ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.283.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 283

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
29 ta' Ottubru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/708/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; u dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti

1

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru

3

Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti

16

 

 

2011/709/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti Messikani

25

 

 

2011/710/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea

26

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1093/2011 tat-28 ta’ Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni ta’ derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokol dwar id-definizzjoni ta’ prodotti ta’oriġini mehmuża mal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Korea

27

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1094/2011 tat-28 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2011/2012

30

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1095/2011 tat-28 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar, il-qaqoċċ, il-klementin, il-mandolin u l-larinġ

32

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1096/2011 tat-28 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

34

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2011/84/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kożmetiċi, għall-iskop tal-adattament tal-Anness III tagħha mal-progress tekniku ( 1 )

36

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2011/711/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2011 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet ta’ materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali

39

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ġunju 2011

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; u dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti

(2011/708/UE)

IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru”), iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerika u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea fil-25 u t-30 ta’ April 2007, kif emendat mill-Protokoll sabiex jiġi emendat il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u t-30 ta’ April 2007 (2) (“il-Protokoll”), iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerika u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea fl-24 ta’ Ġunju 2010, jipprevedi b’mod espliċitu l-adeżjoni ta’ pajjiżi terzi għall-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 18(5) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, il-Kumitat Konġunt li ġie stabbilit taħtu, żviluppa proposta għall-adeżjoni tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll.

(3)

Fis-16 ta’ Novembru 2010 l-Kumitat Konġunt ippropona Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (“il-Ftehim ta’ Adeżjoni”).

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (“il-Ftehim Anċillari”).

(5)

Il-Ftehim ta’ Adeżjoni u l-Ftehim Anċillari għandhom jiġu ffirmati u applikati b’mod proviżorju, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tagħhom.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti u tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmija Ftehimi.

It-test tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim ta’ Adeżjoni u l-Ftehim Anċillari f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Ftehim ta’ Adeżjoni u l-Ftehim Anċillari għandhom jiġu applikati b’mod proviżorju mid-data tal-iffirmar (*) mill-Unjoni Ewropea u, safejn permess skont il-liġi nazzjonali applikabbli, mill-Istati Membri tagħha u l-Partijiet rilevanti, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tagħhom.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2011.

Il-President

VÖLNER P.


(1)  ĠU L 134, 25.5.2007, p. 4.

(2)  ĠU L 223, 25.8.2010, p. 3.

(*)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u l-Ftehim Anċillari ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


TRADUZZJONI

FTEHIM DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Uniti”),

bħala l-ewwel parti;

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Membri”),

u

L-UNJONI EWROPEA,

bħala t-tieni parti;

L-ISLANDA,

bħala t-tielet parti; u

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA (minn hawn ’il quddiem, “in-Norveġja”),

bħala r-raba’ parti;

XEWQANA li jippromwovu sistema tal-avjazzjoni internazzjonali bbażata fuq il-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru fis-suq b’interferenza u regolazzjoni minima mill-gvern;

XEWQANA li jiffaċilitaw l-espansjoni tal-opportunitajiet għat-trasport internazzjonali bl-ajru, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ netwerks ta’ trasport bl-ajru li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-passiġġieri u t-trasportaturi għal servizzi komdi ta’ trasport bl-ajru;

XEWQANA li jagħmluha possibbli għal-linji tal-ajru li joffru lill-pubbliku li jivvjaġġa u li jibgħat merkanzija prezzijiet u servizzi kompetittivi fis-swieq miftuħa;

XEWQANA li s-setturi kollha tal-industrija tat-trasport bl-ajru, inklużi l-ħaddiema tal-linji tal-ajru, jibbenefikaw fi ftehim liberalizzat;

XEWQANA li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza u sigurtà fit-trasport internazzjonali bl-ajru u filwaqt li jaffermaw mill-ġdid it-tħassib gravi tagħhom dwar l-atti jew it-theddidiet kontra s-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, li jipperikolaw is-sigurtà tal-persuni jew tal-proprjetà, jaffettwaw ħażin l-operat tat-trasport bl-ajru, u jimminaw il-fiduċja tal-pubbliku fis-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili;

FILWAQT LI JINNOTAW il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li nfetħet għall-iffirmar f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li s-sussidji tal-gvern jistgħu jaffettwaw ħażin il-kompetizzjoni tal-linji tal-ajru u jistgħu jipperikolaw l-objettivi bażiċi ta’ dan il-Ftehim;

FILWAQT LI JAFFERMAW l-importanza tal-protezzjoni tal-ambjent fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika dwar l-avjazzjoni internazzjonali;

FILWAQT LI JINNOTAW l-importanza li jiġu protetti l-konsumaturi, inklużi l-protezzjonijiet mogħtija mill-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, li saret f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999;

BIL-ĦSIEB li jibnu fuq il-qafas tal-ftehimiet eżistenti bil-għan li jiftħu l-aċċess għas-swieq u jimmassimizzaw il-benefiċċji għall-konsumaturi, il-linji tal-ajru, il-ħaddiema, u l-komunitajiet fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza li jittejjeb l-aċċess tal-linji tal-ajru tagħhom għas-swieq kapitali globali sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni u jiġu promossi l-objettivi ta’ dan il-Ftehim;

BIL-ĦSIEB li jistabbilixxu preċedent ta’ importanza globali biex jippromwovu l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni f’dan is-settur ekonomiku kruċjali;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Unjoni Ewropea ħadet post u ssuċċediet il-Komunità Ewropea bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, tat-Trattat ta’ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u li minn dik id-data, id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea u r-referenzi kollha għaliha fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-25 u t-30 ta’ April 2007, japplikaw għall-Unjoni Ewropea;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjoni

“Parti” tfisser l-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Islanda, jew in-Norveġja.

Artikolu 2

Applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll u l-Anness għal dan il-Ftehim

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-25 u t-30 ta’ April 2007 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru”), kif emendat mill-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru li ġie ffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010 (minn hawn ’il quddiem, “il-Protokoll”), li qed jiġu inkorporati b’referenza, għandhom japplikaw għall-Partijiet kollha f’dan il-Ftehim, soġġetti għall-Anness għal dan il-Ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandhom japplikaw għall-Islanda u n-Norveġja daqs li kieku kienu Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, sabiex l-Islanda u n-Norveġja għandhom ikollhom id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Istati Membri skont dak il-ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Anness għal dan il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Terminazzjoni jew waqfien tal-applikazzjoni proviżorja

1.   L-Istati Uniti jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħtu avviż bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi lit-tliet Partijiet l-oħra dwar id-deċiżjoni tagħhom li jtemmu dan il-Ftehim jew li jwaqqfu l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan l-Ftehim skont l-Artikolu 5.

Kopja tal-avviż għandha tintbagħat fl-istess ħin lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO). Dan il-Ftehim għandu jintemm, jew l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Ftehim għandha tieqaf, f’nofsillejl GMT fl-aħħar tal-istaġun tat-traffiku tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) li jkun fis-seħħ sena wara d-data tan-notifika bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn il-Partijiet kollha.

2.   L-Islanda jew in-Norveġja jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħtu avviż bil-miktub lill-Partijiet l-oħra, permezz ta’ kanali diplomatiċi, dwar id-deċiżjoni tagħhom li jirtiraw minn dan il-Ftehim jew li jtemmu l-applikazzjoni proviżorja tiegħu skont l-Artikolu 5. Kopja tal-avviż għandha tintbagħat fl-istess ħin lill-ICAO. Tali rtirar jew waqfien tal-applikazzjoni proviżorja għandu jkun effettiv f’nofsillejl GMT fl-aħħar tal-istaġun tat-traffiku tal-IATA li jkun fis-seħħ sena wara d-data tan-notifika bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn il-Parti li tagħti l-avviż bil-miktub, l-Istati Uniti, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

3.   L-Istati Uniti jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħtu avviż bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi, lill-Islanda jew in-Norveġja, dwar id-deċiżjoni tagħhom li jtemmu dan il-Ftehim jew li jwaqqfu l-applikazzjoni proviżorja tiegħu, fir-rigward tal-Islanda jew in-Norveġja. Kopji tal-avviż għandhom jintbagħtu fl-istess ħin liż-żewġ Partijiet l-oħra għal dan il-Ftehim u lill-ICAO. It-tmiem jew il-waqfien tal-applikazzjoni proviżorja fir-rigward tal-Islanda jew in-Norveġja għandu jkun effettiv f’nofsillejl GMT fl-aħħar tal-istaġun tat-traffiku tal-IATA li jkun fis-seħħ sena wara d-data tan-notifika bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn l-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Parti li tirċievi l-avviż.

4.   Għall-finijiet tan-noti diplomatiċi kkontemplati minn dan l-Artikolu, in-noti diplomatiċi lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jew mingħandhom għandhom jintbagħtu lill-Unjoni Ewropea jew minnha skont kif ikun il-każ.

5.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, jekk il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, jiġi tterminat, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

Artikolu 4

Reġistrazzjoni mal-ICAO

Dan il-Ftehim u l-emendi kollha li jsiru fih għandhom jiġu rreġistrati mal-ICAO mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Applikazzjoni Proviżorja

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim b’mod proviżorju, safejn permess skont il-liġi domestika applikabbli, mid-data tal-firma. Jekk il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, jiġi tterminat skont l-Artikolu 23 tiegħu, jew l-applikazzjoni proviżorja tiegħu titwaqqaf skont l-Artikolu 25 ta’ dak il-Ftehim, jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll titwaqqaf skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll, l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Ftehim għandha tieqaf fl-istess ħin.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-aktar waħda tard minn dawn li ġejjin:

1.

id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru,

2.

id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, u

3.

xahar wara d-data tal-aħħar nota tal-iskambji ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li tlestew il-proċeduri neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Għall-finijiet ta’ dan l-iskambju ta’ noti diplomatiċi, in-noti diplomatiċi lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jew mingħandhom għandhom jintbagħtu lill-Unjoni Ewropea jew minnha, skont kif ikun il-każ. In-nota jew noti diplomatiċi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jinkludu komunikazzjonijiet minn kull Stat Membru li jikkonferma li jkunu tlestew il-proċeduri neċessarji tiegħu għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

B’XHIEDA TA’ DAN il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu u f’Oslo, f’erba’ kopji, fis-sittax u fil-wieħed u għoxrin ta’ Ġunju 2011 rispettivament.

Image

For the United States of America

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l’Union européenne

Per l’Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Fyrir Ísland

Image

For Kongeriket Norge

Image

Voor het Koninkrijk België

Pour le Royaume de Belgique

Für das Königreich Belgien

Image

Deze handtekening verbindt eveneens het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Репyблика Бългaрия

Image

Za Českou republiku

Image

For Kongeriget Danmark

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā –

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Għal Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Pentru România

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovenskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Ir-rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerika, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Islanda, u r-Renju tan-Norveġja kkonfermaw li t-test tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (“il-Ftehim”), għandu jiġi awtentikat f’lingwi oħra, kif previst, jew qabel l-iffirmar tal-Ftehim, bi Skambji ta’ Ittri jew, wara l-iffirmar tal-Ftehim, b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Din id-Dikjarazzjoni Konġunta hija parti integrali tal-Ftehim.

ANNESS

Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Rigward tal-Islanda u n-Norveġja

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, u mmodifikati kif ġej, għandhom japplikaw għall-Partijiet kollha f’dan il-Ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandhom japplikaw għall-Islanda u n-Norveġja daqs li kieku kienu Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, sabiex l-Islanda u n-Norveġja jkollhom id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Istati Membri skont dak il-ftehim, soġġett għal dan li ġej:

1.

Paragrafu 9 tal-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandu jaqra kif ġej:

“ ‘Territorju’ tfisser, għall-Istati Uniti, iż-żoni tal-art (art prinċipali u gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, u, għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iż-żoni tal-art (art prinċipali u gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali li fihom jiġi applikat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak il-ftehim u kwalunkwe strument suċċessur, bl-eċċezzjoni taż-żoni tal-art u l-ilmijiet interni taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein; l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għall-ajruport ta’ Ġibiltà hija mifhuma li hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit fir-rigward tat-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport, u għat-tkomplija tas-sospensjoni tal-Ajruport ta’ Ġibiltà mill-miżuri tal-avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea li jeżistu mit-18 ta’ Settembru 2006 bejn l-Istati Membri, skont l-istqarrija Ministerjali dwar l-Ajruport ta’ Ġibiltà li ġiet miftiehma f’Córdoba fit-18 ta’ Settembru 2006; u”.

2.

L-Artikoli 23 sa 26 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, ma għandhomx japplikaw għall-Islanda u n-Norveġja.

3.

L-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll ma għandhomx japplikaw għall-Islanda u n-Norveġja.

4.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mat-Taqsima 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll:

“w.

L-Islanda: Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat f’Washington fl-14 ta’ Ġunju 1995; emendat fl-1 ta’ Marzu 2002 bi skambju ta’ noti; emendat fl-14 ta’ Awwissu 2006 u d-9 ta’ Marzu 2007 bi skambju ta’ noti.

x.

Ir-Renju tan-Norveġja: Ftehim dwar is-Servizzi tat-Trasport bl-Ajru affettwati bl-iskambji ta’ noti f’Washington, fis-6 ta’ Ottubru 1945; emendat fis-6 ta’ Awwissu 1954 bi skambju ta’ noti; emendat fis-16 ta’ Ġunju 1995 bi skambju ta’ noti.”.

5.

It-test tat-Taqsima 2 tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandu jaqra kif ġej:

“Minkejja t-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, għaż-żoni li mhumiex inkorporati fid-definizzjoni ta’ ‘territorju’ fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim, il-ftehimiet fil-paragrafi (e) (Danimarka-Stati Uniti), (g) (Franza-Stati Uniti), (v) (Renju Unit-Stati Uniti), u (x) (Norveġja-Stati Uniti) ta’ dik it-taqsima għandhom ikomplu japplikaw, skont it-termini tagħhom.”.

6.

It-test tat-Taqsima 3 tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandu jaqra kif ġej:

“Minkejja l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, il-linji tal-ajru tal-Istati Uniti mhux ser ikollhom id-dritt li jipprovdu servizzi ta’ merkanzija biss, li ma jkunux parti minn servizz li jaqdi lill-Istati Uniti, lejn jew minn punti fl-Istati Membri, ħlief lejn jew minn punti fir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Slovakka, l-Islanda, u r-Renju tan-Norveġja.”.

7.

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tal-Artikolu 3 tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll:

“Għall-Islanda u n-Norveġja, dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, l-Artikoli 53, 54, u 55 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u r-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea li jimplimentaw l-Artikoli 101, 102 u 105 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll kwalunkwe emenda li ssir fihom.”.

8.

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandu japplika għall-Islanda u n-Norveġja sakemm il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Unjoni Ewropea jkunu inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, f’konformità ma’ kwalunkwe adattament stipulat b’dan. Id-drittijiet previsti fis-subparagrafi 4(a) u 4(b) tal-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll għandhom biss ikunu disponibbli għall-Islanda u n-Norveġja jekk, fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi abbażi tal-istorbju, l-Islanda jew in-Norveġja, rispettivament, tkun soġġetta, skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Unjoni Ewropea kif inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, għal superviżjoni li tkun komparabbli ma’ dik prevista fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll.


FTEHIM ANĊILLARI

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Membri”),

u

L-UNJONI EWROPEA,

bħala l-ewwel parti;

L-ISLANDA,

bħala t-tieni parti;

u

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA (minn hawn ’il quddiem, “in-Norveġja”),

bħala t-tielet parti;

FILWAQT LI JINNOTAW li l-Kummissjoni Ewropea nnegozjat, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru mal-Istati Uniti tal-Amerika f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati,

FILWAQT LI JINNOTAW li l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru”) ġie inizjalat fit-2 ta’ Marzu 2007, iffirmat fi Brussell fil-25 ta’ April 2007 u f’Washington, D.C. fit-30 ta’ April 2007 u ġie applikat proviżorjament mit-30 ta’ Marzu 2008,

FILWAQT LI JINNOTAW li l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ġie emendat mill-Protokoll sabiex jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha (minn hawn ’il quddiem, “il-Protokoll”), inizjalat fil-25 ta’ Marzu 2010, u ffirmat fil-Lussemburgu fl-24 ta’ Ġunju 2010,

FILWAQT LI JINNOTAW li l-Islanda u n-Norveġja, billi huma membri kompletament integrati tas-Suq uniku Ewropew tal-Avjazzjoni permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, aderixxew mal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll permezz ta’ Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), tal-istess data, li jinkorpora l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali sabiex jiġi deċiż, jekk adatt, kif għandhom jittieħdu miżuri skont l-Artikolu 21, paragrafu 5 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Islanda u n-Norveġja fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll u fil-proċeduri tal-arbitraġġ stipulati fl-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll. Dawn l-arranġamenti proċedurali għandhom jiżguraw l-kooperazzjoni, il-fluss ta’ informazzjoni u l-konsultazzjoni meħtieġa qabel il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll, inklużi dawk dwar is-sikurezza, is-sigurtà, l-għoti u r-revoka tad-drittijiet tat-traffiku u l-appoġġ mill-gvern,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Notifika

F’każ li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jiddeċiedu li jtemmu l-Ftehim skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim jew li ma jkomplux japplikawh b’mod proviżorju, jew li jirtiraw avviżi b’dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tinnotifika immedjatament lill-Islanda u n-Norveġja dwar dan qabel ma tinforma lill-Istati Uniti tal-Amerika permezz ta’ kanali diplomatiċi. Bl-istess mod, l-Islanda u/jew in-Norveġja għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip.

Artikolu 2

Sospensjoni tad-Drittijiet tat-Traffiku

Deċiżjoni sabiex linji tal-ajru tal-Parti l-oħra ma jitħallewx joperaw frekwenzi addizzjonali jew jidħlu fi swieq ġodda taħt il-Ftehim u jiġu nnotifikati l-Istati Uniti tal-Amerika dwar dan, jew biex, bi qbil, titneħħa kwalunkwe deċiżjoni simili, meħuda skont l-Artikolu 21, paragrafu 5 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll, għandha tiġi adottata mill-Kunsill, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, billi jaġixxi b’mod unanimu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, u mill-Islanda u n-Norveġja. Il-President tal-Kunsill, li jaġixxi f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, l-Islanda u n-Norveġja għandu mbagħad jinforma lill-Istati Uniti tal-Amerika bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

Artikolu 3

Kumitat Konġunt

1.   L-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-Islanda u n-Norveġja għandhom ikunu rappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Islanda u n-Norveġja.

2.   Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-Islanda u n-Norveġja fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha tkun ippreżentata mill-Kummissjoni, għajr f’oqsma fi ħdan l-UE li jaqgħu esklussivament taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, f’liema każ hija għandha tiġi ppreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill jew mill-Kummissjoni, l-Islanda u n-Norveġja kif ikun adatt.

3.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Islanda u n-Norveġja fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 14 jew 20 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll, jew kwistjonijiet li ma jeħtiġux l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li jkollha effetti legali għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni bi qbil mal-Islanda u n-Norveġja.

4.   Għal deċiżjonijiet oħra tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt regolamenti u direttivi li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Islanda u n-Norveġja għandha tiġi adottata mill-Islanda u n-Norveġja fuq proposta mill-Kummissjoni.

5.   Għal deċiżjonijiet oħra tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt regolamenti u direttivi li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Islanda u n-Norveġja, għandha tiġi adottata mill-Islanda u n-Norveġja bi qbil mal-Kummissjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa tal-Islanda u n-Norveġja fi kwalunkwe laqgħat ta’ koordinazzjoni, konsultazzjoni jew teħid ta’ deċiżjonijiet mal-Istati Membri u aċċess għal informazzjoni rilevanti bi tħejjija għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt li jkunu ser isiru.

Artikolu 4

Arbitraġġ

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-Islanda u n-Norveġja fi proċedimenti ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.

2.   Il-Kummissjoni għandha, kif ikun adatt, tieħu miżuri sabiex tiżgura l-involviment tal-Islanda u n-Norveġja fit-tħejjija u l-koordinazzjoni tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ.

3.   Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jissospendi benefiċċji skont l-Artikolu 19, paragrafu 7 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll, dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Islanda u n-Norveġja. Bl-istess mod, l-Islanda u/jew in-Norveġja għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni simili li jkunu ħadu.

4.   Kwalunkwe azzjoni adatta oħra li għandha tittieħed skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll dwar kwistjonijiet li fi ħdan l-UE jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, bil-għajnuna ta’ Kumitat Speċjali ta’ rappreżentanti tal-Istati Membri maħtura mill-Kunsill, tal-Islanda u tan-Norveġja.

Artikolu 5

Skambju ta’ Informazzjoni

1.   L-Islanda u n-Norveġja għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet ta’ linja tal-ajru tal-Istati Uniti tal-Amerika li jkunu adottaw skont l-Artikolu 4 u 5 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Islanda u n-Norveġja bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip li jkunu ħadu l-Istati Membri.

2.   L-Islanda u n-Norveġja għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba jew notifika li jkunu għamlu jew irċevew skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Islanda u n-Norveġja bi kwalunkwe talba jew notifika li jkunu għamlu jew irċevew l-Istati Membri.

3.   L-Islanda u n-Norveġja għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba jew notifika li jkunu għamlu jew irċevew skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Islanda u n-Norveġja bi kwalunkwe talba jew notifika li jkunu għamlu jew irċevew l-Istati Membri.

Artikolu 6

Sussidji u appoġġ mill-gvern

1.   Jekk l-Islanda jew in-Norveġja jkunu tal-fehma li sussidju jew appoġġ li jkun qed jiġi kkunsidrat jew mogħti minn entità governattiva fit-territorju tal-Istati Uniti tal-Amerika jkun ser ikollu effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14, paragrafu 2 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-ajru kif emendat mill-Protokoll, huma għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal din il-kwistjoni. Jekk Stat Membru jkun ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal kwistjoni simili, il-Kummissjoni għandha, bl-istess mod, tiġbed l-attenzjoni tal-Islanda u n-Norveġja dwar din il-kwistjoni.

2.   Il-Kummissjoni, l-Islanda u n-Norveġja jistgħu javviċinaw lil dik l-entità jew jitolbu laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.

3.   Il-Kummissjoni, l-Islanda u n-Norveġja għandhom jinformaw immedjatament lil xulxin meta jiġu kkuntattjati mill-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu 14 paragrafu 3 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.

Artikolu 7

Terminazzjoni jew waqfien tal-applikazzjoni proviżorja

1.   Parti tista’, fi kwalunkwe ħin, tagħti avviż bil-miktub lill-Partijiet l-oħra, permezz ta’ kanali diplomatiċi, bid-deċiżjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim Anċillari jew l-applikazzjoni proviżorja tiegħu. Dan il-Ftehim Anċillari għandu jintemm jew ma għandux jibqa’ japplika b’mod proviżorju f’nofsillejl GMT sitt xhur wara d-data tan-notifika bil-miktub tat-tmiem jew tal-waqfien tal-applikazzjoni proviżorja, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn il-Partijiet.

2.   Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, jekk il-Ftehim jiġi tterminat jew ma jibqax jiġi applikat b’mod proviżorju, dan il-Ftehim Anċillari għandu jintemm jew ma jibqax jiġi applikat b’mod proviżorju fl-istess ħin.

Artikolu 8

Applikazzjoni proviżorja

Sakemm jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 9, il-Partijiet ftiehmu li japplikaw b’mod proviżorju dan il-Ftehim Anċillari, safejn huwa permess skont il-liġi domestika applikabbli, mid-data li tkun l-aktar tard mid-data li fiha jiġi ffirmat dan il-Ftehim Anċillari jew id-data speċifikata fl-Artikolu 5 tal-Ftehim.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim Anċillari għandu jidħol fis-seħħ jew (a) xahar wara d-data tal-aħħar nota fi skambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li jkunu tlestew il-proċeduri kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim Anċillari, jew (b) id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim Anċillari.

Magħmul fil-Lussemburgu u f’Oslo, fi tliet kopji, fis-16 u l-21 ta’ Ġunju 2011 rispettivament., bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Islandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Norveġiża, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, it-testi kollha jkunu awtentiċi.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Fyrir Ísland

Image

For Kongeriket Norge

Image

Voor het Koninkrijk België

Pour le Royaume de Belgique

Für das Königreich Belgien

Image

Deze handtekening verbindt eveneens het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Репyблика Бългaрия

Image

Za Českou republiku

Image

For Kongeriget Danmark

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā –

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Għal Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Pentru România

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovenskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image


29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ottubru 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti Messikani

(2011/709/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem l-Unjoni, Ftehim mal-Istati Uniti Messikani dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ("il-Ftehim") f'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fil-15 ta' Diċembru 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar ’il quddiem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/94/UE (1).

(4)

Il-Ftehim għandu jkun approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti Messikani ("Il-Ftehim") huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 38, 12.2.2011, p. 33.

(2)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 38, 12.2.2011, p. 34 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.


29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ottubru 2011

dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea

(2011/710/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6), l-Artikolu 218(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Memorandum”) fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili.

(2)

Il-Memorandum ġie ffirmat fit-3 ta’ Marzu 2011.

(3)

Il-Memorandum għandu jiġi approvat mill-Unjoni.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Memorandum, u r-riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Memorandum”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li twettaq/jwettqu in-notifika prevista fl-Artikolu XII(B) tal-Memorandum (2).

Artikolu 3

L-Unjoni għandha tkun rappreżentata fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu III tal-Memorandum mill-Kummissjoni, assistita minn rappreżentanti tal-Istati Membri.

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill, għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, inkluż fir-rigward tal-adozzjoni ta’:

Annessi addizzjonali għall-Memorandum u l-Appendiċi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu III.E. tal-Memorandum;

emendi għal Annessi għall-Memorandum u l-Appendiċi tagħhom, kif imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu III.E. tal-Memorandum.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-proċeduri interni ta’ ggvernar tal-Kumitat Konġunt kif previst fl-Artikolu III.C. tal-Memorandum.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni adatta skont l-Artikoli II (B), IV, V, VII u VIII tal-Memorandum.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu XI tal-Memorandum.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-Memorandum.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  Il-Memorandum ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar (ĠU L 89, 5.4.2011, p. 3).

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ser tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1093/2011

tat-28 ta’ Ottubru 2011

dwar l-applikazzjoni ta’ derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokol dwar id-definizzjoni ta’ prodotti ta’oriġini mehmuża mal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/KE tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea (1), min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

B’deċiżjoni 2011/265/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”) f’isem l-Unjoni Ewropea. Id-Deċiżjoni 2011/265/UE kkonfermat l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, suġġetta għall-konklużjoni tiegħu fi stadju aktar tard, kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 15.10.5 tal-Ftehim. Id-data minn meta l-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja ġiet iffissata għall-1 ta’ Lulju 2011.

(2)

Għal numru ta’ prodotti speċifiċi, Anness II(a) tal-Protokoll mehmuż mal-Ftehim li jikkonċerna d-definizzjoni ta’ “prodotti ta’ oriġini” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, (3) (“il-Protokoll”) jipprovdi għal derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti f’Anness II tal-Protokoll. Madankollu, id-derogi huma limitati bi kwoti annwali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi.

(3)

Bi qbil ma’ Anness II(a) tal-Protokoll, il-prova tal-oriġini tal-preparazzjonijiet tas-surimi (Kodiċi NM 1604 20 05) għandha tkun akkumpanjata bi prova dokumentarja li l-preparazzjoni tas-surimi tħaddan mill-inqas 40 fil-mija mill-piż tagħha ħut u li l-ispeċi tal-Pollakkju tal-Alaska (theragra Chalcogramma) ġiet użata bħala l-ingredjent prinċipali fil-bażi tas-surimi.

(4)

Bi qbil ma’ Anness II(a) tal-Protokoll, il-prova tal-oriġini tat-tessuti minsuġa miżbugħa b’kodiċi NM 5408 22 u 5408 32 għandha tkun akkumpanjata bi prova dokumentarja li t-tessut mhux miżbugħ użat ma jaqbiżx il-50 fil-mija tal-prezz ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika.

(5)

Peress li l-kwoti stipulati fl-Anness II(a) tal-Protokoll għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni fuq il-bażi li min jiġi l-ewwel jinqeda, għandhom ikunu ġestiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

(6)

Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Lulju 2011, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II(a) tal-Protokoll, li jirrigwardaw id-definizzjoni ta’ “prodotti ta’ oriġini” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministattiva mehmużin mal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u r-Repubblika tal-Korea (“il-Protokoll”), għandhom japplikaw għall-prodotti stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-regoli ta’ oriġini li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw b’deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tal-Protokoll, huma suġġetti għall-kwoti stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-regoli ta’ oriġini previsti minn dan ir-Regolament għandhom japplikaw taħt dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

dikjarazzjoni ffirmata mill-esportatur approvat li tiċċertifika li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-deroga, għandha tingħata hekk kif il-prodotti jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi ħdan l-Unjoni.

(b)

id-dikjarazzjoni li hemm riferiment għaliha f’punt (a) għandha tħaddan din l-istqarrija bl-Ingliż: “Deroga – Anness II(a) tal-Protokol dwar id-definizzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva”.

Artikolu 3

1.   Meta prova tal-oriġini tingħata għall-preparazzjonijiet tas-surimi b’Kodiċi NM 1604 20 05, din għandha tkun akkumpanjata bi prova dokumentarja li tgħid li l-preparazzjoni tas-surimi tħaddan mill-inqas 40 fil-mija mill-piż tagħha ħut u li l-ispeċi tal-Pollakkju tal-Alaska (theragra Chalcogramma) ġiet użata bħala l-ingredjent prinċipali fil-bażi tas-surimi.

2.   Fejn neċċessarju, it-tifsira tal-“ingredjent primarju” kif huwa riferut fil-paragrafu 1, għandha tkun interpretata mill-Kumitat Doganali skont l-Artikolu 28 tal-Protokoll.

Artikolu 4

1.   Il-prova dokumentarja li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 għandha tikkonsisti f’mill-inqas dikjarazzjoni bl-Ingliz iffirmata mill-esportatur approvat li tgħid:

(a)

li l-preparazzjoni tas-surimi tħaddan mill-inqas 40 fil-mija mill-piż tagħha ħut;

(b)

li l-ispeċi tal-Pollakkju tal-Alaska (theragra Chalcogramma) ġiet użata bħala l-ingredjent prinċipali fil-bażi tas-surimi.

2.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri dan li ġej:

(a)

l-ammont tal-ispeċi tal-Pollakkju tal-Alaska (theragra Chalcogramma) użat, bħala persentaġġ tal-ħut użat biex jiġi prodott is-surimi;

(b)

il-pajjiż ta’ oriġini tal-Pollakkju tal-Alaska.

Artikolu 5

Meta tingħata prova tal-oriġini għat-tessuti minsuġa miżbugħa b’kodiċi NM 5408 22 u 5408 32, din għandha tkun akkumpanjata bi prova dokumentarja li tgħid li t-tessut mhux miżbugħ użat ma jaqbiżx il-50 fil-mija tal-prezz ta’ meta l-prodott joħroġ mill-fabbrika.

Artikolu 6

Il-prova dokumentarja li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5 għandha tikkonsisti f’mill-inqas dikjarazzjoni ffirmata bl-Ingliż minn esportatur approvat li tgħid li t-tessut mhux miżbugħ użat ma jaqbiżx il-50 fil-mija tal-prezz ta’ meta l-prodott joħroġ mill-fabbrika. Id-dokument għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

il-prezz f’euro tat-tessut mhux miżbugħ li mhux oriġinanti, użat sabiex isiru t-Tessuti minsuġa miżbugħa (kodiċi NM 5408 22 u 5408 32);

(b)

il-prezz tat-tessuti minsuġa miżbugħa ta’ kif joħroġu mill-fabbrika f’euro (kodiċi NM 5408 22 u 5408 32).

Artikolu 7

Il-kwoti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.

(3)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1344.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni ta’ prodotti

Il-perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.2450

1604 20 05

 

Preparazzjonijiet ta’ surimi

1.7.2011-30.6.2012

2 000

1.7.2012-30.6.2013

2 500

Mill-1.7.2013 ‘il quddiem:

 

1.7-30.6

3 500

09.2451

1905 90 45

 

Gallettini

1.7-30.6

270

09.2452

2402 20

 

Sigarretti li fihom it-tabakk

1.7-30.6

250

09.2453

5204

 

Ħjut tal-qoton għall-ħjata, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut jew le

1.7-30.6

86

09.2454

5205

 

Ħjut tal-qoton (ħlief ħajt tal-ħjata), li fihom 85 % jew aktar tal-piż qoton, mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

1.7-30.6

2 310

09.2455

5206

 

Ħjut tal-qoton (ħlief ħajt tal-ħjata), li fihom anqas minn 85 % tal-piż qoton, mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

1.7-30.6

377

09.2456

5207

 

Ħjut tal-qoton (ħlief ħajt tal-ħjata), ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

1.7-30.6

92

09.2457

5408

 

Drappijiet minsuġin bi ħjut ta’ filament artifiċjali, inklużi drappijiet minsuġin magħmulin minn materjali tat-titlu 5405

1.7-30.6

17 805 290  m2

09.2458

5508

 

Ħajt tal-ħjata minn fibri magħmulin mill-bniedem ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple), kemm jekk ippreżentati għal bejgħ bl-imnut jew le

1.7-30.6

286

09.2459

5509

 

Ħjut (ħlief ħjut tal-ħjata) ta’ fibri sintetiċi ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple), mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

1.7-30.6

3 437

09.2460

5510

 

Ħjut (ħlief ħjut tal-ħjata) ta’ fibri artifiċjali ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple), mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

1.7-30.6

1 718

09.2461

5511

 

Ħjut (ħlief il-ħjut tal-ħjata) ta’ fibri magħmulin mill-bniedem ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple), ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

1.7-30.6

203


29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1094/2011

tat-28 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż [alkoħoliku] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 huwa previst li l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, ippeżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Dan il-koeffiċjent jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet totali mqiegħda fis-suq tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat, abbażi tax-xejra osservata ta’ dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta’ dan l-ispirtu tax-xorb.

(2)

Abbażi tat-tagħrif ipprovdut mir-Renju Unit u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010, dan il-perjodu medju taż-żmien ta’ maturazzjoni fl-2010 kien ta’ tmien snin għall-iScotch whisky.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1113/2010 tal-1 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2010/2011 (3) eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li jirrigwarda l-koeffiċjenti applikabbli għas-sena 2010/2011. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeskludi l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn il-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjent għall-perjodu 2011/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012, il-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali utilizzati fir-Renju Unit għall-fabbrikazzjoni tal-iScotch whisky huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.

(3)  ĠU L 316, 2.12.2010, p. 2.


ANNESS

Il-koeffiċjenti applikabbli fir-Renju Unit

Perjodu ta’ applikazzjoni

Koeffiċjent applikabbli

għax-xgħir ipproċessat f’malt utilizzat fil-produzzjoni tal-malt whisky

għaċ-ċereali użati fil-produzzjoni tal-grain whisky

Mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012

0,296

0,229


29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1095/2011

tat-28 ta’ Ottubru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar, il-qaqoċċ, il-klementin, il-mandolin u l-larinġ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jipprovdi għas-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anesss XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha ssir skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar il-Biedja konkluż matul iċ-Ċiklu tal-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multilaterali (4), u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2008, l-2009 u l-2010, għandhom jiġu aġġustati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar, il-qaqoċċ, il-klementin, il-mandolin u l-larinġ.

(3)

Għaldaqstant, jixraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Mingħajr ħsara għar-regoli li jiggvernaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies bħala indikattiva biss. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizjonali (f’tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

481 762

78.0020

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

44 251

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

92 229

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

55 270

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

11 620

78.0100

0709 90 70

Zukkini (qarabagħli żgħir)

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

57 955

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

292 760

78.0120

0805 20 10

Klementin

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

85 392

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

99 128

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

346 366

78.0160

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

88 090

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

80 588

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

700 556

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

65 039

78.0220

0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

229 646

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

35 541

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5 794

78.0265

0809 20 95

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

30 783

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

5 613

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

10 293 ”


29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1096/2011

tat-28 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

82,9

MA

43,8

MK

71,7

ZZ

66,1

0707 00 05

AL

45,6

EG

151,1

JO

191,6

MK

62,2

TR

150,5

ZZ

120,2

0709 90 70

AR

33,4

TR

140,0

ZZ

86,7

0805 50 10

AR

62,1

CL

76,5

TR

66,9

ZA

79,0

ZZ

71,1

0806 10 10

BR

224,9

CL

71,4

TR

127,6

US

252,5

ZA

67,9

ZZ

148,9

0808 10 80

AR

48,0

BR

86,4

CA

92,8

CL

90,0

CN

82,6

NZ

126,9

US

99,9

ZA

122,3

ZZ

93,6

0808 20 50

CN

52,9

TR

130,3

ZZ

91,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/36


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/84/UE

tal-20 ta’ Settembru 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kożmetiċi, għall-iskop tal-adattament tal-Anness III tagħha mal-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-użu tal-perossidu tal-idroġenu huwa diġà soġġett għar-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur, li ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (minn hawn ’il quddiem “l-SCCS”) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (2), ikkonferma li konċentrazzjoni massima ta’ 0,1 % ta’ perossidu tal-idroġenu preżenti fil-prodotti orali jew li tiġi rilaxxata minn komposti jew taħlitiet oħrajn f’dawn il-prodotti, hija bla periklu. Għandu għalhekk ikun possibbli li l-perossidu tal-idroġenu jkompli jintuża b’dik il-konċentrazzjoni fil-prodotti orali, inkluż il-prodotti tat-tibjid jew tal-ibbliċjar tas-snien.

(3)

L-SCCS iqis li l-użu ta’ prodotti tat-tibjid jew tal-ibbliċjar tas-snien li jkun fihom konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % u sa massimu ta’ 6 % ta’ perossidu tal-idroġenu preżenti jew rilaxxata minn komposti jew taħlitiet oħra f’dawn il-prodotti, jista’ jkun bla periklu jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: titwettaq analiżi klinika xierqa sabiex tiżgura li ma jkunx hemm fatturi ta’ riskju jew ebda patoloġija orali oħra inkwetanti u li l-esponiment għal dawn il-prodotti jkun limitat b’tali mod li jiżgura li l-prodotti jintużaw biss kif maħsuba f’termini tal-frekwenza u t-tul tal-applikazzjoni. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu sodisfatti sabiex, sakemm huwa raġonevolment prevedibbli, ma jkunx hemm użu ħażin.

(4)

Prodotti tat-tibjid jew tal-ibbliċjar tas-snien li jkun fihom il-perossidu tal-idroġenu għandhom għalhekk jiġu rregolati b’tali mod li jiżgura li l-konsumatur ma jkollux aċċess dirett għalihom. Għal kull ċiklu ta’ użu ta’ dawn il-prodotti, l-ewwel użu għandu jkun limitat għall-prattikanti tad-dentistrija, kif definit fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (3) jew bis-superviżjoni diretta tagħhom jekk ikun żgurat livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Il-prattikanti tad-dentistrija għandhom imbagħad jagħtu aċċess għal dawn il-prodotti għall-bqija taċ-ċiklu tal-użu.

(5)

Għandu jkun hemm sistema ta’ tikketti xierqa b’informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu fi prodotti tat-tibjid jew tal-ibbliċċjar tas-snien li jkun fihom aktar minn 0,1 % ta’ din is-sustanza sabiex id-dentisti jkunu jistgħu jagħmlu użu xieraq minn dawn il-prodotti. Għal dan l-iskop, il-konċentrazzjoni eżatta f’perċentwali tal-perossidu tal-idroġenu preżenti jew rilaxxat minn komposti jew taħlitiet oħra f’dawk il-prodotti għandha tkun indikata b’mod ċar fuq it-tikketta.

(6)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi ma tax opinjoni qabel l-iskadenza stipulata mill-President tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   Qabel it-30 ta' Ottubru 2012 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-31 ta' Ottubru 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif għandha ssir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.


ANNESS

Fil-parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, in-numru ta’ referenza 12 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

Numru ta’ Referenza

Sustanza

Restrizzjonijiet

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

Qasam tal-applikazzjoni u/jew l-użu

Il-konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kożmetiku finali

Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħrajn

“12

Perossidu tal-idroġenu u komposti jew taħlitiet oħra li jirrilaxxaw il-perossidu tal-idroġenu, inklużi l-perossidu tal-karbamid u l-perossidu taż-żingu

(a)

Taħlitiet tal-kura tax-xagħar

(a)

12 % ta’ H2O2 (40 volum), preżenti jew rilaxxat

 

(a) ilbes ingwanti xierqa

(a) (b) (c) (e) Fih il-perossidu tal-idroġenu

Evita l-kuntatt mal-għajnejn

Laħlaħ minnufih l-għajnejn jekk il-prodott jiġi f’kuntatt magħhom.

(b)

Taħlitiet għall-kura tal-ġilda

(b)

4 % ta’ H2O2, preżenti jew rilaxxat

 

(c)

Taħlitiet għat-tisħiħ tad-dwiefer

(c)

2 % ta’ H2O2 preżenti jew rilaxxat

 

(d)

Prodotti orali inkluż għat-tlaħliħ tal-ħalq, toothpaste u prodotti tat-tibjid jew l-ibbliċċjar tas-snien

(d)

≤ 0,1 % ta’ H2O2, preżenti jew rilaxxat

 

(e)

prodotti għat-tibjid jew l-ibbliċċjar tas-snien

(e)

> 0,1 % ≤ 6 % ta’ H2O2 preżenti jew rilaxxat

(e)

Jinbiegħu biss lill-prattikanti tad-dentistrija. Għal kull ċiklu ta’ użu, l-ewwel użu għandu jkun mill-prattikanti tad-dentistrija kif definit fid-Direttiva 2005/36/KE (*) jew bis-superviżjoni diretta tagħhom jekk ikun żgurat livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Wara għandhom jingħataw lill-konsumatur biex jiġi kkompetat iċ-ċiklu tal-użu.

Ma għandux jintuża fuq persuni taħt it-18-il sena.

(e) Il-konċentrazzjoni ta’ H2O2 preżenti jew rilaxxata tkun indikata f’perċentwali.

Ma għandux jintuża fuq persuni taħt it-18-il sena.

Jinbiegħ biss lill-prattikanti tad-dentistrija. Għal kull ċiklu ta’ użu, l-ewwel użu għandu jkun minn prattikanti tad-dentistrija jew bis-superviżjoni diretta tagħhom jekk ikun żgurat livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Wara għandu jingħata lill-konsumatur biex jiġi kkompetat iċ-ċiklu tal-użu.


(*)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.”


RAKKOMANDAZZJONIJIET

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/39


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Ottubru 2011

dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet ta’ materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali

(2011/711/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tfittex li tottimizza l-vantaġġi tat-teknoloġiji informatiċi għat-tkabbir ekonomiku, għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-kwalità tal-għajxien taċ-ċittadini Ewropej, bħala parti mill-istrateġija tal-Ewropa 2020. Id-diġitizzazzjoni u l-konservazzjoni tal-memorja kulturali tal-Ewropa, li tinkludi materjal stampat (kotba, rivisti, gazzetti), ritratti, oġġetti tal-mużewijiet, dokumenti f’arkivji, materjal awdjo u awdjoviżiv, monumenti u siti arkeoloġiċi (minn issa ’l quddiem, “materjal kulturali”), jikkostitwixxu qasam ewlieni minn dawk indirizzati mill-Aġenda Diġitali.

(2)

L-Istrateġija tal-UE għad-diġitizzazzjoni u l-konservazzjoni tibni fuq il-ħidma mwettqa tul l-aħħar ftit snin fl-inizjattiva tal-biblijoteki diġitali. L-azzjonijiet Ewropej f’dan il-qasam, li jinkludu l-iżvilupp tal-Europeana –l-arkivju tal-biblijoteka u l-mużew diġitali tal-Ewropa–, kellhom l-appoġġ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-iktar riċenti f’Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Mejju 2010, u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2010. Il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2011-2014, stabbilit mill-Kunsill fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Novembru 2010, jisħaq fuq il-bżonn ta’ sforzi koordinati fil-qasam tad-diġitizzazzjoni.

(3)

Fit-28 ta’ Awwissu 2006, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri bil-għan li jitkattar, permezz tal-Internet, il-potenzjal ekonomiku u kulturali tal-wirt kulturali tal-Ewropa. Ir-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-2008 u l-2010 juru li sar ċertu progress. Madankollu, il-progress mhuwiex konsistenti fost l-Istati Membri, u huwa żbilanċjat fost il-punti differenti tar-Rakkomandazzjoni.

(4)

Barra minn hekk, il-kuntest għall-isforzi ta’ diġitizzazzjoni u għall-kollaborazzjoni fuq il-livell Ewropew inbidel b’mod konsiderevoli matul l-aħħar ftit snin. Fost l-elementi ġodda ta’ min jissemmew it-tnedija tal-Europeana f’Novembru 2008, il-pubblikazzjoni tar-rapport “The New Renaissance” mill-‘Comité des Sages on bringing Europe’s cultural heritage online’ (minn hawn ’il quddiem, “il-Kumitat Espert”) tat-10 ta’ Jannar 2011, u l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar ix-Xogħlijiet Orfni tal-24 ta’ Mejju 2011.

(5)

Għaldaqstant, għandha tiġi rrakkomandata lill-Istati Membri sensiela aġġornata ta’ miżuri għad-diġitizzazzjoni u l-pubblikazzjoni fuq l-Internet tal-wirt kulturali, kif ukoll għall-konservazzjoni diġitali. F’dan il-kuntest, l-iżvilupp tal-materjal diġitali mill-biblijoteki, l-arkivji u l-mużewijiet għandu jkompli jitħeġġeġ sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa żżomm postha minn ta’ quddiem fix-xenarju internazzjonali tal-kultura u tal-kontenut kreattiv, kif ukoll li tuża r-rikkezza tal-materjal kulturali tagħha bl-aqwa mod possibbli. Kif ġie ssottolinjat mill-Kumitat Espert, l-Ewropa jeħtiġilha tieħu azzjoni minn issa jekk tixtieq taħsad il-frott tad-diġitizzazzjoni u tal-konservazzjoni diġitali. Jekk l-Istati Membri ma jkattrux l-investimenti tagħhom f’dan il-qasam, ikunu qed jissugraw li l-vantaġġi kulturali u ekonomiċi tal-“bidla diġitali” jsiru realtà f’kontinenti oħra u mhux fl-Ewropa.

(6)

L-aċċessibbiltà tal-materjal kulturali fuq l-Internet ser tippermetti liċ-ċittadini mal-Ewropa kollha jaċċessawh u jużawh għall-gost, għall-istudju jew anki għal xogħolhom. Għandha tagħti lill-wirt divers u multilingwi tal-Ewropea profil ċar fuq l-Internet, filwaqt li d-diġitizzazzjoni tal-assi tagħhom se tgħin lill-istituzzjonijiet kulturali Ewropej ikomplu jwettqu l-missjoni tagħhom li jagħtu aċċess għal wirtna u jikkonservawh fl-ambjent diġitali.

(7)

Aktar minn hekk, il-materjal diġitizzat jista’ jerġa’ jintuża — għal skopijiet kummerċjali u mhux — f’għadd ta’ oqsma, fosthom l-iżvilupp ta’ kontenut edukattiv u tat-tagħlim, id-dokumentarji, it-turiżmu, il-logħob, l-animazzjoni u l-għodda tad-disinn, dejjem jekk dan isir b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-awtur u drittijiet simili. Dan se jagħti kontribut importanti lill-industriji kreattivi, li jirrappreżentaw 3,3 % tal-PDG tal-UE, u 3 % tal-impjiegi. Dawn l-industriji qed iħabbtu wiċċhom ma’ tranżizzjoni diġitali li qiegħda theżżeż il-mudelli tradizzjonali, u b’hekk qiegħda tittrasforma l-katini tal-valur u tindika l-ħtieġa ta’ mudelli ġoddi tan-negozju. Id-diġitizzazzjoni tar-riżorsi kulturali u l-għoti ta’ aċċess usa’ għalihom joffru opportunitajiet ekonomiċi tassew kbar, u huma kundizzjoni essenzjali biex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet kulturali u kreattivi tal-Ewropa, kif ukoll tal-preżenza industrijali tagħha f’dan il-qasam.

(8)

Id-diġitizzazzjoni hija mezz importanti biex jiġi żgurat aktar aċċess għall-materjal kulturali, kif ukoll l-użu tiegħu. Azzjoni kkoordinata mill-Istati Membri biex jidiġitizzaw il-wirt kulturali tagħhom tkun tista’ trodd aktar koerenza lill-għażla tal-materjal, u tevita d-duplikazzjoni fid-diġitizzazzjoni. Twassal ukoll għal klima aktar sikura għall-kumpaniji li jinvestu fit-teknoloġiji tad-diġitizzazzjoni. Stampa globali tal-attivitajiet kurrenti u ppjanati fid-diġitizzazzjoni, u miri kwantitattivi għad-diġitizzazzjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-ilħiq ta’ dawk l-għanijiet.

(9)

L-ispejjeż tad-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali kollu tal-Ewropa huma għoljin, u ma jistgħux jiġu koperti mill-finanzjament pubbliku biss. L-isponsorjar tad-diġitizzazzjoni mis-settur privat, jew sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, jistgħu jinvolvu entitajiet privati fl-isforzi tad-diġitizzazzjoni, u għandhom jitħeġġew iktar. Biex ikunu ekwi u bbilanċjati, dawn is-sħubijiet għandhom isegwu għadd ta’ prinċipji importanti. B’mod partikulari, jeħtieġ li jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien għall-użu preferenzjali tal-materjal diġitizzat. Il-“Kumitat Espert” indika li ż-żmien massimu għall-użu preferenzjali tal-materjal diġitizzat fi sħubijiet pubbliċi privati ma għandux ikun itwal minn seba’ snin.

(10)

Il-Fondi Strutturali tal-UE jistgħu jintużaw, u qegħdin jintużaw, għall-kofinanzjament tal-attivitajiet ta’ diġitizzazzjoni, bħala parti minn proġetti li għandhom impatt fuq l-ekonomija reġjonali. Madankollu, tali użu jista’ jkompli jitwessa’, u jsir iktar sistematiku. Il-proċessi tad-diġitizzazzjoni tal-massa jistgħu jsiru iktar effiċjenti minħabba l-iskala tagħhom. Għaldaqstant, l-użu effiċjenti tal-kapaċità tad-diġitizzazzjoni, u fejn possibbli, it-taqsim tat-tagħmir tad-diġitizzazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kulturali u l-pajjiżi individwali, għandhom jitħeġġew.

(11)

Parti limitata mill-materjal miżmum fil-biblijoteki, fl-arkivji u fil-mużewijiet tinsab fid-dominju pubbliku, fis-sens illi mhijiex jew ma għadhiex koperta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, filwaqt li l-bqija hija protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Ġaladarba d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma strument ewlieni għall-istimolu tal-kreattività, il-materjal kulturali tal-Ewropa għandu jiġi ddiġitizzat, isir disponibbli u jiġi kkonservat fir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati.

(12)

Fl-24 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Direttiva għax-Xogħlijiet Orfni. Sabiex din id-Direttiva jkollha l-effett kollu li jixirqilha, għandha tiġi adottata u implimentata mingħajr dewmien, u b’hekk jiġi żgurat approċċ armonizzat għall-kwistjoni tax-xogħlijiet orfni mal-UE kollha. Għad-diġitizzazzjoni fuq skala kbira tax-xogħlijiet li ma għadhomx fis-suq, x’aktarx li jenħtieġ appoġġ fl-Istati Membri għal soluzzjonijiet ta’ liċenzjar żviluppati b’mod volontarju mill-partijiet interessati, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi żgurat effett transkonfinali. F’dan il-kuntest, l-approċċ li ġie segwit fid-djalogu fost il-partijiet interessati dwar il-kotba u r-rivisti akkademiċi li ma għadhomx fis-suq, sponsorjat mill-Kummissjoni, u li rriżulta fil-Memorandum ta’ Fehim iffirmat fi Brussell fl-20 ta’ Settembru 2011, għandu jitqies bħala mudell għad-djalogi ta’ tkomplija biex jiffaċilita l-ftehimiet favur id-diġitizzazzjoni tal-materjal kollu possibbli minn dak li ma għadux fis-suq. Bażijiet tad-dejta tal-informazzjoni dwar id-drittijiet fuq il-livell Ewropew jistgħu jniżżlu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet għar-riżoluzzjoni tad-drittijiet. Għaldaqstant, għandu jitħeġġeġ dan it-tip ta’ mekkaniżmi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet kollha interessati.

(13)

Bil-għan li jingħata aċċess usa’ għall-kontenut fid-dominju pubbliku għall-konsultazzjoni kif ukoll għall-użu, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kontenut tad-dominju pubbliku jibqa’ fid-dominju pubbliku ladarba jkun ġie diġitizzat. Għandu jiġi evitat l-użu ta’ marki tal-ilma (watermarks) invażivi jew ta’ miżuri oħra ta’ protezzjoni viżiva fuq kopji tal-materjal fid-dominju pubbliku bħala sinjal tas-sjieda jew tal-provenjenza.

(14)

L-Europeana, il-biblijoteka, arkivju u mużew diġitali tal-Ewropa, tnediet fl-20 ta’ Novembru 2008. It-tkomplija tal-iżvilupp tal-pjattaforma tal-Europeana se tiddependi l-iktar minn kif l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kulturali tagħhom jagħlfuha bil-kontenut, u minn kif jagħmluha viżibbli għaċ-ċittadini. Għandhom jitħeġġew miżuri għal dan il-għan.

(15)

Bħalissa, l-Europeana tagħti aċċess dirett għal iktar minn 19-il miljun oġġett diġitizzat. 2 % biss minn dawn l-oġġetti diġitizzati huma materjal awdjo jew awdjoviżiv. Iż-żieda tal-kontenut aċċessibbli mill-Europeana, inklużi tat-tipi ta’ materjal li bħalissa mhumiex irrappreżentati biżżejjed, għandha twassal għal sit iktar interessanti għall-utenti, u għaldaqstant għandha titħeġġeġ. Il-mira globali ta’ 30 miljun oġġett sal-2015 hija skont il-pjan strateġiku tal-Europeana, u tirrappreżenta pass importanti fit-triq lejn id-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali sħiħ tal-Ewropa sal-2025. Id-disponibbiltà tal-kapulavuri kollha fid-dominju pubbliku (jiġifieri, xogħlijiet u oġġetti kulturali jew storiċi ewlenin, kif iddefiniti u magħżula mill-Istati Membri) permezz tal-Europeana ser tkompli żżid u żżejjen il-kontenut tas-sit, kif jaqbel mal-aspettattivi tal-utenti. Dispożizzjonijiet fl-Istati Membri li jiżguraw li l-materjal kollu ddiġitizzat b’finanzjament pubbliku jsir disponibbli mill-Europeana jkunu ta’ xprun għall-iżvilupp tal-pjattaforma, u jkunu ta’ għajnuna biex jinħoloq qafas ċar għall-kontribuzzjoni tal-kontenut mingħand l-istituzzjonijiet kulturali. Għaldaqstant, l-introduzzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet għandha titħeġġeġ.

(16)

Il-materjal diġitali jeħtieġ li jinżamm u jitmexxa sew, inkella l-fajls x’aktarx isiru illeġġibbli meta l-ħardwer u s-softwer imħaddem biex jaħżinhom ikun għadda żmienu, jew jista’ jintilef xi materjal meta t-tagħmir tal-ħżin jitherra maż-żmien, jew it-tagħmir tal-ħżin jista’ ma jlaħħaqx mal-volum kolossali tal-kontenut ġdid u aġġornat. Minkejja l-progress li sar mal-UE kollha fil-qasam tal-konservazzjoni tal-materjal diġitali, f’bosta Stati Membri, ma hemm l-ebda politika ċara u komprensiva fis-seħħ fir-rigward tal-konservazzjoni tal-kontenut diġitali. In-nuqqas ta’ tali politiki jhedded is-sopravvivenza tal-materjal diġitizzat, u jista’ jwassal għat-telf ta’ materjal prodott f’format diġitali (materjal b’oriġni diġitali). L-iżvilupp ta’ mezzi effettivi ta’ konservazzjoni diġitali fih implikazzjonijiet qawwija li jmorru lil hinn sew mill-istituzzjonijiet kulturali. Il-kwistjonijiet tal-konservazzjoni diġitali huma relevanti għal kull organizzazzjoni pubblika jew privata li jkollha l-obbligu jew ix-xewqa li tikkonserva l-materjal diġitali.

(17)

Il-konservazzjoni diġitali tippreżenta sfidi ta’ natura finanzjarja, teknika u organizzattiva, u minn żmien għal ieħor titlob aġġornament tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi. Bosta Stati Membri daħħlu jew qegħdin jikkunsidraw obbligi legali li jeżiġu li l-produtturi tal-materjal diġitali jagħmlu kopja jew għadd ta’ kopji tal-materjal tagħhom għad-dispożizzjoni ta’ entità maħtura ta’ depożitu. Dispożizzjonijiet u prattiki effiċjenti għad-depożitu legali jistgħu jimminimizzaw il-piż amministrattiv fuq id-detenturi tal-kontenut kif ukoll fuq l-istituzzjonijiet tad-depożitu, u għaldaqstant għandhom jitħeġġew. Teħtieġ kollaborazzjoni effikaċi fost l-Istati Membri biex tiġi evitata diverġenza kbira fir-regoli li jiggvernaw id-depożitu tal-materjal diġitali, u għalhekk għandha titħeġġeġ ukoll. Il-“web-harvesting” (“il-ħsad mill-internet”) huwa teknika ġdida għall-ġbir tal-materjal mill-Internet, għall-finijiet ta’ konservazzjoni. Jinvolvi l-ġbir attiv tal-materjal min-naħa tal-istituzzjonijiet maħturin, minflok ma jistennew li jiġi ddepożitat, u b’hekk jimminimizza l-piż amministrattiv fuq il-produtturi tal-materjal diġitali. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha toħloq dispożizzjonijiet għalih.

(18)

F’dak li jirrigwarda x-xogħlijiet ċinematografiċi, minn għadd ta’ aspetti, din ir-Rakkomandazzjoni tissupplimenta r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar il-patrimonju ċinematografiku u l-kompetittività ta’ attivitajiet industrijali relatati (1),

B’DAN TIRRAKKOMANDA LILL-ISTATI MEMBRI:

Id-diġitizzazzjoni: organizzazzjoni u finanzjament

1.

li jkomplu jiżviluppaw l-ippjanar u l-monitoraġġ tad-diġitizzazzjoni tal-kotba, rivisti, gazzetti, ritratti, oġġetti tal-mużewijiet, dokumenti ta’ arkivji, materjal awdjo u awdjoviżiv, monumenti u siti arkeoloġiċi (minn hawn ’il quddiem “materjal kulturali”), billi:

(a)

jistabbilixxu miri kwantitattivi ċari għad-diġitizzazzjoni tal-materjal kulturali, skont il-miri globali msemmija fil-punt 7, li jindikaw iż-żieda mistennija fil-materjal diġitizzat li jista’ jidħol fil-korpus tal-Europeana, kif ukoll il-baġits allokati mill-awtoritajiet pubbliċi,

(b)

joħolqu deskrizzjonijiet fil-qosor tal-materjal kulturali diġitizzat, u jikkontribwixxi lejn sforzi kollaborattivi biex jistabbilixxu deskrizzjoni fil-qosor fuq il-livell Ewropew, b’ċifri li jistgħu jitqabblu;

2.

iħeġġu s-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet kulturali u s-settur privat, bil-għan li jinħolqu mezzi ġodda ta’ finanzjament tad-diġitizzazzjoni tal-materjal kulturali, kif ukoll li jiġu xprunati l-użu innovattivi tal-materjal, filwaqt li jiġi żgurat li s-sħubijiet pubbliċi privati għad-diġitizzazzjoni jkunu ekwi u bbilanċjati, u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness;

3.

jużaw fejn possibbli l-Fondi Strutturali tal-UE għall-kofinanzjament tal-attivitajiet tad-diġitizzazzjoni, fil-qafas ta’ strateġiji reġjonali tal-innovazzjoni għall-“ispeċjalizzazzjoni intelliġenti”;

4.

jikkunsidraw mezzi biex isir l-aqwa użu tal-kapaċità tad-diġitizzazzjoni u biex jinkisbu ekonomiji ta’ skala, li jistgħu jimplikaw li l-istituzzjonijiet kulturali jaqsmu l-isforzi ta’ diġitizzazzjoni tagħhom f’kollaborazzjoni transkonfinali, huma u jibnu fuq ċentri Ewropej li għandhom kompetenzi ta’ diġitizzazzjoni;

Id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet tal-materjal fid-dominju pubbliku

5.

itejbu l-aċċess u l-użu tal-materjal kulturali diġitizzat li jinsab fid-dominju pubbliku, billi:

(a)

jiżguraw li l-materjal fid-dominju pubbliku jibqa’ fid-dominju pubbliku wara li jkun ġie ddiġitizzat,

(b)

iħeġġu l-usa’ aċċess possibbli għall-materjal diġitizzat fid-dominju pubbliku, kif ukoll l-usa’ użu mill-ġdid possibbli tal-materjal għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali,

(c)

jieħdu miżuri biex jillimitaw l-użu tal-marki tal-ilma invażivi jew mezzi oħra ta’ protezzjoni viżiva li jnaqqsu l-użabbiltà tal-materjal diġitizzat tad-dominju pubbliku;

Id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet tal-materjal imħares bid-drittijiet tal-awtur

6.

itejbu l-kundizzjonijiet għad-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet tal-materjal kopert mid-drittijiet tal-awtur, permezz ta’:

(a)

it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni korretti u mingħajr dewmien tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar ix-Xogħlijiet Orfni (ladarba tkun ġiet adottata), b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati qabel l-adozzjoni tagħha sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni rapida; u monitoraġġ mill-qrib tal-applikazzjoni tad-Direttiva ladarba tkun ġiet adottata,

(b)

il-ħolqien ta’ qafas legali b’kundizzjonijiet li jirfdu l-mekkaniżmi ta’ liċenzjar identifikati u miftiehma mill-partijiet interessati għad-distribuzzjoni fuq skala kbira u l-aċċessibbiltà transkonfinali tax-xogħlijiet li ma jkunux fis-suq,

(c)

il-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għad-disponibbiltà ta’ bażijiet tad-dejta bl-informazzjoni dwar id-drittijiet, imqabbda fuq il-livell Ewropew, bħal dik tal-ARROW;

L-Europeana

7.

jikkontribwixxu għall-iżvilupp kontinwu tal-Europeana, billi:

(a)

iħeġġu lill-istituzzjonijiet kulturali, lill-pubblikaturi u lid-detenturi l-oħra tad-drittijiet tal-awtur li l-materjal diġitizzat tagħhom jagħmluh aċċessibbli permezz tal-Europeana, u b’hekk jgħinu lill-pjattaforma toffri aċċess dirett għal 30 miljun oġġett diġitizzat sal-2015, inklużi żewġ miljun oġġett awdjo jew awdjoviżiv,

(b)

jagħmlu l-finanzjament pubbliku għal proġetti futuri tad-diġitizzazzjoni kundizzjonali fuq l-aċċessibbiltà tal-materjal diġitali mill-Europeana,

(c)

jiżguraw li sal-2015 il-kapulavuri kollha fid-dominju pubbliku jsiru aċċessibbli mill-Europeana,

(d)

jistabbilixxu jew isaħħu l-aggregaturi nazzjonali li jwasslu kontenut minn dominji differenti għal ġol-Europeana, u jikkontribwixxu għall-aggregaturi transkonfinali f’dominji speċifiċi jew għal suġġetti speċifiċi, li jistgħu jwasslu għal ekonomiji ta’ skala,

(e)

jiżguraw l-użu ta’ standards komuni tad-diġitizzazzjoni, iddefiniti mill-Europeana bi sħab mal-istituzzjonijiet kulturali, sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà tal-materjal diġitizzat fuq il-livell Ewropew, kif ukoll l-użu sistematiku tal-identifikaturi permanenti,

(f)

jiżguraw id-disponibbiltà wiesgħa u ħielsa tal-metadejta eżistenti (id-deskrizzjonijiet tal-oġġetti diġitali) prodotta mill-istituzzjonijiet kulturali, għall-użu mill-ġdid permezz ta’ servizzi bħall-Europeana, kif ukoll għal applikazzjonijiet innovattivi,

(g)

jistabbilixxu pjan ta’ komunikazzjoni biex joħolqu iktar kuxjenza dwar l-Ewropeana qalb il-pubbliku ġenerali, u speċifikament fl-iskejjel, bi sħab mal-istituzzjonijiet kulturali li jikkontribwixxu kontenut għas-sit;

Il-konservazzjoni diġitali

8.

isaħħu l-istrateġiji nazzjonali għall-konservazzjoni fit-tul tal-materjal diġitali, jaġġornaw il-pjanijiet ta’ azzjoni li jimplimentaw dawk l-istrateġiji, u jiskambjaw tagħrif ma’ xulxin dwar l-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ azzjoni;

9.

jipprovdu fil-leġiżlazzjonijiet tagħhom dispożizzjoni ċara u espliċita li tippermetti l-ikkupjar multiplu u l-migrazzjoni tal-materjal kulturali diġitali min-naħa tal-istituzzjonijiet pubbliċi għall-finijiet ta’ konservazzjoni, fir-rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-UE u internazzjonali dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

10.

iħejju l-arranġamenti meħtieġa għad-depożitu tal-materjal maħluq f’format diġitali sabiex tiġi ggarantita l-konservazzjoni tiegħu fit-tul, u sabiex titjieb l-effikaċja tal-arranġamenti eżistenti għad-depożitu tal-materjal maħluq f’format diġitali, billi:

(a)

jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet iwasslu x-xogħlijiet lill-biblijoteki ta’ depożitu legali mingħajr miżuri ta’ protezzjoni teknika, jew inkella, li d-detenturi tad-drittijiet iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-biblijoteki ta’ depożitu legali l-mezzi biex jiżguraw li l-miżuri ta’ protezzjoni teknika ma jfixklux l-azzjonijiet li jridu jwettqu l-biblijoteki għall-finijiet tal-konservazzjoni, fir-rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-UE u internazzjonali dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

(b)

fejn relevanti, joħolqu dispożizzjoni legali li tippermetti t-trasferiment tax-xogħlijiet diġitali ta’ depożitu legali minn biblijoteka ta’ depożitu legali waħda għal biblijoteki ta’ depożitu oħrajn li jkollhom ukoll id-dritt li jużaw dawk ix-xogħlijiet,

(c)

jippermettu l-konservazzjoni ta’ kontenuti tal-Internet min-naħa tal-istituzzjonijiet maħturin, bl-użu ta’ tekniki għall-ġbir tal-materjal mill-Internet bħall-web-harvesting (ħsad mill-Internet), fir-rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-UE u internazzjonali dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

11.

iqisu l-iżviluppi fi Stati Membri oħra meta jiġu biex jistabbilixxu jew jaġġornaw il-politiki u l-proċeduri għad-depożitu tal-materjal maħluq f’format diġitali mill-oriġni, sabiex jipprevjenu diverġenza wiesgħa fl-arranġamenti għad-depożitu;

Is-segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni

12.

jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-azzjoni meħuda b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni, 24 xahar mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u mbagħad kull sentejn.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi-President


(1)  ĠU L 323, 9.12.2005, p. 57.


ANNESS I

IS-SĦUBIJIET PUBBLIĊI-PRIVATI GĦAD-DIĠITIZZAZZJONI

Sabiex isir progress rapidu fid-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali tagħna, jeħtieġ li l-finanzjament pubbliku għad-diġitizzazzjoni jiġi ssupplimentat bl-investiment privat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tħeġġeġ il-ħolqien ta’ sħubijiet pubbliċi-privati għad-diġitizzazzjoni tal-materjal kulturali.

Il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jixprunaw tali sħubijiet, u li dawn isegwu l-prinċipji ewlenin li ġejjin:

1.   Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

Is-sħubijiet pubbliċi-privati għad-diġitizzazzjoni tal-kollezzjonijiet fl-istituzzjonijiet kulturali għandhom jirrispettaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tal-UE u internazzjonali dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

2.   Il-prinċipju tan-nonesklussività

Il-ftehimiet għad-diġitizzazzjoni tal-materjal fid-dominju pubbliku għandhom ikunu ta’ natura non-esklussiva, fis-sens illi kwalunkwe imsieħeb privat irid ikollu l-possibbiltà li jiddiġitizza l-istess materjal b’kundizzjonijiet simili.

Jista’ jkun meħtieġ perjodu ta’ użu preferenzjali jew ta’ sfruttament kummerċjali, bil-għan li lill-imsieħeb privat tingħatalu l-possibbiltà li jagħmel tajjeb għall-investiment tiegħu. Dan il-perjodu għandu jkun ta’ żmien limitat, u qasir kemm jista’ jkun, sabiex jirrispetta l-prinċipju li l-materjal fid-dominju pubbliku jibqa’ fid-dominju pubbliku ladarba jkun ġie diġitizzat. Il-perjodu tal-użu preferenzjali ma għandux ikun itwal minn seba’ snin.

Tali ftehimiet għandhom ikunu għalkollox konformi mar-regoli tal-UE dwar il-kompetittività.

3.   It-trasparenza tal-proċess

Il-ftehimiet għad-diġitizzazzjoni tal-kollezzjonijiet miżmuma mill-istituzzjonijiet kulturali għandhom jingħataw wara kompetizzjoni miftuħa fost l-imsieħba privati potenzjali.

4.   It-trasparenza tal-ftehimiet

Il-kontenut tal-ftehimiet bejn l-istituzzjonijiet kulturali u l-imsieħba privati għad-diġitizzazzjoni tal-kollezzjonijiet kulturali għandu jsir pubbliku.

5.   L-aċċessibbiltà mill-Europeana

Il-konklużjoni ta’ sħubija pubblika-privata għandha tiddependi, bħala kundizzjoni ewlenija, mill-aċċessibbiltà tal-materjal diġitizzat mill-Europeana.

6.   Kriterji ewlenin

Il-kriterji ewlenin għall-valutazzjoni tal-proposti għal sħubija pubblika-privata huma kif ġej:

L-investiment totali li għandu jsir mill-imsieħeb privat, b’qies tal-isforz mitlub mill-imsieħeb pubbliku,

L-aċċessibbiltà tal-materjal diġitizzat għall-pubbliku ġenerali, inkluż permezz tal-Europeana. Għandhom jitħeġġew mudelli ta’ sħubijiet li fihom l-utent aħħari jkollu aċċess ħieles għall-materjal diġitizzat, minflok mudelli li fihom l-utent aħħari jkollu jħallas biex ikollu aċċess għall-materjal,

L-aċċess transkonfinali: il-ftehimiet ta’ sħubija għandhom iwasslu għall-aċċess transkonfinali għal kulħadd,

It-tul tal-perjodu tal-użu kummerċjali preferenzjali tal-materjal diġitizzat mill-imsieħeb privat: dan il-perjodu għandu jinżamm qasir kemm jista’ jkun,

Il-kwalità maħsuba tad-diġitizzazzjoni, u l-kwalità tal-fajls li se jingħaddu lill-istituzzjonijiet kulturali: L-imsieħeb privat għandu jipprovdi lill-istituzzjonijiet kulturali b’fajls diġitizzati tal-istess kwalità bħal dawk li juża huwa stess,

L-użu li jistgħu jagħmlu l-istituzzjonijiet kulturali mill-materjal diġitizzat f’kuntesti mhux kummerċjali: Dan l-użu għandu jkun l-iktar wiesa’ possibbli, mingħajr limiti tekniċi jew kontrattwali,

L-iskeda taż-żmien tal-proġett tad-diġitizzazzjoni.


ANNESS II

MIRI INDIKATTIVI GĦALL-KONTRIBUT MINIMU TA’ KONTENUT LILL-EUROPEANA, GĦAL KULL STAT MEMBRU

 

Għadd ta’ oġġetti fl-Europeana għal kull SM (*)

Mira Indikattiva 2015 (**)

Il-BELĠJU

338 098

759 000

Il-BULGARIJA

38 263

267 000

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

35 490

492 000

ID-DANIMARKA

67 235

453 000

IL-ĠERMANJA

3 160 416

5 496 000

L-ESTONJA

68 943

90 000

L-IRLANDA

950 554

1 236 000

IL-GREĊJA

211 532

618 000

SPANJA

1 647 539

2 676 000

FRANZA

2 745 833

4 308 000

L-ITALJA

1 946 040

3 705 000

ĊIPRU

53

45 000

IL-LATVJA

30 576

90 000

IL-LITWANJA

8 824

129 000

IL-LUSSEMBURGU

47 965

66 000

L-UNGERIJA

115 621

417 000

MALTA

56 233

73 000

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

1 208 713

1 571 000

L-AWSTRIJA

282 039

600 000

IL-POLONJA

639 099

1 575 000

IL-PORTUGALL

28 808

528 000

IR-RUMANIJA

35 852

789 000

IS-SLOVENJA

244 652

318 000

IS-SLOVAKKJA

84 858

243 000

IL-FINLANDJA

795 810

1 035 000

L-ISVEZJA

1 489 488

1 936 000

IR-RENJU UNIT

944 234

3 939 000


(*)  Ottubru tal-2011. Oġġetti oħra jiġu kkontribwiti minn għadd ta’ pajjiżi barra mill-UE (partikularment in-Norveġja u l-Isvizzera), jew jaslu minn proġetti mifruxin mal-UE kollha, u għaldaqstant ma jiġux attribwiti ma’ Stat Membru partikulari.

(**)  Il-miri indikattivi għal kull Stat Membru jiġu kkalkulati abbażi ta’: a) id-daqs tal-popolazzjoni; u (b) il-PDG, skont il-mira globali li sal-2015 jsiru disponibbli 30 miljun oġġett diġitizzat permezz tal-Europeana. Għall-Istati Membri li jkunu diġà laħqu jew appik li jilħqu l-mira indikattiva issa, il-kalkolu huwa bbażat fuq l-għadd attwali ta’ oġġetti li jikkontribwixxu għall-Europeana, b’żieda ta’ 30 %. L-Istati Membri kollha huma mistiedna jħarsu lejn l-aspetti kwalitattivi, u jqisu l-bżonn li l-kapulavuri kollha fid-dominju pubbliku jsiru disponibbli mill-Europeana qabel l-2015.