ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.344.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 344

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
23 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

V   Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

Paġna

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi u territorji barranin (OCT)

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1275/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Mediterran, minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1276/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2010

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1277/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-prezzijiet tal-Komunità ta’ rtirar u bejgħ għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2010

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1278/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1279/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ‘il quddiem u l-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1280/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2010

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1282/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 409/2009 li jistabbilixxi l-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità u l-kodiċijiet ta’ preżentazzjoni użati sabiex jikkonvertu l-piż tal-ħut ipproċessat f’piż tal-ħut ħaj

31

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/163/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għall-użu fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tan-neotame ( 1 )

37

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/164/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 li temenda għall-għan ta’ adattament għal progress tekniku, l-Annessi II u III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kożmetiċi ( 1 )

41

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

 

 

2009/1000/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2009 fir-rigward ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għas-sena 2010 lil-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għal Enċefalopatiji Sponġiformi Trażmissibbli (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10291)

44

 

 

2009/1001/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2009 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10414)

46

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill ( ĠU L 322, 9.12.2009 )

56

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1273/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

44,1

MA

54,6

TN

117,3

TR

84,8

ZZ

75,2

0707 00 05

EG

155,5

JO

81,7

MA

86,1

TR

114,8

ZZ

109,5

0709 90 70

MA

36,3

TR

112,8

ZZ

74,6

0805 10 20

MA

64,0

TR

60,5

ZA

81,6

ZZ

68,7

0805 20 10

MA

65,1

TR

59,0

ZZ

62,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

37,2

IL

76,2

TR

76,8

ZZ

63,4

0805 50 10

TR

71,3

ZZ

71,3

0808 10 80

CA

71,9

CN

87,2

MK

23,6

US

81,8

ZZ

66,1

0808 20 50

CN

47,6

US

119,8

ZZ

83,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1274/2009

tat-18 ta’ Diċembru 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi u territorji barranin (OCT)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea (1), u partikolarment l-Anness III, l-Artikolu 6(5), is-seba’ subparagrafu tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (2), u partikolarment l-Artikolu 148, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE, il-kumulazzjoni ta’ oriġini AKP/OCT għall-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 1006 hija permessa sa kwantità totali annwali ta’ 160 000 tunnellata, li tinkludi l-kwota tariffarja ta’ 125 000 tunnellata ross li joriġina mill-Istati Afrikani, Karibej jew Paċifiċi (AKP) prevista fil-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, espressi f’ekwivalenti ta’ ross imfosdoq. Ftuħ inizjali ta’ liċenzji tal-importazzjoni ta’ 35 000 tunnellata ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi u territorji barranin (minn hawn ’il quddiem “OCT”) iseħħ kull sena u, fil-limitu ta’ din il-kwantità, jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni għal 10 000 tunnellata għall-importazzjonijiet li joriġinaw fl-OCT l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IB għal dik id-Deċiżjoni.Il-liċenzji tal-importazzjoni l-oħra kollha jinħarġu għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Antilli Olandiżi u Aruba. Dawn it-35 000 tunnellata ta’ ross riżervati għall-OCT jistgħu jiżdiedu jekk l-Istati AKP effettivament ma jutilizzawx il-possibilitajiet ta’ esportazzjoni diretta fil-kuntest tal-kwota tariffarja prevista fil-Ftehim ta’ Cotonou.

(2)

Mill-1 ta’ Jannar 2008, l-arranġamenti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ma baqgħux japplikaw u l-kwota tarriffarja għar-ross prevista fih ġiet sostitwita mill-arranġamenti preferenzjali previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomiku (3). Skont l-Artikolu 3(3)(a) ta’ dak ir-Regolament l-arranġamenti preferenzjali għall-prodotti taħt l-intestatura tariffarja 1006 li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2009. B’riżultat ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2010 ma għadux aktar possibbli li tkun ipprovduta żieda possibbli fil-kwota OCT marbuta mal-użu ta’ kwota AKP u għaldaqstant il-kwoti OCT irid jinfetħu fuq bażi annwali għal kwantità limitata għal 35 000 tunnellata.

(3)

Bla ħsara għall-kundizzjonijiet supplementari jew derogi pertinenti għall-ġestjoni ta’ dawn l-arranġamenti għall-importazzjoni, huwa xieraq li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni orizzontali jew settorjali, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (6).

(4)

Biex tiġi żgurata ġestjoni bilanċata tas-suq, il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni marbuta mal-kwoti tal-importazzjoni msemmija għandu jitqassam matul is-sena f’diversi sottoperjodi speċifiċi, u għandu jiġi stabbilit il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji u tiġi stipulata l-kwantità massima għal kull applikazzjoni.

(5)

Il-kwantitajiet ta’ ross fi stadji ta’ proċessar għajr ross imfosdoq għandhom ikunu kkonvertiti bir-rati mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1312/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-rati ta’ konverżjoni, l-ispejjeż tal-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji tal-ipproċessar tar-ross (7). Għandu jsir ukoll provvediment għall-konverżjoni ta’ kwantitajiet ta’ ross miksur.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tajba tal-kwoti tal-importazzjoni, għandha tiddaħħal garanzija flimkien mal-applikazzjoni għal liċenjza tal-importazzjoni ta’ livell proporzjonat mar-riskji involuti.

(7)

Bil-ħsieb li jiġi ottimizzat l-użu tal-kwoti fil-każ ta’ applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ allokazzjoni, ikun xieraq li jiġi stabbilit li d-drittijiet li joriġinaw mil-liċenzji jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil trasferent li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(8)

Skont l-Artikolu 6 tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE, liċenzji mhux utilizzati għall-importazzjonijiet ta’ ross li joriġina mill-OCTs l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IB tagħha għandhom ikunu disponibbli għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Antilli Olandiżi u Aruba. Għal dan il-għan, ikun xieraq li jiġi stabbilit li fis-sottoperjodu ta’ Settembru l-kwantitajiet mhux utilizzati għall-OCTs l-anqas żviluppati jistgħu jiġu allokati għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Antilli Olandiżi u Aruba.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tal-kwoti, tkun xierqa deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u adattament tal-obbligi ta’ notifika previsti f’dak l-Artikolu.

(10)

Billi d-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti taħt l-intestatura tariffarja 1006 li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, għandhom jitneħħew mill-1 ta’ Jannar 2010, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni, għas-snin 2008 u 2009, ta’ kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun Cariforum u mill-pajjiżi u t-territorji barranin (OCTs) (8) ser jiskadi fi tmiem il-perjodu tal-kwota tal-2009. Għal din ir-raġuni għandu jiġi rrevokat.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ rati tariffarji għall-importazzjoni tal-kwantitajiet segwenti ta’ ross taħt il-kodiċi NM 1006, minn hawn ’il quddiem imsejħa “kwoti tariffarji”:

(a)

25 000 tunnellata li joriġinaw mill-Antilli Olandiżi u Aruba;

(b)

10 000 tunnellata li joriġinaw mill-pajjiżi u t-territorji barranin l-anqas żviluppati (OCT) elenkati fl-Anness IB għad-Deċiżjoni 2001/822/KE.

Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

2.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, għandhom ikunu applikabbli, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

3.   Il-kwoti tariffarji jiġu amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

4.   Id-dazju doganali fuq l-importazzjonijiet skont il-kwoti tariffarji għandu jkun xejn. Din ir-rata għandha tintwera fit-Taqsima 24 tal-applikazzjoni tal-liċenzja tal-importazzjoni u fuq il-liċenzja tal-importazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

5.   Il-perjodi ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni għandhom jinqasmu fi tliet sottoperjodi kif stipulat fl-Anness I.

Il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u disponibbli għas-sottoperjodu li ġej għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni qabel il-25 jum tal-aħħar xahar tas-sottoperjodu partikolari.

Jekk, għas-sottoperjodu ta’ Settembru, il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għall-kwota tariffarja msemmija fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma jlaħħqux il-kwantità totali disponibbli, il-kwantità li jifdal tkun tista’ tintuża biex jiġu importati prodotti li joriġinaw mill-Antilli Olandiżi jew Aruba.

6.   Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-kwantitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu espressi bħala ekwivalenti għar-ross imfosdoq.

Il-kwantitajiet ta’ ross fl-istadji tal-ipproċessar għajr ta’ ross imfosdoq għandhom jiġu kkonvertiti skont ir-rati stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1312/2008.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kwantitajiet ta’ ross miksur għandhom jiġu kkonvertiti fi kwantitajiet ta’ ross imfosdoq abbażi tal-piż tal-prodott.

Artikolu 2

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta’ kull sottoperjodu msemmi fl-Anness I.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-kwantità li għaliha titressaq applikazzjoni għal kull sottoperjodu u n-numru tas-serje tal-kwota konċernata ma għandhiex taqbeż l-5 000 tunnellata.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-14-il jum tax-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet, bil-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji skont l-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, li jispeċifika l-kodiċi NM bi tmin figuri, il-pajjiż tal-oriġini u l-kwantitajiet, espressi f’piż tal-prodott, koperti minn dawk l-applikazzjonijiet.

Artikolu 3

1.   It-taqsimiet 7 u 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż tal-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun ingassata b’salib. Il-liċenzji għandhom joħolqu obbligu tal-importazzjoni mill-pajjiż speċifikat.

2.   It-taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda mill-kitbiet elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4

L-ammont ta’ garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkun EUR 46 għal kull tunnellata.

Artikolu 5

1.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu bejn il-25 u l-aħħar jum tax-xahar li fih l-applikazzjonijiet ikunu tressqu.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003 u mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li joriġinaw mil-liċenzji jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil trasferent li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 6

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard:

(a)

mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, tal-kwantitajiet totali koperti mil-liċenzji tal-importazzjoni li jkunu ħarġu matul ix-xahar preċedenti;

(b)

mill-aħħar jum ta’ kull xahar, inkluż prospetti nulli:

(i)

tal-kwantitajiet totali realment rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa li dwarhom kienu mgħarrfa u li ma kinux ġew innotifikati qabel; u

(ii)

tal-kwantitajiet totali koperti minn liċenzji mhux utilizzati jew parzjalment mhux użati skont l-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 li dwarhom kienu mgħarrfa u li ma kinux ġew innotifikati qabel.

2.   Il-kwantitajiet imsemmija skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu espressi f’piż tal-prodott u ddettaljati skont il-kodiċi NM bi tmin figuri, il-pajjiż tal-oriġini u s-sena tal-kwota.

Artikolu 7

Għall-fini tal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji, il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji, il-kwantitajiet notifikati skont l-Artikoli 2 u 6 u l-kwantitajiet koperti mil-liċenzji tal-importazzjoni huma espressi f’kilogrammi u f’numri sħaħ.

Artikolu 8

Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data reali tal-ħruġ tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ.

Artikolu 9

Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat oriġinali tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-fornitur skont l-Artikolu 26(1) tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 huwa mħassar.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(6)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(7)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 56.

(8)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.


ANNESS I

Il-kwoti għal kwantità totali ta’ 35 000 tunnellata ekwivalenti għal ross imfosdoq, għall-prodotti li jaqgħu taħt tal-kodiċi NM 1006 previsti fl-Artikolu 1

Oriġini

Kwantità ta’ ekwivalenti ta’ ross imfosdoq

(f’tunnellati)

Numru tas-serje

Sottoperjodi

(kwantità ta’ ekwivalenti ta’ ross imfosdoq (f’tunnellati))

Jannar

Mejju

Settembru

L-Antilli Olandiżi u Aruba

25 000

09.4189

8 333

8 334

8 333

OCTs l-inqas żviluppati

10 000

09.4190

3 333

3 334

3 333


ANNESS II

L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2):

:

bil-Bulgaru

:

Освободено от мито до максимално количество, посочено в графи 17 и 18 от настоящата лицензия (Регламент (ЕC) № 1274/2009)

:

bl-Ispanjol

:

Exención del derecho de aduana hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (UE) no 1274/2009]

:

biċ-Ċek

:

Osvobozeno od cla až do množství uvedeného v kolonkách 17 a 18 této licence (nařízení (EU) č. 1274/2009)

:

bid-Daniż

:

Toldfri op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (forordning (EU) nr. 1274/2009)

:

bil-Ġermaniż

:

Zollfrei bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EU) Nr. 1274/2009)

:

bl-Estonjan

:

Tollimaksuvabastus kuni käesoleva litsentsi lahtrites 17 ja 18 osutatud koguseni (Määrus (EL) nr 1274/2009)

:

bil-Grieg

:

Ατελώς μέχρι την ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού [Κανονισμός (ΕE) αριθ. 1274/2009]

:

bl-Ingliż

:

Exemption from customs duty up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EU) No 1274/2009)

:

bil-Franċiż

:

Exemption du droit de douane jusqu’à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat [Règlement (UE) no 1274/2009]

:

bit-Taljan

:

Esenzione del dazio doganale limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo [Regolamento (UE) n. 1274/2009]

:

bil-Latvjan

:

Atbrīvojums no muitas nodokļa līdz daudzumam, kas norādīts šīs licences 17. un 18. iedaļā (Regula (ES) Nr. 1274/2009)

:

bil-Litwan

:

Muitas netaikomas mažesniems kiekiams nei nurodyta šios licenzijos 17 ir 18 skirsniuose (Reglamentas (ES) Nr. 1274/2009)

:

bl-Ungeriż

:

Vámmentesség az ezen engedély 17. és 18. rovatában megjelölt mennyiségig (1274/2009/EU rendelet)

:

bil-Malti

:

Eżenzjoni mid-dwana sal-kwantità murija fit-Taqsimiet 17 u 18 ta’ din il-liċenzja (Regolament (UE) Nru 1274/2009)

:

bl-Olandiż

:

Vrijgesteld van douanerecht voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van deze vergunning vermelde hoeveelheid (Verordening (EU) nr. 1274/2009)

:

bil-Pollakk

:

Zwolnienie z opłat celnych dla ilości nieprzekraczającej ilości podanej w sekcji 17 i 18 niniejszego pozwolenia (rozporządzenie (UE) nr 1274/2009)

:

bil-Portugiż

:

Isenção de direito aduaneiro até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (UE) n.o 1274/2009]

:

bir-Rumen

:

Scutit de drepturi vamale până la concurența cantității menționate în căsuțele 17 și 18 din prezenta licență [Regulamentul (UE) nr. 1274/2009]

:

bis-Slovakk

:

Oslobodenie od cla do množstva uvedeného v kolónkach 17 a 18 tohto dovozného povolenia [nariadenie (EÚ) č. 1274/2009]

:

bis-Sloven

:

Oprostitev carin do količine, navedene v oddelkih 17 in 18 tega dovoljenja (Uredba (EU) št. 1274/2009)

:

bil-Finlandiż

:

Tullivapaa tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EU) N:o 1274/2009)

:

bl-Iżvediż

:

Tullfri upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (förordning (EU) nr 1274/2009)


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1275/2009

tal-21 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Mediterran, minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew minn bastimenti rreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, u t-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

31/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

BFT/AE045W

Speċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45o W, u l-Mediterran

Data

11 ta’ Novembru 2009


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1276/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi għall-ħlas ta' kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirtiraw, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-prodotti elenkati fl-Anness I(A) u (B) għal dak ir-Regolament. L-ammont ta' kumpens finanzjarju bħal dan għandu jitnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta' kif wieħed jista’ jelimina l-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat f'livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ eliminazzjoni, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn eliminazzjoni bħal din fid-diversi Stati Membri.

(3)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' kumpens finanzjarju għall-irtirar ta' ċerti prodotti tas-sajd (3), ir-regoli speċjali jipprovdu li, meta organizzazzjoni tal-produtturi jew wieħed mill-membri tagħha jqiegħed il-prodotti tiegħu għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih ikun irrikonoxxut, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa l-korp fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irrikonoxxuta. Il-valur standard li għandu jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f'dak l-Istat Membru.

(4)

L-istess metodu ta' kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq il-kumpens finanzjarju kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2010, il-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għall-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif imsemmija fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-valur standard li għandu jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u mill-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irrikonoxxuta.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.

(3)  ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.


ANNESS

IL-VALURI STANDARD

L-użu ta' prodotti rtirati mis-suq

EUR għal kull tunnellata

1.

Użu wara l-ipproċessar f’ikel (għalf għall-annimali):

 

(a)

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus:

 

id-Danimarka u l-Iżvezja

60

ir-Renju Unit

50

l-Istati Membri l-oħra

15

Franza

2

(b)

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis):

 

id-Danimarka u l-Iżvezja

0

l-Istati Membri l-oħra

10

(c)

Prodotti oħrajn:

 

id-Danimarka

40

l-Iżvezja, il-Portugall u l-Irlanda

20

ir-Renju Unit

28

l-Istati Membri l-oħra

1

2.

Użu frisk jew ippriżervat (għalf għall-annimali)

 

(a)

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus u inċova (Engraulis spp.):

 

l-Istati Membri kollha

8

(b)

Prodotti oħrajn:

 

l-Iżvezja

0

Franza

30

l-Istati Membri l-oħra

30

3.

Użu bħala lixka

 

Franza

60

l-Istati Membri l-oħra

20

4.

Użu għal skopijiet oħra għajr għall-għalf għall-annimali

0


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1277/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiffissa l-prezzijiet tal-Komunità ta’ rtirar u bejgħ għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2010

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) u l-Artikolu (22) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet tal-irtirar u tal-bejgħ Fl-UE ta’ kull prodott elenkat fl-Anness I tiegħu għandhom jiġu ffissati skont il-freskezza, id-daqs jew il-piż u l-preżentazzjoni tal-prodott, billi jiġu applikati l-fatturi ta’ konverżjoni għall-kategorija tal-prodott ikkonċernat sa ammont ta’ mhux aktar minn 90 % tal-prezz ta’ gwida rilevanti.

(2)

Il-prezzijiet tal-irtirar jistgħu jiġu mmultiplikati b’fatturi ta’ aġġustament f’postijiet tal-ħatt l-art li huma mbiegħda ħafna miċ-ċentri ewlenin tal-konsum fl-UE. Il-prezzijiet ta’ gwida għas-sena ta’ sajd 2010 ġew iffissati għall-prodotti kollha kkonċernati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2009 (2).

(3)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-fatturi ta’ konverżjoni użati biex jiġu kkalkulati l-prezzijiet tal-UE ta’ rtirar u bejgħ, kif imsemmi fl-Artikolu 20 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għas-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, huma stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-prezzijiet tal-UE ta’ rtirar u bejgħ applikabbli għas-sena ta’ sajd 2010 u l-prodotti li huma relatati magħhom huma mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 3

Il-prezzijiet ta’ rtirar applikabbli għas-sena ta’ sajd 2010 f’postijiet tal-ħatt l-art li huma mbiegħda ħafna miċ-ċentri ewlenin ta’ konsum fl-UE u l-prodotti relatati magħhom huma mniżżla fl-Anness III.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 327, 12.12.2009, P. 1.


ANNESS I

Fatturi ta’ konverżjoni għall-prodotti elenkati fil-punti A, B u C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (*)

Fatturi ta’ konverżjoni

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

Ħut sħiħ (*)

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

1

0,00

0,47

2

0,00

0,72

3

0,00

0,68

4a

0,00

0,43

4b

0,00

0,43

4c

0,00

0,90

5

0,00

0,80

6

0,00

0,40

7a

0,00

0,40

7b

0,00

0,36

8

0,00

0,30

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

1

0,00

0,51

2

0,00

0,64

3

0,00

0,72

4

0,00

0,47

Mazzol griż

Squalus acanthias

1

0,60

0,60

2

0,51

0,51

3

0,28

0,28

Mazzol griż

Scyliorhinus spp.

1

0,64

0,60

2

0,64

0,56

3

0,44

0,36

Redfish

Sebastes spp.

1

0,00

0,81

2

0,00

0,81

3

0,00

0,68

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

1

0,72

0,52

2

0,72

0,52

3

0,68

0,40

4

0,54

0,30

5

0,38

0,22

Pollakkju

Pollachius virens

1

0,72

0,56

2

0,72

0,56

3

0,71

0,55

4

0,61

0,30

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

1

0,72

0,56

2

0,72

0,56

3

0,62

0,43

4

0,52

0,36

Merlangu

Merlangius merlangus

1

0,66

0,50

2

0,64

0,48

3

0,60

0,44

4

0,41

0,30

Lipp

Molva spp.

1

0,68

0,56

2

0,66

0,54

3

0,60

0,48

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

1

0,00

0,72

2

0,00

0,71

3

0,00

0,69

Kavalli ta’ Spanja tal-ispeċi

Scomber japonicus

1

0,00

0,77

2

0,00

0,77

3

0,00

0,63

4

0,00

0,47

Inċova

Engraulis spp.

1

0,00

0,68

2

0,00

0,72

3

0,00

0,60

4

0,00

0,25

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

1

0,75

0,41

2

0,75

0,41

3

0,72

0,41

4

0,52

0,34

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

1

0,90

0,71

2

0,68

0,53

3

0,68

0,52

4

0,56

0,43

5

0,52

0,41

Megrims

Lepidorhombus spp.

1

0,68

0,64

2

0,60

0,56

3

0,54

0,49

4

0,34

0,29

Dab

Limanda limanda

1

0,71

0,58

2

0,54

0,42

Barbun

Platichthys flesus

1

0,66

0,58

2

0,50

0,42

Tonn alonga

Thunnus alalunga

1

0,90

0,81

2

0,90

0,77

Siċċ

Sepia officinalis u Rossia macrosoma

1

0,00

0,64

2

0,00

0,64

3

0,00

0,40


Speċi

Daqs (**)

Fattur tal-Konverżjoni

 

Ħut sħiħ

Ħut bla ras (**)

Ħut imnaddaf, bir-ras (**)

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Petriċa

Lophius spp.

1

0,61

0,77

 

2

0,78

0,72

3

0,78

0,68

4

0,65

0,60

5

0,36

0,43

 

 

Il-preżentazzjonijiet kollha

 

Extra, A (**)

 

Gambli tal-ispeċi

Crangon crangon

1

0,59

 

 

2

0,27

 

 

Imsajjar fl-ilma

Friski jew imkessħin

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Gambli tal-fond

Pandalus borealis

1

0,77

0,68

 

2

0,27

 

 

Sħaħ (**)

 

 

Granċijiet li jittieklu

Cancer pagurus

1

0,72

 

 

2

0,54

 

 

Sħaħ (**)

 

Dnub (**)

E' (**)

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Ksampu

Nephrops norvegicus

1

0,86

0,86

0,81

2

0,86

0,59

0,68

3

0,77

0,59

0,50

4

0,50

0,41

0,41

 

 

Ħut imnaddaf, bir-ras (**)

Ħut sħiħ (**)

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Lingwata

Solea spp.

1

0,75

0,58

 

2

0,75

0,58

3

0,71

0,54

4

0,58

0,42

5

0,50

0,33


(*)  Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(**)  Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


ANNESS II

Prezzijiet ta’ rtirar u bejgħ fil-Komunità tal-prodotti elenkati fil-punti A, B u C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (*)

Prezz ta’ rtirar (EUR/tunnellata)

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

Ħut sħiħ (*)

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Aringi tal-ispeċi

Clupea harengus

1

0

129

2

0

198

3

0

187

4a

0

118

4b

0

118

4c

0

248

5

0

220

6

0

110

7a

0

110

7b

0

99

8

0

83

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

1

0

296

2

0

371

3

0

418

4

0

273

Mazzol griż

Squalus acanthias

1

654

654

2

556

556

3

305

305

Mazzol griż

Scyliorhinus spp.

1

455

427

2

455

398

3

313

256

Redfish

Sebastes spp.

1

0

962

2

0

962

3

0

808

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

1

1 144

826

2

1 144

826

3

1 081

636

4

858

477

5

604

350

Pollakkju

Pollachius virens

1

559

435

2

559

435

3

551

427

4

473

233

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

1

703

547

2

703

547

3

605

420

4

508

351

Merlangu

Merlangius merlangus

1

593

449

2

575

431

3

539

395

4

368

269

Lipp

Molva spp.

1

792

652

2

769

629

3

699

559

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

1

0

228

2

0

225

3

0

219

Kavalli ta’ Spanja tal-ispeċi

Scomber japonicus

1

0

215

2

0

215

3

0

176

4

0

131

Inċova

Engraulis spp.

1

0

875

2

0

927

3

0

772

4

0

322

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

l-1 ta’ Jannar to sat-30 ta’ April 2010

1

789

431

2

789

431

3

757

431

4

547

358

l-1 ta’ Mejju to sal-31 ta’ Diċembru 2010

1

1 097

599

2

1 097

599

3

1 053

599

4

760

497

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

1

3 063

2 416

2

2 314

1 804

3

2 314

1 770

4

1 906

1 463

5

1 770

1 395

Megrims

Lepidorhombus spp.

1

1 633

1 537

2

1 441

1 345

3

1 297

1 177

4

817

697

Dab

Limanda limanda

1

588

480

2

447

348

Barbun

Platichtys flesus

1

327

288

2

248

208

Tonn alonga

Thunnus alalunga

1

2 238

1 815

2

2 238

1 726

Siċċ

Sepia officinalis and Rossia macrosoma

1

0

1 140

2

0

1 140

3

0

712

 

 

Ħut sħiħ

Ħut bla ras (*)

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

 

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Petriċa

Lophius spp.

1

1 783

4 632

2

2 280

4 331

3

2 280

4 090

4

1 900

3 609

5

1 052

2 586

 

 

Il-preżentazzjonijiet kollha

Extra, A (*)

Gambli tal-ispeċi

Crangon crangon

1

1 430

2

654

 

 

Imsajjar fl-ilma

Frisk jew imkessaħ

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Gambli tal-fond

Pandalus borealis

1

4 985

1 081

2

1 748


Speċi

Daqs (**)

Prezzijiet tal-Bejgħ (EUR/tunnellata)

 

Sħiħ (**)

 

Granċijiet li jittieklu

Cancer pagurus

1

1 207

 

 

2

905

 

 

Sħiħ (**)

Dnub (**)

E′ (**)

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Ksampu

Nephrops norvegicus

1

4 469

4 469

3 323

2

4 469

3 066

2 789

3

4 002

3 066

2 051

4

2 599

2 131

1 682

 

 

Ħut imnaddaf, bir-ras (**)

Ħut sħiħ (**)

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Lingwata

Solea spp.

1

5 057

3 910

 

2

5 057

3 910

3

4 787

3 641

4

3 910

2 832

5

3 371

2 225


(*)  Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(**)  Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


ANNESS III

Prezzijiet ta’ rtirar f’postijiet tal-ħatt l-art li huma ‘l bogħod ħafna miċ-ċentri ewlenin ta’ konsum

Speċi

Post tal-ħatt l-art

Il-fattur ta’ Konverżjoni

Daqs (*)

Prezz ta’ rtirar

(EUR/tunnellata)

Ħut imnaddaf bir-ras (*)

Ħut sħiħ (*)

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Aringi tal-ispeċi

Clupea harengus

Reġjuni kostali u gżejjer tal-Irlanda

0,90

1

0

116

2

0

178

3

0

168

4a

0

106

Reġjuni kostali tal-Ingilterra tal-Lvant minn Berwick sa Dover

Reġjuni kostali tal-Iskozja minn Portpatrick sa Eyemouth u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u t-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni:

Ir-reġjuni kostali ta’ County Down (L-Irlanda ta’ Fuq)

0,90

1

0

116

2

0

178

3

0

168

4a

0

106

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

Reġjuni kostali u gżejjer tal-Irlanda

0,96

1

0

219

2

0

216

3

0

210

Reġjuni kostali u gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit

0,95

1

0

217

2

0

214

3

0

208

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

Reġjuni kostali minn Troon (fil-Lbiċ tal-Iskozja) sa Wick (fil-Grigal tal-Iskozja) u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u t-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni

0,75

1

2 444

1 812

2

1 846

1 353

3

1 846

1 327

4

1 520

1 097

5

1 412

1 046

Albacore jew tonn alonga

Thunnus alalunga

Il-gżejjer tal-Azores u Madeira

0,48

1

1 043

871

2

1 043

828

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

Il-Gżejjer Kanarji

0,48

1

0

142

2

0

178

3

0

200

4

0

131

Reġjuni kostali u gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit

0,74

1

0

219

2

0

275

3

0

309

4

0

202

Reġjuni kostali Atlantiċi tal-Portugall

0,93

2

0

345

0,81

3

0

338


(*)  Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1278/2009

tat-22 ta' Diċembru 2009

li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata ta' xi prodotti tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

L-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-somma tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji rreġistrati fl-UE matul is-sena tas-sajd ta’ qabel is-sena kkonċernata.

(2)

Sabiex ma jkunx inkuraġġut il-ħżin fit-tul, biex jitqassru ż-żminijiet tal-ħlas u jitnaqqas il-piż tal-kontrolli, l-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas f'pagament wieħed.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2010, l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament għandu jkun kif ġej:

:

fl-ewwel xahar

:

ta’ EUR 219 għal kull tunnellata

:

fit-tieni xahar

:

ta’ EUR 0 għal kull tunnellata

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 30.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1279/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ‘il quddiem u l-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ għajnuna li tinġieb ‘il quddiem ta’ ċerti prodotti tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta’ Mejju 2001 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta’ għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li tista’ tingħata għajnuna għall-kwantitajiet ta’ ċerti prodotti friski rtirati mis-suq u li jew ikunu ġew ipproċessati biex ikunu stabbilizzati u maħżuna jew ikunu ġew ippriservati.

(2)

L-iskop ta’ dik l-għajnuna huwa li jingħata inkoraġġiment xieraq lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jipproċessaw jew jippriservaw il-prodotti rtirati mis-suq sabiex tkun evitata l-qerda tagħhom.

(3)

Il-livell tal-għajnuna ma għandux ikun tali li jfixkel il-bilanċ tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew li joħloq tagħwiġ fil-kompetizzjoni.

(4)

Il-livell tal-għajnuna ma għandux jaqbeż l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji marbuta mal-operazzjonijiet essenzali għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin irreġistrati fl-UE matul is-sena tas-sajd ta’ qabel is-sena kkonċernata.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2010, l-ammonti tal-għajnuna li tinġieb ‘il quddiem imsemmijin fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u l-ammonti tal-għajnuna b’rata fissa msemmijin fl-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 34.

(3)  ĠU L 132, 15.5.2001, p. 10.


ANNESS

1.

L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ‘il quddiem għall-prodotti elenkati fl-Anness I(A) u (B) u għal-lingwata (Solea spp.) elenkata fl-Anness I(C) għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

1

2

I.   

L-iffriżar u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

359

Speċi oħrajn

291

II.

Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

395

III.

It-tmelliħ u/jew it-tnixxif u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin jew fi fletti

277

IV.

L-immarinar u l-ħżin

260

2.

L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ‘il quddiem għall-prodotti l-oħra elenkati fl-Anness I(C) għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar u/jew ta’ preservazzjoni elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Prodotti

Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

1

2

3

I.

L-iffriżar u l-ħżin

Awwista tan-Norveġja

(Nephrops norvegicus)

327

Dnieb tal-awwista tan-Norveġja

(Nephrops norvegicus)

248

II.

It-tneħħija tar-ras, l-iffriżar u l-ħżin

Awwista tan-Norveġja

(Nephrops norvegicus)

293

III.

It-tisjir, l-iffriżar u l-ħżin

Awwista tan-Norveġja

(Nephrops norvegicus)

327

Granċijiet li jittieklu

(Cancer pagurus)

248

IV.

Il-pasturizzazzjoni u l-ħżin

Granċijiet li jittieklu

(Cancer pagurus)

392

V.

Il-ħżin ħaj f’tankijiet jew gaġeġ fissi

Granċijiet li jittieklu

(Cancer pagurus)

210

3.

L-ammont tal-għajnuna b’rata fissa għall-prodotti elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar

Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

I.

L-iffriżar u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin

291

II.

Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

395


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1280/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet ta' referenza validi għall-UE jistgħu jiġu ffissati kull sena, skont il-kategorija tal-prodotti, għal prodotti li huma s-suġġett ta' sospensjoni tariffarja skont l-Artikolu 28(1). L-istess igħodd għal prodotti li, billi jkunu jew suġġetti għal tnaqqis tariffarju li jorbot skont il-WTO jew suġġetti għal xi arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jikkonformaw ma’ prezz ta' referenza.

(2)

Skont l-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I għal dak ir-Regolament għandu jkun l-istess bħall-prezz ta’ rtirar, stabbilit skont l-Artikolu 20(1) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Il-prezzijiet tal-irtirar tal-UE għall-prodotti kkonċernati huma stabbiliti għas-sena tas-sajd 2010 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2009 (2).

(4)

Skont l-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti, minbarra għal dawk elenkati fl-Annessi I u II għal dak ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fuq il-bażi tal-medja ppeżata tal-valuri tad-dwana rreġistrati fis-swieq tal-importazzjoni jew fil-portijiet tal-importazzjoni fit-tliet snin li jkunu eżatt qabel id-data li fiha jiġi stabbilit il-prezz ta’ referenza.

(5)

M’hemmx bżonn jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta' referenza għal dawk il-prodotti koperti mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li jiġu importati minn pajjiżi terzi fi kwantitajiet insinifikanti.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet ta' referenza għas-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS (1)

1.   Il-prezzijiet ta' referenza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

L-ispeċi

Id-daqs (2)

Il-prezz ta' referenza (f’EUR għal kull tunnellata)

Ħut imnaddaf bir-ras (2)

Ħut sħiħ (2)

Kodiċi addizzjonali tat-Taric

Żejjed, A (2)

Kodiċi addizzjonali tat-Taric

Żejjed, A (2)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

dik li qabel kellha n-numru 0302 40 00

1

 

F011

129

2

 

F012

198

3

 

F013

187

4a

 

F016

118

4b

 

F017

118

4c

 

F018

248

5

 

F015

220

6

 

F019

110

7a

 

F025

110

7b

 

F026

99

8

 

F027

83

Redfish

(Sebastes spp.)

li qabel kellu n-numru 0302 69 31 u li qabel kellu n-numru 0302 69 33

1

 

F067

962

2

 

F068

962

3

 

F069

808

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

li qabel kellu n-numru 0302 50 10

1

F073

1 144

F083

826

2

F074

1 144

F084

826

3

F075

1 081

F085

636

4

F076

858

F086

477

5

F077

604

F087

350

 

 

Ħut mgħolli fl-ilma

Ħut frisk jew imkessaħ

Kodiċi addizzjonali tat-Taric

Żejjed, A (2)

Kodiċi addizzjonali tat-Taric

Żejjed, A (2)

Gambli tal-ilma fond

(Pandalus borealis)

li qabel kellhom in-numru 0306 23 10

1

F317

4 985

F321

1 081

2

F318

1 748

2.   Il-prezzijiet ta' referenza għall-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

Il-prodott

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Il-preżentazzjoni

Il-prezz ta' referenza

(f’EUR għal kull tunnellata)

1.   

Redfish

 

 

Sħiħ:

 

li qabel kellu n-numru 0303 79 35

li qabel kellu n-numru 0303 79 37

F411

bir-ras jew mingħajrha

941

li qabel kellu n-numru 0304 29 35

li qabel kellu n-numru 0304 29 39

 

Fi fletti:

 

F412

bix-xewk (“standard”)

1 895

F413

bla xewk

2 094

F414

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 239

2.   

Merluzz

li qabel kellhom in-numru 0303 52 10 , 0303 52 30 , 0303 52 90 , u 0303 79 41

F416

Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha

1 095

li qabel kellhom in-numru 0304 29 29

 

Fi fletti:

 

F417

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 451

F418

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 663

F419

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bil-ġilda

2 550

F420

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bla ġilda

2 943

F421

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 903

li qabel kellhom in-numru 0304 99 33

F422

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

1 448

3.   

Pollakkju

li qabel kellu n-numru 0304 29 31

 

Fi fletti:

 

F424

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 518

F425

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 705

F426

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bil-ġilda

1 476

F427

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bla ġilda

1 630

F428

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

1 786

li qabel kellu n-numru 0304 99 41

F429

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

966

4.   

Haddock

li qabel kellu n-numru 0304 29 33

 

Fi fletti:

 

F431

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 241

F432

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 580

F433

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bil-ġilda

2 537

F434

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bla ġilda

2 710

F435

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 901

5.   

Pollakkju tal-Alaska

 

 

Fi fletti:

 

li qabel kellu n-numru 0304 29 85

F441

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 170

F442

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 324

6.   

Aringi

 

 

Ġnub tal-aringi

 

li qabel kellhom in-numru 0304 19 97

li qabel kellhom in-numru 0304 99 23

F450

li jaqbżu t-80 g l-biċċa

510

F450

li jaqbżu t-80 g l-biċċa

464


(1)  Il-kodiċi addizzjonali li għandu jissemma għall-kategoriji kollha għajr dawk espliċitament imsemmija fil-punti 1 u 2 tal-Anness huwa “F499: Oħrajn”.

(2)  Il-kategoriji tal-freskezza, tad-daqs u tal-preżentazzjoni huma dawk stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1281/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezz tal-bejgħ tal-UE għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f’livell li jkun tal-anqas ugwali għal 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta’ gwida.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2009 (2) jiffissal-prezzijiet ta’ gwida għas-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti kollha kkonċernati.

(3)

Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u skont kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-merluzz.

(4)

Il-fatturi tal-konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispeci differenti u għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodotti ffriżati li jitniżżlu fl-UE sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jwassal għall-miżura tal-intervent ipprovduta fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi tal-konverżjoni li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 327, 12.12.2009, p. 1.


ANNESS

Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi tal-konverżjoni

L-ispeċi

Il-preżentazzjoni

Il-fattur tal-konverżjoni

Il-livell tal-intervent

Il-prezz tal-bejgħ

(f’EUR għal kull tunellata)

Ħalibatt ta’ Greenland

(Reinhardtius hippoglossoides)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 629

Merluzz

(Merluccius spp.)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 027

Fi fletti individwali

 

 

 

bil-ġilda

1,0

0,85

1 261

bla ġilda

1,1

0,85

1 387

Sparidae

(Dentex dentex u Pagellus spp.)

Sħaħ jew imnaddfin, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 268

Pixxispad

(Xiphias gladius)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

3 398

Gambli Penaeidae

Iffriżati

 

 

 

(a)

Parapenaeus Longirostris

 

1,0

0,85

3 461

(b)

Penaeidae oħrajn

 

1,0

0,85

6 847

Siċċ

(Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti)

Iffriżat

1,0

0,85

1 628

Klamari (Loligo spp.)

(a)

Loligo patagonica

sħaħ, mhux imnaddfa

1,00

0,85

1 002

imnaddfa

1,20

0,85

1 203

(b)

Loligo vulgaris

sħaħ, mhux imnaddfa

2,50

0,85

2 505

imnaddfa

2,90

0,85

2 906

Qarnit

(Octopus spp.)

Iffriżat

1,00

0,85

1 837

Illex argentinus

sħiħ, mhux imnaddaf

1,00

0,80

685

f’tubu

1,70

0,80

1 164

sħiħ, mhux imnaddaf

:

prodott li ma jkun sarlu l-ebda trattament

imnaddaf

:

prodott li għallinqas ikun tnaddaf

f’tubu

:

ġisem tal-klamar li għallinqas ikun tnaddaf u tkun tneħħietlu r-ras


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1282/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 409/2009 li jistabbilixxi l-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità u l-kodiċijiet ta’ preżentazzjoni użati sabiex jikkonvertu l-piż tal-ħut ipproċessat f’piż tal-ħut ħaj

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 409/2009 (2), jistabbilixxi l-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità u l-kodiċijiet ta’ preżentazzjoni għall-istati tal-ipproċċessar “frisk” u “mmellaħ frisk”.

(2)

L-ispeċijiet li huma suġġetti għall-kwoti tas-sajd jidħlu primarjament fl-istati tal-ipproċessar “frisk”, “immellaħ frisk” u “iffriżat”. B’konsegwenza ta’ dan hemm bżonn li r-Regolament (KE) Nru 409/2009 bil-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità għall-ħut iffriżat jiġi kumplimentat, sabiex il-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità jkunu disponibbli għall-istati tal-ipproċessar rilevanti kollha.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 (3) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-reġistrazzjoni u t-trażmissjoni elettronika tad-dejta tal-ġurnal ta’ abbord, id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 409/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 409/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-punt (g) jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

‘l-istat tal-ipproċessar’ tfisser il-mod kif il-ħut jiġi ppreservat (frisk, immellaħ frisk u ffriżat).”

(2)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità stipulati fl-Annessi II, III u IV għandhom japplikaw sabiex jiġi konvertit il-piż tal-ħut ipproċessat f’piż ta’ ħut ħaj.”

(3)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“(1)   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 4 fil-ġurnal ta’ abbord, kif jissemma fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 (*), sabiex:

(a)

jagħmlu stima tal-piż tal-ħut ħaj tal-kwantitajiet abbord il-bastiment tas-sajd u,

(b)

jikkalkulaw il-piż tal-ħut ħaj tal-kwantitajiet meta jinħattu fuq l-art.

(*)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.”"

(4)

L-Anness I jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(5)

It-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness IV.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 261, 20.10.1993, p 1.

(2)  ĠU L 123, 19.5.2009, p. 78.

(3)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.


ANNESS I

“ANNESS I

IL-KODIĊIJIET 3-ALPHA TAL-PREŻENTAZZJONI

Kodiċi 3-Alpha tal-preżentazzjoni

Preżentazzjoni

Deskrizzjoni

FIL

Fletti

It-tneħħija tar-ras, tal-organi, tal-għadam u tal-ġwienaħ. Minn kull ħuta toħroġ żewġ fletti mhux magħquda mill-ebda parti

FIS

Fletti mqaxxra

It-tneħħija tar-ras, tal-organi, tal-għadam, tal-ġwienaħ u tal-qoxra. Minn kull ħuta toħroġ żewġ fletti mhux magħquda mill-ebda parti

FSB

Fletti bil-qoxra u bl-għadam

Fletti bil-qoxra u bl-għadam fihom

FSP

Fletti mqaxxra bix-xewk (pinbone) fihom

Fletti bil-qoxra mneħħija u bix-xewk (pinbone) fihom

GHT

Imnaddaf u mingħajr ir-ras u d-denb

Bl-organi, ir-ras u d-denb imneħħija

GUG

Imnaddaf u bil-garġi mneħħija

Bl-organi u l-garġi mneħħija

GUH

Imnaddaf u mingħajr ir-ras

Bl-organi u r-ras imneħħija

GUL

Imnaddaf imma bil-fwied

Bl-organi mneħħija minbarra l-fwied

GUS

Imnaddaf, mingħajr ir-ras u mqaxxar

Bl-organi, ir-ras u l-qoxra mneħħija

GUT

Imnaddaf

Bl-organi kollha mneħħija

HEA

Mingħajr ir-ras

Bir-ras imneħħija

JAT

Qatà Ġappuniża mingħajr denb

Qatà Ġappuniża bid-denb imneħħi

LVR

Fwied

Fwied biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva* uża l-kodiċi LVR-C

OTH

Oħrajn

Kwalunkwe preżentazzjoni oħra

ROE

Bajd(a)

Bajd(a) biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva* uża l-kodiċi ROE-C

CBF

Miftuħa ktieb

Mingħajr ir-ras, bil-qoxra, bl-ispina dorsali u bid-denb

SUR

Surimi

Surimi

SGT

Imnaddaf u mmellaħ

Bl-organi mneħħija u l-ħut immellaħ

TAL

Denb

Dnieb biss

TNG

Ilsien

Ilsien biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva* uża l-kodiċi TNG-C

WHL

Sħiħ

Mingħajr ipproċessar

WNG

Ġwienaħ

Ġwienaħ biss”


ANNESS II

“ANNESS IV

IL-FATTURI TA’ KONVERŻJONI TAL-KOMUNITÀ GĦALL-ĦUT IFFRIŻAT

Speċi: Alonga/tonn sekond

Thunnus alalunga

ALB

WHL

1,00

GUT

1,23


Speċi: Alfonsinos

Beryx spp.

ALF

WHL

1,00


Speċi: Inċova

Engraulis encrasicholus

ANE

WHL

1,00


Speċi: Petriċi

Lophiidae

ANF

WHL

1,00

GUT

1,22

GUH

3,04

TAL

3,00

FIS

5,60


Speċi: Ħuta Makkarel tas-silġ

Champsocephalus gunnari

ANI

WHL

1,00


Speċi: Greater silver smelt

Argentina silus

ARU

WHL

1,00


Speċi: Tonn ta’ għajnu kbira

Thunnus obesus

BET

WHL

1,00

GUH

1,29

HEA

1,25


Speċi: Linarda

Molva dypterygia

BLI

WHL

1,00

GUT

1,17

GUH

1,40


Speċi: Partun

Scophthalmus rhombus

BLL

WHL

1,00


Speċi: Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

BSF

WHL

1,00

GUT

1,48


Speċi: Marlin blu

Makaira nigricans

BUM

WHL

1,00


Speċi: Capelin

Mallotus villosus

CAP

WHL

1,00


Speċi: Merluzz

Gadus morhua

COD

WHL

1,00

GUT

1,17

GUH

1,70

FIL

2,60

FIS

2,60

FSP

2,95

CBF

1,63


Speċi: Dab Komuni

Limanda limanda

DAB

WHL

1,00


Speċi: Mazzol griż

Squalus acanthias

DGS

WHL

1,00

GUS

2,52


Speċi: Barbun

Platichthys flesus

FLE

WHL

1,00


Speċi: Lipp abjad

Phycis blennoides

GFB

WHL

1,00

GUT

1,12

GUH

1,40


Speċi: Ħalibatt ta’ Greenland

Reinhardtius hippoglossoides

GHL

WHL

1,00

GUT

1,08

GUH

1,39


Speċi: Haddock

Melanogrammus aeglefinus

HAD

WHL

1,00

GUT

1,17

GUH

1,46

FIL

2,60

FIS

2,60

FSB

2,70

FSP

3,00


Speċi: Ħalibatt tal-Atlantiku

Hippoglossus hippoglossus

HAL

WHL

1,00


Speċi: Aringa

Clupea harengus

HER

WHL

1,00


Speċi: Marlozz

Merluccius merluccius

HKE

WHL

1,00

GUT

1,34

GUH

1,67


Speċi: Marlozz abjad

Urophycis tenuis

HKW

WHL

1,00


Speċi: Sawrell

Trachurus spp

JAX

WHL

1,00

GUT

1,08


Speċi: Krill tal-Antartiku

Euphausia superba

KRI

WHL

1,00


Speċi: Lingwata

Microstomus kitt

LEM

WHL

1,00

GUT

1,05


Speċi: Megrims

Lepidorhombus spp

LEZ

WHL

1,00

GUT

1,06


Speċi: Ħuta tas-silġ unicorn

Channichthys rhinoceratus

LIC

WHL

1,00


Speċi: Lipp

Molva molva

LIN

WHL

1,00

GUT

1,14

GUH

1,33

FIL

2,80

FSP

2,30


Speċi: Pizzintun

Scomber scombrus

MAC

WHL

1,00

GUT

1,11


Speċi: Ksampu

Nephrops norvegicus

NEP

WHL

1,00

TAL

3,00


Speċi: Humped rockcod

Notothenia gibberifrons

NOG

WHL

1,00


Speċi: Norway pout

Trisopterus esmarkii

NOP

WHL

1,00


Speċi: Marbled rockcod

Notothenia rossii

NOR

WHL

1,00


Speċi: Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

ORY

WHL

1,00


Speċi: Pacific snow crab

Chionoecetes spp

PCR

WHL

1,00


Speċi: Gamblu Penaeus

Penaeus spp

PEN

WHL

1,00


Speċi: Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

PLE

WHL

1,00

GUT

1,07


Speċi: Pollakkju saithe

Pollachius virens

POK

WHL

1,00

GUT

1,19

GUH

1,44

FIS

2,78

FSB

2,12

FSP

2,43


Speċi: Pollakkju

Pollachius pollachius

POL

WHL

1,00

GUT

1,17


Speċi: Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

PRA

WHL

1,00


Speċi: Redfish tal-Atlantiku

Sebastes spp

RED

WHL

1,00

GUT

1,19

GUH

1,78

FIS

3,37

FSP

3,00

JAT

1,90


Speċi: Rough-head grenadier

Macrourus berglax

RHG

WHL

1,00


Speċi: Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

RNG

WHL

1,00

GUT

1,11

GUH

1,92


Speċi: Ċiċċirell

Ammodytes spp

SAN

WHL

1,00


Speċi: Bażuga

Pagellus bogaraveo

SBR

WHL

1,00

GUT

1,11


Speċi: Rough longnose dogfish

Deania histricosa

SDH

WHL

1,00


Speċi: Arrowhead dogfish

Deania profundorum

SDU

WHL

1,00


Speċi: South Georgia icefish

Pseudochaenichthys georgianus

SGI

WHL

1,00


Speċi: Lingwata komuni

Solea solea

SOL

WHL

1,00


Speċi: Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

SPR

WHL

1,00


Speċi: Klamar tal-ġwienaħ qosra

Illex illecebrosus

SQI

WHL

1,00


Speċi: Klamar

Martialia hyadesi

SQS

WHL

1,00


Speċi: Rebekkin

Rajidae

SRX

WHL

1,00

GUT

1,13

WNG

2,09


Speċi: Pixxispad

Xiphias gladius

SWO

WHL

1,00

GUT

1,12

GUH

1,31

HEA

1,33

GHT

1,33


Speċi: Patagonian toothfish

Dissostichus eleginoides

TOP

WHL

1,00


Speċi: Barbun imperjali

Psetta maxima

TUR

WHL

1,00

GUT

1,09


Speċi: Tusk

Brosme brosme

USK

WHL

1,00


Speċi: Stokkafixx

Micromesistius poutassou

WHB

WHL

1,00

GUT

1,15

FIS

2,65

SUR

2,97


Speċi: Merlangu

Merlangius merlangus

WHG

WHL

1,00

GUT

1,18


Speċi: Marlin abjad tal-Atlantiku

Tetrapturus albidus

WHM

WHL

1,00


Speċi: Witch flounder

Glyptocephalus cynoglossus

WIT

WHL

1,00


Speċi: Barbun denbu isfar

Limanda ferruginea

YEL

WHL

1,00 ”


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/37


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/163/UE

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għall-użu fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tan-neotame

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fl-oġġetti tal-ikel (2) telenka lista ta’ sustanzi għall-ħlewwa li jistgħu jintużaw fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ivvalutat is-sigurtà tan-neotame bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir u esprimiet l-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Settembru 2007 (3). Wara li kkunsidrat id-dejta kollha dwar l-istabbiltà, il-prodotti ta’ degradazzjoni u t-tossikoloġija, l-EFSA kkonkludiet li n-neotame mhijiex ta’ tħassib għas-sigurtà fir-rigward tal-użi proposti bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir u stabbiliet it-Teħid Aċċettabbli ta’ Kuljum (TAK) ta’ 0—2 mg/kg bw/jum. L-EFSA nnotat ukoll li l-estimi konservattivi tal-esponiment għan-neotame fid-dieta kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal jissuġġerixxu li huwa improbabbli ħafna li t-TAK jinqabeż fil-livelli tal-użu proposti.

(3)

In-neotame hija sustanza li tagħti ħlewwa intensiva ħafna b’qawwa ta’ ħlewwa li tvarja bejn is-7 000 u t-13 000 darba aktar minn dik tas-sukrożju. Tista’ tintuża bħala sostitut għas-sukrożju jew għal sustanzi ta’ ħlewwa oħra f’sensiela wiesgħa ta’ prodotti. In-neotame tista’ tintuża weħidha jew ma’ sustanzi tal-ħlewwa oħra. Barra dan, in-neotame tista’ tbiddel it-taħwir tal-ikel u tax-xarbiet.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Direttiva 94/35/KE biex jippermetti l-użu tan-neotame fl-istess applikazzjonijiet tal-ikel bħas-sustanzi l-oħra ta’ ħlewwa intensivi bħalissa approvati. In-neotame għandha tingħata numru E ġdid, li huwa E 961. Sabiex jiġi ffaċilitat it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ din is-sustanza ta’ ħlewwa ġdida, huwa stabbilit li prodotti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

(5)

Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (4), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess, li se juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 94/35/KE hu emendat b’mod konformi mal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ottubru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.   Prodotti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3.

(3)  Opinjoni Xjentifika tal-Panil dwar l-Addittivi fl-Ikel, is-Sustanzi tat-Taħwir, l-Għajnuniet tal-Ipproċessar u l-Materjali f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tan-Neotame bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir. Il-Ġurnal tal-EFSA (2007) 581, 1-43.

(4)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness tad-Direttiva 94/35/KE l-annotazzjoni li ġejja E 961 tiddaħħal wara l-annotazzjoni E 959:

Nru KE

Isem

Prodotti tal-ikel

Doża massima li tista’ tintuża

“E 961

Neotame

Xorb mhux alkoħoliku

 

Xorb bit-togħma bbażat fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

20  mg/l

Xorb fuq bażi ta’ ħalib jew fuq bażi miksuba mill-ħalib jew fuq bażi ta’ sugu tal-frott, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

20  mg/l

Deżerti u prodotti simili

 

Deżerti bit-togħma bbażati fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Preparazzjonijiet tal-ħalib u fuq bażi miksuba mill-ħalib, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Deżerti bbażati fuq il-frott u l-ħxejjex, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Deżerti bbażati fuq il-bajd, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Deżerti bbażati fuq iċ-ċereali, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Deżerti bbażati fuq ix-xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Ikliet ħfief: ċerti togħmiet ta’ prodotti tal-lamtu aromatizzati, imnexxfin, ippakkettati minn qabel, lesti għall-ikel u ġewż miksi

18  mg/kg

Ħlewwiet

 

Ħlewwiet mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Ħlewwiet tal-kawkaw jew ibbażati fuq il-frott imnixxef, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

65  mg/kg

Ħlewwiet bbażati fuq il-lamtu, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

65  mg/kg

Kornets u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud

60  mg/kg

Essoblaten

60  mg/kg

Pejst tal-kawkaw jew ibbażat fuq il-ħalib, il-frott imnixxef jew ix-xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Ċereali għall-kolazzjon b’kontenut ta’ fibra ta’ aktar minn 15 %, u li fihom mill-inqas 20 % nuħħala, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Ħelu żgħir ħafna li jiffriska l-ħalq, mingħajr zokkor miżjud

200  mg/kg

Mustardini għall-griżmejn b’togħma qawwija ħafna mingħajr zokkor miżjud

65  mg/kg

Ċjuwing gamm mingħajr zokkor miżjud

250  mg/kg

Ħlewwiet f’forma ta’ pilloli bl-enerġija mnaqqsa

15  mg/kg

Sajder u perri

20  mg/l

Xorb magħmul minn taħlita ta’ xarba mhux alkoħolika u birra, sajder, spiriti jew inbid

20  mg/l

Xorb spirituż b’volum ta’ alkoħol ta’ inqas minn 15 %

20  mg/l

Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut tal-alkoħol li ma jaqbiżx il-1,2 % vol.

20  mg/l

Bière de table/Tafelbier/Table beer (b’kontenut oriġinali ta’ malt wara l-fermentazzjoni (wort) ta’ inqas minn 6 %) għajr l-‘Obergäriges Einfachbier’

20  mg/l

Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi bħala NaOH

20  mg/l

Birer kannella tat-tip ‘oud bruin

20  mg/l

Birra bl-enerġija mnaqqsa

1  mg/l

Silġ li jittiekel, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

26  mg/kg

Frott fil-laned jew fliexken, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

32  mg/kg

Ġamm bl-enerġija mnaqqsa, ġeli u marmellati

32  mg/kg

Frott u preparazzjonijiet tal-ħxejjex bl-enerġija mnaqqsa

32  mg/kg

Priservi ta’ frott u ħxejjex b’togħma ħelwa-qarsa

10  mg/kg

Feinkostsalat

12  mg/kg

Priservi b’togħma ħelwa-qarsa u ħut u mmarinat tal-ħut semi-ppriservat, krostaċji u molluski

10  mg/kg

Sopop bl-enerġija mnaqqsa

5  mg/l

Zlazi

12  mg/kg

Mustarda

12  mg/kg

Prodotti moħmija fini għall-użu ta’ nutrizzjoni speċjali

55  mg/kg

Ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ restrizzjoni ta’ enerġija għat-tnaqqis fil-piż kif imsemmi fid-Direttiva 1996/8/KE

26  mg/kg

Ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE

32  mg/kg

Supplimenti ta’ ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE fornuti f’forma likwida

20  mg/kg

Supplimenti ta’ ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE fornuti f’forma solida

60  mg/kg

Supplimenti ta’ ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE bbażati fuq vitamini u/jew elementi ta’ minerali u fornuti f’tip ta’ ġuleppp jew li jistgħu jintmagħdu

185  mg/kg

Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda

quantum satis


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/41


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/164/UE

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li temenda għall-għan ta’ adattament għal progress tekniku, l-Annessi II u III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kożmetiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Is-sustanza żejt tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) hija attwalment ipprojbita għall-użu fi prodotti kożmetiċi, peress li hija elenkata fl-Anness II mad-Direttiva 76/768/KEE, taħt in-numru ta’ referenza 450. Il-projbizzjoni ta’ din is-sustanza kienet introdotta abbażi ta’ opinjoni li ħareġ il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex tal-Ikel maħsuba għal Komsumaturi (SCCNFP) f’Mejju 2000, sussegwentament sostitwita mill- “Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsum (SCCP)” bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), u aktar tard mill- “Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS)” bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3). L-SCCNFP irrakomanda l-projbizzjoni ta’ żjut essenzjali ta’ Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u d-derivati tagħhom, eż. konkret u assolut, meta użati bħala ingredjent ta’ fwieħa, ibbażati fuq il-potenzjal sensitizzanti.

(2)

Madankollu, aktar tard l-SCCNFP ikkonkluda f’opinjoni li ħareġ fl-2001 li l-assolut tal-Verbena miksub minn Lippia citriodora Kunth. m’għandux jintuża b’tali mod li l-livell fil-prodotti kożmetiċi finali jeċċedi 0.2 %. Huwa għaldaqstant xieraq li l-assolut tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) jiġi inkluż flimkien mar-restrizzjoni rispettiva tiegħu fl-Anness III, Parti 1 tad-Direttiva 76/768/KEE. Huwa wkoll xieraq li n-numru ta’ referenza 450 tal-Anness II jiġi emendat sabiex jispeċifika li s-sustanzi taż-żjut essenzjali tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u d-derivati tagħhom, ħlief dawk assoluti, ikunu pprobjiti meta użati bħala ingredjent ta’ fwieħa.

(3)

Id-Direttiva 2008/42/KE tat-3 ta’ April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, għall-għan ta’ adattament tal-Annessi II u III tagħha għal progress tekniku (4) inkludiet diversi allyl esters li fihom alkoħol allyl bħala impurità fl-Anness III, Parti 1 mad-Direttiva 76/768/KEE. Is-sustanza allyl phenethyl ether jista’ jkun fiha wkoll alkoħol allyl bħala impurità. Għal din is-sustanza, l-SCCNFP ħareġ opinjoni fl-2000 fejn irrakomanda l-ogħla limitu ta’ 0.1 % ta’ alkoħol allyl bħala impurità.

(4)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCNFP, kif ukoll għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li s-sustanza allyl phenethly ether flimkien mar-ristrezzjoni rispettiva tagħha tiġi inkluża fl-Anness III, Parti 1 mad-Direttia 76/768/KEE.

(5)

Il-grupp ta’ sustanzi Terpene terpenoids sinpine huwa attwalment irregolat taħt in-numru ta’ referenza 130 fl-Anness III, Parti 1 mad-Direttiva 76/768/KEE. Madankollu, il-kelma “sinpine” hija isem kummerċjali u għaldaqstant għandha titneħħa mid-deżinjazzjoni ta’ dak il-grupp ta’ sustanzi.

(6)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Sabiex ikun żgurat progress bla xkiel mill-formoli eżistenti ta’ prodotti kosmetiċi għal formoli li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jkunu previsti perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u III mad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skont l-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li, mill-15 ta’ Frar 2011, ebda prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ma jitqiegħdu fis-suq minn manifatturi tal-Unjoni jew importaturi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li, mill-15 ta’ Awwissu 2011, ebda prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ma jinbiegħu jew jingħataw lill-konsumaturi finali fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Awwissu 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-15 ta’ Frar 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45.

(3)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.

(4)  ĠU L 93, 4.4.2008, p. 13.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, in-numru ta’ referenza 450, “żejt tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) (CAS Nru 8024-12-2), meta użat bħala ingredjent ta’ fwieħa” hija sostitwita minn “żjut essenzjali tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u d-derivativi tagħhom ħlief dawk assoluti (CAS Nru 8024-12-2), meta użati bħala ingredjent ta’ fwieħa”.

(2)

Parti 1 tal-Anness III hija emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni li gejja hija miżjuda wara l-annotazzjoni b’numru ta’ referenza 151:

Numru ta’ Referenza

Sustanza

Restrizzjonijiet

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

Qasam ta’ applikazzjoni u/jew użu

Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kożmetiku finali

Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħrajn

a

b

c

d

e

f

“151 bis

Allyl phenethyl ether

CAS Nru 14289-65-7

KE Nru 238-212-2

 

 

Il-livell tal-alkoħol tal-allyl fl-ester għandu jkun anqas minn 0,1 %”

 

(b)

qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru ta’ Referenza

Sustanza

Restrizzjonijiet

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

Qasam ta’ applikazzjoni u/jew użu

Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kożmetiku finali

Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħrajn

a

b

c

d

e

f

“X

Verbena assolut

(Lippia citriodora Kunth.)

CAS Nru 8024-12-2

 

0,2  %”

 

 

(c)

fil-kolonna “b” tal-annotazzjoni relatata man-numru ta’ referenza 130, il-kliem “Terpene terpenoids sinpine” huma sostitwiti minn “Terpenes u terpenoids”.


ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Diċembru 2009

fir-rigward ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għas-sena 2010 lil-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għal Enċefalopatiji Sponġiformi Trażmissibbli

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10291)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2009/1000/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Kwalunkwe laboratorju ta’ kollegament jew referenza skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u li jissodisfa d-dmirijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fihom, jista’ jirċievu l-għajnuna mill-Unjoni skont l-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jitwettqu b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ matul ċerti limiti ta’ żmien.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u kull laboratorju ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa sostnut minn programm ta’ ħidma plurienniali.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4), jaħtar lil-Laboratories Agency, Addlestone, ir-Renju Unit bħala l-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għall-enċifalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs). Il-funzjonijiet tiegħu jinkludu l-ġbir u l-kollezzjoni tad-dejta dwar ir-riżultati tat-testijiet mwettqa fl-Unjoni u jżomm aġġornat dwar it-tendenzi fis-sorveljanza, l-epidjemoloġija u l-prevenzjoni tat-TSEs madwar id-dinja.

(5)

Il-Kummissjoni evalwat il-programm ta’ ħidma u l-estimi korrispondenti tal-baġit ppreżentati mil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għat-TSEs għas-sena 2010. Skont dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata lil dan il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni sabiex jikkofinanzja l-attivitajiet tiegħu biex iwettaq il-ħidmiet u d-doveri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100ߕ% tal-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 jistipula regoli ta’ eliġibilità għal-laqgħat ta’ ħidma organizzati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità. Jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta’ 32 parteċipant fil-laqgħat ta’ ħidma. Derogi lil din il-limitazzjoni għandhom jingħataw skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 lil xi laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li jeħtieġ appoġġ għal attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat tal-laqgħat ta’ ħidma tiegħu.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (5) tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (il-miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG). Barra minn hekk, l-Artikolu 13, it-tieni paragrafu tar-regolament jipprevedi li f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (6), in-nefqa marbuta ma’ spejjeż amministrattivi u tal-istaff imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG għandhom jitħallsu mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Veterinary Laboratories Agency, Addlestone, fir-Renju Unit, biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fil-Kapitolu B tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, din l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 1 129 000.

Fi ħdan il-massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu u bla ħsara għal-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, għandu jiġi rriżervat ammont ta’ EUR 600 000 għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ protokoll li jimmira li jiġbor dejta biex itejjeb l-għarfien dwar ir-reżistenza ġenetika għall-iscrapie fil-mogħoż f’Ċipru.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-EUR 60 000.

3.   B’deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob l-għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 50 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta’ ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Veterinary Laboratories Agency (VLA) Weybridge, New Haw, Addlestone, Surrey KT15 3NB, tar-Renju Unit;

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

(4)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.


23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10414)

(2009/1001/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-reġjun Makaroneżjan imsemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE, huwa magħmul mill-arċipelagi tal-Azores u l-Madeira (il-Portugall), u l-gżejjer Kanarji (Spanja) fl-Oċean Atlantiku, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fil-25 ta’ April 2005 mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, minn issa 'l quddiem imsejjaħ, “il-Kumitat tal-Ħabitats”.

(2)

Fil-kuntest ta’ proċess li nbeda fl-1995 jeħtieġ li jsir aktar progress fl-istabbiliment attwali tan-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali tal-ħarsien tal-bijodiversità fil-Komunità.

(3)

Il-lista inizjali u l-ewwel żewġ listi aġġornati tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġew adottati bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/11/KE (2) u 2008/95/KE (3). Abbażi tal-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħżlu s-siti inklużi fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni mill-aktar fis u f’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin, jistabbilixxu prijoritajiet ta’ konservazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa.

(4)

Il-listi tas-siti ta’ importanza Komunitarja qed jiġu riveduti fil-kuntest tal-adattament dinamiku tan-netwerk Natura 2000. Għalhekk hemm bżonn li jsir it-tieni aġġornament tal-lista Makaroneżjana.

(5)

Min-naħa l-waħda, it-tieni aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan huwa meħtieġ sabiex jiġu inklużi s-siti addizzjonali li ġew proposti mill-Istati Membri mill-2006 sa issa bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. L-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE huma applikabbli mill-aktar fis u f’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni tat-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan.

(6)

Min-naħa l-oħra, it-tieni aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan huwa meħtieġ sabiex jirrifletti kwalunkwe bidla fit-tagħrif li għandu x’jaqsam mas-sit imressaq mill-Istati Membri wara l-adozzjoni tal-lista Komunitarja inizjali u tal-ewwel żewġ listi Komunitarji aġġornati. F’dak is-sens, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan tikkostitwixxi verżjoni kkonsolidata tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan. Madankollu, wieħed għandu jenfasizza li l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE huma applikabbli mill-aktar fis u f’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni tal-lista inizjali jew tal-ewwel żewġ listi aġġornati tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, skont f’liema lista jkun iddaħħal għall-ewwel darba sit ta’ importanza Komunitarja.

(7)

Għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, il-listi tas-siti proposti bħala siti ta’ importanza Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE ntbagħtu lill-Kummisjoni mill-Istati Membri kkonċernati bejn Novembru 1997 u Ottubru 2008, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

(8)

Il-listi ta’ siti proposti kienu akkumpanjati b’tagħrif dwar kull sit, mogħti fil-format stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE tat-18 ta’ Diċembru 1996 dwar format ta’ tagħrif fuq is-siti għas-siti Natura 2000 proposti (4).

(9)

Dak it-tagħrif jinkludi l-aktar mappa reċenti u definittiva tas-sit li ntbagħtet mill-Istati Membri kkonċernati, l-isem, il-post u l-medda tas-sit, u d-dejta li nġabret bl-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness III għad-Direttiva 92/43/KEE.

(10)

Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassal mill-Kummissjoni bi ftehim ma’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, għandha tiġi adottata t-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan.

(11)

L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell Komunitarju saru permezz tal-aqwa tagħrif disponibbli attwalment.

(12)

Uħud mill-Istati Membri ma pproponewx biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Għalhekk, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċjiet, ma jistax jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut. Meta wieħed iqis id-dewmien biex jasal it-tagħrif u jintlaħaq qbil mal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi adottata t-tieni lista aġġornata tas-siti, li se jkun meħtieġ li tiġi riveduta skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(13)

Ladarba l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ xi wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali tal-Anness I u tal-ispeċijiet tal-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut, ma għandux jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut jew li mhuwiex komplut. Il-lista għandha tiġi riveduta, jekk ikun meħtieġ, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(14)

Fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza, id-Deċiżjoni 2008/95/KE għandha tiġi sostitwita.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE, hija stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/95/KE hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  ĠU L 5, 9.1.2002, p. 16.

(3)  ĠU L 31, 5.2.2008, p. 39.

(4)  ĠU L 107, 24.4.1997, p. 1.


ANNESS

It-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan

Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SCI) huwa identifikat mit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:

A

:

il-kodiċi tal-SCI li fih disa’ karattri, li minnhom l-ewwel tnejn huma l-kodiċi tal-ISO tal-Istat Membru;

B

:

isem l-SCI;

C

:

* = il-preżenza fl-SCI ta’ mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali wieħed u/jew speċi waħda ta’ prijorità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

D

:

l-erja tal-wiċċ tal-SCI f’ettari jew it-tul f’km;

E

:

il-koordinati ġeografiċi tal-SCI (il-latitudni u l-lonġitudni).

It-tagħrif kollu mogħti fil-lista Komunitarja ta’ hawn taħt huwa bbażat fuq id-dejta proposta, mibgħuta u vvalidata minn Spanja u mill-Portugall.

A

B

C

D

E

Kodiċi tal-SCI

Isem l-SCI

*

Erja tal-SCI

(ha)

Tul tal-SCI

(km)

Koordinati ġeografiċi tal-SCI

Lonġitudni

Latitudni

ES0000041

Ojeda, Inagua y Pajonales

*

3 527,6

 

W 15 41

N 27 56

ES0000043

Caldera de Taburiente

*

4 354,7

 

W 17 52

N 28 43

ES0000044

Garajonay

*

3 785,4

 

W 17 15

N 28 7

ES0000096

Pozo Negro

*

9 096

 

W 13 58

N 28 16

ES0000102

Garoé

*

1 124

 

W 17 56

N 27 47

ES0000108

Los Órganos

*

149,7

 

W 17 16

N 28 13

ES0000111

Tamadaba

*

7 448,7

 

W 15 43

N 28 1

ES0000112

Juncalillo del Sur

 

186,3

 

W 15 28

N 27 47

ES0000113

Macizo de Tauro

*

1 244,1

 

W 15 41

N 27 54

ES0000141

Parque Nacional de Timanfaya

 

5 180,7

 

W 13 46

N 29 0

ES7010002

Barranco Oscuro

*

33,4

 

W 15 35

N 28 3

ES7010003

El Brezal

*

109,1

 

W 15 36

N 28 6

ES7010004

Azuaje

*

456,3

 

W 15 34

N 28 5

ES7010005

Los Tilos de Moya

*

89

 

W 15 35

N 28 5

ES7010006

Los Marteles

*

2 803,7

 

W 15 32

N 27 57

ES7010007

Las Dunas de Maspalomas

*

360

 

W 15 35

N 27 44

ES7010008

Güigüí

*

2 897,7

 

W 15 48

N 27 57

ES7010010

Pilancones

*

5 781,6

 

W 15 38

N 27 51

ES7010011

Amagro

*

487,6

 

W 15 40

N 28 7

ES7010012

Bandama

 

592,9

 

W 15 26

N 28 1

ES7010014

Cueva de Lobos

*

7 027,5

 

W 14 15

N 28 18

ES7010016

Área marina de La Isleta

*

8 562

 

W 15 27

N 28 10

ES7010017

Franja marina de Mogán

*

29 993

 

W 15 33

N 27 45

ES7010018

Riscos de Tirajana

*

749,6

 

W 15 34

N 27 57

ES7010019

Roque de Nublo

*

446,4

 

W 15 36

N 27 57

ES7010020

Sebadales de La Graciosa

 

1 192

 

W 13 30

N 29 13

ES7010021

Sebadales de Guasimeta

 

1 276

 

W 13 35

N 28 55

ES7010022

Sebadales de Corralejo

*

1 946,6

 

W 13 49

N 28 42

ES7010023

Malpaís de la Arena

 

849,8

 

W 13 55

N 28 38

ES7010024

Vega de Río Palmas

*

365,7

 

W 14 3

N 28 24

ES7010025

Fataga

*

2 725,9

 

W 15 34

N 27 54

ES7010027

Jinámar

*

30,7

 

W 15 25

N 28 2

ES7010028

Tufia

*

51,3

 

W 15 22

N 27 57

ES7010031

Islote de Lobos

*

452,7

 

W 13 49

N 28 44

ES7010032

Corralejo

*

2 689,3

 

W 13 51

N 28 40

ES7010033

Jandía

*

14 972,5

 

W 14 21

N 28 5

ES7010034

Montaña Cardón

*

1 233,6

 

W 14 9

N 28 15

ES7010035

Playa de Sotavento de Jandía

*

5 461,1

 

W 14 12

N 28 9

ES7010036

Punta del Mármol

*

29,9

 

W 15 36

N 28 8

ES7010037

Bahía del Confital

 

634,2

 

W 15 27

N 28 8

ES7010038

Barranco de La Virgen

*

559,4

 

W 15 35

N 28 2

ES7010039

El Nublo II

*

13 956

 

W 15 40

N 27 57

ES7010040

Hoya del Gamonal

*

627,3

 

W 15 34

N 27 58

ES7010041

Barranco de Guayadeque

*

709,4

 

W 15 27

N 27 55

ES7010042

La Playa del Matorral

*

95,58

 

W 14 19

N 28 2

ES7010044

Los Islotes

 

151,2

 

W 13 31

N 29 17

ES7010045

Archipiélago Chinijo

*

8 865,3

 

W 13 34

N 29 6

ES7010046

Los Volcanes

 

9 986,1

 

W 13 44

N 29 2

ES7010047

La Corona

*

2 602,4

 

W 13 26

N 29 10

ES7010048

Bahía de Gando

*

477,7

 

W 15 22

N 27 55

ES7010049

Arinaga

*

92,4

 

W 15 23

N 27 51

ES7010052

Punta de la Sal

*

136

 

W 15 23

N 27 52

ES7010053

Playa del Cabrón

 

956,2

 

W 15 23

N 27 51

ES7010054

Los Jameos

 

234,7

 

W 13 25

N 29 9

ES7010055

Amurga

*

5 341,2

 

W 15 32

N 27 50

ES7010056

Sebadales de Playa del Inglés

*

2 721,5

 

W 15 33

N 27 45

ES7010062

Betancuria

*

3 328,8

 

W 14 21

N 28 5

ES7010063

Nublo

*

7 107,5

 

W 15 45

N 27 53

ES7010064

Ancones-Sice

 

223,3

 

W 14 4

N 28 19

ES7010065

Malpaís del Cuchillo

 

55,4

 

W 13 40

N 29 5

ES7010066

Costa de Sardina del Norte

 

1 426,5

 

W 15 42

N 28 8

ES7011001

Los Risquetes

 

9,1

 

W 13 39

N 29 6

ES7011002

Cagafrecho

 

633,1

 

W 13 40

N 28 55

ES7011003

Pino Santo

 

1 564,8

 

W 15 28

N 28 3

ES7011004

Macizo de Tauro II

 

5 117,6

 

W 15 41

N 27 49

ES7011005

Sebadales de Güigüí

*

7 219,74

 

W 15 52

N 27 57

ES7020001

Mencáfete

*

454,6

 

W 18 4

N 27 43

ES7020002

Roques de Salmor

 

3,5

 

W 17 59

N 27 49

ES7020003

Tibataje

*

592,7

 

W 18 0

N 27 46

ES7020004

Risco de Las Playas

*

966,9

 

W 17 57

N 27 42

ES7020006

Timijiraque

*

375,1

 

W 17 55

N 27 46

ES7020008

Pinar de Garafía

*

1 027,5

 

W 17 52

N 28 46

ES7020009

Guelguén

*

1 062,4

 

W 17 52

N 28 49

ES7020010

Las Nieves

*

5 114,6

 

W 17 49

N 28 44

ES7020011

Cumbre Vieja

*

7 522,1

 

W 17 50

N 28 35

ES7020012

Montaña de Azufre

 

75,8

 

W 17 46

N 28 33

ES7020014

Risco de la Concepción

*

65,7

 

W 17 46

N 28 40

ES7020015

Costa de Hiscaguán

 

249,9

 

W 17 57

N 28 48

ES7020016

Barranco del Jorado

 

98,2

 

W 17 57

N 28 42

ES7020017

Franja marina Teno-Rasca

*

69 500

 

W 16 53

N 28 16

ES7020018

Tubo volcánico de Todoque

 

1,7

 

W 17 53

N 28 36

ES7020020

Tablado

*

223,6

 

W 17 52

N 28 48

ES7020021

Barranco de las Angustias

*

1 699

 

W 17 54

N 28 41

ES7020022

Tamanca

*

2 073,1

 

W 17 52

N 28 34

ES7020024

Juan Mayor

*

28,3

 

W 17 46

N 28 41

ES7020025

Barranco del Agua

*

74,2

 

W 17 44

N 28 43

ES7020026

La Caldereta

*

18

 

W 18 0

N 27 44

ES7020028

Benchijigua

*

483,2

 

W 17 13

N 28 6

ES7020029

Puntallana

*

285,7

 

W 17 6

N 28 7

ES7020030

Majona

*

1 975,7

 

W 17 9

N 28 8

ES7020032

Roque Cano

*

57,1

 

W 17 15

N 28 10

ES7020033

Roque Blanco

*

29,8

 

W 17 14

N 28 9

ES7020034

La Fortaleza

*

53,1

 

W 17 16

N 28 5

ES7020035

Barranco del Cabrito

*

1 160,4

 

W 17 9

N 28 4

ES7020037

Lomo del Carretón

*

248,5

 

W 17 19

N 28 8

ES7020039

Orone

*

1 706,6

 

W 17 15

N 28 5

ES7020041

Charco del Conde

 

9,2

 

W 17 20

N 28 5

ES7020042

Charco de Cieno

*

5,2

 

W 17 20

N 28 5

ES7020043

Parque Nacional del Teide

*

18 993,1

 

W 16 37

N 28 14

ES7020044

Ijuana

*

901,8

 

W 16 8

N 28 33

ES7020045

Pijaral

*

295,7

 

W 16 10

N 28 33

ES7020046

Los Roques de Anaga

*

9,8

 

W 16 9

N 28 35

ES7020047

Pinoleris

*

178,4

 

W 16 29

N 28 22

ES7020048

Malpaís de Güímar

*

286

 

W 16 22

N 28 18

ES7020049

Montaña Roja

*

163,96

 

W 16 32

N 28 1

ES7020050

Malpaís de la Rasca

 

312,7

 

W 16 41

N 28 0

ES7020051

Barranco del Infierno

*

1 824,1

 

W 16 42

N 28 7

ES7020052

Chinyero

*

2 380

 

W 16 47

N 28 17

ES7020053

Las Palomas

*

582,7

 

W 16 27

N 28 23

ES7020054

Corona Forestal

*

41 067,7

 

W 16 37

N 28 10

ES7020055

Barranco de Fasnia y Güímar

*

151,1

 

W 16 27

N 28 15

ES7020056

Montaña Centinela

 

130,7

 

W 16 27

N 28 9

ES7020057

Mar de Las Calmas

*

9 898,4

 

W 18 3

N 27 38

ES7020058

Montañas de Ifara y Los Riscos

 

284,9

 

W 16 32

N 28 4

ES7020061

Roque de Jama

*

92,5

 

W 16 38

N 28 5

ES7020064

Los Sables

*

3,1

 

W 17 55

N 28 48

ES7020065

Montaña de Tejina

*

167,7

 

W 16 45

N 28 11

ES7020066

Roque de Garachico

 

3,04

 

W 16 45

N 28 22

ES7020068

La Rambla de Castro

*

45

 

W 16 35

N 28 23

ES7020069

Las Lagunetas

*

3 568,3

 

W 16 24

N 28 25

ES7020070

Barranco de Erques

*

262,7

 

W 16 47

N 28 9

ES7020071

Montaña de la Centinela

*

15

 

W 17 46

N 28 32

ES7020072

Montaña de la Breña

*

26,1

 

W 17 47

N 28 37

ES7020073

Los Acantilados de la Culata

*

440,9

 

W 16 45

N 28 21

ES7020074

Los Campeches, Tigaiga y Ruiz

*

543,5

 

W 16 36

N 28 21

ES7020075

La Resbala

*

590,6

 

W 16 28

N 28 22

ES7020076

Riscos de Bajamar

*

26

 

W 17 46

N 28 40

ES7020077

Acantilado de la Hondura

 

32,5

 

W 16 25

N 28 11

ES7020078

Tabaibal del Porís

 

47,5

 

W 16 25

N 28 10

ES7020081

Interián

*

100,2

 

W 16 47

N 28 21

ES7020082

Barranco de Ruiz

*

95,3

 

W 16 37

N 28 22

ES7020084

Barlovento, Garafía, El Paso y Tijarafe

*

5 561,7

 

W 17 57

N 28 46

ES7020085

El Paso y Santa Cruz de La Palma

*

1 390,5

 

W 17 51

N 28 40

ES7020086

Santa Cruz de La Palma

*

216

 

W 17 49

N 28 41

ES7020087

Breña Alta

*

60,8

 

W 17 49

N 28 37

ES7020088

Sabinar de Puntallana

*

14,1

 

W 17 44

N 28 44

ES7020089

Sabinar de La Galga

*

81

 

W 17 46

N 28 46

ES7020090

Monteverde de Don Pedro-Juan Adalid

*

483,1

 

W 17 54

N 28 49

ES7020091

Monteverde de Gallegos-Franceses

*

1 408,6

 

W 17 50

N 28 49

ES7020092

Monteverde de Lomo Grande

*

494,9

 

W 17 48

N 28 47

ES7020093

Monteverde de Barranco Seco-Barranco del Agua

*

1 939,1

 

W 17 47

N 28 44

ES7020094

Monteverde de Breña Alta

*

823,2

 

W 17 48

N 28 40

ES7020095

Anaga

*

10 340,6

 

W 16 13

N 28 32

ES7020096

Teno

*

6 119,7

 

W 16 51

N 28 18

ES7020097

Teselinde-Cabecera de Vallehermoso

*

2 340,9

 

W 17 17

N 28 11

ES7020098

Montaña del Cepo

*

1 162

 

W 17 12

N 28 11

ES7020099

Frontera

*

8 807,4

 

W 18 7

N 27 45

ES7020100

Cueva del Viento

*

137,7

 

W 16 41

N 28 20

ES7020101

Laderas de Enchereda

*

682,6

 

W 17 11

N 28 8

ES7020102

Barranco de Charco Hondo

*

392,4

 

W 17 15

N 28 3

ES7020103

Barranco de Argaga

*

187,1

 

W 17 18

N 28 5

ES7020104

Valle Alto de Valle Gran Rey

*

706,8

 

W 17 18

N 28 6

ES7020105

Barranco del Águila

*

164,4

 

W 17 7

N 28 8

ES7020106

Cabecera Barranco de Aguajilva

*

140,3

 

W 17 17

N 28 7

ES7020107

Cuenca de Benchijigua-Guarimiar

*

1 341,4

 

W 17 13

N 28 3

ES7020108

Taguluche

*

139,5

 

W 17 19

N 28 8

ES7020109

Barrancos del Cedro y Liria

*

584,18

 

W 17 11

N 28 9

ES7020110

Barranco de Niágara

*

38,7

 

W 16 45

N 28 11

ES7020111

Barranco de Orchilla

*

18,4

 

W 16 36

N 28 6

ES7020112

Barranco de las Hiedras-El Cedro

*

166,4

 

W 16 29

N 28 11

ES7020113

Acantilado costero de Los Perros

*

65,9

 

W 16 41

N 28 23

ES7020114

Riscos de Lara

*

103,4

 

W 16 49

N 28 15

ES7020115

Laderas de Chío

*

197,1

 

W 16 47

N 28 15

ES7020116

Sebadales del sur de Tenerife

*

2 692,9

 

W 16 35

N 28 1

ES7020117

Cueva marina de San Juan

 

0,7

 

W 16 49

N 28 10

ES7020118

Barranco de Icor

*

36,5

 

W 16 27

N 28 12

ES7020119

Lomo de Las Eras

 

1,7

 

W 16 25

N 28 11

ES7020120

Sebadal de San Andrés

 

582,7

 

W 16 12

N 28 29

ES7020121

Barranco Madre del Agua

*

9,8

 

W 16 29

N 28 12

ES7020122

Franja marina de Fuencaliente

*

7 055,2

 

W 17 53

N 28 32

ES7020123

Franja marina Santiago-Valle Gran Rey

*

13 139

 

W 17 18

N 28 2

ES7020124

Costa de Garafía

 

3 475,3

 

W 17 52

N 28 51

ES7020125

Costa de los Órganos

 

1 164

 

W 17 17

N 28 13

ES7020126

Costa de San Juan de la Rambla

 

1 602,9

 

W 16 37

N 28 25

ES7020127

Risco de la Mérica

*

38,3

 

W 17 20

N 28 6

ES7020128

Sebadales de Antequera

 

272,62

 

W 16 7

N 28 31

ES7020129

Piña de mar de Granadilla

 

0,93

 

W 16 30

N 28 4

PTCOR0001

Costa e Caldeirão — Ilha do Corvo

*

964,02

 

W 31 6

N 39 42

PTDES0001

Ilhas Desertas

*

11 301,62

 

W 16 29

N 32 30

PTFAI0004

Caldeira e Capelinhos — Ilha do Faial

*

2 023,05

 

W 28 45

N 38 35

PTFAI0005

Monte da Guia — Ilha do Faial

*

362,85

 

W 28 37

N 38 31

PTFAI0006

Ponta do Varadouro — Ilha do Faial

*

19,66

 

W 28 47

N 38 34

PTFAI0007

Morro de Castelo Branco — Ilha do Faial

*

131,52

 

W 28 45

N 38 31

PTFLO0002

Zona Central — Morro Alto — Ilha das Flores

*

2 924,68

 

W 31 13

N 39 27

PTFLO0003

Costa Nordeste — Ilha das Flores

*

1 215,28

 

W 31 10

N 39 30

PTGRA0015

Ilhéu de Baixo — Restinga Ilha Graciosa

*

248,65

 

W 27 57

N 39 0

PTGRA0016

Ponta Branca — Ilha Graciosa

*

74,81

 

W 28 2

N 39 1

PTJOR0013

Ponta dos Rosais — Ilha de S. Jorge

*

303,8

 

W 28 18

N 38 45

PTJOR0014

Costa NE e Ponta do Topo — Ilha de S. Jorge

*

3 956,41

 

W 27 51

N 38 35

PTMAD0001

Laurisilva da Madeira

*

13 354,86

 

W 17 3

N 32 46

PTMAD0002

Maciço Montanhoso Central da Ilha da Madeira

*

8 212,22

 

W 16 55

N 32 43

PTMAD0003

Ponta de S. Lourenço

*

2 043,12

 

W 16 41

N 32 44

PTMAD0004

Ilhéu da Viúva

*

1 822,47

 

W 16 51

N 32 48

PTMAD0005

Achadas da Cruz

 

205,82

 

W 17 12

N 32 50

PTMAD0006

Moledos — Madalena do Mar

 

18,12

 

W 17 8

N 32 42

PTMAD0007

Pináculo

*

33,81

 

W 16 52

N 32 39

PTMAZ0001

Menez Gwen

 

9 489

 

W 31 31

N 37 49

PTMAZ0002

Lucky Strike

 

19 023,5

 

W 32 18

N 37 17

PTMIG0019

Lagoa do Fogo — Ilha de S. Miguel

*

1 360,42

 

W 25 28

N 37 46

PTMIG0020

Caloura-Ponta da Galera — Ilha de S. Miguel

*

204,2

 

W 25 30

N 37 42

PTMIG0021

Banco D. João de Castro (Canal Terceira — S. Miguel)

*

1 643

 

W 26 36

N 38 13

PTPIC0008

Baixa do Sul (Canal do Faial)

*

54,68

 

W 28 35

N 38 30

PTPIC0009

Montanha do Pico, Prainha e Caveiro — Ilha do Pico

*

8 572

 

W 28 17

N 38 28

PTPIC0010

Ponta da Ilha — Ilha do Pico

*

394,96

 

W 28 2

N 38 25

PTPIC0011

Lajes do Pico — Ilha do Pico

*

142,15

 

W 28 15

N 38 23

PTPIC0012

Ilhéus da Madalena — Ilha do Pico

*

146,4

 

W 28 32

N 38 32

PTPOR0001

Ilhéus do Porto Santo

*

232,2

 

W 16 23

N 33 0

PTPOR0002

Pico Branco — Porto Santo

 

142,72

 

W 16 17

N 33 5

PTSEL0001

Ilhas Selvagens

*

5 752

 

W 15 51

N 30 5

PTSMA0022

Ponta do Castelo — Ilha de Sta. Maria

*

320,49

 

W 25 2

N 36 55

PTSMA0023

Ilhéu das Formigas e Recife Dollabarat (Canal S. Miguel — Sta. Maria)

*

3 542

 

W 25 45

N 37 15

PTTER0017

Serra Santa Bárbara e Pico Alto — Ilha da Terceira

*

4 760,25

 

W 27 17

N 38 44

PTTER0018

Costa das Quatro Ribeiras — Ilha da Terceira

*

274,39

 

W 27 12

N 38 48


Rettifika

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/56


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Ufficiali tal-Unjoni Europea L 322 tad-9 ta’ Diċembru 2009 )

F’paġna 30, fl-Anness I, it-Tabella għandha tinbidel kif ġej:

“Ġermanja

Jannar-Ġunju

2007

Portugall

Lulju-Diċembru

Slovenja

Jannar-Ġunju

2008

Franza

Lulju-Diċembru

Repubblika Ċeka

Jannar-Ġunju

2009

Svezja

Lulju-Diċembru

Spanja

Jannar-Ġunju

2010

Belġju

Lulju-Diċembru

Ungerija

Jannar-Ġunju

2011

Polonja

Lulju-Diċembru

Danimarka

Jannar-Ġunju

2012

Ċipru

Lulju-Diċembru

Irlanda

Jannar-Ġunju

2013

Litwanja

Lulju-Diċembru

Greċja

Jannar-Ġunju

2014

Italja

Lulju-Diċembru

Latvja

Jannar-Ġunju

2015

Lussemburgu

Lulju-Diċembru

Olanda

Jannar-Ġunju

2016

Slovakkja

Lulju-Diċembru

Malta

Jannar-Ġunju

2017

Renju Unit

Lulju-Diċembru

Estonja

Jannar-Ġunju

2018

Bulgarija

Lulju-Diċembru

Awstrija

Jannar-Ġunju

2019

Rumanija

Lulju-Diċembru

Finlandja

Jannar-Ġunju

2020”