ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 311

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
31 ta' Ottubru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1160/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji ( 1 )

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jadatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq ( 1 )

19

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1162/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

21

 

*

Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41)

23

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2014/101/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ( 1 )

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/749/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK tat-30 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/751/PESK tat-30 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

54

 

 

2014/752/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Ġappun għall-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

55

 

 

2014/753/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' Singapor għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

58

 

 

2014/754/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza tal-qafas regolatorju ta' Ħong Kong għal kontropartijiet ċentrali għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

62

 

 

2014/755/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Awstralja għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet

66

 

 

2014/756/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2014 rigward ir-restrizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali li fihom l-IPBC u l-propikonażol innotifikati mill-Ġermanja skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2014) 7909)  ( 1 )

69

 

 

2014/757/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2014 dwar restrizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih l-IPBC innotifikat mill-Ġermanja skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2014) 7914)  ( 1 )

72

 

 

2014/758/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2014 li tiċħad ir-rifjut ta' awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali notifikat mill-Ġermanja skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2014) 7915)  ( 1 )

75

 

 

2014/759/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2014 li temenda l-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għat-Trichinella fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam li ġejjin minn annimali porċini domestiċi (notofikata bid-dokument C(2014) 7921)  ( 1 )

78

 

 

2014/760/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2014 dwar miżura meħuda mill-Ġermanja f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE li tirtira mis-suq u tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-ilbies għall-ħarsien mis-sħana Hitzeschutzazung FW Typ 3 (notifikata bid-dokument C(2014) 7977)

80

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2014/761/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2014 dwar l-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija

82

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra

Il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-21 ta' Marzu 2014 u fis-27 ta' Ġunju 2014, ser jiġu applikati b'mod proviżorju bis-saħħa tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim (1), it-tieni waħda kif emendata (2), mill-1 ta' Novembru 2014, safejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni:

 

it-Titolu I;

 

l-Artikoli 4, 5 u 6 tat-Titolu II;

 

it-Titolu III: l-Artikoli 14 u 19;

 

it-Titolu V: il-Kapitolu 1 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 338(k), u l-Artikoli 339 u 342), il-Kapitolu 6 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 361, l-Artikolu 362(1)(c), l-Artikolu 364, u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 365), il-Kapitolu 7 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 368(3) u l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 369 (3)), il-Kapitoli 12 u 17 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 404(h)), il-Kapitolu 18 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 410(b) u l-Artikolu 411), il-Kapitoli 20, 26 u 28, kif ukoll l-Artikoli 353 u 428;

 

it-Titolu VI;

 

it-Titolu VII (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 479(1)), sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu huma limitati għall-iskop li tkun żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim;

 

l-Anness XXVI, l-Anness XXVII (bl-eċċezzjoni tal-kwistjonijiet nukleari), l-Annessi XXVIII sa XXXVI (bl-eċċezzjoni tal-punt 3 fl-Anness XXXII),

 

l-Annessi XXXVIII sa XLI, l-Annessi XLIII u XLIV kif ukoll Protokolli I sa III.


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 1.

ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 289, 3.10.2014, p. 1.

(3)  Ir-referenza fil-punt (c) tal-Artikolu 369 għal “l-iżvilupp ta' strateġiji ta' finanzjament li jiffukaw fuq il-manutenzjoni, il-limiti tal-kapaċità u tal-lakuna fl-infrastruttura” ma toħloq ebda obbligu ta' finanzjament għall-Istati Membri.


REGOLAMENTI

31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1159/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Il-Kunsill iqis li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni u entitajiet jitħallew fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma' ċerti persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandha tiġi aġġornata.

(4)

Għaldaqstant l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 hu b'dan emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin huma mneħħija mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

A.   Persuni

Nru 2

Akulich, Sviatlana Rastsislavauna;

Nru 3

Aliaksandrau, Dzmitry Piatrovich;

Nru 34

Chasnouski, Mechyslau Edvardavich;

Nru 45

Gardzienka, Siarhei Aliaksandravich;

Nru 46

Guseu, Aliaksei Viktaravich;

Nru 70

Kaliada, Aliaksandr Mikhailavich;

Nru 76

Kastsian, Siarhei Ivanavich;

Nru 82

Khadanovich, Aliaksandr Alyaksandrauvich;

Nru 90

Kisialiova, Nadzeia Mikalaeuna;

Nru 99

Krot, Ihar Uladzimiravich;

Nru 100

Krukouski, Viachaslau Iafimavich;

Nru 102

Kukharchyk, Piotr Dzmitryevich;

Nru 132

Mikhalchanka, Aliaksei Yakaulevich;

Nru 141

Orda, Mikhail Siarheevich;

Nru 143

Padaliak, Eduard Vasilievich;

Nru 147

Peftsieu, Uladzimir Paulavich;

Nru 159

Reliava, Aksana Anatolyeuna;

Nru 172

Sheiko, Ina Valerieuna;

Nru 189

Stosh, Mikalai Mikalaevich;

Nru 197

Taranda, Aliaksandr Mikhailavich;

Nru 198

Tarapetskaia, Halina Mikhailauna;

Nru 199

Ternavsky, Anatoly Andreevich;

Nru 205

Tsitsiankova, Alena Viktarauna;

Nru 220

Yuferytsyn, Dzmitry Viktaravich.

B.   Entitajiet

Nru 2

Private Unitary Enterprise (PUE) BT Telecommunications;

Nru 6

JLLC Neftekhimtrading;

Nru 21

JLLC Triplepharm;

Nru 22

LLC Triple-Veles;

Nru 23

Univest-M;

Nru 24

FLLC Unis Oil;

Nru 25

JLLC UnivestStroyInvest.

II.

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin stipulati fl-Anness I għad-Deċiżjoni (KE) Nru 765/2006 huma sostitwiti b'dan li ġej:

A.   Persuni

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Isem

(Ortografija Bjelorussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet

12.

Bakhmatau, Ihar Andreevich

Bakhmatov, Igor Andreevich

Image

БАХМАТОВ, Игорь Андреевич

Indirizz: БФСО “Динамо”

220030, г. Минск, ул. Кирова 8 корп. 2

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala ex-Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ġie riassenjat mal-forzi tar-riżerva f'Mejju 2012.

Membru wkoll tal-Kunsill Ċentrali ta' CJSC Dinamo- Minsk li huwa elenkat fil-punt 20 tat-Taqsima B.

33.

Charnyshou, Aleh Anatolievich

Chernyshev, Oleg Anatolievich

Image

Image

Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-intelligence estera, minn April 2014. Kurunell, kien responsabbli mill-unità ta' kontra t-terroriżmu tal-KGB, l-unità “Alpha”. Huwa pparteċipa personalment fit-trattament inuman u degradanti ta' attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

35.

Chatviartkova, Natallia Alexeeuna

Chetvertkova, Natalia Alexeevna (Chetvertkova, Natalya Alexeevna)

ЧАТВЯРТКОВА, Наталля Алексееўнa

ЧЕТВЕРТКОВА, Наталья Алексеевнa

 

Kienet Viċi President u mħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk (sat-18.6.2012).

Hija trattat il-proċess tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov, attivista tas-soċjetà ċivili Ilia Vasilevich, Fedor Mirzoianov, Oleg Gnedchik u Vladimir Yeriomenok. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' xhieda irrilevanti għall-akkużati.

40.

Dysko, Henadz Iosifavich

Dysko, Gennadi Iosifovich

Image

Image

Data tat-twelid: 1964

Post tat-twelid: Oshmiany, reġjun ta' Hrodna

Indirizz: 210601 г.Витебск, ул. Жесткова, 14а (ul. Zhestkova, 14a Vitebsk)

Prosekutur tar-Reġjun ta' Vitebsk sat-2.8.2011. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Dan jinkludi r-responsabbiltà għal kawżi kontra Siarhei Kavalenka u Andrei Haidukow.

41.

Dzemiantsei, Vasil Ivanavich (Dzemyantsey, Vasil Ivanovich)

Dementei, Vasili Ivanovich (Dementey, Vasili Ivanovich)

ДЗЕМЯНЦЕЙ, Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ, Василий Иванович

Data tat-twelid: 20.9.1954

Post tat-twelid: Distrett ta' Chashniki, reġjun ta' Vitebsk

ID: 3200954E045PB4

Indirizz: Гродненская региональная таможня

230003, г. Гродно, ул. Карского, 53

Kap tal-Kumitat reġjonali tad-Dwana ta' Hrodna, kien l-Ewwel Viċi President tal-KGB (2005-2007), kien Viċi Kap tal-Kumitat tad-Dwana tal-Istat.

Huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari fl-2006 u l-2007.

42.

Dziadkou, Leanid Mikalaevich

Dedkov, Leonid Nikolaevich

ДЗЯДКОЎ, Леанiд Мiкалаевiч

ДЕДКОВ, Леонид Николаевич

Data tat-twelid: 10.1964

ID: 3271064M000PB3

Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Eks-Viċi Kap tal-KGB (minn Lulju 2013), inkarigat mill-intelligence estera. Kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika.

55.

Hureeu Siarhei Viktaravich (Hureyeu Siarhey Viktaravich)

Gureev Sergei Viktorovich, (Gureyev Sergey Viktorovich)

Image

ГУРЕЕВ, Сергей Викторович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Viċi Ministru tal-Intern u Kap tal-Investigazzjoni Preliminari, huwa kien responsabbli għas-soppressjoni vjolenti ta' protesti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul il-proċedimenti tal-investigazzjonijiet fir-rigward tal-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Ingħaqad mal-forzi ta' riżerva fi Frar 2012. Attwalment huwa Ġeneral fil-forzi ta' riżerva.

62.

Iauseev, Ihar Uladzimiravich (Yauseev, Ihar Uladzimiravich; Yauseyev, Ihar Uladzimiravich)

Evseev, Igor Vladimirovich (Yevseev, Igor Vladimirovich; Yevseyev, Igor Vladimirovich)

ЯЎСЕЕЎ, Irap Уладзiмiравiч

ЕВСЕЕВ, Игорь Владимирович

Data tat-twelid: 1968

Indirizz: г.Витебск, пр-т Фрунзе, д.41а

Kap tal-Pulizija reġjonali ta' Vitebsk (minn Ġunju 2012), ġeneral tal-pulizija (mill-2013). Ex-Viċi Kap tal-Pulizija ta' Minsk u Kap tal-iskwadra ta' kontra l-irvellijiet (OMON) ta' Minsk. Kellu l-kmand tat-truppi li xejnu d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tad-19 ta' Diċembru 2010 u ħa sehem personalment fil-brutalità, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. Fl-2011, kellu l-kmand ukoll tat-truppi li rażżnu diversi protesti oħra minn attivisti politiċi u ċittadini paċifiċi f'Minsk.

68.

Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich

(Kakunin, Aliaxandr Aliaxandravich)

Kakunin, Aleksandr Aleksandravich

(Kakunin, Alexandr Alexandrovich)

КАКУНИН, Александр Александрович

Image

Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk

Responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, imċaħħda mill-aċċess għall-avukati u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-superviżjoni tiegħu. Kakunin għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

73.

Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich

Konoplev, Vladimir Nikolaevich

КАНАПЛЕЎ, Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ, Владимир Николаевич

Data tat-twelid: 3.1.1954

Post tat-twelid: Akulintsi, reġjun ta' Mohilev

ID: 3030154A124PB9

Indirizz: Национальный олимпийский комитет Республики Беларусь

220020 г. Минск ул.Радужная, 27

Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-President Lukashenka li miegħu ħadem mill-qrib matul is-snin tmenin u l-aktar fis-snin disgħin. Viċi Kap tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali (il-Kap huwa Alexandr Lukashenka), Kap tal-Federazzjoni tal-Handball. Ex-President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, maħtur mill-President. Kien wieħed mill-atturi ewlenin fl-elezzjoni presidenzjali frodulenti fl-2006.

Ingħata residenza f'Minsk, fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali.

78.

Kavaliou, Aliaksandr Mikhailavich

Kovalev, Aleksandr Mikhailovich

КАВАЛЕЎ, Аляксандр Мiхайлавiч

КОВАЛЕВ, Александр Михайлович

 

Kien Direttur tal-kamp tal-priġunieri f'Horki. Huwa kien responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti, speċjalment għall-persekuzzjoni u t-trattament ta' tortura tal-attivist tas-soċjetà ċivili Dmitri Dashkevich, li ġie mitfugħ il-ħabs b'rabta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

85.

Khmaruk, Siargei Konstantinovich

Khmaruk, Sergei Konstantinovich (Khmaruk, Sergey Konstantinovich)

ХМАРУК, Сяргей Канстанцiнавiч

ХМАРУК, Сергей Константинович

Indirizz: Прокуратура г. Минска ул. Раковская 38

Prosekutur tal-Belt ta' Minsk. Kien Prosekutur tar-Reġjun ta' Brest. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

Promoss fi Frar 2011.

93.

Konan, Viktar Aliaksandravich

Konon, Viktor Aleksandrovich

КОНАН, Вiктар Аляксандравiч

КОНОН, Виктoр Александрович

 

Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala Viċi Prosekutur Ġenerali sal-2012, huwa kien inkarigat u involut direttament fl-attivitajiet kollha tal-intelligence mwettqa mill-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali kontra entitajiet indipendenti u tal-oppożizzjoni, inkluż fl-2010.

94.

Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

Kornov, Vladimir Vladimirovich

КОРНАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

КОРНОВ, Владимир Владимирович

Indirizz: Суд Советского района г. Минска

220113, г. Минск, Логойский тракт, 3

Tel: +375 17 280 83 40

Kap tal-Qorti Distrettwali ta' Sovetski ta' Minsk, kien Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

95.

Korzh, Ivan Aliakseevich

Korzh, Ivan Alekseevich

КОРЖ, Iван Аляксеевiч

КОРЖ, Иван Алексеевич

 

Ġeneral, Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Hrodna.

97.

Krasheuski, Viktar

Krashevski, Viktor

Image

КРАШЕВСКИЙ, Виктор

 

Ġeneral, Kien Kap tal-GRU (Dipartiment tal-Intelligence tal-Ministeru tad-Difiża) u Viċi Kap tal-persunal tal-Forzi Armati tal-Bjelorussja (sa Frar 2013). Responsabbli għall-attività tas-servizzi tal-intelligence fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

105.

Kuzniatsou, Ihar Nikonavich

Kuznetsov, Igor Nikonovich

КУЗНЯЦОЎ, Irap Нiконaвiч

КУЗНЕЦОВ, Игорь Никонович

Indirizz: Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB Бядули 2, 220034, Минск

Ġeneral, Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, kien Kap tal-KGB fir-reġjun ta' Minsk u fil-belt ta' Minsk.

Bħala l-persuna responsabbli għat-tħejjija u t-taħriġ tal-persunal tal-KGB, huwa kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fir-rigward tal-funzjonijiet preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-istess attività repressiva tal-KGB fil-belt ta' Minsk u fir-reġjun ta' Minsk.

114.

Liabedzik, Mikhail Piatrovich

Lebedik, Mikhail Petrovich

ЛЯБЕДЗIК, Мiхаiл Пятровiч

ЛЕБЕДИК, Михаил Петрович

Indirizz: Ул. Б.Хмельницкого, 10 а, Минск, 220013

Matul il-kampanja elettorali Presidenzjali tal-2010 huwa nħatar mill-Kap tal-Kumitat Elettorali Ċentrali. L-ewwel Viċi Kap (maħtur mill-ġdid fil-21 ta' Jannar 2014) tal-Bord Superviżorju inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità mal-proċeduri u r-regoli tal-kampanji elettorali fil-mezzi tal-informazzjoni, u, bħala tali, kellu rwol attiv fil-propaganda tar-reġim matul il-kampanji elettorali tal-2010 u l-2012. Fis-26 ta' Ottubru 2011 huwa ingħata l-“Ordni ta' Franzisk Skorina” mill-President. F'Settembru 2012, huwa rrifjuta li jinkludi membri tal-mezzi tal-informazzjoni indipendenti fil-Bord. L-Ewwel Viċi Editur tal-gazzetta tal-Amministrazzjoni tal-President u l-gazzetta ewlenija ta' propaganda “Sovietskaia Belarus”. Sors ta' politika favur il-gvern, iffalsifika l-fatti u għamel kummenti inġusti dwar il-proċessi li għaddejjin fil-Bjelorussja kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, li ġew deskritti sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, b'mod partikolari wara l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-2010.

115.

Liaskouski, Ivan Anatolievich

Leskovski, Ivan Anatolievich

ЛЯСКОЎСКI, Iван Анатольевiч

ЛЕСКОВСКИЙ, Иван Анатольевич

 

Kien Kap tal-KGB għar-reġjun ta' Homel u kien Viċi Kap tal-KGB għal Homel. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Homel. Huwa tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu mill-President fit-2 ta' April 2014 għal imġiba mhux xierqa.

117.

Lomats, Zianon Kuzmich

Lomat, Zenon Kuzmich

ЛОМАЦЬ, Зянон Кузьмiч

ЛОМАТЬ, Зенон Кузьмич

Data tat-twelid: 27.1.1944

Post tat-twelid: Karabani, Minsk

Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala President tal-Kumitat għall-Kontroll mill-Istat (sal-2010) kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fil-każ ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

118.

Lopatko, Alexander Alexandrovich

Александр Александрович Лопатко

Аляксандр Аляксандровiч Лапатка

Viċi Kap tal-kolonja penali IK-9 f'Mazyr

Responsabbli għat-trattament inuman ta' D.Dashevich, li jinkludi torturi u ċaħda tal-aċċess għal rappreżentanti legali. Lopatko kellu pożizzjoni ewlenija fil-kolonja penali fejn inżamm Dashekevich u fejn ġiet applikata pressjoni psikoloġika, inkluża ċ-ċaħda ta' irqad u l-iżolament, fuq il-priġunieri politiċi inkluż is-Sur Dashekevich.

120.

Lukashenka, Dzmitry Aliaksandravich

Lukashenko, Dmitri Aleksandrovich

Image

ЛУКАШЕНКО, Дмитрий Александрович

Data tat-twelid: 23.3.1980

Indirizz: Klabb tal-Isports tal-President

220029, г. Минск, ул. Старовиленская, 4.

Negozjant, b'parteċipazzjoni attiva f'operazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu l-familja Lukashenka.

President tal-Klabb tal-Isports tal-President.

126.

Maltsau, Leanid Siamionavich

Maltsev, Leonid Semenovich

МАЛЬЦАЎ, Леанiд Сяменавiч

МАЛЬЦЕВ, Леонид Семенович

Data tat-twelid: 29.8.1949,

Post tat-twelid: Vetenevka, Slonim rayon, Reġjun ta' Hrodna

(д. Ветеньевка, Слонимского района, Гродненской области)

ID: 3290849A002PB5

Kap tal-Kumitat tal-Fruntiera tal-Istat, kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà.

137.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-twelid: Smolensk (Russja)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Ex-Ministru tal-Intern u wkoll ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa.

Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali.

146.

Paulichenka, Dzmitry Valerievich

Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich)

Image

ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич

Data tat-twelid: 1966,

Post tat-twelid: Vitebsk

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

220028, Минск Маяковского, 111

Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR).

Negozjant, Kap tal-“Unur”, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern.

148.

Piakarski, Aleh Anatolievich

Pekarski, Oleg Anatolievich

ПЯКАРСКI, Алег Анатольевiч

ПЕКАРСКИЙ, Олег Анатольевич

ID: 3130564A041PB9

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala l-ewwel Viċi Ministru tal-Intern (sal-2012), kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

Kurunell fil-forzi ta' riżerva.

155.

Pykina, Natallia Mikhailauna (Pykina, Natalia Mikhailauna)

Pikina, Natalia Mikhailovna (Pykina, Natalya Mikhailovna)

Image

Image

Data tat-twelid: 20.4.1971

Post tat-twelid: Rakov

Indirizz: Суд Партизанского района г. Минска

220027, г. Минск, ул. Семашко, 33

Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali motivati politikament kontra rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Imħallef tal-Qorti Distrettwali Partizanski li qed tittratta l-kawża ta' Likhovid. Fid-29 ta' Marzu 2011, hija kkundannat lis-Sur Likhovid, attivist ta' “Il-Moviment għall-Ħelsien”, għal tliet snin u nofs ħabs. Hija ġiet maħtura Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk.

157.

Rakhmanava, Maryna Iurievna

Rakhmanova, Marina Iurievna

РАХМАНАВА, Марына Юр'еуна

РАХМАНОВА, Марина Юрьевна

Data tat-twelid: 1970

Post tat-twelid: Hrodna

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tat-Talbiet Pubbliċi fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Hrodna. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hija kienet responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012.

160.

Rubinau, Anatol Mikalaevich

Rubinov, Anatoli Nikolaevich

PYБIНAЎ, Анатоль Мiкалаевiч

РУБИНОВ, Анатолий Николаевич

Data tat-twelid: 15.4.1939

Mohilev

President tal-Kamra Superjuri tal-Parlament, kien Viċi Kap inkarigat mill-Mezzi tal-Informazzjoni u l-Ideoloġija tal-Amministrazzjoni tal-President (2006-2008). F'dik il-pożizzjoni, kien wieħed mill-għejun u l-ilħna ewlenin tal-propaganda statali u tal-appoġġ ideoloġiku għar-reġim. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà minn Marzu 2014.

161.

Rusak, Viktar Uladzimiravich

Rusak, Viktor Vladimirovich

РУСАК, Вiктар Уладзiмiравiч

РУСАК, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 4.5.1955

Post tat-twelid: Minsk

Indirizz: Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi Kap tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali. Ex-Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika.

Kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

166.

Sauko, Valery Iosifavich

Savko, Valeri Iosifovich

САЎКО, Валерый Iосiфавiч

САВКО, Валерий Иосифович

 

Kap tal-fergħa Hrodna tat-trade union favur ir-reġim. Ex-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (KER) tar-Reġjun ta' Hrodna għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010 u l-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għall-falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Hrodna.

167.

Shaeu, Valiantsin Piatrovich (Shayeu, Valyantsin Piatrovich)

Shaev, Valentin Petrovich (Shayev, Valentin Petrovich)

ШАЕЎ, Валянцiн Пятровiч

ШАЕВ, Валентин Петрович

 

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Prosekutur tar-reġjun ta' Homel. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

171.

Shchurok, Ivan Antonavich

Shchurok, Ivan Antonovich

ШЧУРОК, Iван Антонавiч

ЩУРОК, Иван Антонович

 

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Vitebsk. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012.

184.

Sirenka, Viktar Ivanavich

Sirenko, Viktor Ivanovich

Image

СИРЕНКО, Виктор Иванович

Data tat-twelid: 4.3.1962

ID: 3040362B062PB7

Indirizz: Комитет по здравоохранению Минского горисполкома

ул. Маяковского, 22, корп. 2, 220006, г. Минск

Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk u ex-Kap Kirurgu tal-Isptar tal-Emerġenza ta' Minsk. Huwa ma opponiex il-ħtif tal-kandidat presidenzjali Nekliayev, li kien ittrasportat lejn l-isptar tiegħu wara li safa' msawwat severament fid-19 ta' Diċembru 2010 u, billi naqas li jsejjaħ lill-pulizija, ikkoopera mal-awturi mhux magħrufa. Dan in-nuqqas ta' azzjoni wassal għall-promozzjoni.

Bħala Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa għall-ħaddiema fis-soppressjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

185.

Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich)

Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich

СIВАКАЎ, Юрый Леанідавіч

СИВАКОВ, Юрий Леонидович

Data tat-twelid: 5.8.1946,

Post tat-twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

220028, Минск Маяковского, 111

Organizza l-għajbien mhux solvut ta' uri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999-2000. Ex-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, ex-Ministru għall-Intern u kien Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.

186.

Skurat, Viktar Vatslavavich

Skurat, Viktor Vatslavovich

СКУРАТ, Вiктар Вацлавaвiч

СКУРАТ, Виктор Вацлавович

 

Kien Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Ministeru għall-Intern. F'din il-kapaċità responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari wara dak li seħħ b'riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2010. Fi Frar 2011, huwa rċieva premju fil-forma ta' ċertifikat ta' rikonoxximent għas-servizzi tiegħu. Irtirat minn Frar 2013. Kap tad-dipartiment tas-sigurtà tal-kumpannija holding “MZOR”, li hija kumpannija tal-Istat taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Industrija tar-Repubblika tal-Bjelorussja u għalhekk assoċjat direttament mar-reġim ta' Lukashenka.

201.

Traulka, Pavel

Traulko, Pavel

ТРАУЛЬКА, Павел

ТРАУЛЬКО, Павел

 

Logutenent Kurunell, li kien operattiv tal-kontrospjunaġġ militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja). Huwa ffalsifika evidenza u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħand attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti u għaċ-ċaħda tad-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

202.

Trutka, Iury Igorevich (Trutka, Yury Igorevich)

Trutko, Iury (Yurij, Yuri) Igorevich

ТРУТКA, Юрый Iгаравич

ТРУТКО, Юрий Игоревич

Viċi Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk

Responsabbli għat-trattament inuman u krudili tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, miċħuda l-aċċess għal rappreżentazzjoni legali u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-sorveljanza tiegħu. Trutko għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

217.

Volkau, Siarhei Mikhailavich

Volkov, Sergei Mikhailovich (Volkov, Sergey Mikhailovich)

ВОЛКАЎ, Сяргей Мiхайлавiч

ВОЛКОВ, Сергей Михайлович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord tal-KGB tal-Intelligence, kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

221.

Zaharouski, Anton Uladzimiravich

Zagorovski, Anton Vladimirovich

ЗАГАРОЎСКI, Антон Уладзiмiравiч

ЗАГОРОВСКИЙ, Антон Владимирович

 

Prosekutur tal-Belt ta' Minsk, kien Prosekutur tad-Distrett Frunzenski ta' Minski, li ttratta l-kawża tad-dimostrant Vasili Parfenkov fi Frar 2011, u l-kawża kontra A. Sannikau f'Lulju 2011. Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

222.

Zaitsau, Vadzim Iurievich

Zaitsev, Vadim Iurievich

ЗАЙЦАЎ, Вадзiм Юр'евiч

ЗАЙЦЕВ, Вадим Юрьевич

Data tat-twelid: 1964

Post tat-twelid: Reġjun ta' Zhitomyr, Ukraina (USSR)

Kap Eżekuttiv tal-kumpannija pubblika-privata Cosmos TV minn Ġunju 2013, maħtur mill-Gvern tal-Bjelorussja bħala rappreżentant tal-Istat. Kien Kap tal-KGB (Lulju 2008-Novembru 2012).

Responsabbli għat-trasformazzjoni tal-KGB fl-organu prinċipali tar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Responsabbli għat-tixrid, permezz tal-mezzi tal-informazzjoni, ta' informazzjoni falza dwar id-dimostranti fid-19 ta' Diċembru 2010, meta allega li kienu ġabu materjal biex jintuża bħala armi. Huwa hedded personalment il-ħajja u s-saħħa tal-mara u t-tifel tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov. Huwa l-istigatur prinċipali ta' ordnijiet għal intimidazzjoni illegali tal-oppożizzjoni demokratika, it-tortura ta' avversarji politiċi u l-maltrattament tal-priġunieri.

224.

Zakharau, Aliaksei Ivanavich

Zakharov, Aleksei Ivanovich (Zakharov, Alexey Ivanovich)

ЗАХАРАЎ, Аляксей Iванавiч

ЗАХАРОВ, Алексей Иванович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ Militari tal-KGB (sal-2012), kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Taħt is-superviżjoni tiegħu, il-persunal tal-KGB ħa sehem f'interrogazzjonijiet ta' attivisti politiċi wara d-dimostrazzjoni tad-19 ta' Diċembru 2010.

226.

Zhadobin, Iury Viktaravich (Zhadobin, Yury Viktaravich)

Zhadobin, Iuri Viktorovich (Zhadobin, Yuri Viktorovich)

ЖАДОБIН, Юрый Biктapaвiч

ЖАДОБИН, Юрий Викторович

Data tat-twelid: 14.11.1954

Post tat-twelid: Dnipropetrovsk

ID: 3141154A021PB0

Ministru għad-Difiża minn Diċembru 2009.

Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, japprova d-deċiżjonijiet repressivi maqbula fil-livell ministerjali, inkluża d-deċiżjoni dwar ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Wara Diċembru 2010, faħħar ir-“rebħa totali fuq forzi distruttivi”, meta rrefera għall-oppożizzjoni demokratika.

227.

Zhuk, Alena Siamionauna (Zhuk Alena Syamionauna)

Zhuk Elena Semenovna (Zhuk Yelena Semyonovna)

ЖУК, Алена Сямёнаўна

ЖУК, Елена Семеновна

 

Imħallef tal-qorti distrettwali ta' Pervomayskij f'Vitsebsk. Fl-24 ta' Frar 2012, hija kkundannat lil Syarhei Kavalenka, li kien meqjus bħala priġunier politiku fl-2012 u fl-2013, għal sentejn u xahar il-ħabs talli ma ħarisx il-perijodu ta' prova. Alena Zhuk kienet direttament responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuna għax ċaħdet lil Syarhei Kavalenka mid-dritt ta' proċess ġust. Syarhei Kavalenka qabel kien ingħata sentenza sospiża talli dendel barra f'Vitsebsk bandiera bajda-ħamra-bajda storika, simbolu tal-moviment tal-oppożizzjoni, li kienet ġiet ipprojbita. Is-sentenza sussegwenti mogħtija minn Alena Zhuk kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta titqies in-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet ta' Alena Zhuk ikkostitwixxew ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

228.

Zhuk, Dzmitry Aliaksandravich

Zhuk, Dmitri Aleksandrovich

ЖУК, Дзмiтрый Аляксандравiч

ЖУК, Дмитрий Александрович

Data tat-twelid: 7.7.1970

ID: 3070770A081PB7

Indirizz: БЕЛОРУССКОЕ ТЕЛЕГРАФНОЕ АГЕНТСТВО

Республика Беларусь, 220030, Минск, ул. Кирова, 26

Direttur Ġenerali (Kap Eżekuttiv) tal-Aġenzija tal-Aħbarijiet tal-Istat BELTA minn Mejju 2003.

Huwa responsabbli li wassal il-propaganda tal-Istat fil-mezzi tal-informazzjoni, li appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili fid-19 ta' Diċembru 2010 bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

230.

Zhukouski, Siarhei Kanstantsinavich

Zhukovski, Sergei Konstantinovich

ЖУКОЎСКI, Сяргей Канстанцiнавiч

ЖУКОВСКИЙ, Сергей Константинович

 

Viċi Prosekutur tad-Distrett Zavodskoi ta' Minsk li qed jittratta l-kawża ta' Khalip Irina, Martselev Sergei, Severinets Pavel, rappreżentanti eċċellenti tas-soċjetà ċivili. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, u mhux appoġġata b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

B.   Entitajiet

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Isem

(Ortografija Bjelorussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Beltechexport

 

Image

Repubblika tal-Bjelorussja, 220012, Minsk, Nezavisimost ave., 86-B

Tel: (+375 17) 263-63-83,

Numru tal-fax: (+375 17) 263-90-12

Beltechexport tibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja

3.

Beltech Holding

Белтех Холдинг

 

 

Beltech Holding tibbenefika mir-reġim, b'mod partikolari permezz tal-Beltechexport, li hija parti mill-Beltech Holding. Beltechexport jibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja.


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1160/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u r-regoli applikabbli għall-kontrolli fuq tali movimenti.

(2)

Il-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 telenka l-pajjiżi u t-territorji terzi li huma ħielsa mill-idrofobija u l-pajjiżi u t-territorji terzi fejn ir-riskju li tidħol l-idrofobija fl-Unjoni bħala riżultat ta' movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi minn dawn il-pajjiżi u t-territorji terzi, instab li mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat ma' tali movimenti bejn l-Istati Membri.

(3)

Biex jiġi inkluż f'dik il-lista, pajjiż terz irid juri l-istatus tiegħu fir-rigward tal-idrofobija u li jikkonforma ma ċerti rekwiżiti marbuta man-notifika tas-sospensjoni tal-idrofobija, is-sistema ta' monitoraġġ, l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tiegħu, l-implimentazzjoni tal-miżuri regolatorji kollha għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-idrofobija u r-regolamenti dwar il-kummerċjalizzazzjoni tat-tilqim kontra l-idrofobija.

(4)

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ppreżentat informazzjoni dwar l-istatus tagħha fir-rigward tal-idrofobija, kif ukoll informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003. Mill-valutazzjoni ta' dik l-informazzjoni, jidher li l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stipulati f'dak ir-Regolament u għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista stipulata fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għaldaqstant jinbidel skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja bejn l-annotazzjoni għal Santa Lucija u dik għal Montserrat:

“MK … l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1161/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jadatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar l-apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni u l-ispezzjoni tat-takografi diġitali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 (2) introduċa adapter bħala soluzzjoni temporanja sal-31 ta' Diċembru 2013, biex ikunu jistgħu jiġu installati takografi f'vetturi tat-tip Ml u N1, f'konformità mal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 ġie sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew utal-Kunsill (3) dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq li għalih il-proċedura leġiżlattiva ġiet konkluża fil-15 ta' Jannar 2014.

(4)

Il-Premessa 5 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tistipula li l-Kummissjoni se tikkunsidra li testendi l-perjodu ta' validità tal-adapter għal vetturi Ml u N1 sal-2015 u se tkompli tieħu f'kunsiderazzjoni soluzzjoni fit-tul għal vetturi Ml u N1 qabel l-2015.

(5)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Takografu Diġitali: Pjan direzzjonali għall-attivitajiet tal-ġejjieni” (4), li akkumpanjat il-proposta għar-Regolament (UE) Nru 165/2014, tipprevedi perjodu ta' żmien ta' sentejn għat-tħejjija u l-adozzjoni ta' annessi u appendiċijiet, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 165/2014.

(6)

Soluzzjoni permanenti dwar l-adapter għandha tiġi stipulata fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-aspettattiva leġittima, il-possibbiltà li jintużaw adapters f'vetturi tat-tip Ml u N1 għandha għalhekk tiġi estiża mill-inqas sal-adozzjoni ta' dawk l-annessi u l-appendiċijiet tekniċi.

(7)

B'kunsiderazzjoni li r-Rekwiżit 172 skada fil-31 ta' Diċembru 2013, l-estensjoni tas-soluzzjoni tal-adapter għandha tkun valida b'effett retroattiv minn dik id-data.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IB tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 huwa mibdul kif ġej:

 

Fil-parti I Definizzjonijiet, punt (rr), l-ewwel inċiż, id-data “31 ta' Diċembru 2013” hija sostitwita b'“31 ta' Diċembru 2015”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat-23 ta' Jannar 2009 addattament għad-disa' darba għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(4)  COM(2011)454 final.


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1162/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

59,9

MA

95,7

MK

50,7

ZZ

68,8

0707 00 05

AL

65,0

MK

80,7

TR

116,3

ZZ

87,3

0709 93 10

MA

82,8

TR

132,9

ZZ

107,9

0805 50 10

AR

72,8

TR

90,5

UY

29,5

ZZ

64,3

0806 10 10

BR

272,2

MD

36,9

PE

362,4

TR

139,8

US

406,3

ZZ

243,5

0808 10 80

BR

53,2

CL

87,3

NZ

141,0

ZA

214,7

ZZ

124,1

0808 30 90

CN

68,8

TR

99,6

ZZ

84,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/23


REGOLAMENT (UE) Nru 1163/2014 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Ottubru 2014

dwar it-tariffi superviżorji

(BĊE/2014/41)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jagħti kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1) u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3), l-Artikolu 30 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika u l-analiżi li saret skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jistabbilixxi Mekkanimu Superviżorju Uniku (MSU) kompost mill- BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs).

(2)

Bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE huwa responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-MSU għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha, kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta fl-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro kif ukoll fi Stati Membri li mhumiex taż-żona tal-euro li jidħlu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fi ħdan l-MSU u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (2).

(3)

L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprovdi għal impożizzjoni ta' tariffa superviżorja annwali mill-BĊE fuq istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti u fuq friegħi stabbiliti fi Stat Membru parteċipant minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti. It-tariffi li l-BĊE jimponi għandhom ikopru, u ma jaqbżux, in-nefqa li jagħmel il-BĊE fir-rigward tal-kompiti li jingħatawlu mill-Artikoli 4 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(4)

Għaldaqstant it-tariffa superviżorja annwali għandha tinkludi ammont li għandu jitħallas ta' kull sena mill-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti u friegħi stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti li huma ssorveljati fi ħdan l-MSU.

(5)

Fi ħdan l-MSU, ir-responsabbiltajiet superviżorji tal-BĊE u kull NCA huma allokati fuq il-bażi tal-importanza tal-entitajiet issorveljati.

(6)

Il-BĊE għandu kompetenza superviżorja diretta fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti, kumpanniji holding finanzjarji mħallta stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti, u friegħi li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti stabbiliti fi Stati Membri li mhumiex parteċipanti.

(7)

Il-BĊE jissorvelja wkoll il-funzjonament tal-MSU, li jinkludi l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha, kemm sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti. Il-BĊE huwa kompetenti esklussivament fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti biex entitajiet jiġu awtorizzati li jibdew in-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu, jirtiraw awtorizzazzjonijiet u biex jivvalutaw akkwisti u trasferimenti ta' holdings li jikkwalifikaw.

(8)

L-NCAs huma responsabbli għas-superviżjoni diretta ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni, mingħajr preġudizzju għall-poter tal-BĊE li jeżerċita superviżjoni diretta f'każijiet speċifiċi meta dan ikun meħtieġ għall-applikazzjoni konsistenti ta' standards superviżorji għoljin. Meta jiġi allokat l-ammont li jrid jiġi rkuprat permezz tat-tariffi superviżorji bejn il-kategoriji ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni, jiġu kkunsidrati dan it-tqassim ta' responsabbiltajiet superviżorji ġewwa l-MSU u n-nefqa relatata magħmula mill-BĊE.

(9)

L-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jeħtieġ li l-BĊE għandu jippubblika permezz ta' regolamenti u deċiżjonijiet l-arranġamenti operattivi ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti li jingħatawlu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(10)

Skont l-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, it-tariffi għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi li jirrelataw mal-importanza u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kkonċernati, inklużi l-assi pponderati bir-riskju.

(11)

It-tariffi għandhom jiġu kkalkolati fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan Stati Membri parteċipanti. Dan ifisser illi meta istituzzjonijiet ta' kreditu huma parti minn grupp taħt superviżjoni stabbilit fl-Istati Membri parteċipanti, għandha tiġi kkalkolata u mħallsa tariffa waħda f'livell ta' grupp.

(12)

Fil-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali, is-sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti ma għandhomx jiġu kkunsidrati. F'dan ir-rigward, u sabiex jiġu ddeterminati l-fatturi relevanti tat-tariffa ta' grupp taħt superviżjoni, għandha tiġi fornita dejta sub-konsolidata għas-sussidjarji kollha u għall-operat kollu kkontrollat mill-impriża parent fl-Istati Membri parteċipanti. Madankollu, il-kosti tal-produzzjoni ta' din id-dejta sub-konsolidata jistgħu jkunu għoljin u, għal din ir-raġuni, entitajiet taħt superviżjoni għandhom ikunu jistgħu jagħżlu tariffa kkalkolata abbażi ta' dejta fornita fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti inklużi sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti, anke jekk dan jista' jwassal għal tariffa ogħla.

(13)

L-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huma esklużi mill-kompiti superviżorji kkonferiti fuq il-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Għaldaqstant, il-BĊE mhuwiex ser jimponi tariffi fuqhom.

(14)

Regolament għandu applikazzjoni ġenerali, jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro. Għaldaqstant huwa l-istrument legali xieraq biex jiġu stabbiliti arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(15)

Skont l-Artikolu 30(5) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-NCAs li jimponu tariffi skont id-dritt nazzjonali, u sa fejn kompiti superviżorji ma ġewx ikkonferiti fuq il-BĊE, jew fir-rigward tal-kosti ta' kooperazzjoni ma' u assistenza lill-BĊE u l-aġir tal-istruzzjonijiet tiegħu, skont il-liġi relevanti tal-Unjoni u suġġett għall-arranġamenti magħmulin għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, inkluż l-Artikoli 6 u 12 tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a)

l-arranġamenti għall-kalkolu tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni;

(b)

il-metodoloġija u l-kriterji għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali mġarrba minn kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni;

(c)

il-proċedura għall-ġbir mill-BĊE tat-tariffi superviżorji annwali;

2.   L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għandu jinkludi t-tariffa superviżorja annwali fir-rigward ta' kull entità jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni u kull entità jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni u għandu jiġi kkalkulat mill-BĊE fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni ġewwa Stati Membri parteċipanti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor, flimkien mad-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“tariffa superviżorja annwali” tfisser it-tariffa li titħallas fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u kull grupp taħt superviżjoni, kif ikkalkulata skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 10(6);

2.

“kosti annwali” tfisser l-ammont, kif iddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, li għandu jiġi rkuprat permezz tat-tariffi superviżorji annwali għal perijodu tariffarju speċifiku;

3.

“debitur tariffarju” tfisser l-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa jew fergħa li tħallas tariffa iddeterminata skont l-Artikolu 4 u li lilha jkun indirizzat l-avviż tariffarju;

4.

“fatturi tariffarji” tfisser id-dejta relata ma' entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni definita fl-Artikolu 10(3)(a) li jintużaw biex tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali;

5.

“avviż tariffarju” tfisser kull avviż li jispeċifika t-tariffa superviżorja annwali li titħallas minn u tinħareġ lid-debitur tariffarju rilevanti skont dan ir-Regolament;

6.

“istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa” tfisser kull istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti;

7.

“fergħa li tħallas tariffa” tfisser kull fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti;

8.

“perijodu tariffarju” tfisser sena kalendarja;

9.

“l-ewwel perijodu tariffarju” tfisser il-perijodu ta' żmien bejn id-data meta l-BĊE jassumi l-kompiti li jingħatawlu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha l-BĊE jassumi dawn il-kompiti;

10.

“grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa” tfisser (i) grupp taħt supervizjoni u (ii) numru ta' fergħat li jħallsu t-tariffi li jitqiesu bħala fergħa waħda skont l-Artikolu 3(3);.

11.

“Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni;

12.

“assi totali” tfisser il-valur totali tal-assi ddeterminat skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17). F'każ ta' grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa, l-assi totali jeskludu sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi;

13.

“espożizzjoni totali għar-riskju” tfisser, b'referenza għal grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa u għal istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa li mhijiex parti minn grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa, l-ammont iddeterminat fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u kkalkulat bl-applikazzjoni tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Artikolu 3

Obbligu ġenerali li titħallas it-tariffa superviżorja annwali

1.   Il-BĊE għandu jimponi tariffa superviżorja annwali fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u kull grupp taħt superviżjoni għal kull perijodu tariffarju.

2.   It-tariffa superviżorja annwali għal kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni għandha tkun speċifikata f'avviż tat-tariffa maħruġa lil u pagabbli mid-debitur tat-tariffa. Id-debitur tariffarju għandu jkun id-destinatarju tal-avviż tat-tariffa u ta' kull avviż jew komunikazzjoni mill-BĊE fir-rigward ta' tariffi superviżorji. Id-debitur tariffarju għandu jkun responsabbli għall-ħlas tat-tariffa superviżorja annwali.

3.   Żewġ fergħat jew aktar li jħallsu tariffa li huma stabbiliti mill- istess istituzzjoni ta' fl-istess Stat Membru parteċipanti jitqiesu bħala fergħa waħda. Fergħat tal-istess istituzzjoni ta' kreditu li jħallsu tariffa u li huma stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti differenti ma jitqiesux bħala fergħa waħda.

4.   Fergħat li jħallsu tariffa għandhom jitqiesu bħala separati minn sussidjarji tal-istess istituzzjoni ta' kreditu stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Debitur tariffarju

1.   Id-debitur tariffarju fir-rigward tat-tariffa superviżorja annwali huwa:

(a)

l-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa, fil-każ ta' istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa li mhijiex parti minn grupp taħt superviżjoni;

(b)

il-fergħa li tħallas tariffa, fil-każ ta' fergħa li tħallas tariffa li mhijiex ikkombinata ma' fergħa oħra li tħallas tariffa;

(c)

iddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, fil-każ ta' grupp ta' entitajiet taħt superviżjoni li jħallsu tariffa.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fi ħdan grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa fir-rigward tal-allokazzjoni tal-ispejjeż, grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa għandhom jiġu trattati bħala debitur tariffarju wieħed. Kull grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa għandu jinnomina d-debitur tariffarju għall-grupp kollu u għandu jinnotifika l-identità tad-debitur tariffarju lill-BĊE. Id-debitur tariffarju għandu jiġi stbbilit fi Stat Membru parteċipanti. Din in-notifika għandha tkun ikkunsidrata valida biss jekk:

(a)

issemmi l-ismijiet tal-entitajiet kollha taħt superviżjoni tal-grupp kopert bin-notifika;

(b)

tiġi ffirmata f'isem l-entitajiet kollha taħt superviżjoni tal-grupp;

(c)

tasal għand il-BĊE sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena, sabiex titqies għall-ħruġ tal-avviż tariffarju fir-rigward tal-perijodu tariffarju ta' wara.

Jekk iktar minn notifika waħda għal kull grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa tasal fil-ħin għand il-BĊE, għandha tipprevali n-notifika rċevuta mill-BĊE li tkun l-eqreb lejn, imma qabel, l-iskadenza.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-BĊE jirriżerva d-dritt li jiddetermina d-debitur tariffarju.

PARTI II

NEFQA U KOSTI

Artikolu 5

Kosti annwali

1.   Il-kosti annwali għandhom ikunu l-bażi għad-determinazzjoni tat-tariffi superviżorji annwali u għandhom jiġu rkuprati permezz tal-ħlas ta' dawk it-tariffi superviżorji annwali.

2.   L-ammont tal-kosti annwali għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-ammont tan-nefqa annwali li tikkonsisti minn kwalunkwe spejjeż imġarrbin mill-BĊE fil-perijodu tariffarju rilevanti li hija relatata direttament jew indirettament mal-kompiti superviżorji tiegħu.

L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għandu jkopri, iżda mhux jeċċedi, in-nefqa mġarrba mill-BĊE fir-rigward tal-kompiti superviżorji għall-perijodu tariffarju relevanti.

3.   Fid-determinazzjoni tal-kosti annwali, il-BĊE għandu jqis:

(a)

kwalunkwe ammont tariffarju relatat mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru;

(b)

kwalunkwe ħlas ta' imgħaxijiet irċevut skont l-Artikolu 14;

(c)

kwalunkwe ammont irċevut jew rifuż skont l-Artikolu 7(3).

Artikolu 6

Stima u determinazzjoni tal-kosti annwali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru1024/2013, il-BĊE għandu sal-aħħar ta' kull sena kalendarja jikkalkula l-kosti annwali stmati fir-rigward tal-perijodu tariffarju għas-sena kalendarja ta' wara.

2.   Fi żmien erba' xhur mit-tmiem ta' kull perijodu tariffarju l-BĊE għandu jiddetermina l-kosti annwali attwali għal dak il-perijodu tariffarju.

3.   Il-kosti annwali stmati u l-kosti annwali attwali għandhom iservu bħala bażi għall-kalkolu tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali msemmijin fl-Artikolu 9(1).

PARTI III

DETERMINAZZJONI TAT-TARIFFA SUPERVIŻORJA ANNWALI

Artikolu 7

Entitajiet taħt superviżjoni ġodda jew bidla fl-istatus

1.   Meta entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni jkunu taħt superviżjoni għal parti mill-perijodu tariffarju biss, it-tariffa superviżorja annwali għandha tiġi kkalkulata b'referenza għan-numru ta' xhur sħaħ tal-perijodu tariffarju li għalih l-entità taħt superviżjoni jew il-grupp taħt superviżjoni jkunu taħt superviżjoni.

2.   Meta, wara deċiżjoni tal-BĊE f'dak is-sens, l-istatus ta' entità taħt superviżjoni jew ta' grupp taħt superviżjoni jinbidel minn sinifikanti għal inqas sinifikanti, jew viċeversa, it-tariffa superviżorja annwali għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' numru ta' xhur li matulhom l-entità taħt superviżjoni jew il-grupp taħt superviżjoni kienu entità jew grupp sinifikanti jew inqas sinifikanti fl-aħħar jum tax-xahar.

3.   Fejn l-ammont tat-tariffa superviżorja annwali imposta jiddevja mill-ammont tat-tariffa kkalkulata skont il-paragrafi 1 jew 2, għandha titħallas rifużjoni lid-debitur tariffarju, jew għandha tinħareġ fattura addizzjonali mill-BĊE li għandha titħallas mid-debitur tariffarju.

Artikolu 8

Qsim ta' kosti annwali bejn entitajiet sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni

1.   Sabiex tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni l-kosti annwali għandhom jinqasmu f'żewġ partijiet, waħda għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni, skont kif ġej:

(a)

il-kosti annwali li jiġu rkuprati minn entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni;

(b)

il-kosti annwali li jiġu rkuprati minn entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni;

2.   Il-qsim ta' kosti annwali skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq il-bażi tal-kosti allokati lill-funzjonijiet relevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinifkanti taħt superviżjoni.

Artikolu 9

Ammont li għandu jiġi impost

1.   L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti mill-BĊE għandu jkun is-somma ta':

(a)

il-kosti annwali stamati għall-perijodu tariffarju kurrenti bbażati fuq il-baġit approvat għall-perijodu tariffarju;

(b)

kull eċċess jew defiċit mill-perijodu tariffarju preċedenti ddeterminat billi jitnaqqsu l-kosti annwali attwali mġarrbin fir-rigward tal-perijodu tariffarju preċedenti mill-kosti annwali stmati li huma imposti fil-perijodu tariffarju preċedenti.

2.   Għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni, il-BĊE għandu jiddeċiedi l-ammont totali li għandu jiġi impost permezz tat-tariffi supervizorji annwali, li għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tiegħu sat-30 ta' April tal-perijodu tariffarju relevanti.

Artikolu 10

Tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni

1.   It-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità sinifkanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni għandha tiġi ddeterminata bl-allokazzjoni tal-ammont li għandu jiġi impost fuq il-kategorija ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni lill-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni individwali u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji tagħhom.

2.   It-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni u grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni għandha tiġi ddeterminata bl-allokazzjoni tal-entitajiet inqas sinifikanti individwali taħt superviżjoni u l-gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji tagħhom.

3.   Il-fatturi tariffarji fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni ġewwa l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi li ġejja.

(a)

Il-fatturi tariffarji użati għad-determinazzjoni tat-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni għandhom ikunu l-ammont fid-data ta' referenza ta':

(i)

assi totali;

(ii)

espożizzjoni totali għar-riskju. F'każ ta fergħa li tħallas tariffa, l-espożizzjoni totali tar-riskju titqies bħala żero.

(b)

Id-dejta dwar il-fatturi tariffarji għandha tkun iddeterminata u miġbura skont deċiżjoni tal-BĊE li tistipula l-metodoloġija u l-proċeduri applikabbli. Din id-deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fuq il-websajt tal-BĊE.

(c)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-fatturi tariffarji, gruppi taħt superviżjoni għandhom — bħala regola — jeskludu l-assi ta' sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi. Gruppi taħt superviżjoni jistgħu jiddeċiedu li ma jeskludux dawn l-assi għad-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji.

(d)

Għal entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni kklassifikati bħala anqas sinifikanti fuq il-bażi tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-fattur tariffarju tal-assi totali ma għandux jeċċedi EUR 30 biljun.

(e)

Il-ponderazzjoni relattiva użata fir-rigward tal-fatturi tariffarji għandha tkun:

(i)

assi totali: 50 %;

(ii)

espożizzjoni totali għar-riskju: 50 %.

4.   Id-debituri tariffarji għandhom jipprovdu l-fatturi tariffarji bil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel bħala d-data ta' referenza u jissottomettu d-dejta meħtieġa lill-NCA kkonċernata għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali mill-BĊE sal-ħin tal-għeluq tan-negożju fl-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara d-data ta' referenza msemmija jew fil-jum tan-negozju li jmiss jekk l-1 ta' Lulju ma jkunx jum ta' negożju. Fejn l-entitajiet taħt superviżjoni jħejju l-kontijiet annwali tagħhom abbażi ta' tmiem tas-sena tal-kontabilità li tvarja mis-sena kalendarja, id-debituri tariffarji jistgħu jipprovdu fatturi tariffarji bit-tmiem tas-sena tal-kontabilità bħala d-data ta' referenza. L-NCAs għandhom jissottomettu din id-dejta kollha lill-BĊE skont proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-BĊE. Is-somma tal-assi totali tad-debituri tariffarji kollha u s-somma tal-iskopertura tar-riskju totali tad-debituri tariffarji kollha għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE.

5.   F'każ li debitur tariffarju jonqos milli jipprovdi l-fatturi tariffarji, il-BĊE għandu jiddetermina l-fatturi tariffarji skont il-metodoloġija stipulata fid-deċiżjoni tal-BĊE. In-nuqqas tal-għoti tal-fatturi tariffarji kif stipulat fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun ikkunsidrat bħala ksur ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas minn kull debitur tariffarju għandu jsir kif spjegat hawn isfel.

(a)

It-tariffa superviżorja annwali hija s-somma tal-komponent tat-tariffa minima u l-komponent tat-tariffa varjabbli.

(b)

Il-komponent tat-tariffa minima huwa kkalkolat bħala perċentwali fissa tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni, kif iddeterminat skont l-Artikoli 8 u 9. Għall-kategorija ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, il-perċentwali fiss huwa ta' 10 %. Dan l-ammont jinqasam b'mod ugwali fost id-debituri tariffarji kollha. Għal entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti that superviżjoni b'assi totali ta' EUR 10 biljun jew inqas, il-komponent tat-tariffa minima jinżel bin-nofs. Għall-kategorija ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, il-perċentwali fiss huwa ta' 10 %. Dan l-ammont jinqasam b'mod indaqs fost d-debituri tariffarji kollha. Il-komponent tat-tariffa minima jirrappreżenta l-limitu iktar baxx tat-tariffa superviżorja annwali għal kull debitur tariffarju.

(c)

Il-komponent tat-tariffa varjabbli huwa d-differenza bejn l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni, kif iddeterminat skont l-Artikoli 8 u 9 u l-komponent tat-tariffa minima għall-istess kategorija. Il-komponent tat-tariffa varjabbli huwa allokat lil debituri tariffarji individwali f'kull kategorija skont is-sehem ta' kull debitur tariffarju fit-total tal-fatturi tariffarji pponderati tad-debituri tariffarji kif iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3.

Fuq il-bażi tal-kalkolu mwettaq skont il-paragrafi preċedenti u tal-fatturi tat-tariffi pprovduti skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jiddeċiedi dwar it-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas minn kull debitur tariffarju. It-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas għandha tiġi kkomunikata lid-debitur tariffarju permezz tal-avviż tariffarju.

PARTI IV

KOOPERAZZJONI MAL-NCAs

Artikolu 11

Kooperazzjoni mal-NCAs

1.   Il-BĊE għandu jikkomunika mal-NCAs qabel ma jiġi deċiż il-livell tat-tariffa finali biex jiġi żgurat li s-superviżjoni tibqa' effettiva meta mqabbla mal-kost u raġonevoli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha u l-friegħi kkonċernati. Għal dan l-iskop, il-BĊE għandu jiżviluppa u jimplimenta mezz ta' komunikazzjoni xieraq f'kooperazzjoni mal-NCAs.

2.   L-NCAs għandhom jassistu lill-BĊE fl-impożizzjoni ta' tariffi jekk il-BĊE jitlob hekk.

3.   Fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fi Stat Membru parteċipanti li mhuwiex taż-żona tal-euro li l-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom mal-BĊE la hija sospiza u lanqas mitmuma, il-BĊE għandu joħroġ struzzjonijiet lill-NCA ta' dak l-Istat Membru dwar il-ġbir ta' fatturi tariffarji u l-ħruġ ta' fatturi tat-tariffa superviżorja annwali.

PARTI V

ĦRUĠ TA' FATTURI

Artikolu 12

Avviż tariffarju

1.   Avviż tariffarju għandu jinħareġ kull sena mill-BĊE għal kull debitur tariffarju.

2.   L-avviż tariffarju għandu jispeċifika l-mezzi li bihom għandha titħallas it-tariffa superviżorja annwali. Id-debitur tariffarju għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż tariffarju fir-rigward tal-ħlas tat-tariffa superviżorja annwali.

3.   L-ammont dovut skont l-avviż tariffarju għandu jitħallas mid-debitur tariffarju fi żmien 35 jum mid-data tal-ħruġ tal-avviż tariffarju.

Artikolu 13

Notifika tal-avviż tariffarju

1.   Id-debitur tariffarju huwa responsabbli biex iżomm aġġornati d-dettalji ta' kuntatt għas-sottomissjoni tal-avviż tariffarju u għandu jikkomunika lill-BĊE kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt (jiġifieri l-isem, il-funzjoni, l-unità organizzattiva, l-indirizz u l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax). Id-debitur tariffarju għandu jikkomunika kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull perijodu tariffarju. Dawn id-dettalji ta' kuntatt għandhom jirreferu għal persuna fiżika jew preferibbilment għal funzjoni fi ħdan l-organizzazzjoni li tkun debitriċi tariffarja.

2.   Il-BĊE għandu jinnotifika l-avviż tariffarju b'xi mezz minn dawn: (a) elettronikament jew b'mezzi ta' komunikazzjoni paragunabbli oħrajn, b) bil-fax, (c) bis-servizz ta' express courier, (d) bil-posta reġistrata b'forma ta' rikonoxximent, (e) b'notifika jew konsenja bl-id. L-avviż tariffarju huwa validu mingħajr firma.

Article 14

Imgħax fil-każ li ma jsirx ħlas

Mingħajr preġudizzju għal kull rimedju ieħor disponibbli għall-BĊE, fil-każ ta' ħlas parzjali, nuqqas ta' ħlas jew nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-ħlas speċifikati fl-avviż tariffarju, l-imgħax għandu jakkumula fuq bażi ta' kuljum fuq l-ammont pendenti tat-tariffa superviżorja annwali b'rata ta' imgħax tar-rata ta' rifinanzjament ewlenija tal-BĊE miżjuda bi 8 punti perċentwali mid-data meta kien dovut il-ħlas.

PARTI VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Sanzjonijiet

Fil-każ li jkun hemm ksur ta' dan ir-Regolament, il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet fuq entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 (5), ikkumplimentat bir-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17)

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-avviż tariffarju għall-ewwel perijodu tariffarju għandu jinħareġ flimkien mal-avviż tariffarju għall-perijodu tariffarju tal-2015.

2.   Sabiex il-BĊE jkun jista' jibda jimponi t-tariffa superviżorja annwali, kull grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa għandu jinnomina d-debitur tariffarju għall-grupp u għandu jinnotifika l-identità tad-debitur tariffarju lill-BĊE sal-31 ta' Diċembru 2014, skont l-Artikolu 4(2).

3.   Id-debitur tariffarju għandu jissottometti d-dejta msemmija fl-Artikolu 13(1) għall-ewwel darba sal-1 ta' Marzu 2015.

Artikolu 17

Rapport u rieżami

1.   Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE għandu jissottometti rapport fuq l-evoluzzjoni prevista tal-istruttura u l-ammont tat-tariffi superviżorji annwali kull sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Grupp tal-Euro.

2.   Il-BĊE għandu jagħmel rieżami ta' dan ir-regolament, b'mod partikolari, fir-rigward tal-metodoloġija u l-kriterji għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq kull entità u grupp superviżorju sal-2017.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  Regolament (EU) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għall-kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mal-awtoritajiet nazzjonali nominate (Regolament Kwadru dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).

(3)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(4)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998, dwar il-poter tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 19-22).


DIRETTIVI

31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/32


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/101/UE

tat-30 ta' Ottubru 2014

li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-kwalità u l-komparabilità tal-metodi użati għall-monitoraġġ ta' parametri ta' tip iġġenerati taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri biex iwettqu monitoraġġ ekoloġiku tal-ilma skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE għandhom jiġu żgurati.

(2)

Is-Sezzjoni 1.3.6 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE tesiġi li l-metodi użati għall-monitoraġġ ta' parametri ta' tip iridu jaqblu mal-istandards internazzjonali elenkati hemmhekk jew ċerti standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw id-dispożizzjoni ta' data ta' tqabbil u kwalità xjentifika ekwivalenti. L-istandards internazzjonali elenkati fl-Anness V kienu dawk disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dik id-Direttiva.

(3)

Wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, għadd ta' standards ġodda ġew ippubblikati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), xi wħud minnhom b'mod konġunt mal-Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali li jindirizzaw it-teħid ta' kampjuni bijoloġiċi, ta' fitoplankton, makrofiti u fitobentos, l-invertebrati bentiċi, il-ħut u karatteristiċi idromorfoloġiċi. Dawk l-istandards għandhom jiżdiedu mas-Sezzjoni 1.3.6 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE.

(4)

Bħala riżultat tal-proċess kontinwu tal-iżvilupp ta' standards ġodda u tal-aġġornament ta' dawk eżistenti, xi wħud mill-istandards elenkati fis-Sezzjoni 1.3.6 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE ma għadhomx jiġu ppubblikati mill-Entitajiet Membri tas-CEN u għalhekk għandhom jitneħħew.

(5)

Tnejn mill-istandards (EN ISO 8689-1:1999 u EN ISO 8689-2:1999 9) elenkati fis-Sezzjoni 1.3.6 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE kienu jindirizzaw il-klassifikazzjoni bijoloġika u mhux il-monitoraġġ; sussegwentement tqiesu waqt l-iżvilupp tal-protokolli għall-iffissar tal-limiti tal-klassifikazzjoni tal-Istrateġija Komuni għall-Implimentazzjoni marbuta mad-Direttiva, u issa jistgħu jitneħħew.

(6)

Id-Direttiva 2000/60/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2000/60/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2016. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, is-Sezzjoni 1.3.6 hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.3.6.   Standards għall-monitoraġġ ta' elementi ta' kwalità

Il-metodi użati għall-monitoraġġ ta' parametri ta' tip iridu jaqblu mal-istandards internazzjonali elenkati hawn taħt sakemm ikopru l-monitoraġġ jew tali ċerti standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw id-dispożizzjoni ta' dejta ta' tqabbil u ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Standards għall-monitoraġġ ta' elementi ta' kwalità bijoloġika

Il-metodi ġeneriċi għall-użu mal-metodi speċifiċi mogħtija fl-istandards dwar l-elementi ta' kwalità bijoloġika li ġejjin:

EN ISO 5667-3:2012

Il-kwalità tal-ilma — It-teħid ta' kampjuni — Parti 3: Il-preservazzjoni u t-trattament ta' kampjuni

Standards għal fitoplankton

EN 15204:2006

Il-kwalità tal-ilma — L-istandard gwida dwar l-enumerazzjoni ta' fitoplankton bl-użu tal-mikroskopija bil-maqlub (teknika Utermöhl)

EN 15972:2011

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida għall-investigazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-fitoplankton tal-baħar

ISO 10260:1992

Il-kwalità tal-ilma — Il-kejl ta' parametri bijoloġiċi –Id-determinazzjoni spettrometrika tal-konċentrazzjoni ta' klorofill-a

Standards għal makrofiti u fitobentos

EN 15460:2007

Il-kwalità tal-ilma — L-istandard gwida għall-istħarriġ tal-makrofiti fil-lagi

EN 14184:2014

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida għall-istħarriġ tal-makrofiti akkwatiċi fl-ilma ġieri

EN 15708:2009

Il-kwalità tal-ilma — L-istandard gwida għall-istħarriġ, it-teħid ta' kampjuni u l-analiżi laboratorja tal-fitobentos fl-ilma ġieri baxx

EN 13946:2014

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida għat-teħid ta' kampjuni u l-preparazzjoni bħala rutina tad-dijatomi bentiċi mix-xmajjar u mil-lagi

EN 14407:2014

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida għall-identifikazzjoni u l-enumerazzjoni tal-kampjuni tad-dijatomi bentiċi mix-xmajjar u mil-lagi

Standards għal invertibri bentiċi

EN ISO 10870:2012

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida għall-għażla tal-metodi u l-apparat għat-teħid ta' kampjuni għal makroinvertibri bentiċi fl-ilma ħelu

EN 15196:2006

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida dwar it-teħid ta' kampjuni u l-ipproċessar ta' pupal exuviae ta' Kironomidae (l-Ordni Diptera) għal valutazzjoni ekoloġika

EN 16150:2012

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida għat-teħid ta' kampjuni pro rata minn bosta Ħabitats (Multi-Habitat) ta' makroinvertibri bentiċi minn xmajjar li wieħed jista' jaqsam bil-mixi

EN ISO 19493:2007

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida għall-istħarriġ bijoloġiku tal-baħar ta' komunitajiet tal-blat sottostrat (hard-substrate)

EN ISO 16665:2013

Il-kwalità tal-ilma — Il-linji gwida għat-teħid kwantitattiv ta' kampjuni u l-ipproċessar ta' kampjuni ta' makrofawna tal-qiegħ sedimentarju (soft-bottom)

Standards għal ħut

EN 14962:2006

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-għażla tal-metodi għat-teħid ta' kampjuni ta' ħut

EN 14011:2003

Il-kwalità tal-ilma — It-teħid ta' kampjuni ta' ħut bl-elettriku

EN 15910:2014

Il-kwalità tal-ilma — Il-gwida dwar l-evalwazzjoni tal-abbondanza tal-ħut bil-metodi idroakustiċi mobbli

EN 14757:2005

Il-kwalità tal-ilma — It-teħid ta' kampjuni ta' ħut bl-għeżula tat-tisqif b'ħafna malji

Standars għal parametri idromorfoloġiċi

EN 14614:2004

Il-kwalità tal-ilma — L-istandard gwida għall-valutazzjoni tal-karatteristiċi idromorfoloġiċi tax-xmajjar

EN 16039:2011

Il-kwalità tal-ilma — L-istandard gwida għall-valutazzjoni tal-karatteristiċi idromorfoloġiċi tal-lagi

Standards għal parametri fiżikokimiċi

Kull standard CEN/OIS relevanti”


DEĊIŻJONIJIET

31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tat-23 ta' Ottubru 2014

li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea

(2014/749/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE (1) jintemm fil-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 17(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2013/272/UE (2) dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni.

(3)

Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tagħha, għandha tinħatar għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019.

(4)

Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sur Jean-Claude JUNCKER bħala l-persuna ppreżentata lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew eleġġieh bħala l-President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tal-15 ta' Lulju 2014.

(5)

Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom (3), adotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-lista ta' persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru bħala Membri tal-Kummissjoni. Permezz tad-Deċiżjoni 2014/716/UE, Euratom (4), li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom, il-Kunsill adotta, permezz ta' ftehim komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, lista ġdida tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni.

(6)

Permezz tal-votazzjoni li saret fit-22 ta' Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-ħatra, bħala korp, tal-President, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-membri l-oħrajn tal-Kummissjoni.

(7)

Għalhekk il-Kummissjoni għandha tinħatar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin inħatru għall-Kummissjoni Ewropea, għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2014 sal-31 ta' Ottubru 2019:

bħala President:

Is-Sur Jean-Claude JUNCKER

bħala Membri:

Is-Sur Vytenis Povilas ANDRIUKAITIS

Is-Sur Andrus ANSIP

Is-Sur Miguel ARIAS CAÑETE

Is-Sur Dimitris AVRAMOPOULOS

Is-Sinjura Elżbieta BIEŃKOWSKA

Is-Sinjura Violeta BULC

Is-Sinjura Corina CREȚU

Is-Sur Valdis DOMBROVSKIS

Is-Sinjura Kristalina GEORGIEVA

Is-Sur Johannes HAHN

Is-Sur Jonathan HILL

Is-Sur Phil HOGAN

Is-Sinjura Věra JOUROVÁ

Is-Sur Jyrki KATAINEN

Is-Sinjura Cecilia MALMSTRÖM

Is-Sur Neven MIMICA

Is-Sur Carlos MOEDAS

Is-Sur Pierre MOSCOVICI

Is-Sur Tibor NAVRACSICS

Is-Sur Günther OETTINGER

Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ

Is-Sur Christos STYLIANIDES

Is-Sinjura Marianne THYSSEN

Is-Sur Frans TIMMERMANS

Is-Sur Karmenu VELLA

Is-Sinjura Margrethe VESTAGER

Is-Sinjura Federica MOGHERINI, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2014.

Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE tad-9 ta' Frar 2010 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 38, 11.2.2010, p. 7).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta' Mejju 2013 dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/648/UE, Euratom, meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Settembru 2014 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni (ĠU L 268, 9.9.2014, p. 5).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/716/UE, Euratom, meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Ottubru 2014 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom (ĠU L 299, 17.10.2014, p. 29).


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/750/PESK

tat-30 ta' Ottubru 2014

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1).

(2)

Fuq il-bażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, il-miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2015.

(3)

Il-Kunsill iqis li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni u entitajiet jitħallew fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(4)

Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma' ċerti persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif hemm fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi aġġornata.

(5)

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2015. Din għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata, kif ikun meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”

(2)

L-Anness huwa b'dan emendat kif hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Deċiżjoni 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:

A.   Persuni

Nru 2

Akulich, Sviatlana Rastsislavauna;

Nru 3

Aliaksandrau, Dzmitry Piatrovich;

Nru 34

Chasnouski, Mechyslau Edvardavich;

Nru 45

Gardzienka, Siarhei Aliaksandravich;

Nru 46

Guseu, Aliaksei Viktaravich;

Nru 70

Kaliada, Aliaksandr Mikhailavich;

Nru 76

Kastsian, Siarhei Ivanavich;

Nru 82

Khadanovich, Aliaksandr Alyaksandrauvich;

Nru 90

Kisialiova, Nadzeia Mikalaeuna;

Nru 99

Krot, Ihar Uladzimiravich;

Nru 100

Krukouski, Viachaslau Iafimavich;

Nru 102

Kukharchyk, Piotr Dzmitryevich;

Nru 132

Mikhalchanka, Aliaksei Yakaulevich;

Nru 141

Orda, Mikhail Siarheevich;

Nru 143

Padaliak, Eduard Vasilievich;

Nru 147

Peftsieu, Uladzimir Paulavich;

Nru 159

Reliava, Aksana Anatolyeuna;

Nru 172

Sheiko, Ina Valerieuna;

Nru 189

Stosh, Mikalai Mikalaevich;

Nru 197

Taranda, Aliaksandr Mikhailavich;

Nru 198

Tarapetskaia, Halina Mikhailauna;

Nru 199

Ternavsky, Anatoly Andreevich;

Nru 205

Tsitsiankova, Alena Viktarauna;

Nru 220

Yuferytsyn, Dzmitry Viktaravich.

B.   Entitajiet

Nru 2

Private Unitary Enterprise (PUE) BT Telecommunications;

Nru 6

JLLC Neftekhimtrading;

Nru 21

JLLC Triplepharm;

Nru 22

LLC Triple-Veles;

Nru 23

Univest-M;

Nru 24

FLLC Unis Oil;

Nru 25

JLLC UnivestStroyInvest.

II.

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:

A.   Persuni

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Isem

(Ortografija Bjelorussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet

12.

Bakhmatau, Ihar Andreevich

Bakhmatov, Igor Andreevich

Image

БАХМАТОВ, Игорь Андреевич

Indirizz: БФСО “Динамо”

220030, г. Минск, ул. Кирова 8 корп. 2

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala ex-Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ġie riassenjat mal-forzi tar-riżerva f'Mejju 2012.

Membru wkoll tal-Kunsill Ċentrali ta' CJSC Dinamo- Minsk li huwa elenkat fil-punt 20 tat-Taqsima B.

33.

Charnyshou, Aleh Anatolievich

Chernyshev, Oleg Anatolievich

Image

Image

Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-intelligence estera, minn April 2014. Kurunell, kien responsabbli mill-unità ta' kontra t-terroriżmu tal-KGB, l-unità “Alpha”. Huwa pparteċipa personalment fit-trattament inuman u degradanti ta' attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

35.

Chatviartkova, Natallia Alexeeuna

Chetvertkova, Natalia Alexeevna (Chetvertkova, Natalya Alexeevna)

ЧАТВЯРТКОВА, Наталля Алексееўнa

ЧЕТВЕРТКОВА, Наталья Алексеевнa

 

Kienet Viċi President u mħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk (sat-18.6.2012).

Hija trattat il-proċess tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov, attivista tas-soċjetà ċivili Ilia Vasilevich, Fedor Mirzoianov, Oleg Gnedchik u Vladimir Yeriomenok. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' xhieda irrilevanti għall-akkużati.

40.

Dysko, Henadz Iosifavich

Dysko, Gennadi Iosifovich

Image

Image

Data tat-twelid: 1964

Post tat-twelid: Oshmiany, reġjun ta' Hrodna

Indirizz: 210601 г.Витебск, ул. Жесткова, 14а (ul. Zhestkova, 14a Vitebsk)

Prosekutur tar-Reġjun ta' Vitebsk sat-2.8.2011. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Dan jinkludi r-responsabbiltà għal kawżi kontra Siarhei Kavalenka u Andrei Haidukow.

41.

Dzemiantsei, Vasil Ivanavich (Dzemyantsey, Vasil Ivanovich)

Dementei, Vasili Ivanovich (Dementey, Vasili Ivanovich)

ДЗЕМЯНЦЕЙ, Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ, Василий Иванович

Data tat-twelid: 20.9.1954

Post tat-twelid: Distrett ta' Chashniki, reġjun ta' Vitebsk

ID: 3200954E045PB4

Indirizz: Гродненская региональная таможня

230003, г. Гродно, ул. Карского, 53

Kap tal-Kumitat reġjonali tad-Dwana ta' Hrodna, kien l-Ewwel Viċi President tal-KGB (2005-2007), kien Viċi Kap tal-Kumitat tad-Dwana tal-Istat.

Huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari fl-2006 u l-2007.

42.

Dziadkou, Leanid Mikalaevich

Dedkov, Leonid Nikolaevich

ДЗЯДКОЎ, Леанiд Мiкалаевiч

ДЕДКОВ, Леонид Николаевич

Data tat-twelid: 10.1964

ID: 3271064M000PB3

Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Eks-Viċi Kap tal-KGB (minn Lulju 2013), inkarigat mill-intelligence estera. Kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika.

55.

Hureeu Siarhei Viktaravich (Hureyeu Siarhey Viktaravich)

Gureev Sergei Viktorovich, (Gureyev Sergey Viktorovich)

Image

ГУРЕЕВ, Сергей Викторович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Viċi Ministru tal-Intern u Kap tal-Investigazzjoni Preliminari, huwa kien responsabbli għas-soppressjoni vjolenti ta' protesti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul il-proċedimenti tal-investigazzjonijiet fir-rigward tal-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Ingħaqad mal-forzi ta' riżerva fi Frar 2012. Attwalment huwa Ġeneral fil-forzi ta' riżerva.

62.

Iauseev, Ihar Uladzimiravich (Yauseev, Ihar Uladzimiravich; Yauseyev, Ihar Uladzimiravich)

Evseev, Igor Vladimirovich (Yevseev, Igor Vladimirovich; Yevseyev, Igor Vladimirovich)

ЯЎСЕЕЎ, Irap Уладзiмiравiч

ЕВСЕЕВ, Игорь Владимирович

Data tat-twelid: 1968

Indirizz: г.Витебск, пр-т Фрунзе, д.41а

Kap tal-Pulizija reġjonali ta' Vitebsk (minn Ġunju 2012), ġeneral tal-pulizija (mill-2013). Ex-Viċi Kap tal-Pulizija ta' Minsk u Kap tal-iskwadra ta' kontra l-irvellijiet (OMON) ta' Minsk. Kellu l-kmand tat-truppi li xejnu d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tad-19 ta' Diċembru 2010 u ħa sehem personalment fil-brutalità, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. Fl-2011, kellu l-kmand ukoll tat-truppi li rażżnu diversi protesti oħra minn attivisti politiċi u ċittadini paċifiċi f'Minsk.

68.

Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich

(Kakunin, Aliaxandr Aliaxandravich)

Kakunin, Aleksandr Aleksandravich

(Kakunin, Alexandr Alexandrovich)

КАКУНИН, Александр Александрович

Image

Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk

Responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, imċaħħda mill-aċċess għall-avukati u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-superviżjoni tiegħu. Kakunin għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

73.

Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich

Konoplev, Vladimir Nikolaevich

КАНАПЛЕЎ, Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ, Владимир Николаевич

Data tat-twelid: 3.1.1954

Post tat-twelid: Akulintsi, reġjun ta' Mohilev

ID: 3030154A124PB9

Indirizz: Национальный олимпийский комитет Республики Беларусь

220020 г. Минск ул.Радужная, 27

Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-President Lukashenka li miegħu ħadem mill-qrib matul is-snin tmenin u l-aktar fis-snin disgħin. Viċi Kap tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali (il-Kap huwa Alexandr Lukashenka), Kap tal-Federazzjoni tal-Handball. Ex-President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, maħtur mill-President. Kien wieħed mill-atturi ewlenin fl-elezzjoni presidenzjali frodulenti fl-2006.

Ingħata residenza f'Minsk, fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali.

78.

Kavaliou, Aliaksandr Mikhailavich

Kovalev, Aleksandr Mikhailovich

КАВАЛЕЎ, Аляксандр Мiхайлавiч

КОВАЛЕВ, Александр Михайлович

 

Kien Direttur tal-kamp tal-priġunieri f'Horki. Huwa kien responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti, speċjalment għall-persekuzzjoni u t-trattament ta' tortura tal-attivist tas-soċjetà ċivili Dmitri Dashkevich, li ġie mitfugħ il-ħabs b'rabta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

85.

Khmaruk, Siargei Konstantinovich

Khmaruk, Sergei Konstantinovich (Khmaruk, Sergey Konstantinovich)

ХМАРУК, Сяргей Канстанцiнавiч

ХМАРУК, Сергей Константинович

Indirizz: Прокуратура г. Минска ул. Раковская 38

Prosekutur tal-Belt ta' Minsk. Kien Prosekutur tar-Reġjun ta' Brest. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

Promoss fi Frar 2011.

93.

Konan, Viktar Aliaksandravich

Konon, Viktor Aleksandrovich

КОНАН, Вiктар Аляксандравiч

КОНОН, Виктoр Александрович

 

Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala Viċi Prosekutur Ġenerali sal-2012, huwa kien inkarigat u involut direttament fl-attivitajiet kollha tal-intelligence mwettqa mill-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali kontra entitajiet indipendenti u tal-oppożizzjoni, inkluż fl-2010.

94.

Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

Kornov, Vladimir Vladimirovich

КОРНАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

КОРНОВ, Владимир Владимирович

Indirizz: Суд Советского района г. Минска

220113, г. Минск, Логойский тракт, 3

Tel: +375 17 280 83 40

Kap tal-Qorti Distrettwali ta' Sovetski ta' Minsk, kien Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

95.

Korzh, Ivan Aliakseevich

Korzh, Ivan Alekseevich

КОРЖ, Iван Аляксеевiч

КОРЖ, Иван Алексеевич

 

Ġeneral, Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Hrodna.

97.

Krasheuski, Viktar

Krashevski, Viktor

Image

КРАШЕВСКИЙ, Виктор

 

Ġeneral, Kien Kap tal-GRU (Dipartiment tal-Intelligence tal-Ministeru tad-Difiża) u Viċi Kap tal-persunal tal-Forzi Armati tal-Bjelorussja (sa Frar 2013). Responsabbli għall-attività tas-servizzi tal-intelligence fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

105.

Kuzniatsou, Ihar Nikonavich

Kuznetsov, Igor Nikonovich

КУЗНЯЦОЎ, Irap Нiконaвiч

КУЗНЕЦОВ, Игорь Никонович

Indirizz: Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB Бядули 2, 220034, Минск

Ġeneral, Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, kien Kap tal-KGB fir-reġjun ta' Minsk u fil-belt ta' Minsk.

Bħala l-persuna responsabbli għat-tħejjija u t-taħriġ tal-persunal tal-KGB, huwa kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fir-rigward tal-funzjonijiet preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-istess attività repressiva tal-KGB fil-belt ta' Minsk u fir-reġjun ta' Minsk.

114.

Liabedzik, Mikhail Piatrovich

Lebedik, Mikhail Petrovich

ЛЯБЕДЗIК, Мiхаiл Пятровiч

ЛЕБЕДИК, Михаил Петрович

Indirizz: Ул. Б.Хмельницкого, 10 а, Минск, 220013

Matul il-kampanja elettorali Presidenzjali tal-2010 huwa nħatar mill-Kap tal-Kumitat Elettorali Ċentrali. L-ewwel Viċi Kap (maħtur mill-ġdid fil-21 ta' Jannar 2014) tal-Bord Superviżorju inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità mal-proċeduri u r-regoli tal-kampanji elettorali fil-mezzi tal-informazzjoni, u, bħala tali, kellu rwol attiv fil-propaganda tar-reġim matul il-kampanji elettorali tal-2010 u l-2012. Fis-26 ta' Ottubru 2011 huwa ingħata l-“Ordni ta' Franzisk Skorina” mill-President. F'Settembru 2012, huwa rrifjuta li jinkludi membri tal-mezzi tal-informazzjoni indipendenti fil-Bord. L-Ewwel Viċi Editur tal-gazzetta tal-Amministrazzjoni tal-President u l-gazzetta ewlenija ta' propaganda “Sovietskaia Belarus”. Sors ta' politika favur il-gvern, iffalsifika l-fatti u għamel kummenti inġusti dwar il-proċessi li għaddejjin fil-Bjelorussja kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, li ġew deskritti sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, b'mod partikolari wara l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-2010.

115.

Liaskouski, Ivan Anatolievich

Leskovski, Ivan Anatolievich

ЛЯСКОЎСКI, Iван Анатольевiч

ЛЕСКОВСКИЙ, Иван Анатольевич

 

Kien Kap tal-KGB għar-reġjun ta' Homel u kien Viċi Kap tal-KGB għal Homel. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Homel. Huwa tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu mill-President fit-2 ta' April 2014 għal imġiba mhux xierqa.

117.

Lomats, Zianon Kuzmich

Lomat, Zenon Kuzmich

ЛОМАЦЬ, Зянон Кузьмiч

ЛОМАТЬ, Зенон Кузьмич

Data tat-twelid: 27.1.1944

Post tat-twelid: Karabani, Minsk

Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala President tal-Kumitat għall-Kontroll mill-Istat (sal-2010) kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fil-każ ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

118.

Lopatko, Alexander Alexandrovich

Александр Александрович Лопатко

Аляксандр Аляксандровiч Лапатка

Viċi Kap tal-kolonja penali IK-9 f'Mazyr

Responsabbli għat-trattament inuman ta' D.Dashevich, li jinkludi torturi u ċaħda tal-aċċess għal rappreżentanti legali. Lopatko kellu pożizzjoni ewlenija fil-kolonja penali fejn inżamm Dashekevich u fejn ġiet applikata pressjoni psikoloġika, inkluża ċ-ċaħda ta' irqad u l-iżolament, fuq il-priġunieri politiċi inkluż is-Sur Dashekevich.

120.

Lukashenka, Dzmitry Aliaksandravich

Lukashenko, Dmitri Aleksandrovich

Image

ЛУКАШЕНКО, Дмитрий Александрович

Data tat-twelid: 23.3.1980

Indirizz: Klabb tal-Isports tal-President

220029, г. Минск, ул. Старовиленская, 4.

Negozjant, b'parteċipazzjoni attiva f'operazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu l-familja Lukashenka.

President tal-Klabb tal-Isports tal-President.

126.

Maltsau, Leanid Siamionavich

Maltsev, Leonid Semenovich

МАЛЬЦАЎ, Леанiд Сяменавiч

МАЛЬЦЕВ, Леонид Семенович

Data tat-twelid: 29.8.1949,

Post tat-twelid: Vetenevka, Slonim rayon, Reġjun ta' Hrodna

(д. Ветеньевка, Слонимского района, Гродненской области)

ID: 3290849A002PB5

Kap tal-Kumitat tal-Fruntiera tal-Istat, kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà.

137.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-twelid: Smolensk (Russja)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Ex-Ministru tal-Intern u wkoll ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa.

Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali.

146.

Paulichenka, Dzmitry Valerievich

Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich)

Image

ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич

Data tat-twelid: 1966,

Post tat-twelid: Vitebsk

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

220028, Минск Маяковского, 111

Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR).

Negozjant, Kap tal-“Unur”, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern.

148.

Piakarski, Aleh Anatolievich

Pekarski, Oleg Anatolievich

ПЯКАРСКI, Алег Анатольевiч

ПЕКАРСКИЙ, Олег Анатольевич

ID: 3130564A041PB9

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala l-ewwel Viċi Ministru tal-Intern (sal-2012), kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

Kurunell fil-forzi ta' riżerva.

155.

Pykina, Natallia Mikhailauna (Pykina, Natalia Mikhailauna)

Pikina, Natalia Mikhailovna (Pykina, Natalya Mikhailovna)

Image

Image

Data tat-twelid: 20.4.1971

Post tat-twelid: Rakov

Indirizz: Суд Партизанского района г. Минска

220027, г. Минск, ул. Семашко, 33

Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali motivati politikament kontra rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Imħallef tal-Qorti Distrettwali Partizanski li qed tittratta l-kawża ta' Likhovid. Fid-29 ta' Marzu 2011, hija kkundannat lis-Sur Likhovid, attivist ta' “Il-Moviment għall-Ħelsien”, għal tliet snin u nofs ħabs. Hija ġiet maħtura Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk.

157.

Rakhmanava, Maryna Iurievna

Rakhmanova, Marina Iurievna

РАХМАНАВА, Марына Юр'еуна

РАХМАНОВА, Марина Юрьевна

Data tat-twelid: 1970

Post tat-twelid: Hrodna

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tat-Talbiet Pubbliċi fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Hrodna. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hija kienet responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012.

160.

Rubinau, Anatol Mikalaevich

Rubinov, Anatoli Nikolaevich

PYБIНAЎ, Анатоль Мiкалаевiч

РУБИНОВ, Анатолий Николаевич

Data tat-twelid: 15.4.1939

Mohilev

President tal-Kamra Superjuri tal-Parlament, kien Viċi Kap inkarigat mill-Mezzi tal-Informazzjoni u l-Ideoloġija tal-Amministrazzjoni tal-President (2006-2008). F'dik il-pożizzjoni, kien wieħed mill-għejun u l-ilħna ewlenin tal-propaganda statali u tal-appoġġ ideoloġiku għar-reġim. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà minn Marzu 2014.

161.

Rusak, Viktar Uladzimiravich

Rusak, Viktor Vladimirovich

РУСАК, Вiктар Уладзiмiравiч

РУСАК, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 4.5.1955

Post tat-twelid: Minsk

Indirizz: Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi Kap tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali. Ex-Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika.

Kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

166.

Sauko, Valery Iosifavich

Savko, Valeri Iosifovich

САЎКО, Валерый Iосiфавiч

САВКО, Валерий Иосифович

 

Kap tal-fergħa Hrodna tat-trade union favur ir-reġim. Ex-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (KER) tar-Reġjun ta' Hrodna għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010 u l-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għall-falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Hrodna.

167.

Shaeu, Valiantsin Piatrovich (Shayeu, Valyantsin Piatrovich)

Shaev, Valentin Petrovich (Shayev, Valentin Petrovich)

ШАЕЎ, Валянцiн Пятровiч

ШАЕВ, Валентин Петрович

 

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Prosekutur tar-reġjun ta' Homel. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

171.

Shchurok, Ivan Antonavich

Shchurok, Ivan Antonovich

ШЧУРОК, Iван Антонавiч

ЩУРОК, Иван Антонович

 

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Vitebsk. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012.

184.

Sirenka, Viktar Ivanavich

Sirenko, Viktor Ivanovich

Image

СИРЕНКО, Виктор Иванович

Data tat-twelid: 4.3.1962

ID: 3040362B062PB7

Indirizz: Комитет по здравоохранению Минского горисполкома

ул. Маяковского, 22, корп. 2, 220006, г. Минск

Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk u ex-Kap Kirurgu tal-Isptar tal-Emerġenza ta' Minsk. Huwa ma opponiex il-ħtif tal-kandidat presidenzjali Nekliayev, li kien ittrasportat lejn l-isptar tiegħu wara li safa' msawwat severament fid-19 ta' Diċembru 2010 u, billi naqas li jsejjaħ lill-pulizija, ikkoopera mal-awturi mhux magħrufa. Dan in-nuqqas ta' azzjoni wassal għall-promozzjoni.

Bħala Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa għall-ħaddiema fis-soppressjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

185.

Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich)

Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich

СIВАКАЎ, Юрый Леанідавіч

СИВАКОВ, Юрий Леонидович

Data tat-twelid: 5.8.1946,

Post tat-twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

220028, Минск Маяковского, 111

Organizza l-għajbien mhux solvut ta' uri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999-2000. Ex-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, ex-Ministru għall-Intern u kien Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.

186.

Skurat, Viktar Vatslavavich

Skurat, Viktor Vatslavovich

СКУРАТ, Вiктар Вацлавaвiч

СКУРАТ, Виктор Вацлавович

 

Kien Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Ministeru għall-Intern. F'din il-kapaċità responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari wara dak li seħħ b'riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2010. Fi Frar 2011, huwa rċieva premju fil-forma ta' ċertifikat ta' rikonoxximent għas-servizzi tiegħu. Irtirat minn Frar 2013. Kap tad-dipartiment tas-sigurtà tal-kumpannija holding “MZOR”, li hija kumpannija tal-Istat taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Industrija tar-Repubblika tal-Bjelorussja u għalhekk assoċjat direttament mar-reġim ta' Lukashenka.

201.

Traulka, Pavel

Traulko, Pavel

ТРАУЛЬКА, Павел

ТРАУЛЬКО, Павел

 

Logutenent Kurunell, li kien operattiv tal-kontrospjunaġġ militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja). Huwa ffalsifika evidenza u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħand attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti u għaċ-ċaħda tad-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

202.

Trutka, Iury Igorevich (Trutka, Yury Igorevich)

Trutko, Iury (Yurij, Yuri) Igorevich

ТРУТКA, Юрый Iгаравич

ТРУТКО, Юрий Игоревич

Viċi Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk

Responsabbli għat-trattament inuman u krudili tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, miċħuda l-aċċess għal rappreżentazzjoni legali u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-sorveljanza tiegħu. Trutko għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

217.

Volkau, Siarhei Mikhailavich

Volkov, Sergei Mikhailovich (Volkov, Sergey Mikhailovich)

ВОЛКАЎ, Сяргей Мiхайлавiч

ВОЛКОВ, Сергей Михайлович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord tal-KGB tal-Intelligence, kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

221.

Zaharouski, Anton Uladzimiravich

Zagorovski, Anton Vladimirovich

ЗАГАРОЎСКI, Антон Уладзiмiравiч

ЗАГОРОВСКИЙ, Антон Владимирович

 

Prosekutur tal-Belt ta' Minsk, kien Prosekutur tad-Distrett Frunzenski ta' Minski, li ttratta l-kawża tad-dimostrant Vasili Parfenkov fi Frar 2011, u l-kawża kontra A. Sannikau f'Lulju 2011. Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

222.

Zaitsau, Vadzim Iurievich

Zaitsev, Vadim Iurievich

ЗАЙЦАЎ, Вадзiм Юр'евiч

ЗАЙЦЕВ, Вадим Юрьевич

Data tat-twelid: 1964

Post tat-twelid: Reġjun ta' Zhitomyr, Ukraina (USSR)

Kap Eżekuttiv tal-kumpannija pubblika-privata Cosmos TV minn Ġunju 2013, maħtur mill-Gvern tal-Bjelorussja bħala rappreżentant tal-Istat. Kien Kap tal-KGB (Lulju 2008-Novembru 2012).

Responsabbli għat-trasformazzjoni tal-KGB fl-organu prinċipali tar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Responsabbli għat-tixrid, permezz tal-mezzi tal-informazzjoni, ta' informazzjoni falza dwar id-dimostranti fid-19 ta' Diċembru 2010, meta allega li kienu ġabu materjal biex jintuża bħala armi. Huwa hedded personalment il-ħajja u s-saħħa tal-mara u t-tifel tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov. Huwa l-istigatur prinċipali ta' ordnijiet għal intimidazzjoni illegali tal-oppożizzjoni demokratika, it-tortura ta' avversarji politiċi u l-maltrattament tal-priġunieri.

224.

Zakharau, Aliaksei Ivanavich

Zakharov, Aleksei Ivanovich (Zakharov, Alexey Ivanovich)

ЗАХАРАЎ, Аляксей Iванавiч

ЗАХАРОВ, Алексей Иванович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ Militari tal-KGB (sal-2012), kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Taħt is-superviżjoni tiegħu, il-persunal tal-KGB ħa sehem f'interrogazzjonijiet ta' attivisti politiċi wara d-dimostrazzjoni tad-19 ta' Diċembru 2010.

226.

Zhadobin, Iury Viktaravich (Zhadobin, Yury Viktaravich)

Zhadobin, Iuri Viktorovich (Zhadobin, Yuri Viktorovich)

ЖАДОБIН, Юрый Biктapaвiч

ЖАДОБИН, Юрий Викторович

Data tat-twelid: 14.11.1954

Post tat-twelid: Dnipropetrovsk

ID: 3141154A021PB0

Ministru għad-Difiża minn Diċembru 2009.

Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, japprova d-deċiżjonijiet repressivi maqbula fil-livell ministerjali, inkluża d-deċiżjoni dwar ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Wara Diċembru 2010, faħħar ir-“rebħa totali fuq forzi distruttivi”, meta rrefera għall-oppożizzjoni demokratika.

227.

Zhuk, Alena Siamionauna (Zhuk Alena Syamionauna)

Zhuk Elena Semenovna (Zhuk Yelena Semyonovna)

ЖУК, Алена Сямёнаўна

ЖУК, Елена Семеновна

 

Imħallef tal-qorti distrettwali ta' Pervomayskij f'Vitsebsk. Fl-24 ta' Frar 2012, hija kkundannat lil Syarhei Kavalenka, li kien meqjus bħala priġunier politiku fl-2012 u fl-2013, għal sentejn u xahar il-ħabs talli ma ħarisx il-perijodu ta' prova. Alena Zhuk kienet direttament responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuna għax ċaħdet lil Syarhei Kavalenka mid-dritt ta' proċess ġust. Syarhei Kavalenka qabel kien ingħata sentenza sospiża talli dendel barra f'Vitsebsk bandiera bajda-ħamra-bajda storika, simbolu tal-moviment tal-oppożizzjoni, li kienet ġiet ipprojbita. Is-sentenza sussegwenti mogħtija minn Alena Zhuk kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta titqies in-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet ta' Alena Zhuk ikkostitwixxew ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

228.

Zhuk, Dzmitry Aliaksandravich

Zhuk, Dmitri Aleksandrovich

ЖУК, Дзмiтрый Аляксандравiч

ЖУК, Дмитрий Александрович

Data tat-twelid: 7.7.1970

ID: 3070770A081PB7

Indirizz: БЕЛОРУССКОЕ ТЕЛЕГРАФНОЕ АГЕНТСТВО

Республика Беларусь, 220030, Минск, ул. Кирова, 26

Direttur Ġenerali (Kap Eżekuttiv) tal-Aġenzija tal-Aħbarijiet tal-Istat BELTA minn Mejju 2003.

Huwa responsabbli li wassal il-propaganda tal-Istat fil-mezzi tal-informazzjoni, li appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili fid-19 ta' Diċembru 2010 bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

230.

Zhukouski, Siarhei Kanstantsinavich

Zhukovski, Sergei Konstantinovich

ЖУКОЎСКI, Сяргей Канстанцiнавiч

ЖУКОВСКИЙ, Сергей Константинович

 

Viċi Prosekutur tad-Distrett Zavodskoi ta' Minsk li qed jittratta l-kawża ta' Khalip Irina, Martselev Sergei, Severinets Pavel, rappreżentanti eċċellenti tas-soċjetà ċivili. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, u mhux appoġġata b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

B.   Entitajiet

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Isem

(Ortografija Bjelorussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Beltechexport

 

Image

Repubblika tal-Bjelorussja, 220012, Minsk, Nezavisimost ave., 86-B

Tel: (+375 17) 263-63-83,

Numru tal-fax: (+375 17) 263-90-12

Beltechexport tibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja

3.

Beltech Holding

Белтех Холдинг

 

 

Beltech Holding tibbenefika mir-reġim, b'mod partikolari permezz tal-Beltechexport, li hija parti mill-Beltech Holding. Beltechexport jibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja.


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/751/PESK

tat-30 ta' Ottubru 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2015.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2015. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata, kif ikun adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ottubru 2014

dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Ġappun għall-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

(2014/752/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) stabbiliti f'pajjiżi terzi stipulata fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha l-għan li tippermetti lis-CCPs stabbiliti u awtorizzati f'pajjiżi terzi, li l-istandards regolatorji tagħhom huma ekwivalenti għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament, li jipprovdu servizzi ta' kklerjar lill-membri tal-ikklerjar jew liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Għaldaqstant din il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjoni ta' ekwivalenza previsti fih jikkontribwixxu sabiex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jitnaqqas ir-riskju sistemiku billi jiġi estiż l-użu ta' CCPs sikuri u sodi ħalli jiġu kklerjati l-kuntratti ta' derivattivi barra l-Borża (“OTC”), anke meta dawn is-CCPs ikunu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz.

(2)

Sabiex ir-reġim ġuridiku ta' pajjiż terz jitqies ekwivalenti għar-reġim ġuridiku tal-Unjoni rigward is-CCPs, l-eżitu sostanzjali tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għandu jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-objettivi regolatorji li jilħqu. L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa għalaqstant sabiex jiġi vverifikat li l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji tal-Ġappun jiżguraw li s-CCPs stabbiliti u awtorizzati hemmhekk ma jesponux lil membri tal-ikklerjar u liċ-ċentri ta' negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju milli dawn tal-aħħar kieku jkunu esposti għalih minn CCPs awtorizzati fl-Unjoni u, bħala konsegwenza, ma joħolqux livelli sistemiċi ta' riskju li mhumiex aċċettabli fl-Unjoni.

(3)

Fl-1 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet il-parir tekniku mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) dwar l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji applikabbli għas-CCPs stabbiliti fil-Ġappun. Suppliment għal ma' dan il-parir wasal fis-27 ta' Jannar 2014. Il-parir tekniku identifika għadd ta' differenzi bejn ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli f'livell ġuridiku għas-CCPs fil-Ġappun, u r-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Madankollu din id-Deċiżjoni mhijiex ibbażata biss fuq analiżi komparattiva tar-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs fil-Ġappun, iżda bbażata wkoll fuq il-valutazzjoni tar-riżultat ta' dawn ir-rekwiżiti rigward il-livell ta' mitigazzjoni tar-riskju li jilħqu.

(4)

Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex jiġi ddeterminat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward is-CCPs awtorizzati fih, huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(5)

Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz iridu jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(6)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Ġappun għall-organizzazzjonijiet tal-ikklerjar (“COs”) awtorizzati fih huma stabbiliti fil-Financial Instruments and Exchange Act 2006 (l-Att dwar l-Istrumenti Finanzjarji u l-Borża 2006 — “FIEA”), li jistabbilixxi qafas superviżorju għall-organizzazzjonijiet tal-ikklerjar tat-titoli u tad-derivattivi finanzjarji, u l-Commodity Derivatives Act 2009 (l-Att dwar d-Derivattivi tal-Komoditajiet 2009 — “CDA”), li jistabbilixxi qafas superviżorju għall-organizzazzjonijiet li jikklerjaw il-komoditajiet. Din id-Deċiżjoni tkopri biss ir-reġim stipulat fl-FIEA.

(7)

L-FIEA tipprevedi li qabel ma tingħata liċenzja sabiex jitwettqu l-attivitajiet tal-ikklerjar, il-Prim Ministru tal-Ġappun irid jaċċerta ruħu li s-CO għandha regoli kummerċjali, —jiġifieri regoli u proċeduri interni ta' organizzazzjoni tal-ikklerjar, li huma konformi mar-regoli u l-liġijiet applikabbli; li s-sitwazzjoni finanzjarja tas-CO hija adegwata biex twettaq l-ikklerjar tal-istrumenti finanzjarji; li l-introjtu u n-nefqa previsti tal-operat tas-CO huma favorevoli; li l-persunal tas-CO għandu biżżejjed għarfien u esperjenza sabiex iwettaq l-ikklerjar tal-istrumenti finanzjarji kif suppost u b'ċertezza; u li l-istruttura u -s-sistema tas-CO huma biżżejjed żviluppati sabiex is-saldu jkun jista' jaħdem b'mod adegwat. Skont l-Artikolu 194-7(1) tal-FIEA, il-Prim Ministru jiddelega lill-Kummissarju tal-Financial Services Agency of Japan (Aġenzija tas-Servizzi Finanzjarji tal-Ġappun — JFSA) is-setgħat mogħtija mill-FIEA. Għalhekk, il-Kummissarju tal-JFSA huwa responsabbli għall-għoti tal-liċenzja tal-ikklerjar.

(8)

Barra minn hekk, f'Diċembru 2013, il-JFSA ppubblikat il-Comprehensive Guidelines for Supervision of Financial Market Infrastructures (il-Linji Gwida Komprensivi għas-Superviżjoni tal-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji — “il-Linji Gwida”), li jispeċifikaw il-qafas superviżorju fir-rigward tal-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, inklużi s-COs, u b'mod partikolari l-mod li bih is-COs iridu jikkonforrmaw mal-FIEA. Il-linji gwida huma implimentati fir-regoli u l-proċeduri interni tas-COs.

(9)

Għaldaqstant, ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Ġappun għandhom struttura fuq żewġ livelli. Il-prinċipji ewlenin għas-COs stipulati fl-FIEA (“ir-regoli primarji”), jistabbilixxu standards ta' livell għoli li s-COs iridu jkunu konformi magħhom sabiex jakkwistaw il-liċenzja biex jipprovdu sevizzi ta' kklerjar fil-Ġappun. Dawn ir-regoli primarji jinkludu l-ewwel livell ta' rekwiżiti legalment vinkolanti fil-Ġappun. Sabiex turi li hija konformi mar-regoli primarji, CO trid tippreżenta r-regoli u l-proċeduri interni tagħha lill-Kummissarju tal-JFSA għall-approvazzjoni. Dawn ir-regoli u l-proċeduri interni jinkludu t-tieni saff ta' rekwiżiti legalment vinkolanti fil-Ġappun, u jridu jipprovdu dettall preskrittiv dwar kif is-CO li tapplika se tissodisfa dawn l-istandards u tkun konformi mal-Linji Gwida. Barra minn hekk, ir-regoli u l-proċeduri interni tas-COs fihom dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkomplementaw ir-regoli primarji. Ladarba r-regoli u l-proċeduri interni jiġu approvati mill-Kummissarju tal-JFSA, dawn isiru legalment vinkolanti fuq is-CO. Dawn ir-regoli għalhekk jiffurmaw parti integrali mill-arranġamenti legali u superviżorji li s-CCPs stabiliti fil-Ġappun iridu jikkonformaw magħhom. Jekk jagħti l-każ li r-regoli primarji, jew ir-regoli u l-proċeduri interni tas-COs ma jiġux osservati, il-Kummissarju tal-JFSA għandu s-setgħa li jieħdu azzjonijiet amministrattivi kontra s-CO, inkluż il-ħruġ ta' ordnijiet sabiex itejjeb l-operazzjonijiet tan-negozju jew sabiex jirrevoka l-liċenzja kollha tas-CO, jew parti minnha.

(10)

Ir-regoli primarji applikabbli għas-COs kkumplimentati bir-regoli u l-proċeduri interni tagħhom jagħtu riżultati sostanzjali ekwivalenti għall-effetti tar-regoli li jinsabu fit-Titolu IV tar- Regolament (UE) Nru 648/2012. B'mod partikolari, ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-COs rigward l-għadd ta' inadempjenzi li għandhom jiġu koperti minn riżorsi finanzjarji totali jesiġu li s-COs jikklerjaw aktar minn 95 % tal-volumi kklerjati fil-Ġappun sabiex ikopru l-inadempjenza ta' mill-inqas żewġ membri tal-ikklerjar li għalihom ikun hemm l-akbar skoperturi taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi, iżda plawsibbli (“il-prinċipju cover 2”). Dan ir-rekwiżit jiżgura livell ta' mitigazzjoni tar-riskju li huwa ekwivalenti għal dak imfittex mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u għalhekk għandu jitqies ekwivalenti.

(11)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-COs rigward ir-riskju tal-likwidità jesiġu li s-COs jikklerjaw aktar minn 95 % tal-volumi kklerjati fil-Ġappun sabiex japplikaw “il-prinċipju cover 2”. Dan ir-rekwiżit jiżgura livell ta' mitigazzjoni tar-riskju li huwa ekwivalenti għal dak imfittex mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u għalhekk għandu jitqies ekwivalenti. Fl-aħħar nett, ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-COs kollha rigward il-kontinwità tal-operat, ir-rekwiżiti tal-kollateral, il-politika ta' investiment, ir-riskju tas-saldu, is-segregazzjoni u l-portabilità, il-kalkolu ta' marġni inizjali u l-governanza, inklużi r-rekwiżiti organizzattivi, ir-rekwiżiti relatati mal-maniġment superjuri, il-kumitat tar-riskju, iż-żamma tar-rekords, il-parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, l-informazzjoni trażmessa lill-awtorità kompetenti, il-kunflitti ta' interess, l-esternalizzazzjoni u t-tmexxija tal-operat jagħtu riżultati sostanzjali ekwivalenti għal dawk stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u għalhekk għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti.

(12)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Ġappun jiżguraw li s-COs awtorizzati fih jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(13)

Skont it-tieni kundizzjoni fl-Artikolu 25(6), l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Ġappun fir-rigward tas-CCPs awtorizzati fih iridu jipprevedu superviżjoni u infurzar effettivi għal dawn is-CCPs fuq bażi kontinwa.

(14)

Il-JFSA hija responsabbli mis-superviżjoni tal-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji. Il-JFSA twettaq monitoraġġ kontinwu dwar il-konformità tas-COs mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju permezz ta' sorveljanza u proċeduri ta' eżaminar ibbażati fuq ir-riskju, inkluż l-ittestjar tar-rekwiżiti prudenzjali. B'mod partikolari, il-JFSA tista' tesiġi li COs tipprovdi informazzjoni, rapporti u materjal ieħor dwar l-operat tagħhom, u tista' tispezzjona l-operat, ir-reġistri u l-kotba tas-COs. Hija tivvaluta wkoll kemm is-COs huma konformi mal-obbligi tagħhom. Dawn l-eżamijiet analitiċi joħorġu f'rapport li jidentifika kwalunkwe nuqqas osservat. Il-JFSA tiddisponi minn diversi miżuri sabiex tiżgura li s-COs jindirizzaw b'mod adegwat kwalunkwe kwistjoni li jidentifikaw, u jesiġu li s-COs juru bil-miktub li solvew dawn il-kwistjonijiet. Il-JFSA għandha mezzi addizzjonali biex tinforza l-konformità, inkluża l-kapaċità li toħroġ ordnijiet sabiex jitjiebu l-operazzjonijiet kummerċjali u għall-infurzar ta' dawn l-ordnijiet. Il-JFSA tista' wkoll tirrevoka l-liċenzja kollha tas-CO, jew parti minnha.

(15)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Ġappun rigward is-CCPs awtorizzati fih jipprevedu superviżjoni u infurzar effettivi tas-CCPs fuq bażi kontinwa.

(16)

Skont it-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Ġappun iridu jinkludu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent tas-CCPs awtorizzati skont reġimi legali ta' pajjiżi terzi (“is-CCPs ta' pajjiżi terzi”).

(17)

Is-CCPs ta' pajjiż terz jistgħu japplikaw għal liċenzja ta' “CCP barranija” li tippermettilhom jipprovdu l-istess servizzi fil-Ġappun bħal ma' huma awtorizzati jipprovdu f'dak il-pajjiż terz. Il-kriterji applikati għal CCP ta' pajjiż terz li japplika għal liċenzja huma simili għall-kriterji applikati għall-għoti ta' liċenzji lill-organizzazzjonijiet tal-ikklerjar Ġappuniżi. B'mod partikolari, is-CCP minn pajjiż terz li tapplika abbażi tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fil-pajjiż terz, għandu jkollha bażi finanzjarja suffiċjenti, għarfien suffiċjenti u persunal b'esperjenza kif ukoll sistema u struttura suffiċjenti biex twettaq l-attivitajiet tal-ikklerjar kif suppost u b'ċertezza. Barra minn hekk, is-CCPs ta' pajjiż terz huma eżentati minn ċerti rekwiziti applikabbli għas-CCPs domestiċi awtorizzati fil-Ġappun fejn ikunu ngħataw liċenzja ekwivalenti minn awtoritajiet barranin li magħhom il-JFSA tkun ikkonkludiet ftehimiet ta' koperazzjoni.

(18)

Għalhekk, għandu jitqies li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Ġappun jipprevedu għal sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiż terz.

(19)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu għalhekk jiġu kkunsidrati milħuqa mill-arranġamenti legali u superviżorji tal-Ġappun dwar is-COs, u dawn l-arranġamenti legali u superviżorji għandhom jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni, infurmata mill-ESMA, għandha tkompli tagħmel monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun għas-CCPs, u tara li qed jitwettqu l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni.

(20)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Ġappun li huma kostitwiti mill-Financial Instruments and Exchange Act 2006 (FIEA) kif ukoll ikkumplimentati mill-Comprehensive Guidelines for Supervision of Financial Market Infrastructures, u applikabbli għal Organizzazzjonijiet tal-Ikklerjar (“COs”) awtorizzati hemmhekk, jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ottubru 2014

dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' Singapor għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

(2014/753/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) stabbiliti f'pajjiżi terzi stipulata fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha l-għan li tippermetti lis-CCPs stabbiliti u awtorizzati f'pajjiżi terzi li l-istandards regolatorji tagħhom huma ekwivalenti għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament biex jagħtu servizzi tal-kklerjar lill-membri tal-ikklerjar jew lil ċentri ta' negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Din il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjoni tal-ekwivalenza previsti fih jikkontribwixxu għaldaqstant sabiex jintlaħaq l-għan globali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jitnaqqas ir-riskju sistemiku billi jiġi estiż l-użu ta' CCPs sikuri u sodi sabiex jikklerjaw il-kuntratti tad-derivati barra mill-borża (“OTC”), anke meta dawn is-CCPs ikunu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz.

(2)

Sabiex ir-reġim ġuridiku ta' pajjiż terz jitqies ekwivalenti għar-reġim ġuridiku tal-Unjoni fir-rigward tas-CCPs, l-eżitu sostanzjali tal-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji applikabbli għandu jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-objettivi regolatorji li jilħqu. L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa għalaqstant sabiex jiġi vverifikat li l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji ta' Singapor jiżguraw li s-CCPs stabbiliti u awtorizzati hemmhekk ma jesponux lil membri tal-ikklerjar u liċ-ċentri ta' negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju milli dawn tal-aħħar kieku jkunu esposti għalih minn CCPs awtorizzati fl-Unjoni u, bħala konsegwenza, ma joħolqux livelli sistemiċi ta' riskju li mhumiex aċċettabli fl-Unjoni.

(3)

Fl-1 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet il-parir tekniku mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) dwar l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji applikabbli għas-CCPs awtorizzati f'Singapor. Il-parir tekniku identifika għadd ta' differenzi bejn ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli f'livell ġuridiku għas-CCPs f'Singapor, u r-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Madankollu din id-Deċiżjoni mhijiex ibbażata fuq analiżi komparattiva tar-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs f'Singapor, iżda bbażata wkoll fuq il-valutazzjoni tal-effett ta' dawn ir-rekwiżiti, u kemm huma adegwati biex inaqqsu r-riskji li l-membri tal-ikklerjar u ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jkunu esposti għalihom b'mod li jista' jitqies ekwivalenti għall-effetti tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Ir-riskji aktar baxxi li jinsabu inerenti fl-attivitajiet tal-ikklerjar mwettqa fis-swieq finanzjarji li huma iżgħar mis-suq finanzjarju tal-Unjoni għandhom għaldaqstant b'mod partikolari jiġu kkunsidrati.

(4)

Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex jiġi ddeterminat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward is-CCPs awtorizzati fih, huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(5)

Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz iridu jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(6)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti ta' Singapor għas-CCPs awtorizzati fih jikkonsistu fil-Kapitolu 289 tal-Att dwar it-Titoli u l-Kuntratti ta' Xiri fil-Futur (“SFA”) u r-Regolamenti dwar it-Titoli u l-Kuntratti ta' Xiri fil-Futur (il-Faċilitajiet tal-Ikklerjar) tal-2013 (ir-Regolamenti tal-“SFA”). L-SFA għandu l-għan li jippromwovi faċilitajiet sikuri u effiċjenti tal-ikklerjar u li jnaqqas ir-riskju sistemiku. Ir-regolamenti tal-SFA jiżviluppaw u jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-SFA. L-SFA jintroduċi reġim ta' awtorizzazzjoni għall-faċilitajiet tal-ikklerjar kollha sistemikament importanti filwaqt li jwettaq ir-rwol tas-CCPs, li jridu jiġu awtorizzati mill-Awtorità Monetarja ta' Singapor (“MAS”) bħala l-Kamra Approvata għall-Ikklerjar (“ACHs”). Faċilitajiet tal-ikklerjar oħra, inklużi s-CCPs barranin, huma awtorizzati mill-MAS bħala Kmamar għall-Ikklerjar Rikonoxxuti (“RCHs”).

(7)

F'Jannar 2013, l-MAS ħarġet ukoll il-Monografija dwar is-Sorveljanza tal-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji (“il-Monografija”) li tistabbilixxi l-istandards applikabbli għas-CCPs bl-implimentazzjoni tal-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji (PFMIs) maħruġa mill-Kumitat dwar Sistemi ta' Pagament u ta' Ħlas Finali (2) (“CPSS”) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (“IOSCO”) f'April 2012. B'mod partikolari, il-Monografija tispjega kif l-MAS tistenna li l-ACHs jikkonformaw mal-obbligi tagħhom taħt l-SFA, u dan jittieħed inkonsiderazzjoni mill-MAS meta tivvaluta hemmx konformità mill-ACHs mal-obbligi tal-SFA.

(8)

Sabiex jiġu awtorizzati bħala ACHs, il-kmamar tal-ikklerjar għandhom jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-SFA u fir-Regolamenti tal-SFA. L-MAS tista' timponi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-ACHs, u f'kull ħin tista' żżid u tvarja jew tirrevoka kull kundizzjoni jew restrizzjoni imposta fuqhom. L-ACHs iridu joperaw il-faċilitajiet ta' kklerjar b'mod sikur u effikaċi, u jridu jamministraw b'mod prudenti r-riskji marbuta man-negozju u l-operazzjonijiet tagħhom. Irid ikollhom ukoll biżżejjed riżorsi finanzjarji, umani u bħala sistema.

(9)

Barra minn hekk, taħt l-SFA, l-ACHs iridu jadottaw, fuq bażi individwali, regoli u proċeduri interni li jiżguraw it-tħaddim tajjeb u effiċjenti ta' faċilità tal-ikklerjar kif ukoll regolamentazzjoni u superviżjoni tal-membri tagħhom b'mod adegwat. Ir-regoli u l-proċeduri interni tal-ACHs irid ikollhom elementi speċifiċi preskritti mill-MAS li jinkludu r-rekwiżiti relatati mar-riskji għall-funzjonament tal-faċilitajiet tal-ikklerjar, għall-ġestjoni ta' inadempjenzi u għall-kriterji u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-membri tagħhom. F'dan ir-rigward, il-Monografija hija implimentata fir-regoli u l-proċeduri interni tal-ACHs. Ir-regoli u proċeduri interni tal-ACHs, kif ukoll kull emenda, iridu jiġu ppreżentati lill-MAS qabel l-implimentazzjoni tagħhom. L-MAS tista' tibdel, tissupplimenta jew ma tippermettix ir-regoli u l-proċeduri interni, jew xi parti mill-emenda proposta. Barra minn hekk, skont ir-regolamenti tal-SFA, hija espliċitament meħtieġa l-approvazzjoni minn qabel mill-MAS għal kull bidla li ssir fl-oqfsa għall-amministrazzjoni tar-riskju tal-ACHs, inklużi t-tip ta' kollaterali aċċettati, ta' metodoloġiji għal valutazzjoni tal-kollateral u d-determinazzjoni ta' marġini sabiex jiġi ġestit l-esponiment għar-riskju tal-parteċipanti tagħhom, kif ukoll id-daqs tar-riżorsi finanzjarji disponibbli sabiex jiġu koperti b'inadempjenza xi membri tagħhom (bl-esklużjoni tal-marġini miżmuma mill-ACH). L-SFA tipprevedi sanzjonijiet meta r-regoli u l-proċeduri interni tal-ACHs ikunu emendati b'tali mod li ma jibqgħux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-MAS. Għaldaqstant, skont l-SFA, ir-regoli u l-proċeduri interni tal-ACHs huma vinkolanti għall-ACHs stess.

(10)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti ta' Singapor għandhom għalhekk struttura fuq żewġ livelli. Ir-rekwiżiti ewlenin għall-ACHs stipulati fl-SFA u fir-regolamenti tal-SFA (“ir-regoli primarji”), jistabbilixxu standards ta' livell għoli li l-ACHs iridu jkunu konformi magħhom sabiex jakkwista l-awtorizzazzjoni biex jipprovdu sevizzi ta' kklerjar f'Singapor. Dawn ir-regoli primarji jinkludu l-ewwel livell ta' rekwiżiti legalment vinkolanti f'Singapor. Sabiex jagħtu prova li huma konformi mar-regoli primarji, l-ACHs iridu jressqu r-regoli u l-proċeduri interni tagħhom quddiem l-MAS qabel ma jimplimentawhom, u l-MAS tista' ma tippermettix, tbiddel jew iżżid magħhom. Dawn ir-regoli u l-proċeduri interni jinkludu t-tieni saff ta' rekwiżiti legalment vinkolanti ta' Singapor, u jridu jipprovdu dettall preskrittiv dwar kif l-ACH li tapplika, tissodisfa dawn l-istandards ta' livell għoli f'konformità mal-Monografija. Barra minn hekk, ir-regoli u l-proċeduri interni tal-ACHs fihom dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkomplementaw ir-regoli primarju.

(11)

Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għall-ACHs għandha wkoll tqis l-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju tagħhom f'termini ta' livell tar-riskju li l-membri tal-ikklerjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni huma esposti għalih minħabba l-participartion tagħhom fl-ACHs. L-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju huwa ddeterminat kemm mil-livell ta' riskju inerenti fl-attivitajiet tal-ikklerjar imwettqa mis-CCP kkonċernata, li jiddependu fuq id-daqs tas-suq finanzjarju li fih topera, kif ukoll mill-adegwatezza tal-akkordji legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs sabiex jitnaqqas dan il-livell ta' riskju. Sabiex jinkiseb l-istess riżultat tal-mitigazzjoni tar-riskju, huma meħtieġa rekwiżiti aktar stretti tal-mitigazzjoni tar-riskju għas-CCPs li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji akbar li l-livell ta' riskju inerenti tagħhom huwa ogħla minn ta' CCPs li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji iżgħar li l-livell ta' riskju inerenti tagħhom huwa iktar baxx.

(12)

Id-daqs tas-swieq finanzjarji li fihom l-ACHs iwettqu l-attivitajiet tal-ikklerjar tagħhom huwa ferm iżgħar minn dawk li joperaw fihom is-CCPs stabbiliti fl-Unjoni. B'mod partikolari, tul l-aħħar tliet snin, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet ikklerjati f'Singapor irrappreżentaw inqas minn 1 % tal-valur totali tat-tranżazzjoni kklerjati fi Stati Membri tal-Unjoni li huma parti mill-G10. Għalhekk, il-parteċipazzjoni fl-ACHs tesponi lill-membri tal-ikklerjar u liċ-ċentri tan-negozjar li jkunu stabbiliti fl-Unjoni għal ferm inqas riskji milli meta jipparteċipaw f'CCPs awtorizzati fl-Unjoni.

(13)

L-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għal ACHs jistgħu għalhekk jitqiesu bħala ekwivalenti meta jkunu adegwati biex jittaffa dan il-livell iktar baxx ta' riskju. Ir-regoli primarji applikabbli għall-ACHs, ikkumplimentati bir-regoli u l-proċeduri interni tagħhom li jimplimentaw il-PFMIs, jimmitigaw il-livell aktar baxx ta' riskju li jeżisti f'Singapor, u jagħtu riżultat tal-mitigazzjoni tar-riskju li huwa ekwivalenti għal dak imfittex mir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(14)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Singapore jiżguraw li l-ACHs awtorizzati fih jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(15)

Skont it-tieni kundizzjoni fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Singapor fir-rigward tas-CCPs awtorizzati fih iridu jipprevedu superviżjoni u infurzar effettivi għal dawn is-CCPs fuq bażi kontinwa.

(16)

L-MAS tista' tagħti istruzzjonijiet, kemm jekk ikunu ta' natura ġenerali kif ukoll speċifika, sabiex tiġi żgurata ħidma sikura u effiċjenti u, b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata konformità mal-obbligi jew ir-rekwiżiti tal-SFA jew mar-rekwiżiti preskritti mill-MAS li jridu jiġu inkorporati fir-regoli u l-proċeduri interni tal-ACHs. L-SFA jipprevedi sanzjonijiet meta l-ACH ikkonċernata ma tkunx konformi mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-MAS. Rigward l-infurzar tar-regoli u l-proċeduri interni tal-ACHs, l-MAS tista' titlob lill-Qorti Suprema sabiex toħroġ ordni li tesiġi li l-ACH tikkonforma mar-regoli u l-proċeduri interni tagħha, kif ukoll tosservahom, tinfurzahom jew timplimentahom. Fl-aħħar nett, l-MAS tista' tirrevoka l-awtorizzazzjoni tal-ACHs jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti minnha, ma' kull kundizzjoni jew restrizzjoni imposta b'awtorizzazzjoni, ma' kull istruzzjoni maħruġa mill-MAS skont l-SFA jew ma' kull dispożizzjoni tal-SFA, fost oħrajn.

(17)

Barra minn hekk, l-ACHs huma meħtieġa skont ir-Regolamenti tal-SFA li jressqu quddiem l-MAS rapport annwali dwar kif huma wettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fl-ambitu tal-SFA matul is-sena finanzjarja. Huma jridu wkoll jissottomettu lill-MAS ir-rapport ddettaljat tal-Awdituri, li għandu jinkludi s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-awdituri, jekk ikun hemm, dwar il-kontrolli interni tal-ACH u dwar kull nuqqas ta' konformità tal-ACH ma' xi dispożizzjoni tal-SFA u ma' xi istruzzjoni maħruġa mill-MAS skont l-SFA.

(18)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Singapor rigward is-CCPs awtorizzati fih jipprevedu superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(19)

Skont it-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Singapor iridu jinkludu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent tas-CCPs awtorizzati skont reġimi legali ta' pajjiżi terzi (“is-CCPs ta' pajjiżi terzi”).

(20)

Is-CCPs ta' pajjiż terz jistgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni ta' RCH li tippermettilhom jipprovdu l-istess servizzi f'Singapor bħal ma' huma awtorizzati jipprovdu fil-pajjiż terz.

(21)

Qabel ma tingħata awtorizzazzjoni ta' RCH, l-MAS tivvaluta jekk ir-reġim regolatorju tal-pajjiż terz fejn is-CCP tkun awtorizzata jistax jiġi pparagunat mal-arranġamenti legali u superviżorji applikati għas-CCPs stabbiliti f'Singapor, anki jekk il-PFMIs jiġu applikati. It-twaqqif ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-MAS u l-awtorità superviżorja barranija rilevanti huwa wkoll meħtieġ sabiex tinħareġ awtorizzazzjoni ta' RCH.

(22)

Filwaqt li jidher li l-istruttura tal-proċedura ta' rikonoxximent tar-reġim ġuridiku ta' Singapor, applikabbli għas-CCPs ta' pajjiżi terzi, hija differenti mill-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, xorta għandha titqies li tikkostitwixxi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi.

(23)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu għalhekk jiġu kkunsidrati milħuqa mill-arranġamenti legali u superviżorji ta' Singapor dwar l-ACHs, u dawn l-arranġamenti legali u superviżorji għandhom jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni, infurmata mill-ESMA, għandha tkompli tagħmel monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju ta' Singapor għas-CCPs, u tara li qed jitwettqu l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni.

(24)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Singapor li huma kostitwiti mill-Kapitolu 289 tal-Att dwar it-Titoli u l-Kuntratti ta' Xiri fil-Futur u r-Regolamenti dwar it-Titoli u l-Kuntratti ta' Xiri fil-Futur (il-Faċilitajiet tal-Ikklerjar) tal-2013 kif ukoll ikkumplimentati mill-“Monografija dwar is-Sorveljanza tal-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji”, u applikabbli għal Kmamar Approvati għall-Ikklerjar (“ACHs”) awtorizzati hemmhekk, jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Mill-1 ta' Settembru 2014, il-Kumitat dwar Sistemi ta' Pagament u ta' Ħlas Finali biddel ismu għal Kumitat dwar Sistemi ta' Pagament u l-Infrastrutturi tas-Suq (“CPMI”).


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/62


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ottubru 2014

dwar l-ekwivalenza tal-qafas regolatorju ta' Ħong Kong għal kontropartijiet ċentrali għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

(2014/754/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-proċedura għar-rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) stabbiliti f'pajjiżi terzi stipulati fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha l-għan li tippermetti lis-CCPs stabbiliti u awtorizzati f'pajjiżi terzi li għandhom standards regolatorji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament jipprovdu servizzi ta' kklerjar lill-membri tal-ikklerjar jew ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Għalhekk, din il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjoni tal-ekwivalenza prevista fiha jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jitnaqqas ir-riskju sistemiku billi jiġi estiż l-użu ta' CCPs sikuri u sodi biex jikklerjaw il-kuntratti tad-derivattivi barra l-borża (“OTC”), inkluż fejn dawk is-CCPs ikunu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz.

(2)

Sabiex reġim legali ta' pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti għar-reġim legali tal-Unjoni fir-rigward ta' CCPs, l-eżitu sostanzjali tal-arranġamenti applikabbli legali u superviżorji għandu jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni rigward l-objettivi regolatorji li jiksbu. L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa għalhekk li tivverifika li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Ħong Kong jiżguraw li s-CCPs stabiliti u awtorizzati hemmhekk ma jesponux lill-membri tal-ikklerjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju milli dawn jistgħu jkunu esposti għalih minn CCPs awtorizzati fl-Unjoni u, konsegwentement, ma joħolqux livelli inaċċettabbli ta' riskju sistemiku fl-Unjoni.

(3)

Fl-1 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet il-parir tekniku mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għal CCPs awtorizzati f'Ħong Kong. Il-parir tekniku identifika għadd ta' differenzi bejn ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli, f'livell ġurisdizzjonali, għal CCPs f'Ħong Kong u r-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għal CCPs skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Din id-Deċiżjoni mhijiex ibbażata biss, madankollu, fuq analiżi komparattiva tar-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għal CCPs f'Ħong Kong, iżda wkoll fuq valutazzjoni tal-eżitu ta' dawk ir-rekwiżiti, u kemm huma xierqa biex inaqqsu r-riskji li l-membri tal-ikklerjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jkunu esposti għalihom b'mod meqjus ekwivalenti għall-eżitu tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalhekk, ir-riskji ferm aktar baxxi inerenti f'attivitajiet ta' kklerjar imwettqa fis-swieq finanzjarji li huma iżgħar mis-suq finanzjarju tal-Unjoni għandhom, b'mod partikolari, jiġu kkunsidrati.

(4)

Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex jiġi determinat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward is-CCPs awtorizzati hemmhekk huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(5)

Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(6)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti ta' Ħong Kong għas-CCPs awtorizzati hemmhekk jikkonsistu fil-Clearing and Settlement Systems Ordinance (“CSSO”) u s-Securities and Futures Ordinance (“SFO”). L-entitajiet awtorizzati taħt is-CSSO huma regolati mill-Awtorità Monetarja ta' Ħong Kong (“HKMA”) u l-entitajiet awtorizzati taħt l-SFO huma regolati mis-Securities and Futures Commission (“SFC”) ta' Ħong Kong. Is-CCPs f'Ħong Kong ġew awtorizzati taħt l-SFO biss. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tiġi limitata għar-reġim stabbilit taħt l-SFO.

(7)

Taħt il-Parti III tal-SFO, l-SFC għandha s-setgħa li tawtorizza CCP bħala Recognised Clearing House (“RCH”). Meta tikkunsidra l-awtorizzazzjoni ta' CCP bħala RCH, l-SFC trid tieħu kont tal-“interess tal-pubbliku li jinvesti” u r-“regolamentazzjoni xierqa tas-swieq”. L-SFC tista' wkoll tispeċifika “kundizzjonijiet bħal dawn kif tikkunsidra xieraq” qabel ma tawtorizza CCP speċifika bħala RCH u tista' tibdel dawk il-kundizzjonijiet b'avviż jekk tkun “sodisfatta li dan ikun xieraq”. Fid-determinazzjoni ta' x'inhu xieraq, l-SFC għandha l-obbligu li tirreferi għall-mandati statutorji tagħha li żżomm l-istabbiltà finanzjarja u tnaqqas ir-riskju sistemiku.

(8)

L-SFO tistabbilixxi d-dazji u r-rekwiżiti li RCH trid tikkonforma magħhom. L-SFC ħarġet linji gwida skont l-Artikolu 399(1) tal-SFO (“il-Linji Gwida”), li jimplimentaw l-istandards internazzjonali stabbiliti skont il-Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (“PFMIs”) maħruġa f'April 2012 mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u Ħlas Finali (2) (“CPSS”) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (“IOSCO”). Meta tivvaluta jekk RCHs jikkonformawx mal-obbligi tagħhom taħt l-SFO, l-SFC tikkunsidra l-linji gwida. Fejn RCH tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt l-SFO kif ikkomplementat mil-Linji Gwida, l-SFC tista' tadotta miżuri biex tirrimedja din is-sitwazzjoni.

(9)

L-SFO tirrekjedi wkoll li RCH tadotta regoli u proċeduri interni li huma meħtieġa għar-regolamentazzjoni xierqa tal-faċilitajiet tal-ikklerjar u saldu tagħha u għar-regolamentazzjoni xierqa tal-membri tal-ikklerjar tagħha. B'hekk, ir-rekwiżiti tal-SFO u l-Linji Gwida huma implimentati fir-regoli u l-proċeduri interni tal-RCHs. Taħt l-SFO, kwalunkwe regola u proċedura interna adottata minn RCH u kwalunkwe emenda tagħhom iridu jkunu approvati mill-SFC.

(10)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti f'Ħong Kong għalhekk għandhom struttura fuq żewġ saffi. Il-prinċipji ewlenin għall-RCHs stabbiliti fl-SFO (“ir-regoli primarji”), jistabbilixxu l-istandards ta' livell għoli li l-RCHs iridu jikkonformaw magħhom sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jipprovdu servizzi ta' kklerjar f'Ħong Kong. Dawk ir-regoli primarji jinkludu l-ewwel saff tar-rekwiżiti legalment vinkolanti f'Ħong Kong. Sabiex jagħtu prova tal-konformità mar-regoli primarji, l-RCHs iridu jressqu r-regoli u l-proċeduri interni tagħhom mal-SFC għall-approvazzjoni. Dawn ir-regoli u proċeduri interni jinkludu t-tieni saff ta' rekwiżiti legalment vinkolanti f'Ħong Kong, li jridu jippreskrivu fid-dettall il-mod li bih l-RCH se tissodisfa dawk l-istandards b'konformità mal-Linji Gwida. Ladarba jiġu approvati mill-SFC, ir-regoli u l-proċeduri interni jsiru legalment vinkolanti fuq l-RCH.

(11)

Il-valutazzjoni ta' ekwivalenza tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għall-RCHs għandha tqis ukoll l-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju li huma jiżguraw f'termini tal-livell ta' riskju li l-membri tal-ikklerjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jkunu esposti għalihom minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fl-RCHs. L-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju huwa determinat kemm mill-livell ta' riskju inerenti fl-attivitajiet ta' kklerjar imwettqa mis-CCP ikkonċernata li jiddependi mid-daqs tas-suq finanzjarju li topera fih, u kemm huma xierqa l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs biex inaqqsu dak il-livell ta' riskju. Sabiex jinkiseb l-istess eżitu ta' mitigazzjoni tar-riskju, huma meħtieġa rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskji aktar stretti għas-CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji ikbar li għandhom livell ta' riskju inerenti ogħla minn dak ta' CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji iżgħar li għandhom livell ta' riskju inerenti iktar baxx.

(12)

Id-daqs tas-suq finanzjarju fejn l-RCHs iwettqu l-attivitajiet tal-ikklerjar tagħhom huwa ferm iżgħar minn dak fejn iwettqu l-attivitajiet tagħhom is-CCPs stabbiliti fl-Unjoni. B'mod partikolari, tul l-aħħar tliet snin, il-valur nozzjonali annwali tal-kuntratti elenkati tad-derivattivi kkummerċjalizzati f'Ħong Kong irrappreżenta inqas minn wieħed fil-mija tal-valur nozzjonali annwali tal-kuntratti elenkati tad-derivattivi kkummerċjalizzati fl-Unjoni. Matul l-istess perijodu, il-kapitalizzazzjoni fis-suq ta' titoli nnegozjati fil-borża f'Ħong Kong irrappreżentat medja ta' inqas minn ħamsa u għoxrin fil-mija tal-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-ikklerjar minn RCHs ta' aktar prodotti kumplessi bħal derivattivi OTC huwa fi stadju bikri minħabba li s-servizzi tal-ikklerjar għal kuntratti tad-derivattivi OTC ġew mnedija biss fil-25 ta' Novembru 2013. Għalhekk, il-parteċipazzjoni fl-RCHs jesponi lill-membri tal-ikklerjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal riskji ferm iktar baxxi mill-parteċipazzjoni tagħhom f'CCPs awtorizzati fl-Unjoni.

(13)

L-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għal RCHs jistgħu għalhekk jitqiesu bħala ekwivalenti meta dawn ikunu xierqa biex itaffu dak il-livell iktar baxx ta' riskju. Ir-regoli primarji applikabbli għall-RCHs, flimkien mar-regoli u l-proċeduri interni tagħhom li jimplimentaw il-PFMIs, itaffu l-livell aktar baxx ta' riskju li jeżisti f'Ħong Kong u jiksbu eżitu ta' mitigazzjoni tar-riskju ekwivalenti għal dak mixtieq fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(14)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Ħong Kong jiżguraw li l-RCHs awtorizzati hemmhekk jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(15)

Skont it-tieni kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Ħong Kong fir-rigward tas-CCPs awtorizzati hemmhekk iridu jipprovdu superviżjoni u infurzar effettivi ta' dawk is-CCPs fuq bażi kontinwa.

(16)

L-SFC tmexxi l-monitoraġġ kontinwu tal-konformità tal-RCHs mar-rekwiżiti ta' ġestjoni tar-riskji permezz ta' sorveljanza u proċeduri ta' eżaminar ibbażati fuq ir-riskju, inkluż l-ittestjar tar-rekwiżiti prudenzjali. L-SFC għandha mezzi addizzjonali biex tinforza l-konformità. B'mod partikolari, l-SFC għandha s-setgħa li tidderieġi lill-RCHs biex ma jibqgħux jipprovdu jew joperaw faċilitajiet tal-ikklerjar jew tas-saldu jew biex jirtiraw l-awtorizzazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-SFC tista' titlob ukoll lill-RCHs biex jagħmlu ċerti emendi għar-regoli tagħhom skont kif iqisu meħtieġ, u għandha s-setgħa li tagħmel dawn il-bidliet fir-regoli unilateralment meta l-RCH ikkonċernata ma tikkonformax mat-talba. L-SFC għandha s-setgħa li titlob lill-RCHs jipprovdu kotba u rekords miżmuma minnhom b'rabta ma' jew għall-iskopijiet tan-negozju tagħhom jew fir-rigward ta' kwalunkwe arranġament ta' kklerjar u saldu għal kwalunkwe tranżazzjoni f'titoli jew kuntratti ta' futuri kif ukoll informazzjoni oħra relatata man-negozju tagħhom jew kwalunkwe arranġament ta' kklerjar u saldu għal kwalunkwe tranżazzjoni f'titoli jew kuntratti ta' futuri li l-SCF tista' teħtieġ b'mod raġonevoli għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha. In-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni jew dokumentazzjoni, mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli, jista' jirriżulta fl-impożizzjoni ta' multi.

(17)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Ħong Kong fir-rigward tas-CCPs awtorizzati hemmhekk jipprovdu superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(18)

Skont it-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Ħong Kong iridu jinkludu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs awtorizzati skont reġimi legali ta' pajjiżi terzi (“CCPs ta' pajjiżi terzi”).

(19)

Biex taħdem bħala CCP f'Ħong Kong, entità hija meħtieġa li tiġi nnominata bħala RCH jew rikonoxxuta bħala fornitur ta' “Servizzi ta' Negozjar Awtomatizzat” (“ATS”) taħt l-SFO. L-ATS huma definiti bħala entitajiet li jipprovdu, permezz ta' faċilitajiet elettroniċi, servizzi għall-kummerċ jew l-ikklerjar ta' titoli jew kuntratti ta' futuri. F'Marzu 2014, il-Kunsill Leġiżlattiv ta' Ħong Kong għadda Ordinanza ta' Emenda biex jespandi l-kamp ta' applikazzjoni tad-definizzjoni tal-ATS biex jinkludu wkoll id-derivattivi OTC.

(20)

Ir-reġim tal-ATS huwa adattat għas-CCPs ta' pajjiżi terzi li jixtiequ jipprovdu servizzi lil parteċipanti f'Ħong Kong. Is-CCPs ta' pajjiżi terzi jistgu japplikaw biex jiġu rikonoxxuti f'Ħong Kong bħala ATS, b'hekk ikunu jistgħu jipprovdu l-istess servizzi f'Ħong Kong li huma awtorizzati jipprovdu fil-pajjiż terz.

(21)

Waqt l-ipproċessar tal-applikazzjoni tal-ATS minn CCP ta' pajjiż terz, l-SFC tivvaluta l-konformità ta' CCP ta' pajjiż terz mal-PFMIs bħala punt ta' referenza. Jeħtieġ li jiġi konkluż memorandum ta' ftehim bejn l-SFC u l-awtorità superviżorja kompetenti tal-pajjiż terz tas-CCP li qed japplika qabel ma tiġi approvata l-applikazzjoni tal-ATS billi l-SFC tistrieħ fuq ir-regolatur tal-pajjiż għas-superviżjoni ta' kuljum tas-CCP tal-pajjiż terz.

(22)

Filwaqt li ta' min jinnota li l-istruttura tal-proċedura ta' rikonoxximent tar-reġim legali ta' Ħong Kong applikabbli għal CCPs ta' pajjiżi terzi hija differenti mill-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandha madankollu tiġi kkunsidrata bħala waħda li tipprovdi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi.

(23)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu għalhekk jiġu kkunsidrati li ntlaħqu mill-arranġamenti legali u superviżorji ta' Ħong Kong rigward l-RCHs, u dawk l-arranġamenti legali u superviżorji għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni, infurmata mill-ESMA, għandha tkompli ssegwi l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong għas-CCPs u t-twettiq tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni.

(24)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji ta' Ħong Kong li jikkonsistu fis-Securities and Futures Ordinance (SFO) kif ikkomplimentata mil-Linji Gwida adottati skont l-Artikolu 399(1) tal-SFO u applikabbli għad-Djar Rikonoxxuti tal-Ikklerjar (“Recognised Clearing Houses, RCHs”) awtorizzati hemmhekk jitqiesu li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Mill-1 ta' Settembru 2014, il-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u Ħlas Finali biddel ismu għal Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u l-Infrastrutturi tas-Suq “CPMI”).


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/66


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ottubru 2014

dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Awstralja għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet

(2014/755/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-proċedura għar-rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) stabbiliti f'pajjiżi terzi li tidher fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha l-għan li tippermetti lis-CCPs stabbiliti u awtorizzati f'pajjiżi terzi li l-istandards regolatorji tagħhom huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament li tipprovdi servizzi ta' kklerjar lill-membri tal-ikklerjar jew ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Din il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjoni ta' ekwivalenza previsti fih jikkontribwixxu għalhekk biex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jitnaqqas ir-riskju sistemiku billi jiġi estiż l-użu tas-CCPs li huma sikuri u sodi sabiex jiġu kklerjati l-kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża (“OTC”), inkluż dawk fejn is-CCPs ikunu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz.

(2)

Sabiex reġim legali ta' pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti għar-reġim legali tal-Unjoni fir-rigward ta' CCPs, l-eżitu sostanzjali tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għandu jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni rigward l-objettivi regolatorji li huma jiksbu. Għalhekk l-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa li jiġi verifikat li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Awstralja jiżguraw li s-CCPs stabbiliti u awtorizzati bihom ma jesponux lil membri tal-ikklerjar jew liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju li dawn tal-aħħar jistgħu jkunu esposti għalih minn CCPs awtorizzati fl-Unjoni u, konsegwentement, ma joħolqux livelli inaċċettabbli ta' riskju sistemiku fl-Unjoni.

(3)

Fl-1 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet il-parir tekniku mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs awtorizzati fl-Awstralja. Il-parir tekniku jikkonkludi li d-dispożizzjonijiet kollha fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huma rreplikati minn rekwiżiti legalment vinkolanti korrispondenti li huma applikabbli, f'livell ta' ġurisdizzjoni, għas-CCPs awtorizzati fl-Awstralja.

(4)

Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex jiġi determinat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward is-CCPs awtorizzati fih huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(5)

Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz iridu jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(6)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Awstralja għas-CCPs awtorizzati fiha jikkonsistu fl-Att dwar il-Korporazzjonijiet 2001 (“l-Att dwar il-Korporazzjonijiet”), li flimkien mar-Regolamenti tal-Korporazzjonijiet 2001 (“Regolamenti tal-Korporazzjonijiet”), jistabbilixxu l-qafas legali għal faċilitajiet tal-ikklerjar u tas-saldu (“faċilitajiet tas-CS”). Parti 7.3 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet tipprevedi li qabel ma tingħata liċenzja biex jitwettqu l-attivitajiet ta' kklerjar jew ta' saldu, il-Ministru irid ikun sodisfatt, fost affarijiet oħra, li s-CCP ikkonċernata jkollha regoli u proċeduri ta' operat adegwati li huma konformi mal-liġijiet u mar-regolamenti applikabbli biex jiġi żgurat, sa fejn ikun raġonevolment prattikabbli, li r-riskju sistemiku jitnaqqas, u li s-CCP tkun operata b'mod ġust u effettiv. Is-CCP irid ukoll ikollha arranġamenti adegwati biex jiġu trattati l-kunflitti ta' interess u biex tinforza r-regoli u l-proċeduri interni tagħha. Il-Kummissjoni għall-Investimenti u s-Sigurtajiet Awstraljana (“ASIC”) u Il-Bank tar-Riżerva tal-Awstralja (“RBA”) jagħtu parir lill-Ministru dwar l-għoti ta' liċenzji għall-faċilitajiet tas-CS u bidliet tar-regoli u tal-proċeduri interni tagħhom, u huma responsabbli mill-evalwazzjoni, u fil-każ tal-ASIC tal-infurzar, tal-konformità tas-CCPs mal-obbligi tagħhom skont l-Att dwar il-Korporazzjonijiet.

(7)

L-ASIC tipprovdi gwida regolatorja għal entitajiet regolati li tispjega kwistjonijiet speċifiċi li huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni. B'mod partikolari, l-ASIC irrevediet l-gwida regolatorja tagħha dwar il-liċenzjar u s-sorveljanza tal-liċenzji tal-faċilitajiet tas-CS f'Diċembru 2012 skont il-gwida aġġornata Regulatory Guide 211 “Clearing and settlement facilities: Australian and overseas operators” (“RG 211”). L-RG 211 tal-ASIC timplimenta l-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji (“PFMIs”) maħruġa f'April 2012 mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u Saldu (2) (“CPSS”) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (“IOSCO”), li huma rilevanti għall-obbligi stabbiliti fl-Att dwar il-Korporazzjonijiet, u tipprovdi gwida għas-CCPs dwar kif għandhom jikkonformaw mal-obbligi tagħhom taħt l-Att dwar il-Korporazzjonijiet. Għalhekk, nuqqas ta' konformità mal-Att dwar il-Korporazzjonijiet kif spjegat fl-RG 211 jista' jinvolvi azzjoni ta' infurzar u miżuri ta' sanzjonijiet.

(8)

Skont l-Att dwar il-Korporazzjonijiet, l-RBA għandha s-setgħa li tiddetermina l-istantards tal-istabbiltà finanzjarja, bl-għan li jiġi żgurat li s-CCPs joperaw b'mod li jikkawża jew jippromwovi l-istabbiltà globali tas-sistema finanzjarja Awstraljana. B'mod partikolari, f'Novembru 2012, il-Bord tas-Sistema għall-Pagamenti tal-RBA approva l-introduzzjoni ta' standards ġodda għall-istabbiltà finanzjarja, l-Istandards għall-Istabbiltà Finanzjarja għall-Kontropartijiet Ċentrali (“FSS”), li jinkludu 21 standard għas-CCPs, akkumpanjati mis-substandards u l-gwida. Bl-eċċezzjoni ta' ċerti substandards li daħlu fis-seħħ fil-31 ta' Marzu 2014, l-FSS saru effettivi f'Marzu 2013. L-FSS iridu jiġu rrispettati mis-CCPs liċenzjati kollha.

(9)

Il-prinċipji ewlenin għall-faċilitajiet tas-CS stipulati fil-Parti 7.3 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet u r-Regolamenti tal-Korporazzjonijiet, kif spjegati fl-RG 211 tal-ASIC, u l-FSS iddeterminati mill-RBA (flimkien mar-“regoli primarji”), jistabbilixxu l-istandards ta' livell għoli li magħhom is-CCPs iridu jkunu konformi sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jipprovdu servizzi ta' kklerjar fl-Awstralja. Dawn ir-regoli primarji jinkludu l-ewwel livell ta' rekwiżiti legalment vinkolanti fl-Awstralja. Barra minn hekk, sabiex jikkonformaw mar-regoli primarji, s-CCPs jadottaw, ir-regoli u l-proċeduri interni tagħhom li jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Att tal-Korporazzjonijiet u r-Regolamenti tal-Korporazzjonijiet, kif spjegat fl-RG 211, u l-FSS, li jiġu ppreżentati lill-Ministru qabel ma jiġu awtorizzati bħala faċilità tas-CS. Bidliet fir-regoli u l-proċeduri interni tas-CCPs iridu jiġu notifikati lill-Ministru. Il-Ministru jista' ma jippermettix bidliet fir-regoli u l-proċeduri interni tas-CCPs. Il-proċeduri u r-regoli interni tas-CCPs għandhom l-effett ta' kuntratt u huma legalment vinkolanti fuq is-CCPs u l-parteċipanti rispettivi tagħhom.

(10)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti fir-regoli primarji applikabbli għas-CCPs awtorizzati fl-Awstralja jagħtu riżultati sostanzjali ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(11)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Awstralja jiżguraw li s-CCPs awtorizzati bihom jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(12)

Skont it-tieni kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Awstralja fir-rigward ta' CCPs awtorizzati bihom iridu jipprevedu għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi ta' dawn is-CCPs fuq bażi kontinwa.

(13)

Is-CCPs awtorizzati fl-Awstralja huma soġġetti għal superviżjoni u sorveljanza kontinwa mill-ASIC u mill-RBA. L-ASIC hija responsabbli għall-infurzar tal-konformità tas-CCPs mal-obbligi tagħhom taħt l-Att dwar il-Korporazzjonijiet u f'dan ir-rigward, twettaq valutazzjonijiet perjodiċi ta' konformità mis-CCPs mal-obbligi tal-liċenzja tagħhom, minbarra l-obbligi tagħhom relatati mal-FSS u t-tnaqqis tar-riskju sistemiku, u b'mod partikolari d-dmir tagħhom li joperaw b'mod ġust u effikaċi, sa fejn huwa raġonevoli li jagħmlu dan, u tibgħat rapport lill-Ministru, li jiġi ppubblikat. L-RBA jissorvelja l-konformità mis-CCPs mal-obbligi tagħhom taħt il-liċenzji rispettivi tagħhom u fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u t-tnaqqis tar-riskju sistemiku jwettaq valutazzjonijiet perjodiċi ta' konformità ta' kull CCP mal-FSS u jibgħat rapport lill-Ministru, li jiġi wkoll ippubblikat. Is-CCPs awtorizzati fl-Awstralja jistgħu jirċievu istruzzjonijiet bil-miktub mill-Ministru u mill-ASIC. Jekk CCP tonqos milli tikkonforma ma' ordni bil-miktub, l-ASIC tista' tirrikorri għall-qrati fejn dawn jistgħu jordnaw lis-CCP sabiex tikkonforma ma' dik l-ordni bil-miktub.

(14)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Awstralja fir-rigward ta' CCPs awtorizzati fihom jipprovdu għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(15)

Skont it-tielet kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Awstralja iridu jinkludu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent tas-CCPs awtorizzati skont ir-reġimi legali ta' pajjiż terz (“CCPs ta' pajjiż terz”).

(16)

Is-CCPs ta' pajjiżi terzi jistgħu japplikaw għal liċenzja għall-faċilitajiet ta' kklerjar u ta' saldu barranija (“liċenzja tas-CCP barranija”) li tippermettilhom li jipprovdu fl-Awstralja xi wħud jew is-servizzi kollha tal-ikklerjar li huma awtorizzati li jipprovdu f'pajjiżhom.

(17)

Il-kriterji applikati għal CCPs ta' pajjiżi terzi li japplikaw għal liċenzja tas-CCP barranija fl-Awstralja huma komparabbli ma' dawk previsti minn CCPs ta' pajjiżi terzi li japplikaw għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Bħala prerekwiżit għar-rikonoxximent, ir-reġim regolatorju tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun awtorizzata jrid jitqies bħala “suffiċjentement ekwivalenti”, fir-rigward tal-livell ta' protezzjoni minn riskju sistemiku u livell ta' effiċjenza u korrettezza ta' servizzi li jikseb, għal mar-reġim regolatorju Awstraljan għal CCPs domestiċi komparabbli. Il-valutazzjoni ta' “ekwivalenza suffiċjenti” tinvolvi kunsiderazzjonijiet simili bħal dawk ivvalutati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-istabbiliment ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Awstraljani u l-awtoritajiet ta' sorveljanza barranin rilevanti huwa meħtieġ wkoll sabiex tingħata liċenzja tas-CCP barranija.

(18)

Għalhekk, għandu jitqies li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Awstralja jipprevedu għal sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi.

(19)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu għalhekk jitqiesu milħuqa mill-arranġamenti legali u superviżorji tal-Awstralja rigward CCPs awtorizzati fiha u dawn l-arranġamenti legali u superviżorji għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni, infurmata mill-ESMA, għandha tkompli ssegwi l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju Awstraljan għas-CCPs u t-twettiq tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni.

(20)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Awstralja applikabbli għas-CCPs awtorizzati fihom, li jikkonsistu fil-Parti 7.3 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet 2001 u r-Regolamenti tal-Korporazzjonijiet 2001, kif spjegat fir-Regulatory Guidance 211 “Clearing and settlement facilities: Australian and overseas operators”, u fl-Istandards għall-Istabbiltà Finanzjarja ta' Kontropartijiet Ċentrali, jiġu kkunsidrati li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Mill-1 ta' Settembru 2014 l-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u Saldu biddel ismu għal Kumitat dwar is-sistemi ta' pagament u l-Infrastrutturi tas-Suq “CPMI”).


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/69


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Ottubru 2014

rigward ir-restrizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali li fihom l-IPBC u l-propikonażol innotifikati mill-Ġermanja skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2014) 7909)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/756/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) kien hemm il-lista tas-sustanzi attivi approvati fil-livell tal-Unjoni għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2008/78/KE (3) u 2008/79/KE (4) żiedu s-sustanzi attivi IPBC u porpikonażol, rispettivament, għall-użu fi prodotti li jinsabu fil-prodott tat-tip 8, prodotti li jipproteġu l-injam, kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE. Bis-saħħa tal-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dawk is-sustanzi huma għalhekk sustanzi attivi approvati inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dak ir-Regolament.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/8/KE, il-kumpanija Janssen PMP ippreżentat applikazzjonijiet lir-Renju Unit għal awtorizzazzjoni ta' tliet prodotti bijoċidali li huma prodotti li jipproteġu l-injam u li fihom il-IPBC u il-propikonażol (“il-prodotti kkontestati”). L-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti mogħtija mir-Renju Unit kienu jkopru metodi differenti ta' applikazzjoni, inklużi metodi awtomatizzati ta' immersjoni għall-użu industrijali u ta' sprejjar (fuq ġewwa u fuq barra) għal użu professjonali u mhux professjonali. Wara dan, għadd ta' Stati Membri kienu awtorizzaw il-prodotti kontestati, permezz ta' rikonoxximent reċiproku.

(3)

Janssen PMP (“l-applikant”) ippreżenta applikazzjoni kompluta lill-Ġermanja għal rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti kkontestati mogħtija mir-Renju Unit.

(4)

Fit-28 ta' Awwissu 2013, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant dwar il-proposta tagħha li tirrestrinġi l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE. Il-Ġermanja kkunsidrat li l-prodotti kkontestati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/8/KE fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

(5)

Skont il-Ġermanja, l-awtorizzazzjoni tal-metodu tal-applikazzjoni permezz ta' sprejjar fuq barra ma ġietx evalwata b'mod xieraq mir-Renju Unit, f'termini ta' riskji ambjentali. Il-konklużjoni tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Ġermanja għat-tliet prodotti kixfet riskji inaċċettabbli għall-kompartiment tal-ħamrija distanti.

(6)

Il-Ġermanja tqis ukoll li għal wieħed mill-prodotti, l-applikazzjoni permezz tal-immersjoni awtomatizzata għandha tkun limitata għal sistemi bi grad suffiċjentement għoli ta' awtomatizzazzjoni minħabba riskji inaċċettabbli għas-saħħa ta' utenti professjonali.

(7)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant biex jippreżentaw kummenti bil-miktub rigward in-notifika fi żmien 90 jum skont l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 98/8/KE. Sal-iskadenza ġew ippreżentati kummenti mill-Ġermanja, mir-Renju Unit, u mill-applikant. In-notifika ġiet diskussa wkoll bejn il-Kummissjoni u l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-prodotti bijoċidali fil-laqgħa tal-24 ta' Settembru 2013 tal-grupp ta' koordinazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Fir-rigward tar-riskji għall-ambjent, minn dawn id-diskussjonijiet u kummenti jirriżulta li l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ambjentali mwettqa mir-Renju Unit kienu bbażati fuq xenarju rilevanti tas-Series on Emission Scenario Documents tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) (is-Serje ta' Dokumenti tal-OECD dwar ix-Xenarju tal-Emissjonijiet) (5) disponibbli fiż-żmien tal-evalwazzjoni.

(9)

Jirriżulta wkoll li l-konklużjonijiet mill-Ġermanja huma bbażati fuq xenarju rivedut tas-Series on Emission Scenario Documents tal-OECD (6), li ilu disponibbli minn meta ngħataw l-awtorizzazzjonijiet mir-Renju Unit u wkoll minn meta saret in-notifika mill-Ġermanja.

(10)

Barra minn hekk, skont gwida miftiehma fis-47 laqgħa tar-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (7), gwida ġdida tista' tittieħed inkusiderazzjoni biss jekk din kienet disponibbli qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-prodott, sakemm il-progress xjentifiku ma jurix li s-serħan fuq gwida qadima jagħti lok għal tħassib serju. Din il-gwida tistabbilixxi barra minn hekk li tħassib serju kieku jagħti spinta biex issir reviżjoni tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti. Madankollu, la r-Renju Unit u lanqas l-Istati Membri l-oħra wara li kienu approvaw il-prodotti permezz ta' rikonoxximent reċiproku ma kkunsidraw li t-tħassib kien serju biżżejjed biex jiġġustifika reviżjoni tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti.

(11)

Fid-dawl tal-kummenti t'hawn fuq, il-Kummissjoni tappoġġa l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni mwettqa mir-Renju Unit u mill-Istati Membri l-oħra li approvaw il-prodott permezz ta' rikonixximent reċiproku, b'konsiderazzjoni li l-prodotti kkontestati jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti permezz tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/8/KE fir-rigward tal-ambjent. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li t-talba tal-Ġermanja għar-restrizzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ma tistax tiġi ġustifikata abbażi tar-raġunijiet li ngħataw.

(12)

Fir-rigward tal-applikazzjoni bl-immersjoni awtomatizzata, il-Kummissjoni tqis li l-prodott ikkontestat għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni preċedenti (8) li tindirizza l-ħarsien tas-saħħa tal-utenti professjonali meta jkunu qed jużaw prodotti li fihom l-IPBC b'dan il-metodu ta' applikazzjoni. Konsegwentement, il-prodotti kkontestati għandhom ikunu awtorizzati soġġetti għall-istruzzjonijiet fuq it-tikketta li jirrestrinġu l-użu għal proċessi ta' immersjoni kompletament awtomatizzata u l-awtorizzazzjoni tal-prodott għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 japplika għall-prodott ikkontestat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 92(2) ta' dak ir-Regolament. Peress li l-bażi legali għal dik id-Deċiżjoni hija l-Artikolu 36(3) ta' dak ir-Regolament, dik id-deċiżjoni għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha bis-saħħa tal-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal- Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għal prodotti identifikati permezz tan-numri ta' referenza tal-applikazzjoni fl-Istat Membru ta' Referenza li ġejjin, kif previst fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali:

2010/2709/7626/UK/AA/8666

2010/2709/8086/UK/AA/9499

2010/2709/7307/UK/AA/8801

Artikolu 2

Il-proposta tal-Ġermanja biex ma jiġux awtorizzati l-prodotti bijoċidali msemmija fl-Artikolu 1 għall isprejjar fuq barra, hija miċħuda.

Artikolu 3

Meta jintużaw għal proċessi ta' immersjoni awtomatizzata, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali identifikati bin-numru ta' referenza tal-applikazzjoni 2010/2709/7626/UK/AA/8666 għandhom jinkludu kundizzjoni li t-tikketta tal-prodotti jkun fiha l-istruzzjoni li ġejja:

“Prodott (niżżel l-isem tal-prodott) għandu jintuża biss għall-proċessi ta' immersjoni kompletament awtomatizzati fejn il-passi kollha fit-trattament u fil-proċess ta' tnixxif huma mekkanizzati u ma jsir ebda trattament manwali, inkluż meta l-oġġetti trattati jiġu ttrasferiti mit-tank tal-immersjoni għall-iskular/tnixxif u għall-ħażna (sakemm is-superfiċi ma tkunx diġà niexfa qabel ma jmorru għall-ħażna). Fejn xieraq, oġġetti tal-injam li jridu jiġu trattati għandhom ikunu marbuta sew (eż. permezz ta' ċintorini li jaħdmu bit-tensjoni jew apparat għall-ikklampjar) qabel it-trattament u matul il-proċess ta' immersjoni, u m'għandhomx jiġu ttrattati manwalment qabel ma tkun nixfet is-superfiċi tal-oġġetti ttrattati.”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/78/KE tal-25 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-propikonażol bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 44).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/79/KE tal-28 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-IPBC bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (ĠU L 200, 29.7.2008, p. 12).

(5)  Ara x-xenarji ta' Emissjoni għal trattamenti fuq barra fil-Parti II tal-Emission Scenario Document (ESD) for Wood Preservatives (2003) (Dokument tal-OECD dwar ix-Xenarju tal-emmissjonijiet għall-Prodotti li jipproteġu l-Injam), disponibbli fuq il-websajt http://echa.europa.eu/documents/10162/16908203/pt8_wood_preservatives_2_en.pdf

(6)  Ara Outdoor spraying emission scenario (ix-xenarju tal-emmissjonijiet għall-isprejjar fuq barra) minn OECD Revised Emission Scenario Document for Wood Preservatives (ENV/JM/MONO(2013)21), disponibbli fuq is-sit http://search.oecd.org/officialdocuments/displaydocumentpdf/?cote=env/jm/mono(2013)21&doclanguage=en

(7)  Ara d-dokument CA- Lulju 12-doc. 6.2D — Final dwar ir-Rilevanza ta' gwida ġdida li tista' ssir disponibbli matul il-proċess ta' awtorizzazzjoni u rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali, disponibbli fuq il-websajt https://circabc.europa.eu/w/browse/03bce60b-cf04-49aa-8172-e9c6a75205a7

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/402/UE tal-25 ta' Ġunju 2014 rigward ir-restrizzjonijiet ta' awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali li fihom l-IPBC innotifikati mill-Ġermanja skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 85).


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/72


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Ottubru 2014

dwar restrizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih l-IPBC innotifikat mill-Ġermanja skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2014) 7914)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/757/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fih il-lista tas-sustanzi attivi li huma approvati fil-livell tal-Unjoni għall-inklużjoni fil-prodotti bijoċidali. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/79/KE (3) żiedet is-sustanza attiva IPBC għall-użu fi prodotti li huma prodotti tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE. Bis-saħħa tal-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, din is-sustanza hija għalhekk sustanza attiva approvata inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dak ir-Regolament.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/8/KE, fit-22 ta' Diċembru 2010, il-kumpanija ISP Cologne Holding GmbH issottomettiet applikazzjoni lid-Danimarka għal awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali preservattiv tal-injam li fih l-IPBC (“il-prodott kontestat”). Id-Danimarka awtorizzat il-prodott kontestat fid-19 ta' Diċembru 2011 għall-klassijiet tal-Użu 2 u 3 tal-injam trattat, kif deskritt fin-Noti Tekniki għall-Gwida tal-Evalwazzjoni tal-Prodott (4). L-awtorizzazzjoni tal-prodott tkopri metodi ta' applikazzjoni differenti, inkluż ix-xappip awtomatizzat għall-użu professjonali. Sussegwentament żewġ Stati Membri awtorizzaw il-prodott kontestat permezz ta' rikonoxximent reċiproku.

(3)

ISP Cologne Holding GmbH (“l-applikant”) fl-20 ta' Frar 2012 issottomettiet applikazzjoni kompluta lill-Ġermanja għar-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjoni tal-prodott kontestat mogħtija mid-Danimarka.

(4)

Fit-30 ta' Awwissu 2013, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant dwar il-proposta tagħha biex tirrestrinġi l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE. Il-Ġermanja tqis li l-prodott kontestat ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/8/KE fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

(5)

Skont il-Ġermanja, il-valutazzjoni mwettqa mid-Danimarka ma tindirizzax b'mod xieraq it-tħassib ambjentali kkawżat mill-prodott kontestat. Il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali mwettqa mill-Ġermanja fir-rigward tal-ħajja tas-servizz tal-injam trattat skont il-kundizzjonijiet tal-Klassi tal-Użu 3 ikkonkludiet li hemm riskju mhux aċċetabbli għall-kompartiment tal-ħamrija fil-jum 30 (“time 1”), irrispettivament mill-metodu li bih jiġi applikat il-prodott. B'riżultat ta' dan, il-Ġermanja tipproponi li l-użu tal-injam trattat bil-prodott kontestat taħt il-kundizzjonijiet tal-Klassi tal-Użu 3 ma għandux jiġix awtorizzat.

(6)

Il-Ġermanja tikkunsidra wkoll li l-applikazzjoni permezz tax-xappip awtomatizzat għandha tkun limitata għal sistemi li għandhom grad suffiċjentament għoli ta' awtomazzjoni minħabba riskji mhux aċettabbli fuq is-saħħa tal-utenti professjonali fil-kuntest tas-saħħa tal-bniedem

(7)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant biex jissottomettu kummenti bil-miktub rigward in-notifika fi żmien 90 jum f'konformità mal-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 98/8/KE. Il-Ġermanja, id-Danimarka u l-applikant issottomettew il-kummenti tagħhom sa dik l-iskadenza. In-notifika ġiet diskussa wkoll bejn il-Kummissjoni u l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-prodotti bijoċidali fl-24 ta' Settembru 2013, waqt il-laqgħa tal-grupp ta' koordinazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Fir-rigward tar-riskji għall-ambjent, minn dawk id-diskussjonijiet u kummenti jidher li l-evalwazzjoni mwettqa mid-Danimarka hija kompatibbli mal-gwida attwali (5). Fejn jiġi identifikat riskju f'time 1 bħala riżultat tas-suppożizzjoni tal-agħar każ, jista' jkun hemm suppożizzjoni ta' użu sikur tal-injam trattat taħt il-kundizzjonijiet tal-Klassijiet tal-Użu 2 u 3 fejn ir-riskju għall-ambjent fl-aħħar tal-ħajja tas-servizz jitqies bħala aċċettabbli.

(9)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-każijiet fejn jiġi identifikat riskju mhux aċċettabbli f'time 1 qed jiġu diskussi bħalissa fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi stabbilit approċċ armonizzat. F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkunsidra li, sakemm tali approċċ jiġi adottat b'mod formali, il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-prodott kontestat imwettqa mid-Daminarka għandhom jiġu kkunsidrati bħala validi sakemm tiġi mġedda l-awtorizzazzjoni tal-prodott.

(10)

Fid-dawl ta' dawk il-kummenti, il-Kummissjoni tappoġġa l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni mwettqa mid-Danimarka u mill-Istati Membri l-oħra li approvaw il-prodott permezz ta' rikonoxximent reċiproku, filwaqt li ġie kkunsidrat li l-prodott kontestat jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/8/KE fir-rigward tal-ambjent. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li t-talba tal-Ġermanja biex tirrestrinġi l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi ġustifikata fuq il-bażi tar-raġunijiet li tressqu.

(11)

Fir-rigward tal-applikazzjoni permezz tax-xappip awtomatizzat, il-Kummissjoni tikkunsidra l-prodott kontestat għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni preċedenti (6) li tindirizza l-protezzjoni tas-saħħa tal-utenti professjonali meta japplikaw prodotti li fihom l-IPBC permezz ta' dan il-metodu ta' applikazzjoni. Konsegwentament, il-prodott kontestat għandu jkun awtorizzat soġġett għal struzzjonijiet fuq it-tikketta li jirrestrinġu l-użu għal proċessi ta' xappip kompletament awtomatizzati, u l-awtorizzazzjoni tal-prodott għandha tiġi emendata skont dan.

(12)

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 japplika għall-prodott kontestat f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 92(2) ta' dak ir-Regolament. Peress li l-bażi legali għal din id-Deċiżjoni hija l-Artikolu 36(3) ta' dak ir-Regolament, din id-deċiżjoni għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha bis-saħħa tal-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-prodotti identifikati min-numru ta' referenza tal-applikazzjoni li ġej fl-Istat Membru ta' Referenza, kif previst fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali:

2010/5411/6906/DK/AA/8325

Artikolu 2

Il-proposta tal-Ġermanja biex tiġi ristretta l-awtorizzazzjoni mogħtija mid-Danimarka fid-19 ta' Diċembru 2011 għall-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1, hija rrifjutata.

Artikolu 3

F'każijiet fejn dawn jintużaw għal proċessi kompletament awtomatizzati ta' xappip, l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali identifikati min-numru ta' referenza tal-applikazzjoni elenkat fl-Artikolu 1 għandhom jinkludu kundizzjoni li t-tikketta tal-prodotti għandha tinkludi l-istruzzjonijiet li ġejjin:

“Il-prodott (daħħal l-isem tal-prodott) għandu jintuża biss fi proċessi kompletament awtomatizzati ta' xappip fejn il-passi kollha fil-proċess tat-trattament u tat-tnixxif huma mekkanizzati u ma jinvolvux proċessi li jsiru bl-idejn, inkluż meta l-oġġetti trattati jiġu trasportati mit-tank tax-xappip lejn fejn jiġu skulati/mnixxfa u maħżuna (jekk il-wiċċ ma jkunx diġà xott qabel ma l-oġġetti jittieħdu fil-ħażna). Fejn xieraq, l-oġġetti tal-injam li għandhom jiġu trattati għandhom jiġu miżmuma bis-sod u bis-sħiħ b'mod li ma jiċċaqalqux (eż. permezz ta' ċintorini ta' tensjoni jew apparat tal-ikklampjar) qabel it-trattament u matul il-proċess tax-xappip, u ma għandhomx jintmissu bl-idejn qabel ma l-wiċċ ta' dawn l-oġġetti trattati jkun xott.”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/79/KE tat-28 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-IPBC bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (ĠU L 200, 29.7.2008, p. 12).

(4)  Disponibbli fuq il-websajt http://echa.europa.eu/documents/10162/16960215/bpd_guid_tnsg-product-evaluation_en.pdf

(5)  Rapport tas-sessjoni ta' ħidma (Arona, l-Italja, 13-14 ta' Ġunju 2005), disponibbli fuq il-websajt http://ihcp.jrc.ec.europa.eu/our_activities/public-health/risk_assessment_of_Biocides/doc/ESD/ESD_PT/PT_08/PT_8_Leaching_Workshop_2005.pdf/at_download/file

(6)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/402/UE tal-25 ta' Ġunju 2014 fir-rigward tar-restrizzjonijiet ta' awtorizzazzjonijiet ta' prodotti bijoċidali li fihom l-IPBC innotifikati mill-Ġermanja skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 85).


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/75


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Ottubru 2014

li tiċħad ir-rifjut ta' awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali notifikat mill-Ġermanja skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2014) 7915)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/758/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) kien fih il-lista tas-sustanzi attivi approvati fil-livell tal-Unjoni għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2008/78/KE (3), 2008/79/KE (4) u 2008/86/KE (5) żiedu s-sustanzi attivi propiconazole, IPBC u tebuconazole, rispettivament, għall-użu fi prodotti li jinsabu fil-prodott tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE. Bis-saħħa tal-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dawn is-sustanzi huma għalhekk sustanzi attivi approvati inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dak ir-Regolament.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/8/KE, fit-2 ta' April 2010 il-kumpanija Arch Timber Protection Ltd. issottomettiet applikazzjoni lir-Renju Unit għal awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li huwa preservattiv tal-injam u li fih il-propiconazole, l-IPBC u t-tebuconazole (“il-prodott kontestat”). Ir-Renju Unit awtorizza l-prodott kontestat fis-7 ta' Ġunju 2012 għall-użu industrijali u għall-protezzjoni temporanja ta' injam li jkun għadu kemm ġie isserrat/imqatta u ta' injam mingħajr trattament biss, u dan jindika wkoll li l-injam trattat b'dan il-prodott jista' jintuża fil-Klassijiet tal-Użu 2 u 3 kif hemm deskritt fit-Technical Notes for Guidance on Product Evaluation (Noti Tekniċi għal Gwida dwar l-Evalwazzjoni tal-Prodott) (6). Il-prodott jikkonsisti minn żewġ pakketti li jridu jitħaltu flimkien u jiġu dilwiti f'siti industrijali skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-applikazzjoni tas-sit, billi jiġu mxappa fil-likwidu jew billi jingħadda l-likwidu minn fuqhom. Għaxar Stati Membri sussegwentament awtorizzaw il-prodott kontestat permezz ta' rikonoxximent reċiproku.

(3)

Fis-16 ta' Lulju 2012 Arch Timber Protection Ltd. (“l-applikant”) issottometta applikazzjoni kompluta lill-Ġermanja għar-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjoni tal-prodott kontestat mogħtija mir-Renju Unit.

(4)

Fid-19 ta' Awwissu 2013, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant dwar il-proposta tagħha li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 98/8/KE. Il-Ġermanja kkunsidrat li l-prodott kontestat ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/8/KE fir-rigward tal-ambjent.

(5)

Skont il-Ġermanja, l-awtorizzazzjoni ma tirriflettix sew il-fatt li l-prodott huwa maħsub għall-protezzjoni temporanja tal-injam, u l-prodott ma ġiex ivvalutat kif xieraq mir-Renju Unit f'termini ta' riskji ambjentali. Il-valutazzjoni mwettqa mill-Ġermanja kkonkludiet li hemm riskju inaċċettabbli għall-ambjent fit-30 jum wara l-applikazzjoni tal-prodott (“time 1”), li qanqal ukoll tħassib fir-rigward tal-użu potenzjali tal-injam li jkun sarlu trattament bil-prodott kontestat skont il-kundizzjonijiet tal-Klassijiet tal-Użu 2 u 3.

(6)

Il-Ġermanja kkunsidrat ukoll li, peress li l-proporzjon tas-sustanzi attivi u s-sustanzi mhux attivi fis-soluzzjonijiet operattivi tal-prodott ivarja, il-prodott ma jissodisfax id-definizzjoni ta' prodotti bijoċidali stabbilita fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/8/KE u kellu jiġi awtorizzat bħala formulazzjoni qafas skont kif definit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/8/KE.

(7)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant biex jissottomettu kummenti bil-miktub fir-rigward tan-notifika fi żmien 90 jum skont l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 98/8/KE. Sal-iskadenza ġew sottomessi kummenti mill-Ġermanja, mir-Renju Unit, u mill-applikant. In-notifika ġiet diskussa wkoll fl-24 ta' Settembru 2013 fil-laqgħa tal-grupp ta' koordinazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Fir-rigward tar-riskji għall-ambjent, minn dawk id-diskussjonijiet u kummenti jidher li l-evalwazzjoni li twettqet mir-Renju Unit, fin-nuqqas ta' mudell maqbul għall-protezzjoni temporanja tal-injam, segwiet l-aħjar gwida disponibbli dak iż-żmien (7), li hija bbażata fuq mudelli għal injam trattat li jkun se jitqiegħed fis-suq skont il-kundizzjonijiet tal-Klassijiet tal-Użu 2 u 3. Il-valutazzjoni kienet ibbażata wkoll fuq assunzjoni tal-agħar każ ta' rilaxx komplut tas-sustanzi attivi waqt time 1.

(9)

Jidher ukoll li l-evalwazzjoni mwettqa mir-Renju Unit skont dawk il-mudelli hija kompatibbli mal-gwida attwali (8). Fejn jiġi identifikat risjku f'time 1 b'riżultat tal-assunzjoni tal-agħar każ, meta r-risjku għall-ambjent fl-aħħar tal-ħajja tas-servizz jiġi kkunsidrat aċċettabbli jistgħu jiġu assunti l-kundizzjonijiet tal-Klassijiet tal-Użu 2 u 3 għall-użu sikur tal-injam trattat.

(10)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li każijiet fejn ġie identifikat riskju inaċċettabbli f'time 1 bħalissa qed jiġu diskussi fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi stabbilit approċċ armonizzat. F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkunsidra li, sakemm tali approċċ jiġi adottat b'mod formali, il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni mir-Renju Unit tal-prodott kontestat għandhom jiġu kkunsidrati bħala validi sakemm tiġġedded l-awtorizzazzjoni tal-prodott.

(11)

Fir-rigward tal-identità tal-prodott, minn dawk id-diskussjonijiet u kummenti jidher li l-prodott kontestat, fil-forma li fiha jiġi fornut lill-utenti industrijali, għandu konċentrazzjonijiet speċifiċi fissi tas-sustanzi attivi u mhux attivi. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fatt li l-utenti industrijali jistgħu jippreparaw soluzzjonijiet differenti tal-prodott fil-post tax-xogħol, li huma dipendenti fuq il-proċess, ma jistax jiġi interpretat f'mod bħal li kieku d-detentur tal-awtorizzazzjoni kien qed iqiegħed fis-suq grupp ta' prodott bijoċidali differenti kif imsemmi fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Fid-dawl ta' dawk l-argumenti, il-Kummissjoni tappoġġa l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni mwettqa mir-Renju Unit u mill-Istati Membri l-oħra li bihom ġie approvat il-prodott permezz ta' rikonixximent reċiproku, b'konsiderazzjoni tal-fatt li l-prodott kontestat jissodisfa d-definizzjoni tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/8/KE u jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti permezz tal-Artikolu 5(1) ta' dik id-Direttiva fir-rigward tal-ambjent. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-domanda tal-Ġermanja biex l-awtorizzazzjoni tiġi miċħuda ma tistax tiġi ġustifikata abbażi tar-raġunijiet li ġew imressqa.

(13)

Finalment, abbażi tad-diskussjonijiet li saru, jidher neċessarju li fl-awtorizzazzjoni tal-prodott jissemma b'mod espliċitu li l-użu tal-prodott huwa għall-protezzjoni temporanja tal-injam u li jiġi żgurat li, bħala kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni, l-utenti industrijali jingħataw struzzjonijiet speċifiċi għall-użu tal-prodott b'konsiderazzjoni tal-karatteristiċi tas-siti industrijali fejn għandu jintuża l-prodott.

(14)

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 japplika għall-prodott kontestat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 92(2) ta' dak ir-Regolament. Peress li l-bażi legali għal din id-Deċiżjoni hija l-Artikolu 36(3) ta' dak ir-Regolament, din id-deċiżjoni għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha bis-saħħa tal-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għal prodotti identifikati permezz tan-numru ta' referenza tal-applikazzjoni li ġej fl-Istat Membru ta' Referenza, kif previst fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali:

2010/2509/5687/UK/AA/6745

Artikolu 2

Il-proposta tal-Ġermanja biex tiġi miċħuda l-awtorizzazzjoni mogħtija mir-Renju Unit fis-7 ta' Ġunju 2012 tal-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 hija rifjutata.

Artikolu 3

L-użu maħsub deskritt fl-awtorizzazzjoni tal-prodott għandu jiġi emendat kif ġej:

“Għall-użu tal-protezzjoni temporanja tal-injam kontra faqqiegħ u moffa tal-wiċċ li jtebbgħu l-injam, fuq injam isserrat/imqatta frisk u injam mhux trattat biss. Injam trattat b'dan il-prodott jista' jintuża għall-Klassijiet tal-Użu 2 u 3 (jiġifieri injam li ma jmissx mal-art, li huwa espost kontinwament għall-elementi tat-temp jew protett mit-temp iżda spiss jixxarrab).”

Artikolu 4

Il-kundizzjoni li ġejja għal awtorizzazzjoni hija imposta fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1:

“Bħala kundizzjoni tal-awtorizzazzjoni, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-utenti fis-sit tal-applikazzjoni jiġu fornuti bi struzzjonijiet dettaljati għall-użu tal-prodott, filwaqt li għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tas-sit industrijali fejn għandu jintuża l-prodott.”

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/78/KE tal-25 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-propiconazole bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 44).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/79/KE tal-28 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-IPBC bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (ĠU L 200, 29.7.2008, p. 12).

(5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/86/KE tal-5 ta' Settembru 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-tebuconazole bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (ĠU L 239, 6.9.2008, p. 9).

(6)  Disponibbli fuq is-sit tal-Internet http://echa.europa.eu/documents/10162/16960215/bpd_guid_tnsg-product-evaluation_en.pdf

(7)  Ara d-Dokumenti tal-OECD dwar ix-Xenarju tal-Emissjonijiet għall-Preservattivi tal-Injam (OECD Emission Scenario Documents (EDS) for Wood Preservatives): Partijiet 1 — 4 (2003), disponibbli fuq is-sit tal-Internet http://echa.europa.eu/guidance-documents/guidance-on-biocides-legislation/emission-scenario-documents

(8)  Report of leaching workshop (Arona, Italja, 13-14 ta' Ġunju 2005), disponibbli fuq is-sit tal-Internet http://ihcp.jrc.ec.europa.eu/our_activities/public-health/risk_assessment_of_Biocides/doc/ESD/ESD_PT/PT_08/PT_8_Leaching_Workshop_2005.pdf/at_download/file


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/78


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Ottubru 2014

li temenda l-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għat-Trichinella fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam li ġejjin minn annimali porċini domestiċi

(notofikata bid-dokument C(2014) 7921)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/759/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistipula, inter alia, il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam. Din tistipula li għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss kunsinni ta' prodotti tal-laħam li huma konformi mar-rekwiżiti tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika stabbiliti fl-Anness III ta' dik id-Deċiżjoni. Dan il-mudell jinkludi garanziji fir-rigward tat-Trichinella.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 (3) jistabbilixxi regoli għall-kampjunar ta' karkassi ta' speċijiet suxxettibbli għal infezzjonijiet tat-Trichinella u għad-determinazzjoni tal-istatus ta' rziezet li fihom jinżammu majjali domestiċi.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 (4) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2075/2005 jagħti deroga mid-dispożizzjonijiet tal-ittestjar fil-ħin tal-qatla lil irziezet li huma uffiċjalment rikonoxxuti bħala li qed japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 216/2014 jistabbilixxi li rziezet li fihom jinżammu majjali domestiċi jistgħu biss jiġu rikonoxxuti bħala li qed japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni jekk, inter alia, l-operatur tan-negozju tal-ikel jintroduċi majjali domestiċi ġodda f'dawn l-irziezet biss jekk dawn ikunu ġejjin minn irziezet oħra li huma rikonoxxuti b'mod uffiċjali bħala li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni.

(4)

Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandu jiġi emendat biex jirrifletti r-rekwiżiti relatati mal-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam li huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2075/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 216/2014.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam minn annimali porċini domestiċi, l-użu taċ-ċertifikati maħruġa skont il-verżjoni tad-Deċiżjoni 2007/777/KE ta' qabel ma ġew introdotti fiha l-emendi b'din id-Deċiżjoni għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, soġġett għal ċertu kundizzjonijiet.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt II.2.3.1. huwa mibdul b'dan li ġej:

jew

(2)[II.2.3.1.

il-prodotti tal-laħam ġew mil-laħam ta' annimali porċini domestiċi li jew kien soġġett għal eżami tat-trichinosis b'riżultati negattivi jew kien soġġett għal trattament ta' tkessieħ skont ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005;]

jew

(2)(6)[II.2.3.1.

il-prodotti tal-laħam ġew mil-laħam ta' annimali porċini domestiċi li jew ġej minn annimali porċini domestiċi li ġejjin minn razzett rikonoxxut uffiċjalment bħala li qed japplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni b'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005, jew minn annimali porċini domestiċi li mhumiex miftuma u li għandhom età ta' inqas minn 5 ġimgħat;]”

(2)

fil-Parti II tan-Noti, in-nota ta' qiegħ il-paġna li ġejja hija miżjuda wara n-nota ta' qiegħ il-paġna (5):

“(6)

Applikabbli biss għall-pajjiżi bl-annotazzjoni ‘K’ fil-kolonna ‘SG’ tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.”

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Marzu 2015, jistgħu jkomplu jiddaħħlu fl-Unjoni kunsinni ta' prodotti tal-laħam akkumpanjati miċ-ċertifikat rilevanti maħruġ mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015 b'konformità maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fil-verżjoni tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 85).


31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Ottubru 2014

dwar miżura meħuda mill-Ġermanja f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE li tirtira mis-suq u tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-ilbies għall-ħarsien mis-sħana “Hitzeschutzazung FW Typ 3”

(notifikata bid-dokument C(2014) 7977)

(2014/760/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

F'Jannar tal-2014, l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar miżura ta' rtirar mis-suq u projbizzjoni ta' tqegħid fis-suq tal-mudell ta' lbies għall-ħarsien mis-sħana “Hitzeschutzanzug FW Typ 3” immanifatturat minn KONTEX Textile Hitze- und Isolierprodukte GmbH, Olgastrasse 46-48, 73614 Schorndorf (il-Ġermanja). Il-prodotti kellhom il-marka CE, skont id-Direttiva 89/686/KEE dwar l-apparat personali protettiv, wara li ġew ittestjati u eżaminati skont it-tip skont l-istandard armonizzat EN 1486:2007 Ilbies protettiv għall-ħaddiema tat-tifi tan-narMetodu tat-test u rekwiżiti għall-ilbies riflettiv għat-tifi tan-nar speċjalizzat.

(2)

Ilbies protettiv għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar huwa tagħmir protettiv personali (TPP) ikklassifikati bħala Kategorija taċ-Ċertifikazzjoni III. TPP ta' dan it-tip, li huwa ddiżinjat biex iħares kontra perikli fatali jew riskji serji u irriversibli għas-saħħa, li l-manifattur jassumi li -utent mhux se jkun kapaċi li jagħraf l-effetti diretti tagħhom fil-ħin, huma soġġetti għal eżaminazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE u verifika tal-garanzija tal-kwalità KE mill-korp notifikat ikkummissjonat mill-manifattur.

(3)

L-awditu mwettaq mill-Institut für Arbeitsschutz der Deutschen Gesetzlichen Unfallversicherung (IFA — L-Istitut għas-Saħħa Okkupazzjonali u s-Sikurezza tal-Fond Statutorju ta' Assigurazzjoni tal-Inċidenti Ġermaniż) f'St Augustin (referenza tat-test 2013 22805, is-7 ta' Awwissu 2013) wera li l-valuri għat-trasferiment tas-sħana (sħana radjanti) taħt it-Taqsima 6.2 u t-trasferiment tas-sħana (sħana konvettiva) taħt it-Taqsima 6.3 tal-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq ma ntlaħqux. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti bażiċi ta' saħħa u sigurtà li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE ma ntlaħqux:

3.6.1 Materjali li minnhom huwa magħmul it-TPP u komponenti oħra;

3.6.2 TPP komplut lest għall-użu.

(4)

Bħala konsegwenza, l-ilbies għall-ħarsien mis-sħana jippreżenta r-riskju li jittrasferixxi s-sħana waqt it-tifi tan-nar, u dan iwassal biex il-ħaddiema tat-tifi tan-nar ikunu esposti għal ħarqiet li jheddu l-ħajja jew għar-riskju li jmutu bil-ħruq.

(5)

Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Ġermaniżi, peress li r-rekwiżiti bażiċi rilevanti dwar il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà mhumiex sodisfatti u l-ebda ċertifikat ta' eżaminazzjoni tat-tip KE validu ma ġie ppreżentat, l-ilbies għall-ħarsien mis-sħana ma jistax jitqiegħed fis-suq. Fil-fatt, l-ilbies għall-ħarsien mis-sħana ma jilħaqx ir-rekwiżiti tal-Ordni Ġermaniża dwar it-tqegħid fis-suq ta' tagħmir protettiv personali (it-8 ProdSV) u l-użu tiegħu jpoġġi fil-periklu s-sikurezza, is-saħħa u l-ħajja tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u persuni oħra.

(6)

Il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur u stednitu jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi. S'issa għadha ma waslet l-ebda tweġiba.

(7)

Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li l-ilbies għall-ħarsien mis-sħana Hitzeschutzanzug FW Typ 3 naqas milli jikkonforma mal-klawżoli § 6.2. u § 6.3 tal-istandard armonizzat EN 1486:2007 imsemmi fir-rekwiżiti bażiċi tas-saħħa u s-sigurtà 3.6.1 Materjali li minnhom huwa magħmul it-TPP u komponenti oħra u 3.6.2 TPP komplut lest għall-użu. stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi, li tikkonsisti fl-irtirar mis-suq u l-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-ilbies għall-ħarsien mis-sħana Hitzeschutzanzug FW Typ 3 manifatturati minn KONTEX Textile Hitze- und Isolierprodukte GmbH, hija ġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Ferdinando NELLI FEROCI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/82


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Ottubru 2014

dwar l-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija

(2014/761/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea hija parti mill-Komunità tal-Enerġija li għandha l-għan li toħloq spazju regolatorju uniku għas-swieq tal-enerġija fl-Ewropa.

(2)

Il-Partijiet Kontraenti (1) għall-Komunità tal-Enerġija għandhom l-għan li jintegraw is-swieq tal-enerġija tagħhom fis-suq intern tal-enerġija tal-UE billi jadattaw il-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE għall-gass u l-elettriku u jinkorporawha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

(3)

Il-prinċipji ewlenin tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE għall-gass u għall-elettriku huma stipulati fid-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2), id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (3), ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (4) u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (5), li ilhom japplikaw fl-Istati Membri mit-3 ta' Marzu 2011. Regoli importanti tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE għall-gass u l-elettriku huma stabbiliti wkoll f'kodiċijiet tan-netwerks u linji gwida legalment vinkolanti, adottati abbażi tal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq u parzjalment f'fażi ta' żvilupp.

(4)

Il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija huma obbligati jimplimentaw id-Direttivi u r-Regolamenti msemmija hawn fuq mill-1 ta' Jannar 2015 (6) u japplikaw il-miżuri ta' implimentazzjoni mill-istess data, soġġetti għal ftit eċċezzjonijiet. Il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida huma wkoll progressivament inkorporati fis-sistema legali tal-Komunità tal-Enerġija.

(5)

Huwa previst li l-Partijiet Kontraenti se jimplimentaw aktar leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE għall-gass u l-elettriku, partikolarment id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura (7), ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (8) u r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (9).

(6)

L-applikazzjoni ġeografika tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE għall-gass u l-elettriku tinkludi t-territorju kollu tal-UE.

(7)

Fit-23 ta' Settembru 2014, il-Komunità tal-Enerġija adottat Interpretazzjoni mill-Kunsill Ministerjali skont l-Artikolu 94 tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija sabiex fl-atti legali tal-Komunità tal-Enerġija li fihom il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tittratta l-flussi tal-enerġija, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, kif ukoll tranżazzjonijiet kummerċjali u tal-ibbilanċjar, il-kapaċitajiet tan-netwerks u interkonnetturi bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istati Membri tal-UE bl-istess mod bħall-flussi rispettivi, l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet, tranżazzjonijiet, kapaċitajiet u l-infrastruttura bejn il-Partijiet Kontraenti fil-liġi tal-Komunità tal-Enerġija.

(8)

It-trattament uniformi tal-flussi transfruntieri, it-tranżazzjonijiet transfruntieri u l-infrastruttura transfruntiera (interkonnessjonijiet) bejn il-partijiet kollha għat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija huwa element importanti tal-ispazju regolatorju uniku għall-kummerċ fil-gass u l-elettriku, u huwa element indispensabbli biex jinkisbu l-għanijiet tal-Komunità tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn il-Bord Regolatorju tal-Komunità tal-Enerġija u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħha, hija neċessarja sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni tal-partijiet kontraenti fis-suq intern tal-UE tal-enerġija,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

L-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet regolatorji li jridu jaħtru skont il-leġiżlazzjoni tas-suq intern għall-gass u l-elettriku, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, u l-operaturi ekonomiċi, huma mistiedna jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali u l-operaturi ekonomiċi tal-Partijiet Kontraenti għall-Komunità tal-Enerġija fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE għall-gass u l-elettriku bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istati Membri tal-UE.

2.

L-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet regolatorji li jridu jaħtru skont il-leġiżlazzjoni tas-suq intern għall-gass u l-elettriku, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, u l-operaturi ekonomiċi, meta jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE għall-gass u l-elettriku, huma mistiedna japplikaw kwalunkwe referenza għal

(a)

flussi tal-enerġija, importazzjonijiet u esportazzjonijiet, kif ukoll tranżazzjonijiet kummerċjali u ta' bbilanċjar;

(b)

kapaċità tan-netwerk;

(c)

infrastrutturi għall-gass jew għall-elettriku, ġodda jew li diġà jeżistu

li jaqsmu fruntieri, żoni, żoni ta' kontroll jew tad-dħul u l-ħruġ bejn l-Istati Membri għall-flussi, importazzjonijiet, esportazzjonijiet, tranżazzjonijiet, kapaċitajiet u infrastruttura li jaqsmu l-fruntieri bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istati Membri tal-UE.

3.

Ir-referenzi fil-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE tal-gass u l-elettriku għall-kooperazzjoni u l-attivitajiet konġunti bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali, l-awtoritajiet u l-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu mifhuma li jinkludu kooperazzjoni u attivitajiet konġunti bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali, l-awtoritajiet u l-operaturi ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti.

4.

Fejn l-atti legali tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE għall-gass u l-elettriku jirreferu għal “impatti” fuq Stat Membru wieħed jew iktar, tali referenza għandha tinftiehem ukoll bħala impatt fuq il-Partijiet Kontraenti jew fuq Parti Kontraenti u Stat Membru.

5.

Fejn għandha l-kompetenza li tieħu deċiżjonijiet skont il-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija tal-UE għall-gass u l-elettriku, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija hija mistiedna tikkoopera mal-Bord Regolatorju tal-Komunità tal-Enerġija, fejn il-Bord huwa kompetenti taħt acquis tal-Komunità tal-Enerġija, bil-għan li jippermettu l-adozzjoni ta' atti koerenti taż-żewġ korpi.

6.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri, lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u l-operaturi ekonomiċi, u lill-Bord Regolatorju tal-Komunità tal-Enerġija.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Viċi President


(1)  Ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Moldova, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Repubblika tas-Serbja, l-Ukraina u l-Missjoni Temporanja ta' Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.

(3)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.

(4)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.

(5)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.

(6)  B'xi eċċezzjonijiet kif speċifikat fl-acquis dwar il-Komunità tal-Enerġija. Għal aktar dettalji żur is-sit http://www.energy-community.org/portal/page/portal/ENC_HOME/ENERGY_COMMUNITY/Legal/EU_Legislation/Consolidated_acts#GAS

(7)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 22.

(8)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1

(9)  ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.