ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.336.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 336

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
18 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

1

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/974/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

4

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

5

 

 

V   Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1245/2009 tas-17 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1246/2009 tas-17 ta’ Diċembru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2009 tas-17 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2009 tas-17 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2009 tas-17 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009

28

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/159/EU tas-16 ta’ Diċembru 2009 li temenda, għall-fini tal-adattament mal-progress tekniku, l-Anness III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kożmetiċi ( 1 )

29

 

 

2009/975/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/177/KE fir-rigward tal-programmi ta’ qerda u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri, żoni u kompartimenti għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9888)  ( 1 )

31

 

 

2009/976/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tat-testijiet dijanjostiċi għal-lewkożi enżootika bovina (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9951)  ( 1 )

36

 

 

2009/977/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2009 dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitajra għal 2009 għan-nefqa mill-Istati Membri għal ċerti proġetti fil-qasam tal-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9935)

42

 

 

2009/978/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju ( 1 )

50

 

 

2009/979/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 li tapprova l-programm nazzjonali ppreżentat mill-Bulgarija għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta’ trasport ta’ annimali bovini ħajjin esportati mill-Unjoni via l-port ta’ Bourgas u l-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-2010 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10004)

52

 

 

2009/980/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 li tawtorizza indikazzjoni tas-saħħa dwar l-effett ta’ konċentrat tat-tadam li jinħall fl-ilma fl-aggregazzjoni tal-plejtlets u l-għoti tal-protezzjoni tad-dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10113)  ( 1 )

55

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1244/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b)(i) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-kompożizzjoni tal-listi ta’ pajjiżi terzi fl-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 (2) għandu jkun, u għandu jibqa’, konsistenti mal-kriterji mniżżlin fil-premessa (5) tiegħu. Uħud mill-pajjiżi terzi, li għalihom inbidlet is-sitwazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kriterji, għandhom jiġu ttrasferiti minn Anness għall-ieħor.

(2)

B’ħames pajjiżi tal-Balkani tal-Punent – l-Abanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja – il-Ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Viża daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, bħala l-ewwel pass konkret fit-triq stabbilita mill-aġenda ta’ Tessalonika lejn reġim ta’ vvjaġġar ħieles mill-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Ma’ kull wieħed minn dawn il-pajjiżi, fl-2008 nfetaħ djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża u ġew stabbiliti pjanijiet direzzjonali għal-liberalizazzjoni tal-viża. Fil-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet direzzjonali ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni kkunsidrat li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kienet issodisfat il-parametri kollha stabbiliti fil-pjan direzzjonali tagħha u, fil-valutazzjoni tagħha tal-2009, li l-Montenegro u s-Serbja ukoll jissodisfaw il-parametri kollha stabbiliti fil-pjanijiet direzzjonali rispettivi tagħhom.

(3)

Għalhekk dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegrro u s-Serbja għandhom ikunu ttrasferiti għall-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. l-Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għandha tapplika biss għal dawk id-detenturi ta’ passaporti biometriċi maħruġin minn kull wieħed mit-tliet pajjiżi kkonċernati.

(4)

Għall-persuni li joqogħdu l-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurà tan-Nazzjonijiet uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999 (imsejħa “Kosovo UNSCR 1244)”) u għall-persuni li ċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza tagħhom inħareġ għat-territorju tal-Kosovo (UNSCR 1244), Direttorat ta’ Koordinazzjoni speċifiku f’Belgrad ser ikun inkarigat għall-ġbir tal-applikazzjonjiet tal-passaporti tagħhom u għall-ħruġ ta’ passaporti. Madankollu, minħabba tħassib relatat mas-sigurtà rigward, b’mod partikolari, il-potenzjal għall-immigrazzjoni illegali, id-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa minn dak id-Direttorat ta’ Koordinazzjoni speċifiku għandhom ikunu esklużi mir-reġim mingħajr viża għas-Serbja.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali u ta’ sigurtà, u f’konformità mal-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001, il-Kosovo (UNSCR 1244) għandha tiżdied mal-Anness I għal dak ir-Regolament. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-istatus tal-Kosovo (UNSCR 1244).

(6)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (4).

(7)

Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2008/146/KE (6).

(8)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/261/KE (7).

(9)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (8). Għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(10)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda mhux qed tieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (9). Għalhekk l-Irlanda mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(11)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew relatat miegħu b’mod ieħor fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att dwar l-Adeżjoni tal-2003.

(12)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew relatat miegħu b’mod ieħor fis-sens tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

l-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, għandu jitħassar ir-referenzi għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja;

(b)

fil-Parti 2, għandha tiddaħħal ir-referenza li ġejja:

“il-Kosovo kif definita mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999”.

(2)

fl-Anness II, Parti 1, għandhom jiddaħħlu r-referenzi li ġejjin:

“dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (*)

il-Montenegro (*)

is-Serbja (esklużi d-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bil-lingwa Serba: Koordinaciona uprava)) (*)

(*)  L-eżenzjoni mir-rekwiżit tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.”."

(*)  L-eżenzjoni mir-rekwiżit tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.”."

(*)  L-eżenzjoni mir-rekwiżit tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.”."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mid-19 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b’konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  L-Opinjoni tat-12 ta’ Novembru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(5)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE tat-28 ta’ Frar 2008 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3).

(8)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(9)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2009/974/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) konformement mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fit-3 ta’ April 2009 suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-15 ta’ Settembru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAL-MONGOLJA,

min-naħa l-oħra

(minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Partijiet”)

FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi ftehimiet ta’ servizzi bilaterali tal-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Mongolja li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra d-dritt Komunitarju,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali ta’ servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji li jkunu stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà liċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja b’mod konformi mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali għal servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Mongolja, li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, għandhom isiru konformi ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Mongolja u biex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta’ dawn is-servizzi tal-ajru,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li meta Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Mongolja taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun innomina t-trasportatur tal-ajru u l-Mongolja għandhom japplikaw b’mod indaqs fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards ta’ sigurta’ minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur tal-ajru,

FILWAQT LI JINNUTAW li skont il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru ma jistgħux, fil-prinċipju, jikkonkludu ftehimiet li jkollhom imnejn jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li l-għan jew l-effett tagħhom ikun il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni,

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Mongolja, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpanniji tal-ajru tal-Komunità u kumpanniji tal-ajru tal-Mongolja, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu fi ftehimiet bilaterali għal servizzi tal-ajru dwar id-drittijiet tat-traffiku,

FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Mongolja li i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn il-kumpanniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpanniji jew prassi miftiehma li jimpedixxu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftehema skont dan; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lill-operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti u jistgħu jirrendu mingħajr effett r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-kumpanniji,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

2.   Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huma parti mill-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li jiffurmaw parti mill-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru nnominati minn dak l-Istat Membru.

4.   Dan il-Ftehim m’għandux joħloq iżjed drittijiet ta’ traffiku minn dawk stabbiliti fl-arranġamenti bilaterali bejn l-Istati Membri rispettivi u l-Mongolja. L-għoti ta’ drittijiet ta’ traffiku ser ikompli jsir permezz ta’ arranġamenti bilaterali bejn l-Istati Membri rispettivi u l-Mongolja.

Artikolu 2

Nomina minn Stat Membru

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ser jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam man-nomina ta’ kumpannija tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet tiegħu u l-permessi mogħtija mill-Mongolja, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet, jew il-permessi tal-kumpanija tal-ajru, rispettivament.

2.   Hekk kif tirċievi nomina mingħand Stat Membru, il-Mongolja għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

(i)

it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru nominat skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u jkollu Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii)

kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru jiġi mħaddem u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru tiegħu u l-awtorità ajronawtika rilevanti tiġi identifikata b’mod ċar fin-nomina; kif ukoll;

(iii)

it-trasportatur bl-ajru huwa proprjetà ta’, direttament jew permezz ta’ sehem azzjonarju b’maġġoranza, u effettivament kontrollat mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn.

3.   Il-Mongolja tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru minn Stat Membru f’każ li:

(i)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii)

ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajronawtika rilevanti ma tkunx identifikata b’mod ċar fin-nomina; jew

(iii)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà ta’, direttament jew permezz ta’ sehem azzjonarju b’maġġoranza, jew mhux effettivament ikkontrollat mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn;

(iv)

it-trasportatur tal-ajru ikun diġà awtorizzat jopera skont ftehim bilaterali bejn il-Mongolja u Stat Membru ieħor, u l-Mongolja tista’ turi li, billi teżerċita d-drittijiet ta’ traffiku skont dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt fi Stat Membru ieħor, it-trasportatur tal-ajru jkun qed jeludi r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta’ traffiku imposti bi ftehim bilaterali bejn il-Mongolja u dak l-Istat Membru l-ieħor; jew

(v)

it-trasportatur tal-ajru għandu Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru u m’hemm ebda ftehim bilaterali ta’ servizzi tal-ajru bejn il-Mongolja u dak l-Istat Membru, u dak l-Istat Membru jkun ċaħad id-drittijiet ta’ traffiku lit-trasportaturi tal-ajru nnominati mill-Mongolja.

Waqt li teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, il-Mongolja m’għandiex tiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru tal-Komunità fuq il-bażi ta’ ċittadinanza.

Artikolu 3

Sigurtà

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(c).

2.   Meta Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Mongolja taħt id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina it-trasportatur tal-ajru u l-Mongolja għandhom japplikaw b’mod indaqs fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards ta’ sigurta’ mill-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

Artikolu 4

Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn fil-ftehim kollha elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet bejn impriżi jew prattiċi miftehma li jipprevjenu jew jikkawżaw distorsjoni fil-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika miftehema; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni ta’ jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet fil-ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 5

Annessi ta’ dan il-Ftehim

L-Annessi ta’ dan il-Ftehim se jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 6

Reviżjoni jew emendi

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-data li fiha tkun waslet l-aħħar notifika bil-miktub tal-Partijiet, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, dwar it-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim.

Artikolu 8

Terminazzjoni

1.   Kull Parti tista’, f’kull ħin, tittermina dan il-Ftehim billi tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra permezz ta’ mezzi diplomatiċi. It-terminazzjoni għandha tkun effettiva sitt (6) xhur wara d-data meta tasal din in-notifika għand il-Parti l-oħra.

2.   Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

3.   Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f’Ulan Bator f’żewġ kopji, fit-tielet jum ta’ April tas-sena elfejn u disgħa, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwanjana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Mongoljana.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunitá Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

Image

Image

За Правителството на Монголия

Por el Gobierno de Mongolia

Za vládu Mongolska

For Mongoliets regering

Für die Regierung der Mongolei

Mongoolia valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Μογγολίας

For the Government of Mongolia

Pour le gouvernement de la Mongolie

Per il governo della Mongolia

Mongolijas valdības vārdā

Mongolijos Vyriausybės vardu

Mongólia kormánya részéről

Għall-Gvern tal-Mongolja

Voor de Regering van Mongolië

W imieniu Rządu Mongolii

Pelo Governo da Mongólia

Pentru Guvernul Mongoliei

Za vládu Mongolska

Za vlado Mongolije

Mongolian hallituksen puolesta

För Mongoliets regering

Image

Image

ANNESS I

Lista ta’ ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

Ftehimiet ta’ servizzi tal-ajru bejn il-Mongolja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fil-jum li jkun ġie ffirmat dan il-Ftehim, ikunu ġew konklużi, iffirmati u/jew inizjalati, kif emendati:

Il-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tal-Mongolja, iffirmat fi Vjenna fit-2 ta’ Ottubru 2007, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja – Awstrija” fl-Anness II;

Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tal-Mongolja dwar is-Servizzi tal-Ajru ffirmat f’Beijing nhar is-19 ta’ Ġunju 1997, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja - Danimarka” fl-Anness II;

Ftehim tas-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Mongolja iffirmat f’Helsinki fl-10 ta’ Frar 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Mongolja – Finlandja” fl-Anness II;

Ftehim tas-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tal-Mongolja, iffirmat f’Bonn fid-29 ta’ Mejju 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Mongolja – Ġermanja” fl-Anness II;

Ftehim tas-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija u l-Gvern tal-Mongolja iffirmat f’Ulaanbaatar fit-13 ta’ Settembru 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Mongolja – Ungerija” fl-Anness II;

Ftehim għal Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tal-Mongolja ffirmat f’Lussemburgu fit-18 ta’ Marzu 1995, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Mongolja - Lussemburgu” fl-Anness II;

Ftehim għal Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Olanda u l-Gvern tal-Mongolja ffirmat f’The Hague fid-9 ta’ Marzu 1995, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja - Olanda” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Mongolja dwar is-Servizzi tal-Ajru, iffirmat f’Ulan-Bator fis-26 ta’ Mejju 1989, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja – Polonja” fl-Anness II;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tal-Mongolja iffirmat f’Ulan-Bator fl-10 ta’ Lulju 1990, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja - Rumanija” fl-Anness II;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru, bejn il-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja u l-Gvern tal-Mongolja ffirmat f’Beijing fid-19 ta’ Ġunju 1997, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja - Żvezja” fl-Anness II;

Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru, bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Mongolja ffirmat f’Londra fl-1 ta’ Marzu 2000, minn hawn il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Mongolja - Renju Unit” fl-Anness II.

ANNESS II

Lista ta’ Artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Indikazzjoni minn Stat Membru:

L-Artikolu 3, paragrafu 5 tal-Ftehim Mongolja - Awstrija;

L-Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim Mongolja - Danimarka;

L-Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim Mongolja - Ġermanja;

L-Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim Mongolja - Ungerija;

L-Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim Mongolja - Lussemburgu;

L-Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim Mongolja - Olanda;

L-Artikolu 3, paragrafu 2 tal-Ftehim Mongolja - Polonja;

L-Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim Mongolja - Żvezja;

L-Artikolu 4, paragrafu 4 tal-Ftehim Mongolja - Renju Unit;

(b)

Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:

L-Artikolu 4 paragrafu 1(a) tal-Ftehim Mongolja - Awstrija;

L-Artikolu 4 paragrafu 1(a) tal-Ftehim Mongolja - Danimarka;

L-Artikolu 5 paragrafu 1 (a) tal-Ftehim Mongolja - Finlandja;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Mongolja - Ġermanja;

L-Artikolu 4 paragrafu 1(a) tal-Ftehim Mongolja - Ungerija;

L-Artikolu 4 paragrafu 1(a) tal-Ftehim Mongolja - Lussemburgu;

L-Artikolu 4, paragrafu 1(a) tal-Ftehim Mongolja - Olanda;

L-Artikolu 3, paragrafu 3 tal-Ftehim Mongolja - Polonja;

L-Artikolu 3, paragrafu 4(a) tal-Ftehim Mongolja - Rumanija;

L-Artikolu 4 paragrafu 1(a) tal-Ftehim Mongolja - Żvezja;

L-Artikolu 5, paragrafu 1(a) tal-Ftehim Mongolja - Renju Unit;

(c)

Sikurezza:

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Mongolja - Awstrija;

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Mongolja - Finlandja;

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Mongolja - Ġermanja;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Mongolja - Ungerija;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Mongolja - Lussemburgu;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Mongolja - Olanda;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Mongolja - Rumanija;

ANNESS III

Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika tal-Iżlanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c)

Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).


V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1245/2009

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

44,1

MA

76,0

TN

125,1

TR

69,3

ZZ

78,6

0707 00 05

MA

59,4

TR

102,6

ZZ

81,0

0709 90 70

MA

44,2

TR

98,1

ZZ

71,2

0709 90 80

EG

175,4

ZZ

175,4

0805 10 20

MA

56,0

TR

67,7

ZA

81,6

ZZ

68,4

0805 20 10

MA

78,3

TR

58,0

ZZ

68,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

52,1

IL

76,1

TR

71,9

ZZ

66,7

0805 50 10

TR

67,7

ZZ

67,7

0808 10 80

CA

99,8

CN

88,3

MK

22,6

US

91,1

ZZ

75,5

0808 20 50

CN

47,6

TR

97,0

US

168,6

ZZ

104,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1246/2009

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 63.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-18 ta’ Diċembru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

41,66

0,00

1701 11 90  (1)

41,66

2,41

1701 12 10  (1)

41,66

0,00

1701 12 90  (1)

41,66

2,11

1701 91 00  (2)

45,73

3,75

1701 99 10  (2)

45,73

0,62

1701 99 90  (2)

45,73

0,62

1702 90 95  (3)

0,46

0,24


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1247/2009

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament Bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Ftuħ

(1)

Fit-23 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) rċeviet ilment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

L-ilment tressaq skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (EUROMETAUX) (“l-ilmentatriċi”) f’isem produttur li jirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ wajers tal-molibdenu.

(3)

L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping u ta’ dannu materjali minn dan id-dumping li tqies li kienet suffiċjenti biex ikun iġġustifikat il-ftuħ ta’ proċediment.

(4)

Fis-8 ta’ April 2009, il-proċediment infetaħ bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ ftuħ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(5)

Il-Kummissjoni uffiċjalment informat lill-produtturi fir-RPĊ li jesportaw, lill-importaturi, lill-kummerċjanti, lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet fil-Komunità li kien magħruf li huma kkonċernati, lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-produttur Komunitarju li għamel l-ilment u lil produtturi Komunitarji oħrajn li kien magħruf li huma kkonċernati bil-ftuħ tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fl-iskadenza stipulata fl-avviż ta’ ftuħ. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ġew mismugħa.

(6)

Sabiex il-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES) jew għal trattament individwali (TI), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi Ċiniżi li jesportaw li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Grupp ta’ kumpaniji wieħed biss, li jikkonsisti f’Jinduicheng Molybdenum Co., Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Jinduicheng Molybdenum Mining Guangming Co., (“Jinduicheng group”), ippreżenta ruħu u talab TI.

(7)

Minħabba li kien jidher li kien hemm għadd kbir ta’ produtturi fir-RPĊ li jesportaw u ta’ importaturi u produtturi fil-Komunità, il-Kummissjoni indikat fl-avviż tal-bidu li jista’ jkun applikat it-teħid ta’ kampjuni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(8)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-importaturi Komunitarji magħrufa kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat.

(9)

Minħabba n-numru limitat ta’ risposti għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx neċessarju għall-produtturi Ċiniżi li jesportaw jew għall-importaturi Komunitarji.

(10)

Kwestjonarji speċifiċi ntbagħtu lill-partijiet kollha li kien magħruf li huma kkonċernati, jiġifieri l-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-produtturi Komunitarji, l-importaturi, il-kummerċjanti u l-utenti fil-Komunità. Ġew irċevuti risposti minn grupp wieħed ta’ produtturi li jesportaw mir-RPĊ, il-produttur Komunitarju li kien qed iressaq l-ilment, importatur/kummerċjant wieħed u utent wieħed.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa biex ikun iddeterminat b’mod provviżorju d-dumping, id-dannu li rriżulta u l-interess Komunitarju u wettqet verifiki fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi fir-RPĊ li jesportaw

Jinduicheng Group:

Jinduicheng Molybdenum Co., Ltd, Xi’an,

Jinduicheng Molybdenum Mining Guangming Co., Ltd, Zibo;

(b)

Produtturi fil-Komunità

Plansee Metall GmbH, Reutte, l-Awstrija;

(c)

Utent fil-Komunità

Praxair Surface Technologies Srl, Fornovo Taro, l-Italja.

(12)

Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi li jesportaw fir-RPĊ, li ħadd minnhom ma talab TES, saret verifika fil-bini tal-kumpanija li ġejja biex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-dejta tal-pajjiż analogu, f’dan il-każ l-Istati Uniti:

Global Tungsten & Powders Corp., Towanda.

1.3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(13)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Marzu 2005 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (il-“perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(14)

Il-prodott ikkonċernat huwa wajer tal-molibdenu, li fih minn tal-inqas 99,95 % tal-piż ta’ molibdenu, b’dimensjoni ta’ profil trasversali massimu li jaqbeż il-1,35 mm imma ma jaqbiżx l-4,0 mm, li joriġina fir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat” jew “wajer tal-molibdenu”), bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 8102 96 00.

(15)

Il-wajer tal-molibdenu jintuża prinċipalment fis-settur tal-karozzi għall-kisi tal-metalli permezz ta’ sprejjar termali ta’ partijiet tal-muturi li huma suġġetti għal tqagħbir qawwi, bħalma huma ċ-ċrieki tal-pistun, iċ-ċrieki tas-sinkronizzatur jew komponenti tat-trażmissjoni, biex tiżdied ir-reżistenza tagħhom kontra l-brix.

2.2.   Il-prodott simili

(16)

Ma nstabu ebda differenzi bejn il-prodott ikkonċernat u l-wajer tal-molibdenu prodott mill-industrija tal-Komunità u mibjugħ fuq is-suq Komunitarju. Minħabba li r-RPĊ hija ekonomija fi stat ta’ tranżizzjoni u li ebda esportatur ma talab TES, kif imsemmi fil-premessa (6), il-valur normali kellu jiġi stabbilit abbażi ta’ informazzjoni miksuba f’ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz, l-Istati Uniti. Skont l-informazzjoni disponibbli, il-wajer tal-molibdenu prodott u mibjugħ fuq is-suq domestiku tal-Istati Uniti kif ukoll wajer tal-molibdenu esportat mill-Istati Uniti lejn swieq oħrajn, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi bħall-wajer tal-molibdenu prodott fir-RPĊ u esportat lejn il-Komunità.

(17)

Għaldaqstant qed jiġu provviżorjament konkluż li t-tipi kollha ta’ wajer tal-molibdenu huma simili fil-kuntest tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   It-trattament tal-ekonomija tas-suq (TES)

(18)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta’ antidumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali gћal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku gћandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafu minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi.

(19)

Madankollu, kif spjegat fil-premessa (6) hawn fuq, il-Jinduicheng group talab biss Trattament Individwali (“TI”). Għaldaqstant dawn il-kriterji ma kinux investigati.

3.2.   It-trattament individwali (TI)

(20)

Bħala regola ġenerali, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju applikat għal pajjiż kollu, jekk ikun hemm, jiġi stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li jissodisfaw il-kriterji kollha msemmija fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk jikkwalifikaw biex jingħataw it-TI.

(21)

Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji qed ikunu elenkati f’forma mqassra hawn taħt:

(a)

Fil-każ ta’ kumpaniji jew impriżi konġunti bi sjieda totali jew parzjali barranija, l-esportaturi huma liberi biex jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

(b)

Il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u termini tal-bejgħ huma ddeterminati b’mod liberu;

(c)

Il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. Uffiċjali statali fuq il-bord tad-Diretturi jew li jokkupaw pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu f’minorità jew għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed minn interferenza mill-Istat;

(d)

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq;

(e)

L-interferenza mill-Istat mhijiex tali li tippermetti evażjoni tal-miżuri jekk esportaturi individwali jingħataw rati ta’ dazju differenti.

(22)

Fir-rigward tal-kriterju (c), instab li l-kumpanija li hija s-sid, Jingduicheng Molybdenum Co., Ltd, kienet proprjetà tal-Istat. Irriżulta li matul il-PI 20 % biss tal-ishma kienu jappartjenu lil persuni privati u li dawn l-ishma kienu jirrappreżentaw 2,4 % biss tad-drittijiet tal-vot. Il-bqija tat-80 % tal-ishma, b’97,6 % tad-drittijiet tal-vot, kienu jappartjenu lil intrapriżi li kienu proprjetà tal-Istat.

(23)

Abbażi tas-sejbiet ta’ hawn fuq, kien stabbilit b’mod provviżorju li l-Jinduicheng group ma setax jingħata TI kif stipulat fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

3.3.   Il-valur normali

(24)

Fl-avviż ta’ ftuħ, kien maħsub li tintuża l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu. Produttur mill-Istati Uniti, Global Tungsten & Powders Corp (“Global Tungsten”), qabel li jikkoopera u pprovda l-informazzjoni kollha neċessarja bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ. Il-Jinduicheng group ikkontesta din l-għażla u ppropona produtturi li jinsabu fil-Messiku u fl-Indja. Madankollu, il-kumpaniji li kien ikkuntattjati jew irrifjutaw li jikkooperaw, bħal fil-każ tal-Indja, jew indikaw li ma kinux jipproduċu l-prodott simili. Għalhekk l-Istati Uniti kienet ikkonfermata bħala pajjiż analogu adegwat għall-iskop li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ.

(25)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi nnotat li minħabba li l- produttur tal-pajjiż analogu għamel biss bejgħ marġinali fuq is-suq domestiku tal-Istati Uniti, instab li ma kienx raġonevoli li jintużaw tali dejta ta’ bejgħ għall-għan li jiġi ddeteminat jew kostrutt il-valur normali.

3.4.   Il-Prezz tal-Esportazzjoni

(26)

Kif spjegat fil-premessa (9), grupp ta’ kumpaniji wieħed biss, il-Jinduicheng group, li jirrappreżenta bejn 60 u 75 % (3) tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għall-Komunità, ikkoopera mal-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, dan il-livell ta’ kooperazzjoni kien ikkunsidrat bħala baxx wisq. Konsegwentament, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet għall-produtturi Ċiniżi kollha kienu stabbiliti b’mod provviżorju abbażi taċ-ċifri rappurtati mill-grupp li kkoopera, ikkumplimentati bid-dejta tal-Eurostat dwar l-importazzjonijet, u aġġustati b’mod adattat kif spjegat fil-premessa (34) hawn taħt.

3.5.   Il-paragun

(27)

Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ex xogħlijiet. Biex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, saru aġġustamenti għad-differenzi fil-prezz tat-trasport, spejjeż tal-ġarr bil-baħar u spejjeż tal-assigurazzjoni, tqandil, spejjeż anċillari u tat-tagħbija u tassazzjoni indiretta fejn applikabbli u ġġustifikata.

3.6.   Il-marġini tad-dumping

(28)

Kif spjegat fil-premessa (23) hawn fuq, il-Jinduicheng group ma ssodisfax l-obbligi tat-TI kif stipulat fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Konsegwentament, kien stabbilit marġini tad-dumping għar-RPĊ kollha.

(29)

Fuq din il-bażi l-livell ta’ dumping għar-RPĊ kollha ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 68,4 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas.

4.   DANNU

4.1.   Il-produzzjoni Komunitarja

(30)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li kien hemm żewġ produtturi fil-Komunità li jipproduċu l-prodott simili għas-suq maqbud. Produttur wieħed esprima pożizzjoni newtrali fir-rigward ta’ dan il-proċediment u pprovda dejta ġenerali dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tiegħu. Il-produttur l-ieħor, li f’ismu tressaq l-ilment, ikkoopera b’mod sħiħ mal-investigazzjoni u pprovda tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju. Għaldaqstant, sabiex titħares l-informazzjoni kunfidenzjali tan-negozji ta’ dak il-produttur, iċ-ċifri kollha relatati ma’ dejta sensittiva mogħtija hawn taħt ġew indiċjati jew mogħtija bħala medda. Iċ-ċifri fil-paranteżi jirreferu għal ċifri negattivi.

(31)

Fid-dawl tal-paragrafu preċedenti, il-volum tal-produzzjoni Komunitarja għall-finijiet tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku nħadem billi ngħaddu flimkien il-produzzjoni tal-produttur Komunitarju li kkoopera b’mod sħiħ mal-volum tal-produzzjoni tal-produttur Komunitarju l-ieħor.

4.2.   Id-definizzjoni ta’ industrija tal-Komunità

(32)

L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-produttur Komunitarju li kkoopera b’mod sħiħ fl-investigazzjoni kienet tirrappreżenta aktar minn 80 % tal-wajer tal-molibdenu prodott fil-Komunità matul il-PI. Għaldaqstant kien ikkunsidrat li din il-kumpanija kienet tikkwalifika biex tikkostitwixxi l-industrija Komunitarja għall-finijiet tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

(33)

Minħabba li l-produttur Komunitarju juża sena fiskali mill-1 ta’ Marzu sat-28 ta’ Frar tas-sena sussegwenti, id-dejta kollha ta’ hawn taħt hija ppreżentata għas-snin fiskali (“SF”) pjuttost milli għal snin kalendarji (pereżempju SF2005 tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2004 sat-28 ta’ Frar 2005). Madankollu, id-dejta użata fl-IP, kif imsemmi fil-premessa (13), tkopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009. Id-dejta dwar l-importazzjonijiet ġiet stabbilita fuq l-istess bażi.

4.3.   Il-konsum Komunitarju

(34)

Il-konsum Komunitarju kien stabbilit billi ngħaddew flimkien il-volum totali ta’ bejgħ tal-produtturi fil-Komunità u l-importazzjonijiet kollha minn pajjiżi terzi miġbura mill-Eurostat. Huwa mfakkar li l-kodiċi NM li taħtu huwa ddikjarat il-prodott ikkonċernat jinkludi wkoll prodotti oħra minbarra dak ikkonċernat. Fin-nuqqas ta’ statistika speċifika dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, id-dejta tal-Eurostat kienu aġġustati skont il-metodu ssuġġerit fl-ilment. Dan il-metodu nstab li kien kredibbli biex tinkiseb dejta dwar il-prodott ikkonċernat.

(35)

Id-dejta deskritta fit-Tabella 1 turi li d-domanda għall-prodott ikkonċernat fil-Komunità naqset b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din żdiedet b’4 % sal-2008, u wara niżlet b’konsegwenza tal-kriżi ekonomika, u affettwat b’mod partikolari s-settur tal-karozzi.

Tabella 1

Konsum Kommunitarju

2005

2006

2007

2008

PI

Tunnellati metriċi

397

405

412

411

358

Indiċi

100

102

104

104

90

Sors: Eurostat, dejta tal-ilment u risposti għall-kwestjonarju.

4.4.   L-importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ

4.4.1.   Volum u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet

(36)

Għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (34) hawn fuq, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat kien ibbażat fuq dejta mill-Eurostat, aġġustati skont il-metodu ssuġġerit fl-ilment. Abbażi ta’ dan, l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienet din li ġejja:

Tabella 2

 

2005

2006

2007

2008

PI

Volumi (tunnellati metriċi)

36

65

69

116

97

Indiċi

100

181

192

322

269

Sehem tas-suq

 

 

 

 

 

Indiċi

100

176

184

310

297

Prezzijiet (EUR/tunnellata metrika)

46 712

62 644

56 236

53 019

50 892

Indiċi

100

134

120

114

109

Sors: Eurostat, dejta tal-ilment.

(37)

L-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti minn 36 tunnellata metrika fl-2005 għal 116-il tunnellata metrika fl-2008, jiġifieri b’aktar minn tliet darbiet. Wara l-livell massimu li ntlaħaq fl-2008, dawn l-importazzjonijet naqsu fil-PI b’mod konformi mal-evoluzzjoni tal-konsum Komunitarju. Madankollu, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping fis-suq Komunitarju kważi ttrippla bejn l-2005 u l-PI.

(38)

Il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ kien fl-aktar livell baxx tiegħu fl-2005. Dan laħaq massimu fl-2006 u wara naqas progressivament b’19 % bejn l-2006 u l-PI.

4.4.2.   Tnaqqis sostanzjali fil-prezz

(39)

Għall-finijiet tal-analiżi tat-tnaqqis sostanzjali fil-prezz, il-prezzijiet medji mwieżna tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati għal-livell ex-xogħlijiet, kienu mqabbla mal-prezzijiet medji mwieżna tal-importazzjonijet mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustament adegwat għal spejjeż u dazji doganali ta’ wara l-importazzjoni.

(40)

Il-paragun wera li matul il-perjodu tal-PI l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqqsu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja, b’minn 30 sa 35 %, meta espressi bħala perċentwal ta’ dawn tal-aħħar.

4.5.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja

4.5.1.   Kummenti preliminari

(41)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Komunità kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal valutazzjoni tal-istat tal-industrija Komunitarja mill-2005 sat-tmiem tal-PI.

4.5.2.   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

Tabella 3

 

2005

2006

2007

2008

PI

Indiċi tal-produzzjoni

100

98

96

73

67

Indiċi tal-kapaċità

100

100

100

100

100

Indiċi tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità

100

98

96

73

67

Sors: Risposta għall-kwestjonarju.

(42)

Kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq, il-produzzjoni tal-industrija Komunitarja naqset progressivament bi 33 % matul il-perjodu kkunsidrat b’konformità ma’ żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi b’aktar minn tliet darbiet matul l-istess perjodu. Fl-ewwel stadju, bejn l-2005 u l-2008 il-produzzjoni tal-industrija Komunitarja tnaqqset b’27 %. Din ix-xejra ta’ tnaqqis kienet ikkonfermata bejn l-2008 u l-PI meta l-produzzjoni niżlet bi 8 % addizzjonali.

(43)

Minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet l-istess xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.3.   Volum ta’ bejgħ, sehem tas-suq, tkabbir u prezzjijiet medji tal-unità fil-Komunità

(44)

Iċ-ċifri ta’ hawn taħt jirrapreżentaw il-bejgħ tal-industrija Komunitarja lil klijenti indipendenti fil-Komunità f’forma indiċjata.

Tabella 4

 

2005

2006

2007

2008

PI

Indiċi tal-volum tal-bejgħ fis-suq Komunitarji

100

99

92

75

68

Indiċi tas-sehem tas-suq

100

97

89

72

76

Indiċi tal-prezzijiet medji tal-bejgħ

100

86

96

95

92

Sors: Risposta għall-kwestjonarju.

(45)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja lil klijenti indipendenti fuq is-suq Komunitarju naqas b’mod sinifikanti bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien ħafna akbar mit-tnaqqis fil-konsum (– 10 %) matul l-istess perjodu. Konsegwentament l-industrija Komunitarja tilfet ukoll sehem sostanzjali tas-suq fl-istess perjodu.

(46)

Prezzijiet medji ex-xogħlijiet tal-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Komunità segwew tendenza ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. Matul dan il-perjodu, ġiet osservata żieda żgħira fl-2007 b’paragun mal-2006, b’mod konformi maż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima f’dik is-sena partikolari, u sussegwentement il-prezzijiet tal-bejgħ reġgħu naqsu. B’mod ġenerali l-industrija Komunitarja kellha tbaxxi l-prezzijiet medji tal-bejgħ tagħha fuq is-suq Komunitarju bi 8 %.

4.5.4.   Ħażniet

(47)

Iċ-ċifri ta’ hawn taħt jirreferu għall-volum tal-ħażniet fl-aħħar ta’ kull perjodu.

Tabella 5

 

2005

2006

2007

2008

PI

Indiċi tal-ħażniet

100

179

72

253

233

Sors: Risposta għall-kwestjonarju.

(48)

Il-ћażniet żdiedu b’133 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrifletti d-diffikultà li dejjem qed tiżdied tal-industrija biex tbigћ il-prodotti tagћha fis-suq tal-Komunità. It-tnaqqis fil-ħażniet osservat bejn l-2006 u l-2007 segwa t-tendenza tal-konsum Komunitarju matul l-istess perjodu.

4.5.5.   Impjiegi, salarji u produttività

(49)

L-evoluzzjoni tal-impjiegi, s-salarji u l-produttività kienet kif ġej.

Tabella 6

 

2005

2006

2007

2008

PI

Impjiegi - ekwivalwenti għal full-time (FTE) Indiċi

100

109

100

73

68

Spejjeż tax-xogħol (EUR/FTE) Indiċi

100

106

109

106

106

Indiċi tal-produttività

100

90

96

100

98

Sors: Risposta għall-kwestjonarju.

(50)

L-industrija Komunitarja naqqset drastikament in-numru ta’ ħaddiema tagħha bejn l-2005 u l-PI. Dan kien ir-riżultat tat-tnaqqis kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-isforzi mwettqa mill-industrija Komunitarja biex tkabbar l-effiċjenza fil-produzzjoni u tagħti spinta lill-produttività. Ir-riżultati ta’ dan il-proċess ta’ tkabbir fl-effiċjenza kien għalhekk rifless fil-produttività li kient pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

(51)

Il-livelli medji tas-salarji wrew żieda fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat iżda mbagħad tbaxxew bejn l-2007 u l-PI.

4.5.6.   Profitt u fluss ta’ flus

(52)

Il-livelli tal-profitt u likwidità mill-bejgħ ta’ wajer tal-molibdenu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tas-sena 2007.

Tabella 7

 

2005

2006

2007

2008

PI

Indiċi tal-profitt

(100)

(214)

190

(117)

(151)

Indiċi tal-likwidità

(100)

(344)

838

(41)

(97)

Sors: Risposta għall-kwestjonarju.

(53)

Il-profitt mar għall-agħar b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2007 u l-PI, meta laħaq l-aktar livell baxx tiegħu. L-investigazzjoni indikat li t-titjib fil-profitt fl-2007 kienet mabut mal-iżvilupp pożittiv fil-konsum Komunitrarju, l-isforzi tal-industrija Komunitarja għat-tkabbir fl-effiċjenza u li l-industrija Komunitarja rnexxielha żżid il-prezzjijiet tal-bejgħ tagħha f’dik is-sena.

(54)

Ix-xejra tal-likwidità, li hija l-kapaċità tal-industrija biex tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, kienet fil-biċċa l-kbira tirrifletti l-evoluzzjoni tal-profitt. B’mod ġenerali, l-investigazzjoni wriet li l-likwidità marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.7.   L-investimenti, il-qligħ fuq l-investimenti u l-ћila li jiżdied il-kapital

(55)

Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, l-industrija Komunitarja investiet b’mod sinifikanti fis-settur tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, mill-2006 ‘il quddiem, l-investimenti kellhom jitnaqqsu.

(56)

L-investigazzjoni wriet li l-ħila tal-industrija Komunitarja biex iżżid il-kapital segwiet l-istess xejra tal-profitt tagħha.

Tabella 8

 

2005

2006

2007

2008

PI

Indiċi tal-Investmenti

100

41

6

5

6

Indiċi tal-qligħ fuq l-investimenti

(100)

(102)

158

(87)

(106)

Sors: Risposta għall-kwestjonarju.

4.5.8.   Daqs tal-marġini tad-dumping

(57)

Il-marġini tad-dumping ikkonstatat, indikat hawn fuq fil-premessa (32), kien ogħla mil-livell de minimis b’mod sinifikanti. Barra dan, minħabba li l-volum u l-prezz tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping b’mod partikolari matul il-perjodu tal-PI, l-impatt tal-maġini attwali tad-dumping fuq is-suq Komunitarju ma setax jitqies bħala negliġibbli.

4.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(58)

Bejn l-2005 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdied b’aktar minn 150 %, u laħaq sehem tas-suq ta’ 27,0 % sat-tmiem tal-perjodu kkunsidrat. Matul il-PI, l-importazzjoni mir-RPĊ bi prezzijiet baxxi u li kienu l-oġġett ta’ dumping kienu qed inaqqsu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità. Il-medja mwieżna tat-tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet laħqet massimu li tvarja bejn 30 u 35 % matul il-PI.

(59)

Matul l-istess perjodu, filwaqt li l-konsum Komunitarju naqas b’10 %, il-volum tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja naqas bi 32 %. Is-sehem tas-suq tiegħu niżel bi 17-il punt perċentwali u l-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu kellhom jitnaqqsu bi 8 % biex jiġi mnaqqas it-telf fil-bejgħ u s-sehem tas-suq.

(60)

Konsegwentement, il-qagħda tal-industrija Komunitarja marret għall-agħar b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni naqset bi 33 %, l-istess bħall-utilizzazzjoni tal-kapaċità, u laħqet livell baxx ħafna fil-PI u l-livell tal-ħażniet żdied b’aktar mid-doppju. Id-deterjorament tal-qagħda tal-industrija Komunitarja fil-perjodu kkunsidrat kienet ikkonfermata wkoll mill-iżvilupp negattiv fil-profitt, il-likwidità, l-impjiegi u l-investimenti.

(61)

Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ‘il fuq, kien konkluż b’mod provviżorju li l-industrija Komunitarja ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(62)

Skont l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping ikkawżawx dannu lill-industrija Komunitarja sa punt li jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi oħra magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess ħin jikkaġunaw ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll sabiex ikun żgurat li l-ħsara li setgħet ġiet ikkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

5.2.   L-effetti tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping

(63)

Id-deterjorament fil-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja seħħ fl-istess żmien maż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping. Il-volum tagħhom kiber b’aktar minn 150 % bejn l-2005 u l-PI u s-sehem tas-suq tagħhom kważi ttrippla matul il-perjodu kkunsidrat. F’dak il-perjodu, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja naqsu b’mod konsiderevoli bi 32 %. Fl-istess żmien intilfet parti sinifattiva tas-sehem tas-suq u kważi l-indikaturi kollha l-oħra ta’ dannu, bħalma huma l-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-investimenti, il-profitt, il-likwidità u l-impjiegi wrew xejriet sinifikanti ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat.

(64)

Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping żdiedu fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, dawn baqgħu jinżlu b’mod kostanti u sinifikanti b’19 % fil-bqija tal-perjodu. Minkejja li l-industrija Komunitarja baxxiet il-prezzijiet tagħha bi 8 %, l-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping baqgħu kostantament taħt il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja, u naqqsuhom b’mod sostanzjali b’bejn 30 u 35 % matul il-PI.

(65)

Fil-kuntest tal-qagħda ekonomika negattiva, b’mod partikolari matul il-PI, marbuta mal-kriżi ekonomika li partikolarment laqtet lill-industrija tal-karozzi, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja naqsu b’mod konsiderevoli bi tliet darbiet aktar mill-konsum Komunitarju. Dan wassal għal tnaqqis sinifikanti fis-sehem tas-suq li ntrebaħ kollu mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Fl-istess żmien il-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqsu f’daqqa wkoll u l-ħażniet telgħu b’mod drammatiku b’aktar minn 100 %.

(66)

Għaldaqstant kien ikkunsidrat li fil-kuntest ekonomiku negattiv, il-volum għoli ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping kellhom impatt sinifikanti negattiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja matul il-PI.

5.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

(67)

Il-fatturi l-oħra eżaminati fl-analiżi tal-kawżalità kienu l-iżvilupp tal-konsum Komunitarju, l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-industrija Komunitarja, u b’mod partikolari l-prezzijiet tal-materja prima (Moly-Oxide), il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tagħha u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodi kkunsidrat.

5.3.1.   Żvilupp tad-domanda

(68)

L-investigazzjoni wriet li d-domanda fis-suq Komunitarju naqset b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-ewwel stadju l-konsum żdied b’4 % bejn l-2005 u l-2008 u mbagħad, fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u l-impatt tagħha fuq is-settur tal-karozzi, naqas b’14 % bejn l-2008 u l-PI.

(69)

Kif spjegat fil-premessa (65) hawn fuq, meta l-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja naqsu konsiderevolment aktar (– 32 %) mill-konsum Komunitarju (– 10 %). Is-sehem tas-suq kollu mitluf mill-industrija Komunitarja ntrebaħ mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk, l-evoluzzjoni negattiva tal-konsum ma tistax tispjega d-deterjorament drammatiku fil-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja matul il-PI.

5.3.2.   Prezzijiet tal-materja prima fis-suq Komunitarju

(70)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija Komunitarja rnexxielha tnaqqas l-ispejjeż tal-unità tagħha b’6 %. Għandu jiġi nnotat li l-prezz tal-Moly-Oxide, il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, wera xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-qagħda ekonomika negattiva u t-telf finanzjarju mġarrab matul il-PI ma jistgħux jiġu attribwiti għal żidiet fl-ispejjeż imma pjuttost għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ (– 8 %) fil-perjodu.

5.3.3.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja

(71)

L-investigazzjoni tad-dannu ffokat fuq l-analiżi tal-qagħda tal-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità, li huwa s-suq prinċipali ta’ dik l-industrija. L-analiżi tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tagħha bħala fattur li seta’ ikkaġuna ħsara wriet li l-bejgħ bl-esportazzjoni li sar mill-industrija Komunitarja baqa’ relattivament modest matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-bejgħ totali tagħha matul il-PI.

Tabella 9

 

2005

2006

2007

2008

PI

Indiċi tal-volumi ta’ bejgħ b’esportazzjoni

100

88

105

50

45

Indiċi tal-prezzijiet medji tal-bejgħ b’esportazzjoni

100

89

86

93

91

Sors: Risposta għall-kwestjonarju.

(72)

Anki jekk kien hemm xejra ta’ tnaqqis fil-bejgħ bl-esportazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat b’konformità mal-qagħda negattiva madwar id-dinja kollha fis-settur tal-karozzi mill-2008, is-suq Komunitarju kien minn dejjem is-suq prinċipali tal-industrija Komunitarja. Għalhekk, kwalunkwe impatt negattiv tat-tnaqqis fil-volumi tal-esportazzjoni fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja seta’ jkun biss negliġibbli.

5.3.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(73)

In-numru ta’ produtturi ta’ wajer tal-molibdenu huwa limitat ħafna fid-dinja kollha. Minbarra r-RPĊ, is-sors prinċipali ta’ importazzjonijiet ġewwa l-Komunità huwa l-Istati Uniti. Barra dan kien hemm importazzjonijiet negliġibbli mill-Indja u l-Ġappun matul il-perjodu kkunsidrat.

(74)

Abbażi tad-dejta tal-esportazzjoni mibgħuta mill-uniku produttur fl-Istati Uniti tal-prodott simili, li kkoopera mal-investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodott ikkonċernat kienu jirrappreżentaw bejn 15 sa 20 % tas-suq Komunitarju matul il-PI imma b’mod ġenerali dawn l-importazzjonijiet naqsu b’21 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis prinċipali, li laħaq massimu ta’ 17 %, seħħ bejn l-2008 u l-PI. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità d-dejta fit-Tabella 9 hawn taħt hija ppreżentata f’forma indiċjata.

Tabella 10

L-Istati Uniti

2005

2006

2007

2008

PI

Indiċi tal-importazzjonijiet (tunnellati)

100

67

81

96

79

Indiċi tas-sehem tas-suq

100

66

78

92

88

Il-prezz medju tal-importazzjoni Indiċi

100

91

81

87

84

Sors: Dejta tal-uniku esportatur tal-Istati Uniti.

(75)

L-investigazzjoni wriet ukoll li matul il-PI, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti mhux biss kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet ta’ importazzjonijiet Ċiniżi li kienu l-oġġett ta’ dumping, imma kienu fl-istess medda tal-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja, li jissuġġerixxi li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti setgħu kienu affetwati wkoll mill-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu l-oġġett ta’ dumping. Għaldaqstant kwalunkwe impatt negattiv tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti fuq is-suq Komunitarju ma kinux tali li tinbidel l-opinjoni li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kienu l-kawża tad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità.

5.3.5.   Produttur ieħor fil-Komunità

(76)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, deher li l-produttur Komunitarju l-ieħor kellu bejgħ limitat fis-suq Komunitarju. Għaldaqstant, il-preżenza ta’ dak il-produttur fis-suq Komunitarju ma setgħetx tkun il-kawża tad-dannu li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

5.4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(77)

Id-dannu li ġarrbet l-industrija Komunitarja mmaterjalizza prinċipalment fil-forma ta’ telf fil-produzzjoni, fil-volumi tal-bejgħ u fis-sehem tas-suq. It-telf ta’ ekonomiji tal-iskala minħabba utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità wassal għal qagħda ekonomika ġeneralment negattiva għall-industrija Komunitarja. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping ġiegħlet lill-industrija Komunitarja biex tbaxxi l-prezzijiet tagħha bi 8 % u għalhekk dgħajfet il-qagħda finanzjarja tagħha b’mod partikolari matul il-PI.

(78)

Id-deterjorament tal-qagħda tal-industrija Komunitarja seħħ fl-istess żmien taż-żieda drastika fil-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ bi prezzijiet li kostantament naqqsu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja. Dan jispjega għalfejn l-importazzjonijiet Ċiniżi ggwadanjaw sehem tas-suq konsiderevoli fuq is-suq Komunitarju.

(79)

L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkaġunaw dannu lill-industrija Komunitarja wera li ebda minnhom ma seta’ kellu xi impatt negattiv sinifikanti fuq dik l-industrija u ma setax ikun suffiċjenti biex tinbidel l-opinjoni li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kienu l-kawża tas-sitwazzjoni ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità matul il-PI.

(80)

Abbażi tal-analiżi t’hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u sseparat l-effetti tal-fatturi l-oħra kollha magħrufa dwar il-qagħda tal-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, kien konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità fit-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

6.   INTERESS TAL-KOMUNITÀ

6.1.   Osservazzjoni preliminari

(81)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk kinux jeżistu raġunijiet b’saħħithom li setgħu jwasslu biex jiġi konkluż li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li jiġu imposti miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-importaturi u l-kummerċjanti kollha li ssemmew fl-ilment. Risposti għall-kwestjonarji kienu rċevuti mingħand kummerċjant wieħed u utent wieħed.

(82)

Abbażi tal-informazzjoni rċevuta mill-partijiet li kkooperaw, intlaħqu l-konklużjonijiet provviżorji li ġejjin.

6.2.   L-interessi tal-industrija Komunitarja

(83)

Il-wajer tal-molibdenu huwa prodott kruċjali fin-negozju kollu tal-produttur li ressaq l-ilment. Huwa essenzjalment negozju ta’ volum fejn huma meħtieġa volumi suffiċjenti biex isostnu l-produzzjoni ta’ aktar prodotti b’valur miżjud fl-istess katina ta’ produzzjoni, użati pereżempju fl-industrija tat-tidwil. In-negozju ta’ volum huwa essenzjalment meħtieġ biex iżomm baxxi l-ispejjeż fissi tal-unità.

(84)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ dazji tal-antidumping ikollu impatt negattiv ulterjuri fuq in-negozju tal-wajer tal-molibdenu u jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn l-importazzjonijiet Ċiniżi jimbuttaw lill-industrija Komunitarja ‘l barra mis-suq fir-rigward tal-wajer tal-molibdenu.

(85)

Huwa kkunsidrat li l-impożizzjoni tal-miżuri proposti jippermettu li l-industrija Komunitarja żżid il-volumi tal-produzzjoni, tirbaħ lura mill-ġdid parti mis-suq mitluf għall-benefiċċju tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u għaldaqstant tirkupra mid-dumping dannuż.

(86)

B’konklużjoni, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji tal-antidumping ikunu jippermettu li l-industrija Komunitarja tikseb il-vijabilità tan-negozju tagħha tal-wajer tal-molibdenu u konsegwentament is-settur kollu li jiddependi fuq l-eżistenza ta’ dan il-prodott essenzjali.

6.3.   L-interess tal-importaturi, il-kummerċjanti u l-utenti fil-Komunità

(87)

Minkejja li kienu kkuntattjati bosta partijiet, inklużi assoċjazzjonijiet ta’ importaturi u utenti u kumpaniji individwali, il-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx wisq.

(88)

L-investigazzjoni wriet li hemm kummerċjanti li jiksbu l-wajer tal-molibdenu jew mill-industrija Komunitarja jew mill-produtturi Ċinizi u jbiegħuh mill-ġdid direttament lill-industrija tal-karozzi. Xi operaturi oħrajn jipprovdu servizzi lill-industrija tal-karozzi. Ta’ min jinnota li ma kienx hemm utent wieħed fl-industrija tal-karozzi li ppreżenta ruħu fl-investigazzjoni. Dan deher li jappoġġja l-affermazzjoni tal-industrija Komunitarja li s-sehem tal-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat mill-ispejjeż totali tal-industrija tal-karozzi huwa estremament baxx.

(89)

Intbagħtu kwestjonarji lit-tliet importaturi magħrufa msemmija mill-ilmentatur. Filwaqt li importatur wieħed iddikjara b’mod espliċitu li ma xtaqx jipparteċipa fl-investigazzjoni, importatur ieħor ma għamel ebda reazzjoni għat-talba tagħna. Kummerċjant wieħed biss, li jinsab fil-Ġermanja, ippreżenta ruħu u pprovda kooperazzjoni.

(90)

Intbagħtu wkoll kwestjonarji lit-18-il utent imsemmija mill-ilmentatur. Madankollu utent wieħed biss, li jinsab l-Italja, li kien ikopri bejn 35 u 50 % tal-importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu mir-RPĊ matul il-PI, ikkoopera fl-investigazzjoni.

(91)

Fir-rigward tal-interessi tal-importaturi u kummerċjanti, skont id-dejta pprovduta mill-kummerċjant li wera kooperazzjoni, dan ġab il-wajers tal-molibdenu esklużivament mingħand produtturi Komunitarji. Għalhekk, l-impożizzjoni tal-miżuri proposti ma għandhiex taffettwa l-attivitajiet tiegħu.

(92)

Il-livell baxx ta’ interess muri mill-importaturi u l-kummerċjanti Komunitarji tal-prodott ikkonċernat kien jindika li l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji proposti tal-antidumping ma kienx se jkollha impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet tagħhom.

(93)

Fir-rigward tal-utent li wera kooperazzjoni u li jinsab fl-Italja, l-investigazzjoni wriet li dan kien jimporta volumi kbar ta’ wajers tal-molibdenu mir-RPĊ. Din il-kumpanija tipprovdi servizzi ta’ kisi prinċipalment għall-industrija tal-karozzi. In-negozju li jinvolvi l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta bejn 15 u 25 % tal-bejgħ totali tiegħu.

(94)

Għalhekk aktarx li l-impożizzjoni tad-dazju provviżorju tal-antidumping propost iżżid l-ispejjeż tad-diviżjoni tal-kisi ta’ dak l-utent. Madankollu dan ma jkollux impatt sinifikanti fuq il-profitt ġenerali tal-kumpanija. Fix-xenarju tal-agħar sitwazzjoni, jekk wieħed jassumi li dan l-utent ma jkunux kapaċi jgħaddi xi parti miż-żieda fl-ispejjeż lill-klijenti tiegħu, il-profitt miksub matul il-perjodi tal-PI fil-livell tad-diviżjoni jsir kemxejn negattiv, u fil-livell ta’ kumpanija, il-profitt miksub matul il-PI jitnaqqas bi ftit punti perċentwali.

(95)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq jidher ċar li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping ikollha impatt negattiv fuq id-diviżjoni tal-kisi ta’ dan l-utent speċifiku li qed iġib il-prodotti tiegħu esklużivament mir-RPĊ. Madankollu, minħabba li dan l-utent għandu pożizzjoni b’saħħitha f’dan in-negozju speċjalizzat, f’termini ta’ fiduċja u sigurtà tal-provvisti lejn il-klijenti tiegħu, huwa għandu jkun f’pożizzjoni li jgħaddi mill-anqas parti miż-żieda fl-ispejjeż lill-klijenti tiegħu u/jew jixtri l-wajers tal-molibdenu minn sorsi oħrajn. Dan inaqqas parti mill-impatt negattiv tal-miżuri proposti.

(96)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, kien provviżorjament konkluż li, meta wieħed iqis kollox, l-effett tal-miżuri antidumping ma jkollux impatt negattiv sinifikanti fuq il-qagħda ġenerali tal-utenti tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità.

6.4.   Il-kompetizzjoni u l-effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ

(97)

L-investigazzjoni wriet li hemm numru limitat ta’ operaturi li jipproduċu u jbiegħu l-prodott ikkonċernat mad-dinja kollha. Għalhekk kien eżaminat jekk hemmx xi riskju li l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping tista’ twassal għal effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ fis-suq Komunitarju u b’mod partikolari nuqqas fil-provvista. Anki jekk huwa probabbli li l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-molibdenu Ċiniżi jonqsu mal-impożizzjoni tal-miżuri antidumping, jidher li ma jkun hemm ebda riskju ta’ xi nuqqas fis-suq Komunitarju minħabba li l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja għandha kapaċità ħielsa li tissodisfa d-domanda tas-suq. Barra dan jeżistu xi sorsi alternattivi ta’ provvisti, bħalma huma l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti.

(98)

Billi d-dazju tal-antidumping propost għandu jistabbilixxi mill-ġdid livell ta’ kompetizzjoni ġusta, jista’ ikun mistenni li l-produtturi Ċiniżi li jesportaw ikunu jistgħu jkomplu jbiegħu l-wajer tal-molibdenu fil-Kommunità, għalkemm bi prezzijiet li ma jagħmlux ħsara.

(99)

Min-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri antidumping, kif spjegat fil-premessa (86) hawn fuq, l-industrija Komunitarja ma tkunx kapaċi ssostni aktar telf fil-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq prinċipali tagħha. Għalhekk is-sopravivenza tagħha f’settur li jmur lil hinn mill-prodott simili jkun f’riskju. Minħabba li l-industrija Komunitarja tissupplixxi aktar minn 50 % tas-suq Komunitarju, ikunu hemm probabbiltà kbira li l-għajbien tagħha jwassal għal skarsezza tal-wajer tal-molibdenu fis-suq Komunitarju, tal-inqas sal-punt meta l-importazzjonijiet ikunu ħadu post il-bejgħ tal-industrija Komunitarja.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Kommunitarju

(100)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, qed jiġi konkluż provviżorjament li b’mod ġenerali, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess Komunitarju, ma hemmx raġunijiet konvinċenti gћaliex ma gћandhomx jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-RPĊ.

7.   MIŻURI PROVVIŻORJI TA’ ANTIDUMPING

7.1.   Il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu

(101)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, id-dannu riżultanti, il-kawżalita u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping.

(102)

Bl-iskop li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn id-dazji, ġew ikkunsidrati l-marġini ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija Komunitarja.

(103)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fil-Komunità. Huwa mfakkar li s-sena 2007 kienet sena matul il-perjodu kkunsidrat meta l-industrija Komunitarja għamlet profitt. Għalhekk, il-marġini tal-qligħ qabel it-taxxa użat għal dan il-kalkolu kien fil-limiti ta’ 0-5 %, fuq il-bażi tal-profitt miksub fis-sena msemmija. Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jagћmilx dannu għal-prodott simili gћall-industrija tal-Komunità.

(104)

Iż-żieda neċessarja fil-prezz kienet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ paragun bejn il-prezz medju mwieżen tal-importazzjonijiet, aġġustat għall-ispejjeż u d-dazji doganali ta’ wara l-importazzjoni, kif kien stabbilit għall-kalkoli tat-tnaqqis sostanzjali fil-prezz, mal-prezz li ma jagħmilx dannu tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan il-paragun kienet imbagħad espressa bħala perċentwal tal-valur totali tal-importazzjoni.

7.2.   Miżuri provviżorji

(105)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ‘il fuq, huwa meqjus li skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dazju tal-antidumping provviżorju għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fuq il-livell tal-anqas mill-marġini tad-dumping u mill-maġini tad-dannu, skont ir-regola ta’ inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għanda għaldaqstant tkun stabbilita fuq il-livell tal-marġini tad-dannu misjub.

(106)

Id-dazju antidumping propost huwa skont kif ġej:

RPĊ

Marġini tal-eliminazzjoni tad-dannu

Marġini tad-dumping

Rata tad-dazju antidumping

Il-kumpaniji kollha

64,3  %

68,4  %

64,3  %

8.   ŻVELAR

(107)

Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq jiġu żvelati lill-partijiet interessati kollha, liema partijiet jiġu mistiedna jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment. Il-kummenti tagħhom jiġu analizzati u meħuda f’kunsiderazzjoni fejn jixraq qabel ma jsiru kwalunkwe determinazzjonijiet definittivi. Barra dan, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgћu jitqiesu mill-ġdid gћall-finijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju tal-antidumping qed ikun impost fuq importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu, li ta’ mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni ta’ profil trasversali massimu li taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fil-preżent ikklassifikati bil-kodiċi NM ex 8102 96 00 (il-kodiċi TARIC 8102960010).

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju tal-antidumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun 65,3 %.

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Mingћajr preġudizzju gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 84, 8.4.2009, p. 5.

(3)  Abbażi ta’ paragun tal-esportazzjonijiet totali tal-Jinduicheng group ma’ dejta aġġustati tal-Eurostat tal-kodiċi NM relevanti. Għal raġunijet ta’ kunfidenzjalità, il-proporzjon tal-esportazzjonijiet tiegħu mit-total tal-kwantità importata mir-RPĊ jingħata bħala medda.


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1248/2009

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(3)

Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti kkomunikati mill-4 ta’ Diċembru sas-17 ta’ Diċembru 2009, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 16,60 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 91 450 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1249/2009

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fil-Portugall tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(3)

Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti kkomunikati mill-4 ta’ Diċembru sas-17 ta’ Diċembru 2009, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 15,60 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 31 000 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 7.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/29


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/159/EU

tas-16 ta’ Diċembru 2009

li temenda, għall-fini tal-adattament mal-progress tekniku, l-Anness III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kożmetiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Skont l-istrateġija ta’ valutazzjoni tas-sikurezza għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, kien hemm qbil mal-Istati Membri u l-partijiet interessati li d-data tal-31 ta’ Diċembru 2007 tkun xierqa għall-preżentazzjoni lill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (KXSK) tad-dejta xjentifika dwar il-prodotti ta’ reazzjoni magħmula minn sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ossidativi fuq il-qurriegħa u s-sigurtà tagħhom għall-konsumatur.

(2)

Bħalissa, hemm 31 sustanza taż-żebgħa li huma provviżjorjament permessi għall-użu fi prodotti kożmetiċi sal-31 ta’ Diċembru 2009 skont ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE. Id-dejta xjentifika mitluba dwar is-sikurezza ta’ prodotti ta’ reazzjoni magħmula minn sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ossidativi ntbagħtu mill-industrija tal-kożmetiċi lill-KXSK qabel id-data maqbula tal-għeluq tal-31 ta’ Diċembru 2007.

(3)

Id-dejta dwar sikurezza mibgħuta ġiet ivvalutata mill-KXSK. F’Jannar 2009, il-KXSK ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha li mhix fil-pożizzjoni li tivvaluta b’mod finali r-riskju tal-prodotti ta’ reazzjoni ta’ żebgħat tax-xagħar ossidativi minħabba li l-fajl mibgħut mill-industrija ma kienx komplut. L-industrija tal-kożmetiċi pprovdiet id-dejta nieqsa mill-aħħar ta’ Settembru 2009.

(4)

Fid-dawl ta’ li ntqal fuq, il-valutazzjoni tar-riskju tad-dejta addizzjonali li ntbagħtet u l-opinjoni finali mogħtija mill-KXSK dwar is-sikurezza tal-prodotti ta’ reazzjoni xorta se jeħtieġu perjodu ta’ żmien li jaqbeż id-data tal-għeluq provviżorja tal-31 ta’ Diċembru 2009 għas-sustanzi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness III.

(5)

Għalhekk, ir-regolament definittiv ta’ 31 sustanza taż-żebgħa tax-xagħar elenkati fil-Parti 2 tal-Anness III, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti ta’ reazzjoni tagħhom, u l-implimentazzjoni tagħha fil-liġijiet tal-Istati Membri mhux se jseħħu qabel id-data tal-għeluq provviżorja. Għaldaqstant, l-użu provviżorju tagħhom fi prodotti kożmetiċi skont ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness III għandhom jiġu estiżi. Id-data tal-għeluq prolongata l-ġdida sal-31 ta’ Diċembru 2010 titqies li hi biżżejjed għar-regolamentazzjoni definittiva ta’ dawn is-sustanzi.

(6)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Amenda lid-Direttiva 76/768/KEE

Fin-numri ta’ referenza 3, 4, 5, 6, 10, 11, 12, 16, 19, 20, 21, 22, 25, 26, 27, 29, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 44, 48, 49, 50, 55 u 56 tal-kolonna g fil-Parti 2 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, id-data “31.12.2009” hija mibdula b’“31.12.2010”.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2009/177/KE fir-rigward tal-programmi ta’ qerda u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri, żoni u kompartimenti għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9888)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/975/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2) u l-Artikolu 49(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE tal-31 ta’ Ottubru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tas-sorveljanza u l-programmi ta’ qerda u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri, żoni u kompartimenti (2) tistabbilixxi mudell tal-formuli għas-sottomissjoni mill-Istati Membri għal approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda skont id-Direttiva 2006/88/KE u s-sottomissjoni ta’ dokumentazzjoni għal approvazzjoni tal-istatus ħieles mill-mard skont dik id-Direttiva.

(2)

Il-Parti B tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE tistabbilixxi listi tal-Istati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ qerda approvati skont id-Direttiva 2006/88/KE. Il-Parti C ta’ dak l-Anness jistabbilixxi listi tal-Istati Membri, żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard skont dik id-Direttiva.

(3)

Id-Danimarka ppreżentat lill-Kummissjoni programm multiannwali għal qerda tas-settiċemja virali emorraġika (VHS) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (3) għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013 Dak il-programm ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/897/KE tat-28 ta’ Novembru 2008 li approvat programmi annwali u multiannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2009 u s-snin ta’ wara (4). Dak il-programm huwa konformi mar-rekwiżiti għal approvazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/177/KE u għandhom għalhekk jiġu approvati skont l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE. Skont dan, iż-żoni koperti minn dak il-programm għandhom jiddaħħlu fil-Parti B tal-lista stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

(4)

L-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2009/177/KE jipprevedi deroga mid-Direttiva 2006/88/KE li permezz tagħha l-Istati Membri mhumiex soġġetti li jippreżentaw approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda li ġew approvati għal-għanijiet sabiex jinkiseb l-istatus ta’ żona approvata fir-rigward tal-VHS permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE tat-28 ta’ Awwissu 2003 li tapprova programmi għall-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u rziezet approvati f’żoni mhux approvati fir-rigward tas-settiċemija virali emorraġika (VHS) u n-nekrożi ematopojetika li tinfetta (IHN) fil-ħut (5), soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Id-Deċiżjoni 2003/634/KE approvat programm li ġie ppreżentat mill-Finlandja għall-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żona approvata fir-rigward tal-VHS. Il-Finlandja issa ppreżentat rapport dwar dak il-programm skont ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/177/KE. Skont dan, iż-żoni koperti minn dak il-programm għandhom għalhekk jiddaħħlu fil-lista fil-Parti B tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

(6)

Il-Ġermanja ppreżentat programm multiannwali lill-Kummissjoni għall-qerda tal-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV) skont id-Deċiżjoni 90/424/KEE. Dak il-programm ġie approvat mid-Deċiżjoni 2008/897/KE għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Dak il-programm huwa konformi mar-rekwiżiti għall-approvazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/177/KE u għandhom għalhekk jiġu approvati skont l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE. Skont dan, iż-żoni koperti minn dak il-programm għandhom jiddaħħlu fil-Parti B tal-lista stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

(7)

It-territorju kollu tar-Renju Unit bħalissa huwa elenkat fil-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE kif iddikjarat ħieles mill-mard skont id-Direttiva 2006/88/KE fir-rigward tal-anemija infettiva tas-salamun (ISA). Ir-Renju Unit innotifika l-preżenza tal-ISA fil-kompartiment li qabel kien iddikjarat ħieles mill-mard. Id-dħul għal dak l-Istat Membru fir-rigward tal-ISA għandu skont dan, jiġi emendat fil-lista stabbilita fil-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE.

(8)

Ir-Renju Unit issa ppreżenta għal approvazzjoni ta’ programm ta’ qerda fir-rigward tal-ISA li għandu jiġi applikat fil-Gżejjer Shetlands tal-Lbiċ. Dak il-programm huwa konformi mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni 2009/177/KE. Għandu jkun approvat skont dan u l Gżejjer Shetlands tal-Lbiċ għandhom jiddaħħlu fil-Parti B tal-lista stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

(9)

Id-Deċiżjoni 2003/634/KE approvat programm li ġie ppreżentat mir-Renju Unit għall-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żona approvata fir-rigward tal-VHS. Ir-Renju Unit issa ppreżenta rapport dwar dak il-programm skont ir-rewiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/177/KE sabiex tinkiseb dikjarazzjoni tal-istatus ħieles mill-mard għal dawk iż-żoni. Dak il-programm huwa konformi mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni 2009/177/KE. Dawk iż-żoni għandhom għalhekk skont dan jiddaħħlu fil-lista tal-Parti C tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

(10)

Barra minn hekk, il-kosta kollha tal-Irlanda ta’ Fuq minbarra Lough Foyle, bħalissa elenkata fil-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE qiegħda ddikjarata bħala ħielsa mill-mard fir-rigward tal-infezzjoni Bonamia ostreae Ir-Renju Unit issa nnotifika l-preżenza tal-infezzjoni Bonamia ostreae fi Strangforth Lough ma’ dik il-kosta. Strangforth Lough għandu għalhekk jiġi eskluż mit-territorju ddikjarat bħala ħieles mill-mard fil-lista stabbilita fil-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni.

(11)

Id-Deċiżjoni 2009/177/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE hu emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15.

(3)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(4)  ĠU L 322, 2.12.2008, p. 39.

(5)  ĠU L 220, 3.9.2003, p. 8.


ANNESS

Fl-Anness I, il-Partijiet B u C jinbidlu b’dan li ġej:

PARTI B

Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ qerda approvati

Marda

L-Istat Membru

Kodiċi ISO

Dimarkazzjoni ġeografika tal-erja taħt programm ta’ qerda (Stati Membri, żoni jew kompartimenti)

Is-settiċemija virali emorraġika (VHS)

Id-Danimarka

DK

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma li ġejjin: Tim Å, Hover Å, Heager Å, Velling Å, Skjern Å, Hemmet Mølle Bæk, Lydum Å, Kongeå, Kolding Å, Vejle Å and Holmsland Klit.

 

Il-Finlandja

FI

Il-Provinċja ta’ Åland;

Il-muniċipalitajiet ta’ Uusikaupunki, Pyhäranta u Rauma.

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

 

 

 

Il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV)

Il-Ġermanja

DE

Is-Sassonja

L-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

Ir-Renju Unit

UK

Il-Gżejjer Shetland tal-Lbiċ

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

 

 

 

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

 

 

 

Marda tal-ponot bojod

 

 

 


PARTI C

Stati Membri, żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard

Marda

L-Istat Membru

Kodiċi ISO

Dimarkazzjoni ġeografika tal-erja ħielsa mill-mard (Stati Membri, żoni jew kompartimenti)

Is-settiċemija virali emorraġika (VHS)

Id-Danimarka

DK

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma u kostali ta’:

Hansted

Hovmlle

Gren

Tre

Alling

Kastbjerg

Villestrup

Korup

Sby

Elling

Uggerby

Lindenborg

ster

Hasseris

Binderup

Vidkr

Dybvad

Bjrnsholm

Trend

Lerkenfeld

Vester

Lnnerup med tillb

Fiskbæk Å

Slette

Bredkr Bk

Vandlb til Kilen

Resenkr

Klostermlle

Hvidbjerg

Knidals

Spang

Simested

Skals

Jordbro

Fremlle

Flynder

Damhus

Karup Å

Gudenen

Halkr

Storen

rhus

Bygholm

Grejs

rum

L-Irlanda

IE

Iż-żoni kontinentali u kostali kollha fit-territorju tagħha, minbarra:

1.

Il-Gżira ta’ Cape Clear

Ċipru

CY

Iż-żoni kontinentali kollha fit-territorju tagħha

Il-Finlandja

FI

Iż-żoni kontinentali u kostali kollha fit-territorju tagħha, minbarra:

1.

il-Provinċja ta’ land;

2.

il-muniċipalitajiet ta’ Uusikaupunki, Pyhäranta u Rauma.

L-Iżvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

Iż-żoni kollha kontinentali u kostali fil-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey.

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

Id-Danimarka

DK

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ċipru

CY

Iż-żoni kontinentali kollha fit-territorju tagħha

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Iżvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

Iż-żoni kollha kontinentali u kostali fil-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey.

Il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV)

 

 

 

L-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

Il-Belġju

BE

It-territorju kollu

Il-Bulgarija

BG

It-territorju kollu

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

It-territorju kollu

Id-Danimarka

DK

It-territorju kollu

Il-Ġermanja

DE

It-territorju kollu

L-Estonja

EE

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Il-Greċja

EL

It-territorju kollu

Spanja

ES

It-territorju kollu

Franza

FR

It-territorju kollu

L-Italja

IT

It-territorju kollu

Ċipru

CY

It-territorju kollu

Il-Latvja

LV

It-territorju kollu

Il-Litwanja

LT

It-territorju kollu

Il-Lussemburgu

LU

It-territorju kollu

L-Ungerija

HU

It-territorju kollu

Malta

MT

It-territorju kollu

L-Olanda

NL

It-territorju kollu

L-Awstrija

AT

It-territorju kollu

Il-Polonja

PL

It-territorju kollu

Il-Portugall

PT

It-territorju kollu

Ir-Rumanija

RO

It-territorju kollu

Is-Slovenja

SI

It-territorju kollu

Is-Slovakkja

SK

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Iżvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

Iż-żoni kollha kontinentali u kostali fil-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey minbarra l-Gżejjer Shetland tal-Lbiċ.

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

Il-kosti kollha tal-Gran Brittanja.

Il-kosti kollha tal-Irlanda ta’ Fuq.

Il-kosti kollha ta’ Guernesey u Herm.

Iż-żona kostali tal-Istati ta’ Jersey: Iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta’ tifrigħ tal-baħar u l-kosta li tiġi eżatt ma’ fejn hemm l-anqas friegħ fil-Gżira ta’ Jersey f’linja immaġinarja maħżuża tliet mili nawtiċi mill-anqas livell baxx ta’ friegħ tal-ilma tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t’isfel tal-Kanal Ingliż.

Il-kosti kollha tal-Isle of Man.

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

L-Irlanda

IE

Il-kosta kollha tal-Irlanda, minbarra:

1.

Cork Harbour

2.

Il-Bajja ta’ Galway

3.

Il-Port ta’ Ballinakill

4.

Il-Bajja ta’ Clew

5.

Il-Kanal ta’ Achill

6.

Loughmore, il-Bajja ta’ Blacksod

7.

Lough Foyle

8.

Lough Swilly

Ir-Renju Unit

UK

Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja, minbarra:

1.

il-kosta ta’ Nofsinhar ta’ Cornwall minn Lizard sa Start Point;

2.

il-kosta ta’ Dorset, Hampshire u Sussex minn Portland Bill sa Selsey Bill;

3.

iż-żona tul il-kosta ta’ North Kent u Essex minn North Foreland sa Felixstowe;

4.

iż-żona tul il-kosta tal-Lbiċ ta’ Wales minn Wooltack Point sa St Govan’s Head, inklużi Milford Haven u l-ibħra tal-frugħ tal-Lvant u l-Punent tax-xmara Cleddau;

5.

iż-żona fejn hemm l-ilmijiet ta’ Loch Sunart fuq in-naħa tal-Lvant ta’ linja mfassla min-Nofsinhar Xlokk mill-ponta l-aktar għolja ta’ Maclean’s Nose sa Auliston Point;

6.

iż-żona fejn hemm Loch Tarbert tal-Punent Grigal tal-linja maħżuża Xlokk il-Lvant f’Ardpatrick Point NR 734 578 lejn North Dunskeig Bay f’NR 752 568.

Il-kosta kollha tal-Irlanda ta’ Fuq, minbarra:

1.

Lough Foyle

2.

Strangford Lough

Il-kosti kollha ta’ Guernsey, Herm u tal-Isle of Man.

Iż-żona kostali tal-Istati ta’ Jersey: iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta’ tifrigħ tal-baħar u l-kosta li tiġi eżatt ma’ fejn hemm l-anqas friegħ fil-Gżira ta’ Jersey f’linja immaġinarja maħżuża tliet mili nawtiċi mill-anqas livell baxx ta’ friegħ tal-ilma tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t’isfel tal-Kanal Ingliż.

Il-marda tal-white spot”

 

 

 


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tat-testijiet dijanjostiċi għal-lewkożi enżootika bovina

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9951)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/976/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE japplika għall-kummerċ intra-Unjoni fl-annimali bovini u l-Kapitolu II tal-Anness D mehmuż ma' dan jistabbilixxi t-testijiet dijanjostiċi għall-lewkożi enżootika bovina (LEB) li għandhom jintużaw għall-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ din il-marda u għas-sorveljanza u l-monitoraġġ, kif ukoll għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ status ta’ merħla uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina u ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa għall-kummerċ intra-Unjoni fl-annimali bovini.

(2)

Il-Kapitolu II tal-Anness D għad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li t-testijiet għal-LEB iridu jitwettqu jew permezz ta’ test bl-agar ġel għal diffużjoni immuni (AGID) bl-użu ta’ antiġenu standardizzat kontra s-serum standard tal-KE uffiċjali (serum EI), assay ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) standardizzat kontra s-serum E4. Iż-żewġ sera standard huma pprovduti min-National Veterinary Institute, Technical University of Denmark.

(3)

Serum standard LEB ġdid (serum E05) ġie żviluppat riċentement mil-Laboratorju ta’ Referenza għal-Lewkożi Enżootika Bovina fil-Ġermanja (Friedrich-Loeffler-Institute) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) b’kooperazzjoni mal-Laboratorji ta’ Referenza OIE fir-Renju Unit (Veterinary Laboratories Agency) u fil-Polonja (National Veterinary Research Institute) wara li ġie ttestjat fi prova interlaboratorja bejn dawn il-laboratorji. Is-serum E05 ġie vvalidat kontra s-sera EI u E4 minn AGID u ELISA differenti u konsegwentement inkluż bħala serum standard OIE akkreditat fit-Taqsima B(2) tal-Kapitolu 2.4.11 tal-Manwal OIE tat-Testijiet Dianjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri, is-Sitt Edizzjoni, 2008. Dan is-serum huwa disponibbli mil-Laboratorju ta’ Referenza OIE għal-lewkożi enżootika bovina fil-Ġermanja.

(4)

Barra minn hekk, in-National Veterinary Institute, Technical University of Denmark informa lill-Kummissjoni li ma jistax ikompli jissodisfa l-obbligi tiegħu għall-provvista tas-sera standard ipprovduti bħalissa fil-Kapitolu II tal-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti Ġermanizi u l-Friedrich-Loeffler-Institute qablu li jsiru fornituri tas-serum E05 li konsegwentement se jsir is-serum standard uffiċjali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea (UE) għal-LEB.

(6)

Id-Direttiva 64/432/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Taqsima II tal-Anness V mad-Direttiva 64/432/KE hija sostitwita bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.


ANNESS

Il-Kapitolu II tal-Anness li jinsab mad-Direttiva 64/432/KEE hija mibdula b’dan li ġej:

“KAPITOLU II

TESTIJIET GĦAL-LEWKOŻI ENŻOOTIKA BOVINA

It-testijiet għal-lewkożi enżootika bovina għandhom jitwettqu permezz ta’ test bl-agar ġel għal diffużjoni immuni (AGID) taħt il-kondizzjonijiet deskritti fit-Taqsimiet A u B jew mill-assay immunosorbenti marbut mal-enżimi (ELISA) taħt il-kondizzjonijiet deskritti fit-Taqsima C. It-test bl-agar ġel għal diffużjoni immuni jista’ jintuża biss biex jiġu ttestjati kampjuni individwali. Jekk ir-riżultati tat-testijiet ikunu s-suġġett ta’ sfida sostanzjata kif jixraq, għandu jsir kontroll addizzjonali permezz ta’ test bl-agar ġel għal diffużjoni immuni.

L-AGID u l-ELISA għandhom jiġu standardizzati kontra s-serum E05, li se jsir is-serum standard uffiċjali tal-UE, li jrid jiġi pprovdut mill-:

Friedrich-Loeffler-Institut

Federal Research Institute for Animal Health

OIE Reference Laboratory for Enzootic Bovine Leukosis (EBL)

Südufer 10

17493 Greifswald — Insel Riems

Il-Ġermanja.

A.   Test bl-agar ġel għal diffużjoni immuni għal lewkożi enżootika bovina

1.

L-antiġenu li għandu jintuża fit-test għandu jinkludi fih glikoproteini tal-virus tal-lewkożi bovina. L-antiġenu għandu jiġi standardizzat kontra s-serum E05.

2.

L-Istituti tal-Istat, il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza jew l-istituti uffiċjali maħtura skont l-Artikolu 6a biex jikkoordinaw l-istandards u l-metodi tad-dijanjosi tat-testijiet għal-lewkożi enżootika bovina għandhom ikunu responsabbli għall-kalibrar tal-antiġenu standard użat fil-laboratorju kontra s-serum E05.

3.

L-antiġeni standard użati fil-laboratorju għandhom jintbagħtu mill-inqas darba fis-sena lill-istituti tal-Istat, il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza jew l-istituti uffiċjali indikati skont l-Artikolu 6a, għall-ittestjar kontra s-serum standard E05. Barra minn din l-istandardizzazzjoni, l-antiġenu li jkun qed jintuża jista’ jiġi kkalibrat skont il-metodu deskritt fit-Taqsima B.

4.

Ir-reaġenti tat-testijiet għandhom jikkonsistu minn:

(a)

antiġenu: l-antiġenu għandu jkun fih il-glikoproteini speċifiċi tal-virus tal-lewkożi enżootika bovina li ġie standardizzat kontra s-serum E05;

(b)

is-serum tat-test;

(c)

serum pożittiv ta’ kontroll magħruf;

(d)

ġel agar:

0,8 % agar,

8,5 % NaCl,

0,05 M Tris-buffer pH 7,2,

15 ml ta’ dan l-agar għandu jiġi introdott f’petri dish b’dijametru ta’ 85 mm, li jirriżulta f’fond ta’ 2,6 mm ta’ agar.

5.

Mudell tat-test ta’ seba’ fondijiet mingħajr kontenut niedi għandu jinqata’ fl-agar mal-qiegħ tal-platt; il-mudell għandu jikkonsisti f’fond ċentrali wieħed u sitt fondijiet f’ċirku madwaru.

Dijametru ta’ fond ċentrali: 4 mm

Dijametru ta’ fondijiet periferiċi: 6 mm

Distanza bejn il-fondijiet ċentrali u dawk periferiċi: 3 mm

6.

Il-fond ċentrali ghandu jimtela bl-antiġenu standard. Il-fondijiet ċentrali 1 u 4 deskritti fil-B.3 huma mimlija bis-serum pożittiv magħruf; il-fondijiet 2, 3, 5 u 6 bis-sera tat-test. Il-fondijiet għandhom jimtlew sakemm il-meniscus jisparixxi.

7.

Dan jirriżulta fil-kisba tal-kwantitajiet li ġejjin:

antiġenu: 32 μl,

serum tal-kontroll: 73 μl,

serum tat-test: 73 μl.

8.

L-inkubazzjoni għandha tkun ta’ 72 siegħa f’temperatura normali tal-kamra (20 sa 27 °C) f’ kamra umda magħluqa.

9.

It-test jista’ jinqara f’24 u 48 siegħa iżda ma jistax jinkiseb riżultat qabel 72 siegħa:

(a)

serum tat-test ikun pożitiv jekk jifforma linja ta’ preċipitazzjoni speċifika mal-antiġenu tal-virus tal-lewkożi bovina (VLB) u jifforma linja kompluta ta’ identitá mas-serum tal-kontroll;

(b)

serum tat-test huwa negattiv jekk ma jifformax linja speċifika ta’ preċipitazzjoni mal-antiġenu VLB u ma jgħawwiġx il-linja tas-serum ta’ kontroll;

(c)

ir-reazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata konklużiva jekk hija:

(i)

tgħawweġ il-linja tas-serum ta’ kontroll lejn l-antiġenu VLB mingħajr ma tifforma linja ta’ preċipitazzjoni viżibbli mal-antiġenu; jew

(ii)

jekk ma tkunx tista tinqara la bħala negattiva u lanqas bħala pożittiva.

F’reazzjonijiet inkonklużivi t-test jista’ jiġi ripetut u jiġi utilizzat serum ikkonċentrat.

10.

Kull konfigurazzjoni jew mudell ieħor ta’ fond jista’ jiġi utilizzat sakemm is-serum E05 diluwit 1:10 f’serum negattiv jista’ jiġi intraċċat bħala pożittiv.

B.   Metodu għall-istandardizzazzjoni tal-antiġenu

1.

Is-soluzzjonijiet u l-materjali meħtieġa:

(a)

40 ml ta’ 1,6 % agarose f’ 0,05 M Tris/HCl buffer, pH 7,2 b’ 8,5 % NaCl;

(b)

15 ml ta’ serum tal-lewkożi bovina, li għandu antikorp biss ta’ glikoproteini tal-virus tal-lewkożi bovini, ddiluwit 1:10 f’ 0,05 M Tris/HCI buffer, pH 7,2 b’ 8,5 % NaCl;

(c)

15 ml ta’ serum tal-lewkożi bovina, li għandu antikorp biss għall-glikoproteini tal-virus tal-lewkożi bovina, ddiluwit 1:5 f’ 0,05 M Tris/HCI buffer, pH 7,2 b’ 8,5 % NaCl;

(d)

erba’ kontenituri petri tal-plastik b’dijametru ta’ 85 mm;

(e)

punch b’ dijametru ta’ 4 sa 6 mm;

(f)

antiġenu ta’ referenza;

(g)

l-antiġenu li għandu jiġi standardizzat;

(h)

banju tal-ilma (56 °C).

2.

Il-Proċedura:

Ħoll l-agarose (1,6 %) fit-Tris/HCI buffer billi ssaħħan b’attenzjoni sa temperatura ta’ 100 °C. Qiegħed f’banju tal-ilma b’56 °C għal madwar siegħa. Barra minn hekk, qiegħed id-diluwizzjonijiet tas-serum tal-lewkożi bovina f’banju ta’ l-ilma b’temperatura ta’ 56 °C.

Issa ħallat 15 ml tal-56 °C tas-soluzzjoni agarose mal-15 ml tas-serum tal-lewkożi bovina (1:10), ħawwad malajr u ferra 15 ml f’kull wieħed miż-żewġ kontenituri petri. Erġa’ rrepeti din il-proċedura bis-serum tal-lewkożi bovina ddiluwit 1:5,

Meta jibbies l-agarose, isiru t-toqob fih kif ġej:

Image

Image

Image

Image

3.

Iż-żieda tal-antigen

(a)

kontenituri petri 1 u 3:

(i)

il-fond A - antiġenu ta’ referenza mhux diluwit,

(ii)

il-fond B - 1:2 antigenu ta’ referenza diluwit,

(iii)

il-fondijiet Ċ u E - antiġenu ta’ referenza,

(iv)

il-fond D - antiġenu tat-test mhux diluwit.

(b)

kontenituri petri 2 u 4:

(i)

il-fond A - antiġenu tat-test mhux diluwit,

(ii)

il-fond B - 1:2 antiġenu tat-test diluwit,

(iii)

il-fond C - 1:4 antiġenu tat-test diluwit,

(iv)

il-fond D - 1:8 antiġenu tat-test diluwit.

4.

Istruzzjonijiet Addizzjonali:

(a)

l-esperiment jitwettaq b’żewġ diluwizzjonijiet tas-serum (1:5 u 1:10) sabiex tinkiseb l-aħjar preċipitazzjoni;

(b)

jekk id-dijametru tal-preċipitazzjoni huwa żgħir wisq biż-żewġ diluwizzjonijiet, allura s-serum għandu jiġi diluwit iktar;

(c)

jekk id-dijametru tal-preċipitazzjoni fiż-żewġ diluwizzjonijiet huwa kbir wisq u bla saħħa, allura għandu jintagħżel is-serum l-aktar baxx;

(d)

il-konċentrazzjoni finali tal-agarose għandha tkun 0,8 %; dik tas-sera 5 u 10 % rispettivament;

(e)

ipprepara d-dijametri mkejla bis-sistema koordinata li ġejja. Id-diluwizzjoni tal-antiġenu li għandha tiġi ttestjata bl-istess djametru bħall-antiġenu ta’ referenza hija d-diluwizzjoni tal-operazzjoni.

Image

C.   Assay immunosorbenti marbuta mal-Enżimi (ELISA) għall-intraċċar tal-lewkożi enżootika bovina

1.

Il-materjal u r-reagenti li għandhom jintużaw huma kif ġej:

(a)

microplates ta’ fażi solida, cuvettes jew kwalunkwe fażi solida oħra;

(b)

l-antiġenu huwa ffissat mal-fażi solida bl-għajnuna jew mingħajra ta’ antikorpi poliklonali jew monoklonali sabiex jinqabdu. Jekk l-antiġenu jkun miksi direttament mal-fażi solida, il-kampjuni kollha tat-test li jagħtu reazzjonijiet pożittivi għandhom jerġgħu jiġu ttestjati kontra l-antiġenu ta’ kontroll. L-antiġenu ta’ kontroll għandu jkun identiku għall-antiġenu bl-eċċezzjoni li dawk l-antiġeni VLB huma assenti. Jekk antikorpi li jinqabdu huma miksija b’fażi solida, l-antikorpi m’għandhomx jirreaġixxu għal antiġeni li mhumiex antiġeni VLB;

(c)

il-likwidu bijoloġiku li għandu jiġi ttestjat;

(d)

kontroll korrispondenti pożittiv u negattiv;

(e)

akkoppjat;

(f)

substrat addattat għall-enżima użata;

(g)

soluzzjoni ta’ waqfien, jekk meħtieġ;

(h)

soluzzjonijiet għad-diluwizzjoni tal-kampjuni tat-test għall-preparazzjonijiet tar-riaġenti u għall-ħasil;

(i)

sistema ta’ qari li hija xierqa għas-substrat użat.

2.

L-istandardizzazzjoni u s-sensittività tat-test

Is-sensittività tal-ELISA għandha tkun ta’ tali livell li s-serum E5 jimmarka pożittiv meta jiġi diluwit 10 darbiet (kampjuni ta’ serum) jew 250 darba (kampjuni tal-ħalib) aktar mid-diluwizzjoni miksuba minn kampjuni individwali meta dawn jiddaħħlu f’ġabriet ta’ kampjuni. F’assays fejn kampjuni (serum u ħalib) huma ttestjati individwalment is-serum E4 diluwit 1 sa 10 (f’serum negattiv) jew 1 sa 250 (f’ħalib negattiv) għandu jimmarka pożittiv meta ttestjat fl-istess diluwizzjoni tal-assay kif użat għall-kampjuni tat-test individwali. L-istituti uffiċjali elenkati f’A.2 ikunu responsabbli għall-kontroll tal-kwalità tal-metodu ELISA, u partikolarment sabiex jiġi determinat, għal kull lott ta’ produzzjoni, in-numru ta’ kampjuni li għandu jinġabar fuq il-bażi tal-għadd miksub għas-serum E4.

3.

Kondizzjonijiet għall-użu tat-test Elisa għal-lewkożi enżootika bovina.

(a)

L-ELISA jistgħu jintużaw fil-kampjuni tas-serum u tal-ħalib.

(b)

Meta l-ELISA jiġu użati għall-fini ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 6(2)(c) jew għall-istabbiliment jew iż-żamma tal-istatus tal-merħla skont l-Anness D(I), il-ġabra tal-kampjuni tas-serum għandu jsir b’mod illi r-riżultati tat-test ikunu jistgħu jiġu relatati bla ebda dubju ta’ xejn mal-annimali individwali inklużi fit-taħlita. Kull test ta’ konferma għandu jsir fuq il-kampjuni ta’ serum meħuda mill-annimali individwali.

(c)

Meta l-ELISA jintużaw fuq kampjun ta’ ħalib miġbur mill-ħalib bulk (jiġifieri li mhux fil-ġarar) dan il-kampjun għandu jittieħed mill-ħalib miġbur minn merħla li għallinqas ikun hemm 30 % minn merħla tal-baqar qegħdin jeħilbu. Kull test ta’ konferma għandu jsir fuq il-kampjuni ta’ serum meħuda mill-annimali individwali.”


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2009

dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitajra għal 2009 għan-nefqa mill-Istati Membri għal ċerti proġetti fil-qasam tal-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9935)

(It-testi bid-Daniż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bil-Latvjan, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bir-Rumen, bl-Iżvediż, bl-Ingliż biss huma awtentiċi)

(2009/977/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi tat-talbiet għal kofinanzjament Komunitarju li ġew ippreżentati mill-Istati Membri fil-programmi tal-kontroll tas-sajd tagħhom għall-2009, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2009/746/KE (2), li ħalliet ftit mill-baġit tal-2009 disponibbli għall-kontroll tas-sajd mhux użat.

(2)

Il-parti mhux użata tal-baġit tal-2009 issa għandha tiġi allokkata permezz ta’ Deċiżjoni ġdida.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri ntalbu jippreżentaw rikjesti għal finanzjament addizzjonali relatati mal-oqsma ta’ prijorità ddefiniti mill-Kummissjoni, jiġifieri l-awtomazzjoni u l-ġestjoni tad-dejta, teknoloġiji ġodda, u seminars fil-qasam tas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU).

(4)

Fuq dik il-bażi u b’kont tar-restrizzjonijiet baġitarji, rikjesti għal finanzjament Komunitarju relatat ma’ azzjonijiet bħal proġetti pilota, kif ukoll il-bini ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru għas-sorveljanza, ġew irrifjutati peress li ma kinux parti mill-oqsma ta’ prijorità ddefiniti hawn fuq.

(5)

L-applikazzjonijiet li jirrigwardaw l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament Komunitarju.

(6)

L-applikazzjonijiet għal finanzjament Komunitarju għandhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (3).

(7)

Huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata kontribuzzjoni bħal din.

(8)

Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji ddefiniti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(9)

Sabiex wieħed jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri [bastimenti] bażata fuq satellita [bbażati fuq is-satelliti] (4).

(10)

Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniku abbord il-bastimenti tas-sajd għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007 (5).

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2009 għan-nefqa li daħlu għaliha l-Istati Membri fl-2009 huma u jimplimentaw ċerti proġetti dwar monitoraġġ u sistemi ta’ kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (PKS), kif jissemma fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata tali kontribuzzjoni.

Artikolu 2

Għeluq tal-impenji pendenti

Il-ħlasijiet kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-ħlasijiet mħallsa mill-Istat Membru wara din id-data ta’ skadenza ma għandhomx ikunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 3

Teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, għax-xiri u l-istallazzjoni tat-teknoloġija informatika u l-assistenza teknika għaliha, u l-istabbiliment ta’ netwerks tal-IT sabiex tippermetti skambju ta’ dejta effiċjenti u sigur relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Fil-każ ta’ nefqa fl-ambitu tal-Anness I, marbuta mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), sistemi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniċi (ERS) inkella sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), ir-rata ta’ kofinanzjament imsemmija fil-paragrafu 1 hija ta’ 95 %.

Artikolu 4

Tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness II, għax-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatiku li jippermetti li bastimenti jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati mill-bogħod minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz tal-VMS għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-pargrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 1 500 kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.

Artikolu 5

Sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniċi

In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness III, għall-iżvilupp, ix-xiri, l-istallazzjoni u l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għall-ERS, sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sigur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 6

Tagħmir ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniku

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness IV, għax-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir tal-ERS li jippermetti li l-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw elettronikament dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 3 000 kull bastiment, bla ħsara għall-paragrafu 4.

3.   Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1077/2008.

4.   Fil-każ ta’ tagħmir li jikkombina l-funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003 u (KE) Nru 1077/2008, il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal EUR 4 500.

Artikolu 7

Programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness V, fuq it-taħriġ u l-programmi ta’ skambju ta’ impjegati taċ-ċivil responsabbli għal xogħlijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fil-qasam tas-sajd għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Fil-każ ta’ nefqa skont l-Anness V taħt il-forma ta’ seminars relatati ma’ sajd IUU, ir-rata ta’ kofinanzjamenti msemmija fil-paragrafu 1 hija stabbilita għal 95 %.

Artikolu 8

Kontribuzzjoni totali massima Komunitarja għal kull Stat Membru

In-nefqa totali ppjanata, in-nefqa totali għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni u l-kontribuzzjoni totali massima Komunitarja kull Stat Membru allokata skont din id-Deċiżjoni huma kif ġej:

(f’Eur)

L-Istat Membru

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

3 638 843

1 143 733

1 057 867

Il-Ġermanja

2 426 282

1 017 000

828 400

L-Irlanda

1 143 000

800 000

300 000

Il-Greċja

2 500 000

907 895

525 000

Spanja

10 695 000

3 783 000

2 526 000

L-Italja

4 990 000

3 140 000

2 897 500

Il-Latvja

15 652

15 652

14 869

L-Olanda

1 910 000

450 000

427 500

Il-Portugall

7 439 055

4 171 655

2 635 194

Ir-Rumanija

15 600

15 600

7 800

L-Iżvezja

1 550 000

700 000

600 000

Ir-Renju Unit

1 153 763

911 161

779 870

Total

37 477 195

17 055 696

12 600 000

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittannja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 267, 10.10.2009, p. 20.

(3)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(4)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(5)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.


ANNESS I

TEKNOLOĠIJI ĠODDA U NETWERKS TAL-IT

(f’Eur)

L-Istat Membru l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

DK/09/08

44 000

0

0

DK/09/09

1 333 333

0

0

Subtotal

1 377 333

0

0

Il-Ġermanja

DE/09/12

3 782

0

0

DE/09/15

20 000

0

0

DE/09/16

9 000

0

0

DE/09/25

12 000

0

0

DE/09/26

112 500

0

0

DE/09/27

465 000

0

0

Subtotal

622 282

0

0

L-Irlanda

IE/09/03

63 000

0

0

Subtotal

63 000

0

0

Il-Greċja

EL/09/06

1 500 000

750 000

375 000

EL/09/07

1 000 000

157 895

150 000

Subtotal

2 500 000

907 895

525 000

L-Olanda

NL/09/18

585 000

0

0

NL/09/19

875 000

0

0

Subtotal

1 460 000

0

0

Il-Portugall

PT/09/07

1 500 000

0

0

PT/09/08

1 500 800

0

0

PT/09/09

46 600

0

0

PT/09/10

220 000

0

0

Subtotal

3 267 400

0

0

Ir-Rumanija

RO/09/04

15 600

15 600

7 800

Subtotal

15 600

15 600

7 800

L-Iżvezja

SE/09/15

100 000

0

0

SE/09/16

500 000

0

0

SE/09/18

250 000

0

0

Subtotal

850 000

0

0

Ir-Renju Unit

UK/09/69

9 879

0

0

UK/09/71

1 395

0

0

UK/09/73

5 811

0

0

UK/09/74

6 973

0

0

UK/09/75

51 578

0

0

UK/09/76

5 811

0

0

UK/09/77

814

0

0

UK/09/78

2 529

0

0

UK/09/79

465

0

0

UK/09/80

5 113

0

0

UK/09/81

5 100

0

0

UK/09/83

7 670

0

0

UK/09/86

11 622

0

0

Subtotal

114 760

0

0

Total

10 270 375

923 495

532 800


ANNESS II

TTAGĦMIR TAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKU

(f’Eur)

L-Istat Membru l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Ġermanja

DE/09/17

48 000

48 000

24 000

DE/09/18

12 000

0

0

DE/09/19

45 000

0

0

DE/09/20

20 000

0

0

DE/09/28

258 000

258 000

129 000

Subtotal

383 000

306 000

153 000

Ir-Renju Unit

UK/09/72

197 573

197 573

102 000

Sub-Total

197 573

197 573

102 000

Total

580 573

503 573

255 000


ANNESS III

SISTEMI TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR ELETTRONIĊI

(f’Eur)

L-Istat Membru u l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

DK/09/11

100 000

0

0

DK/09/12

100 000

0

0

DK/09/13

133 333

0

0

DK/09/14

200 000

0

0

DK/09/15

166 667

0

0

DK/09/16

133 333

0

0

DK/09/17

284 444

0

0

Subtotal

1 117 777

0

0

Il-Ġermanja

DE/09/06

350 000

0

0

DE/09/07

50 000

0

0

DE/09/08

60 000

0

0

DE/09/09

30 000

0

0

DE/09/10

100 000

0

0

DE/09/11

120 000

0

0

Subtotal

710 000

0

0

L-Irlanda

IE/09/04

80 000

0

0

IE/09/05

200 000

0

0

Subtotal

280 000

0

0

Il-Latvja

LV/09/01

15 652

15 652

14 869

Subtotal

15 652

15 652

14 869

L-Olanda

NL/09/20

450 000

450 000

427 500

Subtotal

450 000

450 000

427 500

Ir-Renju Unit

UK/09/68

116 220

0

0

UK/09/84

11 622

0

0

Subtotal

127 842

0

0

Total

2 701 271

465 652

442 369


ANNESS IV

TAGĦMIR TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR ELETTRONIKU

(f’Eur)

L-Istat Membru u l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

DK/09/10

1 080 000

1 080 000

1 026 000

Subtotal

1 080 000

1 080 000

1 026 000

Il-Ġermanja

DE/09/13

84 000

84 000

79 800

DE/09/21

105 000

105 000

99 700

DE/09/29

522 000

522 000

495 900

Subtotal

711 000

711 000

675 400

L-Irlanda

IE/09/06

800 000

800 000

300 000

Subtotal

800 000

800 000

300 000

Spanja

ES/09/36

3 753 000

3 753 000

2 502 000

ES/09/37

6 912 000

0

0

Subtotal

10 665 000

3 753 000

2 502 000

L-Italja

ITA/09/14

4 800 000

2 950 000

2 802 500

Subtotal

4 800 000

2 950 000

2 802 500

Il-Portugall

PT/09/11

2 091 635

2 091 635

1 224 000

PT/09/12

1 993 500

1 993 500

1 329 000

Subtotal

4 085 135

4 085 135

2 553 000

L-Iżvezja

SW/09/17

700 000

700 000

600 000

Subtotal

700 000

700 000

600 000

Ir-Renju Unit

UK/09/70

232 439

232 439

220 800

UK/09/82

453 256

453 256

430 572

UK/09/85

27 893

27 893

26 498

Subtotal

713 588

713 588

677 870

Total

23 554 723

14 792 723

11 136 770


ANNESS V

PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U TA’ SKAMBJU

(f’Eur)

L-Istat Membru u l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

Id-Danimarka

DK/09/19

63 733

63 733

31 867

Subtotal

63 733

63 733

31 867

Spanja

ES/09/38

10 000

10 000

5 000

ES/09/39

20 000

20 000

19 000

Subtotal

30 000

30 000

24 000

L-Italja

IT/09/16

100 000

100 000

50 000

IT/09/17

90 000

90 000

45 000

Subtotal

190 000

190 000

95 000

Il-Portugall

PT/09/13

86 520

86 520

82 194

Subtotal

86 520

86 520

82 194

Total

370 253

370 253

233 061


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/978/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (1) stabbiliet il-qafas regolatorju fl-Unjoni Ewropea għall-politika dwar l-ispettru tar-radju biex tiżgura l-koordinament tal-approċċi politiki u, fejn xieraq, kundizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern fiż-żoni tal-politika tal-Unjoni Ewropea bħall-komunikazzjonijiet elettroniċi, it-trasport u r-Riċerka u l-Iżvilupp. Din id-Deċiżjoni tfakkar li l-Kummissjoni tista’ torganizza konsultazzjonijiet sabiex tikkunsidra l-opinjonijiet tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-industrija u tal-utenti kollha tal-ispettru tar-radju involuti, kemm dawk kummerċjali u mhux kummerċjali, kif ukoll ta’ partijiet interessati oħra dwar l-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq u dawk regolatorji li jistgħu jirrelataw mal-użu tal-ispettru tar-radju. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-Kummissjoni adottat, fis-26 ta’ Lulju 2002, id-Deċiżjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (2) (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Grupp”).

(2)

Fl-okkażjoni tar-reviżjoni tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (3), deher meħtieġ li d-Deċiżjoni 2002/622/KE tiġi emendata sabiex il-kompiti tal-Grupp jiġu adattati għal dan il-qafas regolatorju ġdid.

(3)

Id-Deċiżjoni 2002/622/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/622/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Kompiti

Il-Grupp għandu jassisti u jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tal-politika dwar l-ispettru tar-radju, dwar koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika, dwar il-preparazzjoni ta’ programmi multiannwali dwar politika tal-ispettru tar-radju u, fejn xieraq, dwar kundizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern.

Barra minn hekk, il-Grupp għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-proposta ta’ għanijiet ta’ politika komuni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni effettiva tal-interess tal-Unjoni Ewropea f’organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tal-ispettru tar-radju”.

(2)

Fl-Artikolu 4, jiżdied it-tieni subparagrafu:

“Wara talba tal-Parlament Ewropew u/jew tal-Kunsill lill-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni jew rapport tal-Grupp dwar kwistjonijiet tal-politika dwar l-ispettru tar-radju li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-Grupp għandu jadotta tali opinjoni jew rapport, skont l-istess regoli bħal dawk fis-subparagrafu preċedenti. Dawk l-opinjonijiet u r-rapporti għandhom jiġu trażmessi mill-Kummissjoni lill-istituzzjoni li tagħmel it-talba. Fejn xieraq, huma jistgħu jkunu fl-għamla ta’ preżentazzjoni orali lill-Parlament Ewropew u/jew lill-Kunsill mill-president tal-grupp jew membru nnominat mill-Grupp”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin (20) jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, is-16 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49.

(3)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li tapprova l-programm nazzjonali ppreżentat mill-Bulgarija għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta’ trasport ta’ annimali bovini ħajjin esportati mill-Unjoni via l-port ta’ Bourgas u l-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-2010

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10004)

(It-test Bulgaru biss huwa awtentiku)

(2009/979/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 37 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ir-“Regoli Implimentattivi”), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-kamp veterinarju.

(2)

B’mod partikolari, l-Artikolu 37(1) tad-Deċiżjoni 2009/470 jipprovdi li fil-każ li Stat Membru jesperjenza, mil-lat strutturali jew geografiku, problemi ta’ persunal jew infrastrutturali sabiex jimplimenta l-istrateġija ta’ kontroll li jġib miegħu il-funzjonament tas-suq intern għal annimali ħajjin, hu jista’, għal perjodu ta’ tranżizzjoni, jikseb assistenza finanzjarja Komunitarja. Barra minn hekk, l-Artikolu 37(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jipprovdi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni programm nazzjonali flimkien mal-informazzjoni finanzjarja kollha xierqa, imfassal bl-iskop li jtejjeb is-sistema ta’ kontroll tiegħu.

(3)

It-tħaddim tas-suq intern jirrikjedi sistema ta’ kontroll armonizzata għall-annimali ħajjin inkluż dawk li qed jiġu esportati lejn pajjiżi terzi. Huwa xieraq li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija billi tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2003 tad-9 ta’ April 2003 li jistabbilixxi regoli ddettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-għoti tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni relatati mal benessri tal-annimali bovini ħajjin waqt it-trasport (4) jipprevedi li l-ħruġ tal-annimali mit-territorju doganali tal-Unjoni jista’ jsir permezz ta’ punt ta’ ħruġ fejn il-veterinarju uffiċjali jista’ jivverifika għal dawk l-annimali li għalihom hija aċċettata dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (5) ġewx issodisfatti min-naħa tat-tluq sal-punt tal-ħruġ u li l-kundizzjonijiet tat-trasport għall-bqija tal-vjaġġ jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1/2005.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 jipprevedi li meta l-annimali huma ppreżentati fil-punti tal-ħruġ, il-veterinarji uffiċjali tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-annimali jiġu ttrasportati skont dan ir-Regolament. Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-annimali mhumiex f’kondizzjoni li jkomplu l-vjaġġ tagħhom, dawn għandhom jitħattew, mogħtija l-ilma, mitmugħa u mistrieħa f’post ta’ kontroll.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (6) jistipula l-kriterji applikabbli madwar il-Komunità li jridu jintlaħqu mill-postijiet ta’ kontroll sabiex jiżguraw l-aħjar kundizzjonijiet tal-benessri għall-annimali li jkunu qed jgħaddu minnhom u biex jipprovdu wkoll għal ċerti kwistjonijiet inċidentali tas-saħħa tal-annimali.

(7)

Il-Bulgarija esperjenzat problemi ta’ persunal u infrastrutturali fil-punt tal-ħruġ tal-port ta’ Bourgas waqt li kienu qed jimpimentaw kontrolli veterinarju, meħtieġa ġewwa l-Komunità permezz tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u l-Artikolu 2 tar-Regoalment (KE) Nru 639/2003, dwar annimali bovini ħajjin esportati via dan il-port. B’mod partikolari, la ma hemmx faċilitajiet għal veterinarji uffiċjali biex jispezzjonaw l-annimali bovini ħajjin u lanqas post ta’ kontroll skont ir-Regolament (KE) Nru 1255/97 fil-viċinanza immedjata tal-port fejn wieħed jista’ jħott, jitma’, jisqi u jserraħ l-annimali jekk ma jkunux tajbin biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom jew jekk ma jistgħux jiġu ttrasportati fil-ħinijiet ta’ vjaġġ stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1/2005.

(8)

Fis-17 ta’ Settembru 2009, il-Bulgarija ressqet programm lill-Kummissjoni għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta’ trasport ta’ annimali bovini ħajjin esportati mill-Unjoni via l-port ta’ Bourgas għall-2010 li għalih il-Bulgarija tixtieq tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni.

(9)

Il-Kummissjoni evalwat dan il-programm ippreżentat mill-Bulgarija għall-2010 kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dan il-programm instab li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/97.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm nazzjonali, ippreżentat mill-Bulgarija fis-17 ta’ Settembru 2009 għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta’ trasport tal-annimali bovini ħajjin esportati mill-Unjoni via l-port ta’ Bourgas għall-2010 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010. Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni se tkun bir-rata ta’ 80 % tal-ispejjeż ta’ disinn u kostruzzjoni li jridu jiġġarrbu mill-Bulgarija għall-bini ta’ faċilitajiet ta’ spezzjoni u post ta’ kontroll bil-kapaċità ta’ 120 sa 140 annimali bovini fil-port ta’ Bourgas.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 152 000 li jridu jiġu ffinanzjati mil-Linja Baġitarja tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2010, sakemm din tiġi adottata:

Il-Linja tal-Baġit nru 17 04 02.

Artikolu 3

1.   In-nefqa ppreżentata mill-Bulgarija għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tiġi espressa f’euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

2.   Fejn in-nefqa tal-Bulgarija hija f’munita li mhijiex l-euro, il-Bulgarija għandha taqlibha għall-euro billi tapplika l-aktar rata ta’ skambju riċenti mfassla mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-Bulgarija.

Artikolu 4

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 għandha tingħata sakemm il-Bulgarija:

(a)

Timplimenta l-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi regoli tal-kompetizzjoni u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

(b)

Tibgħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2010 r-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi msemmija fl-Artikolu 1, skont l-Artikolu 27(7)(a) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE;

(c)

Tibgħat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 27(7)(b) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011 rapport tekniku finali ddettaljat li jinkludi l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba u verifika ddettaljata tan-nefqa mġarrba mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(d)

Tibgħat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 27(8) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011, l-applikazzjoni tal-ħlas marbuta mal-ispiża mġarrba fir-rigward tal-programm imressaq fis-17 ta’ Settembru 2009.

(e)

Ma tippreżentax, għall-programm imsemmi fl-Artikolu 1, aktar talbiet għal kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għal dawn il-miżuri, u preċedentement ma ppreżentatx talbiet bħal dawn.

2.   Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jaslu tard, it-tnaqqis fil-kontribuzzjoni finanzjarja previst fl-Artikolu 27(8) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE huwa applikabbli.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 10.

(5)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1.


18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li tawtorizza indikazzjoni tas-saħħa dwar l-effett ta’ konċentrat tat-tadam li jinħall fl-ilma fl-aggregazzjoni tal-plejtlets u l-għoti tal-protezzjoni tad-dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10113)

(It-test bl-ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/980/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet dwar is-saħħa li saru fuq l-ikel huma projbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’lista ta’ stqarrijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel quddiem l-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA), minn hawn “il quddiem imsejħa l-Awtorità”.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tipprovdi opinjoni dwar l-istqarrija kkonċernata li tirrigwarda s-saħħa.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Biex tiġi stimolata l-innovazzjoni, l-indikazzjonijiet tas-saħħa li huma bbażati fuq provi xjentifiċi ġodda żviluppati dan l-aħħar u/jew li jinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta għandhom ikollhom tip ta’ awtorizzazzjoni mgħaġġla. Meta fuq talba tar-rikorrenti għall-protezzjoni tad-dejta, il-Kummissjoni tipproponi li tillimita l-użu ta’ tali dejta favur ir-rikorrenti, tali restrizzjoni għandha, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, tiskadi wara ħames snin.

(6)

Wara applikazzjoni minn Provexis Natural Products Ltd, imressqa fis-7 ta’ Jannar 2009 skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar indikazzjoni tas-saħħa li tirrigwarda l-effett ta’ Konċentrat tat-Tadam li jinħall fl-ilma (KTJI) I u II fuq l-attività ta’ plejtlets fid-demm f’persuni b’saħħithom (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00229) (2). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Jgħin biex iżomm il-fluss tad-demm li hu tajjeb għas-saħħa u l-benefiċċji għaċ-ċirkolazzjoni”.

(7)

Fit-28 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità li kkonkludiet li fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-KTJI I u II u l-fatt li dan jgħin biex iżomm l-aggregazzjoni tal-plejtlets b’mod normali. Bla ħsara għar-reviżjoni tal-kliem, filwaqt li titqies b’mod partikolari l-ħtieġa msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, it-talba għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tkun inkluża fil-lista Komunitarja ta’ stqarrijiet permessi.

(8)

Wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 hu li jiġi żgurat li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jkunu veri, ċari u affidabbli u utli għall-konsumatur, u li l-kliem u l-preżentazzjoni għandhom jitqiesu f’dan ir-rigward. Għalhekk, meta l-mod kif jitpoġġa l-kliem tal-indikazzjonijiet użat mill-applikant ikollu l-istess tifsira għall-konsumatur bħal dak li jingħad f’indikazzjoni tas-saħħa awtorizzata, billi dawn juru l-istess relazzjoni li teżisti bejn kategorija ta’ ikel, tip ta’ ikel jew xi wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa, dawn għandhom ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet tal-użu, kif hemm indikat fl-Anness tad-Deċiżjoni preżenti.

(9)

L-Awtorità indikat fl-opinjoni tagħha li l-konklużjonijiet tagħha ma setgħux jintlaħqu mingħajr ma jiġu meħuda inkonsiderazzjoni d-disa’ studji msemmija mir-rikorrent bħala proprjetarji.

(10)

Wara li rċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet aktar kjarifika mill-applikant dwar il-ġustifikazzjoni mogħtija fir-rigward tad-disa’ studji msemmija bħala proprjetarji u, b’mod partikolari fir-rigward tad-“dritt esklużiv ta’ referenza” kif imsemmi fl-Artikolu 21 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. L-informazzjoni kollha ġustifikabbli pprovduta mill-applikant ġiet valutata. Għas-seba’ studji mhux ippubblikati hu kkunsidrat li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma sodisfatti. Għalhekk, id-dejta xjentifika u informazzjoni oħra inklużi fis-seba’ istudji ma jistgħux jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-awtorizzazzjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament. Għaż-żewġ studji, li kienu ġew ippubblikati qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjoni tas-saħħa (3), għandu jiġi kkunsidrat li ladarba li l-istudji ġew ippubblikati u saru disponibbli għall-pubbliku, il-protezzjoni tagħhom ma tkunx ġustifikata fid-dawl tal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 li hu li jipproteġi l-investiment magħmul minn innovaturi fil-ġbir ta’ informazzjoni u dejta li jsostnu applikazzjoni skont ir-Regolament u għalhekk m’għandux jingħata.

(11)

Il-kummenti mingħand l-applikant li rċeviet il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ġew ikkunsidrati fit-tfassil tal-miżuri stiġpulati f’din id-Deċiżjoni.

(12)

L-Istati Membri kienu kkonsultati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istqarrija dwar is-saħħa stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni m’għandhiex tiġi inkluża fil-lista Komunitarja ta’ indikazzjonijiet permessi kif previsti fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Id-dejta xjentifika u informazzjoni oħra inklużi fl-istudji identifikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ristretti għall-użu għall-benefiċċju tal-applikanti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-awtorizzazzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill Provexis Natural Products Ltd., Thames Court, 1 Victoria Street, Windsor, Berkshire, SL4 1YB, ir-Renju Unit.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1101, The American Journal of Critical Nutrition, 2006, Vol 84, pp. 1-15.

(3)  O’ Kennedy N, Crosbie L, van Lieshout M, Broom JI, Webb DJ, Duttaroy AK, Effects of tomato extract on platelet function: a double-blinded crossover study in healthy humans, pp. 561-569 u O’Kennedy N, Crosbie L, van Lieshout M, Broom JI, Webb DJ, Duttaroy AK. Effects of antiplatelet components of tomato extract on platelet function in vitro and ex vivo: a time-course cannulation study in healthy humans, pp. 579.


ANNESS

Applikant – Indirizz

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Indikazzjoni

Kondizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni

Kondizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali

Dejta propjetarja ristretta għall-użu għall-benefiċċju tal-applikant

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Provexis Natural Products Ltd., Thames Court, 1 Victoria Street, Windsor, Berkshire, SL4 1YB, ir-Renju Unit.

Konċentrat tat-Tadam li jinħall fl-Ilma (KTJI) I u II

Konċentrat tat-Tadam li jinħall fl-Ilma (KTJI) I u II jgħin biex tinżamm b’mod normali l-aggregazzjoni tal-plejtlets, li tikkontribwixxi għall-fluss tad-demm tajjeb għas-saħħa

Informazzjoni lill-konsumatur li l-effett ta’ benefiċċju huwa akkwistat bil-konsum ta’ kuljum ta’ 3 g ta’ KTJI I jew 150 mg ta’ KTJI II sa 250 ml taż-żewġ tipi tal-meraq tal-frott jew, xarbiet bit-togħma jew xorb tal-jogurt (sakemm dan ma jkunx pasturizzat ħafna)

 

1.

O’ Kennedy N, Crosbie L, van Lieshout M, Broom JI, Webb DJ, Duttaroy AK, 2003a. Il-persistenza tal-effett kontra l-plejtlets ta’ doża waħda ta’ KTJI hu ekwivalenti għal 2 tadamiet friski fi żmien ta’ 24 siegħa. REC Nru 02/0269

2.

O’ Kennedy et al. 2003b. Studju mifrux u kkontrollat ta’ 42 jum magħmul b’mod ġenerali biex jevalwa l-effetti tal-konsum ta’ kuljum tal-KTJI fuq il-funzjoni tal-plejtlets, il-koagulazzjoni u xi indikaturi tar-riskju tal-linja bażi tas-CVD. REC Nru 03/0177.

3.

O’ Kennedy et al. 2005. L-effetti tal-konsum esaġerat tas-Sirco®, meraq tal-frott li għandu jiġi kkunsmat darba kuljum li fih 12 g/L tal-KTJI, fuq il-funzjoni tal-plejtlets f’pazjenti b’saħħithom. REC Nru 05/S0802/77.

4.

O’ Kennedy et al. 2006c. Studju pilota li jqabbel l-effetti kontra l-plejtlets tal-KTJI f’suġġetti b’saħħithom, wara l-konsum f’żewġ matriċijiet tal-ikel differenti. REC Nru 06/S0802/60.

5.

O’ Kennedy et al. 2007. Studju mifrux u kkontrollat u magħmul b’mod ġenerali biex iqabbel l-effetti kontra l-plejtlets ta’ tliet formati differenti ta’ KTJI fi bnedmin b’saħħithom. REC Nru 07/S0801/13.

6.

Song V, Sheddon A, Horgan G u O ‘Kennedy N. Attivita antikoagulatorja u antiinfjammatorja tal-WSTC fil-plejtlets u ċ-ċelluli endoteljali. Manuskritt għas-sottomissjoni; 2008.

7.

Zhang F, Song V, Neascu M, Crosbie L, Duncan G, Horgan G, de Roos B u O ‘Kennedy N. Studji tal-influss ċitometriku u proteomiku li janalizzaw l-effetti tal-WSTC fuq il-funzjoni tal-plejtlets in vitro. Mhux ippubblikati, 2007/2008.

Q-2009-00229