ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.204.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 204

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
5 ta' Awwissu 2010


Werrej

 

I   Atti leġislattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġislattivi

DEĊIŻJONIJIET

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/1


DEĊIŻJONI Nru 661/2010/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2010

fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew

(tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill t-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (3) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (4). Billi għandhom isiru emendi ġodda, u għal ċarezza akbar, id-Deċiżjoni għandha tiġi mfassla mill-ġdid.

(2)

L-istabbiliment u l-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet maġġuri tal-Unjoni, bħat-tħaddim tajjeb tas-suq intern u t-tisħiħ ta’ koeżjoni ekonomika u soċjali.

(3)

L-istabbiliment u l-iżvilupp tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropej fit-territorju kollu tal-Unjoni wkoll għandhom l-għanijiet speċifiċi li jassiguraw il-mobbiltà sostenibbli ta’ persuni u merkanzija taħt l-aħjar kondizzjonijiet soċjali, ambjentali u dawk dwar is-sigurtà u li jintegraw il-modi ta’ trasport kollha, b’konsiderazzjoni għall-vantaġġi komparattivi tagħhom. Il-ħolqien tax-xogħol hu wieħed mill-effetti possibbli tan-netwerk trans-Ewropew.

(4)

It-tkabbir fit-traffiku, b’mod partikolari minħabba s-sehem dejjem jikber tal-vetturi tqal tal-merkanzija, irriżulta f’konġestjoni miżjuda u f’imkejjen ta’ konġestjoni fil-kurituri tat-trasport internazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-mobbiltà internazzjonali tal-merkanzija u tal-passiġġieri, huwa għalhekk meħtieġ li tiġi ottimizzata l-kapaċità tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew.

(5)

Il-ġarr bil-baħar fuq distanzi qosra jista’, inter alia, jgħin biex tittaffa l-konġestjoni fuq rotot ta’ trasport fuq l-art.

(6)

L-integrazzjoni tan-netwerk f’livell Ewropew tista’ tkun żviluppata biss progressivament billi jintrabtu flimkien modi differenti ta’ trasport biex jitjieb l-użu ta’ vantaġġi inerenti ta’ kull wieħed.

(7)

Il-punti ta’ interkonnessjoni inklużi l-portijiet tal-baħar, il-portijiet interni u t-terminali intermodali huma pre-kondizzjoni għall-integrazzjoni tal-modi differenti tat-trasport f’netwerk multimodali.

(8)

Minħabba li l-għanijiet tal-azzjoni proposta, u b’mod partikolari l-iffissar ta’ linji ġenerali u ta’ prijoritajiet fil-qasam tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropej ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba fil-ħtieġa li jiġu kkordinati dawn l-għanijiet, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(9)

Huwa neċessarju li jiġu identifikati proġetti ta’ interess komuni li jikkontribwixxu biex jiksbu dawk l-għanijiet u li jikkorrispondu mal-prijoritajiet tal-azzjoni li b'hekk ġew stabbiliti. Huma biss proġetti li huma potenzjalment vijabbli ekonomikament li għandhom jiġu kkunsidrati.

(10)

Teżisti l-ħtieġa li l-proġetti ta’ prijorità jiġu ddikjarati ta’ interess Ewropew, sabiex il-finanzjament tal-Unjoni jiġi kkonċentrat fuq dawn il-proġetti u sabiex jiġu introdotti mekkaniżmi li jiffaċilitaw il-kordinament bejn l-Istati Membri sabiex tiġi ffaċilitata t-tlestija tal-proġetti fl-iskeda taż -żmien mixtieqa.

(11)

Skont l-Artikolu 170 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika tan-netwerk trans-Ewropew għandha tgħin biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni. Sabiex jinkiseb dan il-għan, għandhom isiru sforzi sabiex tiġi mmassimizzata l-konsistenza bejn il-linji gwida tal-Unjoni għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u l-programmazzjoni tal-istrumenti finanzjarji rilevanti disponibbli fil-livell tal-Unjoni.

(12)

Valutazzjoni a posteriori tal-proġetti ta’ prijorità għandha tiffaċilita reviżjonijiet futuri tal-linji gwida u tal-lista ta' proġetti ta’ prijorità u għandha tgħin biex jitjiebu l-metodi tal-valutazzjoni a priori pprattikati mill-Istati Membri.

(13)

Awtorizzazzjoni għal ċerti proġetti pubbliċi u privati li x’aktarx ikollhom impatt ambjentali sinifikanti għandha tingħata biss wara stima minn qabel ta' dak l-impatt potenzjali, f'konformità mar-regoli eżistenti tal-Unjoni.

(14)

Il-ħtiġijiet tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-defininizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-kamp tan-netwerks trans-Ewropej skont l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan jinvolvi l-promozzjoni bħala prijorità tal-infrastruttura għall-modi ta' trasport li jikkawżaw inqas ħsara lill-ambjent, jiġifieri t-trasport bil-ferrovija, il-ġarr bil-baħar fil-qosor u l-ġarr fuq mogħdijiet fuq l-ilma interni.

(15)

L-istima ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (5) ser jitwettqu fil-futur għall-pjani u l-programmi kollha li jwasslu għal progetti ta’ interess komuni. Il-finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport għandu wkoll ikun bil-kondizzjoni li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istma tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (6), id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-fawna selvaġġa (7) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (versjoni kodifikata) (8).

(16)

Fl-għan ġenerali li tiġi żgurata l-mobbiltà sostenibbli tal-persuni u l-merkanzija, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jappoġġjaw l-iżvilupp ta' toroq tal-baħar bejn l-Istati Membri sabiex titnaqqas il-konġestjoni tat-toroq u/jew jitjieb l-aċċess għall-Istati u r-reġjuni periferiċi u insulari. L-istabbiliment ta' dawn il-mekkaniżmi, sostnuti, fost oħrajn, minn proċeduri tat-tfigħ ta' offerti, għandu jkun trasparenti u mmirat għall-ħtiġijiet u m'għandu bl-ebda mod jippreġudika r-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni jew l-akkwist pubbliku.

(17)

Il-kordinament iktar mill-qrib bejn l-Istati Membri involuti fi proġetti fuq l-istess rotta jistgħu jkunu meħtieġa sabiex itejbu r-redditu fuq l-investimenti u sabiex ikun aktar faċli li l-investimenti jiġu sinkronizzati u li jinħoloq pakkett ta’ finanzjament.

(18)

Il-Kummissjoni għandha tagħti kull sentejn rapport fuq l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u sal-2010 l-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar il-progress tal-proġetti prijoritarji u, skont il-każ, tipproponi li temenda l-lista tal-proġetti prijoritarji.

(19)

Għandha tingħata s-setgħa lil Kumitat biex b'mod partikolari jgħin lill-Kummissjoni meta teżamina l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-linji gwidi stabbiliti mid-deċiżjoni preżenti.

(20)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, jeħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE jiġi ssostitwit b'Anness ġdid li jkun fih il-mapep li jikkonċernaw l-Istati Membri kollha; dan jiżgura li l-mapep li diġà jinsabu f'dik id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (9) jiġu ssupplimentati b'dawk li jinsabu fl-Att ta' Adeżjoni tal-2003. Barra minn hekk, id-data mmirata għall-pjan hija l-2020 għall-Istati Membri kollha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

TAQSIMA 1

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   L-iskop ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun li tistabbilixxi l-linji gwida li jkopru l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-linji wiesgħa ta’ miżuri maħsuba fil-kamp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. Dawn il-linji gwida jidentifikaw proġetti ta’ interess komuni, li l-implimentazzjoni tagħhom għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tan-netwerk fl-Unjoni.

2.   Il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkostitwixxu qafas ġenerali ta’ referenza maħsub biex iħeġġeġ lill-Istati Membri u, fejn xieraq, lill-Unjoni biex iwettqu proġetti ta’ interess komuni, li l-iskop tagħhom ikun li jiżgura l-koeżjoni, l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, kif ukoll l-aċċess għal dak in-netwerk. Dawn il-linji gwida huma maħsuba wkoll biex jiffaċilitaw l-involviment tas-settur privat.

3.   Ħtiġijiet essenzjali relatati mal-interoperabbiltà tan-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew, tat-telematika tat-transport u ta' servizzi anċillari, huma definiti skont it-Trattati fid-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (10) u separatament minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għanijiet

1.   In-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew għandu jiġi stabbilit gradwalment sal-2020, billi jkunu integrati n-netwerks ta' infrastruttura tat-trasport bl-art, bil-baħar u bl-ajru fl-Unjoni skont il-pjani abbozzati indikati fuq il-mapep fl-Anness I u/jew l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness II.

2.   In-netwerk għandu:

(a)

jassigura l-mobbiltà sostenibbli ta’ persuni u merkanzija f'żona mingħajr fruntieri interni taħt l-aħjar kondizzjonijiet soċjali u ta’ sigurtà, filwaqt li jgħinu fil-ksib tal-għanijiet tal-Unjoni, partikolarment fir-rigward tal-ambjent u l-kompetizzjoni, u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali;

(b)

joffri lill-utenti infrastruttura ta’ kwalità għolja fuq termini ekonomiċi aċċettabbli;

(c)

jinkludi l-modi kollha ta’ trasport, waqt li jkunu kkunsidrati l-vantaġġi komparattivi tagħhom;

(d)

iħalli l-aħjar użu tal-kapaċitajiet eżistenti;

(e)

ikun, sa fejn ikun possibbli, interoperabbli bejn il-modi ta’ trasport u jħeġġeġ l-intermodalità bejn il-modi differenti ta’ trasport;

(f)

ikun, sa fejn ikun possibbli, vijabbli ekonomikament;

(g)

ikopri t-territorju kollu tal-Istati Membri tal-Komunità sabiex jiffaċilita aċċess in ġenerali, ikun ħolqa għal reġjuni gżejjer magħluqa bl-art u periferiċi mar-reġuni ċentrali u jikkollega mingħajr imkejjen ta' konġestjoni l-konurbazzjonijiet u r-reġjuni ewlenin tal-Unjoni;

(h)

ikun kapaċi li jkun kollegat man-netwerks tal-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA), il-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u l-pajjiżi tal-Mediterran, waqt li fl-istess ħin jippromwovi l-interoperabbiltà u l-aċċess għal dawn in-netwerks, sakemm dan juri li hu fl-interess tal-Unjoni.

Artikolu 3

Ambitu tan-netwerk

1.   In-netwerk trans-Ewropew għandu jkun fih infrastruttura tat-trasport, sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku u sistemi ta’ pożizzjonar u ta’ navigazzjoni.

2.   L-infrastruttura tat-trasport għandu jkun fiha netwerks tat-triq, tal-ferroviji u tal-mogħdijiet fuq l-ilma interni, toroq tal-baħar, portijiet tal-baħar u portijiet ta' mogħdijiet fuq l-ilma interni, ajruporti u punti oħra ta’ inter-konnessjoni bejn in-netwerks modali.

3.   Is-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku u s-sistemi ta’ pożizzjonar u navigazzjoni għandhom jinkludu l-installazzjonijiet tekniċi u u s-sistemi ta’ informazzjoni u telekomunikazzjoni meħtieġa biex jassiguraw operazzjoni bla xkiel tan-netwerk u ġestjoni tat-traffiku effiċjenti.

Artikolu 4

Linji wiesgħa ta' miżuri

Il-linji wiesgħa ta' azzjoni tal-Unjoni għandhom ikopru:

(a)

it-tfassil u r-reviżjoni tal-linji ġenerali tal-pjani tan-netwerk;

(b)

l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni;

(c)

l-adattament tan-netwerk eżistenti;

(d)

il-promozzjoni tal-interoperabbiltà tan-netwerk;

(e)

l-aħjar kombinazzjoni ta’ modi ta’ trasport, inter alia, billi jiġu maħluqa ċentri ta’ interkonnessjoni, li fil-każ ta’ merkanzija jridu jkunu jinsabu, safejn ikun possibbli, 'il barra minn ċentri urbani, sabiex jagħmlu possibbli l-operazzjoni effiċjenti tal-intermodalità;

(f)

l-għan ta’ konsistenza u l-komplimentarjetà ta’ għajnuna finanzjarja f'konformità mar-regoli applikabbli għal kull strument finanzjarju;

(g)

ir-riċerka u l-iżvilupp;

(h)

il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi kkonċernati bl-iżvilupp tan-netwerk u l-konklużjoni ta’ ftehimiet xierqa magħhom;

(i)

inċentivi għall-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali biex ikomplu l-għanijiet tal-Unjoni;

(j)

il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni kontinwa bejn il-partijiet interessati;

(k)

xi miżuri oħrajn li jidhru neċessarji biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2).

Artikolu 5

Prijoritajiet

Filwaqt li jitqiesu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u l-linji wiesgħa ta' miżuri stabbiliti fl-Artikolu 4, il-prijoritajiet għandhom ikunu:

(a)

li jiġu stabbliti u żviluppati r-rabtiet u l-inter-konnessjonijiet ewlenin meħtieġa biex jiġu eliminati l-imkejjen ta' konġestjoni, jimtlew il-partijiet li jifdlu u jitlestew ir-rotot ewlenin, speċjalment il-partijiet li jaqsmu l-fruntieri, li jaqsmu x-xkilijiet naturali, u li jtejbu l-inter-operabbiltà fuq ir-rotot ewlenin;

(b)

li tiġi stabbilita u żviluppata infrastruttura li tippromwovi l-inter-konnessjoni tan-netwerks nazzjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-konnessjoni tal-gżejjer, jew taż-żoni simili għal gżejjer, u reġjuni mdawra bl-art, dawk periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda minn naħa waħda u r-reġjuni ċentrali tal-Unjoni min-naħa l-oħra, b’mod partikolari sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż għolja tat-trasport f'dawn iż-żoni;

(c)

il-miżuri meħteġa għall-kisba gradwali ta’ netwerk inter-operabbli tal-ferroviji, inklużi, fejn vijabbli, ir-rotot addattati għat-trasport tal-merkanzija;

(d)

il-miżuri meħtieġa sabiex jippromwovu l-ġarr bil-baħar fuq distanzi twal, fuq distanzi qosra u fuq ilmijiet interni;

(e)

il-miżuri meħtieġa biex jintegraw it-trasport bil-ferrovija u bl-ajru, b’mod speċjali permezz tal-aċċess bil-ferroviji għall-ajruporti, kull meta jkun xieraq, u l-infrastrutturi u l-istallazzjonijiet meħtieġa;

(f)

l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità u l-effiċjenza tal-infrastruttura eżistenti u ġdida, il-promozzjoni tal-inter-modalità u t-titjib tas-sikurezza u tal-affidabbiltà tan-netwerk billi jiġu stabbiliti u mtejba t-terminali inter-modali u l-infrastruttura tagħhom għall-aċċess u/jew billi jiġu żviluppati sistemi intelliġenti;

(g)

l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' sikurezza u ta' ambjent fit-tfassil u l-implimentazzjoni tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew;

(h)

l-iżvilupp ta' mobbiltà sostenibbi tal-persuni u tal-merkanzija skont l-għanijiet tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

Artikolu 6

Netwerks ta’ pajjiżi terzi

Il-promozzjoni mill-Unjoni ta' proġetti ta’ interess komuni u ta' interkonnessjoni tan-netwerk u ta' interoperabbiltà sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tan-netwerks ta' pajjiżi terzi man-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandha tkun stabbilita fuq bażi ta’ każ b’każ skont il-proċeduri xierqa fit-Trattati.

Artikolu 7

Proġetti ta’ interess komuni

1.   Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jiffurmaw għan komuni, li l-implimentazzjoni tagħhom tiddependi fuq il-grad tagħhom ta’ maturità u d-disponibbiltà ta’ risorsi finanzjarji, mingħajr preġudizzju għall-impenn finanzjarju ta’ xi Stat Membru jew tal-Unjoni.

2.   F’konformità mar-regoli tat-Trattati, partikolarment rigward kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni, għandu jkun ikkunsidrat bħala ta’ interess komuni kwalunkwe proġett li:

(a)

jsegwi l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2);

(b)

jikkonċerna n-netwerk deskritt fl-Artikolu 3(1);

(c)

jikkorrispondi ma’ waħda jew aktar mill-prioritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5; u

(d)

huwa potenzjalment ekonomikament vijabbli fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benifeċċji soċjo-ekonomiċi.

3.   Il-proġetti għandhom jirrelataw ma’ element tan-netwerk deskritt fl-Artikoli 9 sa 18 u għandhom partikolarment:

(a)

jirrelataw mar-rotot identifikati fuq il-mapep fl-Anness I, u/jew

(b)

jikkorrispondu mal-ispeċifikazzjonijiet jew il-kriterji fl-Anness II.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura li jikkunsidraw neċessarja fil-qafas tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 8

Protezzjoni ambjentali

1.   Meta jiġu ppjanati u mwettqa l-proġetti, trid titqies il-protezzjoni ambjentali mill-Istati Membri bit-twettiq, skont id-Direttiva 85/337/KEE, ta’ stimi tal-impatt ambjentali tal-proġetti ta’ interess komuni li jridu jiġu implimentati u billi jiġu applikati d-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE.

Mill-21 ta' Lulju 2004, għandha titwettaq mill-Istati Membri stima ambjentali tal-pjani u l-programmi li jwasslu għal dawn il-proġetti, b’mod speċjali meta jirrigwardaw rotot ġodda jew xi żvilupp infrastrutturali nodali importanti ieħor skont id-Direttiva 2001/42/KE.

L-Istati Membri għandhom iqisu r-riżultati ta’ din l-istima ambjentali fit-tħejjija tal-pjani u l-programmi ikkonċernati, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/42/KE.

2.   Qabel il-21 ta’ Lulju 2004, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, fi ftehim mal-Istati Membri, metodi xierqa sabiex timplimenta l-istima strateġika tal-impatt ambjentali bil-għan li tiżgura, fost oħrajn, il-koordinament xieraq, tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi, u tikseb is-simplifikazzjoni u l-aċċelerazzjoni tal-proċessi tal-pjanifikazzjoni għal proġetti u kurituri li jaqsmu l-fruntieri.

Ir-riżultati ta’ dan ix-xogħol u tal-istima ambjentali tal-proġetti għan-netwerks trans-Ewropej imwettqa mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2001/42/KE għandhom jitqiesu, kif xieraq, mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha dwar l-linji gwida u l-proposti leġislattivi possibbli li jakkumpanjawh għar-reviżjoni tal-linji gwida, kif previst fl-Artikolu 22 ta’ din id-Deċiżjoni.

TAQSIMA 2

NETWERK TAT-TOROQ

Artikolu 9

Karatteristiċi

1.   In-netwerk tat-toroq trans-Ewropew għandu jikkonsisti f’awtostradi u toroq ta’ kwalità għolja, kemm jekk eżistenti, ġodda jew li għandhom jiġu adattati, li:

(a)

għandhom rwol importanti fit-traffiku fuq distanza twila; jew

(b)

iduru maċ-ċentri urbani prinċipali fuq ir-rotot identifikati min-netwerk; jew

(c)

jipprovdu interkonnessjoni ma' modi oħra ta’ trasport; jew

(d)

jikkollegaw reġjuni magħluqa bl-art u dawk periferiċi mar-reġuni ċentrali tal-Unjoni.

2.   In-netwerk għandu jagħti lill-utenti garanzija ta’ livell ta’ servizzi għoli, uniformi u kontinwu, ta' kumdità u ta' sikurezza.

3.   In-netwerk għandu jinkludi wkoll infrastruttura għall-ġestjoni tat-traffiku, għat-tagħrif għall-utenti, għat-trattament ta' inċidenti u emerġenzi u għall-ġbir elettroniku tat-tariffi, liema infrastruttura tkun imsejsa fuq kooperazzjoni attiva bejn is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali u l-fornituri ta' tagħrif dwar il-vjaġġi u t-traffiku u ta' servizzi ta’ valur miżjud, li tiżgura l-kumplimentarjetà meħtieġa b' applikazzjonijiet li l-użu tagħhom huwa ffaċilitat taħt il-programm tan-netwerks tat-telekomunkazzjonijiet trans-Ewropej.

TAQSIMA 3

NETWERK TAL-FERROVIJI

Artikolu 10

Karatteristiċi

1.   In-netwerk tal-ferroviji għandu jkun fih il-linji tal-ferroviji ta’ veloċità qawwija u l-linji tal-ferroviji konvenzjonali.

2.   In-netwerk tal-ferroviji ta’ veloċità qawwija, kemm jekk jużaw it-teknoloġija attwali u kemm jekk dik ġdida, għandu jkun fih:

(a)

linji ta’ veloċità qawwija mibnija b’mod speċjali u mgħammra għal veloċitajiet daqs jew ogħla minn 250 km fis-siegħa;

(b)

linji ta’ veloċità qawwija li ġew imġedda b’mod speċjali u mgħammra għal veloċitajiet ta' 200 km fis-siegħa;

(c)

linji ta’ veloċitajiet qawwija li ġew imġedda b’mod speċjali mibnija b’mod speċjali għal veloċità qawwija u kkollegati man-netwerk tal-ferroviji ta’ veloċità qawwija li jkollhom karatteristiċi speċjali b’riżultat ta' restrizzjonijiet topografiċi jew ambjentali, ta' konfigurazzjoni tal-art jew ta' pjanifikazzjoni tal-ibliet, li fuqhom il-veloċità trid tiġi adattata individwalment.

In-netwerk tal-ferroviji ta’ veloċità qawwija għandu jikkonsisti fil-linji indikati fit-Taqsima 3 tal-Anness I. Ir-rekwiżiti essenzjali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-inter-operabbiltà applikabbli għal-linji tal-ferroviji ta’ veloċità qawwija li jużaw it-teknoloġija attwali għandhom jiġu ddefiniti skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (11). L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni avviż minn qabel tal-ftuħ ta’ kwalunkwe linja ta’ veloċità qawwija u l-karatteristiċi tekniċi tal-linja.

3.   In-netwerk tal-linji tal-ferroviji konvenzjonali għandu jkun fih linji għat-trasport konvenzjonali bil-ferrovija tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inklużi s-segmenti tal-linji tal-ferroviji tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew magħqud imsemmi fl-Artkolu 15, l-aċċess għall-portijiet tal-baħar u l-portijiet interni ta’ interess komuni u dawk it-terminali tal-merkanzija li jkunu miftuħa għall-operaturi kollha. Ir-rekwiżiti essenzjali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-inter-operabbiltà applikabbi għal-linji tal-ferroviji konvenzjonali għandhom ikunu ddefiniti skont id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (12).

4.   In-netwerk tal-ferroviji għandu jinkudi l-infrastrutturi u l-faċilitajiet li jippermettu lis-servizzi bil-ferrovija u bit-triq u, fejn xieraq, dawk bil-baħar u bl-ajru sabiex jiġu integrati. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-konnessjoni tal-ajruporti reġjonali man-netwerk.

5.   In-netwerk tal-ferroviji għandu jwettaq mill-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikollu rwol importanti fit-traffiku tal-passiġġieri għad-distanza fit-tul;

(b)

jippermetti l-inter-konnessjoni mal-ajruporti, fejn xieraq;

(c)

jippermetti l-aċċess għan-netwerks tal-ferroviji reġjonali u lokali;

(d)

jiffaċilita t-trasport tal-merkanzija permezz tal-identifikazzjoni u l-iżvilupp tar-rotot prinċipali ddedikati għall-merkanzija jew tar-rotot li fuqhom il-ferroviji tal-merkanzija għandhom il-prijorità;

(e)

ikollu rwol importanti fit-trasport ikkombinat;

(f)

jippermetti l-inter-konnessjoni permezz tal-portijiet ta’ interess komuni mal-ġarr bil-baħar fuq rotot qosra u fl-ibħra interni.

6.   In-netwerk tal-ferroviji joffri lill-utenti livell għoli ta' kwalità u sikurezza, bis-saħħa tal-kontinwità tiegħu u tal-implimentazzjoni gradwali tal-inter-operabbiltà tiegħu, li tinġieb b’mod partikolari bl-armonizzazzjoni teknika u bis-sistema armonizzata tal-kmand u tal-kontroll tal-ERTMS irrakkommandata għan-netwerk Ewropew tal-ferroviji. Għal dan il-għan, għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, pjan ta'realizzazzjoni, ikkoordinat mal-pjani nazzjonali.

TAQSIMA 4

NETWERK TA’ MOGĦDIJIET FUQ L-ILMA INTERNI U PORTIJIET INTERNI

Artikolu 11

Karatteristiċi

1.   In-netwerk trans-Ewropew ta’ mogħdijiet fuq l-ilma interni għandu jikkonsisti fi xmajjar u kanali u fergħat u rabtiet varji li jikkollegawhom. Dan għandu, partikolarment, jagħmel possibbli l-interkonnessjoni bejn ir-reġuni industrijali u l-konurbazzjonijiet ewlenin u jikkollegahom mal-portijiet.

2.   Il-karatterstiċi tekniċi minimi għall-mogħdijiet fuq l-ilma li jifformaw parti min-netwerk għandhom ikunu dawk stabbiliti għal klassi IV tal-mogħdijiet fuq l-ilma, li jippermetti l-passaġġ ta’ bastiment jew qoxra irmonkata ta’ 80 sa 85 m fit-tul u 9,50 m fil-wisa. Fejn mogħdija fuq l-ilma li tifforma parti min-netwerk tkun modernizzata jew mibnija, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jikkorrispondu mill-inqas mal-klassi IV, għandhom ikunu jippermettu li tinkiseb il-klassi Va/Vb f’data aktar tard u għandhom jagħmlu provvediment sodisfaċenti għall-passaġġ ta’ bastimenti użati għat-trasport kombinat. Il-klassi Va tippermetti l-passaġġ ta’ bastiment jew qoxra irmonkata ta’ 110 m fit-tul u 11,40 m fil-wisa u l-klassi Vb tippermetti l-passaġġ ta’ bastiment jew qoxra irmonkata ta’ 172 sa 185 m fit-tul u 11,40 m fil-wisa.

3.   Il-portijiet interni għandhom jagħmlu parti min-netwerk, b’mod partikolari bħala punti ta’ interkonnessjoni bejn il-mogħdijiet fuq l-ilma msemmija fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 15 u modi oħra ta' trasport.

4.   In-netwerk għandu jinkludi l-portijiet interni:

(a)

miftuħa għat-traffiku kummerċjali;

(b)

li jinsabu fuq in-netwerk tal-mogħdijiet fuq l-ilma interni kif murija fid-deskrizzjoni qasira fl-Anness I, Taqsima 4;

(c)

interkonnessi ma’ rotot oħra tat-trasport trans-Ewropew kif muri fl-Anness I; u

(d)

mgħammra bil-faċilitajiet tat-trasbord għat-trasport intermodali jew bi traffiku tal-merkanzija annwali ta’ mill-inqas 500 000 tunnellata.

Il-portijiet interni msemmija fil-punt (d) huma murija fl-Anness I.

5.   In-netwerk għandu jinkludi wkoll l-infrastruttura għall-ġestjoni tat-traffiku. Dan għandu jinvolvi b’mod partikolari li tiġi stabbilita sistema tat-traffiku u tat-trasport inter-operabbli u intelliġenti magħrufa bħala s-‧Servizzi tat-Tagħrif tax-Xmajjar‧ maħsuba biex tottimizza l-kapaċità u s-sikurezza eżistenti tan-netwerk tal-mogħdijiet fuq l-ilma interni u sabiex ittejjeb l-inter-operabbiltà ma' modi oħra tat-trasport.

TAQSIMA 5

PORTIJIET TAL-BAĦAR

Artikolu 12

Karatteristiċi

1.   Il-portijiet tal-baħar għandhom jippermettu l-iżvilupp tat-trasport bil-baħar u għandhom jikkostitwixxu konnessjonijiet tan-navigazzjoni għall-gżejjer u għall-postijiet ta’ interkonnessjoni bejn it-trasport bil-baħar u modi oħra tat-trasport. Dawn għandhom jipprovdu t-tagħmir u s-servizzi lill-operaturi tat-trasport. L-infrastruttura tagħhom għandha tipprovdi firxa ta’ servizzi għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inklużi s-servizzi bil-laneċ u s-servizzi tat-trasport bil-baħar fuq distanzi qosra u fit-tul, inkluż it-trasport max-xtajta, fl-Unjoni u bejn din tal-aħħar u pajjiżi terzi.

2.   Il-portijiet tal-baħar inklużi fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandhom jikkorrispondu ma’ waħda mill-kategoriji, A, B jew Ċ, definiti kif ġej:

A.

:

portijiet internazzjonali tal-baħar: il-portijiet b’volum ta’ traffiku totali annwali ta’ mhux inqas minn 1,5 miljun tunnellata ta’ merkanzija jew 200 000 passiġġier li, għajr f’każ ta’ impossibbiltà, huma kkollegati mal-elementi fuq l-art tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u għalhekk għandhom parti ewlenija fit-trasport marittimu internazzjonali;

B.

:

portijiet tal-Unjoni tal-baħar, mhux inklużi fil-kategorija A: dawn il-portijiet għandhom volum ta’ traffiku totali annwali ta’ mhux inqas minn 0,5 miljun tunnellata ta’ merkanzija jew bejn il-100 000 u l-199 999 passiġġier, huma kkollegati, għajr f’każ ta’ impossibbiltà, mal-elementi fuq l-art tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u huma mgħammra bil-faċilitajiet meħtieġa tat-trasport għat-tbaħħir fuq distanzi qosra;

C.

:

portijiet reġjonali: dawn il-portijiet ma jissodisfawx il-kriterji tal-kategoriji A u B iżda huma f' reġjuni gżejjer, periferiċi jew l-iktar imbiegħda, u jikkollegaw dawn ir-reġjuni bil-baħar u/jew jikkollegawhom mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni.

Il-portijiet tal-baħar fil-kategorija A għandhom jintwerew fuq il-mapep indikattivi fid-deskrizzjonijiet fil-qosor tal-pjani fit-Taqsima 5 tal-Anness I, fuq il-bażi tal-aktar informazzjoni riċenti dwar il-portijiet.

3.   B’żieda mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7, il-proġetti tal-portijiet tal-baħar ta’ interess komuni li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet tal-baħar inklużi fin-netwerk trans-Ewropew tal-portijiet tal-baħar għandhom jikkonformaw mal-kriterji u l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness II.

Artikolu 13

Toroq tal-Baħar

1.   In-netwerk tat-toroq tal-baħar trans-Ewropew huwa maħsub li jikkonċentra l-fluss tal-merkanzija fuq ir-rotot loġistiċi msejsa fuq il-baħar f’manjiera li ttejjeb il-kollegamenti marittimi eżistenti li jkunu vijabbli, regolari u frekwenti, jew li tistabbilixxi kollegamenti marittimi ġodda għat-trasport tal-merkanzija bejn l-Istati Membri sabiex tnaqqas il-konġestjoni minn fuq it-toroq u/jew ittejjeb l-aċċess għar-reġjuni u l-Istati periferiċi u gżejjer. It-toroq tal-baħar m'għandhomx jeskludu t-trasport ikkombinat tal-persuni u tal-merkanzija, bil-kondizzjoni li l-merkanzija tkun predominanti.

2.   In-netwerk trans-Ewropew tat-toroq tal-baħar għandu jikkonsisti f'faċilitajiet u infrastruttura li jirrigwardaw mill-inqas żewġ portijiet f’żewġ Stati Membri differenti. Il-faċilitajiet u l-infrastruttura għandhom jinkludu elementi, f’mill-inqas Stat Membru wieħed, bħalma huma l-faċilitajiet tal-port, is-sistemi elettroniċi tal-ġestjoni loġistika, proċeduri ta' sikurezza u sigurtà u ta' amministrazzjoni u dwana, kif ukoll l-infrastruttura għal aċċess dirett bl-art u bil-baħar, inklużi modi kif tiġi żgurata n-navigabbiltà matul is-sena kollha, b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-faċilitajiet għat-tħammil u għall-bastimenti li jkissru s-silġ għall-aċċess fix-xitwa.

3.   It-mogħdijiet fuq l-ilma jew il-kanali, kif iddefiniti fit-Taqsima 4 tal-Anness I, li jikkollegaw żewġ toroq tal-baħar Ewropej, jew żewġ taqsimiet ta’ dawn, u jagħmlu kontribuzzjoni sostanzjali biex iqassru r-rotot tal-baħar, iżidu l-effiċjenza u jiffrankaw il-ħin tal-ġarr bil-baħar, għandhom jiffurmaw parti min-netwerk trans-Ewropew tat-toroq tal-baħar.

4.   Il-proġetti ta’ interess komuni tan-netwerk trans-Ewopew tat-toroq tal-baħar għandhom jiġu proposti minn mill-inqas żewġ Stati Membri u għandhom ikunu mmirati għall-ħtiġiet reali. Il-proġetti proposti għandhom b’mod ġenerali jinvolvu kemm is-settur pubbliku u kemm dak privat skont proċeduri li, qabel l-għajnuna mogħtija mill-baġits nazzjonali tkun tista' tiġi ssuplimentata, jekk meħtieġ, b' għajnuna mill-Unjoni, jipprovdu proċess ta’ tfigħ tal-offerti f’waħda mill-għamliet li ġejjin:

(a)

sejħa pubblika għall-offerti organizzata b’mod konġunt mill-Istati Membri kkonċernati, maħsuba sabiex tistabbilixxi rabtiet ġodda mill-port tal-kategorja A, kif iddefinit fl-Artikolu 12(2), li huma jagħżlu minn qabel ġewwa kull żona tal-baħar, kif previst fil-proġett Nru 21 imsemmi fl-Anness III;

(b)

safejn ikunu jistgħu ikunu pparagunati l-postijiet fejn jinsabu l-portrijiet, sejħa pubblika għall-offerti organizzata b’mod konġunt mill-Istati Membri u li timmira għal konsortia li jġibu flimkien mill-inqas lill-kumpanniji tal-ġarr bil-baħar u l-portijiet li jinsabu f’waħda miż-żoni tal-baħar, kif previst fil-proġett Nru 21 imsemmi fl-Anness III.

5.   Il-proġetti ta’ interess komuni tan-netwerk trans-Ewropew tat-toroq tal-baħar:

(a)

għandhom jiffokaw fuq il-faċilitajiet u l-infrastruttura li jagħmlu n-netwerk tat-toroq tal-baħar,

(b)

jistgħu jinkludu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għajnuna biex jinbdew jekk, b’riżultat tal-proċess tat-tfigħ tal-offerti msemmi fil-paragrafu 4, jitqies meħtieġ sostenn pubbliku għall-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett; l-għajnuna biex jinbeda għandha tkun limitata għal sentejn u għandha tiġi konċessa biss għas-sostenn tal-ispejjeż kapitali debitament iġġustifikati; l-għajnuna ma tistax taqbeż l-ammont minimu stmat meħtieġ biex jinbdew ir-rabtiet ikkonċernati; l-għajnuna ma tistax twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti li jmorru kontra l-interess komuni;

(c)

jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet li jkollhom benefiċċji usa’ u li ma jkunux marbuta ma’ portijiet speċifiċi, bħalma huma t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-faċilitajiet tal-ħidmiet tat-tkissir tas-silġ u tat-tħammil, kif ukoll tas-sistemi ta' tagħrif, inklużi l-ġestjoni tat-traffiku u s-sistemi tar-rappurtaġġ elettroniku.

6.   Il-proġetti ta’ interess komuni tan-netwerk trans-Ewropew tat-toroq tal-baħar għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet snin, tippreżenta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21(1) lista inizjali ta' proġetti speċifiċi ta’ interess komuni, biex b’hekk tingħata għamla konkreta lill-kunċett tat-toroq tal-baħar.

Din il-lista għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-Parlament Ewropew.

TAQSIMA 6

AJRUPORTI

Artikolu 14

Karatteristiċi

1.   In-netwerk tal-ajruport trans-Ewropew għandu jikkonsisti f’ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni u li huma miftuħa għat-traffiku tal-arju kummerċjali u li jħarsu l-kriterji mniżżla fit-Taqsima 6 tal-Anness II. Dawn l-ajruporti għandhom ikunu klassifikati b’mod differenti skont il-volum u t-tip ta’ traffiku li jimmaniġġaw u skont il-funzjoni tagħhom fin-netwerk. Dawn għandhom jippermettu l-iżvilupp ta’ rabtiet bl-ajru u l-interkonnessjoni tat-trasport tal-ajru u modi oħra ta’ trasport.

2.   Il-punti ta’ konnessjoni internazzjonali u l-punti ta’ konnessjoni tal-Unjoni għandhom jikkostitwixxu l-qalba tan-netwerk tal-ajruport trans-Ewropew. Ir-rabtiet bejn l-Unjoni u l-bqija tad-dinja għandhom ikunu l-aktar permezz tal-punti ta’ konnessjoni internazzjonali. Il-punti ta’ konnessjoni tal-Unjoni għandhom essenzjalment jipprovdu rabtiet fl-Unjoni, b’servizzi barra mill-Unjoni xorta jibqgħu jgħoddu għal proporzjon żgħir tan-negozju tagħhom. Punti ta’ konnessjoni reġjonali u punti ta’ aċċessibbiltà għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għall-qalba tan-netwerk jew jgħinuhom jiftħu reġjuni tal-periferija u dawk iżolati.

3.   Il-punti ta' konnessjoni internazzjonali u tal-Unjoni għandhom jiġu marbuta bil-mod il-mod mal-linji ta’ veloċità qawwija tan-netwerk tal-ferroviji, fejn xieraq. In-netwerk għandu jinkludi l-infrastrutturi u l-faċilitajiet li jippermettu l-integrazzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru u bil-baħar u, fejn xieraq, tas-servizzi tat-trasport marittimu.

TAQSIMA 7

NETWERK TA’ TRASPORT IKKOMBINAT

Artikolu 15

Karatteristiċi

In-netwerk tat-trasport ikkombinat trans-Ewropew għandu jikkonsisti minn:

(a)

il-ferroviji u l-mogħdijiet fuq l-ilma interni li huma adatti għat-trasport ikkombinat u l-ġarr bil-baħar li, ikkombinati fejn xieraq mal-iqsar ġarr bit-triq tal-bidu u/jew tat-tmiem possibbli, jippermettu t-trasport tal-merkanzija fuq distanza fit-tul;

(b)

it-terminali intermodali mgħammra bi stallazzjonijiet li jippermettu t-trasbord bejn il-ferroviji, il-mogħdijiet fuq l-ilma interni, ir-rotot tal-ġarr bil-baħar u t-toroq fuq l-art;

(c)

magni u vaguni tal-ferroviji kif xieraq, fuq bażi proviżorji, fejn il-karatteristiċi tal-infrastruttura, li għadhom mhux addattati, hekk jeħtieġu.

TAQSIMA 8

ĠESTJONI TAT-TBAĦĦIR U NETWERK TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 16

Karatteristiċi

Il-ġestjoni tat-tbaħħir u n-netwerk ta’ informazzjoni trans-Ewropej għandhom jikkonċernaw:

(a)

sistemi ta’ ġestjoni ta' max-xtajta u ta’ tbaħħir tal-portijiet;

(b)

sistemi tal-pożizzjoni tal-bastimenti;

(c)

sistemi ta’ rappurtaġġ għall-bastimenti li jġorru merkanzija perikoluża jew li tniġġeż;

(d)

sistemi ta’ komunikazzjoni f'każ ta' periklu u għas-sikurezza fuq il-baħar.

TAQSIMA 9

NETWERK TA’ ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

Artikolu 17

Karatteristiċi

In-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru trans-Ewropew għandu jikkonsisti fi spazju tal-ajru riżervat għall-avjazzjoni in ġenerali, passaġġi tal-ajru, għajnuna tan-navigazzjoni tal-ajru, is-sistemi ta’ ppjanar u immaniġġar tat-traffiku u s-sistema ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ċentri ta’ kontroll, faċilitajiet ta' sorveljanza u ta’ komunikazzjoni) li huma neċessarji għal avjazzjoni sigura u effiċjenti fl-ispazju tal-ajru Ewropew.

TAQSIMA 10

NETWERK TA' POŻIZZJONAR U TA' NAVIGAZZJONI

Artikolu 18

Karatteristiċi

In-netwerk trans-Ewropew tas-sistemi ta’ pożizzjonar u ta' navigazzjoni għandu jkun fih is-sistemi ta' pożizzjonar u ta’ navigazzjoni bis-satellita u s-sistemi li għandhom ikunu definiti fil-Pjan Ewropew ta’ Navigazzjoni bir-Radju tal-futur. Dawn is-sistemi għandhom jipprovdu servizz ta' pożizzjonar u ta' navigazzjoni vijabbli u effiċjenti li jista’ jintuża mill-modi kollha ta’ trasport.

TAQSIMA 11

IL-KOORDINAMENT BEJN L-ISTATI MEMBRI

Artikolu 19

Koordinatur Ewropew

1.   Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni kkoordinata ta’ ċerti proġetti, b’mod partikolari l-proġetti li jaqsmu l-fruntieri jew il-partijiet tal-proġetti li jaqsmu l-fruntieri inklużi fost il-proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew imsemmija fl-Artikolu 25, il-Kummissjoni tista’, bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, u wara li tkun ikkonsultat lill-Parlament Ewropew, tinnomina persuna li tissejjaħ il-‧Koordinatur Ewropew‧.

2.   Il-Koordinatur Ewropew għandu jintgħażel, b’mod partikolari, fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħu/tagħha tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-għarfien dwar il-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-finanzjament u l-valutazzjoni soċjo-ekonomika u ambjentali tal-proġetti ewlenin.

3.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinnomina l-Koordinatur Ewropew għandha tispeċifika kif hu/hi jridu jwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 5.

4.   Il-Koordinatur Ewropew għandu jaġixxi f’isem il-Kummissjoni. Il-kompitu tal-Koordinatur Ewropew għandu normalment ikollu x’jaqsam ma’ proġett waħdieni, b’mod speċjali fil-każ ta’ proġett li jaqsam il-fruntieri, iżda jista’, jekk meħtieġ, jiġi estiż biex ikopri assi prinċipali sħiħ. Il-Koordinatur Ewropew għandu jfassal flimkien mal-Istati Membri interessati pjan tax-xogħol għall-attivitajiet tiegħu/tagħha.

5.   Il-Koordinatur Ewropew għandu:

(a)

jippromwovi, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, il-metodi konġunti għall-valutazzjoni tal-proġetti u, fejn xieraq, jagħti pariri lill-promoturi tal-proġetti dwar il-pakkett finanzjarju tal-proġetti;

(b)

ifassal rapport kull sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kumissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġett jew tal-proġetti li għalih jew għalihom huwa/hija jkun jew tkun responsabbli, l-iżviluppi regolatorji jew oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi tal-proġetti u kull diffikultà u xkiel li jistgħu jirriżultaw f’dewmien sinifikanti f’relazzjoni mad-dati indikati fl-Anness III;

(c)

jikkonsulta, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lill-operaturi, lill-utenti tat-trasport u lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili bil-ħsieb li jkun jaf aħjar id-domanda għas-servizzi tat-trasport, tal-possibbiltajiet ta' finanzjament tal-investiment u tat-tip ta' servizzi li jridu jiġu pprovduti biex jiffaċilitaw l-aċċess għal dan il-finanzjament.

6.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-Koordinatur Ewropew u jagħtuh/a t-tagħrif meħtieġ sabiex iwettaq/twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 5.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, il-Kummissjoni tista’ titlob l-opinjoni tal-Koordinatur Ewropew meta tkun qiegħda teżamina l-applikazzjonijiet għal finanzjament tal-Unjoni għal proġetti jew għal gruppi ta' proġetti li għalihom il-Koordinatur Ewropew ikun responsabbli.

TAQSIMA 12

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 20

Pjani u programmi nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bis-sommarji tal-pjani u l-programmi nazzjonali li jkunu qegħdin ifasslu bil-ħsieb li jiżviluppaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, b’mod partikolari fejn jidħlu l-proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew imsemmija fl-Artikoli 24 sa 27. Ġaladarba adottati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjani u l-programmi nazzjonali lill-Kummissjoni għat-tagħrif.

Artikolu 21

Kumitat għall-monitoraġġ tal-linji gwida u l-iskambju tat-tagħrif

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-monitoraġġ tal-linji gwida u l-iskambju tat-tagħrif, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”, magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Il-Kumitat għandu jpartat tagħrif dwar il-pjani u l-programmi notifikati mill-Istati Membri u jista’ jikkunsidra kwalunkwe kwestjoni relatata mal-iżvilupp tan-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew.

Artikolu 22

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlamet Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida deskritti f’din id-Deċiżjoni.

Il-Kumitat għandu jassisti lill-Kummissjoni fit-tfassil tar-rapport.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn meħtieġ minn proposti leġislattivi li jirrevedu l-linji gwida; dawn il-proposti leġislattivi jistgħu, jekk meħtieġa, jinkludu emendi għal-lista tal-proġetti ta’ prijorità fl-Anness III jew iż-żieda ma’ din il-lista ta’ proġetti li jkunu skont l-Artikolu 23(1). Ir-reviżjoni għandha tqis b’mod partikolari l-proġetti li jikkontribwixxu għall-koeżjoni territorjali tal-Unjoni skont l-Artikolu 23(1)(e).

Artikolu 23

Proġetti ta’ prijorità

1.   Il-proġetti ta’ prjorità għandhom ikunu l-proġetti ta’ interess komuni msemmija fl-Artikolu 7 meta eżami jikkonferma li huma:

(a)

jkunu maħsuba biex jeliminaw xi magħlaq ta' konġestjoni jew biex itemmu xi ħolqa li tkun nieqsa fuq rotta ewlenija tan-netwerk Ewropew, b’mod partikolari, proġetti li jkunu proġetti transkonfinali, jaqsmu ostakoli naturali jew għandhom parti transkonfinali;

(b)

jkunu ta’ tali skala li l-ippjanar fit-tul u f'livell Ewropew jikkontribwixxi valur addizzjonali sinifikanti;

(c)

jippreżentaw, fuq kollox, benefiċċji netti soċjo-ekonomiċi potenzjali u vantaġġi soċjo-ekonomiċi oħra;

(d)

itejbu b'mod sinifikanti l-mobbiltà tal-merkanzija u tal-persuni bejn l-Istati Membri u b’hekk jikkontribwixxu wkoll għall-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali;

(e)

jikkontribwixxu għall-koeżjoni territorjali tal-Unjoni bl-integrazzjoni tan-netwerks tal-Istati Membri l-ġodda u jtejbu l-konnessjonijiet mar-reġjuni periferiċi u gżejjer;

(f)

jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tat-trasport billi jtejbu s-sigurtà u jnaqqsu l-ħsara ambjentali kkawżata mit-trasport, b’mod partikolari billi jippromwovu ċaqliqa modali lejn il-ferroviji, it-trasport inter-modali, il-mogħdijiet fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu;

(g)

juru mpenn min-naħa tal-Istati Membri kkonċernati li jwettqu studji u proċeduri ta' valutazzjoni f’waqthom biex ilestu x-xogħol skont data miftiehma minn qabel, imsejsa fuq il-pjani nazzjonali jew kull dokument ieħor ekwivalenti li jkollu x’jaqsam mal-proġett in kwistjoni.

2.   Il-proġetti ta’ prijorità li x-xogħol fuqhom kellu jibda qabel is-sena 2010, il-partijiet tiegħu u d-dati miftiehma għat-tlestija tax-xogħol imsemmi fil-paragrafu 1(g) huma stabbiliti fl-Anness III.

3.   Sas-sena 2010, il-Kummissjoni għandha tabbozza rapport dwar il-progress u, jekk meħtieġ, tipproponi emendi għal-lista tal-proġetti ta’ prjorità identifikati fl-Anness III f’konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 24

Dikjarazzjoni ta' interess Ewropew

Il-proġetti ta’ prijorità identifikati fl-Anness III huma ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew. Din id-dikjarazzjoni hija magħmula biss skont il-proċedura stabbilita fit-Trattati u fl-atti legali msejsa fuqu.

Artikolu 25

Proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew

1.   Mingħajr preġudizzju għall-bażi legali tal-istrument finanzjarju tal-Unjoni kkonċernat, l-Istati Membri:

(a)

meta jippreżentaw il-proġetti tagħhom taħt il-Fond tal-Koeżjoni, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni (13), għandhom jagħtu l-prijorità xierqa lill-proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew;

(b)

meta jippreżentaw il-proġetti tagħhom taħt il-baġit għan-netwerks trans-Ewropej, skont l-Artikoli 5 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (14), għandhom jagħtu prijorità xierqa lill-proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-bażi legali tal-istrument finanzjarju tal-Unjoni kkonċernat, il-Kummissjoni:

(a)

għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jqisu l-proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew meta jkunu qegħdin jippjanaw il-programmazzjoni tal-Fondi Strutturali, b’mod partikolari fir-reġjuni koperti bl-Objettiv ta' “Konverġenza”, filwaqt li jqisu l-pjani tat-trasport nazzjonali li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-oqfsa eżistenti ta’ appoġġ tal-Unjoni;

(b)

għandha tiżgura li l-pajjiżi li jikkwalifikaw għall-Istrument ta' Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) jagħtu prijorità xierqa, meta jippreżentaw il-proġetti tagħhom taħt dak l-istrument skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (15), lill-proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew.

3.   Meta tkun qiegħda tbassar il-ħtiġijiet finnzjarji tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità xierqa lill-proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew.

Artikolu 26

Dewmien fit-tlestija ta' proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew

1.   Fl-eventwalità ta’ dewmien sinifikanti, fejn tidħol id-data ta' skadenza tal-2010, meta tibda x-xogħol fuq wieħed mill-proġetti ddikjarati li huma ta’ interess Ewropew, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati Membri kkonċernati sabiex jagħtu ir-raġunijiet tad-dewmien fi żmien tliet xhur. Fuq il-bażi tat-tweġiba tagħhom, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri kollha kkonċernati biex issolvi l-problema li tkun wasslet għad-dewmien.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tadotta l-miżuri xierqa wara konsultazzjoni mal-Kumitat u bħala parti mill-monitoraġġ attiv tagħha fl-implimentazzjoni tal-proġett iddikjarat li huwa ta’ interess Ewropew u wara li tikkunsidra b'mod debitu l-prinċipju tal-proporzjonalità. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dawn il-miżuri qabel ma jiġu adottati.

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi mgħarraf minnufih b’kull miżura meħuda.

Hija u tadotta dawn il-miżuri, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod debitu s-sehem tar-responsabbiltà għad-dewmien ta’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati u għandha żżomm lura milli tieħu miżuri li jaffettwaw it-twettiq tal-proġett fl-Istati Membri mhux responsabbli mid-dewmien.

2.   Fl-eventwalità li proġett iddikjarat li huwa ta’ interess Ewropew ma jkunx sostanzjalment lest f’perijodu raġjonevoli ta' żmien wara d-data mistennija tat-tlestija tiegħu indikata fl-Anness III, u l-Istati Membri kollha kkonċernati jkunu responsabbli mid-dewmien, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-proġett, skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li tirtira l-klassifika tiegħu bħala proġett iddikjarat li huwa ta’ interess Ewropew permezz tal-proċedura ta' reviżjoni msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 22.

F’kull każ, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-proġett fit-tmiem ta' perijodu ta’ ħmistax-il sena wara li jiġi ddikjarat li huwa ta’ interess Ewropew fit-tifsira ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 27

Evalwazzjoni tal-impatt soċjo-ekonomiku u tal-impatt ambjentali

1.   Ħames snin wara t-tlestija ta’ proġett iddikjarat li huwa ta’ interess Ewropew jew ta' waħda mill-partijiet tiegħu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu evalwazzjoni tal-impatt soċjo-ekonomiku u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent, inkluż l-impatt tiegħu fuq il-kummerċ u l-moviment ħieles tal-persuni u tal-merkanzija bejn l-Istati Membri, fuq il-koeżjoni territorjali u fuq l-iżvilupp sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni.

2.   Meta proġett iddikjarat li huwa ta’ interess Ewropew jinkludi parti li taqsam il-fruntieri li ma tistax tinqasam teknikament u finanzjarjament, l-Istati Membri interessati għandhom jikkordinaw il-proċeduri tagħhom sabiex jevalwaw l-effetti soċjo-ekonomiċi tiegħu u jagħmlu ħilithom sabiex iwettqu investigazzjoni trans-nazzjonali qabel ma jingħata l-permess tal-kostruzzjoni u fl-ambitu tal-qafas eżistenti.

3.   Partijiet oħra ta' proġetti ta’ interess Ewropew għandhom jiġu kkordinati b’mod bilaterali jew multilaterali mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

4.   L-azzjonijiet ikkoordinati jew l-investigazzjonijiet trans-nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ambjentali, u b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni meta jiġu varati dawn l-azzjonijiet ikkoordinati jew l-investigazzjonijiet trans-nazzjonali u għandhom jgħarrfuha bir-riżultati tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinkludi dan it-tagħrif fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 22.

Artikolu 28

Partijiet li jaqsmu l-fruntieri

Fil-kuntest ta’ ċerti proġetti ta’ prjorità, il-partijiet li jaqsmu l-fruntieri bejn żewġ Stati Membri, inklużi t-toroq tal-baħar, għandhom jiġu identifikati mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-kriterji ddefiniti mill-Kumitat u nnotifikati lill-Kummissjoni.

Dawn ikunu, b'mod partikolari, partijiet li ma jistgħux jinqasmu teknikament u finanzjarjament jew li għalihom l-Istati Membri interessati jimpenjaw lilhom infushom konġuntement u li għalihom iwaqqfu struttura komuni.

Artikolu 29

Tħassir

Id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE hija mħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 31

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2010

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 128, 18.5.2010, p. 147.

(2)  Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2010.

(3)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

(4)  Ara l-Anness IV.

(5)  ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

(6)  ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

(7)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(8)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(9)  ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 629.

(10)  ĠU l 191, 18.7.2008, p.1

(11)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(12)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(13)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 79.

(14)  ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.

(15)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.


ANNESS I

SKEMI TAN-NETWORKS ILLUSTRATI BIL-MAPEP  (1)

Taqsima 2:   Network tat-toroq

2.0.

L-Ewropa

2.1.

Il-Belġju

2.2.

Il-Bulgarija

2.3.

Ir-Repubblika Ċeka

2.4.

Id-Danimarka

2.5.

Il-Ġermanja

2.6.

L-Estonja

2.7.

L-Irlanda

2.8.

Il-Greċja

2.9.

Spanja

2.10.

Franza

2.11.

L-Italja

2.12.

Ċipru

2.13.

Il-Latvja

2.14.

Il-Litwanja

2.15.

Il-Lussemburgu

2.16.

L-Ungerija

2.17.

Malta

2.18.

Il-Pajjiżi l-Baxxi

2.19.

L-Awstrija

2.20.

Il-Polonja

2.21.

Il-Il-Portugalll

2.22.

Ir-Rumanija

2.23.

Is-Slovenja

2.24.

Is-Slovakkja

2.25.

Il-Il-Finlandjaja

2.26.

L-Isvezja

2.27.

Ir-Renju Unit

Taqsima 3:   Network ferrovjarju

3.0.

L-Ewropa

3.1.

Il-Belġju

3.2.

Il-Bulgarija

3.3.

Ir-Repubblika Ċeka

3.4.

Id-Danimarka

3.5.

Il-Ġermanja

3.6.

L-Estonja

3.7.

L-Irlanda

3.8.

Il-Greċja

3.9.

Spanja

3.10.

Franza

3.11.

L-Italja

3.12.

Il-Latvja

3.13.

Il-Litwanja

3.14.

Il-Lussemburgu

3.15.

L-Ungerija

3.16.

Il-Pajjiżi l-Baxxi

3.17.

L-Awstrija

3.18.

Il-Polonja

3.19.

Il-Il-Portugalll

3.20.

Ir-Rumanija

3.21.

Is-Slovenja

3.22.

Is-Slovakkja

3.23.

Il-Finlandjaja

3.24.

L-Isvezja

3.25.

Ir-Renju Unit

Taqsima 4:   Network ta’ passaġġi fuq l-ilma u portijiet interni

4.0.

L-Ewropa

4.1.

Il-Belġju

4.2.

Il-Pajjiżi l-Baxxi

4.3.

Il-Ġermanja

4.4.

Il-Ġermanja / L-Awstrija

4.5.

Franza / L-Italja

4.6.

Franza

4.7.

Il-Bulgarija

4.8.

Ir-Repubblika Ċeka

4.9.

Il-Litwanja

4.10.

L-Ungerija

4.11.

Il-Polonja

4.12.

Ir-Rumanija

4.13.

Is-Slovakkja

Taqsima 5:   Portijiet tal-baħar — Kategorija A

5.0

L-Ewropa

5.1

Il-Baħar Baltiku

5.2

Il-Baħar tat-Tramuntana

5.3

L-Oċean Atlantiku

5.4

Il-Baħar Mediterran — il-Punent

5.5

Il-Baħar Mediterran — il-Lvant

5.6

Il-Bulgarija / Ir-Rumanija

5.7

Ċipru

5.8

Malta

Taqsima 6:   Ajruporti

6.0.

L-Ewropa

6.1.

Il-Belġju Id-Danimarka / Il-Ġermanja / Il-Lussemburgu/ Il-Pajjiżi l-Baxxi / L-Awstrija

6.2.

Il-Bulgarija

6.3.

Ir-Repubblika Ċeka

6.4.

L-Estonja

6.5.

L-Irlanda / Ir-Renju Unit

6.6.

Il-Greċja

6.7.

Spanja / Il-Portugall

6.8.

Franza

6.9.

L-Italja

6.10.

Ċipru

6.11.

Il-Latvja

6.12.

Il-Litwanja

6.13.

L-Ungerija

6.14.

Malta

6.15.

Il-Polonja

6.16.

Ir-Rumanija

6.17.

Is-Slovenja

6.18.

Is-Slovakkja

6.19.

Il-Finlandja / L-Isvezja

Taqsima 7:   Network ta’ trasport kombinat

7.1

A.

Il-ferrovija

B.

Il-ferrovija, fuq skala kbira

NB: Il-kelma ‧planned‧ fil-werrej tal-mapep tkopri kull stadju ta’ proġett ta’ infrastruttura ta’ interess komuni mill-istudji preliminari sal-kostruzzjoni.

TAQSIMA 2

NETWORK TAT-TOROQ

Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image

TAQSIMA 3

NETWORK FERROVJARJU

Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image

TAQSIMA 4

NETWORK TA’ PASSAĠĠI FUQ L-ILMA U PORTIJIET INTERNI

Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image

TAQSIMA 5

PORTIJIET TAL-BAĦAR-KATEGORIJA A

Image Image Image Image Image Image Image Image Image

TAQSIMA 6

AJRUPORTI

Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image Image

TAQSIMA 7

NETWORK TA' TRANSPORT KOMBINAT

Image Image

(1)  Il-mapep jikkorrispondu mat-taqsimiet relatati msemmija fit-termini preskrittivi u/jew fl-Anness II.


ANNESS II

KRITERJI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL-PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI  (1)

Taqsima 2

:

Network tat-toroq

Taqsima 3

:

Network ferrovjarju

Taqsima 4

:

Network ta’ mogħdijiet fuq l-ilma interni u portijiet interni

Taqsima 5

:

Portijiet tal-baħar

Taqsima 6

:

Ajruporti

Taqsima 7

:

Network ta’ trasport kombinat

Taqsima 8

:

Network ta' tagħrif dwar it-tbaħħir u ta' ġestjoni tat-tbaħħir

Taqsima 9

:

Network ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Taqsima 10

:

Network ta' ppożizzjonar u ta' navigazzjoni

TAQSIMA 2

NETWORK TAT-TOROQ

B'żieda mal-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-kollegamenti fl-Anness I, proġetti ta’ interess komuni jitqiesu li jinkludu kwalunkwe proġett ta’ infrastruttura relatat ma’ kollegamenti bħal dawn li jkollu x’jaqsmu ma’:

A.

Żvilupp tan-network, u partikolarment:

it-twessigħ tal-awtostradi jew it-titjib tat-toroq,

il-kostruzzjoni jew it-titjib ta’ bypasses jew ring roads,

iż-żieda fl-interoperabbiltà tan-networks nazzjonali.

B.

Żvilupp ta’ ġestjoni tat-traffiku u sistemi ta’ informazzjoni tal-utenti, u partikolarment:

it-twaqqif ta’ infrastrutturi telematiċi biex tinġabar data tat-traffiku,

l-iżvilupp ta' ċentri ta’ informazzjoni tat-traffiku u ċentri ta’ kontroll tat-traffiku, kif ukoll skambji ta’ data bejn ċentri ta’ informazzjoni tat-traffiku f’pajjiżi differenti,

it-twaqqif ta’ servizzi ta’ informazzjoni tat-toroq, partikolarment is-sistema RDS-TMC (2),

l-interoperabbiltà teknika ta’ infrastrutturi telematiċi.

TAQSIMA 3

NETWORK FERROVJARU

B'żieda mal-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-kollegamenti fl-Anness I, proġetti ta’ interess komuni jitqiesu li jinkludu kwalunkwe proġett ta’ infrastruttura relatat ma’ kollegamenti bħal dawn li jkollhom x’jaqsmu ma’:

l-interoperabbiltà bejn sistemi ferrovjarji trans-Ewropej,

l-interkonnessjoni ma' networks ta’ mezzi oħrajn ta’ trasport.

TAQSIMA 4

NETWORK TA’ MOGĦDIJIET FUQ L-ILMA INTERNI U PORTIJIET INTERNI

A.   Il-Portijiet interni

Il-proġetti ta’ interess komuni jridu jkollhom x’jaqsmu biss mal-infrastruttura miftuħa għal kull utent fuq bażi mhux diskriminatorja.

B’żieda mal-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-konnessjonijiet u l-portijiet interni msemmija fl-Anness I, il-proġetti ta’ interess komuni jitqiesu li jinkludu kull proġett dwar l-infrastruttura li jikkorrispondi ma’ wieħed jew iktar mill-kategoriji li ġejjin:

(1)

l-aċċess għall-port mill-mogħdijiet fuq l-ilma;

(2)

l-infrastruttura tal-port ġewwa ż-żona tal-port;

(3)

infrastrutturi oħra tat-trasport ġewwa ż-żona tal-port;

(4)

infrastrutturi oħra tat-trasport li jgħaqqdu l-port mal-elementi l-oħra tan-network tal-komunikazzjoni trans-Ewropew.

Kull proġett li jirrigwarda x-xogħol li ġej irid jiġi meqjus li huwa ta’ interess komuni: il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-elementi kollha tas-sistema tat-trasport ġeneralment miftuħa għall-utenti kollha tat-trasport fil-port u tal-kollegamenti man-network tal-komunikazzjoni tat-trasport nazzjonali jew internazzjonali. B’mod partikolari, dan jinkludi l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-art għal skopijiet kummerċjali u għanijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-port, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ konnessjonijiet bit-triq u bil-ferrovija, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni, inklużi it-tħammil, tar-rotot tal-aċċess u ta’ żoni oħra ta' ilma fil-port, u l-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-għajnuniet għan-navigazzjoni u tas-sistemi ta' mmaniġġar tat-traffiku, ta' kommunikazzjoni u ta' tagħrif fil-port u fir-rotot ta' aċċess.

B.   Ġestjoni tat-traffiku

Proġetti ta’ interess komuni jitqiesu li jinkludu partikolarment:

sistema ta’ sinjali u gwida għall-bastimenti, partikolarment dawk li jġorru sustanżi perikulużi jew oġġetti li jniġġsu,

sistemi ta’ komunikazzjoni għall-emerġenzi u sigurtà ta’ mogħdijiet fuq l-ilma interni.

TAQSIMA 5

PORTIJIET TAL-BAĦAR

1.   Il-kondizzjonijiet komuni għal proġetti ta’ interess komuni li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet tal-baħar fin-network tal-komunikazzjoni

Il-proġetti ta’ interess komuni jrid ikollhom x’ jaqsmu biss mal-infrastruttura miftuħa għal kull utent fuq bażi mhux diskriminatorja.

Kull proġett li jirrigwarda x-xogħol li ġej irid jiġi meqjus bħala ta’ interess komuni: il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-elementi kollha tas-sistema tat-trasport ġeneralment miftuħa għall-utenti kollha tat-trasport ġewwa l-port u tar-rabtiet man-network tal-komunikazzjoni tat-trasport nazzjonali jew internazzjonali. B’mod partikolari, dan jinkludi l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-art għal skopijiet kummerċjali u għanijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-port, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-konnessjonijiet bit-triq u bil-ferrovija, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni, inkluż it-tħammil, tar-rotot ta' aċċess u ta' żoni oħra ta' ilma fil-port, u l-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-għajnuniet għan-navigazzjoni u tas-sistemi ta' mmaniġġar tat-traffiku, ta' kommunikazzjoni u ta' tagħrif fil-port u fir-rotot ta' aċċess.

2.   Speċifikazzjonijiet għal proġetti ta’ interess komuni li għandhom x’jaqsmu man-network tal-portijiet tal-baħar

Kull proġett li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin irid jiġi meqjus bħala wieħed ta’ interess komuni:

Speċifikazzjonijiet tal-proġett

Kategorija tal-port

I.   Promozzjoni tat-trasport bil-baħar fuq distanza qasira

L-infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp tat-tbaħħir fuq distanza qasira u tat-tbaħħir f'ibħra-xmajjar

Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet fil-kategorija A

II.   Aċċess għall-portijiet

L-aċċess għall-portijiet minn mogħdijiet fuq l-ilma interni

Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A u B

L-aċċessibilità permanenti tal-portijiet fil-Baħar Baltiku li jinsabu f’latitudni approssimattiva ta’ 60° fit-Tramuntana u lil hinn, inklużi l-ispejjeż kapitali għax-xogħol tat-tfarrik tas-silġ matul ix-xitwa

Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A, B u Ċ

Il-ħolqien jew it-titjib tal-aċċess fl-intern tal-art li jgħaqqad il-port mal-elementi l-oħra tan-network tal-komunikazzjoni tat-trasport trans-Ewropew permezz tal-konnessjonijiet bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi tal-ilma interni

Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet fil-kategorija A

L-iżvilupp tal-aċċess eżistenti fl-intern tal-art li jgħaqqad il-port mal-elementi l-oħra tan-network tal-komunikazzjoni tat-trasport trans-Ewropew permezz ta’ konnessjonijiet bil-ferrovija, bit-triq u bil-mogħdijiet fuq l-ilma interni.

Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A u B

III.   Infrastruttura tal-port fiż-żona tal-port

L-iżvilupp tal-infrastruttura tal-port biex tiżdied l-effiċjenza intermodali

Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A u B

It-titjib tal-infrastruttura tal-port, b’mod partikolari fil-portijiet fuq il-gżejjer u fir-reġjuni periferiċi u f’reġjuni l-aktar imbiegħda

Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet fil-kategorija C

L-iżvilupp u l-istallazjoni ta' sistemi tal-ġestjoni u tal-informatika bħall-EDI (skambju elettroniku tad-data) jew sistemi oħra tal-ġestjoni intelliġenti tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija bl-użu ta’ teknoloġiji integrati

Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet f’kategoriji A, B u C

L-iżvilupp tal-istallazzjonijiet tal-portijiet biex jiġi rċevut l-iskart

Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A, B u C

TAQSIMA 6

AJRUPORTI

I.   Kriterja ta’ eliġibbiltà għall-ajruporti ta’ interess komuni

Ajruporti ta’ interess komuni jridu jissodisfaw il-kriterji ta’ wieħed mill-punti ta’ konnessjoni li ġejjin:

1)

Punti ta’ konnessjoni internazzjonali jinkludu:

kull ajruport jew sistema ta' ajruporti li (3) l-volum annwali ta' movimemt ta' passiġġieri ta' mhux inqas minn:

5 000 000 moviment ta' passiġġieri bit-tnaqqis ta' 10 %,

jew

100 000 moviment ta’ ajruplani kummerċjali,

jew

150 000 tunnellata merkanzija throughput,

jew

1 000 000 moviment ta' passeġġieri extra-Unjoni;

jew

kull ajruport ġdid mibni biex jissostitwixxi xi punt ta’ konnessjoni internazzjonali eżistenti li ma jistax ikun żviluppat aktar fuq is-sit tiegħu.

2)

Punti ta’ konnessjoni tal-Unjoni jinkludu:

l-ajruporti jew is-sistemi tal-ajruporti kollha b’volum ta’ traffiku annwali ta’:

bejn 1 000 000 bi tnaqqis ta' 10 % u 4 499 999 moviment ta’ passeġġieri,

jew

bejn 50 000 u 149 999 tunnellati merkanzija throughput,

jew

bejn 500 000 u 899 999 moviment ta’ passaġġieri, li minnhom mill–inqas 30 % ikunu mhux nazzjonali,

jew

bejn 300 000 u 899 999 moviment ta’ passiġġieri u li jkunu jinsabu 'l barra mill-art prinċipali Ewropea f’distanża ta’ ‘l fuq minn 500 km mill-eqreb punt ta’ konnessjoni internazzjonali;

jew

xi ajruport ġdid mibni biex jissostitwixxi punt ta’ konnessjoni eżistenti tal-Unjoni li ma jistax ikun żviluppat aktar fuq is-sit tiegħu.

3)

Punti ta’ konnessjoni reġjonali u punti ta’ aċċessibbiltà jinkludu l-ajruporti kollha

b'volum ta’ traffiku annwali ta’ bejn 500 000 u 899 999 moviment ta’ passaġġieri, li minnhom inqas minn 30 % huma mhux nazzjonali,

jew

b’volum ta’ traffiku annwali ta’ bejn 250 000 bi tnaqqis ta' 10 % u 499 999 moviment ta’ passaġġieri,

jew

b’volum ta’ traffiku annwali ta’ bejn 10 000 u 49 999 tunnellata merkanzija throughput,

jew

li jinsabu fuq gżira ta’ Stat Membru,

jew

li jinsabu f’żona mingħajr baħar tal-Unjoni b’servizzi kummerċjali operati b’ajruplani b’piż tat-tluq massimu ta’ aktar minn 10 tunnellati.

Ajruport ikun jinsab f’post mingħajr baħar jekk jinsab barra minn raġġ ta’ 'il fuq minn 100 km mill-eqreb punt ta' konnessjoni internazzjonali jew tal-Unjoni. Din id-distanza tista’, bħala eċċezzjoni, tkun imnaqqsa għal 75 km sabiex ikun ikkunsidrat l-aċċess diffiċli minħabba fis-sitwazzjoni ġeografika jew il-kwalità baxxa tal-infrastruttura tat-trasport ta’ fuq l-art.

II.   Speċifikazzjonijiet għall-proġetti ta’ interess komuni relatati man-network ta' ajruporti

Il-proġett kollu jikkwalifika bħala proġett ta’ interess komuni jekk jissodisfa l–ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

Speċifikazzjonijiet tal-proġett

Tip ta’ punt ta’ konnessjoni ikkonċernat prinċipalment (4)

I.   Ottimizzazzjoni tal-kapaċità eżistenti ta’ ajruport

Miżura 1: Ottimizzazzjoni tal-kapaċità eżistenti f’termini ta’ movimenti ta' ajruplani, passiġġieri jew ta' merkanzija, inkluż it-tagħmir ta’ navigazzjoni tal-ajru tal-ajruport

Punt ta’ konnessjoni Internazzjonali

Punt ta’ konnessjoni tal-Unjoni

Punt ta’ konnessjoni reġionali u punt ta’ aċċessibbiltà

Miżura 2: Titjib fis-sigurtà u s-sikurezza tal-ajruport

Punt ta’ konnessjoni Internazzjonali

Punt ta’ konnessjoni tal-Unjoni

Punt ta’ konnessjoni reġionali u punt ta’ aċċessibbiltà

Miżuri 3: Addattament ta’ infrastruttura eżistenti li jkun neċessarju mill-ikkompletar tas-suq intern u partikolarment b’miżuri li jiggvernaw il-moviment ħieles tal-persuni ġewwa l-Unjoni.

Punt ta’ konnessjoni Internazzjonali

Punt ta’ konnessjoni tal-Unjoni

Punt ta’ konnessjoni reġionali u punt ta’ aċċessibbiltà

II.   Żvilupp ta’ kapaċitajiet tal-ajruport ġodda

Miżura 4: Żvilupp tal-infrastruttura u ekwipaġġ li jiddeterminaw il-kapaċità tal-ajruport f’termini ta’ movimenti ta' ajruplani, passiġġieri jew merkanzija, li jinkludu t-tagħmir ta’ navigazzjoni tal-ajru tal-ajruport

Punt ta’ konnessjoni Internazzjonali

Punt ta’ konnessjoni tal-Unjoni

Miżura 5: Kostruzzjoni ta’ ajruport ġdid biex jissostitwixxi ajruport eżistenti jew sistema ta’ ajruport li ma jistax ikun zviluppat fuq is-sit tiegħu

Punt ta’ konnessjoni Internazzjonali

Punt ta’ konnessjoni tal-Unjoni

III.   Titjib tal-protezzjoni kontra inkonvenjenzi minn attivitajiet ta' ajruport

Miżura 6: Titjib tal-kompatibblità tal-ambjent f’termini ta’ ħoss u t-trattament tal-effluent tal-ajruport

Punt ta’ konnessjoni Internazzjonali

Punt ta’ konnessjoni tal-Unjoni

IV.   Titjib jew zvilupp ta’ aċċess ta' ajruport

Miżura 7: Titjib jew żvilupp ta’ interfaces bejn l-ajruport u infrastrutturi ta’ aċċess

Punt ta’ konnessjoni Internazzjonali

Punt ta’ konnessjoni tal-Unjoni

Miżura 8: Titjib u żvilupp ta’ interkonnessjonijiet u networks oħra ta’ trasport, u aktar speċifikament in-network ferrovjarju

Punt ta’ konnessjoni Internazzjonali

Punt ta’ konnessjoni tal-Unjoni

TAQSIMA 7

NETWORK TA’ TRASPORT KOMBINAT

B'żieda mal-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-kollegamenti speċifikati fl-Anness I, proġetti ta’ interess komuni jitqiesu li jinkludu kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam ma’:

il-kostruzzjoni jew it-titjib ta’ infrastutturi ferrovjarji jew ta' mogħdijiet fuq l-ilma interni sabiex jagħmlu t-trasport ta’ unitajiet ta’ tagħbija intermodali possibbli teknikament u vijabbli ekonomikament,

il-kostruzzjoni jew l-iżvilupp ta' ċentri għat-trasferimenti bejn it-tipi ta' trasport intern, inkluż l-istabiliment tat-tagħmir tat-trasbord ġewwa t-terminali flimkien mal-infrastruttura korrispondenti,

l-addattament taż-żoni tal-port, li jagħmilha possibli li jiġi żviluppat jew imtejjeb it-trasport ikkombinat bejn it-trasport bil-baħar u t-trasport bil-ferrovija, fuq mogħdijiet fuq l-ilma interni jew bit-triq,

it-tagħmir tat-trasport ferrovjarju addattat speċjalment għat-trasport kombinat fejn meħtieġ minn natura tal-infrastruttura, partikolarment fir-rigward tal-ispejjeż tal-addattament possibbli ta’ infrastruttura bħal din u suġġett għall-fatt li użu ta’ tagħmir bħal dan ikun assoċjat mal-infrastruttura msemmija u li l-operaturi kkonċernati jkunu jistgħu jagħmlu użu minnu fuq bażi mhux diskriminatorja.

TAQSIMA 8

NETWORK TA' TAGĦRIF DWAR IT-TBAĦĦIR U TA' ĠESTJONI TAT-TBAĦĦIR

Proġetti ta’ interess komuni se jkunu meqjusa li jinkludu kwalunkwe proġett:

relatat mal-għanijiet tal-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza tat-tbaħħir,

jew

disinjat biex jimplimenta konvenzjonijiet internazzjonali u resoluzzjonijiet tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fiż-żona ta' sigurtà tat-tbaħħir u li jikkonċerna:

l-implimentazzjoni tas-sistema tal-Unjoni ta' notifikazzjoni ta’ bastimenti li jkunu sejrin lejn jew ġejjin minn portijiet tal-Unjoni jew li jkunu fi transitu ‘l barra mix-xtut tal-Unjoni, bl-għajnuna ta’ sistema elettronika ta’ skambju ta’ data bejn bastimenti u stallazzjonijiet tal-art permezz ta' transponders, attenzjoni partikolari tingħata lil sistemi elettroniċi EDI (skambju ta’ data elettroniku) ta’ skambju ta’ data li inklużi interfaces kompatibbli,

l-iżvilupp u t-titjib tal-kanali ta’ navigazzjoni tar-radju bbażati fuq l-art LORAN-C,

l-iżvilupp jew it-titjib tal-ġestjoni tat-tbaħħir max-xtajta u dak portwali u sistemi ta’ informazzjoni (VTS) u l-interkonnessjoni tagħhom, bil-għan li jkun hemm sorveljanza u ġestjoni aktar sigura u aktar effettiva, partikolarment f'żoni ta' konfluwenza, dawk traffikużi, jew ambjentalment sensittivi,

l-iżvilupp ta’ għodda biex titjieb il-konoxxenza tat-traffiku: bażijiet tad-data dwar il-flussi tat-traffiku u l-aċċidenti tat-tbaħħir, l-iżvilupp tal-għodda tal-Osservatur Ewropew tat-Traffiku Permanenti (EPTO) għall-analiżi tal-flussi tat-traffiku,

l-iżvilupp ta’ infrastruttura u tagħmir sabiex tiżdied aktar l-implimentazzjoni tas-Sistema Globali ta’ Għajnuna u Sikurezza Marittima (GMDSS),

it-titjib ta’ sistemi ta’ skambju ta’ data telematika fil-kuntest tal-kontroll mill-Istat portwali tal-bastimenti.

TAQSIMA 9

NETWORK TA' ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

Proġetti ta’ interess komuni huma meqjusa li jinkludu kwalunkwe proġett li jwassal għal żieda fil-kapaċità tas-sistema u li jtejbu l-użu tagħha li jifforma parti minn xejra ta’ armonizzazzjoni u integrazzjoni tal-faċilitajiet u proċeduri tal-punti ta' kuntatt nazzjonali varji u li jikkonforma mal-istandards internazzjonali rilevanti definiti mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u mill-korpi Ewropej kompetenti, filwaqt li titqies b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol).

Proġetti bħal dawn jirrelataw ma’:

studji dwar użu aħjar tal-ispazju tal-ajru mill-utenti varji u l-istabbiliment ta’ sistema konsistenti u effiċjenti tar-rotot,

l-ippjanar u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li jgħinu biex il-provvista iżżomm il-pass mat-talba u jagħmlu l-aħjar użu tal-kapaċitajiet ta’ kontroll disponibbli,

l-istudji u x-xogħol neċessarju għall-armonizzazzjoni ta’ faċiltajiet u proċeduri sabiex il-fornituri tas-servizzi varji jiġu integrati b'konsiderazzjoni partikolari tal-linji gwida adottati mill-Konferenza ta’ Avjazzjoni Ċivili Ewropea (ECAC),

it-titjib tas-sistema ta’ produzzjoni, partikolarment permezz ta’ għajnuna ta’ kontroll awtomatizzata u sistemi ta' indikazzjoni ta’ konflitt potenzjali u ta’ risoluzzjoni tiegħu,

kontribuzzjonjiiet għall-installazzjoni ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza neċessarji għall-kontroll tat-traffiku bl-ajru, li tinkludi l-promozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, partikolarment satelliti u networks ta’ data diġitali, fejn dan iwassal għall-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komuni Ewropej.

TAQSIMA 10

NETWORK TA' POŻIZZJONAR U TA’ NAVIGAZZJONI

Proġetti ta’ interess komuni jitqiesu li jinkludu kwalunkwe proġett relatat mal-istabbiliment ta’ xi komponent tal-Pjan ta’ Navigazzjoni tar-Radju Ewropew tal-futur jew ta’ sistema globali ta' pożizzjonar u ta’ navigazzjoni li tifforma parti mill-istruttura li ġejja:

ċentru ta’ kontroll li jikkonsisti f’sistema ta’ proċess u kontroll,

network ta’ stazzjonijiet ta’ navigazzjoni tad-dinja,

segment tal-ispazju magħmul minn satelliti li jħallu li jiġu trasmessi sinjali ta’ navigazzjoni,

network ta’ stazzjonijiet ta’ sorveljanza.


(1)  Dawn il-kriterji u speċifikazzjonijiet jirreferu għat-taqsimiet korrispondenti, imsemmija fit-termini preskrittivi u /jew l-Anness I.

(2)  Sistema ta’ messaġġ tat-traffiku tat-triq diġitali bbażat fuq ir-radju li fih stream ta’ messaġġ ġenerali li jista’ jkun sintonizzat għall-bżonnijiet individwali tal-utenti tat-triq.

(3)  Sistemi ta' ajruporti (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 14).

(4)  Din it-tabella ma teskludix li l-miżuri kkonċernati jkunu estiżi sa punti oħrajn ta’ konnessjoni f’ċerti każijiet speċjali, ġustifikati kif jistħoqq.


ANNESS III

PROĠETTI TA’ PRIJORITÀ LI FUQHOM IX-XOGĦOL HUWA MISTENNI LI JIBDA QABEL l-2010

1.   L-assi tal-ferrovija Berlin-Verona/Milan-Bologna-Napli-Messina-Palermo

Halle/Leipzig-Nürnberg (2015)

Nürnberg-München (2006)

München-Kufstein (2015)

Kufstein-Innsbruck (2009)

il-mina tal-Brennero (2015), is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera;

Verona-Napli (2007)

Milan-Bologna (2006)

il-pont tal-ferrovija/triq tal-Istrett ta’ Messina-Palermo (2015)

2.   L-assi tal-ferrovija ta’ veloċità qawwja Pariġi-Brussell/Brussell-Köln-Amsterdam-Londra

il-mina tal-Fliegu-Londra (2007)

Brussell-Liège-Köln (2007)

Brussell-Rotterdam-Amsterdam (2007) (1)

3.   L-assi tal-ferrovija ta’ veloċità qawwja tal-Ewropa tal-Lbiċ

Lisbona/Porto-Madrid (2011) (2)

Madrid-Barċellona (2005)

Barċellona-Figueras-Perpignan (2008)

Perpignan-Montpellier (2015)

Montpellier-Nîmes (2010)

Madrid-Vitoria-Irún/Hendaye (2010)

Irún/Hendaye-Dax, is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera (2010)

Dax-Bordeaux (2020)

Bordeaux-Tours (2015)

4.   L-assi tal-ferrovija ta’ veloċità qawwija tal-lvant

Pariġi-Baudrecourt (2007)

Metz-Lussemburgu (2007)

Saarbrücken-Mannheim (2007)

5.   Il-linja Betuwe (2007)

6.   Il-kollegament bil-ferrovija mal-fruntieri ta' Lyon-Trieste-Divača/Koper-Divača-Ljubljana-Budapest-Ukraina (3)

Lyon-St Jean de Maurienne (2015)

il-mina ta’ Mont-Cenis (2015-2017), is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera

Bussoleno-Turin (2011)

Turin-Venezja (2010);

Venezja-Ronchi Sud-Trieste-Divača (2015)

Koper-Divača-Ljubljana (2015)

Ljubljana-Budapest (2015)

7.   L-assi tal-awtostrada Igoumenitsa/Patra-Athina-Sofia-Budapest

Via Egnatia (2006)

Pathe (2008)

l-awtostrada tal-fruntiera Griega/Bulgara Sofia-Kulata (2010), bi Promahon-Kulata bħala s-sezzjoni li taqsam il-fruntiera

l-awtostrada Nadlac-Sibiu (il-fergħa lejn Bukarest u Constanța) (2007)

8.   L-assi multi-modali Portugall/Spanja - il-bqija tal-Ewropa (4)

il-ferrovija La Coruña-Lisbona-Sines (2010)

il-ferrovija Lisbona-Valladolid (2010)

Il-ferrovija Lisbona- Faro (2004)

l-awtostrada Lisbona-Valladolid (2010)

l-awtostrada La Coruña-Lisbona (2003)

l-awtostrada Sevilja-Lisbona (tlestiet fl-2001)

L-ajruport il-ġdid ta’ Lisbona (2015)

9.   L-assi tal-ferrovija Cork-Dublin-Belfast-Stranraer (5) (2001)

10.   Malpensa (tlesta fl-2001) (6)

11.   Il-konnessjoni fissa ta’ Öresund (tlestiet fl-2000) (7)

12.   L-assi tat-triangolu Nordiku bil-ferrovija/bit-triq

il-proġetti tat-triq u tal-ferroviji fl-Isvezja (2010) (8)

l-awtostrada Helsinki-Turku (2010)

il-ferrovija Kerava-Lahti (2006)

l-awtostrada Ħelsinki-Vaalimaa (2015)

il-ferrovija Ħelsinki-Vainikkala (il-fruntiera Russa) (2014)

13.   L-assi tat-triq tar-Renju Unit/l-Irlanda/il-pajjiżi tal-Benelux (2010)

14.   Il-linja prinċipali tal-kosta tal-Punent (2007)

15.   Galileo (2008)

16.   L-assi tal-ferroviji tal-merkanzija Sines/Algeciras-Madrid-Pariġi

L-assi l-ġdida tal-ferrovia ta’ kapaċità qawwija li taqsam il-Pirinej

Il-ferrovija Sines-Badajoz (2010)

Il-linja tal-ferrovija Algeciras-Bobadilla (2010)

17.   L-assi tal-ferrovija Pariġi-Strasburgu-Stuttgart-Vjenna-Bratislava

Baudrecourt-Strasburgu-Stuttgart (2015) bil-pont ta’ Kehl bħala sezzjoni li taqsam il-fruntiera

Stuttgart-Ulm (2012)

Munich-Salzburg (2015), is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera

Salzburg-Vjenna (2012)

Vjenna-Bratislava (2010), is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera

18.   L-assi tal-passaġġi bl-ilma interni Rhine/Meuse-Main-Danubju (9)

Rhin-Meuse (2019) bil-magħlaq ta’ Lanaye bħala sezzjoni li taqsam il-fruntiera

Vilshofen-Straubing (2013)

Vjenna-Bratislava (2015), is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera

Sap-Mohács (2014)

Imkejjen ta' konġestjoni fir-Rumanija u l-Bulgarija (2011)

19.   L-interoperabbiltà tal-ferrovija ta’ veloċità qawwja fuq il-peninsula Iberika

Madrid-Andalucía (2010)

il-Grigal (2010)

Madrid-Levante u l-Mediterran (2010)

il-kuritur tat-Tramuntana/Majjistral, inkluż Vigo-Porto (2010)

Extremadura (2010)

20.   L-assi tal-ferrovija tal-Femer Belt

il-konnessjoni fissa bil-ferrovija/bit-triq tal-Femer Belt (2014)

Ferrovija għall-aċċess fid-Danimarka minn Öresund (2015)

Ferrovija għall-aċċess fil-Ġermanja minn Ħamburg (2015)

il-ferrovija Ħannover-Ħamburg/Bremen (2015)

21.   Toroq tal-baħar

Il-proġetti ta’ interess komuni identifikati skont l-Artikolu 13 u li jirrigwardaw it-toroq tal-baħar li ġejjin:

triq tal-Baħar Baltiku (li tgħaqqad l-Istati Membri tal-Baħar Baltiku mal-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Punent, inkluża r-rotta permezz tal-Baħar tat-Tramuntana/il-Kanal tal-Baħar Baltiku (il-Kanal ta’ Kiel) (2010),

triq tal-baħar tal-Ewropa tal-Punent (li twassal mill-Portugall u Spanja permezz tal-Ark tal-Atlantiku lejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar tal-Irlanda) (2010),

Triq tal-baħar tal-Ewropa tax-Xlokk (li tgħaqqad il-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju mal-Baħar Mediterran tal-Lvant li jinkludi lil Ċipru) (2010),

triq tal-baħar tal-Ewropa tal-Lbiċ (il-Baħar Mediterran tal-Punent), li tgħaqqad lil Spanja, lil Franza, lill-Italja u tinkludi lil Malta, u li tgħaqqad it-triq tal-baħar tal-Ewropa tax-Xlokk (10).

22.   Il-konnessjoni tal-ferrovija Ateni-Sofia-Budapest-Vjenna-Praga-Nürnberg/Dresden (11)

Il-ferrovija tal-fruntiera Griega/Bulgara-Kulata-Sofia-Vidin/Calafat (2015)

Il-ferrovija Curtici-Brasov (lejn Bucuresti u Constanța) (2010)

Il-ferrovija Budapest-Vjenna (2010), is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera

Il-ferrovija Břeclav-Praha-Nürnberg (2010), b’Nürnberg-Praha bħala s-sezzjoni li taqsam il-fruntiera

L-assi tal-ferrovija Praga-Linz (2016)

23.   L-assi tal-ferrovija Gdańsk-Varsavja-Brno/Bratislava-Vjenna (12)

Il-ferrovija Gdańsk-Varsavja-Katowice (2015)

Il-ferrovija Katowice-Břeclav (2010)

Il-ferrovija Katowice-Žilina-Nové Mesto n.V. (2010)

24.   L-assi tal-ferrovija Lyon/Genova-Basel-Duisburg-Rotterdam/Anversa

Lyon-Mulhouse-Mülheim (13), b’Mulhouse-Mülheim bħala s-sezzjoni li taqsam il-fruntiera (2018)

Genova-Milan/Novara-il-fruntiera Svizzera (2013)

Basel-Karlsruhe (2015)

Frankfurt-Mannheim (2012)

Duisburg-Emmerich (2009) (14)

Eiserner Rhein/Ijzeren Rijn (“ir-Rin tal-Ħadid”) Rheidt-Anversa, is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera (2010).

25.   L-assi tal-awtostrada Gdańsk-Brno/Bratislava-Vjenna (15)

l-awtostrada Gdańsk-Katowice (2010)

l-awtostrada Katowice-Brno/Žilina (2010), is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera

l-awtostrada Brno-Vjenna (2010), is-sezzjoni li taqsam il-fruntiera.

26.   L-assi bil-ferrovija/bit-triq tal-Irlanda/ir-Renju Unit/l-Ewropa kontinentali

L-assi bit-triq/bil-ferrovija li jikkollega lil Dublin mat-Tramuntana (Belfast-Larne) u man-Nofs-in-nhar (Cork) (2010) (16)

L-assi bit-triq/bil-ferrovija Hull-Liverpool (2015)

Il-ferrovija Felixstowe-Nuneaton (2011)

Il-ferrovija Crewe-Holyhead (2008)

27.   L-assi tal-“Ferrovija Baltika” ta’ Varsavja-Kaunas-Riga-Tallinn-Ħelsinki

Varsavja-Kaunas (2010)

Kaunas-Riga (2014)

Riga-Tallinn (2016)

28.   L-“Eurocaprail” fuq l-assi tal-ferrovija Brussell-Lussemburgu-Strasburgu

Brussell-Lussemburgu-Strasburgu (2012)

29.   L-assi tal-ferrovija tal-kuritur inter-modali tal-Baħar Jonju/Adrijatiku

Kozani-Kalambaka-Igoumenitsa (2012)

Ioannina-Antirrio-Rio-Kalamata (2014)

30.   Mogħdija fuq l-ilma interna ta’ Seine-Scheldt

It-titjib tan-navigabbiltà tad-Deulemont-Gent (2012-2014-2016)

Compiègne-Cambrai (2012-2014-2016)

Id-data, miftiehma bil-quddiem, sabiex jitlesta x-xogħol hija murija bejn il-parentesi. Id-dati sabiex jitlesta x-xogħol għall-proġetti minn 1 sa 20 u 30 u d-dettalji tat-taqsimiet huma indikati fir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli fejn dawn effettivament ġew identifikati.


(1)  Tinkludi ż-żewġ stazzjonijiet tal-ferroviji ta’ veloċità qawwija f’Rotterdam u Amsterdam li ma kienux inklużi fil-proġett approvat mill-Kunsill Ewopew ta’ Essen fl-1994.

(2)  Tinkludi l-konnessjonijiet Lisbona-Porto (2013), Lisbona-Madrid (2010) u Aveiro-Salamanca (2015).

(3)  Partiiet minn din ir-rotta jikkorrispondu mal-kuritur pan-Ewropew V.

(4)  Tinkludi t-titjib tal-portijiet u l-ajruporti (2015) bħal skont il-kontenuti endorsjati mill-Kunsill Ewropew ta' Essen/Dublin.

(5)  Żieda oħra fil-kapaċità fuq din il-linja kienet deċiża fis-sena 2003 u miżjuda bħala proġett separat.

(6)  Proġett imlesti.

(7)  Proġett imlesti.

(8)  Ftit sezzjonijiet qosra tat-triq u tal-linja tal-ferrovija jridu jitlestew bejn l-2010 u l-2015.

(9)  Partijiet ta’ din ir-rotta jikkorrispondu mad-definizzjoni tal-kuritur pan-Ewropew VII.

(10)  Tinkludi l-Baħar l-Iswed.

(11)  Din ir-rotta maġġuri tikkorrispondi fil-biċċa l-kbira mad-definizzjoni tal-kuritur pan-Ewropew IV.

(12)  Din ir-rotta maġġuri tikkorrispondi fil-biċċa l-kbira mad-definizzjoni tal-kuritur pan-Ewropew VI.

(13)  Tinkludi it-TGV Rhin-Rhône, barra l-fergħa tal-punent.

(14)  Il-Proġett Nru 5 (il-linja ta’ Betuwe) jikkollega lil Rotterdam ma’ Emmerich.

(15)  Din ir-rotta maġġuri tikkorrispondi fil-biċċa l-kbira mad-definizzjoni tal-kuritur pan-Ewropew VI.

(16)  Tinkludi l-progett Essen Nru 13: l-assi bil-ferrovija/bit-triq tal-Irlanda/ir-Renju Unit/il-pajiżi tal-Benelux.


ANNESS IV

Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

Id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1)

 

Id-Deċiżjoni Nru 1346/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 185, 6.7.2001, p. 1)

 

L-Att ta' Adeżjoni 2003, l-Anness II, il-punt 8.F

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 447)

 

Id-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 tal-Kunsill

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

Punt 6.D tal-Anness biss


ANNESS V

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Deċiżjoni 1692/96/KE

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), l-ewwel frażi

Artikolu 1(2), l-ewwel frażi

Artikolu 1(2), it-tieni frażi

Artikolu 7(1)

Artikolu 1(2), it-tielet frażi

Artikolu 1(2), it-tieni frażi

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2 sa 6

Artikolu 2 sa 6

Artikolu 7(1), il-frażi tal-bidu

Artikolu 7(2), il-frażi tal-bidu

Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(2)(a)

Artikolu 7(1), it-tieni inċiż

Artikolu 7(2)(b)

Artikolu 7(1), it-tielet inċiż

Artikolu 7(2)(ċ)

Artikolu 7(1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 7(2)(d)

Artikolu 7(2), il-frażi tal-bidu

Artikolu 7(3), il-frażi tal-bidu

Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(3)(a)

Artikolu 7(2), it-tieni inċiż

Artikolu 7(3)(b)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 8 (1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, l-ewwel frażi

Artikolu 8(1), it-tieni paragarfu

Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, it-tieni frażi

Artikolu 8(1), it-tielet paragrafu

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 9(1), il-frażi tal-bidu

Artikolu 9(1), il-frażi tal-bidu

Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 9(1)(a)

Artikolu 9(1), it-tieni inċiż

Artikolu 9(1)(b)

Artikolu 9(1), it-tielet inċiż

Artikolu 9(1)(c)

Artikolu 9(1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 9(1)(d)

Artikolu 9(2) u (3)

Artikolu 9(2) u (3)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2), l-ewwel paragrafu

Artikolu 10(2), l-ewwel paragrafu

Artikolu 10(2), it-tieni paragrafu, l-ewwel frażi

Artikolu 10(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 10(2), it-tieni paragrafu, it-tieni frażi

Artikolu 10(2), it-tielet paragrafu

Artikolu 10(3) sa (6)

Artiklu 10(3) sa (6)

Artikolu 11(1), (2) u (3)

Artikolu 11(1), (2) u (3)

Artikolu 11(3a)

Artikolu 11(4), l-ewwel paragrafu

Artikolu 11(3b)

Artikolu 11(4), it-tieni paragrafu

Artikolu 11(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 12(a)(1) sa (4)

Artikolu 13(1) sa (4)

Artikolu 12(a)(5), il-kliem tal-bidu

Artikolu 13(5), il-kliem tal-bidu

Artikolu 12(a)(5), l-ewwel inċiż

Artikolu 13(5)(a)

Artikolu 12(a)(5), it-tieni inċiż

Artikolu 13(5)(b)

Artikolu 12(a)(5), it-tielet inċiż

Artikolu 13(5)(ċ)

Artikolu 12(a)(6), l-ewwel u t-tieni frażi

Artikolu 13(7), l-ewwel paragrafu

Artikolu 12(a) (6), it-tielet frażi

Artikolu 13(7), it-tieni paragrafu

Artikolu 12(a)(7)

Artikolu 13(6)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14, il-frażi tal-bidu

Artikolu 15, il-frażi tal-bidu

Artikolu 14, l-ewwel inċiż

Artikolu 15, punt (a)

Artikolu 14, it-tieni inċiż

Artikolu 15, punt (b)

Artikolu 14, it-tielet inċiż

Artikolu 15, punt (c)

Artikolu 15, il-frażi tal-bidu u l-frażi finali

Artikolu 16, il-frażi tal-bidu

Artikolu 15, l-ewwel inċiż

Artikolu 16, punt (a)

Artikolu 15, it-tieni inċiż

Artikolu 16, punt (b)

Artikolu 15, it-tielet inċiż

Artikolu 16, punt (c)

Artikolu 15, ir-raba’ inċiż

Artikolu 16, punt (d)

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 17(a)(1), l-ewwel frażi

Artikolu 19(1)

Artikolu 17(a)(1), it-tieni, it-tielet, u r-raba’ frażi

Artikolu 19(4)

Artikolu 17(a)(2) u (3)

Artikolu 19(2) u (3)

Artikolu 17a(4)

Artikolu 19(6)

Artikolu 17(a)(5)

Artikolu 19(5)

Artikolu 17(a)(6)

Artikolu 19(7)

Artikolu 18(1)

Artikolu 20

Artikolu 18(2), l-ewwel frażi

Artikolu 21(1)

Artikolu 18(2), it-tieni frażi

Artikolu 21(2)

Artikolu 18(3), l-ewwel frażi

Artikolu 22, l-ewwel inċiż

Artikolu 18(3), it-tieni frażi

Artikolu 22, it-tieni inċiż

Artikolu 18(3), it-tielet u r-raba’ frażi

Artikolu 22, it-tielet inċiż

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 19(a)(1)

Artikolu 24

Artikolu 19(a)(2), il-kliem tal-bidu

Artikolu 25(1), il-kliem tal-bidu

Artikolu 19(a)(2)(a) u (b)

Artikolu 25(1)(a) u (b)

Artikolu 25(2), il-kliem tal-bidu

Artikolu 19a(2)(c) u (d)

Artikolu 25(2)(a) u (b)

Artikolu 19a(3)

Artikolu 25(3)

Artikolu 19a(4)

Artikolu 26(1)

Artikolu 19a(5), l-ewwel frażi

Artikolu 26(2), l-ewwel paragrafu

Artikolu 19(a)(5), it-tieni frażi

Artikolu 26 (2), it-tieni paragrafu

Artikolu 19a(6)

Artikolu 27(1)

Artikolu 19a(7)

Artikolu 27(2)

Artikolu 19a(8)

Artikolu 27(3)

Artikolu 19a(9)

Artikolu 27(4)

Artikolu 19b, l-ewwel frażi

Artikolu 28, l-ewwel paragrafu

Artikolu 19b, it-tieni frażi

Artikolu 28, it-tieni paragrafu

Artikolu 22

Artikolu 29, l-ewwel paragrafu

Artikolu 29, it-tieni paragrafu

Artikolu 23

Artikolu 30

Artikolu 24

Artikolu 31

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness V