu taċ-Ċina.

(23)

Għall-għanijiet ta' dan ir-rieżami, “xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat oħrajn ta' barra” tfisser xemgħat, kandiletti u bħalhom, li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin jew aktar:

il-fjuwil tagħhom fih iktar minn 500 ppm ta' toluwol,

il-fjuwil tagħhom fih iktar minn 100 ppm benżin,

għandhom niċċa b'dijametru ta' mill-inqas 5 millimetri,

huma individwalment ippakkjati f'kontenitur tal-plastik b'ħitan vertikali ta' mill-inqas 5 cm fit-tul.

(24)

Il-prodott taħt rieżami jinsab f'varjetà kbira ta' daqsijiet, forom u piż, jista' jkun abjad jew ikkulurit, jew għal kollox jew biss fuq barra; b'riħa jew bla riħa, u dekorat jew mhux dekorat. Il-wiċċ jista' jkun lixx jew raff. Ix-xemgħat jistgħu jkunu f'tazza/vażett, f'kontenituri taċ-ċeramika/tal-aluminju. L-ittikkettar u l-imballaġġ jistgħu jiġu pprovduti fuq talba tax-xerrejja. Madankollu, minkejja dawn id-differenzi, dawn it-tipi kollha tal-prodott taħt rieżami għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi u sa ċertu punt jistgħu jinbidlu bejniethom. Għalhekk, huwa kkunsidrat li x-xemgħat kollha koperti minn din l-investigazzjoni huma parti mill-istess prodott.

(25)

Dawn il-karatteristiċi deskritti hawn fuq għandhom effett fuq il-prezz individwali tax-xemgħa iżda statistika tal-importazzjonijiet disponibbli ma tistax taqbad din il-varjetà kbira.

2.   Il-prodott simili

(26)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott prodott u mibjugħ fis-suq domestiku Ċiniż u/jew esportat lejn l-Unjoni u l-prodott magħmul u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użu bażiku.

(27)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għaldaqstant prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI TA' DUMPING

(28)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti hux probabbli li twassal għal kontinwazzjoni ta' dumping mir-RPĊ.

1.   Kummenti preliminari

(29)

Il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping kienet ibbażata fuq id-dejta pprovduta mill-partijiet interessati u verifikata kif jixraq, fuq dejta li tinsab fit-talba ta' riezami tal-iskadenza flimkien mad-dejta miġbura minn sorsi oħra, bħalma huma l-istatistiċi tal-kummerċ dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (il-Eurostat u bażijiet tad-dejta tal-esportazzjoni Ċiniża) u informazzjoni oħra disponibbli pubblikament bħall-websajts tal-Kummissjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti u ta' produtturi u bejjiegħa ta' xemgħat bl-imnut. Il-Kummissjoni użat ukoll l-informazzjoni kunfidenzjali rappurtata mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku għall-kontroverifika tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet u biex tanalizzata l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet li joriġinaw minn produtturi esportaturi Ċiniżi soġġetti għal marġni ta' dumping individwali.

(30)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni użat id-dejta tal-industrija tal-Unjoni biex jiġi stabbilit il-valur normali minħabba fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn kwalunkwe produttur li jinsab f'pajjiż analogu. Għal din l-investigazzjoni, produttur li jinsab fl-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”) qabel li jikkoopera u jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fl-investigazzjoni attwali, kif spjegat fil-premessi 31 sa 35 hawn taħt.

2.   Dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR

2.1.   Il-valur normali

2.1.1.   Għażla ta' pajjiż analogu

(31)

Fin-notifika ta' bidu, il-Brażil ġie propost bħala pajjiż analogu xieraq għall-iskop ta' stabbiliment ta' valur normali fir-RPĊ. Il-Kummissjoni stiednet il-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar din il-proposta iżda ma waslu l-ebda kummenti. Għalhekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil produtturi Brażiljani magħrufa. Madankollu, ebda kooperazzjoni ma waslet mill-produtturi fil-Brażil.

(32)

F'dan ir-rigward, il-kooperazzjoni ta' produtturi allokati f'pajjiżi ta' ekonomija tas-suq bħall-Arġentina, il-Kanada, iċ-Ċilì, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iżrael, il-Malasja, in-New Zealand, it-Tajwan u t-Tajlandja ġiet mistħarrġa. Madankollu, ebda kooperazzjoni ma waslet mill-produtturi li jinsabu fil-pajjiżi msemmija.

(33)

Il-Kummissjoni investigat sorsi oħra disponibbli ta' informazzjoni sabiex issib pajjiż analogu potenzjali, jiġifieri Eurostat u bażi tad-dejta pubblika pprovduta mill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti. Instab li s-swieq tal-Unjoni u l-Istati Uniti huma swieq dinjin ewlenin għal xemgħat u li l-produzzjoni tal-Istati Uniti kienet esportata wkoll lejn is-suq tal-Unjoni.

(34)

Abbażi tal-websajt tal-US National Candle Association (“l-NCA”) irriżulta li hemm madwar 400 produttur tax-xemgħat stabbilit fl-Istati Uniti, il-volum tal-produzzjoni totali huwa sinifikanti u li dan il-pajjiż qed jimporta ammonti kbar għall-konsum tiegħu stess. Għalhekk, l-Istati Uniti tqies li hu pajjiż analogu xieraq għall-fini ta' din l-investigazzjoni.

(35)

Il-Kummissjoni talbet l-appoġġ tal-NCA u produttur wieħed tal-Istati Uniti rreaġixxa u qabel li jikkoopera fl-investigazzjoni. L-informazzjoni pprovduta minn dan il-produttur tqieset bħala suffiċjenti u valida biex jiġi stabbilit il-valur normali fl-investigazzjoni attwali.

2.1.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(36)

Għalhekk, il-valur normali ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Kif imsemmi fil-premessa 30 hawn fuq, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tad-dejta pprovduta u vverifikata fl-istabbilimenti tal-produttur tal-Istati Uniti li kkoopera.

(37)

L-investigazzjoni wriet li n-negozju tax-xemgħa fl-Istati Uniti huwa differenti minn dak fir-RPĊ. Pereżempju, il-produttur tal-Istati Uniti li kkoopera huwa kumpanija kbira b'netwerk tal-bejgħ kumpless li jbigħ firxa ta' tipi ta' prodotti, esklussivament b'xemgħat f'vażett b'riħa/fwieħa, bi prezzijiet relattivament għoljin fis-suq (l-hekk imsejjaħ “suq tal-fwieħa”). F'termini ta' volum, il-produttur Amerikan huwa komparabbli mal-akbar produtturi Ċiniżi, iżda t-taħlita tal-prodotti hija differenti. Kumpaniji Ċiniżi li prinċipalment jipproduċu u jbigħu firxa wiesgħa ta' tea-lights (xemgħat żgħar għat-tisħin tal-platti), xemgħat pilastri, iżda wkoll xemgħat artistiċi u mingħajr fwieħa. L-investigazzjoni wriet ukoll li filwaqt li l-produtturi Ċiniżi jbigħu l-aktar lil bejjiegħa bl-ingrossa, il-produttur tal-Istati Uniti prinċipalment ibigħ permezz tan-netwerk tiegħu ta' ħwienet li jbiegħu bl-imnut.

(38)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, kien ikkunsidrat xieraq li jiġi ddeterminat il-valur normali kif spjegat hawn taħt.

(39)

It-tipi ta' prodott mibjugħa mill-produttur tal-pajjiż analogu fis-suq domestiku tiegħu kien imqabbel mat-tipi ta' prodott prodotti fir-RPĊ u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għal dawk il-mudelli li nstabu li kienu identiċi jew komparabbli direttament il-valur normali ġie mibni kif ġej. Ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) magħmula fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili fl-istess livell ta' kummerċ u ammont raġonevoli ta' profitt, jiġifieri 6,5 % (din il-marġini kienet użata fl-investigazzjoni oriġinali meta kien qed jiġi stabbilit il-valur normali) ġew miżjuda mal-ispejjeż ta' produzzjoni tal-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu matul il-PIR.

(40)

Għal tipi oħra ta' prodotti, li mhumiex komparabbli, il-valur normali kien stabbilit bl-aġġustament tal-ispiża tal-produzzjoni billi jitneħħa l-kost ta' vażetti/ħġieġ u l-ispejjeż tal-fwejjaħ fl-Istati Uniti. Sussegwentement, ammont raġonevoli għal SG&A u l-profitt ġew miżjuda kif spjegat fil-premessa 39 hawn fuq.

2.2.   Id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni

(41)

Il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun lejn l-Unjoni sar direttament lil klijenti indipendenti stabbiliti fl-Unjoni. Il-prezz tal-bejgħ kien għaldaqstant stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-prezz imħallas jew li jrid jitħallas skont kif irrappurtat fl-istatistiċi tal-importazzjoni tal-Eurostat.

(42)

Fl-aħħar nett, dan il-prezz tal-esportazzjoni medju fil-livell CIF kien aġġustat billi tnaqqsu b'mod partikolari l-ispejjeż tat-trasport biex wieħed jasal għall-valur tal-fabbrika.

2.3.   Paragun u aġġustamenti

(43)

Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika.

(44)

Għall-iskop li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, tqiesu b'mod xieraq, f'għamla ta' aġġustamenti, id-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż terminali u amminstrattivi, l-ispejjeż tal-kreditu, kummissjonijiet, fejn dawn kienu applikabbli u ġġustifikati, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Marġini tad-dumping

(45)

Fuq il-bażi ta' dak li ssemma hawn fuq, instab li produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun ma kienx qed iwettaq dumping tal-prodotti tiegħu fis-suq tal-Unjoni. Il-marġni ta' dumping medju ta' tliet produtturi esportaturi fil-kampjun li jifdal, espress bħala perċentwali tal-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, instab li kien ta' madwar 60 %.

3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu revokati l-miżuri

3.1.   Kumment preliminari

(46)

Matul is-seduta ta' smigħ ippreseduta mill-Uffiċjal tas-Seduta, parti waħda sostniet li l-produtturi esportaturi mhux soġġetti għal miżuri li nstabu li kienu qed iwettqu dumping waqt l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri Ningbo Kwung's Home Interior & Gift Co. Ltd. u Qingdao King King Applied Chemistry Co., Ltd għandhom jiġu inklużi fl-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza kurrenti.

(47)

Il-Kummissjoni bagħtet n-Notifika ta' Bidu biex il-partijiet interessati kollha tal-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni oriġinali inklużi u li nstab li kienu qed jagħmlu dumping matul investigazzjoni oriġinali, iżda li huma soġġetti għal rata ta' dazju żero minħabba li ma kinux qegħdin jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni. L-ebda wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi ma ssottomettew formola ta' kampjunar. Għalhekk, ma kinux inklużi fil-kampjun.

(48)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati ġew infurmati mill-Kummissjoni dwar proposta għal kampjun ta' produtturi esportaturi Ċiniżi u għalhekk kellhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Madankollu, l-ebda wieħed minnhom ma ppreżenta ruħu, u r-rappreżentattività tal-kampjun tal-produtturi esportaturi Ċiniżi ma ġietx ikkontestata. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li kien hemm kunsens dwar il-kampjun propost u li l-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tax-xemgħat fir-RPĊ.

3.2.   Kapaċità tal-produttività tar-RPĊ

(49)

Informazzjoni preċiża dwar il-kapaċità tal-produzzjoni fil-pajjiż kollu u l-konsum domestiku tax-xemgħat fir-RPĊ mhijiex disponibbli pubblikament. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi investigati ma kien f'pożizzjoni li jipprovdu din l-informazzjoni. Fil-fatt, skont is-CEO ta' waħda mill-kumpaniji fil-kampjun, il-Viċi President ta' China Chemical Industry Candles Branch Association, l-Assoċjazzjoni ma tiġborx informazzjoni mingħand il-membri tagħha dwar produzzjoni u konsum fir-RPĊ.

(50)

Ir-rikorrenti sostnew fit-talba għar-rieżami tal-iskadenza, għalkemm mingħajr ma pprovdew ebda prova f'dan ir-rigward, li hemm kapaċità ta' produzzjoni mhux użata fir-RPĊ. Huma nnotaw li x-xemgħat għadhom suq niċċa fir-RPĊ u l-industrija tax-xemgħat Ċiniża hija prinċipalment orjentata lejn l-esportazzjoni. Ir-rikorrenti kkunsidraw li l-faċilitajiet ta' produzzjoni wieqfa baqgħu fil-parti l-kbira mhux użati u li jistgħu jiġu riattivati faċilment billi l-prerekwiżit huwa prinċipalment limitat għal aċċess għal xogħol li ma jeħtieġx sengħa u pitrolju. Fl-aħħar nett, huma appoġġaw dawn it-talbiet billi rreferew għall-konklużjonijiet ta' investigazzjoni (6) ta' analiżi sunset tal-Istati Uniti 2010 dwar il-miżuri tal-Istati Uniti dwar l-importazzjonijiet ta' xemgħat Ċiniżi.

(51)

F'dak li jirrigwarda r-rilevanza tal-allegata kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża mhux utilizzata, iż-żjarat ta' verifika tal-kumpaniji fil-kampjun wrew li dawn qed joperaw b'kapaċità ta' produzzjoni wieqfa ineżistenti jew negliġibbli minkejja l-eżistenza ta' dazji. Dan jindika li l-produtturi esportaturi Ċiniżi pjuttost aġġustaw għat-tnaqqis fid-domanda dinjija li jista' jiġi attribwit għall-kriżi finanzjarja. F'kull każ, l-imġiba tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li mhumiex soġġetti għal miżuri, li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, jindika li bħalissa ma hemm l-ebda inċentiv li jattiva mill-ġdid il-faċilitajiet ta' produzzjoni li allegatament mhux qed jintużaw.

(52)

Fir-rigward tal-investigazzjoni tal-Istati Uniti kontra xemgħat Ċiniżi, għandu jiġi nnutat li l-konklużjoni ta' hawn fuq intlaħqet fl-2010 u għalhekk mhijiex neċessarjament applikabbli għas-sitwazzjoni attwali.

(53)

Għaldaqstant, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-produzzjoni b'teknoloġija baxxa tista' tiġi attivata mill-ġdid f'perjodu qasir ta' żmien, huwa diffiċli li wieħed jikkonkludi b'ċertezza x'inhi l-firxa tal-kapaċità ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ.

(54)

Fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar, parti waħda saħqet li l-Kummissjoni ma kisbitx informazzjoni preċiża dwar il-kapaċità tal-produzzjoni disponibbli fir-RPĊ u tenniet l-allegazzjonijiet imsemmija fil-premessa 50 hawn fuq, jiġifieri li l-produtturi ta' xemgħat huma numerużi fir-RPĊ u li l-faċilitajiet ta' produzzjoni li jiddependu fuq il-manodopera b'teknoloġija baxxa għadhom jeżistu u jistgħu jerġgħu jibdew jaħdmu malajr. Il-parti sostniet li din is-suppożizzjoni hija konsistenti mas-sejbiet tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (US ITC) (7) fl-investigazzjoni tagħhom dwar xemgħat li joriġinaw mir-RPĊ.

(55)

Il-Kummissjoni ma tikkontestax li jista' jkun hemm kapaċità żejda fir-RPĊ u li l-produtturi Ċiniżi setgħu jżidu l-produzzjoni tagħhom. Mal-ewwel daqqa t'għajn, dan jidher li huwa possibbli fid-dawl tal-istruttura tal-industrija u l-fatt li xogħol b'ħiliet bażiċi jista' jiġi użat għall-produzzjoni ta' xemgħat. Madankollu, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li minkejja l-kompetizzjoni minn produtturi Ċiniżi li mhumiex soġġetti għal miżuri, hija l-industrija tal-Unjoni li rnexxielha ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq tal-Unjoni u tikkonsolida s-sehem sostanzjali tas-suq tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-produtturi esportaturi verifikati li huma soġġetti għall-miżuri kienu għaddejjin fuq utilizzazzjoni ta' kapaċità għolja minkejja l-eżistenza ta' miżuri. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-produtturi Ċiniżi vverifikati huma kampjun rappreżentattiv tal-industrija Ċiniża tax-xemgħat kollha. Fl-aħħar nett, erbgħa mill-ħames produtturi esportaturi Ċiniżi li mhumiex soġġetti għall-miżuri ma bbenefikawx mill-vantaġġ kompetittiv tagħhom fil-konfront ta' produtturi oħra Ċiniżi u ma żiedux l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE, għalkemm dawn kienu allegatament f'pożizzjoni li faċilment jużaw faċilitajiet ta' produzzjoni b'teknoloġija baxxa li jeħtieġu biss xogħol bla sengħa.

(56)

Għandu jiġi nnutat ukoll li d-determinazzjoni mill-ITC 2010 tal-Istati Uniti li l-produtturi Ċiniżi għandhom il-kapaċità li jżidu l-kapaċità eżistenti u malajr hija prinċipalment ibbażata fuq suppożizzjoni magħmula minn National Candle Association li tmur kontra s-sejbiet ta' din l-investigazzjoni kif spjegat hawn fuq fil-premessi 49 sa 53. Għaldaqstant, jeħtieġ li din il-pretensjoni tiġi rifjutata.

(57)

Il-parti pprovdiet evidenza li allegatament tissostanzja l-eżistenza ta' kapaċità żejda. Il-parti saħqet ukoll li l-faċilitajiet tal-produzzjoni fit-Tajlandja u fil-Vjetnam x'aktarx se jirritornaw lejn ir-RPĊ meta d-dazji antidumping jiskadu.

(58)

L-evidenza li ngħatat mill-parti ma sostniet la l-eżistenza u lanqas id-daqs ta' kapaċità żejda fir-RPĊ. Barra minn hekk, l-istqarrija dwar ir-ritorn ta' faċilitajiet ta' produzzjoni ma kinitx sostanzjata bl-ebda mod.

3.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(59)

Ir-RPĊ konsistentement kienet esportatur kbir ta' xemgħat lejn is-suq dinji. F'termini ta' volum, is-suq tal-Unjoni huwa bil-kbir l-ewwel suq tal-esportazzjoni ta' xemgħat Ċiniżi, li jirrappreżenta 30 % tal-esportazzjonijiet totali Ċiniżi matul il-PIR. Anke wara l-impożizzjoni tad-dazji, l-Unjoni tibqa' s-suq ewlieni ta' esportazzjonijiet għar-RPĊ.

(60)

Filwaqt li tiġi nnutata l-importanza tal-livell tal-prezzijiet f'deċiżjonijiet ta' xiri tas-suq tax-xemgħat, b'mod partikolari għal prodotti standard bħalma huma tea lights u xemgħat pilastri, jeħtieġ li jiġi indikat li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni Ċiniża lejn swieq ta' pajjiżi terzi ewlenin tagħhom (pereżempju l-Awstralja, il-Kanada, il-Malasja, l-Istati Uniti, il-Ġappun u New Zealand) kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (8) matul il-PIR. Għalhekk, ma hemm l-ebda inċentiv ekonomiku għal produtturi esportaturi Ċiniżi li jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati.

(61)

Barra minn hekk, meta wieħed iqis l-imġiba fis-suq tal-kumpaniji Ċiniżi li mhumiex soġġetti għal dazju, fejn il-prezz huwa ogħla minn dak tal-industrija tal-Unjoni, li jikkompetu direttament mal-industrija tal-Unjoni u li s-sehem mis-suq tagħhom naqas matul il-perjodu kkunsidrat, jidher li ma tantx huwa probabbli li l-produtturi Ċiniżi soġġetti għal dazji se jippruvaw iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni biex jiksbu sehem mis-suq biss.

(62)

Fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar, parti waħda sostniet li l-prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi u b'mod partikolari fis-suq Malasjan ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala rilevanti, peress li parti sinifikanti ta' dan il-kummerċ huwa allegatament destinat għas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, din il-parti sostniet li l-miżuri ġew evitati.

(63)

Is-suppożizzjoni dwar is-suq Malasjan mhijiex ibbażata fuq evidenza verifikata, u li għaldaqstant ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni. Barra minn hekk, l-istatistika dwar l-importazzjonijiet disponibbli turi li l-volum tal-importazzjonijiet mill-Malasja naqas u bħalissa huwa negliġibbli. Madankollu, ta' min jinnota li, kif imsemmi fil-premessa 60 hawn fuq, il-prezz medju ta' esportazzjoni Ċiniż għal pajjiżi terzi inkluż il-Malasja huwa ogħla mill-prezz tal-Industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, anke jekk l-allegazzjoni ta' din il-parti kienet vera, dawn il-prezzijiet għoljin ma setgħux jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. L-evidenza pprovduta dwar forom oħra ta' evażjoni mhijiex konklużiva u ma taqbilx ma' statistika tal-importazzjonijiet disponibbli.

(64)

Fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar, parti waħda sostniet li l-paragun tal-prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq ta' pajjiżi terzi ewlenin tagħhom u l-prezz medju tal-produtturi esportaturi mhux soġġetti għal miżuri mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni huwa irrilevanti peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-differenzi possibbli fit-taħlita tal-prodott.

(65)

Ta' min jinnota li l-parti ma ssostanzjatx il-pretensjoni tagħha u ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar kwistjonijiet possibbli ta' “taħlita tal-prodott” u karatteristiċi oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti għal analiżi tal-prezzijiet. L-istatistiċi disponibbli juru esportazzjonijiet/importazzjonijiet ta' xemgħat taħt kodiċi NM wieħed u l-prezz medju peżat għal kull kilo jista' jinkiseb minn bażijiet ta' dejta tal-esportazzjonijiet/importazzjonijiet. Il-Kummissjoni tqis li l-prezz medju għal kull kilo jipprovdi l-aħjar sors ta' informazzjoni dwar il-livell ta' prezzijiet ta' importazzjoni/esportazzjoni li jista' jinkiseb għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(66)

Il-parti stqarret ukoll li erbgħa minn ħames produtturi esportaturi mhux soġġetti għal miżuri ma jikkompetux mal-industrija tal-Unjoni peress li huma ffokati fuq prodotti ta' kwalità għolja jew supplimentati tal-produzzjoni mill-kumpaniji prinċipali tagħhom fl-Unjoni. L-istess parti interessata sostniet ukoll li l-imġiba tal-produtturi esportaturi mhux soġġetti għal miżuri ftit li xejn huwa rilevanti għall-investigazzjoni ta' rieżami peress li ma titfax dawl fuq l-imġiba tal-esportaturi soġġetti għal dazji li kienu involuti f'dumping li huwa ta' ħsara qabel ma l-miżuri oriġinali ġew imposti fuq prodotti standardizzati li allegatament huwa l-parti tas-suq li se jkun l-aktar affettwat jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fl-aħħar nett, l-istess parti saħqet li qabel l-2011, il-volumi tal-importazzjoni ta' dawn il-kumpaniji ma tqisux.

(67)

Madankollu dawn l-indikazzjonijiet kkuntradixxew is-sejbiet tal-investigazzjoni. Fil-fattt, kif imsemmi fil-premessa 61 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-analiżi tal-imġiba tal-produtturi esportaturi mhux soġġetti għal miżuri hija relevanti b'mod partikolari għall-analiżi rigward l-attrattività tas-suq tal-Unjoni. Kif rikonoxxut mill-parti stess, xi produtturi huma involuti fil-produzzjoni ta' prodotti standard u oħrajn fi prodotti ta' kwalità għolja. F'termini ta' volum, għandu jiġi mfakkar li erbgħa minn ħames kumpaniji mhux soġġetti għal miżuri ġew magħżula mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali fuq il-bażi tal-akbar volum ta' esportazzjonijiet (9). Dan juri li dawn il-produtturi kienu qed jesportaw volumi kbar ta' prodotti lejn is-suq tal-Unjoni. Peress li l-ebda miżuri ma ġew imposti fuqhom huma ma kellhom l-ebda inċentiv, għall-kuntrarju ta' produtturi li huma soġġetti għall-miżuri, li jibdlu t-taħlita tal-prodott tal-esportazzjonijiet tagħhom. Għalhekk, l-imġiba ta' dawn l-esportaturi tista' titqies bħala eżempju ta' mġiba futura probabbli ta' produtturi Ċiniżi li bħalissa huma soġġetti għal miżuri fir-rigward ukoll tas-segment tas-suq ikkaratterizzat minn produzzjoni standardizzata, jiġifieri pilastri u x-xemgħat tea-lights. Mindu bdiet l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi, dawn il-produtturi esportaturi bbenefikaw minn vantaġġ kummerċjali sinifikanti meta mqabbla ma' prodotti soġġetti għal miżuri. Madankollu, instab li l-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw minn tnejn minn ħames produtturi naqas b'mod sinifikanti; għal żewġ pajjiżi oħra, il-volum baqa' stabbli u għal wieħed mill-ħames produtturi biss il-volum ta' importazzjonijiet irdoppja minn żmien il-PI tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri mill-2007. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li l-imġiba tal-ħames produtturi esportaturi soġġetti għal dażju żero tagħti stampa inkonklussiva dwar l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, billi erba' minnhom ma bbenefikawx mill-pożizzjoni favorevoli tagħhom biex iżidu l-volum ta' esportazzjonijiet lis-suq tal-Unjoni.

(68)

Barra minn hekk, din il-parti ma provdietx evidenza li turi li l-prodotti mibjugħa fis-segment tas-suq tal-massa ta' volum kbir ta' prodotti għandhom jitqiesu differenti meta mqabbla ma' parti oħra tas-suq. Kif imsemmi fil-premessa 26 u spjegat fid-dettall fil-premessi 24 sa 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2008 (10) li jimponi miżuri antidumping provviżorji kif ukoll fil-premessi 22 sa 27 tar-Regolament (KE) Nru 393/2009, l-investigazzjoni wriet li l-prodott prodott u mibjugħ fis-suq domestiku Ċiniż u/jew esportat lejn l-Unjoni u l-prodott magħmul u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni attwali tkopri l-ambitu sħiħ tal-miżura eżistenti u ma tistax tiffoka biss fuq parti ta' dan is-suq u tinjora sottosetturi oħra.

(69)

Għalhekk dawn it-talbiet għandhom jiġu rrifjutati.

3.4.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping

(70)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, jista' jiġi konkluż li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE bħalissa taħt miżuri antidumping se jkomplu jiġu importati bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Madankollu, jidher li ma tantx huwa probabbli li dawn l-esportazzjonijiet jerġgħu jseħħu fi kwantitajiet konsiderevoli.

D.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Kummenti preliminari

(71)

Għall-iskop tal-analiżi tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. L-indikaturi makroekonomiċi għall-perjodu kkunsidrat ġew stabbiliti, analizzati u eżaminati fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. L-indikaturi mikroekonomiċi ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura u vverifikata fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(72)

Fit-taqsimiet li ġejjin, l-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, stokks, il-volum tal-bejgħ, sehem is-suq u t-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs reali tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti. L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, il-possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-kostijiet tal-manodopera.

2.   L-industrija tal-Unjoni

(73)

Abbażi tad-dejta mogħtija fit-talba għal rieżami, ġie stabbilit li l-prodott simili huwa mmanifatturat minn għadd kbir ta' produtturi fl-Unjoni, li jinkludu bosta produtturi żgħar u ta' daqs medju. 26 produttur tal-Unjoni ipprovdew dejta ġenerali dwar il-volum tagħhom ta' produzzjoni u ta' bejgħ. Minħabba li ħafna produtturi fl-Unjoni, l-aktar l-intrapriżi ż-żgħar, ma kkooperawx fl-investigazzjoni, ma kienx possibbli li jkun iddefinit b'mod preċiż il-volum totali tal-produzzjoni tal-Unjoni u l-għadd ta' produtturi abbażi tad-dejta individwali tal-kumpaniji.

(74)

Konsegwentement, il-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni ġie stmat billi ntużat l-informazzjoni pprovduta fit-talba għar-rieżami tal-iskadenza. Fuq dik il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li kienet madwar 400 000 tunnellata u n-numru totali ta' produtturi tal-Unjoni stmat għal madwar 170 matul il-PIR. Huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

(75)

Kif indikat fil-premessa 17 hawn fuq, seba' produtturi/gruppi ta' produtturi tal-Unjoni kienu fil-kampjun u pprovdew l-informazzjoni mitluba. Il-kumpaniji fil-kampjun huma stmati li jirrappreżentaw madwar 37 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR.

3.   Konsum tal-Unjoni

(76)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi taċ-ċifri tal-bejgħ ivverifikati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni, id-dejta pprovduta mir-rikorrenti fit-talba għal rieżami, id-dejta tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi u mir-RPĊ estratta minn Comext.

(77)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni baqa' fundamentalment stabbli. Madankollu ta' min jinnota li l-konsum fil-PIR huwa ferm inqas mil-livelli reġistrati matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali meta l-konsum kien ta' madwar 577 000 tunnellata.

(78)

Fil-kumment tagħha għall-iżvelar, parti waħda sostniet li l-konsum tal-Unjoni kien stmat iżżejjed matul l-investigazzjoni oriġinali. Madankollu, dik il-parti pparteċipat fl-investigazzjoni oriġinali u ma għamlet l-ebda pretensjoni bħal din f'dak iż-żmien. Din id-dikjarazzjoni għalhekk trid tiġi rrifjutata.

Tabella 1

Konsum

 

2011

2012

2013

PIR

Konsum (tunnellati)

439 478

403 608

429 046

443 906

Indiċi (2011 = 100)

100

92

98

101

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għal rieżami ta' skadenza, Comext

4.   Volum, prezzijiet u sehem mis-suq ta' importazzjonijet fl-Unjoni ta' oġġett ta' dumping mir-RPĊ

4.1.   Volum u sehem fis-suq

(79)

Il-volumi u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ kienu analizzati abbażi ta' dejta statistika tal-importazzjonijiet disponibbli fil-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6) u dejta miġbura minn fuq TARIC (Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea) fil-livell ta' kodiċi. Qed jiġi mfakkar li ħames produtturi esportaturi Ċiniżi kienu soġġetti għal dazju żero. Is-sitwazzjoni tagħhom hija eżaminata separatament bħala importazzjonijiet soġġetti għal dazju żero ta' hawn taħt.

(80)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping lejn l-Unjoni żviluppaw f'termini ta' volumi u ishma mis-suq kif muri fit-tabella hawn taħt.

Tabella 2

Il-volum u l-ishma tas-suq ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping konċernati

 

2011

2012

2013

PIR

RPĊ

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi)

30 814

22 923

20 766

20 365

Indiċi (2011 = 100)

100

74

67

66

Sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni (%)

7,0

5,7

4,8

4,6

Indiċi (2011 = 100)

100

81

69

65

Is-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi (%)

44

38

37

35

Indiċi (2011 = 100)

100

86

83

80

Is-sehem tal-importazzjonijiet kollha (%)

30

24

22

21

Indiċi (2011 = 100)

100

81

73

71

Sors: Bażi ta' dejta 14(6), u d-dejta tal-COMEXT

(81)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'34 %. Huma rrappreżentaw 35 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina u 21 % tal-importazzjonijiet totali fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Madankollu, is-sehem tagħhom tas-suq tal-Unjoni baqa' baxx madwar 4,6 %.

4.2.   Prezz

(82)

Il-prezz medju ta' importazzjonijiet Ċiniżi li kienu l-oġġett ta' dumping żdied b'24 % kif muri fit-tabella ta' hawn taħt:

Tabella 3

Prezzijiet ta' importazzjonijiet dumped

 

2011

2012

2013

PIR

RPĊ

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 708

3 301

3 272

3 352

Indiċi (2009 = 100)

100

122

121

124

Sors: Bażi ta' Dejta 14(6)

(83)

Iż-żieda fil-prezzijiet tista' tiġi spjegata mill-fatt li kien hemm bidla fit-taħlita tal-prodott tal-prodotti Ċiniżi esportati lejn is-suq tal-Unjoni. L-esportaturi Ċiniżi soġġetti għal miżuri esportaw prodotti ta' valur ogħla jew prodotti b'livell ogħla ta' karatteristika dekorattiva u kontenut aktar baxx ta' fjuwil, jiġifieri xemgħat ta' speċjalità. Dan ippermetta lill-produtturi Ċiniżi biex inaqqsu l-impatt tal-miżuri fis-seħħ u jippenetraw f'parti mis-suq fejn l-industrija tal-Unjoni hija inqas preżenti.

(84)

L-esportaturi li kienu soġġett għall-ogħla dazju kienu bażikament assenti mis-suq tal-Unjoni fil-PIR.

4.3.   It-twaqqigħ tal-prezz

(85)

Għall-finijiet tal-analiżi ta' twaqqigħ tal-prezz, il-medja differenzjata tal-prezzijiet ta' bejgħ għal kull tip ta' prodott tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati fuq livell ta' prezzijiet tal-fabbrika, kienu mqabbla mal-medja differenzjata tal-prezzijiet korrispondenti tal-importazzjonijiet ikkonċentrati lill-ewwel klijent indipendenti, stabbiliti fuq bażi ta' CIF b'aġġustament xieraq għal spejjeż ta' wara l-importazzjoni. It-tqabbil wera li matul il-PIR, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami ma waqqgħux il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu għandu jiġi nnutat li l-importazzjonijiet magħmula minn esportaturi soġġetti għal dazji antidumping huma prinċipalment xemgħat ta' speċjalità, iżda wkoll xemgħat standard biż-żieda ta' xogħol tal-idejn u dekorazzjonijiet, ġeneralment iktar għaljin mit-tipi ta' prodotti ewlenin prodotti mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, jiġifieri pilastri u xemgħat tea-lights.

(86)

Fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar, parti waħda sostniet li l-Kummissjoni għandha tagħmel distinzjoni bejn id-diversi tipi ta' prodotti li huma prodotti u mibjugħa fis-suq tal-Unjoni. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi, il-produtturi Ċiniżi soġġetti għal dazji immodifikaw l-aġir tagħhom fis-suq u bdew jiffokaw fuq livelli għoljin tat-tipi tal-prodotti aktar għalja, bħal xemgħat imżejna u artistiċi, xemgħat bil-fwieħa u xemgħat fi ħġieġ billi l-prodotti ewlenin magħmula u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni jibqgħu xemgħat tea-light jew pilastri.

(87)

Barra minn dan, il-parti sostniet li għal tip ta' prodott speċifiku, jiġifieri xemgħat tea lights, fil-biċċa l-kbira bojod, mingħajr fwieħa, meqjusa bħala komparabbli għall-prodotti tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 6 %. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa 85 hawn fuq, it-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit billi tqabblu l-prezzijiet għat-tipi kollha tal-prodotti rrappurtati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, jiġifieri 26 tip ta' prodotti mat-tipi tal-prodotti irrappurtati mill-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-investigazzjoni preżenti ma tistax tillimita lilha nnifisha għal tip ta' prodott wieħed partikolari. Għall-kuntrarju, jeħtieġ li jiġi analizzat il-prodott li qed jiġi rivedut kollu kemm hu. Għalhekk, huma biss ir-riżultati ta' din l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet għall-prodott ikkonċernat bħala ħaġa sħiħa huma rilevanti għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni.

(88)

L-investigazzjoni oriġinali diġà ġibdet l-attenzjoni li hemm varjetà kbira ta' tipi ta' prodotti disponibbli fis-suq tal-Unjoni (11) u li għalkemm il-produtturi tal-Unjoni setgħu jipproduċu t-tipi kollha ta' xemgħat kienu aktar iffukati fuq il-produzzjoni ta' tipi ta' xemgħat standard bħal tea lights u pilastri. Madankollu, l-istituzzjonijiet ikkonkludew fl-investigazzjoni oriġinali (12) li xemgħat prodotti fir-RPĊ u esportati lejn l-Unjoni u x-xemgħat magħmula u mibjugħa fir-RPĊ u dawk prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kellhom jiġu kkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tar-Regolament bażiku.

(89)

Kif kien il-każ fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni tikkonferma li analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz jqis il-fatt li jeżistu diversi tipi ta' xemgħat fis-suq. It-tqabbil tal-prezzijiet hija għalhekk magħmula fuq il-bażi ta' tipi ta' prodotti identiċi jew simili kif kien il-każ fl-investigazzjoni oriġinali (13). Għal dan l-għan, in-numri ta' kontroll tal-prodott (PCN) huma maħluqa għal diversi tipi ta' xemgħat eżistenti fis-suq u l-paragun tal-prezz isir abbażi tal-istess PCN.

(90)

L-investigazzjoni wriet li l-ebda twaqqigħ tal-prezz ma nstab li kien jeżisti għal produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, meta wieħed iħares lejn l-ambitu sħiħ tal-prodott taħt rieżami.

(91)

Għandu jiġi enfasizzat li t-twaqqigħ tal-prezz għandu jiġi kkalkulat u vvalutat għal firxa sħiħa ta' prodott simili, għalhekk l-allegazzjoni li t-twaqqigħ tal-prezz li nstab fuq PCN wieħed għandu jkun meqjus bħala konklussiv għar-riżultati globali tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, għandu jiġi miċħud.

5.   Volum, prezzijiet u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet soġġetti għal rata ta' dazju żero mir-RPĊ

(92)

Matul il-perjodu meqjus, il-volum ta' importazzjonijiet soġġetti għal dazju żero fl-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet soġġetti għal rata ta' dazju żero kkonċernati

 

2011

2012

2013

PIR

RPĊ

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi)

38 744

37 584

35 877

37 197

Indiċi (2011 = 100)

100

97

93

96

Sehem mis-suq (%)

8,8

9,3

8,4

8,4

Indiċi (2011 = 100)

100

106

95

95

Is-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi (%)

56

62

63

65

Indiċi (2011 = 100)

100

112

114

116

Is-sehem tal-importazzjonijiet kollha (%)

37

39

38

39

Indiċi (2011 = 100)

100

106

101

103

Sors: Bażi ta' dejta 14(6), u d-dejta tal-Comext

(93)

Il-volum ta' importazzjonijiet soġġetti għal dazju żero mir-RPĊ naqas b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huma jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li jammontaw għal żewġ terzi tal-importazzjonijiet matul il-PIR. L-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni matul din l-investigazzjoni, wriet li l-bejgħ ta' dawn il-produtturi esportaturi kopra l-prodott simili fit-totalità tiegħu u għalhekk ukoll f'kompetizzjoni ma' tipi ewlenin tal-industrija tal-UE (jiġifieri xemgħat tea-lights jew pilastri). Din il-konklużjoni hija kkorroborata mis-sejbiet imsemmija fil-premessa 67 ta' dan ir-Regolament.

(94)

Matul il-perjodu kkonsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet soġġetti għal dazju żero mir-RPĊ tal-prodott investigat żdiedu b'13 % u kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 5

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet soġġetti għal dazju żero

 

2011

2012

2013

PIR

RPĊ

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 171

2 536

2 462

2 452

Indiċi (2009 = 100)

100

116,8

113,4

113,0

Sors: Bażi ta' Dejta 14(6)

6.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(95)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-iżvilupp tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 6

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

 

2011

2012

2013

PIR

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi)

34 084

34 647

38 388

38 924

Indiċi (2011 = 100)

100

102

113

114

Il-prezz EUR/tunnellata metrika

3 131

3 445

3 470

3 412

Indiċi (2011 = 100)

100

110,0

110,8

109,0

Sehem mis-suq (%)

7,8

8,6

8,9

8,8

Indiċi (2011 = 100)

100

111

115

113

Sors: Comext

(96)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdiedu bejn l-2011 u l-PIR bi 13 %, u b'hekk iżidu s-sehem tas-suq tagħhom fuq il-konsum totali b'punt perċentwali ta' 1, jiġifieri minn 7,8 % għal 8,8 %. Il-prezzijiet żdiedu b'9 % matul l-istess perjodu.

7.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(97)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(98)

Kif imsemmi fil-premessi 71 u 72, għall-fini tal-analiżi tad-dannu, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni hija vvalutata abbażi ta' tali indikaturi bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġini effettiv tad-dumping u l-irkupru mid-dumping preċedenti, il-prezzijiet medji tal-bejgħ, prezz tal-unità, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital, l-istokks u l-kostijiet tal-manodopera.

7.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(99)

It-tabella ta' hawn taħt turi li l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppat b'konformità mal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 7

Produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

PIR

Produzzjoni (tunnellati mettriċi)

397 824

345 484

385 992

413 079

Indiċi (2011 = 100)

100

87

97

104

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

(100)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'mod stabbli matul il-perjodu meqjus u l-użu tal-kapaċità baqa' fil-biċċa l-kbira stabbli matul l-istess perjodu.

Tabella 8

Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità

 

2011

2012

2013

PIR

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati mettriċi)

677 422

696 014

721 898

726 768

Indiċi (2011 = 100)

100

103

107

107

Utilizzazzjoni tal-kapaċità (%)

59

50

53

57

Indiċi (2011 = 100)

100

85

91

97

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

7.2.   Volum ta' bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir

(101)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 3 % bejn l-2011 u l-PIR, li huwa rifless f'żieda tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 9

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati

 

2011

2012

2013

PIR

Volum (tunnellati)

335 788

308 404

333 961

347 421

Indiċi (2011 = 100)

100

92

99

103

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

(102)

Iż-żieda fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huwa rifless f'żieda fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni li jindika li l-industrija kabbret ftit il-preżenza tagħha fis-suq.

Tabella 10

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u tkabbir

 

2011

2012

2013

PIR

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni (%)

76

76

78

78

Indiċi (2011 = 100)

100

100

102

102

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

7.3.   L-impjiegi

(103)

L-investigazzjoni wriet li l-impjiegi segwew xejra pożittiva wara żieda fil-produzzjoni. Dan wassal għall-impjieg ta' forza tax-xogħol addizzjonali. Billi ż-żieda relattiva fl-impjiegi kienet ogħla minn dik tal-produzzjoni, tnaqqis temporanju ta' produttività kkalkulat bħala l-produzzjoni f'tunnellati għal kull persuna impjegata, għal kull sena seħħew.

Tabella 11

L-impjiegi u l-produttività

 

2011

2012

2013

PIR

Għadd ta' impjegati

5 727

5 697

6 008

6 275

Indiċi (2011 = 100)

100

99

105

110

Produttività (unità/impjegat)

69

61

64

66

Indiċi (2011 = 100)

100

87

92

95

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u talba għal rieżami

7.4.   Id-daqs tal-marġini ta' dumping effettiv u l-irkupru mid-dumping preċedenti

(104)

Kif indikat fil-premessa 45 ta' hawn fuq, il-marġni ta' dumping medju stabbilit għar-RPĊ baqa' għoli matul il-PIR. Madankollu, analiżi tal-indikaturi tad-dannu provdiet evidenza li l-industrija rkuprat minn prattiki preċedenti ta' dumping.

7.5.   Prezzijiet medji tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u kostijiet unitarji tal-produzzjoni

(105)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied b'7 % mill-2011 sa tmiem il-PIR. Il-medja tal-kostijiet tal-produzzjoni żdiedet ukoll, iżda biss b'4 %, prinċipalment minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima u l-ispejjeż tax-xogħol.

Tabella 12

Prezzijiet tal-bejgħ u l-kostijiet

 

2011

2012

2013

PIR

Prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (EUR/tunnellata)

2 194

2 384

2 390

2 341

Indiċi (2011 = 100)

100

109

109

107

Kost għal kull unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata metrika)

2 118

2 340

2 254

2 198

Indiċi (2011 = 100)

100

110

106

104

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.6.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital

(106)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jżidu l-kapital tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 13

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redittu fuq l-investiment

 

2011

2012

2013

PIR

Profitabbiltà (%)

3,4

1,8

5,7

6,1

Indiċi (2011 = 100)

100

53

165

177

Fluss tal-flus

7 563 810

22 279 510

20 303 703

20 432 048

Indiċi (2011 = 100)

100

295

268

270

L-investimenti

19 981 640

15 994 425

13 007 612

19 924 243

Indiċi (2011 = 100)

100

80

65

100

Redditu fuq l-investimenti (%)

1,8

– 0,5

4,8

5,4

Indiċi (2011 = 100)

100

– 26,9

271,2

304,2

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(107)

Il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet stabbilita billi ġie espress il-profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ fuq bażi ex works tal-prodott investigat lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu profittabbli matul il-perjodu meqjus. Il-livelli ta' profittabilità qatt ma laħqu l-profitt immirat ta' 6,5 %, li l-industrija setgħet tistenna li tikseb f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dan il-profitt fil-mira kien stabbilit ukoll fl-investigazzjoni oriġinali.

(108)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibqa' finanzjarjament soda kif muri mill-iżvilupp ta' fluss ta' flus kontanti matul il-perjodu meqjus, li jippermettilha parzjalment autofinanzjament ta' investimenti ġodda. Il-livell tal-investimenti żdied b'aktar mid-doppju meta mqabbel mal-livelli tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri fl-2007). Dan jindika li l-industrija għandha l-kapaċità li tiġbor il-kapital meħtieġ.

(109)

Ir-redditu fuq l-investiment ukoll irkupra u jirrifletti fil-biċċa l-kbira l-iżviluppi fil-profittabbiltà matul il-perjodu meqjus.

7.7.   L-istokkijiet

(110)

Inventarji baqgħu fil-biċċa l-kbira stabbli matul il-perjodu meqjus li jirrappreżenta bejn 16 % u 17 % tal-produzzjoni tal-kumpaniji fil-kampjun. Dan l-istokk għoli b'mod relattiv, għalkemm f'livell aktar baxx milli fl-investigazzjoni oriġinali, jista' jiġi spjegat permezz tal-istaġjonalità tal-prodott taħt rieżami u huwa marbut ukoll mal-istrateġija tal-bejjiegħa bl-imnut biex jiksbu l-ħtiġijiet tagħhom skont kif meħtieġ.

Tabella 14

Stokk tal-għeluq

 

2011

2012

2013

PIR

Stokk tal-għeluq (tunnellati metriċi)

25 392

22 404

23 333

24 493

Indiċi (2011 = 100)

100

88

92

96

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.8.   Il-kostijiet tal-manodopera

(111)

Il-medja tal-ispiża tax-xogħol tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedet b'6 % matul il-perjodu meqjus.

Tabella 15

Il-kostijiet tal-manodopera

 

2011

2012

2013

PIR

Spejjeż medji tal-manodopera għal kull impjegat (EUR)

20 769

20 939

21 351

21 966

Indiċi (2011 = 100)

100

101

103

106

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

8.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(112)

Is-sejbiet tal-investigazzjoni attwali jwasslu għall-konklużjoni li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni wriet sinjali ta' rkupru matul il-perjodu kkunsidrat. Għadd ta' indikaturi bħall-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-impjiegi żviluppaw b'mod pożittiv. Barra minn hekk, l-indikaturi tal-prestazzjoni bħall-profitabbiltà u l-likwidità irkupraw ukoll. Dan iwassal għall-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-perjodu kkunsidrat u b'mod partikolari matul il-PIR.

E.   IL-PROBABBILTÀ LI D-DANNU JERĠA' JSEĦĦ

1.   Kumment preliminari

(113)

Kif muri hawn fuq fil-premessa 112, l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx ħsara materjali matul il-PIR. Għalhekk, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, għalhekk ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ hux probabbli li tirriżulta f'rikorrenza ta' ħsara. F'dan ir-rigward, l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni kien analizzat.

(114)

L-analiżi ffokat fuq ix-xejra tal-konsum tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi Ċiniżi kollha kemm fl-UE kif ukoll fi swieq terzi.

2.   Il-konsum fl-Unjoni

(115)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni baqa' fundamentalment stabbli u li l-prodott ikkonċernat jiġi importat lejn is-suq tal-Unjoni f'firxa wiesgħa ta' tipi ta' prodotti. Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezz medju tal-importazzjoni ta' oġġett ta' dumping naqas b'34 %. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet minn kumpaniji Ċiniżi li mhumiex soġġetti għal miżuri naqas, jiġifieri b'4 %.

3.   Il-kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ u l-ġibda tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi

(116)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessi 49 sa 58 hawn fuq, ma hemm l-ebda evidenza li hemm xi produzzjoni sostanzjali li ma tintużax jew kapaċità żejda fir-RPĊ. B'żieda ma' dan, is-suq tal-Unjoni ma jidhirx li hu partikolarment attraenti għall-esportaturi Ċiniżi, minkejja d-daqs tiegħu. Għalkemm is-sehem fl-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni huwa l-akbar wieħed, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni huma ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan japplika wkoll b'mod speċifiku għall-prezzijiet eżerċitati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li mhumiex soġġetti għal miżuri, li jikkompetu aktar b'mod dirett mal-produzzjoni tal-Unjoni u fejn il-kompetizzjoni ssir kważi esklussivament fuq il-prezz. Dawn l-esportaturi Ċiniżi komplew ibigħu kwantitajiet simili jew anke aktar baxxi lejn is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u ma ppruvawx jiksbu sehem mis-suq. B'żieda ma' dan, kif imsemmi fil-premessa 61 hawn fuq, il-prezz medju ta' esportazzjoni Ċiniż għal pajjiżi terzi huwa ogħla mill-prezz tal-Industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jidhrux li għandhom it-tentazzjoni li jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet tagħhom lejn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati.

(117)

Fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar, parti waħda sostniet li s-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq miftuħ għal xemgħat fid-dinja u għalhekk mhuwiex plawżibbli li jsostnu li s-suq tal-Unjoni ma jkunx wieħed attraenti jekk il-miżuri jiġu revokati. Barra minn hekk, il-parti issostni li l-esportaturi Ċiniżi joffru diversi skemi ta' evażjoni u li, mindu nħareġ l-iżvelar, produtturi u kummerċjanti Ċiniżi tax-xemgħat bagħtu bosta offerti lil kummerċjanti u produtturi Ewropej. Dan kollu ta' hawn jista' jipprova li s-suq tal-Unjoni jibqa' attraenti għall-esportaturi Ċiniżi.

(118)

Madankollu, l-analiżi tal-evoluzzjoni matul l-aħħar ħames snin ta' importazzjonijiet li joriġinaw mill-produtturi esportaturi mhux soġġetti għal miżuri wriet li l-volum tal-importazzjonijiet tagħhom ma għandhomx jiżdiedu b'mod sinifikanti minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri. Barra minn hekk, erbgħa minn ħamsa minn dawn il-produtturi esportaturi esperjenzaw tnaqqis fil-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni meta mqabbla mal-PI tal-investigazzjoni oriġinali. Produttur esportatur wieħed biss żied l-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Unjoni matul dak il-perjodu. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li mhumiex soġġetti għal miżuri ma jibbenefikawx minn vantaġġ kummerċjali tagħhom meta mqabbla ma' produtturi esportaturi Ċiniżi soġġetti għal dazju li jżidu l-volum tal-bejgħ tagħhom. Minkejja evidenza aneddottali dwar l-eżistenza ta' offerti magħmula minn negozjanti, l-evidenza disponibbli kif deskritt fil-premessi 59 sa 69 ta' dan id-dokument turi li s-suq tal-Unjoni ma jidhirx li huwa partikolarment attraenti.

4.   Konklużjoni

(119)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni, jiġifieri xejriet ewlenin tal-konsum fis-suq tal-Unjoni, l-imġiba tas-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi mhux soġġetti għal miżuri, il-livell tal-prezz ta' esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi u l-attrattività moderata tas-suq Ewropew, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni kieku l-miżuri eżistenti jiġu revokati.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(120)

Peress li ġie konkluż li mhemmx probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara, l-ebda konklużjoni tal-interess tal-Unjoni mhija neċessarja.

G.   MIŻURI ANTIDUMPING

(121)

Il-partijiet kollha ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jiġu rrevokati. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dik id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

(122)

Minn dan isegwi li, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-RPĊ, imposti mir-Regolament (KE) Nru 393/2009, għandhom jitħassru u l-proċediment għandu jiġi terminat.

(123)

Il-Kumistat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 ma tax opinjoni dwar it-tħassir tal-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 3406 00 00 (kodiċi TARIC 3406000090) li joriġinaw mir-Repubblika Tal-Poplu taċ-Ċina huma b'dan revokati u l-proċediment li jikkonċerna dawn l-importazzjonijiet huwa mitmum.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 393/2009 tal-11 ta' Mejju 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 119, 14.5.2009, p. 1).

(3)  Notifika ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping (ĠU C 270, 19.9.2013, p. 11).

(4)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 144, 14.5.2014, p. 14).

(5)  GIES, Promol u Liljeholmens huma parti mill-grupp ALG (ALG Holding A.B.).

(6)  L-investigazzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, dwar “Petroleum Wax Candles from China”, Nru. 731-TA- 282 (It-Tielet Reviżjoni).

(7)  L-investigazzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, dwar “Petroleum Wax Candles from China”, Nru. 731-TA- 282 (it-Tielet reviżjoni), paġna 14.

(8)  Dejtabase COMTRADE, http://comtrade.un.org/data/

(9)  Il-Premessa 38 tar-Regolament (KE) Nru 1130/2008 kif ikkonfermat fil-premessa 28 tar-Regolament (KE) Nru 393/2009.

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2008 tal-14 ta' Novembru 2008 li jimponi dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjoni ta' ċerti xemgħat, kandiletti u oġġetti simili li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 306, 15.11.2008, p. 22).

(11)  Il-Premessa 18 tar-Regolament (KE) Nru 1130/2008, ikkonfermata mill-premessa 21 tar-Regolament (KE) Nru 393/2009.

(12)  Il-premessa 27 tar-Regolament (KE) Nru 393/2009.

(13)  Il-Premessa 106 tar-Regolament (KE) Nru 1130/2008, ikkonfermata mill-premessa 88 tar-Regolament (KE) Nru 393/2009.


7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1362

tas-6 ta' Awwissu 2015

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) fl-estratti tal-klin (E 392)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti tal-ikel u fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara applikazzjoni.

(3)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) bħala antiagglomerant miżjud mal-addittiv tal-ikel antiossidant f'forma ta' trab — l-estratt tal-klin (E 392) tressqet fis-27 ta' Ottubru 2014 u ġiet disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

L-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) bħala antiagglomerant jippermetti li l-estratt tal-klin f'forma ta' trab jibqa' fi fluss liberu għal perjodu itwal ta' żmien mingħajr ma jagħqad/jibbies matul iż-żmien tal-ħżin, li jkun iktar faċli biex iġġorru u li jiġi applikat b'mod iktar effiċjenti meta jiġi miżjud mal-ikel.

(5)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel stabbilixxa grupp livell ta' ADI (Doża Aċċettabbli ta' Kuljum) ta' “mhux speċifikat” għad-diossidu tas-siliċju (E 551) u għal ċerti silikati (jiġifieri, sodju, potassju, kalċju, u silikati tal-manjeżju) meta jintużaw bħala antiagglomeranti (3). Dak jimplika li ma jirrappreżentax xi periklu għas-saħħa fil-livelli neċessarji biex jinkiseb l-effett teknoloġiku mixtieq. L-esponiment addizzjonali tal-konsumatur għad-diossidu tas-siliċju meta jintuża bħala antiagglomerant f'estratt tal-klin jibqa' limitat.

(6)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid tfittex li tikseb l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem.

(7)

Ladarba l-awtorizzazzjoni tal-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) f'estratti tal-klin (E 392) tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li x'aktarx ma jkollhiex effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux neċessarju li titfittex li tinkiseb l-opinjoni tal-Awtorità.

(8)

Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) bħala antiagglomerant f'estratti tal-klin (E 392).

(9)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-mument tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Rapport tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, il-25 serje, 1990.


ANNESS

Fil-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-ewwel entrata għall-addittiv tal-ikel E 551, id-diossidu tas-siliċju:

“E 551

Diossidu tas-siliċju

30 000  mg/kg fil-preparazzjoni

Estratti tal-klin niexfa f'forma ta' trab (E 392)”


7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1363

tas-6 ta' Awwissu 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

L-Istati Uniti huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċertu partijiet tat-territorju tiegħu, għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta wara t-tifqigħat ta' HPAI fl-Istati ta' Indiana u Nebraska mir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 (4), (UE) 2015/342 (5), (UE) 2015/526 (6), (UE) 2015/796 (7), (UE) 2015/1153 (8) and lastly by (EU) 2015/1220 (9).

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (10) fih provvedimenti biex jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

(5)

Wara t-tifqigħat tal-HPAI fl-Istati ta' Nebraska u ta' Indiana, l-ebda Stat ieħor tal-Istati Uniti ma ġie infettat bl-HPAI. L-Istati Uniti implimentaw politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti komplew jissospendu l-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti tat-tjur maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tal-Istati affettwati jew minn partijiet minnhom li jkunu tqiegħdu taħt restrizzjonijiet u li huma soġġetti għall-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni tal-Unjoni.

(6)

L-Istati Uniti ppreżentaw ukoll informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, jixraq li tiġi modifikata l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti biex jiġu koperti biss ċertu partijiet tal-Istati ta' Indiana, ta' Nebraska u ta' South Dakota, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat preċedenti.

(7)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti rrapportaw it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfettar wara l-qerda tat-tjur f'azjendi fl-Istati ta' Arkansas, ta' California, ta' Indiana u ta' Missouri fejn ġew skoperti tifqigħat tal-HPAI bejn Frar u Mejju 2015. Għalhekk jixraq li jiġu indikati d-dati meta ż-żoni tat-territorju affettwati f'dawn l-Istati, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji minħabba dawk it-tifqigħat, jistgħu jitqiesu ħielsa mill-ġdid mill-HPAI u jerġgħu jkunu awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawk iż-żoni.

(8)

Għaldaqstant, l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

(9)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 tat-2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 31).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward ta' tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 30).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/796 tal-21 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (ĠU L 127, 22.5.2015, p. 9).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1153 tal-14 ta' Lulju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (ĠU L 187, 15.7.2015, p. 10).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1220 tal-24 ta' Lulju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istati ta' Indiana u Nebraska (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 1).

(10)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika fuq miżuri ta' saħħa biex jipproteġu s-saħħa pubblika u saħħet l-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti minn annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

Status tat-tilqim tal-influwenza avjarja

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“US — L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US-1

Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US-2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA

 

N

 

 

A

 

S3, ST1”

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

US-2

Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

US-2.1

L-Istat ta' Washington:

 

Il-Kontea ta' Benton

 

Il-Kontea ta' Franklin

WGM

VIII

P2

19.12.2014

7.4.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.2

L-Istat ta' Washington:

Il-Kontea ta' Clallam

WGM

VIII

P2

19.12.2014

11.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.3

L-Istat ta' Washington:

Il-Kontea ta' Okanogan (1):

(a)

It-Tramuntana: Ibda fl-intersezzjoni ta' bejn US 97 WA 20 u S.Janis Road u ikser fuq il-lemin għal S Janis Road. Ikser fuq ix-xellug għal McLaughlin Canyon Road, ikser fuq il-lemin għal Hardy Road, u mbagħad dur fuq ix-xellug għal Chewilken Valley Road.

(b)

Il-Lvant: Minn Chewilken Valley Road dur fuq il-lemin għal JH Green Road, ikser fuq ix-xellug għal Hosheit Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Tedrow Trail Road, u ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal Brown Pass Road sal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe. Imxi lejn il-Punent mal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe u wara imxi lejn in-Nofsinhar sa ma taqsam il-US 97 WA 20.

(c)

In-Nofsinhar: Ikser fuq il-lemin għal US 97 WA 20, wara ikser fuq ix-xellug għal Cherokee Road, imbagħad dur fuq il-lemin għal Robinson Canyon Road. Ikser fuq ix-xellug għal Bide A Wee Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Duck Lake Road, dur fuq il-lemin għal Soren Peterson Road, dur fuq ix-xellug għal Johnson Creek Road, u mbagħad ikser fuq il-lemin għal George Road. Ikser fuq ix-xellug għal Wetherstone Road u mbagħad ikser fuq il-lemin għal Eplay Road.

(d)

Il-Punent: Minn Eplay Road ikser fuq il-lemin għal Conconully Road/6th Avenue N., ikser fuq ix-xellug għal Green Lake Road, wara dur fuq il-lemin għal Salmon Creek Road, erġa' dur fuq il-lemin għal Happy Hill Road u fl-aħħar ikser fuq ix-xellug għal Conconully Road (li tiġi fil-Main Street). Ikser fuq il-lemin għal Broadway, ikser fuq ix-xellug għal C Street, wara dur fuq il-lemin għal Lake Street E, erġa' dur fuq il-lemin għal Sinlahekin Road, ikser darba oħra fuq il-lemin għal S. Fish Lake Road, u erġa' ikser fuq il-lemin għal Fish Lake Road. Dur fuq ix-xellug għal N. Pine Creek Road, ikser fuq il-lemin għal Henry Road (li tiġi fl-N. Pine Creek Road), wara ikser fuq il-lemin għal Indian Springs Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Hwy 7 biex tispiċċa fil-US 97 WA 20.

WGM

VIII

P2

29.1.2015

16.6.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.4

L-Istat ta' Washington:

Il-kontea ta' Okanogan (2):

(a)

It-Tramuntana: Ibda fejn US Hwy 97 taqsam il-fruntiera Kanadiża, kompli lejn il-Lvant matul il-fruntiera Kanadiża u wara dur fuq il-lemin għal 9 Mile Road (County Hwy 4777).

(b)

Il-Lvant: Minn 9 Mile Road dur fuq il-lemin għal Old Hwy 4777 li tagħti għan-Nofsinhar għal Molson Road. Ikser fuq il-lemin għal Chesaw Road, dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, u erġa' ikser fuq ix-xellug għal Forest Development Road 350, li tispiċċa f'Forest Development Road 3625. Minn hemm imxi lejn il-Punent u dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, ikser fuq il-lemin għal Rone Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Box Spring Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Mosquito Creek Road, u fl-aħħar ikser fuq il-lemin għal Swanson Mill Road.

(c)

In-Nofsinhar: Minn Swanson Mill Road ikser fuq ix-xellug għal O'Neil Road u wara imxi lejn in-Nofsinhar f'US 97. Dur fuq il-lemin għal Ellis Forde Bridge Road, ikser fuq ix-xellug għal Janis Oroville (SR 7), wara ikser fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Wannacut Lake Road, ikser fuq ix-xellug għal Ellemeham Mountain Road, erġa' dur fuq ix-xellug għal Earth Dam Road, ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal triq bla isem, ikser fuq il-lemin għal triq bla isem, imbagħad dur fuq il-lemin għal triq oħra bla isem, ikser fuq ix-xellug għal triq bla isem u fl-aħħar dur fuq ix-xellug għal triq oħra bla isem.

(d)

Il-Punent: Mit-triq bla isem dur fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Smilkameen Road sal-fruntiera Kanadiża.

WGM

VIII

P2

3.2.2015

6.5.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.5

L-Istat ta' Oregon:

Il-Kontea ta' Douglas

WGM

VIII

P2

19.12.2014

23.3.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.6

L-Istat ta' Oregon:

Il-Kontea ta' Deschutes

WG

VIII

P2

14.2.2015

19.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.7

L-Istat ta' Oregon:

Il-Kontea ta' Malheur

WGM

VIII

P2

20.1.2015

11.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

L-Istat ta' Idaho:

 

Il-Kontea ta' Canyon

 

Il-Kontea ta' Payette

WGM

VIII

P2

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.8

L-Istat ta' California:

Il-Kontea ta' Stanislaus/Il-Kontea ta' Tuolumne:

Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

It-Tramuntana: 2,5 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn State Hwy. 108 u Williams Road.

(b)

Il-Grigal: 1,4 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Rock River Dr. u Tulloch Road.

(c)

Il-Lvant: 2,0 mili Majjistral mill-intersezzjoni bejn Milpitas Road u Las Cruces Road.

(d)

Ix-Xlokk: 1,58 mili Lvant mit-tarf tat-Tramuntana ta' Rushing Road.

(e)

In-Nofsinhar: 0,70 mili Nofsinhar mill-intersezzjoni bejn State Highway132 u Crabtree Road.

(f)

Il-Lbiċ: 0,8 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Hazel Dean Road u Loneoak Road.

(g)

Il-Punent: 2,5 mili Lbiċ mill-intersezzjoni bejn Warnerville Road u Tim Bell Road.

(h)

Il-Majjistral: 1,0 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn CA-120 u Tim Bell Road.

WGM

VIII

P2

23.1.2015

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

5.5.2015

 

 

 

US-2.9

L-Istat ta' California:

Il-Kontea ta' Kings:

Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

It-Tramuntana: 0,58 mili Tramuntana minn Kansas Avenue

(b)

Il-Grigal: 0,83 mili Lvant minn CA-43.

(c)

Il-Lvant: 0,04 mili Lvant minn 5th Avenue

(d)

Ix-Xlokk: 0,1 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn Paris Avenue u 7th Avenue

(e)

In-Nofsinhar: 1,23 mili Tramuntana minn Redding Avenue

(f)

Il-Lbiċ: 0,6 mili Punent mill-intersezzjoni ta' Paris Avenue u 15th Avenue

(g)

Il-Punent: 1,21 mili Lvant minn 19th Avenue

(h)

Il-Majjistral: 0,3 mili Tramuntana mill-intersezzjoni ta' Laurel Avenue u 16th Avenue

WGM

VIII

P2

12.2.2015

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

26.5.2015

 

 

 

US-2.10

L-Istat ta' Minnesota:

WGM

VIII

P2

5.3.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.11.1

L-Istat ta' Missouri:

 

Il-Kontea ta' Jasper

 

Il-Kontea ta' Barton

WGM

VIII

P2

8.3.2015

18.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.11.2

L-Istat ta' Missouri:

 

Il-Kontea ta' Moniteau

 

Il-Kontea ta' Morgan

WGM

VIII

P2

10.3.2015

11.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.11.3

L-Istat ta' Missouri:

Il-Kontea ta' Lewis

WGM

VIII

P2

5.5.2015

20.9.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.13

L-Istat ta' Arkansas:

 

Il-Kontea ta' Boone

 

Il-Kontea ta' Marion

WGM

VIII

P2

11.3.2015

13.7.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.14

L-Istat ta' Kansas:

 

Il-Kontea ta' Leavenworth

 

Il-Kontea ta' Wyandotte

WGM

VIII

P2

13.3.2015

12.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.15

L-Istat ta' Kansas:

 

Il-Kontea ta' Cherokee

 

Il-Kontea ta' Crawford

WGM

 

P2

9.3.2015

18.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.16

L-Istat ta' Montana:

 

Il-Kontea ta' Judith Basin

 

Il-Kontea ta' Fergus

WGM

VIII

P2

2.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.17

L-Istat ta' North Dakota:

WGM

VIII

P2

11.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.18

L-Istat ta' South Dakota

 

Il-Kontea ta' Beadle

 

Il-Kontea ta' Bon Homme

 

Il-Kontea ta' Brookings

 

Il-kontea ta' Brown

 

Il-kontea ta' Hutchinson

 

Il-kontea ta' Kingsbury

 

Il-kontea ta' Lake

 

Il-Kontea ta' McCook

 

Il-Kontea ta' McPherson

 

Il-Kontea ta' Minnehaha

 

Il-Kontea ta' Moody

 

Il-Kontea ta' Roberts

 

Il-Kontea ta' Spink

 

Il-Kontea ta' Yankton

WGM

VIII

P2

1.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.19.1

L-Istat ta' Wisconsin:

Il-Kontea ta' Barron

WGM

VIII

P2

16.4.2015

18.8.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.19.2

L-Istat ta' Wisconsin:

Il-Kontea ta' Jefferson

WGM

VIII

P2

11.4.2015

17.8.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.19.3

L-Istat ta' Wisconsin:

Il-Kontea ta' Chippewa

WGM

VIII

P2

23.4.2015

29.7.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.19.4

L-Istat ta' Wisconsin:

Il-Kontea ta' Juneau

WGM

VIII

P2

17.4.2015

6.8.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.20

L-Istat ta' Iowa:

WGM

VIII

P2

14.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.21

L-Istat ta' Indiana:

Il-Kontea ta' Whitley

WGM

VIII

P2

10.5.2015

8.8.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.22

L-Istat ta' Nebraska:

 

Il-Kontea ta' Dakota

 

Il-Kontea ta' Dixon

 

Il-Kontea ta' Thurston

 

Il-Kontea ta' Wayne

WGM

VIII

P2

11.5.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2


7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1364

tas-6 ta' Awwissu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

152,1

MK

31,4

ZZ

91,8

0707 00 05

TR

126,8

ZZ

126,8

0709 93 10

TR

122,6

ZZ

122,6

0805 50 10

AR

134,5

TR

109,0

UY

147,4

ZA

149,1

ZZ

135,0

0806 10 10

EG

292,1

MA

158,2

TN

158,2

ZZ

202,8

0808 10 80

AR

98,3

BR

98,1

CL

146,3

NZ

133,8

US

112,0

ZA

127,4

ZZ

119,3

0808 30 90

AR

125,5

CL

136,5

CN

95,2

MK

75,0

TR

166,5

ZA

117,6

ZZ

119,4

0809 29 00

TR

277,5

US

547,8

ZZ

412,7

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

145,9

ZZ

145,9

0809 40 05

BA

51,4

IL

141,4

MK

43,5

XS

57,7

ZZ

73,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


Rettifika

7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/38


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1278 tad-9 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet fir-rigward ta' struzzjonijiet, formoli u definizzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 205 tal-31 ta' Lulju 2015 )

F'paġna 26, fil-linji 100 sa 120 tat-tabella:

minflok:

“100

li minnhom: ikklerjati ċentralment permezz ta' QCCP

 

 

 

 

 

 

110

Derivattivi u Tranżazzjonijiet ta' Saldu fit-Tul

 

 

 

 

 

 

120

li minnhom: ikklerjati ċentralment permezz ta' QCCP”,

 

 

 

 

 

 

aqra:

“100

li minnhom: ikklerjati ċentralment permezz ta' QCCP

 

 

 

 

 

 

110

Derivattivi u Tranżazzjonijiet ta' Saldu fit-Tul

 

 

 

 

 

 

120

li minnhom: ikklerjati ċentralment permezz ta' QCCP”.

 

 

 

 

 

 


7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/38


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (2002/309/KE, Euratom)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 114 tat-30 ta' April 2002 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 041 p. 89)

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 89 tal-Edizzjoni Speċjali bil-Malti:

minflok:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, ta' l-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera”,

aqra:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni għal dak li jirrigwarda l-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera”.


7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/39


Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 76 tat-23 ta' Marzu 1992 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Volum 1, p. 179)

F'paġna 10, l-Artikolu 22(4):

minflok:

“4.   Fil-każi riferiti fl-Artikolu 8b l-Istat Membru tat-tluq għandu, fuq it-talba tal-venditur, iħallas lura id-dazju tas-sisa mħallas meta l-venditur ikun segwa il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 10(3).”,

aqra:

“4.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10 l-Istat Membru tat-tluq għandu, fuq it-talba tal-venditur, iħallas lura d-dazju tas-sisa mħallas meta l-venditur ikun segwa l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 10(3).”.