ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.306.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 306

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
20 ta' Novembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2009 tat-18 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u l-Mediterran min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1111/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2010 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009 li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1113/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1114/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009 li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

20

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1115/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1116/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009 li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

23

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/845/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2008 dwar l-għajnuna mill-istat li l-Awstrija tat lill-intrapriża Postbus fid-distrett ta’ Lienz C 16/07 (ex NN 55/2006) (notifikata bid-dokument numru C(2008) 7034)  ( 1 )

26

 

 

2009/846/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim amministrattiv bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS fuq is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata

39

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kulleġġ 2009-8 li tadotta r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Eurojust

45

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1109/2009

tad-19 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

38,6

MA

31,6

MK

37,7

TR

59,0

ZZ

41,7

0707 00 05

JO

171,8

MA

46,5

TR

77,7

ZZ

98,7

0709 90 70

MA

57,7

TR

109,5

ZZ

83,6

0805 20 10

MA

68,7

ZZ

68,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

52,3

HR

40,9

MA

74,5

TR

76,4

ZZ

61,0

0805 50 10

AR

54,6

TR

71,6

ZA

61,6

ZZ

62,6

0806 10 10

BR

245,4

LB

294,8

TR

143,2

US

293,9

ZZ

244,3

0808 10 80

AU

171,8

CA

63,9

MK

22,6

NZ

102,0

US

94,7

ZA

103,1

ZZ

93,0

0808 20 50

CN

57,0

TR

84,0

US

72,0

ZZ

71,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1110/2009

tat-18 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u l-Mediterran min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

29/T&Q

L-Istat Membru

Il-Greċja

L-Istokk

BFT/AE045W

L-Ispeċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Mediterran

Id-Data

17 ta’ Ottubru 2009


20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1111/2009

tad-19 ta’ Novembru 2009

li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2010 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1) (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari il-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (2), b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bi qbil mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 tad-29 ta’ Ottubru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (3), il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta’ distribuzzjoni li għandu jkun iffinanzjat mir-riżorsi disponibbli fis-sena tal-baġit 2010. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq il-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tittieħed mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji tal-intervent.

(2)

L-Istati Membri involuti fil-pjan tat-tqassim għas-sena tal-baġit 2010 kienu fornew l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

(3)

Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riżorsi, għandhom jiġu kkunsidrati l-esperjenza u sa liema punt l-Istati Membri utilizzaw ir-riżorsi allokati lilhom fis-snin preċedenti.

(4)

Il-punt 1(c) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprovdi għall-allokazzjoni tar-riżorsi għax-xiri fis-suq ta’ prodotti temporanjament mhux disponibbli fil-ħażniet tal-intervent. Peress illi l-ħażniet taċ-ċereali attwalment miżmuma mill-aġenziji tal-intervent mhumiex biżżejjed biex jiġu koperti l-allokazzjonijiet li jikkorrispondu għat-talbiet għaċ-ċereali u r-ross, l-allokazzjonijiet tar-riżorsi għandhom jiġu stabbiliti sabiex jippermettu x-xiri fis-suq ta’ ċereali jew ross, kif meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ distribuzzjoni għas-sena tal-baġit 2010.

(5)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprovdi għat-trasferiment bejn l-Istati Membri ta’ prodotti li mhumiex disponibbli fil-ħażniet tal-intervent tal-Istat Membru fejn prodotti bħal dawn huma meħtieġa biex jiġi implimentat il-pjan tat-tqassim annwali. Jeħtieġ għalhekk li jiġu awtorizzati t-trasferimenti intra-Komunitarji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan għall-2010, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

(6)

L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprovdi l-għażla, f’każijiet fejn ikun previst it-trasferiment ta’ prodotti mill-Istat Membru li fih jinżammu f’intervent, għal Stat Membru ieħor, għall-operaturi, biex iressqu offerta mingħajr ma jittrasferixxu l-prodotti rilaxxati mill-ħażniet tal-intervent lejn l-Istat Membru applikant. L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-ħruġ ta’ prodotti akkwistati b’intervent pubbliku għandu jsir b’tali mod li tiġi evitata kwalunkwe disturbanza tas-suq,

(7)

Minħabba l-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib, karatterizzat minn livelli ta’ prezzijiet baxxi, l-użu tal-għażla pprovduta fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 ma għandux jitħalla fil-pjan ta’ distribuzzjoni tal-2010 għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat sabiex jiġu evitati d-disturbi fis-suq wara r-rilaxx ta’ dawk il-prodotti f’ċerti swieq li diġà huma fornuti tajjeb. Għall-istess raġuni, l-użu tal-possibbiltajiet offerti lill-operaturi fil-paragrafi 2 u 2a tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandu jkun limitat sabiex il-prodotti tal-ħalib maħsuba għatqassim lill-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw il-kompożizzjoni tagħhom u l-kwantità ta’ ħalib użat fil-manifattura tagħhom. Sabiex tiġi sorveljata l-konformità ma’ dik ir-regola, l-Istati Membri għandhom jipprovdu fir-rapporti tal-progress tagħhom lista dettaljata ta’ prodotti mqassma mqiegħda taħt il-kategoriji “kontenut għoli ta’ xaħam” jew “oħrajn”.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti tal-ħalib mill-ħażniet tal-intervent ma jidħlux fis-suq f’mument inopportun matul is-sena, il-perjodu ta’ żmien ipprovdut fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 li matulu l-butir u t-trab tal-ħalib xkumat jistgħu jittieħdu mill-ħażniet tal-intervent għandu jitqassar.

(9)

Jekk titqies il-kumplessità tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim tal-2010, li tesiġi volum għoli ta’ trasferimenti intra-Komunitarji, huwa xieraq li tiżdied il-marġni ta’ 5 % pprovduta fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

(10)

Għall-implementazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali, l-avveniment operattiv fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika.

(11)

Bi qbil mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, il-Kummissjoni fittxet il-parir tal-organizzazzjonijiet ewlenin li huma familjari mal-problemi tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità meta kienet qed tħejji dan il-pjan ta’ tqassim annwali.

(12)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprovdi li l-Kumissjoni għandha tadotta l-pjan ta’ tqassim annwali qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Minħabba l-qagħda attwali fis-suq tal-prodotti tal-ħalib, u fid-dawl tal-ħtieġa għal aktar konsultazzjonijiet mal-Istati Membri dwar it-talbiet tagħhom, għadu ma kienx possibbli għall-Kummissjoni biex tadotta l-pjan ta’ tqassim. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-esekuzzjoni f’waqtha tal-pjan ta’ tqassim annwali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(13)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-2010, it-tqassim tal-ikel lill-persuni li huma l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jsir skont il-pjan annwali ta’ distribuzzjoni stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-allokazzjonijiet lill-Istati Membri maħsuba għax-xiri taċ-ċereali fis-suq, kif meħtieġa skont il-pjan imsemmi fl-Artikolu 1, għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 3

1.   B’deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, għall-pjan ta’ tqassim tal-2010, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat għandhom jittieħdu mill-ħażniet tal-intervent mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Settembru 2010. L-iskadenza ta’ sittin jum għat-teħid tal-prodotti pprovduta fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament m’għandhomx japplikaw f’dan il-każ.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal allokazzjonijiet ta’ 500 tunnellata jew inqas.

2.   B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, għall-pjan ta’ tqassim tal-2010, fejn ċerti bidliet sostanzjati jikkonċernaw 10 % jew aktar tal-kwantitajiet jew tal-valuri mdaħħla għal kull prodott fil-pjan Komunitarju, il-pjan għandu jiġi rivedut.

Artikolu 4

1.   B’deroga mill-paragrafi 2 u 2a tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim tal-2010, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-prodotti tal-ħalib maħsuba għat-tqassim jew taħt il-kategorija “kontenut għoli ta’ xaħam” inkella taħt il-kategorija “oħrajn”.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwantità totali ta’ xaħam fil-ħalib jammonta għal minimu ta’ 20 % tal-piż totali tal-prodotti fl-ewwel kategorija u li l-manifattura tal-kwantità totali tal-prodotti fit-tieni kategorija tkun ħtieġet kwantità ta’ ħalib ta’ mhux anqas minn 90 % tal-piż totali.

3.   Ir-rapport ta’ progress għall-pjan ta’ tqassim tal-2010, kif ipprovdut mill-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, għandu jkollu lista dettaljata tal-prodotti mqassma li jinsabu fil-kategorija “kontenut għoli ta’ xaħam” inkella fil-kategorija “oħrajn”.

Artikolu 5

1.   It-trasferiment intra-Komunitarju tal-prodotti elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament huma awtorizzati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

2.   B’deroga mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, fil-każ li trasferiment ta’ trab tal-ħalib xkumat inkella butir minn Stat Membru li fih dawn il-prodotti jkunu preżenti fil-ħażniet tal-intervent, għall-Istat Membru li fih dawk il-prodotti jkunu se jintużaw għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali, ikun previst f’dan ir-Regolament, l-operatur m’għandux ikollu l-għażla li jqiegħed il-prodotti rtirati fis-suq Komunitarju fl-ewwel Stat Membru imma jkollu jittrasferihom għat-tieni Stat Membru.

Artikolu 6

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, id-data tal-avveniment operattiv fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandha tkun l-1 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50.


ANNESS I

PJAN ANNWALI TAT-QASSIM GĦALL-2010

(a)

Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan tal-2010 f’kull wieħed mill-Istati Membri

(f’EUR)

Stat Membru

Tqassim

Belgique/België

7 806 433

България

8 565 832

Česká republika

133 893

Eesti

761 012

Éire/Ireland

818 816

Elláda

20 044 478

España

52 623 664

France

78 103 609

Italia

122 456 856

Latvija

5 119 849

Lietuva

8 859 115

Luxembourg

107 483

Magyarország

14 770 126

Malta

698 841

Polska

97 405 034

Portugal

22 516 761

România

29 951 704

Slovenija

2 619 927

Suomi/Finland

4 636 567

Total

478 000 000

(b)

Il-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandu jittieħed mill-ħażniet tal-intervent tal-Komunità għal distribuzzjoni lejn kull Stat Membru li huma suġġetti għall-ammonti massimi stabbiliti f’(a)

(f’tunnellati)

Stat membru

Ċereali

Butir

Trab tal-ħalib xkumat

Zokkor

Belgique/België

29 067

1 285

1 507

България

54 104

1 724

Česká republika

302

20

22

9

Eesti

5 147

1

Eire/Ireland

350

Elláda

64 397

5 889

España

181 248

9 335

1 603

3 483

France

168 998

13 033

12 050

3 247

Italia

283 206

20 000

18 166

4 006

Latvija

22 951

969

Lietuva

40 317

145

1 212

1 182

Magyarország

95 687

1 938

Malta

4 740

Polska

387 305

1 901

17 952

10 823

Portugal

47 522

5 079

1 826

1 045

România

135 555

4 500

5 577

Slovenija

9 810

600

289

Suomi/Finland

25 371

500

Total

1 555 726

51 148

65 290

34 832

Allokazzjoni lil-Lussemburgu għax-xiri tat-trab tal-ħalib fuq is-suq tal-UE: EUR 101 880


ANNESS II

Allokazzjonijiet lill-Istati Membri għax-xiri ta’ ċereali fuq is-suq Komunitarju

(f’EUR)

Stat Membru

Ċereali

Belgique/België

1 117 572

България

2 080 196

Česká republika

11 600

Eesti

197 884

Éire/Ireland

Elláda

2 475 950

España

6 968 699

France

6 497 704

Italia

10 888 824

Latvija

882 424

Lietuva

1 550 130

Lussemburgu

Magyarország

3 679 017

Malta

182 233

Polska

14 891 236

Portugal

1 827 127

România

5 211 876

Slovenija

377 183

Suomi/Finland

975 485

Total

59 815 140


ANNESS III

(a)

Trasferimenti intra-Komunitarji ta’ ċereali awtorizzati fil-kuntest tal-pjan għas-sena tal-baġit tal-2010

 

Kwantità

(f’tunnellati)

Detentur

Destinatarju

1.

102 940

SZIF, Česká republika

FEGA, España

2.

87 816

SZIF, Česká republika

FranceAgriMer, France

3.

29 067

BLE, Deutschland

BIRB, Belgique

4.

81 182

BLE, Deutschland

FranceAgriMer, France

5.

31 423

BLE, Deutschland

ARR, Polska

6.

1 022

PRIA, Eesti

Rural Support Service, Latvia

7.

36 172

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva

ARR, Polska

8.

44 239

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

Държавен фонд “Земеделие” — Разплащателна агенция, България

9.

64 397

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

OPEKEPE, Elláda

10.

204 593

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

AGEA, Italia

11.

4 740

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

Ministry for Resources and Rural Affairs Paying Agency, Malta

12.

39 351

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

ARR, Polska

13.

11 640

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

IFAP I.P., Portugal

14.

135 555

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România

15.

9 810

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija

16.

6 852

AMA, Austria

Държавен фонд “Земеделие” — Разплащателна агенция, България

17.

65 045

Pôdohospodárska platobná agentúra, Slovenská Republika

FEGA, España

18.

78 613

Pôdohospodárska platobná agentúra, Slovenská Republika

AGEA, Italia

19.

199 816

Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland

ARR, Polska

20.

13 263

SJV, Sverige

FEGA, España

21.

21 929

SJV, Sverige

Rural Support Service, Latvia

22.

35 882

SJV, Sverige

IFAP I.P., Portugal

(b)

Trasferimenti intra-Komunitarji ta’ zokkor awtorizzati fil-kuntest tal-pjan għas-sena tal-baġit tal-2010

 

Kwantità

(f’tunnellati)

Detentur

Destinatarju

1.

2 129

SZIF, Česká republika

ARR, Polska

2.

397

OFI, Ireland

BIRB, Belgique

3.

995

OFI, Ireland

FranceAgriMer, France

4.

1 724

AGEA, Italia

Държавен фонд “Земеделие” — Разплащателна агенция, България

5.

3 483

AGEA, Italia

FEGA, España

6.

2 252

AGEA, Italia

FranceAgriMer, France

7.

1 182

AGEA, Italia

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva

8.

1 938

AGEA, Italia

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

9.

8 694

AGEA, Italia

ARR, Polska

10.

1 045

AGEA, Italia

IFAP I.P., Portugal

11.

5 577

AGEA, Italia

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România

12.

289

AGEA, Italia

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija

(c)

Trasferimenti intra-Komunitarji ta’ butir awtorizzati fil-kuntest tal-pjan għas-sena tal-baġit tal-2010

 

Kwantità

(f’tunnellati)

Detentur

Destinatarju

1.

9 894

BLE, Deutschland

AGEA, Italia

2.

10 106

Dienst Regelingen Roermond, Netherlands

AGEA, Italia

(b)

Trasferimenti intra-Komunitarji ta’ trab tal-ħalib xkumat awtorizzati fil-kuntest tal-pjan għas-sena tal-baġit tal-2010

 

Kwantità

(f’tunnellati)

Detentur

Destinatarju

1.

600

SZIF, Česká republika

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija

2.

5 889

BLE, Deutschland

OPEKEPE, Elláda

3.

969

PRIA, Eesti

Rural Support Service, Latvia

4.

18 166

FranceAgriMer, France

AGEA, Italia

5.

4 500

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România


20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1112/2009

tad-19 ta’ Novembru 2009

li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 Novembru 2009 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 huma daqs il-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru tal-ordni 09.4321.

(2)

It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għan-numru tal-ordni 09.4321 għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2009/10.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


ANNESS

“Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL”

Is-sena tas-suq 2009/10

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.11.2009 sas-7.11.2009

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4317

L-Awstralja

 

09.4318

Il-Brażil

 

09.4319

Kuba

 

09.4320

Kwalunkwe pajjiż terz

Sospiżi

09.4321

L-Indja

 (1)

Sospiżi

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Is-sena tas-suq 2009/10

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.11.2009 sas-7.11.2009

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bożnija u Ħerzegovina

 

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo (*)

 (2)

 

09.4327

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

09.4328

Il-Kroazja

 (2)

 

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


“Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali”

Is-sena tas-suq 2009/10

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.11.2009 sas-7.11.2009

In-numru tas-serje

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4380

Eċċezzjonali

Sospiżi

09.4390

Industrijali

 (3)

Sospiżi

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


(1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

(*)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

(2)  Il-Kosovo taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(3)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.


20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1113/2009

tad-19 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet tal-prodotti msemmija fil-Parti XVI tal-Anness għar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f’dak tal-Komunità tista’ tiġi koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għandhom ikunu ffissati r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u skont ċerti kriterji pprovduti bl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għandhom ikunu ffissati r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u skont ċerti kriterji pprovduti bl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni għar-Repubblika Dominikana ġew differenzjati biex jitqiesu d-dazji doganali mnaqqsa applikati fuq l-importazzjonijiet taħt il-kwota tariffarja skont il-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Dominikana rigward il-protezzjoni fuq l-importazzjoni tal-ħalib tat-trab fir-Repubblika Dominikana (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/486/KE (3). Minħabba bidla fil-qagħda tas-suq fir-Repubblika Dominikana, ikkaratterizzata minn aktar kompetizzjoni għat-trab tal-ħalib, il-kwota ma għadhiex tintuża għal kollox. Biex jikber kemm jista' jkun l-użu tal-kwota, għandha titħassar id-differenzjazzjoni tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għar-Repubblika Dominikana.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni provduti bl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet provduti bl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 (4).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 218, 6.8.1998, p. 46.

(3)  ĠU L 218, 6.8.1998, p. 45.

(4)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mill-20 ta’ Novembru 2009

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0401 30 31 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 31 9400

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 31 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 39 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 39 9400

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 39 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 91 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 99 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 99 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 10 11 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 10 19 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 10 99 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 11 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 11 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 11 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 11 9900

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 17 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 19 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 19 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 19 9900

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 91 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 91 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 91 9350

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9400

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9600

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 15 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 15 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 15 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 19 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 19 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 19 9900

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 99 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 99 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 91 10 9370

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 91 30 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 91 99 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 99 10 9350

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 99 31 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 11 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 13 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 13 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 13 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 13 9900

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 33 9400

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 59 9310

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 59 9340

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 59 9370

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 21 9120

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 21 9160

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 23 9120

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 23 9130

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 23 9140

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 23 9150

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 81 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 83 9110

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 83 9130

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 83 9150

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 83 9170

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 11 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 11 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 19 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 19 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 30 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 30 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 30 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 50 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 50 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 90 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 20 90 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 20 90 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 90 10 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 90 90 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0406 10 20 9640

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 10 20 9650

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 10 20 9830

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 10 20 9850

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 20 90 9913

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 20 90 9915

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 20 90 9917

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 20 90 9919

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 31 9730

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 31 9930

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 31 9950

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 39 9500

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 39 9700

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 39 9930

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 39 9950

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 40 50 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 40 90 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 13 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 15 9100

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 17 9100

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 21 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 23 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 25 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 27 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 32 9119

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 35 9190

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 35 9990

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 37 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 61 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 63 9100

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 63 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 69 9910

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 73 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 75 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 76 9300

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 76 9400

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 76 9500

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 78 9100

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 78 9300

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 79 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 81 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 85 9930

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 85 9970

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 86 9200

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 86 9400

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 86 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9300

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9400

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9951

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9971

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9973

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9974

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9975

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9979

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 88 9300

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 88 9500

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma ddefiniti kif ġej:

L20

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr:

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein u l-Istati Uniti tal-Amerika;

(b)

it-territorji tal-Istati Membri tal-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv

(ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jagħmilx parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1).

L04

:

l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, is-Serbja, Kosovo (), il-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

L40

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr:

(a)

pajjiżi terzi: L04, Andorra, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kroazja, it-Turkija, l-Awstralja, il-Kanada, in-New Zealand u l-Afrika t'Isfel;

(b)

it-territorji tal-Istati Membri tal-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jagħmilx parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1).


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1114/2009

tad-19 ta’ Novembru 2009

li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-17 ta’ Novembru 2009.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fis-17 ta’ Novembru 2009, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1115/2009

tad-19 ta’ Novembru 2009

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

81,9

2

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

111,7

2

BR

106,7

3

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

196,7

32

BR

192,6

34

AR

295,8

1

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

203,5

3

BR

149,3

19

AR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

98,6

13

BR

116,1

8

AR

0207 25 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 80 %, iffriżati

162,2

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

233,4

19

BR

279,0

5

CL

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

340,9

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

218,1

21

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1116/2009

tad-19 ta’ Novembru 2009

li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1)b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq internazzjonali għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(p) u mniżżla fil-Parti XVI tal-Anness I ta' dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta' esportazzjoni fejn dawn l-oġġetti huma esportati fis-suq ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema tal-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta' oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi ffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li se jkollhom rata ta' rifużjoni ffissata, li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati f'sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont it-tieni paragrafu, is-subparagrafu (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta' rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi kkonċernati għandha tiġi ffissata għal perjodu tal-istess tul bħal dak tar-rifużjonijiet li huma ffissati għall-istess prodotti esportati mingħajr ma ġew ipproċessati.

(4)

L-Artikolu 162, paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1234/200 jistipula li r-rifużjoni tal-esportazzjoni ta' prodott li jinsab f'oġġett ma tistax taqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr aktar proċessar.

(5)

Għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, hemm il-periklu li, jekk ir-rati ta' rifużjoni għoljin ikunu ffissati bil-quddiem, l-impenji b'rigward għal dawk ir-rifużjonijiet jistgħu jitqiegħdu fil-periklu. Għalhekk, sabiex jiġi evitat dan il-periklu, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni, iżda mingħajr ma tiġi prekluża l-konklużjoni ta' kuntratti fit-tul. L-iffissar ta' rati ta' rifużjoni speċifiċi għall-iffissar bil-quddiem ta' rifużjonijiet b'rigward ta' dawk il-prodotti għandu jippermetti li jiġu ssodisfatti dawk iż-żewġ għanijiet.

(6)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jistipula li, meta r-rata tar-rifużjoni tkun iffissata, jitqiesu, fejn xieraq, l-għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli fl-Istati Membri kollha skont ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew għal prodotti assimilati.

(7)

L-Artikolu 100(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula l-ħlas ta' għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fil-Komunità li hu proċessat f'kaseina jekk tali ħalib u l-kaseina prodotti minnu jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta' rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fis-sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu ffissati kif stipulat fl-Anness ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-20 ta’ Novembru 2009 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat  (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skont il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

it-territorji tal-Istati Membri tal-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(ċ)

It-territorji Ewropej li relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1).


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2008

dwar l-għajnuna mill-istat li l-Awstrija tat lill-intrapriża Postbus fid-distrett ta’ Lienz C 16/07 (ex NN 55/2006)

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 7034)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/845/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli msemmija hawn fuq (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittri datati t-2 ta’ Awwissu 2002 (2) u t-23 ta’ Awwissu 2003 (3), intrapriża privata Awstrijaka tax-xarabanks ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat allegatament mogħtija mill-awtorità tat-trasport pubbliku tat-Tirol (Verkehrsverbund Tirol GmbH, minn hawn ‘il quddiem: Verkehrsverbund Tirol 2002 lill-kompetitur pubbliku tagħha, l-intrapriża privata Postbus AG (minn hawn ‘il quddiem Postbus). Permezz ta’ ittra datata l-14 ta’ Lulju 2005 (4), il-Kummissjoni talbet lill-Awstrija tagħtiha informazzjoni dwar dan l-ilment. Permezz ta’ ittra datata t-3 ta’ Ottubru 2005 (5), l-Awstrija tat lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba.

(2)

Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Mejju 2007 (6), il-Kummissjoni infurmat lill-Awstrija bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-miżura inkwistjoni.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom (7)

(4)

L-Awstrija ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta’ ittra datata t-18 ta’ Lulju 2007 (8).

(5)

Permezz ta’ ittra datata l-24 ta’ Lulju 2007 (9), min ressaq l-ilment informa lill-Kummissjoni li ma kienx għadu interessat fit-tkomplija tal-kwistjoni.

(6)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti minn partijiet terzi oħra.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   Miżura li qed tiġi investigata

2.1.1.   Kuntest

(7)

Il-Verkehrsverbund Tirol hija intrapriża privata, irregolata mil-liġi privata. Korpi simili jeżistu fir-reġjuni l-oħra kollha, u ġeneralment issir referenza għalihom bħala Verkehrsverbundgesellschaften. Dawn il-korpi huma responsabbli għall-ippjanar u l-koordinazzjoni tat-trasport bix-xarabank fir-reġjun rispettiv tagħhom. Skont il-Bundesgesetz über die Ordnung des öffentlichen Personennah- und Regionalverkehrs (l-Att Federali dwar l-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri, minn hawn ‘il quddiem: ÖPNRV-G), dawn il-korpi jirċievu sussidji annwali mill-Bundesland rispettiv, sabiex jiġi żgurat trasport pubbliku tal-passiġġieri adegwat fir-reġjun.

(8)

Fit-12 ta’ Lulju 2002 il-Verkehrsverbund Tirol u l-Postbus ftiehmu dwar kuntratt ta’ servizz pubbliku għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tax-xarabank numri 5002, 5008, 5010, 5012, 5014, 5050 u 5052 fid-distrett ta’ Lienz.

(9)

Skont il-liġi amministrattiva Awstrijaka, operatur ta’ xarabanks jeħtieġ li jkollu liċenzja biex ikun jista’ jopera rotta ta’ xarabank. L-għoti tal-liċenzja huwa indipendenti mill-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

(10)

Il-Postbus diġà kellha l-liċenzji biex topera s-seba’ rotot koperti mill-kuntratt qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku. IL-Postbus kienet applikat għal-liċenzji fuq l-inizjattiva tagħha stess, bla ma kienet żgura li se tirċievi l-kumpens. Għalhekk, ir-rotot inkwistjoni huma meqjusa fil-leġiżlazzjoni Awstrijaka li jinħadmu “eigenwirtschaftlich” (fl-interess kummerċjali). Skont ir-regoli Awstrijaki tal-akkwist pubbliku, id-distinzjoni bejn “eigenwirtschaftlich” u “gemeinwirtschaftlich” (fl-interess komuni) hija importanti peress li kuntratti ta’ servizz pubbliku għar-rotot maħduma bħala “gemeinwirtschaftlich” biss huma soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku. Għalhekk, il-kuntratt ta’ servizz pubbliku li huwa s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni ngħata mingħajr proċedura tal-akkwist pubbliku.

2.1.2.   Deskrizzjoni dettaljata tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku li qed jiġi investigat

(11)

Il-kuntratt għandu bħala għan il-provvista tas-servizzi tat-trasport bix-xarabank mill-Postbus. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2002 b’mod retroattiv u għandu tul ta’ żmien indefinit. Minn Diċembru 2006, il-partijiet jistgħu jtemmu l-kuntratt b’avviż ta’ sitt xhur.

(12)

Għall-kalkolu tar-remunerazzjoni, il-kuntratt jiddistingwi bejn Bestelleistungen u Bestandsleistungen.

(13)

B’Bestelleistungen, il-kuntratt ifisser bażi ta’ servizzi tat-trasport bix-xarabank li għalihom l-intrapriża tingħata pagament fiss. Skont il-Parti IV (3) tal-kuntratt, 204 807 km jikkostitwixxu Bestelleistungen. Skont il-Parti XIII tal-kuntratt, il-Postbus kull sena għandha tirċievi EUR 527 000, apparti t-taxxa fuq l-indiċi tal-bejgħ. Il-pagamenti għandhom isiri fi tnax-il rata mifruxa matul is-sena.

(14)

B’Bestandsleistungen, il-kuntratt ifisser servizzi ta’ trasport bix-xarabank li għalihom għandu jsir pagament li huwa s-somma ta’ tliet komponenti. Skont il-Parti IV (3) tal-kuntratt, Bestandsleistungen jikkostitwixxu 952 761 km. Il-Parti X (2) tistabbilixxi r-remunerazzjoni għall-Bestandsleistungen għal EUR 1 690 000 għas-sena 2002. Skont il-Parti X (3) din ir-remunerazzjoni hija magħmula kif ġej:

(a)

Il-kumpens għall-interkonnessjoni (Verbundabgeltung), li l-prezz huwa stabbilit kull sena għal kull linja skont iż-żieda tal-passiġġieri,

(b)

Id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-biljetti, mingħajr it-taxxa fuq l-indiċi tal-bejgħ mogħtija lura lill-Postbus

(c)

Id-dħul iġġenerat mill-ħlas mogħti mill-Ministru Federali tas-Saħħa, il-Familja u ż-Żgħażagħ bħala t-tħaddim tat-tariffi mnaqqsa riżervati għall-istudenti u l-apprentisti skont it-taqsima 29 ÖPNRV-G u l-kuntratti konklużi skont it-taqsimiet 30f u 30j Familien Lasten Ausgleichs Gesetz (FLAG) bejn il-Minsteru u l-Postbus.

(15)

Għall-ewwel sena tal-kuntratt, Verbundabgeltung għandu jkollha EUR 1 690 000 nieqes fid-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-biljetti u fil-ħlas għall-obbligi tat-tariffi. Meta ġie konkluż il-kuntratt, il-partijiet la kienu jafu kemm kien id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-biljetti u lanqas mill-ħlas għall-obbligi tat-tariffi. Għalhekk, il-kuntratt ma jistabbilixix it-total assolut tal-Verbundabgeltung.

(16)

Il-prezz imħallas mill-Verkehrsverband Tirol lill-Postbus għall-2002 kien ta’ EUR 2 217 000 (inkluż id-dħul tal-għoti lura mill-bejgħ tal-biljetti). Bħala kumpens, il-Postbus kellha l-obbligu li tipprovdi 1 157 568 km ta’ servizz bix-xarabank skont l-orarji u r-rotot speċifikati fil-kuntratt. Il-prezz imħallas għal kull kilometru kien b’medja ta’ EUR 1,92.

2.1.3.   Evoluzzjoni storika tas-sistema Awstrijaka

(17)

Id-distinzjoni bejn Bestellleistungen u Bestandsleistungen tispjega ruħha qabel kollox bl-evoluzzjoni storika tal-ÖPNRV-G li tispeċifika l-organizzazzjoni u l-finanzjament tat-trasport pubbliku fil-partijiet rurali tal-Awstrija.

(18)

Skont it-taqsima 10 (1) ÖPNRV-G l-intrapriżi tat-trasport bix-xarabank li jappartjenu lill-Istat Awstrijak, bħall-Postbus, għandhom id-dritt li jirċievu kumpens mill-Istat Federali għat-telf fit-tħaddim tat-trasport pubbliku sal-1 ta’ Ġunju 1999 (Alteinnahmegarantie).

(19)

Għaż-żmien ta’ wara l-1 ta’ Ġunju 1999, l-Istat Federali għandu jħallas ammont li jikkorrispondi għas-somma mħallsa kull sena skont l-Alteinnahmegarantie lill-korpi reġjonali inkarigati bl-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku, il-Verkehrsverbundgesellschaften. Dawn jużaw l-ammonti biex jordnaw is-servizzi tat-trasport bix-xarabank min-naħa tal-intrapriżi tax-xarabank. Qabel ma jordnaw dawn is-servizzi tat-trasport bix-xarabank, il-Verkehrsverbundgesellschaften għandhom jippjanaw it-trasport pubbliku fir-reġjun tagħhom skont it-taqsimiet 11, 20 u 31 tal-ÖPNRV-G (l-Artikolu 10 (2) ÖPNRV-G). Dawn id-dispożizzjonijiet jispeċifikaw kriterji ekonomiċi u ta’ kwalità li għandhom jiġu rispettati fit-trasport pubbliku.

(20)

Mill-2001, kull sena l-Istat Federali għandu jnaqqas b’wieħed f’kull ħamsa l-ammonti li jħallas lill-Verkehrsverbund-gesellschaften (it-taqsima 10 (3) ÖPNRV-G).

(21)

L-Artikoli 14 u ta’ wara ÖPNRV-G jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-ħolqien u l-organizzazzjoni tal-Verkehrsverbundgesellschaften. It-Taqsima 19 (1) ÖPNRV-G lill-Verkehrsverbundgesellschaften tobbligahom ibiddlu s-sistema tal-Alteinnahmegarantie fi żmien ħames snin mill-1999 permezz ta’ sistema ġdida ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku.

2.1.4.   Ġustifikazzjoni tal-prezz previst fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku

(22)

Qabel l-iffirmar tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, il-Verkehrsverband Tirol użat tliet metodi differenti biex tiġġustifika jekk il-kumpens għas-servizz pubbliku maħsub fil-kuntratt kienx ġustifikat. Dawn it-tliet metodi jittrattaw il-verifika għal kull kilometru (Prüfung nach Kilometersätzen), il-verifika mqabbla mal-ispiża (Prüfung nach Kostensätzen) u l-verifika skont il-kategoriji differenti tal-ispejjeż (Prüfung nach Einzelkostenpositionen).

2.2.   L-ewwel verifika mill-Kummissjoni

(23)

Fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura, il-Kummissjoni qajmet dubji jekk il-kuntratt tas-servizz pubbliku konkluż bejn il-Verkehrsverband u l-Postbus kienx jissodisfa t-tieni kriterju tal-hekk imsejħa kriterji Altmark  (10). Minħabba li l-kriterji Altmark jittrattaw erba’ kriterji kumulattivi, il-Kummissjoni ma vvalutatx fid-dettall jekk it-tielet u r-raba’ kriterji ġewx issodisfati, imma ġie konkluż li l-preżenza tal-għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża.

(24)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà possibbli ta’ din it-tip ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura tikkunsidra li l-għajnuna tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni fuq bażi tal-Artikolu 73 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (11). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ammont tal-kumpens imħallas lill-Postbus deher li ma jaqbiżx dak li kien meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż involuti biex jitwettqu l-obbligi tas-servizz pubbliku tal-kuntratt, meta wieħed jikkunsidra r-riċevuti relatati u l-profitt raġjonevoli biex jitwettqu l-obbligi.

(25)

Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li la ma kien hemm l-ebda sejħa pubblika għall-offerti, u l-kompetitur dirett tal-Postbus allega li l-Postbus kienet qed tirċievi kumpens żejjed, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li, li kieku l-każ preżenti kellu jiġi nnotifikat, dan il-kompetitur u l-partijiet terzi interessati l-oħra kollha kellhom jingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar il-metodi użati mill-Awstrija biex tivverifika l-ispejjeż u tevita kumpens żejjed, qabel ma tifforma opinjoni definittiva dwar jekk il-Postbus kinitx qed tirċievi kumpens żejjed jew le. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni qajmet dubju jekk il-Postbus irċevitx kumpens żejjed għall-provvista ta’ servizz pubbliku taħt kuntratt ta’ servizz pubbliku.

3.   KUMMENTI TAL-AWSTRIJA

(26)

Il-kummenti tal-Awstrija jikkonċernaw:

(a)

ir-relazzjoni bejn il-kriterji Altmark u r-Regolament (KEE) Nru 1191/69,

(b)

l-applikazzjoni tat-tieni kriterju Altmark fil-każ preżenti,

(c)

l-applikazzjoni tat-tielet u r-raba’ kriterji Altmark fil-każ preżenti, b’mod partikolari l-metodi użati biex jiġu vverifikati l-ispejjeż u jiġi evitat kumpens żejjed,

(d)

il-kompatibbiltà tal-kuntratt tas-servizz pubbliku mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

Ir-relazzjoni bejn il-kriterji Altmark u r-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

(27)

L-Awstrija tqis li l-Artikolu 73 tat-Trattat tal-KE u r-Regolament (KEE) Nru 1191/69, li huwa bbażat fuqu, jistabbilixxu lex specialis għall-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Għalhekk, kull meta kuntratt ta’ servizz pubbliku jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, ma hemm ebda għajnuna mill-Istat, u għalhekk ebda ħtieġa li jiġi vvalutat il-kuntratt ta’ servizz pubbliku inkwistjoni skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE u l-kriterji Altmark. L-Awstrija tibbaża din l-interpretazzjoni fuq il-Punt 37 tas-sentenza Altmark, li tgħid dan li ġej:

L-ewwel punt li wieħed għandu jeżamina huwa jekk ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 huwiex applikabbli għas-servizzi ta’ trasport kontestati fil-proċeduri prinċipali. Jekk dak mhuwiex il-każ biss, għandha tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għas-sussidji kontestati fil-proċeduri ġenerali.

3.1.   Applikazzjoni tat-tieni kriterju Altmark fil-każ preżenti

(28)

L-Awstrija targumenta li anke jekk ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 ma jindirizzax l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat, imma biss il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni, il-kuntratt ta’ servizz pubbliku konkluż bejn il-Verkehrsverbund Tirol u l-Postbus madankollu jissodisfa l-erba’ kriterji Altmark.

(29)

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni kriterju Altmark, l-Awstrija tispjega li kemm ir-remunerazzjoni għall-Bestelleistungen u r-remunerazzjoni għall-Bestandsleistungen ġew stabbiliti bil-quddiem b’mod oġġettiv u trasparenti. Fir-rigward tal-Bestelleistungen, l-Awstrija tispjega li l-kuntratt huwa kuntratt nett, li bih il-Postbus tirċievi prezz fiss ta’ EUR 2,57 għal kull kilometru sewqan bix-xarabank (12). Għalhekk, il-prezz kien ġie stabbilit bil-quddiem bl-użu tal-kriterju oġġettiv u trasparenti “prezz għal kull kilometru ta’ sewqan”.

(30)

Fir-rigward tal-Bestandsleistungen, l-Awstrija tispjega li l-prezz kien ġie miftiehem ukoll bil-quddiem mill-partijiet bħala prezz fiss, jiġifieri EUR 1 690 000 għal 952 761 kilometru li għandhom jiġu misjuqa. Li ma kienx ġie stabbilit bil-quddiem kien il-qsim eżatt bejn it-tliet komponenti tal-pagament: id-dħul mill-bejgħ tal-biljetti, il-kumpens għall-obbligi tat-tariffi u l-kumpens għas-sistema tat-traffiku integrata. Kif tispjega l-Awstrija, l-ispjegazzjoni tinsab fin-natura stess tat-tliet komponenti, li tnejn minnhom jiddependu fuq l-għadd ta’ passiġġieri li jinġarru, filwaqt li t-tielet wieħed ikun id-differenza bejn il-prezz totali miftiehem u s-somma tal-ewwel żewġ elementi.

(31)

Anke f’dan ir-rigward, l-Awstrija tikkonkludi li l-kuntratt huwa kuntratt nett, li minnu l-Postbus tirċievi prezz fiss għal kull kilometru misjuq b’xarabank ta’ 1,77 EUR/km, u li għalhekk, il-prezz kien ġie stabbilit bil-quddiem, bl-użu tal-kriterju oġġettiv u trasparenti “prezz għal kull kilometru ta’ sewqan”.

3.2.   Applikazzjoni tat-tielet u r-raba’ kriterji Altmark fil-każ preżenti, b’mod partikolari metodi għall-verifika tal-ispejjeż u biex jiġi evitat kumpens żejjed

(32)

L-Awstrija targumenta li l-Verkehrsverbund Tirol eskludiet il-kumpens żejjed għall-Postbus billi vverifikat il-prezz imħallas lill-Postbus għal kull kilometru mal-medja tal-industrija, bl-użu ta’ tliet metodi differenti: verifika tal-prezz kull kilometru, kontroll tal-ispejjeż għal kull partita ta’ spiża u kontroll tal-ispejjeż skont kategoriji differenti tal-ispejjeż.

(33)

Fit-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni li tibda l-proċedura, l-Awstrija pprovdiet lill-Kummissjoni iżjed informazzjoni dwar iż-żewġ metodi użati għall-verifika tal-ispejjeż għall-provvista ta’ servizzi tat-trasport u biex jiġi evitat kumpens żejjed: il-verifika tal-ispejjeż għal kull partita ta’ spiża u l-verifika tal-ispejjeż skont kategoriji differenti ta’ spejjeż. Fl-opinjoni tagħha, ma tenħtieġ ebda spjegazzjoni oħra fir-rigward tal-verifika għall-ispiża kull kilometru (13).

(34)

Skont l-opinjoni tal-Awstrija, dawn it-tliet verifiki tal-ispejjeż jiżguraw konformità kemm mat-tielet (nuqqas ta’ kumpens żejjed) u r-raba’ (intrapriża medja, immexxija sew) kriterji Altmark.

3.2.1.   Verifika tal-ispejjeż għal kull partita ta’ spiża

(35)

Permezz tal-metodu “verifika tal-ispejjeż għal kull oġġett”, il-Verkehrsverbund Tirol qabblet l-ispejjeż ta’ kull partita tal-Postbus mal-ispejjeż medji ta’ dan is-settur tal-industrija.

(36)

Abbażi tal-ispejjeż medji tas-settur tal-industrija, il-Postbus għandha tilħaq il-miri li ġejjin għall-ispejjeż tal-kuntratt tas-servizz pubbliku fid-distrett ta’ Lienz:

Partita ta’ spiża

Spejjeż

Spejjeż tal-persunal

[…] EUR (*)

Spejjeż tal-fjuwil u l-manutenzjoni

[…] EUR

Spejjeż tal-vetturi (deprezzament)

[…] EUR

Spejjeż amministrattivi

[…] EUR

Total

[…] EUR

(37)

L-Awstrija tipprovdi l-ispjegazzjoni dettaljata li ġejja għal dawn il-partiti ta’ spiża.

3.2.1.1.   Spejjeż tal-persunal

(38)

L-Awstrija bbażat il-kalkolu tal-ispiża tal-persunal fuq 54 290 siegħa ta’ sewqan għat-tħaddim tar-rotta. B’hekk, l-Awstrija għamlitha ċara li dan l-ammont huwa bbażat fuq il-kilometri meħtieġa biex wieħed jaħdem skont l-iskeda inkluż il-ħin ta’ waqfien, imma esklużi l-vjaġġi ‘l hemm u ‘l hawn safejn jieqfu x-xarabanks fil-venda/garaxxijiet, il-perjodi ta’ mistrieħ eċċ. Skont l-Awstrija, b’21 kilometru fis-siegħa l-Verkehrsverbund Tirol assumiet servizz relattivament għoli (14), peress li l-medja għall-Awstrija hija bejn 16 u 18-il kilometru fis-siegħa.

(39)

Kif iddikjarat l-Awstrija, ir-rata grossa għal siegħa sewqan (inklużi d-dazji, taxxi, spejjeż tal-garaxx, tal-manutenzjoni, tal-amministrazzjoni u spejjeż addizzjonali tal-persunal) hija EUR […]. Dan l-ammont huwa magħmul kif ġej: il-ftehim kollettiv Awstrijak tal-2002 għall-impjegati f’intrapriżi ta’ xarabanks irregolati mil-liġi privata pprovda għal rata medja netta ta’ EUR 7,55 fis-siegħa. Ma’ dan l-ammont, wieħed irid iżid bħala l-ewwel pass spejjeż addizzjonali għax-xogħol ta’ nhar ta’ Ħadd u btajjel; ħlas ta’ sahra, kif ukoll taxxi u sigurtà soċjali. Jekk jiġu meqjusa dawn l-ispejjeż addizzjonali, ir-rata medja fis-siegħa tkun ta’ EUR 16,30.

(40)

Minbarra din ir-rata fis-siegħa, hemm spiża addizzjonali ta’ madwar […] % għall-ispejjeż tal-persunal li jaħdmu fil-garaxx, fid-dispożizzjoni u fl-amministrazzjoni. Meta wieħed iqis dawn l-ispejjeż addizzjonali, siegħa ħidma ta’ xarabank toħloq spiża ta’ EUR […].

(41)

Il-multiplikazzjoni tal-għadd annwali ta’ sigħat ta’ sewqan bir-rata medja fis-siegħa tirriżulta fi spejjeż tal-persunal b’total ta’ EUR […] (15).

3.2.1.2.   Spejjeż tal-fjuwil u l-manutenzjoni

(42)

Dwar l-ispejjeż tal-fjuwil u l-manutenzjoni, il-Verkehrsbund Tirol tassumi spiża ta’ EUR […] għal kull kilometru skedat (1 157 568 km), li tammonta għal EUR […]. Dan l-ammont jinkludi l-ispejjeż kollha konnessi mal-vetturi, minbarra l-ispejjeż tal-finanzjament, id-deprezzament u l-verifika.

(43)

L-Awstrija tispjega l-kalkolu tagħha fid-dettall. Dan huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li għar-rotot fid-distrett ta’ Lienz, ikunu meħtieġa erba’ xarabanks b’tul ta’ 15-il m u konsum tal-fjuwil ta’ 45 lt għal kull 100 km u 21 xarabank b’tul ta’ 12-il m u konsum tal-fjuwil ta’ 36 lt kull 100 km. Il-konsum totali stmat tal-fjuwil ta’ din il-flotta huwa ta’ 478 000 lt. Abbażi tal-prezz tad-diżil ta’ EUR […] kull litru, l-ispejjeż totali tal-fjuwil għalhekk jammontaw għal EUR […].

(44)

L-ispejjeż tal-manutenzjoni huma stmati EUR […] għal kull xarabank (spejjeż tal-persunal u materjali), li jammontaw għal EUR […] għal 25 xarabank. L-ispejjeż tal-fjuwil u tal-manutenzjoni flimkien jammontaw għal EUR […].

(45)

Dan huwa diġà iktar mill-EUR […] li kienu ttieħdu bħala punt ta’ referenza. Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, il-partita ta’ spiża “fjuwil u manutenzjoni” hija stima konservattiva ħafna.

3.2.1.3.   Spejjeż għax-xiri u d-deprezzament tal-vetturi

(46)

L-ispejjeż għax-xiri u d-deprezzament tal-vetturi ta’ EUR […] huma bbażati fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Ir-rotot tax-xarabanks iridu jitħaddmu b’erba’ xarabanks b’tul ta’ 15-il m u 21 xarabank b’tul ta’ 12-il m.

(b)

Skont il-kuntratt tas-servizz pubbliku, l-età medja tal-flotta ma għandhiex taqbeż is-sitt snin u kull sena għandha tiġġedded mill-inqas 10 % tal-flotta.

(c)

Il-prezz għax-xiri ta’ xarabank ta’ 12-il m huwa ta’ EUR […]; il-profitt medju annwali fuq il-kapital huwa ta’ 5 % u u l-perjodu tal-awtorizzazzjoni huwa ta’ tmien snin. Għalhekk, l-annwalità għal kull vettura hija ta’ EUR […].

(d)

Madankollu, peress li l-kuntratt jipprovdi għall-użu ta’ vetturi għal perjodu ta’ 12-il sena, terz tal-flotta tintuża minkejja l-fatt li tkun intużat totalment. Għalhekk, l-ispejjeż għax-xiri u d-deprezzament tal-vetturi jikkonċernaw biss żewġ terzi tal-flotta, jew allura 16-il vettura.

(47)

Abbażi ta’ dawn is-suppożizzjonijiet, l-ispejjeż annwali għax-xiri u d-deprezzament tal-vetturi huma ta’ EUR […] (16).

3.2.1.4.   Spejjeż amministrattivi

(48)

Dwar l-ispejjeż amministrattivi ta’ EUR […], il-Verkehrsverbund Tirol assumiet […] % tal-ispejjeż kollha l-oħra kull oġġett spiża għall-kalkoli tagħha (17). Dan l-ammont ikopri l-ispiża tal-kera tal-uffiċċju u l-apparat tal-uffiċċju.

3.2.2.   Verifika tal-ispejjeż skont il-kategoriji differenti tal-ispejjeż

(49)

Il-verifika tal-ispejjeż skont il-kategoriji differenti tal-ispejjeż hija kalkolu tal-kredibbiltà tal-kategoriji differenti tal-ispejjeż. Il-Verkehrsverbund Tirol stabbiliet l-ispejjeż li ġejjin bħala punt ta’ referenza:

Kategoriji tal-ispejjeż

Spiża

Spejjeż tax-xufiera

EUR […]

Spejjeż tal-persunal (minbarra spejjeż tax-xufiera)

EUR […]

Spejjeż tal-vetturi (deprezzament)

EUR […]

Spejjeż tal-fjuwil

EUR […]

Spejjeż tat-tajers

EUR […]

Spejjeż oħra (tiswija, manutenzjoni, eċċ)

EUR […]

Spejjeż amministrattivi

EUR […]

Total

EUR […]

(50)

Dawn il-punti ta’ referenza jerġgħu jiġu spjegati b’iktar dettall.

3.2.2.1.   Spejjeż tax-xufiera

(51)

Il-Verkehrsverbund Tirol ibbażat il-kalkolu tal-ispejjeż tax-xufiera fuq 28 xufier li, skont l-Awstrija, huwa bażi baxxa għal 25 xarabank, jekk wieħed jikkunsidra l-btajjel, il-perjodi ta’ waqfien minħabba mard eċċ. Għalkemm il-ftehim kollettiv Awstrijak għall-impjegati f’intrapriżi tax-xarabanks irregolati bil-liġi privata ibassar paga grossa annwali ta’ EUR […] (bla ebda spejjeż addizzjonali jew taxxi), il-Verkehrsverbund Tirol assumiet biss EUR […]. Għalhekk, l-ispejjeż tal-persunal huma EUR […].

3.2.2.2.   Spejjeż tal-impjegati

(52)

Dwar l-ispejjeż l-oħra tal-persunal għall-amministrazzjoni, id-dispożizzjoni u l-garaxx, il-Verkehrsverbund Tirol assumiet ukoll paga annwali grossa ta’ EUR […] kull impjegat. L-għadd ta’ impjegati ġie stabbilit għal 8. B’hekk, l-ispejjeż l-oħra tal-persunal huma EUR […].

3.2.2.3.   Spejjeż tal-vetturi

(53)

L-ispejjeż tal-vetturi huma bbażati fuq l-istess suppożizzjoni bħal dik użata għall-verifika tal-ispejjeż kull oġġett.

3.2.2.4.   Spejjeż tal-fjuwil

(54)

Dwar l-ispejjeż tal-fjuwil, il-Verkehrsverbund Tirol ibbażat il-kalkolu fuq il-konsum tal-fjuwil ta’ 465 000 lt. Il-prezz medju tal-fjuwil ġie ssoponut li kien EUR […] kull litru. Għalhekk, l-ispejjeż totali tal-fjuwil b’kollox huma EUR […] (17).

3.2.2.5.   Spejjeż tat-tajers

(55)

Għall-ispejjeż tat-tajers, il-Verkehrsverbund Tirol assumiet prezz tax-xiri ta’ EUR […] għal 2 pari tajers kull sena għal 25 xarabank. B’hekk, l-ispejjeż totali huma EUR […].

3.2.2.6.   Spejjeż oħra

(56)

L-ispejjeż materjali għall-vetturi, il-manutenzjoni, l-assigurazzjoni, it-taxxi eċċ. huma stmati madwar EUR […] fis-sena. Dan jinkludi l-assigurazzjoni għal kull vettura ta’ madwar EUR […] fis-sena u spejjeż materjali ta’ EUR […] kull kilometru misjuq. Il-manutenzjoni tal-25 xarabank tammonta għal EUR […] fis-sena. Il-kera tal-garaxx b’erja ta’ 1 500 m2 hija ta’ EUR […] fis-sena.

3.2.2.7.   Spejjeż amministrattivi

(57)

L-ispejjeż amministrattivi huma stmati madwar EUR […] fix-xahar, jiġifieri EUR […] fis-sena.

3.2.3.   Konklużjoni tal-Awstrija dwar it-tielet u r-raba’ kriterji Altmark

(58)

L-Awstrija tikkonkludi li l-Verkehrsverbund Tirol stmat il-prezz imħallas lill-Postbus skont stimi adegwati, realistiċi u konservattivi ta’ kemm tkun nefqet intrapriża medja ta’ xarabanks biex tissodisfa kuntratt komparabbli. L-Awstrija tenfasizza li l-prezz imħallas lill-Postbus, jiġifieri EUR 2 217 000, huwa fil-medda sew bejn iż-żewġ verifiki tal-prezzijiet, li r-riżultati tagħhom huma EUR 2 224 965 u EUR 2 205 619 rispettivament.

(59)

Għalhekk, l-Awstrija tikkunsidra li jista’ jiġi eskluż il-kumpens żejjed tal-Postbus, u li l-prezz imħallas lill-Postbus jikkorrispondi għall-prezz li intrapriża medja, immexxija sew u mgħammra adegwatament b’mezzi tat-trasport tkun talbet biex tipprovdi s-servizzi tat-trasport inkwistjoni.

3.3.   Kompatibbiltà tal-kuntratt tas-servizz pubbliku mar-Regolament (KEE) Nru 1191/69

(60)

Għar-raġunijiet speċifikati fit-taqsima 3.3, l-Awstrija tqis li l-kuntratt tas-servizz pubbliku wkoll huwa kompletament konformi mal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69.

4.   APPREZZAMENT LEGALI

(61)

L-ewwel, l-argument tal-Awstrija għandu jiġi rrifjutat, skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE mhuwiex applikabbli għal kuntratt dwar is-servizzi tat-traffiku minħabba l-obbligi tas-servizz pubbliku kopert mir-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

(62)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jittratta Regolament li fost affarijiet oħra jippermetti li tiġi ddikkjarata kompatibbli mas-suq komuni ċerta għajnuna mogħtija mill-Istati Membri taħt forma ta’ kumpens għall-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku, u li jeżenta l-Istati Membri mill-obbligu pprovdut mill-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE li l-għajnuna tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni qabel it-tħaddim tagħha.

(63)

Madankollu, ir-regoli konnessi mal-għajnuna mill-Istat ipprovduti mir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 japplikaw biss għall-miżuri li jiffurmaw għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Fi kliem ieħor, ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jittratta Regolament ta’ kompatibbiltà.

(64)

Għalhekk hemm lok, bħala l-ewwel pass, li jiġi analizzat jekk il-pagamenti pprovduti mill-kuntratt bejn il-Postbus u l-Verkehrsverbund jammontawx għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Jekk dan ikun il-każ, hemm bżonn li sussegwentement jiġi analizzat jekk it-tali għajnuniet humiex kompatibbli mas-suq komuni.

4.1.   Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(65)

Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, “Bla ħsara ta’ kull deroga kontemplata f’dan it-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni.”.

(66)

L-operaturi tax-xarabanks, bħall-Postbus, imexxu attività ekonomika: it-t-trasport ta’ persuni bi ħlas; għalhekk huma intrapriżi skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

(67)

Il-pagament tal-għajnuna għall-Postbus isir mill-Verkehrsverbund Tirol, li hija ffinanzjata mir-reġjun tat-Tirol u l-gvern federali. Għalhekk, il-pagament jiġi effettwat permezz tar-riżorsi tal-Istat.

(68)

Hawnhekk wieħed isaqsi wkoll jekk il-Postbus tirċivix, permezz ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li huwa s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni, vantaġġ ekonomiku selettiv. Il-Qorti spjegat fid-dettall il-kriterji li għandhom jiġu applikati biex jiġi deċiż jekk hemmx kumpens għal servizz pubbliku fid-deċiżjoni tagħha “Altmark Trans”  (18):

“Sussidji pubbliċi li għandhom l-għan li jippermettu l-isfruttar ta’ servizzi regolari tat-trasport urban, suburban jew reġjonali ma jaqgħux taħt din id-dispożizzjoni sakemm dan it-tip ta’ sussidji għandu jiġi kkunsidrat bħala kumpens li jirrappreżenta l-kumpens għas-servizzi effettwati mill-intrapriżi benefiċjarji biex jesegwixxu l-obbligi ta’ servizz pubbliku. […]”

Skont il Qorti, dak huwa l-każ jekk jiġu ssodisfati l-erba’ kriterji li ġejjin:

“—

l-ewwelnett, l-intrapriża benefiċjarja għandha effettivament tkun inkarigata bl-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, u dawn l-obbligi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar;

It-tieni, il-parametri li fuq il-bażi tagħhom huwa kkalkulat il-kumpens għandhom ikunu stabbiliti minn qabel, b’mod oġġettiv u trasparenti;

it-tielet, jekk il-kumpens ma jaqbiżx ma’ dak meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż li jsiru permezz tal-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, wieħed irid jikkunsidra l-introjtu relatat kif ukoll profitt raġjonevoli għall-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi;

ir-raba’, meta l-għażla tal-intrapriża li se tiġi inkarigata bl-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku ma tiġix affetwata fil-kwadru ta’ proċedura ta’ suq pubbliku, […] il-livell tal-kumpens meħtieġ jiġi determinat abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li intrapriża medja, immexxija sew u mgħammra adegwatament b’mezzi tat-trasport biex tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku, tkun daħlet għalihom biex tesegwixxi dawn l-obbligi, meta wieħed jikkunsidra l-introjtu relatat kif ukoll profitt raġjonevoli għall-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi.”

4.1.1.   Intrapriża li tagħmel il-qligħ effettivament inkarigata bl-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ddefinit b’mod ċar

(69)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jagħti d-definizzjoni li ġejja tal-obbligi ta’ servizz pubbliku: “L-obbligi ta’ servizz pubbliku huma l-obbligi li l-intrapriża tat-trasport, jekk ikollha tqis l-interessi kummerċjali tagħha biss, ma tinkarigax ruħha minnhom jew ma tinkarigax ruħha bl-istess mod jew taħt l-istess kundizzjonijiet.”

(70)

Il-kuntratt konkluż bejn il-Postbus u l-Verkehrsverbund Tirol jifformalizza rekwiżiti speċifiċi imposti fuq fornitur ta’ servizzi sabiex jiġi garantit it-twettiq ta’ netwerk tat-trasport ibbilanċjat minħabba n-natura rurali u d-densità baxxa tal-popolazzjoni kif ukoll il-karatteristiċi ġeografiċi taż-żoni moqdija. Dawn l-elementi ma jagħtu l-ebda inċentiv lill-intrapriża ta’ dan it-tip ta’ servizzi milli tipproponihom fuq bażi strettament kummerċjali. L-intrapriża Postbus għandha toffri dawn is-servizzi u l-orarji, kif ukoll ir-rotot b’mod kuntrattwali, kif speċifikat fil-Punt 2 tal-kuntratt.

(71)

Għalhekk, jirriżulta mill-kuntratt konkluż bejn il-Postbus u l-Verkehrsverbund Tirol li l-Postbus hija effettivament inkarigata b’servizz pubbliku tat-trasport fid-distrett ta’ Lienz. Għalhekk, l-ewwel kriterju Altmark huwa ssodisfat.

4.1.2.   Parametri li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tal-kumpens stabbilit minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti

(72)

Bħala t-tieni pass, jenħtieġ li jiġi stabbilit jekk il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens kinux stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti.

(73)

Il-kuntratt jiddistingwi bejn il-pagamenti għall-Bestellleistungen u l-pagamenti għall-Bestandsleistungen. Kif ġie ċċarat mill-Awstrija fit-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni li tintroduċi l-proċedura formali ta’ eżami, il-kuntratt jipprovdi għaż-żewġ kategoriji tas-servizz tat-trasport biex jagħtu remunerazzjoni għal kull kilometru ta’ trasport offrut. Għall-Bestellleistungen il-prezz għal kull kilometru huwa EUR 2,57/km u għall-Bestandsleistungen huwa EUR 1,77/km. Il-Bestandsleistungen huma differenti mill-Bestellleistungen biss għax wieħed mill-komponenti tal-ħlas ġie aġġustat biex it-total ta’ EUR 1,77/km jiġi rrispettat sistematikament.

(74)

Ta’ min jinnota li l-iffissar tal-kumpens fuq bażi ta’ prezz għal kull kilometru offrut u tal-għadd totali ta’ kilometri misjuqa jifforma prattika kurrenti għall-kuntratti tat-trasport bix-xarabank, l-iktar jekk tkun l-awtorità pubblika inkarigata bl-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku li tassumi r-riskju għall-introjtu ġej mill-bejgħ tal-biljetti. Wara li eżaminat mill-ġdid il-kontenut tal-kuntratti fuq bażi tal-ispjegazzjonijiet addizzjonali tal-Awstrija, il-Kummissjoni tiddikjara li, għall-kuntrarju tal-analiżi preliminarja tagħha fin-numri 64 sa 71 tad-Deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura formali ta’ eżami, il-kuntratt konkluż bejn il-Postbus u l-Verkehrsverbund Tirol jammonta għal kuntratt ta’ dan it-tip.

(75)

L-iffissar tal-kumpens fuq bażi ta’ prezz kull kilometru offrut u tal-għadd totali ta’ kilometri misjuqa jissodisfa t-tieni kriterju Altmark, għax il-prezz għal kull kilometru u l-għadd totali ta’ kilometri misjuqa huma stabbiliti minn qabel u b’mod oġġettiv u trasparenti.

(76)

Għalhekk, it-tieni kriterju Altmark huwa ssodisfat.

4.1.3.   Nuqqas ta’ kumpens żejjed

(77)

Jirriżulta min-numri 96 sa 102 tad-Deċiżjoni għall-introduzzjoni tal-proċedura formali ta’ eżami, li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-metodu magħżul mill-Verkehrsverbund Tirol biex tiżgura nuqqas ta’ kumpens żejjed, jiġifieri l-verifika tal-prezz mitlub mill-intrapriża tax-xarabanks bl-użu ta’ tliet metodi differenti ta’ tqabbil mal-valuri medji osservati fis-settur inkwistjoni, tista’ tiġi aċċettata bħala prova ta’ nuqqas ta’ kumpens żejjed.

(78)

Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni kienet madankollu kkunsidrat li minħabba l-fatt li ma kienx hemm sejħa għall-offerti, u li kompetitur dirett tal-Postbus kien qed jallega li l-Postbus qed tirċievi kumpens żejjed, kien xieraq li tingħata l-opportunità lil dan il-kompetitur kif ukoll lill-partijiet terzi kollha interessati li jitkellmu dwar il-metodi tal-verifika tal-ispejjeż mill-Awstrija, qabel ma jkun jista’ jiġi konkluż b’ċertezza li l-Postbus ma tirċevix kumpens żejjed.

(79)

Ta’ min jinnota mill-ewwel li min kien qed jagħmel l-ilment infurma lill-Kummissjoni li ma kienx għadu interessat fil-kwistjoni. It-tieni ħaġa li ta’ min jinnota hija li l-ebda parti terza ma kkontestat in-nuqqas ta’ kumpens żejjed.

(80)

Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-Awstrija pprovdiet spjegazzjonijiet supplementari li juru li l-prezz imħallas mill-Verkehrsverbund Tirol lill-Postbus huwa prezz plawżibbli u adegwat meta wieħed jikkunsidra l-ispejjeż medji osservati fis-settur tal-industrija inkwistjoni u l-esperjenzi tal-amministrazzjoni pubblika. It-taqsimiet 3.3.1 sa 3.3.3 jirrikapitolaw il-metodi tal-kalkoli u t-taqbiliet u l-konklużjonijiet li jirriżultaw minnhom. B’mod iktar ġenerali, metodu bħal dan tipiku li jqabbel sistematikament il-kumpens mal-ispejjeż tas-settur a posteriori u fit-tliet modi differenti jiżgura li ma hemm l-ebda kumpens żejjed. Li kieku waqt tqabbil bħal dan jinstab li hemm kumpens żejjed, l-Awstrija jkollha titlob li dan jinġabar lura.

(81)

Minn dan jiġi konkluż li l-Postbus ma qed tirċievi l-ebda kumpens żejjed għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku li huwa s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni, u li t-tielet kriterju Altmark qed jiġi ssodisfat.

4.1.4.   Prezz li jikkorrispondi għall-prezz ta’ intrapriża medja, immexxija sew u mgħammra adegwatament bil-mezzi tat-trasport

(82)

Jonqos li jiġi vverifikat jekk il-prezz imħallas mill-Verkehrsverbund Tirol lill-Postbus jikkorrispondix għall-prezz ta’ intrapriża medja, immexxija sew u mgħammra adegwatamanet b’mezzi tat-trasport. Sabiex jiġi vverifikat jekk dan il-kriterju huwiex issodisfat, hemm lok li jiġu analizzati t-tliet komponenti tiegħu b’mod separat.

4.1.4.1.   Spejjeż ta’ intrapriża medja

(83)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota l-ewwel li l-Awstrija bbażat ruħha, għall-kalkoli tal-verifika tagħha, fuq parametri standard, osservati fuq medja fis-settur tal-industrija inkwistjoni. Għalhekk jistgħu jitqiesu li jirriflettu l-medja tas-settur inkwistjoni.

(84)

Għalhekk, l-ispejjeż tal-Postbus jikkorrispondi għall-ispejjeż ta’ intrapriża medja Awstrijaka.

4.1.4.2.   Spejjeż ta’ intrapriża mmexxija sew

(85)

Sussegwentement wieħed isaqsi jekk l-ispejjeż tal-Postbus jikkorrispondix ukoll għall-ispejjeż ta’ intrapriża mmexxija sew. Fis-settur tat-trasport bix-xarabank, li ilu ħafna ddominat mill-monopolji u l-għoti tas-swieq bla sejħa għall-offerti, mhux neċessarjament minnu li kull intrapriża attiva fis-suq hija intrapriża mmexxija sew.

(86)

F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-Awstrija ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni li dawn il-parametri jirriflettu wkoll il-medja ta’ intrapriża mmexxija sew. Bħala eżempju, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Awstrija setgħet ibbażat ruħha fuq l-ispejjeż medji tal-intrapriżi li tul l-aħħar snin setgħu ħadu għadd sinifikanti ta’ sejħiet għall-offerti fis-settur.

(87)

Barra minn hekk, ta’ min jinnota li hemm differenza ta’ EUR 0,80/km bejn il-prezz kull kilometru tal-Bestellleistungen u l-prezz kull kilometru tal-Bestandleistungen. Dan jindika li l-Postbus għandha ċerti marġini biex ittejjeb l-effiċjenza tagħha fir-rigward tal-Bestellleistungen.

(88)

Minn dan jista’ jiġi konkluż li l-Awstrija ma wrietx li l-prezz imħallas mill-Verkehrsverbund Tirol lill-Postbus jikkorrispondi l-ispejjeż ta’ intrapriża mmexxija sew. B’konsegwenza ta’ dan, ir-raba’ kriterju Altmark ma ġiex issodisfat.

4.1.4.3.   Konklużjoni rigward ir-rispett tal-kriterji Altmark

(89)

La dan jittratta erba’ kriterji kumulattivi u wieħed minn dawn il-kriterji ma ġiex issodisfat, iwassal lill-Kummissjoni biex awtomatikament tikkonkludi li l-pagamenti inkwistjoni jridu jiġu meqjusa biex jiksbu vantaġġ ekonomiku selettiv għall-intrapriża Postbus.

4.1.5.   Żbilanċ tal-kompetizzjoni u impatti fuq in-negozju

(90)

L-intrapriża Postbus hija attiva fis-suq tat-trasport bix-xarabank fl-Awstrija kollha, u għandha parti kbira mis-suq. Il-ksib ta’ vantaġġ ekonomiku għal din l-intrapriża jista’ għaldhekk joħloq żbilanċ tal-kompetizzjoni.

(91)

Fil-każ preżenti, l-iżbilanċi tal-kompetizzjoni jistgħu jirriżultaw l-iktar mill-fatt li l-finanzjament pubbliku jingħata lill-intrarpriża li għandha liċenzja għat-trasport bix-xarabank fid-distrett inkwistjoni. Għalhekk, dan il-finanzjament pubbliku għandu l-potenzjal li jimpedixxi intrapriżi oħra milli jiksbu l-liċenzji tax-xogħol għar-rotot tat-trasport pubbliku għax isaħħaħ il-pożizzjoni tal-intrapriżi benefiċjarji u jippermettilhom joffru kundizzjonijiet kummerċjali iktar attraenti għat-tiġdid tal-liċenzji.

(92)

Fir-rigward tal-possibbiltà li l-miżura inkwistjoni taffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri, ta’ min jinnota l-ewwel li s-suq tat-trasport lokali jew reġjonali tat-trasport pubbliku huwa suq miftuħ għall-kompetizzjoni fl-Awstrija u fi Stati Membri oħra, fejn ma hemm l-ebda monopolju nazzjonali għal intrapriża waħda jew iktar f’dan is-suq.

(93)

F’dan il-kuntest, ta’ min jiftakar il-paragrafu 77 u ta’ wara tad-Deċiżjoni Altmark Trans, fejn il-Qorti ddeċidiet li:

“[…]Assolutament mhux eskluż li sussidju pubbliku mogħti lil intrapriża li tipprovdi biss servizzi ta’ trasport lokali jew reġjonali u ma tipprovdix servizzi ta’ trasport barra mill-Istat tal-oriġini tagħha jista’, madankollu, ikollu effett fuq in-negozju bejn l-Istati Membri.

Meta Stat Membru jagħti sussidju pubbliku lil intrapriża, il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport mill-intrapriża inkwistjoni tista’ ssib ruħha appoġġjata jew imkabbra, bil-konsegwenza li b’hekk jitnaqqsu l-opportunitajiet tal-intrapriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra biex jipprovdu s-servizzi tagħhom ta’ trasport fis-suq ta’ dan l-Istat (ara, f’dan ir-rigward, id-Deċiżjonijiet tat-13 ta’ Lulju 1988 fil-Kawża 102/87, Franza/il-Kummissjoni, Slg. 1988, 4067, il-paragrafu 19. tal-21 ta’ Marzu 1991 fil-Kawża C-305/89, l-Italja/il-Kummissjoni, Slg. 1991, I-1603, il-paragrafu 26, u Spanja/il-Kummissjoni, il-paragrafu 40).

Għaldaqstant, it-tieni kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 92(1) tat-Trattat, skont liema l-għajnuna trid tkun ta’ natura li taffettwa n-negozju bejn Stati Membri, ma tiddependix min-natura lokali jew reġjonali tas-servizzi tat-trasport ipprovduti jew mill-importanza tal-qasam tas-servizz ikkonċernat.”

(94)

Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li l-opportunitajiet ta’ intrarpriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra biex jipprovdu s-servizzi tat-trasport tagħhom fis-suq Awstrijak jonqsu bil-miżura inkwistjoni.

(95)

B’konsegwenza, il-finanzjament pubbliku mogħti lill-Postbus mill-Verkehrsverbund Tirol għandu l-potenzjal li joħloq żbilanċ fil-kompetizzjoni u jaffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri.

4.1.6.   Konklużjoni

(96)

La r-raba’ kriterju Altmark ma ġiex issodisfat, u l-kundizzjonijiet l-oħra kollha tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE ġew issodisfati, il-Kummissjoni tinnota li l-pagamenti inkwistjoni jammontaw għal għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Arikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(97)

Għalhekk, hemm lok li jiġi vverifikat jekk din l-għajnuna tistax tiġi ddikkjarata kompatibbli mas-suq komuni.

4.2.   Kompatibbiltà tal-għajnuna

(98)

L-Artikolu 73 tat-Trattat tal-KE jipprovdi għat-trasport fit-triq li: “Miżuri ta’ għajnuna meħtieġa għall-koordinament tat-trasport, jew li jikkorrispondu ma’ rimborżi dwar ċerti piżijiet li jeżistu fil-prinċipju ta’ servizz pubbliku għandhom ikunu kompatibbli ma’ dan it-Trattat”.

4.2.1.   Il-ġuriżdizzjoni fil-Kawża Altmark dwar l-applikabilità tal-Artikolu 73

(99)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja “skont l-Artikolu 77 [issa l-Artikolu 73 tat-Trattat tal-KE(…)], l-għajnuna tkun kompatibbli mat-Trattat tal-KE jekk din tissodisfa l-bżonnijiet ta’ koordinazzjoni tat-trasport jew jekk tirrappreżenta rimborż għall-qadi ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku. […] Skont id-digriet tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar għajnuna mogħtija fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, b’vettura tat-triq u fuq kanal fl-intern ta’ pajjiż, l-Istati Memrbi ma għadhomx awtorizzati jiddefendu ruħhom bl-Artikolu 77 tat-Trattat tal-KE, li jipprovdi li l-għajnuna li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni tal-mezzi tat-trasport jew li tikkorrispondi għar-rimborż ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku hija kompatibbli mat-Trattat, minbarra l-każijiet imsemmija mil-liġi Komunitarja li tirriżulta minnhom. Sakemm ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 dwar l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, b’vettura tat-triq u fuq kanal fl-intern ta’ pajjiż ma jkunx applikabbli u li s-sussidji inkwistjoni jaqgħu taħt l-Artikolu 92(1) tat-Trattat tal-KE (li wara t-tibdil sar l-Artikolu 87(1), ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 jistabbilixxi, b’mod eżawrjenti, taħt liema kundizzjonijiet l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna skont l-Artikolu 77 tat-Trattat tal-KE.” (19)

(100)

Għalhekk, wieħed isaqsi jekk ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jew ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 fihomx regoli ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna mill-Istat li hija applikabbli fil-każ preżenti.

4.2.2.   Kompatibbiltà bbażata fuq ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69

4.2.2.1.   Medda tal-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69

(101)

L-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69/KE huwa speċifikat kif ġej fl-Artikolu 1(1) u (2):

“1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal intrapriżi tat-trasport li joperaw servizzi fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u passaġġi fuq l-ilma interni. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta’ dan ir-Regolament xi intrapriżi li l-attivitajiet tagħhom ikunu limitati esklussivament għall-ħidma ta’ servizzi urbani, suburbani jew reġjonali.

2.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

“servizzi urbani u suburbani” tfisser servizzi ta’ trasport li jilħqu l-ħtiġiet ta’ ċentru urban jew konurbazzjoni, u l-ħtiġiet ta’ trasport bejnu u l-inħawi tal-madwar,

“servizzi reġjonali” tfisser servizzi ta’ trasport imħaddma biex jintlaħqu l-ħtiġiet tat-trasport ta’ kull reġjun.”

(102)

L-Awstrija użat l-opportunità li teskludi ċerti intrapriżi mill-iskop tal-applikazzjoni tar-Regolament. Skont l-Artikolu 2 tal-Privatbahnunterstützungsgesetz 1998 (20), l-intrapriżi li huma attivi esklussivament fis-servizzi urbani u suburbani huma esklużi mill-medda tal-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

(103)

F’dan il-każ, is-servizzi inkwistjoni huma madankollu servizzi reġjonali. B’konsegwenza, ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 huwa applikabbli.

4.2.2.2.   Sistema magħżula mill-Awstrija

(104)

Fl-Artikolu 1(3) sa 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jiġu deskritti ż-żewġ sistemi differenti li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu minnhom għall-organizzazzjoni u l-finanzjament tat-trasport pubbliku, jiġifieri s-sistema tal-impożizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u s-sistema kuntrattwali:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom itemmu kull obbligu li jinsab fil-kunċett ta’ kull servizz pubbliku kif imfisser f’dan ir-Regolament impost fuq trasport bil-ferrovija, bit-triq jew passaġġi ta’ ilma interni.

4.   Sabiex jiġi żgurat servizzi ta’ trasport adegwati li b’mod partikolari jieħdu inkonsiderazzjoni fatturi soċjali u ambjentali u l-ippjanar ta’ bliet u rħula, jew bl-għan li jiġu offruti nollijiet partikolari lil ċerti kategoriji ta’ passiġġiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħmlu kuntratti ta’ servizz pubbliċi ma’ kull intrapriża tat-trasport. Il-kundizzjonijiet u d-dettalji tal-operat ta’ dawn il-kuntratti huma stabbiliti fit-Taqsima V.

5.   Madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jżommu jew jimponu l-obbligu ta’ servizz pubbliku li għalih saret referenza fl-Artikolu 2 dwar servizzi ta’ trasport urban, suburban u reġjonali għall-passiġġieri. Il-kundizzjonijiet u d-dettalji tal-operat, inklużi metodi ta’ kumpens, huma stabbiliti fit-Taqsimiet II, III u IV. Meta kull intrapriża tat-trasport mhux biss topera servizzi bla ħsara għall-obbligi dwar servizz pubbliku iżda wkoll tagħmel attivitajiet oħra, is-servizzi pubbliċi għandhom ikunu mħaddma bħala diviżjonijiet separati li tal-inqas jilħqu r-rekwiżitili ġejjin:

(a)

il-kontijiet operattivi għal kull wieħed minn dawn l-attivitajiet għandhom ikunu separati u l-proporzjoni tal-assi li jappartjenu għal kull wieħed għandhom jintużaw b’mod konformi mar-regoli tal-kontijiet li jkunu fis-seħħ;

(b)

l-ispejjeż għandhom ikunu bbilanċjati bi dħul tal-operat u pagamenti minn awtoritajiet pubbliċi, mingħajr il-possibbiltà ta’ trasferiment minn jew lejn settur ieħor tal-attività tal-intrapriża.”

(105)

L-Awstrija għażlet is-sistema kuntrattwali (l-Artikolu 19 ÖPNRV-G). B’konsegwenza, ir-regoli applikabbli għall-miżuri inkwistjoni jinsabu fit-Taqsima V tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

4.2.2.3.   L-applikazzjoni tat-Taqsima V tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69

(106)

It-Taqsima V tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tikkonsisti fl-Artikolu wieħed biss, l-Artikolu 14, li jistabbilixxi:

“1.   Kuntratt dwar is-servizzi tat-traffiku minħabba l-obbligi “tas-servizz pubbliku” huwa kuntratt magħmul bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u intrapriża tat-trasport sabiex jiġi pprovdut lill-pubbliku servizz ta’ trasport adegwat.

Kuntratt dwar is-servizzi tat-traffiku minħabba l-obbligi tas-servizz pubbliku jista’ jkopri l-iktar dan li ġej:

servizzi tat-trasport li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità;

servizzi ta’ trasport addizzjonali;

servizzi ta’ trasport b’rati u kundizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari għal ċerti kategoriji ta’ passiġġieri jew fuq ċerti rotot,

adattamenti ta’ servizzi għall-ħtiġijiet attwali.

2.   Kuntratt dwar is-servizzi tat-traffiku minħabba l-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jkopri, fost l-oħrajn, il-punti li ġejjin:

(a)

in-natura tas-servizz tat-trasport li għandu jiġi pprovdut, b’mod partikolari r-rekwiżiti tal-kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità;

(b)

il-prezz tas-servizzi koperti bil-kuntratt, li għandu jkun jew miżjud mad-dħul ta’ tariffa jew għandu jinkludi d-dħul, u dettalji dwar relazzjonijiet finanzjarji bejn iż-żewġ partijiet;

(c)

ir-regoli dwar emendi u modifikazzjoni tal-kuntratt, b’mod partikolari biex jieħu inkonsiderazzjoni tibdiliet li mhumiex imbassra;

(d)

il-perjodu ta’ validità tal-kuntratt;

(e)

is-sanzjonijiet fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt.

3.   Dawk l-assi involuti fl-għoti ta’ servizzi ta’ trasport li huma s-suġġett ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku jistgħu jappartjenu lill-intrapriża jew ikunu għad-disposizzjoni tagħha.

4.   Intrapriża li beħsiebha li ma tibqax jew li tagħmel modifiki sostanzjali lil kull servizz ta’ trasport li tipprovdi lill-pubbliku fuq bażi kontinwa u regolari u li ma tkunx koperta bis-sistema tal-kuntratt jew l-obbligu ta’ servizz pubbliku għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru b’dan mill-inqas tliet xhur bil-quddiem. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbux din in-notifika. Din id-disposizzjoni ma taffettwax proċeduri oħra nazzjonali applikabbli dwar intitolament biex jiġu terminati jew modifikati servizzi tat-trasport.

5.   Wara li jirċievu l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinsistu fuq iż-żamma tas-servizz inkwistjoni sa sena mid-data tan-notifika; dawn għandhom jinfurmaw lill-intrapriża bid-deċiżjoni mill-inqas xahar qabel l-iskadenza tan-notifika. L-awtoritajiet jistgħu wkoll jieħdu l-inizjattiva biex jinnegozjaw it-twaqqif jew it-tibdil tat-tali servizz ta’ trasport.

6.   L-ispejjeż li jirriżultaw lill-intrapriżi ta’ trasport mill-obbligi li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 5 għandhom ikunu kkumpensati skont il-proċeduri komuni stabbiliti fit-Taqsimiet II, III u IV.”

(107)

Il-kuntratt konkluż bejn il-Postbus u l-Verkehrsverbund Tirol huwa kuntratt konkluż bejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u intrapriża tat-trasport biex jiġu pprovduti servizzi tat-trasport suffiċjenti lill-pubbliku.

(108)

Il-kuntratt fih b’mod partikolari dan li ġej: servizzi tat-trasport li jsegwu r-rekwiżiti stabbiliti ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità; servizzi tat-trasport bil-prezzijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti, b’mod partikolari għal ċerti kategoriji ta’ vjaġġaturi; adattamenti ta’ servizzi għall-ħtiġijiet attwali.

(109)

Għalhekk, dan il-kuntratt jista’ jiġi deskritt bħala kuntratt ta’ servizz pubbliku skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

(110)

Ta’ min jinnota li kemm l-iskop (“li jiġu pprovduti lill-pubbliku servizzi tat-trasport sodisfaċenti”) kif ukoll il-kontenut tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku (“rekwiżiti stabbiliti ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u ta’ kwalità”, determinazzjoni tat-tariffi, kundizzjonijiet tas-servizz “għal ċerti kategoriji ta’ vjaġġaturi jew għal ċerti relazzjonijiet”, “adattament ta’ servizzi għall-ħtiġijiet attwali” eċċ.) ma jitbegħdux minn dawk li jistgħu jkunu soġġetti għall-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti mill-Istat jew l-awtoritajiet pubbliċi. Madankollu, diġà ġie spjegat fid-dettall li l-kumpens għal dan it-tip ta’ servizzi huwa għajnuna għall-fornitur.

(111)

Għalhekk, ta’ min jinnota l-ewwel li l-għan tal-leġiżlatur bl-adattament tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 kien li jispeċifika b’liema kundizzjonijiet “l-għajnuna […] li tikkorrispondi għar-rimborż ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku” msemmija fl-Artikolu 73 tat-Trattat KE huma kompatibbli mas-suq komuni. L-applikazzjoni tal-Artikolu 73 tat-Trattat tal-KE, u għalhekk l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, tippresupponi l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. Jekk il-kontenut tal-kuntratti jista’ jkun kopert mill-kunċett tal-Artikolu 73 “obbligu inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku”, il-forma tal-istrument, kuntratt u mhux obbligu impost unilateralment, ma għandhiex fiha nfisha, tkun ta’ ostakolu għad-dikjarazzjoni possibbli ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna li eventwalment qiegħda fil-prezz. Il-fattur deċisiv biex wieħed jiddeskrivi servizz, ikunx impost mill-Istat jew approvat mill-partijiet f’kuntratt, għall-obbligu ta’ servizz pubbliku, jinsab fil-kontenut tiegħu, u mhux fil-forma li beda biha (21). Minn dan jista’ jiġi konkluż li ma hemm xejn legalment li jopponi li għajnuna li tinsab fil-prezz tas-servizzi pprovdut minn kuntratt ta’ servizz pubbliku tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni mill-Kummissjoni. Ta’ min jinnota li din is-soluzzjoni ntużat ukoll mill-koleġiżlaturi fir-Regolament il-ġdid (KEE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (22). Madankollu, skont l-Artikolu 12 tiegħu, dan ir-Regolament ma jidħolx fis-seħħ qabel it-3 ta’ Diċembru 2009. Għalhekk mhuwiex applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni, li ġie konkluż qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(112)

Fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet preċiżi għall-kompatibbiltà fir-Regolament Nru 1191/69, il-Kummissjoni tqis li l-prinċipji ġenerali li jirriżultaw mit-Trattat tal-KE, mill-ġurisprudenza u mill-prattika tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet, f’oqsma oħra jkunu applikabbli biex tiġi ddeterminata l-kompatibbiltà ta’ din it-tip ta’ għajnuna.

(113)

Dawn il-prinċipji nġabru mill-Kummissjoni fil-qafas Komunitarju f’forma ġenerika fil-Parti 2.4 tal-qafas imsemmi dwar l-għajnuna mill-Istat f’forma ta’ kumpensi għal servizz pubbliku (23). Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna li tinsab fil-prezz imħallas minn awtorità pubblika lil fornitur ta’ servizz pubbliku, dan il-qafas Komunitarju fil-Punt 14 jipprovdi dan li ġej:

“L-ammont tal-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikunu koperti l-ispejjeż ikkawżati mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, meta wieħed jikkunsidra l-introjtu relatat kif ukoll profitt raġjonevoli għall-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi. L-ammont tal-kumpens jinkludi l-benefiċċji kollha mogħtija mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, ikun taħt liema forma jkun.”

(114)

Għalhekk, il-pagamenti tal-Verkehrsverbund Tirol lill-Postbus iridu jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq komuni jekk jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet.

(115)

Dawn il-kundizzjonijiet jikkorrispondu b’mod preċiż ħafna għat-tielet kriterju Altmark li, kif ġie deskritt, jiġi ssodisfat fil-każ tipiku ta’ hawn fuq.

(116)

B’konsegwenza, ta’ min jikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Verkehrsverbund Tirol lill-Postbus fil-qafas tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku hija kompatibbli mas-suq komuni abbażi tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

4.3.   Ebda eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika

(117)

Skont l-opinjoni tal-Awstrija, mill-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jirriżulta li l-kuntratt ta’ servizz pubbliku bejn il-Verkehrsverbund Tirol u l-Postbus huwa eżentat mill-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

(118)

Fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 hemm: “Il-kumpens mħallas taħt dan ir-Regolament għandu jkun eżenti mill-proċedura ta’ informazzjoni preliminari li tinsab fl-Artikolu 93 (3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea.”

(119)

Għalhekk, ta’ min jispjega jekk il-pagamenti li l-Verkehrsverbund Tirol tagħti lill-Postbus humiex skont il-kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-kumpens skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69.

Fid-Deċiżjoni msemmija Danske Busvognmænd, it-Tribunal tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ikkunsidra li “… ir-relazzjonijiet kuntrattwali stabbiliti wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti bejn l-intrapriża tat-trasport u l-awtorità kompetenti jinkludu, skont l-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, sistema speċifika ta’ finanzjament li ma tħalli ebda lok għall-kumpens skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet II, III u IV ta’ dan ir- Regolament” (24).

(120)

Minn din id-Deċiżjoni jirriżulta li l-kunċett ta’ “kumpens għal servizz pubbliku” skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 għandu jiġi interpretat b’mod ristrett ħafna. B’hekk, it-terminu jkopri biss il-kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku preskritti b’mod unilaterali fuq intrarpriża skont l-Artikolu 2 tar-Regolament, u li jiġi kkalkolat skont il-metodu deskritt fl-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament u li ma jridx jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(3)tat-Trattat KE.

(121)

Min-naħa l-oħra, il-pagamenti pprovduti f’kuntratt ta’ servizzi tat-trasport dwar l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 ma jammontawx għal kumpens skont l-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament.

(122)

B’konsegwenza, il-pagamanti pprovduti f’kuntratt ta’ servizzi tat-traffiku dwar l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, bħall-kuntratt konkluż bejn il-Verkehrsverbund Tirol u l-Postbus, mhumiex eżentati mill-obbligu ta’ reġistrar stabbilit fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tevalwa l-kompatibbiltà tagħhom.

5.   KONKLUŻJONI

(123)

Huwa konkluż li l-Awstrija implimentat illegalment il-kuntratt ta’ servizz pubbliku konkluż bejn il-Verkehrsverbund Tirol u l-Postbus, li huwa s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni, bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. Madankollu, l-għajnuna mill-Istat ipprovduta minn dan il-kuntratt tista’ tiġi ddikkjarata kompatibbli abbażi tal-Artikolu 73 tat-Trattat KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Awstrija lill-Postbus permezz tal-kuntratt konkluż fit-12 ta’ Lulju 2002 mal-Verkehrsverbund Tirol hija kompatibbli mas-suq komuni u soġġetta għall-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

Kull sena, l-Awstrija tqabbel il-kumpens mal-ispejjeż medji determinati f’dan is-settur billi tuża l-metodi speċifikati fit-Taqsima 3.3 ta’ din id-Deċiżjoni u f’każ ta’ kumpens żejjed, terġa’ titolbu lura.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċipresident


(1)  ĠU C 162, 14.7.2007, p. 19.

(2)  Irreġistrata bin-numru TREN (2002) A/63803.

(3)  Irreġistrata bin-numru TREN (2002) A/68846.

(4)  Irreġistrata bin-numru TREN (2005) D/113701.

(5)  Irreġistrata bin-numru TREN (2006) A/15295.

(6)  Irreġistrata bin-numru C(2007) 2209 finali.

(7)  Ara n-nota 1.

(8)  Irreġistrata bin-numru TREN (2007) A/38864.

(9)  Irreġistrata bin-numru TREN (2007) A/39395.

(10)  Dawn il-kriterji ġew stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fis-sentenza tagħha tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark, Kawża C-280/00, Slg. p. I-7747 biex jiġi vvalutat jekk kumpens għal servizz pubbliku jammontax għal għajnuna mill-Istat jew le.

(11)  ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1.

(12)  EUR 527 000: 204 807 km = EUR 2,57/km.

(13)  Għall-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Awstrija f’dan ir-rigward fl-istadju tal-valutazzjoni preliminarja, ara n-numri 98 u 99 tad-Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura.

(*)  informazzjoni kunfidenzjali

(14)  21 km jinkisbu billi jinqasam in-numru totali ta’ kilometri bin-numru ta’ sigħat ta’ sewqan: 1 157 568 km: 54 290 siegħa = 21,32 km/siegħa.

(15)  54 290 siegħa […] EUR/siegħa = EUR […].

(16)  EUR […].

(17)  EUR […] (Spiża għal kull oġġett) […] % = EUR […].

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti, Altmark Trans.

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, Altmark Trans, il-paragrafi. 101, 106, 107. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 (ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1).

(20)  Bundesgesetzblatt I 1994/519.

(21)  F’dan ir-rigward, ara d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Altmark Trans, li tikkonċerna kuntratt ta’ servizz pubbliku Ġermaniż. Dan ma jimpedixxix lill-Qorti milli tiddeċiedi jekk dan jittrattax għajnuna jew le, u b’hekk jibbaża ruħu fuq il-kontenut u mhux fuq il-forma tal-istrument. Ara l-Artikolu 4 tal-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE għall-għajnuna tal-Istat f’forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku miksub minn ċerti intrapriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67), li wkoll tinjora l-forma tal-istrument.

(22)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.

(23)  ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4.

(24)  Is-sentenza tat-Tribunal tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Marzu 2004 fil-Każ T-157/01 Danske Busvognmænd, Slg. p. II-917, il-paragrafi 77 sa79.


20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Ottubru 2009

dwar il-konklużjoni ta’ ftehim amministrattiv bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS fuq is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata

(2009/846/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-governanza pubblika taż-żewġ programmi tibbaża fuq il-prinċipju ta’ tqassim strett tal-kompetenzi bejn il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS maħluqa bir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 tal-Kunsill (2), u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, bil-Kummissjoni tkun responsabbli mill-ġestjoni tal-programmi.

(2)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, li jirrigwarda l-governanza tal-aspetti tas-sigurtà tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita, jipprovdi b’mod partikolari li l-Kummissjoni tassigura l-ġestjoni tal-aspetti kollha li jirrigwardaw is-sigurtà taż-żewġ sistemi li jirriżultaw minn dawn il-programmi.

(3)

L-Artikolu 16 tal-istess Regolament jipprovdi li l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS tassigura, f’dak li jirrigwarda s-sigurtà tal-programmi u f’konformità mal-linji gwida fformulati mill-Kummissjoni, l-approvazzjoni tas-sigurtà u l-operat taċ-ċentru tas-sigurtà Galileo.

(4)

Il-kompiti fdati kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Awtorità Ewropea tas-Sorveljanza tal-GNSS mid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq fil-qafas tal-programmi Galileo u EGNOS jimplikaw l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn dawn iż-żewġ entitajiet. Dawn jimplikaw ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, bil-Kummissjoni bħala intermedjarju, bejn l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS minn naħa waħda, u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, il-Kunsill u l-Istati Membri min-naħa l-oħra.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni tagħha 2001/844/KE, KEFA, Euratom (3), il-Kummissjoni emendat ir-regolament intern tagħha biex iżżid miegħu r-regoli li jiddefinixxu l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta’ sigurtà li għandhom jiġu osservati, b’mod partikolari rigward informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea.

(6)

L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 jipprovdi li l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS tapplika l-prinċipji ta’ sigurtà li jinsabu fid-Deċiżjoni 2001/844/CE, KEFA, Euratom. Dan japplika b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ informazzjoni klassifikata.

(7)

Bħalissa m’hemm l-ebda qafas li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS, u lanqas, permezz tal-Kummissjoni, bejn l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS minn naħa waħda, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, il-Kunsill u l-Istati Membri min-naħa l-oħra.

(8)

Huwa għalhekk meħtieġ li jsir ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata. Ftehim bħal dan ġie nnegozjat bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS u għandu għalhekk jiġi approvat u ffirmat.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata huwa approvat.

It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea huwa awtorizzat jiffirma l-ftehim f’isem il-Kummissjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.


ANNESS

Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Kummissjoni”, irrappreżentata mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport,

minn naħa waħda, u

L-AWTORITÀ EWROPEA TA’ SORVELJANZA TAL-GNSS,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ASG”, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem imsejħin “Partijiet” jew “Parti”,

WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo),

WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-istrutturi ta’ ġestjoni tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita,

WARA LI KKUNSIDRAW id-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 tal-Kummissjoni li temenda ir-regoli ta’ proċedura interni tagħha,

BILLI fil-kuntest tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita EGNOS u Galileo, hemm ħtieġa kontinwa ta’ skambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn il-partijiet,

BILLI konsultazzjonijiet u kooperazzjoniet tajbin u effikaċi jistgħu jeħtieġu l-aċċess għal informazzjoni klassifikata mill-Partijiet, kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn il-Partijiet,

KONXJI mill-fatt li tali aċċess u tali skambju ta’ informazzjoni klassifikata jeħtieġu miżuri ta’ sigurtà xierqa,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, b’dawn li ġejjin wieħed jifhem:

(a)   “informazzjoni klassifikata”: kull informazzjoni (jiġifieri għarfien li jista’ jiġi kkomunikat fi kwalunkwe forma) jew kull materjal, inklużi dokumenti, li Parti tqis li għandhom jiġu mħarsa minn żvelar mhux awtorizzat u li ġew indikati bħala tali skont klassifikazzjoni ta’ sigurtà;

(b)   “Parti li tipprovdi l-informazzjoni”: il-parti li minnha tkun ġejja l-informazzjoni klassifikata li tiġi kkomunikata jew żvelata lill-Parti l-oħra, il-Parti riċevitriċi;

(c)   “Parti riċevitriċi”: il-parti li tirċievi l-informazzjoni klassifikata mill-Parti l-oħra, il-Parti li tipprovdi l-informazzjoni klassifikata;

(d)   “regolamenti tas-sigurtà”: id-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2001, kif inhi applikabbli għal kull Parti, u l-proċeduri u r-regolamenti interni ta’ kull Parti.

Artikolu 2

Dan il-ftehim japplika għall-informazzjoni klassifikata kkomunikata minn Parti lil oħra jew skambjata bejniethom b’mod konformi mar-regolamenti ta’ sigurtà rispettivi tagħhom għall-ħtiġijiet tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (Galileo u EGNOS).

Artikolu 3

Kull Parti:

(a)

tiżgura l-protezzjoni u s-salvagwardja tal-informazzjoni klassifikata koperta minn dan il-ftehim li tiġi kkomunikata minn Parti għal oħra jew skambjata bejniethom;

(b)

tiżgura li l-informazzjoni klassifikata li tiġi kkomunikata jew skambjata skont dan il-Ftehim, iżżomm il-klassifikazzjoni ta’ sigurtà li tkun tatha l-Parti li tipprovdi l-informazzjoni. Il-Parti riċevitriċi tiżgura l-protezzjoni u s-salvagwardja ta’ din l-informazzjoni klassifikata skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti ta’ sigurtà tagħha li jirrigwardaw l-informazzjoni klassifikata wara li tkun irċeviet klassifikazzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 9;

(c)

tastjeni milli tagħmel użu minn din l-informazzjoni klassifikata soġġetta għal dan il-Ftehim għal finijiet li mhumiex dawk li ġew stabbiliti mill-Parti li tkun ipprovdietha;

(d)

tastjeni milli tiżvela informazzjoni klassifikata soġġetta għal dan il-Ftehim lil Partijiet terzi, ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 4, il-paragrafi 4 u 5, mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Parti li tkun ipprovdiet l-informazzjoni;

(e)

ma tawtorizzax l-aċċess għal din l-informazzjoni klassifikata ħlief lil persuni li jkollhom bżonn li jkunu jafuha u, skont il-każ, ikollhom awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-livell meħtieġ.

Artikolu 4

1.   L-informazzjoni klassifikata tista’ tiġi kkomunikata jew żvelata, f’konformità mal-prinċipju ta’ kontroll tal-oriġinatur, mill-Parti li tipprovdi l-informazzjoni lill-Parti riċevitriċi.

2.   L-iżvelar jew il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni klassifikata lil Partijiet terzi li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 jsir fuq deċiżjoni tal-Parti riċevitriċi, wara li l-Parti li tkun ipprovdiet l-informazzjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub, f’konformità mal-prinċipju ta’ kontroll tal-oriġinatur, kif inhu definit permezz tar-regolament ta’ sigurtà tagħha.

3.   Permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, żvelar awtomatiku lil Partijiet terzi li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 huwa possibbli biss jekk ikunu ġew stabbiliti u miftiehma proċeduri bejn il-partijiet għal ċerti kategoriji ta’ informazzjoni relatati mal-ħtiġijiet operattivi tagħhom.

4.   L-informazzjoni klassifikata li toħroġ mingħand l-ASG tista’ tkun żvelata b’mod awtomatiku mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Spazjali Ewropea (“ASE”), lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

5.   Il-Kummissjoni għandha tfittex li tidħol fi ftehimiet u arranġamenti mal-ASE, mal-Kunsill u mal-Istati Membri rispettivament, sabiex tippermetti l-iżvelar awtomatiku lill-ASG ta’ informazzjoni klassifikata li toħroġ mingħand l-ASE, il-Kunsill u l-Istati Membri.

Artikolu 5

1.   Il-partijiet għandhom jiżguraw li jkollhom sistema ta’ sigurtà u li jimplimentaw miżuri ta’ sigurtà li jissodisfaw il-prinċipji fundamentali u l-istandards minimi ta’ sigurtà pprovduti mir-regolamenti ta’ sigurtà rispettivi tagħhom u li jinsabu fl-arranġamenti li għandhom jiġu implimentati skont l-Artikolu 9, b’mod li jkun applikat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għall-informazzjoni klassifikata soġġetta għal dan il-Ftehim.

2.   Il-partijiet għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka f’dak li jirrigwarda s-sigurtà tal-informazzjoni klassifikata imsemmija f’dan il-Ftehim u l-kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ interess komuni. L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9 għandhom iwettqu konsultazzjonijiet u spezzjonijiet reċiproċi ta’ sigurtà sabiex jivvalutaw l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà taħt ir-responsabbiltà tagħhom li għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu msemmi.

3.   Qabel il-komunikazzjoni jew l-iskambju ta’ informazzjoni klassfikata soġġetta għal dan il-Ftehim bejn il-Partijiet, l-awtoritajiet ta’ sigurtà responsabbli msemmija fl-Artikolu 9 jiddikjaraw li jaqblu li jivvalutaw li l-Parti riċevitriċi hija f’pożizzjoni li tiżgura l-protezzjoni u s-salvagwardja tal-informazzjoni msemmija f’konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu msemmi.

Artikolu 6

Il-partijiet jiżguraw li kull persuna li, fil-qadi tad-dmirijiet uffiċjali tagħha, tkun teħtieġ li taċċessa jew, minħabba d-dmirijiet jew il-funzjonijiet tagħha, jista’ jkollha aċċess għal informazzjoni klassifikata kkomunikata jew skambjata skont dan il-Ftehim, ikollha, jekk ikun meħtieġ, awtorizzazzjoni xierqa tas-sigurtà qabel ma tingħata permess li taċċessa din l-informazzjoni klassifikata.

Il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni tas-sigurtà għandhom l-għan li jiddeterminaw jekk persuna, meta wieħed jikkunsidra l-lealtà u l-fedeltà tagħha, jistax ikollha aċċess għal informazzjoni klassifikata.

Artikolu 7

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

f’dak li jirrigwarda l-Kummissjoni, il-korrispondenza kollha tintbagħat fl-uffiċċju ċentrali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, f’dan l-indirizz:

Commission européenne

Secrétariat général

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(b)

f’dak li jirrigwarda l-ASG, il-korrispondenza kollha tintbagħat f’dan l-indirizz:

GSA

Local Security Officer

Rue de la Loi 56/Wetstraat 56

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-korrispondenza ta’ Parti li għaliha għandhom aċċess biss ċerti aġenti, korpi jew servizzi kompetenti ta’ din il-Parti tista’, għal raġunijiet operattivi, tkun indirizzata u aċċessibbli biss għal ċerti aġenti, korpi jew servizzi kompetenti tal-Parti l-oħra maħturin b’mod speċifiku bħala riċevituri, skont il-kompetenzi tagħhom u skont il-prinċipju tal-ħtieġa li jkollhom għarfien. Jekk dan ikun il-każ:

(a)

F’dak li jirrigwarda l-Kummissjoni, din il-korrispondenza tintbagħat b’mod dirett mill-ASG lill-uffiċċju lokali li jservi lill-aġenti, lill-korpi jew lis-servizzi kompetenti fi ħdan il-Kummissjoni, jew permezz tal-[uffiċċju ċentrali tas-Segretarjat Ġenerali] tal-Kummissjoni, f’każ li l-aġenti, il-korpi jew is-servizzi riċevituri m’għandhomx uffiċċju lokali;

(b)

F’dak li jirrigwarda l-ASG, din il-korrispondenza tintbagħat permezz tad-dipartiment tas-sigurtà tal-ASG.

Artikolu 8

Id-Direttur Eżekuttiv tal-ASG u d-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 9

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, qegħdin jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ta’ sigurtà bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 sabiex jiġu stabbiliti l-istandards ta’ protezzjoni ta’ sigurtà u ta’ salvagwardja reċiproka tal-informazzjoni klassifikata kkomunikata u skambjata taħt dan il-Ftehim.

2.   Id-dipartiment tas-sigurtà tal-ASG, taħt l-awtorità u għan-nom tad-Direttur Eżekuttiv tal-ASG, jelabora d-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà li għandhom jittieħdu sabiex ikunu żgurati l-protezzjoni u s-salvagwardja tal-informazzjoni klassifikata kkomunikata lill-ASG jew skambjata magħha skont dan il-Ftehim.

3.   Id-Direttorat tas-sigurtà tal-Kummissjoni, li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet ta’ sigurtà, jelabora d-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà li għandhom jittieħdu sabiex ikunu żgurati l-protezzjoni u s-salvagwardja tal-informazzjoni klassifikata kkomunikata jew skambjata skont dan il-Ftehim fi ħdan il-Kummissjoni u fil-bini tagħha.

4.   Għall-ASG, id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-kunsill tal-amministrazzjoni tal-ASG.

Artikolu 10

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9 jistabbilixxu l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti jekk ikun magħruf jew jekk ikun hemm xi suspett li informazzjoni klassifikata koperta minn dan il-Ftehim tkun kompromessa, inkluża n-notifikazzjoni lill-Parti l-oħra dwar is-sitwazzjoni u dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu.

Artikolu 11

Kull Parti għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 12

Kwalunkwe tilwima bejn il-Kummissjoni u l-ASG li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tkun l-oġġett ta’ negozjati bejn il-Partijiet.

Artikolu 13

1.   Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar mid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri interni meħtieġa huma lesti.

2.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-oħra bi kwalunkwe bidla li tkun saret fir-regolament li tista’ tikkomprometti l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata koperta minn dan il-Ftehim.

3.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi eżaminat mill-ġdid fuq talba ta’ Parti jew tal-oħra bl-għan li jsiru xi tibdiliet possibbli.

4.   Kull bidla f’dan il-Ftehim għandha ssir biss bil-miktub u bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. Din tidħol fis-seħħ permezz ta’ notifika reċiproka, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

5.   Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż għal perjodu indefinit. Jista’ jintemm fi kwalunkwe ħin minn Parti permezz ta’ notifika bil-miktub ta’ terminazzjoni indirizzata lill-Parti l-oħra. It-terminazzjoni tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi notifika tagħha. Madankollu, din ma taffettwax l-obbligi diġà kkuntrattati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. B’mod partikolari, kull informazzjoni klassifikata kkomunikata jew skambjata skont dan il-Ftehim tibqa’ protetta skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim sakemm il-Parti riċevitriċi tagħtiha lura lill-Parti li tkun ipprovdietha, fuq talba ta’ din tal-aħħar.

6.   Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji fil-lingwa Ingliża.

B’xhieda ta’ dan, is-sottoskritti, awtorizzati bix-xieraq rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Id-Direttur Ġenerali

Matthias RUETE

Għall-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljanza tal-GNSS

Id-Direttur Eżekuttiv

Pedro PEDREIRA


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

20.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/45


DEĊIŻJONI TAL-KULLEĠĠ 2009-8

li tadotta r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Eurojust

IL-KULLEĠĠ TAL-EUROJUST,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2002 li twaqqaf l-Eurojust bil-għan li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja (2002/187/JHA) (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (2003/659/JHA) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tagħha,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2003 (3) tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 (4),

Billi

(1)

Wara l-emendar tar-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008, jeħtieġ li r-regoli finanzjarji tal-Eurojust jiġu addattati sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu jiġu allinjati mar-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas emendat.

(2)

L-Eurojust għandu personalità ġuridika u responsabbiltà sħiħa biex ifassal u jimplimenta l-baġit tiegħu stess.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti r-regoli dwar it-tfassil u limplimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust, kif ukoll ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni u l-verifika finanzjarja talkontijiet.

(4)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġu ddefiniti s-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Kulleġġ tal-Eurojust, l-Uffiċjal ta’ Awtorizzazzjoni, l-uffiċjal tal-kontabilità, l-amministratur tal-flus akkont u l-awditur intern.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti sistemi ta’ kontroll effettivi għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea.

(6)

Peress li l-Eurojust huwa ffinanzjat minn sussidju annwali mħallas mill-baġit tal-Komunità, l-iskeda għall-istabbiliment tal-baġit, il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-għoti ta’ kwittanza għandha tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet ekwivalenti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

(7)

Għall-istess raġuni, l-Eurojust għandu josserva l-istess rekwiżit bħall-istituzzjonijiet tal-Komunità fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u grants; f’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li ssir referenza għad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

(8)

Ir-Regolament Finanzjarju għandu jirrifletti l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Eurojust bħala unità ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja. Dan għandu jikkunsidra bi sħiħ in-natura sensittiva tal-operazzjonijiet imwettqa mill-Eurojust, b’mod partikolari fir-rigward ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet.

(9)

Ir-Regolament Finanzjarju emendat applikabbli għall-baġit tal-Eurojust għandu jiġi adottat b’mod unanimu mill-Kulleġġ wara li l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha għat-tibdiliet.

(10)

Il-Kummissjoni tat il-kunsens tagħha għal dan ir-Regolament inkluż it-tluq mir-Regolament Finanzjarju strutturali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

MATERJA TAS-SUĠĠETT

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi b’mod ċar il-prinċipju u r-regoli ewlenin li jirregolaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni talbaġit tal-Eurojust.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“Deċiżjoni ta’ l-Eurojust” tfisser id-Deċiżjoni tal-Kunsill(2002/187/ĠAI) tat-28 ta’ Frar 2002 li twaqqaf il-Eurojust bil-għan li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja (2002/187/JHA), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 (2003/659/JHA);

(2)

“Eurojust” tfisser l-unità ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja mwaqqfa mid-Deċiżjoni tal-Eurojust bħala korp tal-Unjoni Ewropea;

(3)

“Kulleġġ” tfisser l-unità msemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Eurojust;

(4)

“Direttur Amministrattiv” tfisser il-persuna msemmija fl-Artikoli 29 u 36(1) tad-Deċiżjoni tal-Eurojust;

(5)

“Personal” tfisser id-Direttur Amministrattiv kif ukoll il-personal imsemmi fl-Artikolu 30 tad-Deċiżjoni tal-Eurojust;

(6)

“Baġit” tfisser il-baġit tal-Eurojust kif imsemmi fl-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni tal-Eurojust;

(7)

“Awtorità tal-Baġit” tfisser il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

(8)

“Regolament Finanzjarju Ġenerali” tfisser ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej;

(9)

“Regolament Finanzjarju Strutturali” tfisser ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002;

(10)

“Regoli li jimplimentaw ir-Regolament Finanzjarju ġenerali” tfisser ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (5) tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej;

(11)

“Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji tal-Eurojust” tfisser ir-regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament Finanzjarju;

(12)

“Regoli Finanzjarji tal-Eurojust” tfisser id-Deċiżjoni tal-Eurojust, dan ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji tal-Eurojust;

(13)

“Regolamenti tal-Personal” tfisser ir-regolamenti u r-regoli applikabbli għal uffiċjali u qaddejja oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

TITOLU II

PRINĊIPJI TAL-BAĠIT

Artikolu 3

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit (“il-baġit” minn hawn ‘il quddiem) trid tħares il-prinċipji tal-unità u l-eżatezza tal-baġit, annwalità, ekwilibriju, unità tal-kontijiet, universalità, speċifikazzjoni u treġija finanzjarja tajba, li jirrikjedu kontroll intern effettiv u effiċjenti u trasparenza kif previst f’dan ir-Regolament.

KAPITOLU 1

Prinċipji ta’ unità u eżattezza tal-baġit

Artikolu 4

Il-baġit huwa l-istrument li, għal kull sena finanzjarja, ibassar u jawtorizza d-dħul u l-infiq meqjus meħtieġ għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Eurojust.

Artikolu 5

Il-baġit ikun fih:

(a)

id-dħul proprju ġej mid-drittijiet u l-ispejjeż u, mingħajr ġudizzju għall-Artikolu 51, l-imgħaxijiet li l-Eurojust jista’ jirċievi għal servizzi supplimentari bis-saħħa tal-kompiti fdati lilu, u kull dħul ieħor;

(b)

dħul magħmul mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri li qed jilqgħuha;

(c)

sussidju konċess mill-Komunitajiet Ewropej;

(d)

dħul assenjat lill-infiq speċifiku skont l-Artikolu 19(1);

(e)

l-ispejjeż tal-Eurojust, inkluzi spejjeż ta’ amministrazzjoni.

Artikolu 6

1.   Ma jsirx dħul jew infiq qabel ma dan jitniżżel taħt linja fil-baġit.

2.   Appropjazzjoni ma tiddaħħalx fil-baġit sakemm mhux għal spiża meqjusa meħtieġa.

3.   L-ebda nefqa li tkun ikbar mill-appropjazzjonijiet awtorizzati mill-baġit ma tista’ tkun marbuta jew awtorizzata.

KAPITOLU 2

Prinċipju ta’ annwalità

Artikolu 7

L-appropjazzjonijiet mdaħħlin fil-baġit ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja waħda li tkun tgħodd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 8

1.   Il-baġit għandu ikun fih approprjazzjonijiet mhux differenzjati u, fejn ġustifikat mill-ħtiġiet operazzjonali, approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn tal-aħħar għandhom jikkonsistu f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

2.   Appropjazzjonijiet ta’ impenn ikopru l-prezz ta’ impenni legali mibdijin tul is-sena finanzjarja kurrenti.

3.   Approprjazzjonijiet ta’ pagament ikopru pagamenti magħmula biex ikunu onorati impenni legali mibdijin fis-sena finanzjarja kurrenti u/jew snin finanzjarji ta’ qabel.

4.   Appropjazzjonijiet amministrativi ma jkunux iddifferenzati. Infiq amministrattiv ġej minn appalti li jkopru perjodi li jestendu għal qabel is-sena finanzjarja, jew skont prattika lokali jew rigward fornitura ta’ tagħmir, jitħallsu mill-baġit tas-sena finanzjarja li tkun sar fiha.

Artikolu 9

1.   Id-dħul tal-Eurojust msemmi fl-Artikolu 5 jiddaħħal fil-kontijiet tas-sena finanzjarja skont l-ammonti miġbura matul is-sena finanzjarja.

2.   Id-dħul tal-Eurojust iqajjem ammont daqsu ta’ appropjazzjonijiet għall-pagamenti.

3.   L-appropjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit għal sena jistgħu jintużaw biss biex jagħmlu tajjeb għall-infiq allokat u mħallas f’dik is-sena finanzjarja, u biex ikopri ammonti dovuti minn appropjazzjonijiet minn snin finanzjarji ta’ qabel.

4.   L-impenni jiddaħħlu fil-kontijiet fuq il-bażi tal-impenni legali li jkunu saru sal-31 ta’ Diċembru.

5.   Pagamenti jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi ta’ pagamenti li għamel l-uffiċjal tal-kontabilità sal-31 ta’ Diċembru, l-iktar tard, ta’ dik is-sena.

Artikolu 10

1.   Approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sa’ l-aħħar tas-sena finanzjarja li jkunu ddaħħlu għaliha, jitħassru.

Madankollu, b’deċiżjoni tal-kulleġġ li trid tittieħed sal-15 ta’ Frar, jistgħu jinġarru biss għas-sena finanzjarja li jmiss, skont il-paragrafi 2 sa 7.

2.   Approprjazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ spejjeż ta’ personal ma jistgħux jinġarru.

3.   Appropjazzjonijiet ta’ impenn, u appropjazzjonijiet mhux iddefferenzati li għadhom mhux marbutin sa għeluq is-sena finanzjarja jistgħu jinġarru, rigward l-ammonti li jikkorispondu ma’ appropjazzjonijiet ta’ impenn li l-biċċa l-kbira tal-istadji preparatorji tal-proċedura tal-irbit tagħhom, li tkun iddefinita fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji tal-Eurojust, ikunu tlestew sal-31 ta’ Diċembru; dawn l-ammonti mbagħad jistgħu jiġu marbuta sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

4.   Appropjazzjonijiet ta’ ħlas jistgħu jinġarru rigward l-ammonti meħtieġa biex jagħmlu tajjeb għal impenni eżistenti jew impenni li għandhom x’ jaqsmu ma’ appropjazzjonijiet ta’ impenn li jkunu nġarru, meta l-appropjazzjonijiet pprovduti għal-linji relevanti fil-baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara ma jlaħħqux mal-ħtiġijiet. L-Eurojust l-ewwel għandu juża l-appropjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja kurrenti u ma jużax l-appropjazzjonijiet li jkunu nġarru qabel ma jkunu eżawriti l-appropjazzjonijiet imsemmija qabel.

5.   Appropjazzjonijiet mhux iddifferenzjati li jikkorrispondu ma’ obbligi kkuntrattati kif suppost f’għeluq is-sena finanzjarja jinġarru awtomatikament għas-sena finanzjarja ta’ wara biss.

6.   Approprjazzjonijiet li jkunu nġarru u li ma jkunux intrabtu sal-31 ta’ Marzu tas-sena N + 1 jitħassru awtomatikament.

Approprjazzjonijiet li jkunu nġarru b’dan il-mod iridu jkunu identifikati fil-kontjiiet.

7.   L-approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta’ Diċembru li jkunu ġejjin mid-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 19 jinġarru awtomatikament. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju tas-sena N + 1, il-Eurojust għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat li jkun inġarr.

L-approprjazzjonijiet disponibbli li jikkorispondu mad-dħul assenjat li jkun inġarr iridu jintużaw l-ewwel.

Artikolu 11

Meta jinħallu l-ammonti, minħabba li ma tkunx saret implimentazzjoni jew ma tkunx saret implimentazzjoni sħiħa ta’ azzjonijiet li dawn l-ammonti kienu allokati għalihom, f’sena finanzjarja wara dik li l-appropjazzjonijiet intrabtu, l-appropjazzjonijiet kkonċernati jitħassru.

Artikolu 12

L-approprjazzjonijiet imdaħħlin fil-baġit jistgħu jintrabtu mill-1 ta’ Jannar, malli l-baġit ikun definittiv.

Artikolu 13

1.   Mill-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, spejjeż amministrattivi ta’ rutina jistgħu jkunu allokati bil-quddiem mal-appropjazzjonijiet ipprovduti għas-sena finanzjarja ta’ wara. Irbit hekk madankollu ma jistax ikunu ikbar minn kwart tal-appropjazzjonijiet deċiżi mill-Kulleġġ fuq il-linja tal-baġit li tikkorrispondi magħhom għas-sena finanzjarja kurrenti. Ma jistgħux jgħoddu għal spejjeż ġodda ta’ tip li ma jkunx għadu approvat fil-prinċipju fl-aħħar baġit adottat kif suppost.

2.   Infiq li jrid jitħallas bil-quddiem, per eżempju kera, jista’ jagħti lok għal pagamenti mill-1 ta’ Diċembru ‘l quddiem li jitħallsu mill-appropjazzjonijiet għas-sena finanzjarja ta’ wara. F’dan il-każ, il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ma japplikax.

Artikolu 14

1.   Jekk il-baġit tal-Eurojust ma jkunx adottat għal kollox fil-bidu tas-sena finanzjarja, ir-regoli li ġejjin ikunu jgħoddu għall-irbit u l-ħlas ta’ nfiq li setgħu kienu mniżżlin taħt linja baġitarja speċifika bħala parti mill-implimentazzjoni tal-aħħar baġit adottat kif suppost.

2.   L-irbit jista’ jsir għal kull Kapitolu sa mhux iktar minn kwart tal-appropjazzjonijiet totali awtorizzati fil-kapitolu kkonċernat għas-sena finanzjarja ta’ qabel, u parti minn kull tnax għal kull xahar li jkun għadda.

Pagamenti jistgħu jsiru kull xahar għal kull kapitolu sa mhux iktar minn parti minn kull tnax tal-appropjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu kkonċernat għas-sena finanzjarja ta’ qabel.

Il-limitu tal-appropjazzjonijiet previst fir-rendikont tal-istimi tad-dħul u l-infiq ma’ jistax jinqabeż.

3.   Fuq talba tad-Direttur Amministrattiv, jekk ikun meħtieġ mill-azzjoni tal-Eurojust u t-treġija, il-Kulleġġ jista’ jawtorizza fl-istess ħin żewġ partijiet jew iktar minn kull tnax, provviżorjament, kemm għal impenni kif ukoll għal pagamenti, barra minn dawk li huma awtomatikament disponibbli bid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2.

Il-partijiet minn tnax l-oħrajn ikunu awtorizzati bis-sħiħ u ma jistgħux jinqasmu.

KAPITOLU 3

Prinċipju tal-ekwilibriju

Artikolu 15

1.   Id-dħul mill-baġit u appropjazzjonijiet għall-pagamenti jridu jibbilanċjaw lil xulxin.

2.   Appropjazzjonijiet għall-impenni ma jistgħux jaqbżu l-ammont ta’ sussidju tal-Komunità, id-dħul proprju u kull dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 5.

3.   L-Eurojust ma jistax jissellef.

4.   Fondi Komunitarji li jitħallsu lill-Eurojust iridu jkunu ta’ sussidju biex jibbilanċja, fil-baġit tagħha stess, li jgħodd bħala finanzjament minn qabel fis-sens tal-Artikolu 81(1)(b)(i) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

5.   L-Eurojust għandu jimplimenta ġestjoni stretta tal-likwidità, b’kunsiderazjoni tad-dħul assenjat, sabiex jiżgura li l-bilanċi tal-likwidità tiegħu huma limitati għal ħtiġijiet ġustifikati. Mat-talbiet tal-ħlasijiet tiegħu huwa għandu jressaq previżjonijiet dettaljati u aġġornati dwar il-ħtiġijiet reali ta’ likwidità tiegħu matul is-sena, inkluża informazzjoni dwar id-dħul assenjat.

Artikolu 16

1.   Jekk il-bilanċ tal-kont tal-kwantitajiet maħdumin fis-sens tal-Artikolu 81 ikun pożittiv irid jerġa’ jitħallas lill-Kummissjoni sakemm jintlaħaq l-ammont tas-sussidju tal-Komunità li jkun tħallas matul is-sena. Il-parti tal-bilanċ li tkun qabżet l-ammont tas-sussidju mħallas mill-Komunità matul dik is-sena trid tiddaħħal fil-baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara bħala dħul. L-Eurojust għandu jipprovdi, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena n, stima tal-bilanċ favorevoli operattiv mis-sena N-1, li għandu jitħallas lura lill-baġit Komunitarju aktar tard fis-sena N, biex b’hekk tiġi kkompletata l-informazzjoni li diġà hija disponibbli dwar il-bilanċ favorevoli tas-sena N-2. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni waqt il-valutazzjoni tal-ħtiġiet finanzjarji tal-entitajiet Komunitarji għas-sena N + 1;

Id-differenza bejn is-sussidju tal-Komunità li jkun iddaħħal fil-baġit u dik li tassew tħallset lill-entità titħassar.

2.   Jekk il-bilanċ tal-kont tal-kwantitajiet maħdumin fis-sens tal-Artikolu 81 ikun negattiv, jerġa jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta’ wara.

3.   Id-dħul jew appropjazzjonijiet għall-pagament jiddaħħlu fil-baġit waqt il-proċedura tal-baġit bl-ittra tal-proċedura li tagħmel l-emenda jew, jekk l-implimentazzjoni tal-baġit tkun fis-seħħ, permezz ta’ baġit li jagħmel emendi.

KAPITOLU 4

Prinċipju tal-unità ta’ kontijiet

Artikolu 17

Il-baġit jitħejja u jkun implimentat f’ewro u l-kontijiet ikunu ppreżentati f’euro.

Madankollu, għall-iskop ta’ likwidità, l-uffiċjal tal-kontabilità u, fil-każ ta’ kontijiet ta’ flus akkont, l-amministraturi tal-flus akkont, ikunu awtorizzati biex jagħmlu operazzjonijiet f’muniti nazzjonali kif preskritt fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji tal-Eurojust.

KAPITOLU 5

Prinċipju tal-universalità

Artikolu 18

Id-dħul totali jrid jagħmel tajjeb għat-total tal-appropjazzjonijiet ta’ pagament, bla ħsara għall-Artikolu 19. Id-dħul u l-infiq kollu jiddaħħal kollu mingħajr ma wieħed jaġġusta lill-ieħor, bla ħsara għall-Artikolu 21.

Artikolu 19

1.   Il-partiti ta’ dħul li ġejjin iridu jintużaw biex iħallsu oġġetti speċifiċi ta’ nfiq:

(a)

dħul allokat għal skop speċifiku, bħal dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati;

(b)

kontribuzzjonijiet għall-attivitajiet tal-Eurojust minn Stati Membri, pajjiżi mhux membri jew entitajiet mixxelanji, sakemm dan hu previst fil-ftehim milħuq bejn l-Eurojust u l-Istati Membri, pajjiżi mhux membri jew korpi in kwistjoni;

(c)

dħul minn partijiet terzi fir-rigward ta’ prodotti, servizzi jew xogħol fornuti fuq talba tagħhom stess, għajr il-miżati u l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 5(a);

(d)

dħul mill-forniment ta’ prodotti, servizzi u xogħlijiet għall-istituzzjonijiet Komunitarji jew entitajiet oħrajn tal-Komunità;

(e)

dħul li ġej mill-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa bi żball;

(f)

dħul mill-bejgħ ta’ vetturi, tagħmir, installazzjonijiet, materjali u apparat xjentifiku u tekniku li jkunu qegħdin jinbidlu jew jiġu skreppjati meta l-valur tal-ktieb ikun kompletament deprezzat;

(g)

ħlasijiet rċevuti minn assigurazzjoni;

(h)

dħul minn ħlasijiet konnessi ma’ kirjiet;

(i)

dħul mill-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet u films, inklużi dawk fuq mezzi elettroniċi.

1a.   L-att bażiku applikabbli jista’ jassenja wkoll id-dħul li għalih jipprevedi partiti speċifiċi ta’ nfiq.

2.   Il-partiti kollha ta’ dħul fis-sens tal-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 ikopru l-infiq dirett jew indirett li jinqala’ mill-attivita jew skop ikkonċernati.

3.   Il-baġit għandu jkollu linji biex jakkomoda l-kategorji ta’ dħul assenjat imsemmijin fil-paragrafi 1 u 1a u kull fejn jista’ jkun irid juri l-ammont.

Artikolu 20

1.   Id-Direttur Amministrattiv jista’ jilqa’ kull donazzjoni li ssir lill-Eurojust, bħalma huma fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati.

2.   Aċċettjazzjoni ta’ donazzjonijiet li jistgħu jinvolvu xi prezz finanzjarju jkunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kulleġġ, li jrid jiddeċiedi fi żmien xahrejn mid-data li tingħatalu t-talba. Jekk il-Kulleġġ ma jiħux deċiżjoni f’dak iż-żmien id-donazzjoni titqies milqugħa.

Artikolu 21

1.   It-tnaqqis li ġej jista’ jsir minn talbiet għall-ħlas, fatturi jew rendikonti, li mbagħad jitgħaddew għall-ħlas tal-ammont nett:

(a)

il-penali imposti fuq partijiet għal kuntratti ta’ akkwist jew benefiċjarji ta’ għotja;

(b)

skontijiet, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi individwali u talbiet għall-ħlas;

(c)

l-imgħaxijiet iġġenerati minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament.

2.   Il-prezz ta’ merkanzija, prodotti oħrajn jew servizzi mogħtija lill-Eurojust jitħallsu mill-baġit għall-ammont sħiħ eskluża t-taxxa, meta jkun jinkorpora t-taxxi rimborżati:

(a)

jew mill-Istati Membri skont il-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, mill-Istat Ospitu fuq il-bażi tal-Ftehim dwar is-Sede, jew fuq il-bażi ta’ ftehimiet oħra relevanti;

(b)

jew minn Stat Membru jew pajjiż mhux membru fuq bażi ta’ ftehim rilevanti ieħor.

Kull taxxa nazzjonali li trid titħallas temporanjament mill-Eurojust taħt l-ewwel subparagrafu tiddaħħal f’kont sospiż sakemm jingħataw lura mill-Istat ikkonċernat.

3.   Kull bilanċ negattiv jiddaħħal fil-baġit bħala nfiq.

4.   Jistgħu jsiru aġġustamenti għal differenzi ta’ tibdil li jiġru waqt l-implimentazzjoni tal-baġit. Il-qliegħ jew telf finali iridu jkunu inklużi fil-bilanċ għas-sena.

KAPITOLU 6

Prinċipju ta’ speċifikazzjoni

Artikolu 22

L-appropjazzjonijiet jkunu allokati għal skopijiet speċifiċi flintier tagħhom bit-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli jerġgħu jinqasmu f’artikoli u partiti.

Artikolu 23

1.   Id-Direttur Amministrattiv jista’ jwettaq trasferimenti minn kapitolu għal ieħor u minn artikolu għal ieħor mingħajr limitu, u minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment.

2.   Lilhinn mil-limitu msemmi fil-paragrafu 1, id-Direttur Amministrattiv jista’ jipproponi trasferimenti ta’ approprazzjonijiet minn titolu għal ieħor lill-Kulleġġ trasferimenti ta’ approprijazzjonijiet minn titolu wieħed għal ieħor. Il-Kulleġġ għandu jkollu tliet ġimgħat biex jopponi dawn it-trasferimenti. Wara dan il-limitu ta’ żmien, it-trasferimenti għandhom jitqiesu adottati.

3.   Proposti għal trasferimenti u trasferimenti mwettqa taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu akkompanjati bid-dokumenti ta’ sostenn xierqa u dettaljati li juru l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet u estimi tar-rekwiżiti sat-tmiem tas-sena finanzjarja, kemm għall-intestaturi li jridu jkunu kkreditati u kemm għal dawk li jridu jsiru l-approprjazzjonijiet minnhom.

4.   Id-Direttur Amministrattiv għandu/ha j/tinforma lill-bord ta’ ġestjoni bit-trasferimenti mwettqa malajr kemm jista’ jkun. Huwa għandu jgħarraf lill-awtorità tal-baġit dwar it-trasferimenti kollha mwettqa taħt il-paragrafu 2.

Artikolu 24

1.   L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss f’linji tal-baġit li għalihom il-baġit għandu appropjazzjonijiet awtorizzati jew għandu annotazzjoni nominali (p.m.).

2.   Approprjazzjonijiet li jikkorrispondu mad dħul assenjat jistgħu jkunu ttrasferiti biss jekk jintużaw għalliskop li kien assenjat id-dħul.

KAPITOLU 7

Prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba

Artikolu 25

1.   Appropjazzjonijiet tal-baġit jintużaw skont il-prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba, jiġifieri, skont il-prinċipji ta’ ekonomija, effiċenza u effettività.

2.   Il-prinċipju tal-ekonomija jitlob li r-riżorsi li juża l-Eurojust għall-attivitajiet tiegħu jridu jkunu disponibbli fiż-żmien dovut, fi kwantitajiet u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz.

Il-prinċipju tal-effiċenza jitlob l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati milħuqa.

Il-prinċipju tal-effettività jirrigwarda l-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti u li jintlaħqu r-riżultati mixtieqa.

3.   Għanijiet speċifiċi li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu u li wieħed jista’ jara kemm jieħdu żmien iridu jkunu stabbiliti għalloqsma kollha tal-attività koperta mill-baġit. Kemm u kif jintlaħqu dawn l-għanijiet ikun issorveljat minn indikaturi ta’ prestazzjoni għal kull attività u d-Direttur Amministrattiv jagħti tagħrif lill-Kulleġġ. Dan it-tagħrif jingħata kull sena u l-iktar tard mad-dokument li jkun mal-abbozz preliminari tal-baġit.

4.   Biex id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod aħjar, l-Eurojust irid jagħmel evalwazzjonijiet tal-programmi jew attivitajiet qabel ma jsiru u wara li jkunu saru. Dawn l-evalwazzonijiet isiru għallprogrammi u l-attivitajiet kollha li jirrikjedu nfiq kbir u r-riżultati tal-evalwazzjoni jintbagħtu lill-Kulleġġ.

5.   L-għanijiet u miżuri stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ma japplikawx għal ħidma relatata ma’ każijiet.

Artikolu 25a

1.   Il-baġit għandu jiġi implimentat skont kontroll intern effettiv u effiċjenti.

2.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern huwa definit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha ta’ ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli tal-ksib tal-għanijiet li ġejjin:

(a)

effettività, effiċjenza u ekonomija fl-operazzjonijiet;

(b)

rappurtar affidabbli;

(c)

ħarsien tal-assi u l-informazzjoni;

(d)

prevenzjoni u identifikazzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet;

(e)

kontroll adegwat tar-riskji li jirrigwardaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, meta jitqies il-karattru multi-annwali tal-programmi u n-natura tal-ħlasijiet ikkonċernati.

KAPITOLU 8

Prinċipju tat-trasparenza

Artikolu 26

1.   Il-baġit jitħejja u jkun implimentat u l-kontijiet ikunu ppreżentati b’osservanza għall-prinċipju ta’ trasparenza.

2.   Sommarju tal-baġit u tal-baġits li jemendaw, kif adottati finalment, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur minn meta jkunu ġew adottati.

It-taqsira għandha turi l-ħames linji baġitarji ewlenin tad-dħul, il-ħames linji baġitarji ewlenin tan-nefqa għall-baġit amministrattiv u operattiv, il-ħolqien ta’ pjan f’ekwivalenti ta’ full-time li għalihom ġew allokati approprjazzjonijiet fil-baġit, u esperti nazzjonali ssekondati. Għandha tindika wkoll iċ-ċifra għas-sena ta’ qabel.

3.   Il-baġit jinkludi l-pjan ta’ stabbiliment u l-baġits ta’ emenda, bħalma finalment adottati, kif ukoll indikazzjoni tal-għadd ta’ persunal b’kuntratt f’ekwivalenti ta’ full-time li ġew allokati approprjazzjonijiet fil-baġit fil-konfront tagħhom, u esperti nazzjonali ssekondanti, għandhom jintbagħtu bħala informazzjoni lill-awtorità tal-baġit, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni, u għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sajt tal-Internet tal-entità Komunitarja kkonċernata fi żmien erba’ ġimgħat mill-adozzjoni tagħhom.

4.   L-Eurojust għandu jagħmel disponibbli fuq is-sit tal-Internet tiegħu, informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi derviati mill-baġit tiegħu, inkluż esperti b’kuntratt skont l-Artikolu 74b. L-informazzjoni ppubblikata għandha tkun aċċessibbli faċilment, trasparenti u komprensiva. Din l-informazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli filwaqt li r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà jiġu osservati kif dovut, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-dejta personali hekk kif stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Eurojust u fir-Regoli ta’ Proċedura dwar l-Ipproċessar u l-Protezzjoni ta’ Dejta Personali.

Fejn l-informazzjoni hija pubblikata f’forma anonima, l-entità Komunitarja għandha, meta tintalab tagħmel dan, tipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċjarji kkonċernati lill-Parlament Ewropew f’manjiera adegwata.

TITOLU III

STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

Stabbiliment tal-baġit

Artikolu 27

1.   Il-baġit ikun stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Eurojust.

2.   Kull sena, id-Direttur Amministrattiv għandu jabbozza u jissottometti lill-Kulleġġ għall-approvazzjoni tiegħu, abbozz provviżorju ta’ stima tad-dħul u l-infiq tal-Eurojust għas-sena finanzjarja li jmiss.

3.   Il-Kulleġġ għandu jibgħat lill-Kummissjoni abbozz provviżorju ta’ stima u l-infiq għall-Eurojust u l-linji gwida ġenerali li fuqhom tkun ibbażata dik l-istima, fuq il-bażi tal-abbozz provviżorju mfassal mid-Direttur Amministrattiv, sal-10 ta’ Frar ta’ kull sena. Il-Kulleġġ għandu jibgħat l-abbozz tal-istima finali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu.

4.   L-istima ta’ dħul u nfiq tal-Eurojust għandha tinkludi:

(a)

pjan ta’ stabbiliment li jispeċifika l-għadd ta’ postijiet temporanji u permanenti awtorizzati fil-limiti tal-appropjazzjonijiet tal-baġit, bil-grad u bil-kategorija;

(b)

meta jkun hemm bidla fl-għadd ta’ postijiet, dikjarazzjoni li tiġġustifika t-talba għal postijiet ġodda;

(c)

stima kull tlett xhur ta’ pagamenti bi flus u riċevuti.

(d)

informazzjoni dwar l-għadd ta’ għanijiet stabbiliti li ntlaħqu qabel għall-attivitajiet diversi kif ukoll għanijiet ġodda imkejlin b’indikaturi.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jiġu kkonsultati u ssir referenza għalihom bħala prova tal-merti probabbli ta’ żieda jew tnaqqis tal-baġit propost tal-Eurojust meta mqabbel mal-baġit tiegħu għas-sena N.

5.   L-Eurojust għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-baġit sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, dawn li ġejjin:

(a)

l-abbozz tal-programm ta’ ħidma tiegħu;

(b)

verżjoni aġġornata tal-pjan multiannwali tagħha dwar il-persunal, stabbilit skont il-linji gwida stipulati mill-Kummissjoni;

(c)

informazzjoni dwar l-għadd ta’ uffiċjali, persunal temporanju u b’kuntratt kif definit mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolamenti tal-Persunal”) għas-snin n-1 u n u kif ukoll stima għas-sena N + 1;

(d)

informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet in-natura li jingħataw mill-Pajjiż Membru ospitanti lill-entità Komunitarja.

(e)

stima tal-bilanċ tal-kont tar-riżultati skont it-tifsira tal-Artikolu 81 għas-sena N-1.

Bħala parti mill-proċedura għall-adozzjoni tal-baġit ġenerali, il-Kummissjoni għandha tibgħat dikjarazzjoni tal-istimi tal-Eurojust lill-awtorità tal-baġit u għandha tipproponi l-ammont tas-sussidju għall-Eurojust u n-numru ta’ personal li tikkunsidra li l-Eurojust għandu bżonn. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Eurojust u għal stima tan-numru ta’ personal b’kuntratt imfissra f’ekwivalenti full-time li għalihom qegħdin jiġu proposti approprijazzjonijiet.

6.   L-awtorità tal-baġit għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-Eurojust u kull emenda li ssirlu skont l-Artikolu 32(1). Il-pjan ta’ stabbiliment għandu jiġi ppubblikat f’Anness għal Sezzjoni III – il-Kummissjoni – tal-baġit ġenerali.

7.   Il-baġit u l-pjan ta’ stabbiliment għandhom jiġu adottati mill-Kulleġġ. Isiru definittivi wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali li jistabbilixxi l-ammont tas-sussidju u l-pjan ta’ stabbiliment u jekk ikun hemm bżonn, il-baġit u l-pjan ta’ stabbiliment għandhom jiġu aġġustati bix-xieraq.

Artikolu 28

Kull emenda fil-baġit, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment, għandha ssir fil-forma ta’ baġit ta’ emenda adottat bl-istess proċedura tal-baġit inizzjali, skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Eurojust u l-Artikolu 2.

KAPITOLU 2

Struttura u preżentazzjoni tal-baġit

Artikolu 29

Il-baġit jikkonsisti f’rendikont ta’ dħul u rendikont ta’ nfiq.

Artikolu 30

Sakemm ikun iġġustifikat bin-natura tal-attivitajiet tal-Eurojust, ir-rendikont tal-infiq irid ikun imqassam fuq bażi ta’ nomenklatura bi klassifikazzjoni skont l-iskop. Din in-nomenklatura tkun iddeterminata mill-Eurojust u tagħmel distinzjoni ċara bejn appropjazzjonijiet amministrattivi u appropjazzjonijiet operattivi.

Artikolu 31

Il-baġit irid juri:

1.

fir-rendikont tad-dħul:

(a)

stima tad-dħul tal-Eurojust għas-sena finanzjarja kkonċernata;

(b)

id-dħul stmat għas-sena finanzjarja ta’ qabel u d-dħul għas-sena N – 2;

(c)

rimarki xierqa fuq kull linja ta’ dħul.

2.

fir-rendikont tal-infiq:

(a)

l-appropjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena finanzjarja kkonċernata;

(b)

l-appropjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena finanzjarja ta’ qabel, u l-ispejjeż allokati u l-ispejjeż minfuqa fis-sena N – 2;

(c)

rendikont fil-qosor ta’ kif se jsiru l-pagamenti dovuti fissnin finanzjarji ta’ wara biex jintlaħqu l-impenni tal-baġit mibdijin fi snin finanzjarji ta’ qabel;

(d)

rimarki xierqa f’kull sottodiviżjoni.

Artikolu 32

1.   Il-pjan ta’ stabbiliment imsemmi fl-Artikolu 27 għandu juri, ħdejn l-għadd ta’ postijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, l-għadd awtorizzat fis-sena ta’ qabel u l-għadd ta’ postijiet tassew mimlijin.

Dan ikun limitu assolut għall-Eurojust; ma jistgħux isiru ħatriet wara li jinqabeż dan il-limitu.

Madankollu, ħlief fil-każ ta’ gradi AD16, AD15, AD 14 u AD13, il-Kulleġġ jista’ jibdel il-pjan ta’ stabbiliment b’sa 10 % tal-postijiet awtorizzati, b’dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:

(a)

li ma jintlaqatx id-daqs tal-appropjazzjonijiet tal-personal li jiġi daqs sena finanzjarja sħiħa;

(b)

li l-limitu tal-għadd totali tal-postijiet awtorizzati mill-pjan ta’ stabbiliment ma jinqabiżx.

2.   B’deroga għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-effetti ta’ xogħol part-time awtorizzat mill-awtorità li taħtar skont ir-Regolamenti tal-personal jistgħu jkunu kkompensati b’ħatriet oħrajn. Meta membru tal-personal jitlob l-irtirar tal-awtorizzazzjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu partikolari, l-Eurojust għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex jiġi rispettat il-limitu li hemm referenza għalih fil-punt (b) tal-paragrafu 1 kemm jista’ jkun malajr.

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 33

Id-Direttur Amministrattiv għandu jaqdi d-dmirijiet tal-uffiċjal li jawtorizza. Huwa għandu jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-Regoli Finanzjarji tal-Eurojust, fuq responsabbilta’ tiegħu stess u fil-limiti tal-appropjazzjonijiet awtorizzati. Bla ħsara għar-responsabbiltajiet tal-uffiċjal awtorizzanti fir-rigward tal-prevenzjoni u l-kxif ta’ frodi u irregolaritajiet, l-Eurojust għandu jipparteċipa f’attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi. Attivitajiet bħal dawn ma għandhomx jaffettwaw ix-xogħol operattiv tal-Eurojust kif imbassar fid-Deċiżjoni tal-Eurojust u b’mod partikolari, ma għandux ikun jinvolvi l-aċċess għal jew it-trasmissjoni ta’ kwalunkwe dokument relatat mal-każ lill-OLAF.

Artikolu 34

1.   Id-Direttur Amministrattiv jista’ jiddelega l-poteri tiegħu ta’ implimentazzjoni tal-baġit lill-personal tal-Eurojust li jaqa’ taħt ir-“Regolamenti tal-Personal”, skont il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regoli Finanzjarji tal-Eurojust. Dawk li għandhom dawn il-poteri jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tal-poteri li ngħataw espressament.

2.   Id-delegat jista’ jiddelega l-poteri mogħtia lilu lil ħaddieħor, kif previst fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji tal-Eurojust. Kull att ta’ sottodelegazzjoni jeħtieġ l-approvazzjoni espliċita tad-Direttur Amministrattiv.

Artikolu 35

1.   L-atturi finanzjarji kollha fis-sens tal-Kapitoli 2 ta’ dan it-Titolu u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzoni, ġestjoni, verifika u kontroll tal-baġit għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe miżura li tista’ tpoġġi l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Eurojust. Jekk jinqala’ każ hekk, il-persuna kkonċernata trid toqgħod lura milli tieħu l-miżura u għandha tirreferi l-każ lill-awtorità kompetenti.

2.   Ikun hemm kunflitt ta’ interessi jekk it-twettiq imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ persuna li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 ikun kompromess għal raġunijiet familjari, ħajja emotiva, affinità politika jew nazzjonali, interess ekonomiku jew kull interess ieħor komuni mal-benefiċjarju.

3.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 hija ssuperjur immedjat tal-membru tal-personal ikkonċernat. Jekk il-membru tal-personal ikun id-Direttur Amministrattiv, l-awtorità kompetenti tkun il-Kulleġġ.

Artikolu 36

1.   Il-baġit ikun implimentat mid-Direttur Amministrattiv fiddipartmenti mpoġġija taħt l-awtorità tiegħu.

2.   Kompiti ta’ kompetenza teknika u kompiti amminstrattivi, preparatorji jew anċillarji li la jeħtiġu l-eżerċitazzjoni ta’ awtorità pubblika u lanqas l-użu ta’ poteri ta’ ġudizzju diskrezjonali jistgħu jingħataw b’appalt lil entitajiet esterni tal-qasam privat, fejn ma jistax isir mod ieħor.

KAPITOLU 2

Atturi finanzjarji

Sezzjoni 1 —   Prinċipju ta’ segregazzjoni tad-dmirijiet

Artikolu 37

Id-dmirijet tal-uffiċjal li jawtorizza u tal-uffiċjal tal-kontabilità g]andhom ikunu segregrati u reċiprokament inkumpatibbli.

Sezzjoni 2 —   Uffiċjal li jawtorizza

Artikolu 38

1.   L-uffiċjal li jawtorizza jkollu r-responsabbiltà li jimplimenta d-dħul u l-infiq skont il-prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba u li jiżgura li l-ħtiġijiet ta’ legalità u regolarità jkunu mħarsa.

2.   Biex jimplimenta l-infiq, l-uffiċjal li jawtorizza jrid jagħmel impenni fil-baġit u legali, irid jivvalida n-nefqa u jawtorizza pagamenti u jagħmel ix-xogħol ta’ tħejjija għall-implimentazzjoni tal-appropjazzjonijiet.

3.   L-implimentazzjoni tad-dħul issir billi jsiru stimi ta’ ammonti li għandhom jitħallsu, ikunu stabbiliti l-intitolamenti li jridu jkunu rkuprati u l-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ rkupru. Tinvolvi t-tneħħija ta’ intitolamenti stabbiliti.

4.   L-uffiċjal li jawtorizza għandu jistabbilixxi l-istandards minimi kif speċifikati fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji tal-Eurojust. Dawn l-istandards minimi għandhom jiġu mfassla fuq il-bażi tal-istandards li l-Kummissjoni tippreskrivi għad-dipartimenti tagħha stess, b’attenzjoni xierqa għar-riskji marbuta mal-ambjent ta’ treġija u n-natura tal-azzjoni ffinanzjata, l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u proċeduri interni ta’ treġija u kontroll adattati għad-dmirjiet tiegħu, inklużi verifiki ex post meta dan ikun propizju.

L-uffiċjal li jawtorizza għandu jistabbilixxi fi ħdan id-dipartimenti tiegħu funzjoni ta’ ħila esperta u konsulenza maħsuba biex tgħinu jikkontrolla r-riskji involuti fl-attivitajiet tiegħu.

5.   Qabel ma tiġi awtorizzata operazzjoni, l-aspetti operattivi u finanzjarji jridu jkunu vverifikati minn membri tal-personal li mhumiex min beda l-operazzjoni. Il-bidu ta’ operazzjoni u l-verifiki ta’ qabel ma tibda u ta’ li jkun sar huma funzjonijiet separati.

6.   L-uffiċjal li jawtorizza jżomm id-dokumenti ta’ sostenn li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet li jkunu saru fuq medda ta’ ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li tat il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit. Dejta personali li tkun fid-dokumenti ta’ appoġġ għandha titneħħa kemm jista’ jkun malajr fejn possibbli meta dik id-dejta ma tkunx meħtieġa għal għanijiet ta’ approvazzjoni, kontroll u verifika tal-baġit. Fi kwalunkwe każ, ir-regoli dettaljati dwar il-protezzjoni tad-dejta kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Eurojust u fir-Regoli ta’ Proċedura dwar l-Ipproċessar u l-Protezzjoni tad-Dejta Personali f’Eurojust għandhom japplikaw.

Artikolu 39

1.   Il-bidu ta’ operazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 38(5) għandu jinftiehem bħala l-operazzjonijiet kollha ta’ tħejjija għall-addozzjoni tal-atti li jimplimentaw il-baġit magħmula mill-uffiċjali li jawtorizzaw responsabbli msemmijin fl-Artikoli 33 u 34.

2.   Verifikazzjoni ex ante ta’ operazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 38(5) għandu jinftiehem bħala l-kontrolli minn qabel li l-uffiċjal li jawtorizza jagħmel biex jivverifika l-aspetti operattivi u finanzjarji.

3.   Trid issir mill-inqas verifika ex ante waħda għal kull operazzjoni. L-iskop ta’ din il-verifika hu li taċċerta li:

(a)

in-nefqa saret kif suppost u taqbel mad-dispożizzjonijiet rilevanti;

(b)

kien applikat il-prinċipju tat-treġija finanzjarja tajba msemmi fl-Artikolu 25.

Għall-fini tal-verifika ex ante, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jqis serje ta’ tranżazzjonijiet individwali simili li jirrigwardaw infiq ta’ rutina fuq salarji, pensjonijiet, ħlas lura ta’ spejjeż ta’ missjonijiet u spejjeż mediċi bħala operazzjoni waħda.

Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, skont il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, għandu jwettaq verifika ex post xierqa skont il-paragrafu 4.

4.   L-iskop tal-verifika ex post tad-dokumenti u, fejn xieraq, verifiki għal għarrieda, hu li jkun ivverifikat li l-operazzjonijiet imħallsa mill-baġit saru sew u b’mod partikolari li l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 3 kienu mħarsa. Dawn il-verifiki jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta’ kampjun permezz ta’ analiżi tar-riskju.

5.   L-uffiċjali jew personal ieħor li huma responsabbli għall-verifiki msemmijin fil-paragrafi 2 u 4 jkunu differenti minn dawk li jagħmlu l-kompiti msemmijin fil-paragrafu 1 u ma jiġux taħthom.

6.   Il-personal bir-responsabbilta li jeżaminaw bir-reqqa ttreġija tal-operazzjonijiet finanzjarji irid ikollhom il-ħiliet professjonali meħtieġa. Iridu jżommu kodiċi speċifiku ta’ standards professjonali adottat mill-Eurojust u bbażat fuq standards preskritti mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess.

Artikolu 40

1.   L-uffiċjal li jawtorizza jirrapporta lill-Kulleġġ dwar il-qadi ta’ dmirijietu/ha fl-għamla ta’ rapport ta’ attività annwali, flimkien mal-informazzjoni finanzjarja u dik dwar il-ġestjoni li tikkonferma li l-informazzjoni fir-rapport tirrappreżenta veduta reali u ġusta għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva relatata ma’ oqsma ta’ dħul u nfiq definiti.

Dan ir-rapport tal-attività annwali għandu juri r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu b’referenza għall-għanijiet stabbiliti għal operazzjonijiet mhux relatati ma’ każijiet, ir-riskji marbuta ma’ dawn l-operazzjonijiet, kif intużaw ir-riżorsi mogħtija u l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll interna. L-awditur intern fis-sens tal-Artikolu 71 jieħu nota tarrapport tal-attività annwali u kull biċċa tagħrif oħra identifikata.

2.   Sa mhux iktar tard mil-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kulleġġ jibgħat analiżi u evalwazzjoni tar-rapport tal-attività annwali dwar is-sena finanzjarja ta’ qabel, lill-awtorità tal-baġit u lill-Qorti tal-Awdituri. Din l-analiżi u evalwazzjoni tkun inkluża fir-rapport annwali tal-Eurojust, skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Eurojust.

Artikolu 41

Kull membru tal-personal involut fit-treġija finanzjarja u kontroll ta’ transazzjonijiet li jidhirlu li xi deċiżjoni li huwa meħtieġ japplika jew japprova mis-superjur tiegħu hi irregolari jew kontra l-prinċipji ta’ treġija finanzjarja tajba jew ir-regoli professjonali li jrid iħares, huwa jrid jinforma lid-Direttur Amministrattiv bil-miktub u, jekk dan ma jagħmel xejn fi żmien raġjonevoli, lill-panel imsemmi fl-Artikolu 47(4) u lill-Kulleġġ. Jekk ikun hemm attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tħassar l-interessi tal-Komunità għandu jgħarraf lill-awtorità u l-korpi nnominati mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Artikolu 42

Meta l-poteri għall-implimentazzjoni tal-baġit ikunu ddelegati jew sottodelegati skont l-Artikolu 34, l-Artikolu 38(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-uffiċjali b’delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizzaw.

Sezzjoni 3 —   Uffiċjal tal-kontabilità

Artikolu 43

1.   Il-Kulleġġ għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabilità, skont ir-Regolamenti tal-Personal, li fil-qadi ta’ dmirijietu l-funzjoni tiegħu għandha tkun waħda indipendenti. Fi ħdan l-entità Komunitarja huwa għandu jkun responsabbli minn:

(a)

implimentazzjoni tajba ta’ dħul u rkupru ta’ ammonti stabbiliti li għandhom jittieħdu;

(b)

preparazzjoni u preżentazzjoni tal-kontijiet skont it-Titolu VII;

(c)

kontabilità skont it-titolu VII;

(d)

implimentazzjoni, skont it-Titolu VII, ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità u l-karta tal-kontijiet skont id-dispożizzjonijiet adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

(e)

l-istabbiliment u l-validazzjoni tas-sistemi ta’ kontabilità u fejn xieraq, sistemi ta’ validazzjoni stabbiliti mill-uffiċjal li jawtorizza biex jagħtu jew jiġġustifikaw tagħrif ta’ żamma ta’ kotba; l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkollu s-setgħa li jivverifika r-rispett lejn il-kriterji ta’ validazzjoni;

(f)

treġija tat-teżor.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità jikseb it-tagħrif meħtieġ biex isiru l-kontijiet li jagħtu stampa veru tal-assi tal-Eurojust u tal-implimentazzjoni tal-baġit, mingħand l-uffiċjal li jawtorizza, li jiggarantixxi li dan it-tagħrif ta’ min joqgħod fuqu.

2a.   Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mid-Direttur, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiffirmahom u b’dan jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Eurojust.

Għal dan l-għan, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkun sodisfatt li l-kontijiet tħejjew skont ir-regoli, il-metodi u s-sistemi ta’ kontabilità stabbiliti u li d-dħul u l-infiq kollu jkun iddaħħal fil-kontijiet.

L-uffiċjal li jawtorizza għandu jgħaddi l-informazzjoni kollha li l-uffiċjal tal-kontabilità ikollu bżonn biex ikun jista’ jwettaq id-dmirijiet tiegħu.

L-uffiċjal li jawtorizza għandu jibqa’ għal kollox responsabbli għall-użu xieraq tal-fondi li jkun jamministra u kif ukoll għal-legalità u r-regolarità tal-infiq taħt il-kontroll tiegħu.

2b.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jingħata s-setgħa li jivverifika l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll li jagħmel kull verifika oħra li jħoss li tkun meħtieġa biex ikun jista’ jiffirma l-kontijiet.

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jagħmel ir-riżervi tiegħu, jekk ikun hemm bżonn, filwaqt li jfisser preċiżament in-natura u l-iskop ta’ dawn ir-riżervi.

2c.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Eurojust għandu japprova l-kontijiet annwali u jibgħathom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

3.   Bla ħsara għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 44, l-uffiċjal tal-kontabilità biss għandu l-poter li jamministra flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti. Huwa/Hija għandu jkun responsabbli għaż-żamma tagħhom.

4.   L-uffiċjal tal-kontabilità jista’, waqt il-qadi ta’ dmirijietu/ha, jiddelega xi kompiti lil personal ta’ taħtu bla ħsara għar-Regolamenti tal-Persunal, meta ma jistax isir mod ieħor għall-qadi ta’ dmirijietu. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinnotifika lill-uffiċjal li jawtorizza minn qabel meta din tkun l-azzjoni ppjanata.

5.   L-istrument tad-delegazzjoni jippreskrivi l-kompiti fdati lid-delegati u d-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

Sezzjoni 4 —   Amministratur tal-flus akkont

Artikolu 44

Meta, biex isir ħlas ta’ somom żgħar u biex jinġabar dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 5, ma jistax isir mod ieħor, jistgħu jinfetħu kontijiet ta’ flus akkont li jimtlew mill-uffiċjal tal-kontabilità u jitpoġġew taħt ir-responsabbilta ta’ amministraturi tal-flus akkont li j/tinnomina hu/hi.

L-ogħla ammont ta’ kull oġġett ta’ nfiq jew dħul li jista’ jitħallas mill-aministratur tal-flus akkont ma jistax jaqbeż ċertu ammont speċifikat fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji tal-Eurojust għal kull oġġett ta’ nfiq jew dħul.

Ħlasijiet minn kontijiet ta’ flus akkont (imprest) jistgħu jsiru permezz ta’ trasferiment ta’ kreditu bil-bank, inkluża s-sistema ta’ debitu dirett imsemmija fl-Artikolu 66 (1a), ċekk jew mezz ieħor ta’ ħlas, skont l-istruzzjonijiet stipulati mill-uffiċjal tal-kontabilità.

KAPITOLU 3

Responsabbiltà tal-Atturi Finanzjarji

Sezzjoni 1 —   Regoli Ġenerali

Artikolu 45

1.   Mingħajr preġudizzju għal azzjoni dixxiplinari, l-awtorità li ħatret lill-uffiċjali bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizzaw tista’ tneħħilhom id-delegazzjoni jew is-sottodelegazzjoni temporanjament jew għal kollox.

L-uffiċjal li jawtorizza jista’, f’kull żmien, jirtira l-qbil tiegħu għal sottodelegazzjoni speċifika.

2.   Mingħajr preġudizzju għal azzjoni dixxiplinari, il-Kulleġġ jista’, f’kull żmien, jissospendi lill-uffiċjal tal-kontabilità milli jaqdi dmirijietu temporanjament jew għal kollox.

F’dan il-każ, il-Kulleġġ għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabilità temporanju.

3.   Mingħajr preġudizzju għal azzjoni dixxiplinari, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’, f’kull żmien, jissospendi lill-amministratur tal-flus akkont milli jaqdi dmirijietu temporanjament jew għal kollox.

Artikolu 46

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu huma mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà quddiem il-liġi kriminali, li għandhom l-uffiċjal tal-kontabilità u l-persuni msemmijin fl-Artikolu 45, kif previst fil-liġi nazzjonali li tkun tgħodd u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet jew uffiċjali tal-Istati Membri.

2.   Tista’ tittieħed azzjoni dixxiplinari fuq kull uffiċjal li jawtorizza, uffiċjal tal-kontabilità, jew amministratur tal-flus akkont u jistgħu jintalbu jħallsu kumpens kif stabbilit fir-regolamenti tal-personal, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 47, 48 u 49. Fil-każ ta’ attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi tal-Komunità, il-każ jittieħed għand l-awtoritajiet u korpi nnominati mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Sezzjoni 2 —   Regoli applikabbli għall-uffiċjal li jawtorizza u għall-uffijċali li jawtorizzaw b’delegazzjoni jew b’subdelegazzjoni

Artikolu 47

1.   L-uffiċjal li jawtorizza jista’ jintalab iħallas kumpens kif stabbilit fir-regolament tal-personal.

1a.   L-obbligu li jitħallas kumpens għandu japplika b’mod partikolari jekk:

(a)

l-uffiċjal li jawtorizza, kemm jekk intenzjonalment kif ukoll minħabba negliġenza grossa min-naħa tiegħu/tagħha, tiddetermina li jridu jkunu rkuprati intitolamenti jew joħroġ ordnijiet għall-irkupru, jorbot nefqa jew jiffirma ordni għall-ħlas mingħajr ma jħares dan ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji tal-Eurojust.

(b)

l-uffiċjal li jawtorizza, kemm jekk intenzjonalment jew minħabba negliġenza grossa min-naħa tiegħu/tagħha jonqos milli jfassal document li jistabbilixxi ammont riċevibbli, jonqos milli joħroġ ordni ta’ rkupru jew joħroġha tard, jew ikun tard biex joħroġ ordni ta’ pagament, li minħabba f’hekk l-Eurojust ikun soġġett għal azzjonijiet ċivili minn partijiet terzi.

2.   Uffiċjal bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza li jqis li deċiżjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu hi irregolari jew tmur kontra l-prinċipji tat-treġija finanzjarja tajba irid jgħarraf lill-awtorità li tkun iddelegatu bil-miktub. Jekk l-awtorità li tkun għamlet id-delegazzjoni tagħti struzzjoni rraġunata bil-miktub lill-uffiċjal bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza biex jimplimenta d-deċiżjoni kkonċernata, dan/din i/trid jimplimentaha u ma j/tistax jinżamm responsabbli.

3.   Fil-każ ta’ delegazzjoni, l-uffiċjal li jawtorizza jibqa’ responsabbli li jara li t-treġija interna u li s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti għadhom effiċjenti u effikaċi, u li jagħżel l-uffiċjal b’delegazzjoni li jawtorizza.

4.   Il-panel speċjalizzat kontra l-irregolaritajiet finanzjarji stabbilit mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, għandu jeżerċita l-istess poteri għall-Eurojust li jeżerċita għad-dipartimenti tal-Kummisjoni, sakemm il-Kulleġġ ma jiddeċidix li jistabbilixxi panel funzjonalment indipendenti, jew li jipparteċipa f’panel konġunt stabbilit minn bosta korpi tal-Komunità. Għal każijiet sottomessi mill-Eurojust, il-panel speċjalizzat kontra l-irregolaritajiet finanzjarji stabbilit mill-Kummissjoni għandu jinkludi membru tal-personal wieħed ta’ korp Komunitarju.

Fuq il-bażi tal-fehma ta’ dan il-panel, id-Direttur Amministrattiv jiddeċiedi jibdiex il-proċeduri dixxiplinari jew proċeduri biex jitħallas il-kumpens. Jekk il-panel isib problemi sistemiċi, jibgħat rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal li jawtorizza u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Jekk il-fehma timplika lid-Direttur Amministrattiv, il-panel jibgħatha lill-Kulleġġ u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Id-Direttur Amministrattiv għandu jirreferi, f’forma anonima, l-għażliet tal-bord fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu u jindika l-miżuri ta’ segiwtu meħuda.

5.   Kull membru tal-personal jista’ jintalab jagħmel tajjeb għad-dannu, kollu jew parti minnu, li tkun sofriet l-Eurojust minħabba mġieba serjament ħażina minn naħa tiegħu matul jew f’konnessjoni mal-qadi ta’ dmirijietu, skont ir-Regolamenti tal-Personal.

L-awtorità li taħtar tieħu deċiżjoni rraġunata wara li tlesti l-formalitajiet preskritti mir-regolamenti tal-personal rigward kwistjonijiet dixxiplinari.

Sezzjoni 3 —   Regoli li jgħoddu għall-uffiċjali tal-kontabbiltà u għall-amministraturi tal-flus akkont

Artikolu 48

Uffiċjal tal-kontabilità jista’ jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u ħlas ta’ kumpens, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari meta:

(a)

jitlef jew jagħmel ħsara lil flus, assi u dokumenti li jkunu għandu jew li b’negliġenza tiegħu jintilfu jew issirilhom ħsara;

(b)

jibdel kontijiet tal-bank jew kontijiet ġiro f’uffiċċju postali mingħajr ma jgħarraf lill-uffiċjal li jawtorizza minn qabel;

(c)

jirkupra jew iħallas ammonti li ma jaqblux mal-ordnjiet korrispondenti ta’ rkupru jew ħlas;

(d)

jonqos milli jiġbor dħul dovut.

Artikolu 49

Amministratur tal-flus akkont jista’ jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u ħlas ta’ kumpens, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari meta:

(a)

jitlef jew jagħmel ħsara lil flus, assi u dokumenti li jkunu għandu jew li b’negliġenza tiegħu jintilfu jew issirilhom ħsara;

(b)

ma jkollux dokumenti ta’ sostenn xierqa għall-pagamenti li jkun għamel;

(c)

iħallas lil persuni li mhumiex dawk intitolati;

(d)

jonqos milli jiġbor dħul dovut.

KAPITOLU 4

Operazzjonijiet ta’ dħul

Sezzjoni 1 —   Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 50

L-Eurojust għandu jippreżenta talbiet lill-Kummissjoni għal ħlas tas-sussidju, kollu jew parti minnu, tal-Komunità, skont l-Artikolu 15(5), skont termini u f’intervalli miftehma mal-Kummissjoni.

Artikolu 51

Il-fondi li l-Kummissjoni tħallas lill-Eurojust b’sussidju iridu jagħtu imgħax għall-benefiċċju tal-baġit ġenerali.

Sezzjoni 2 —   Stima tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 52

L-istimi tal-ammonti li għandhom jiddaħħlu l-ewwel jagħmilhom l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għal kull miżura jew sitwazzjoni li tista’ toħloq jew tibdel ammont li jrid jingħata lill-Eurojust.

Sezzjoni 3 —   Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 53

1.   Permezz ta’ stabbiliment ta’ ammont li għandu jiddaħħal, l-uffiċjal li jawtorizza jew l-uffiċjal b’delegazzjoni li jawtorizza:

(a)

jivverifika li hemm dejn;

(b)

jiddetermina jew jivverifika l-verità u l-ammont tad-dejn;

(c)

jivverifika l-kondizzjonijiet li fihom dovut id-dejn.

2.   Kull ammont dovut identifikat b’ċertezza, ta’ ammont fiss u dovut irid ikun stabbilit b’ordni ta’ rkupru mogħtija lill-uffiċjal tal-kontabilità, flimkien ma’ nota ta’ debitu li tintbagħat lid-debitur. Dawn iż-żewġ dokumenti jridu jsiru u jintbagħtu mill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli.

3.   Il-kuntratti u l-ftehimiet ta’ għoti konklużi mill-Eurojust għandhom jipprovdu li kull dejn mhux imħallas fid-data meta għandu jitħallas kif miktuba fin-nota tad-debitu jeħel imgħax skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. Il-kundizzjoni li permezz tagħha l-imgħax fuq ħlas li jsir tard huwa dovut lill-Eurojust, inkluża r-rata ta’ interessi bl-arretrati, għandha tissemma b’mod espliċitu fil-kuntratti u l-ftehimiet tal-għoti.

4.   F’każijiet sostanzjati kif suppost, xi oġġetti ta’ dħul ta’ rutina jistgħu jkunu stabbiliti proviżorjament.

Stabbiliment provviżorju jkopri l-irkupru ta’ diversi ammonti individwali li b’hekk ma jkunx hemm bżonn li jkunu stabbiliti individwalment.

Qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja, l-uffiċjal li jawtorizza jemenda l-ammonti stabbiliti provviżorjament biex jiżgura li jaqblu mal-ammonti li jridu jitħallsu tabilħaqq stabbiliti.

Sezzjoni 4 —   Awtorizzazzjoni għall-Irkupru

Artikolu 54

Permezz tal-awtorizzazzjoni għall-irkupru l-uffiċjal li jawtorizza jagħti struzzjonijiet lil-uffiċjal tal-kontabilità, billi joħroġ ordni ta’ rkupru, biex jirkupra ammont li għandu jiddaħħal li jkun stabbilixxa/iet.

Sezzjoni 5 —   Irkupru

Artikolu 55

1.   Ammonti mħallsin għalxejn għandhom jiġu rkuprati.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità jaġixxi fuq ordnijiet ta’ rkupru għal ammonti li għandhom jiddaħħlu stabbiliti kif suppost mill-uffiċjal li jawtorizza jew l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli. Huwa għandu jeżerċita d-diliġenza dovuta biex jiżgura li l-Eurojust jirċievi d-dħul tiegħu u jara li d-drittijiet tiegħu jiġu salvagwardjati.

3.   Meta l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jkun qed jaħseb li jneħħi jew li jneħħi parzjalment l-irkupru ta’ ammont li għandu jiddaħħal, itrid jiżgura li r-rinunzja tkun f’lokha u taqbel mal-prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba u ta’ proporzjonalità.

Din ir-rinunzja għandha ssir b’deċiżjoni sostanzjata kif dovut tal-uffiċjal li jawtorizza, u trid tkun issostanzjata. L-uffiċjal li jawtorizza jista’ jiddelega din id-deċiżjoni biss għal ammonti riċevibbli ta’ inqas minn EUR 5 000.

Id-deċiżjoni tar-rinunzja trid tiddikjara x’azzjoni saret biex l-irkupru jkun żgurat u l-punti ta’ dritt u ta’ fatt li fuqhom hi bbażata.

4.   L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għandu jħassar l-ammont stabbilit li jrid jiddaħħal meta żball rigward punt ta’ liġi jew fatt juri li l-ammont ma kienx stabbilit sew. Kanċellazzjoni hekk issir fuq deċiżjoni tal-uffiċjal li jawtorizza responsabbli u trid tkun issostanzjata kif jixraq.

5.   L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli irid iżid jew inaqqas l-ammont ta’ dejn stabbilit meta s-sejba ta’ żball ta’ fatt tinneċessita bidla fl-ammont tad-dejn, sakemm din il-korrezzjoni ma tinvolvix telf mill-intitolament stabbilit tal-Eurojust. Aġġustament hekk isir b’deċiżjoni tal-uffiċjal li jawtorizza responsabbli u jrid ikun issostanzjat kif jixraq.

Artikolu 56

1.   Malli l-irkupru tas-somma dovuta jsir tassew, l-uffiċjal tal-kontabilità jagħmel annotazzjoni fil-kontijiet u jgħarraf lill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli.

2.   Tinħareġ riċevuta għall-pagamenti kollha bi flus li jkunu saru lill-uffiċjal tal-kontabilità.

Artikolu 57

1.   Jekk l-irkupru attwali ma jkunx sar sad-data stipulata fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontabilità jrid jgħarraf lill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli u jibda mill-ewwel il-proċedura biex jagħmel irkupru bil-mezzi offerti mil-liġi, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ kumpens, u jekk dan ma jistax isir, b’irkupru sfurzat.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità jirkupra l-ammonti billi jikkumpensa bi drittijiet ekwivalenti li l-Eurojust għandha fuq debituri li huma stess għandhom drittijiet aċċertati fuq l-Eurojust, għal ammont fiss u dovut, sakemm il-kumpens hu legalment possibbli.

Artikolu 58

L-uffiċjal tal-kontabilità, b’kollaborazzjoni mal-uffiċjal li jawtorizza responsabbli, jista’ jagħti iktar żmien għall-pagament biss fuq talba bil-miktub mingħand id-debitur, b’indikazzjoni tar-raġunijiet, b’dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:

(a)

id-debitur iwiegħed li jħallas imgħax bir-rata speċifikata fl-Artikolu 86 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għaż-żmien permess kollu, mid-data stabbilita fin-nota ta’ debitu;

(b)

biex ikunu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-Eurojust, id-debitur irid jagħti garanzija finanzjarja li tagħmel tajjeb kemm għas-somma kif ukoll għall-imgħax.

Artikolu 58a

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jżomm lista tal-ammonti dovuti li għandhom jiġu rkuprati, li fiha l-intitolamenti tal-Eurojust jkunu miġbura skont id-data tal-ħruġ tal-ordni ta’ rkupru. Huwa għandu wkoll jindika d-deċizjoni ta’ rinunzja jew rinunzja parzjali ta’ ammonti stabbiliti. Il-lista għandha tiżdied mar-rapport tal-Eurojust dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja.

L-Eurojust għandu jistabbilixxi lista tal-intitolamenti tiegħu li tindika l-ismijiet tad-debituri u l-ammont tad-debitu, fejn id-debitur ikun ġie ordnat iħallas b’deċiżjoni tal-Qorti li jkollha s-saħħa ta’ res judicata u fejn l-ebda ħlas, jew l-ebda ħlas sinifikanti, ma jkun sar fi żmien sena minn meta tkun ingħatat tali deċiżjoni. Il-lista għandha tiġi ppubblikata, filwaqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni relevanti dwar il-ħarsien tad-data.

Artikolu 58b

Intitolament tal-Eurojust fir-rigward ta’ partijiet terzi u intitolament ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Eurojust għandhom ikunu suġġetti għal terminu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin, li għandu jiġi stabbilit fil-kuntratti u fil-ftehimiet ta’ għotjiet konklużi mill-Eurojust.

Sezzjoni 6 —   Dispożizzjoni speċifika applikabbli għal drittijiet u spejjeż

Artikolu 59

Meta l-Eurojust jiġbor id-drittijiet u l-ħlasijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(a), stima totali proviżorja ta’ dawn id-drittijiet u ħlasijiet issir fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja.

Fejn id-drittijiet u l-ispejjeż huma ddeterminati kompletament permezz ta’ leġiżlazzjoni jew deċiżjonijiet tal-bord ta’ ġestjoni, l-uffiċjal li jawtorizza jista’ jastjeni milli joħriġ ordnijiet ta’ rkupru u, wara li jkun stabbilixxa l-ammont riċevibbli, iħejji direttament noti ta’ debitu. F’dan il-każ, għandhom jiġu rreġistrati d-dettalji kollha tal-intitolament tal-Eurojust. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jżomm lista tan-noti ta’ debitu kollha u jipprovdi l-għadd ta’ noti ta’ debitu u l-ammont globali fir-rapport tal-entità Komunitarja dwar il-ġestjoni finanzjarja u tal-baġit.

Fejn il-Eurojust juża sistema ta’ fatturar separata, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jdaħħal is-somma akkumulata ta’ drittijiet u spejjeż riċevuti fil-kontijiet regolarment, u tal-anqas kull xahar.

Bħala regola ġenerali, l-Eurojust għandu jipprovdi servizzi b’virtu tad-dmirijiet fdati lilu wara li d-dritt jew il-ħlas korrespondenti ikun tħallas fl-intier tiegħu biss. Jekk, minħabba eċċezzjoni, ikun ingħata servizz mingħajr pagament tad-dritt jew ħlas korrespondenti bil-quddiem, għandhom japplikaw is-sezzjonijiet 3, 4 u 5 ta’ dan il-Kapitolu.

KAPITOLU 5

Operazzjonijiet ta’ nfiq

Artikolu 60

1.   Kull oġġett tan-nefqa għandu jkun allokat, ivvalidat, awtorizzat u mħallas.

2.   Kull impenn ta’ ħlas irid jiġi wara deċiżjoni ta’ finanzjament. Dan ma japplikax għal xogħol relatat ma’ każijiet.

3.   Il-programm ta’ xogħol tal-Eurojust ikun jgħodd daqs deċiżjoni ta’ finanzjament għall-attivitajiet li jkopri, sakemm dawn huma identifikati b’mod ċar u l-kriterja li huma mibnijin fuqhom magħmulin ċari ħafna. Il-programm ta’ ħidma għandu jinkludi għanijiet dettaljati u indikaturi tal-prestazzjoni.

4.   Approprjazzjonijiet amministrattivi jistgħu isiru mingħajr ma ssir deċiżjoni ta’ finanzjament qabel.

Sezzjoni 1 —   Impenn ta’ nfiq

Artikolu 61

1.   L-irbit tal-baġit huwa l-operazzjoni li twarrab l-appropjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru pagamenti sussegwenti biex ikun onorat impenn legali.

2.   Impenn legali huwa l-att fejn l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jidħol f’obbligu jew jistabbilixxi obbligu li jirriżulta f’nefqa għall-baġit.

3.   Ir-rabta tal-baġit tkun individwali ladarba jkunu magħrufin il-benefiċjarju u l-ammont tan-nefqa.

4.   Ir-rabta tal-baġit tkun globali meta mhux magħruf mill-inqas element wieħed minn dawk meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali.

5.   Ir-rabta tal-baġit tkun provviżorja meta tkun maħsuba biex tkopri nfiq amministrativ ta’ rutina u mhux magħrufin definittivament l-ammont jew il-benefiċjarju finali.

L-irbit provviżorju tal-baġit isir jew bil-konklużjoni ta’ impenn legali individwali jew iktar li jagħtu intitolament għal pagamenti sussegwenti jew, f’każi eċċezzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ nfiq għal treġija ta’ personal, direttament bil-pagamenti.

Artikolu 62

1.   Għal kull miżura li tirriżulta f’nefqa li trid titħallas mil-baġit, l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jagħmel rabta tal-baġit qabel ma jidħol f’obbligu legali ma’ partijiet terzi.

2.   L-impenji globali tal-baġit għandhom ikopru n-nefqa totali tal-impenji legali individwali korrispondenti konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 1.

Impenni legali individwali li għandhom x’jaqsmu ma’ rbit tal-baġit individwali jew proviżorji iridu jingħalqu sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N.

Fit-tmiem tal-perjodi msemmijin fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, il-bilanċ minn dan l-irbit tal-baġit li ma ntużax jinħall mill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli.

3.   L-impenni legali mibdijin għal azzjonijiet li jdumu iktar minn sena finanzjarja u l-irbit tal-baġit korrispondenti, ħlief għal infiq ta’ personal, irid ikollhom data finali għall-implimentazzjoni li tkun stabbilita skont il-prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba.

Kull parti minn dan l-irbit li ma tkunx saret sa sitt xhur wara dik id-data finali tinħall skont l-Artikolu 11.

L-ammont ta’ impenn baġitarju li jikkorrispondi għal impenn legali li għalih ma jkun sar l-ebda ħlas fis-sens tal-Artikolu 67 f’perjodu ta’ tliet snin wara li jiġi ffirmat l-impenn legali għandu jkun diżimpenjat.

Artikolu 63

Meta jadotta rabta tal-baġit, l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli irid jiżgura li:

(a)

in-nefqa tħallset mill-oġġett it-tajjeb fil-baġit;

(b)

l-approprjazzjonijiet huma disponibbli;

(c)

l-infiq jikkonforma mar-Regoli Finanzjarji tal-Eurojust;

(d)

konformità mal-prinċipju tat-treġija finanzjarja tajba.

Sezzjoni 2 —   Validazzjoni tan-nefqa

Artikolu 64

Il-validazzjoni tan-nefqa hija l-att li permezz tiegħu l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli:

(a)

jivverifika l-intitolament tal-kreditur;

(b)

jivverifika l-kondizzjonijiet tal-intitolament għall-ħlas;

(c)

jiddetermina jew jivverifika l-eżistenza u l-ammont tal-pretensjoni.

Artikolu 65

1.   Validazzjoni ta’ kull nefqa tkun ibbażata fuq dokumenti ta’ sostenn li jaffermaw l-intitolament tal-kreditur, fuq il-bażi ta’ rendikont tas-servizzi mogħtija tabilħaqq, provvisti tassew ikkonsenjati jew xogħol li sar tabilħaqq, jew fuq il-bażi ta’ dokumenti oħrajn li jiġġustifikaw il-ħlas.

2.   Id-deċiżjoni ta’ validazzjoni issir magħrufa billi l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jiffirma voucher ta’ “mgħoddi għall-pagament”.

3.   F’sistema mhux komputerizzata, “mgħoddi għall-pagament” tkun timbru li jkun jinkorpora il-firma tal-uffiċjal li jawtorizza responsabbli. F’sistema kkompjuterizzata, “mgħoddi għall-pagament” tkun validazzjoni permezz ta’ kelma sigrieta li jkun jafha biss l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli.

Sezzjoni 3 —   Awtorizzazzjoni tan-nefqa

Artikolu 66

1.   Permezz tal-awtorizzazzjoni ta’ nfiq, l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli, billi joħroġ ordni ta’ pagament, jgħid lill-uffiċjal tal-kontabilità iħallas oġġett ta’ nefqa li jkun ivvalida.

1a.   Meta jsiru ħlasijiet perjodiċi għal servizzi mogħtija, inklużi servizzi ta’ kiri, jew oġġetti kkonsenjati, u soġġett għall-analiżi tiegħu tar-riskju, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jordna l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ debitu dirett.

2.   L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jikteb id-data u jiffirma l-ordni ta’ pagament, imbagħad jgħaddiha lill-uffiċjal tal-kontabilità. L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli Iżomm id-dokumenti ta’ sostenn skont l-Artikolu 38(6).

3.   Fejn jixraq l-ordni ta’ pagament mibgħuta lill-uffiċjal tal-kontabilità ikollha magħha dokument li jiċċertifika li l-merkanzija ddaħħlet fl-inventarji msemmijin fl-Artikolu 90(1).

Sezzjoni 4 —   Ħlas ta’ nfiq

Artikolu 67

1.   Il-ħlas isir kif tintwera prova li l-azzjoni rilevanti saret skont id-dispposizzjonijiet tal-att bażiku fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali jew il-kuntratt jew ftehim tal-konċessjoni, u tkopri waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ħlas tal-ammont dovut kollu;

(b)

ħlas tal-ammont dovuti b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)

finanzjament minn qabel, li jista’ jitqassam fuq għadd ta’ pagamenti;

(ii)

pagament jew iktar temporanju;

(iii)

pagament tal-bilanċ tal-ammonti dovuti.

Finanzjament minn qabel jgħodd għall-pagamenti temporanji kollha jew għal parti.

Il-finanzjament minn qabel kollu u pagamenti temporanji jgħoddu għall-ħlas tal-bilanċi.

2.   Fil-kontijiet trid issir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ pagament imsemmijin fil-paragrafu 1 meta dawn isiru.

Artikolu 68

Il-ħlas tal-infiq isir mill-uffiċjal tal-kontabilità fil-limiti tal-fondi disponibbli.

Sezzjoni 5 —   Limiti ta’ żmien għal operazzjonijiet ta’ nfiq

Artikolu 69

Il-validazzjoni, awtorizzazzjoni u ħlas ta’ nfiq irid isir fil-limiti ta’ żmien speċifikati fi, u skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

KAPITOLU 6

Sistemi tal-IT

Artikolu 70

Meta operazzjonijiet ta’ dħul u nfiq isiru permezz ta’ sistemi ta’ kompjuter, id-dokumenti jridu jkunu ffirmati bi proċedura kkompjuterizzata jew elettronika.

KAPITOLU 7

Awditur Intern

Artikolu 71

L-Eurojust għandu jkollu funzjoni ta’ verifika interna. L-awditur intern għandu jiġi maħtur u jeżerċita l-poteri tiegħu skont l-Artikolu 38(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Eurojust.

Artikolu 72

1.   L-awditur intern għandu jagħti pariri indipendenti lill-Eurojust dwar kif jindirizza r-riskji, billi jagħti opinjonijiet dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ treġija u kontrolli u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet biex jirranġaw il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u jġibu ‘l quddiem treġija finanzjarja tajba.

Huwa għandu jkun responsabbli li:

(a)

jagħmel stima ta’ kemm huma adattati u effettivi s-sistemi ta’ treġija interna u l-prestazzjoni tad-dipartimenti biex jimplimentaw il-programmi u l-azzjonijiet billi ssir referenza għar-riskji marbutin magħhom; u

(b)

jivvaluta l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi interni ta’ kontroll u verifika applikabbli għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni baġitarja.

2.   L-awditur intern għandu jwettaq il-kompiti tiegħu fuq lattivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-korp Komunitarju. Huwa għandu jgawdi aċċess sħiħ u illimitat għall-informazzjoni meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

3.   L-awditur intern għandu jirrapporta lill-Kulleġġ u lid-Direttur Amministrattiv fuq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Dawn għandhom jiżguraw li ssir azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-verifiki.

4.   L-awditur intern jagħti rapport annwali tal-verifika interna lill-Eurojust, li fost affarijiet oħrajn, jistabbilixxi l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li jkunu saru u l-azzjoni li ttieħdet fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Dan ir-rapport annwali jrid isemmi wkoll problemi sistemiċi li jinsabu mill-panel stabbilit skont l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

5.   Kull sena l-Eurojust għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza, li jkun imħejji mid-Direttur Amministrattiv u li jiġbor l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

6.   Dan l-artikolu ma japplikax għal xogħol u dokumenti relatati ma’ każijiet.

Artikolu 73

Ir-responsabbiltà tal-awditur intern għall-azzjoni li tittieħed filqadi ta’ dmirijietu għandha tiġi ddeterminat mir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji tal-Eurojust skont l-Artikolu 87 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

TITOLU V

AKKWISTI

Artikolu 74

1.   Rigward l-akkwisti, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali u tar-Regoli Implimentattivi għar-Regolament Finanzjarju ġenerali ddettaljati soġġett għall-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-Eurojust jista’ jkun assoċjat, fuq talba tiegħu, bħala awtorità kontraenti, fl-għoti ta’ kuntratti tal-Kummissjoni jew kuntratti interistituzzjonali u fl-għoti ta’ kuntratti ta’ entitajiet Komunitarji oħrajn.

3.   L-Eurojust għandu jipparteċipa fid-database ċentrali komuni stabbilita u mħaddma mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

4.   L-Eurojust jista’ jikkonkludi kuntratt, mingħajr ma tirrikorri għal proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti, mal-Kummissjoni, l-uffiċċji interistituzzjonali u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (6) għall-forniment ta’ prodotti, l-għoti ta’ servizzi jew l-eżekuzzjoni ta’ xogħol li jipprovdu dawn tal-aħħar.

5.   L-Eurojust huwa intitolat li jissieħeb ma’ jew jibbenefika minn proċeduri ta’ akkwisti organizzati mill-Istat Ospitu jew minn Korp tal-Komunità jew Organizzazzjoni Internazzjonali, kemm-il darba jawn japplikaw, fil-proċeduri ta’ akkwisti tagħhom, standards li joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment, b’mod speċjali fir-rigward tat-trasparenza, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi.

Id-Direttur Amministrattiv biss għandu s-setgħa li jirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-garanziji ma’ standards aċċettati internazzjonalment.

6.   Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, is-sejħa għall-offerti għandha tipprovdi li l-Eurojust jista’, qabel jiġi ffirmat il-kuntratt, jew jabbanduna l-proċedura tal-akkwisti jew jikkanċella l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkollhom id-dritt li jippretendu xi kumpens.

7.   Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, is-sejħiet għall-offerti mnedija mill-Eurojust għandhom jipprovdu li din tista’ tissospendi l-proċedura u tista’ tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa, inkluż it-tħassir tal-proċedura taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu.

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, il-kuntratti konklużi mill-Eurojust ma’ operaturi ekonomiċi għandhom jistipulaw li hi tista’ tieħu l-miżuri speċifikati f’dak l-Artikoli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

TITOLU VA

PROĠETTI B’IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI SINIFIKANTI

Artikolu 74a

Il-Kulleġġ għandu jinnotifika malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità tal-baġit bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett, li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinjifikanti fuq il-finanzjament tal-baġit tiegħu, partikolarment xi proġetti relatati mal-proprjetà bħal kera jew xiri ta’ bini. Huwa għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni.

Fil-każ li kwalunkwe fergħa tal-awtorità tal-baġit bi ħsiebha toħroġ opinjoni, fi żmien ġimagħtejn wara li tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett għandha tinnotifika lill-Eurojust bl-intenzjoni tagħha dwar il-ħruġ ta’ tali opinjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Eurojust jista’ jipproċedi bl-operazzjoni ppjanata.

Din l-opinjoni għandha tintbagħat lill-entità Komunitarja fi żmien erba’ ġimgħat minn meta ssir in-notifika skont it-tieni paragrafu.

TITOLU VB

ESPERTI

Artikolu 74b

Fl-għażla ta’ esperti għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 265a tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Tali esperti għandhom jitħallsu abbażi ta’ ammont fiss, għall-għajnuna li jagħtu lill-Eurojust, b’mod partikolari fil-valutazzjoni ta’ proposti u applikazzjonijiet għall-għotjiet jew offerti għal akkwisti, u għall-għoti ta’ għajnuna teknika matul il-ħidma sussegwenti u l-valutazzjoni finali tal-proġetti. L-Eurojust jista’ juża l-listi ta’ esperti mħejjija mill-Kummissjoni jew minn entitajiet Komunitarji oħrajn.

TITOLU VI

KONCESSJONIJIET MOGĦTIJA MILL-EUROJUST

Artikolu 75

1.   Meta l-Eurojust jagħti konċessjonijiet lil awtoritajiet pubbliċi għat-twettiq ta’ kompiti tal-Eurojust skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Eurojust jew għat-twettiq tal-kompiti tan-Netwerk Ġurizzjarja Ewropea skont l-Artikolu 26(2)(b) tad-Deċiżjoni tal-Eurojust jew b’delegazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(2) (b) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, għandhom japplikaw il-prinċipji relevanti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali u tar-Regoli Implimentattivi għar-Regolament Finanzjarju ġenerali, soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-għotjiet għandhom ikunu koperti minn ftehimiet bil-miktub bejn l-Eurojust u l-benefiċjarju.

3.   Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 119(2) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, il-ftehimiet tal-għoti konklużi mill-Eurojust għandhom jistipulaw li huwa jista’ jissospendi, inaqqas jew iwaqqaf l-għotja fil-każi previsti fl-Artikolu 183 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità juri l-fehmiet tiegħu.

TITOLU VII

PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KONTABILITÀ

KAPITOLU 1

Preżentazzjoni tal-kontijiet

Artikolu 76

Il-kontijiet annwali tal-Eurojust għandhom jinkludu:

(a)

ir-rendikonti finanzjarji tal-Eurojust;

(b)

ir-rapporti fuq l-implimentazzjoni tal-baġit.

Il-kontijiet tal-Eurojust għandu jkollhom magħhom rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja matul is-sena. Ir-rapport għandu jagħti kont, fost l-oħrajn, tar-rata tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni sommarja tat-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet fost id-diversi partiti tal-baġit.

Artikolu 77

Il-kontijiet iridu jħarsu r-regoli u jkunu eżatti u komprensivi u jippreżentaw stampa veru u ġusta:

(a)

rigward ir-rendikonti finanzjarji, tal-attiv u l-passiv, spejjeż u dħul, intitolamenti u obbligi li ma jidhrux bħala assi u piżijiet u likwidità;

(b)

rigward rapporti fuq implimentazzjoni tal-baġit, ta’ operazzjonijiet ta’ dħul u nfiq.

Artikolu 78

Ir-rendikonti finanzjarji jitħejjew skont il-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati li jkunu speċifikati fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, li huma:

(a)

bażi ta’ negozju;

(b)

prudenza;

(c)

metodi konsistenti ta’ kontabilità;

(d)

it-tagħrif ikun jista’ jitqabbel;

(e)

materjalità;

(f)

ma jkunx hemm innettjar;

(g)

il-verità aqwa mid-dehra;

(h)

kontabilità bbażata fuq l-akkumulazzjoni.

Artikolu 79

1.   Skont il-prinċipju tal-kontabilità bbażata fuq l-akkumulazzjoni, ir-rendikonti finanzjarji jridu juru l-ħlas u d-dħul għas-sena finanzjarja, irrilevanti mid-data ta’ ħlas jew ġbir.

2.   Il-valur tal-attiv u l-passiv ikun iddeterminat skont ir-regoli tal-valutazzjoni preskritti mill-metodi għall-kontabilità previsti fl-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Artikolu 80

1.   Ir-rendikonti finanzjarji jkunu ppreżentati f’euro u jkun fihom:

(a)

il-karta tal-bilanċ u l-kont ekonomiku tal-kwantitajiet li jkunu nħadmu, li jirrapreżentaw l-attiv u l-passiv u l-qagħda finanzjarja u l-kwantitajiet ekonomiċi li jkunu nħadmu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel; ikunu ppreżentati skont l-istruttura preskritta mid-Direttiva tal-Kunsill fuq il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, u titqies ukoll in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-Eurojust;

(b)

it-tabella tal-likwidità li juru l-ammonti li nġabru u ħarġu matul is-sena, u l-aħħar pożizzjoni tat-teżor;

(c)

rendikont tal-bidliet fil-kapital li juri bid-dettal iż-żiediet u t-tnaqqis matul is-sena f’kull oġġett fil-kontijiet tal-kapitali.

2.   L-Anness tar-rendikonti finanzjarji jissuplimenta lil u jikkumenta dwar it-tagħrif mogħti fir-rendikonti msemmijin fil-paragrafu 1 u jagħti t-tagħrif ieħor kollu preskritt minn prattiċi li jkunj aċċettati internazzjonalment, meta dan it-tagħrif ikollu x’jaqsam mal-attivitajiet tal-Eurojust.

Artikolu 81

Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit iridu jkunu ppreżentati f’euro. Ikun fihom:

(a)

il-kont tal-baġit tal-kwantitajiet li jkunu nħadmu, li jistabbilixxi l-ħidmiet kollha tal-baġit għas-sena rigward dħul u nfiq; dan ikun ippreżentat bl-istess truttura tal-baġit innifsu;

(b)

l-Anness tal-kont tal-baġit tal-kwantitajiet li jkunu nħadmu, li jissupplimenta lil, u jikkumenta dwar, it-tagħrif mogħti f’dak il-kont.

Artikolu 82

Sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabilità irid jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mar-rapport fuq it-treġija tal-baġit u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja, li hemm referenza għalih fl-Artikolu 76 ta’ din id-Deċiżjoni biex l-uffiċjal tal-kontabilità jkun jista’ jikkonsolida l-kontijiet kif previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 83

1.   Skont l-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, il-Qorti tal-Awdituri għandha, sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-kontijiet proviżorji tal-Eurojust.

2.   Id-Direttur Amministrattiv, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Eurojust, irid iħejji l-kontijiet finali tal-Eurojust, skont l-Artikolu 43, b’responsabbiltà tiegħu stess, u jibgħathom lill-Kulleġġ, li jagħti fehma fuq dawn il-kontijiet.

3.   Id-Direttur Amministrattiv jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-fehma tal-Kulleġġ, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew, sa mhux iktar tard mill-1 Lulju tas-sena ta’ wara; id-dokumenti hawn fuq imsemmija għandhom jintbagħtu fi żmien ġimgħatejn meta l-osservazzjonijiet tal-Qorti jaslu wara l-15 ta’ Ġunju.

4.   Il-kontijiet finali tal-Eurojust, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej sal-15 ta’ Novembru tas-sena finanzjarja ta’ wara.

5.   Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat risposta lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet li jkunu għamlu sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. It-tweġibiet tal-Eurojust għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.

KAPITOLU 2

Kontabilità

Sezzjoni 1 —   Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 84

1.   Is-sistema tal-kontabilità tal-Eurojust hi sistema li tintuża għall-organizzazzjoni tat-tagħrif tal-baġit u finanzjarju b’mod li ċ-ċifri jkunu jistgħu jiddaħħlu, jkunu arkivjati u rreġistrati.

2.   Il-kontijiet ikunu magħmulin mill-kontijiet ġenerali u kontijiet tal-baġit. Dawn il-kontijiet isiru f’euro fuq il-bażi ta’ kull sena kalendarja.

3.   Iċ-ċifri fil-kontijiet ġenerali u l-kontijiet tal-baġit ikunu adottati f’għeluq is-sena tal-baġit sabiex il-kontijiet imsemmijin fil-Kapitolu wieħed ikunu jistgħu isiru.

4.   Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-uffiċjal li jawtorizza jista’ jżomm kontijiet analitiċi.

Artikolu 85

Ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità u l-karta tal-kontijiet armonizzata li tkun applikata mill-Eurojust tkun adottata mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Sezzjoni 2 —   Kontijiet Ġenerali

Artikolu 86

Il-kontijiet ġenerali jżommu, b’ordni kronoloġika u bil-metodu ta’ double entry, l-avvenimenti u l-operazzjonijiet kollha li jolqtu l-qagħda ekonomika u finanzjarja u l-attiv u l-passiv tal-Eurojust.

Artikolu 87

1.   Ċaqliq fil-kontijiet u l-bilanċi jiddaħħal fir-reġistri tal-kontijiet.

2.   L-annotazzjonijiet kollha tal-kontijiet, inklużi aġġustamenti lill-kontijiet, ikunu bbażati fuq dokumenti ta’ sostenn, u li jkunu jirreferu għalihom.

3.   Is-sistema tal-kontabilità trid tkun b’mod li l-annotazzjonijiet kollha tal-kontijiet ikunu jistgħu jissegwew.

Artikolu 88

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Eurojust, wara għeluq is-sena tal-baġit u sad-data tal-preżentazzjoni tal-kontijiet finali, jista’ jagħmel aġġustamenti li ma jinvolvux ħruġ jew ġbir għal dik is-sena, li jkunu meħtieġa għal preżentazzjoni veru u ġusta tal-kontijiet skont ir-regoli.

Sezzjoni 3 —   Kontijiet tal-baġit

Artikolu 89

1.   Il-kontijiet tal-baġit jagħtu rekord iddettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit.

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-kontijiet tal-baġit iridu jżommu l-operazzjonijiet tad-dħul u nfiq tal-baġit previst fit-Titolu IV ta’ dan ir-regolament.

KAPITOLU 3

Inventarji tal-Proprjetà

Artikolu 90

1.   L-Eurojust għandu jżomm inventarji li jkun fihom il-kwantità u l-valur tal-assi tanġibbli u mhux, u l-assi finanzjarji li jikkostitwixxu l-proprjetà tal-Eurojust skont mudell imħejji mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

L-Eurojust għandu jivverifika li l-annotazzjonijiet fl-inventarju jaqblu mal-qagħda attwali.

2.   Il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli għandu jiġi rreklamat b’mod xieraq.

TITOLU VIII

VERIFIKA ESTERNA U KWITTANZA

KAPITOLU 1

Verifika esterna

Artikolu 91

Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina bir-reqqa l-kontijiet tal-Eurojust skont l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE.

Artikolu 92

1.   L-Eurojust għandu jibgħat il-baġit lill-Qorti tal-Awdituri malli jiġi finalment adottat. Huwa għandu jinnotifika lill-Qorti tal-Awdituri, mill-aktar fis, b’kull deċiżjoni u bl-atti kollha li jkunu adottati skont l-Artikoli 10, 14, 19 u 23.

2.   L-Eurojust għandu jibgħat ir-regoli finanzjarji interni li jadotta lill-Qorti tal-Awdituri.

3.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiġi mgħarrfa dwar il-ħatra ta’ uffiċjali li jawtorizzaw, uffiċjali tal-kontijiet u amministratur ta’ flus akkont u b’deċiżjonijiet ta’ delegazzjoni skont l-Artikolu 34, l-Artikolu 43(1) u (4) u l-Artikolu 44.

Artikolu 93

L-iskrutinju li tagħmel il-Qorti tal-Awdituri jkun irregolat bl-Artikoli 139 sa 144 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. Dan l-iskrutinju għandu jsir b’mod li jissalvagwardja l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva relatata ma’ każ.

KAPITOLU 2

Kwittanza

Artikolu 94

1.   Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Amministrattiv għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N. Id-Direttur Amministrattiv għandu jinforma lill-Kulleġġ bl-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni anċillari mad-deċiżjoni tar-rilaxx.

2.   Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jgħarraf lid-Direttur Amministrattiv dwar ir-raġunijiet għad-differiment.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jiddiferixxi d-deċiżjoni li tagħti l-kwittanza, id-Direttur Amministrattiv, f’kooperazzjoni mal-Kulleġġ, irid jagħmel l-isforzi kollha biex mill-aktar fis jieħu miżuri biex ineħħi jew jgħin it-tneħħija tal-ostakli għal dik id-deċiżjoni.

Artikolu 95

1.   Id-deċiżjoni ta’ kwittanza tkopri l-kontijiet tad-dħul u nfiq kollu tal-Eurojust, u juri l-bilanċ li jirriżulta u l-attiv u l-passiv tal-Eurojust.

2.   Bil-għan li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew, wara li jkun għamel hekk il-Kunsill, għandu jeżamina l-kontijiet u r-rendikonti finanzjarji tal-Eurojust. Għandu jeżamina wkoll ir-rapport annwali magħmul mill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tad-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, kull rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja kkonċernata u r-rendikont ta’ assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awditrui rigward kemm wieħed jista’ joqgħod fuq il-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet li huma mibnijin fuqhom.

3.   Fuq talba tal-Parlament Ewropew, id-Direttur Amministrattiv għandu jagħti kull tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni bla tfixkil tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena kkonċernata, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Artikolu 96

1.   Id-Direttur Amministrattiv għandu jieħu l-passi xierqa kollha biex jaġixxi fuq l-osservazzjonijiet li jkunu mad-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew u fuq il-kummenti li jkunu mar-rakkomandazzjoni għal-kwittanza adottata mill-Kunsill, waqt li jiġu meqjusal-kompiti tal-Eurojust.

2.   Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, id-Direttur Amministrattiv għandu jirraporta fuq il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u kummenti. Huwa għandu jibgħat kopja tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 97

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jingħataw il-poteri li jiksbu kull tagħrif jew spjegazzjonijet meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ baġit fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 98

Sa fejn meħtieġ, il-Kulleġġ, u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, għandu jadotta regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-regolament finanzjarju tal-Eurojust, fuq proposta mid-Direttur Amministrattiv tiegħu.

Artikolu 99

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-adozzjoni mill-Kulleġġ u għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tissostitwixxi d-Deċiżjoni dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Eurojust adottata fl-20 ta’ April 2006.

Magħmul fl-Aja, is-27 ta’ Marzu 2009.

Il-President tal-Eurojust

José Luís LOPES DA MOTA


(1)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(4)  ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1

(6)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.