ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.284.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
30 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali ( 1 )

1

 

*

Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu ( 1 )

43

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/1


REGOLAMENT (KE) Nru 987/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jimmodernizza r-regoli tal-koordinazzjoni tal-iskemi nazzjonali ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri waqt li jispeċifika l-miżuri u l-proċeduri għall-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni tagħhom għall-partijiet kollha kkonċernati. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli ta’ implimentazzjoni.

(2)

L-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni aktar effikaċi u aktar stretta bejn l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali hija fattur essenzjali biex tippermetti lill-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom fl-aħjar żmien u kondizzjonijiet possibbli.

(3)

Il-komunikazzjoni elettronika hija mezz adattat għall-iskambju mgħaġġel u affidabbli ta’ data bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri. L-ipproċessar elettroniku ta’ data għandu jikkontribwixxi għat-tħaffif tal-proċeduri għall-persuni kollha involuti. Il-persuni kkonċernati għandhom jibbenefikaw ukoll mill-garanziji kollha maħsuba mill-miżuri Komunitarji relatati mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ fatti ta’ natura personali u taċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dawn il-fatti.

(4)

Ladarba jkunu disponibbli d-dettalji (inklużi dawk elettroniċi) tal-entitajiet tal-Istati Membri li probabbilment ikunu involuti fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, taħt forma li tippermetti l-aġġornament tagħhom fi żmien reali, għandhom ikunu faċilitati l-iskambji bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri. Dan il-metodu li jagħti importanza għar-relevanza tal-informazzjoni purament ibbażata fuq il-fatti kif ukoll id-disponibbiltà immedjata għaċ-ċittadini jikkostitwixxi semplifikazzjoni importanti li għandha tkun introdotta minn dan ir-Regolament.

(5)

Sabiex jinkiseb il-funzjonament kemm jista’ jkun bla xkiel u l-ġestjoni effiċjenti tal-proċeduri kumplessi li jimplimentaw ir-regoli dwar il-koordinazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali, tinħtieġ sistema biex jiġi aġġornat b’mod immedjat l-Anness (4) It-tħejjija u l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet għal dan il-għan jitolbu kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għandha ssir b’mod rapidu minħabba l-konsegwenzi tad-dewmien fuq iċ-ċittadini kif ukoll fuq l-awtoritajiet amministrattivi. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi u tieħu ħsieb database u tiżgura li hija tkun operattiva għal tal-inqas mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, partikolarment, tieħu l-passi meħtieġa sabiex tintegra f’dik id-database l-informazzjoni stabbilita fl-Anness (4)

(6)

It-tisħiħ ta’ ċerti proċeduri għandu jġib aktar sigurezza ġuridika u trasparenza għal min juża r-Regolament (KE) Nru 883/200(4) Notevolment, l-iffissar ta’ żmien komuni għall-kisba ta’ ċerti obbligi u ta’ ċerti stadji amministrattivi għandu jikkontribwixxi għall-kjarifika u strutturazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-persuni assigurati u l-istituzzjonijiet.

(7)

Il-persuni koperti minn dan ir-Regolament għandhom jirċievu risposta f’waqtha mill-istituzzjonijiet kompetenti għat-talbiet tagħhom. Ir-risposta għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard miż- żmien preskritti mil-liġi dwar is-siġurtà soċjali tal-Istat Membru inkwistjoni, fejn jeżisti limitu ta’ żmien bħal dan. Ikun xieraq li l-Istati Membri li l-liġi tagħhom dwar is-sigurtà soċjali ma tipprevedix limiti ta’ żmien bħal dan, jikkunsidraw li jadottawhom u li jgħarrfuhom lill-persuni kkonċernati skont il-ħtieġa.

(8)

L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali għandhom ikollhom il-possibbiltà li jiftiehmu bejniethom dwar proċeduri eħfef u strumenti ta’ ftehim amministrattivi li huma jikkunsidraw aktar effikaċi u adatti aħjar għall-kuntest tal-iskemi rispettivi tagħhom ta’ sigurtà soċjali. Madankollu dawn l-istrumenti ta’ ftehim m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet tal-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/200(4)

(9)

Il-kumplessità inerenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali tirrikjedi sforz partikulari mill-istituzzjonijiet kollha tal-Istati Membri sabiex jappoġġaw il-persuni assigurati sabiex ma jintlaqtux dawk il-persuni li ma kinux għaddew it-talba tagħhom jew ċerta informazzjoni lill-istituzzjoni inkarigata għall-ipproċessar ta’ din it-talba konformement mar-regoli u l-proċeduri speċifikati mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u minn dan ir-Regolament.

(10)

Sabiex jiġi determinat liema tkun l-istituzzjoni kompetenti, jiġifieri dik li tagħha l-leġislazzjoni tkun applikabbli jew li taħtha taqa’ r-responsabbiltà tal-ħlas ta’ ċerti benefiċċji, iċ-ċirkostanzi tal-persuna assigurata u dawk dik tal-membri tal-familja iridu jiġu studjati mill-istituzzjonijiet ta’ iżjed minn Stat Membru wieħed. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-persuna kkonċernata waqt li jsiru dawn l-iskambji indispensabbli bejn l-istituzzjonijiet, għandu jsir provvediment għall-affiljazzjoni b’mod provviżorju f’sistema ta’ sigurtà soċjali.

(11)

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw sabiex jiddeterminaw l-Istat Membru ta’ residenza tal-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 883/2004, u f’każ ta’ kontestazzjoni, għandhom iqisu il-kriterji relevanti kollha sabiex isolvu din il-kwistjoni. Dawn jistgħu jieħdu kont tal-kriterji msemmija fl-Artikolu relevanti ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Bosta miżuri u proċeduri maħsuba f’dan ir-Regolament għandhom l-għan li jkun hemm aktar trasparenza tal-kriterji li l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri jridu japplikaw fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 883/200(4) Dawn il-miżuri u proċeduri huma r-riżultat tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni amministrattiva kif ukoll tal-esperjenza ta’ aktar minn tletin sena ta’ applikazzjoni tal-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali fil-qafas tal-libertajiet fundamentali speċifikati mit-Trattat.

(13)

Dan ir-Regolament jipprevedi miżuri u proċeduri sabiex tkun promossal-mobbiltà tal-impjegati u ta’ persuni bla impjieg. Il-ħaddiema tal-fruntiera li sabu rwieħhom għal kollox bla impjieg jistgħu jkunu disponibbli għas-servizzi tal-impjieg kemm tal-pajjiż ta’ residenza kif ukoll tal-Istat Membru fejn kienu impjegati l-aħħar. Madankollu, għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mill-Istat Membru ta’ residenza tagħhom biss.

(14)

Ċerti regoli u proċeduri speċifiċi huma meħtieġa biex tkun definita l-leġislazzjoni applikabbli biex jittieħed kont ta’ perijodi li matulhom persuna assigurata iddedikat iż-żmien tagħha għat-trobbija ta’ tfal f’ diversi Stati Membri.

(15)

Ċerti proċeduri għandhom ukoll jirriflettu l-esiġenza ta’ tqassim bilanċjat tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri. B’mod partikulari, fil-qasam tal-mard, dawn il-proċeduri għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni tal-Istati Membri li jerfgħu l-ispejjeż ta’ lqugħ ta’ persuni assigurati billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom l-iskema tagħhom tas-saħħa u s-sitwazzjoni tal-Istati Membri li l-istituzzjonijiet tagħhom jerfgħu r-responsabbiltà finanzjarja ta’ benefiċċji in natura riċevuti mill-persuni assigurati fi Stat Membru ieħor divers minn dak fejn huma jgħixu.

(16)

Fil-qafas speċifiku tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, iridu jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet ta’ adempiment fir-rigward tal-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji ta’ mard in natura fil-qafas ta’ “kura ppjanata”, jiġifieri kura li persuna assigurata se tieħu fi Stat Membru divers minn dak li fih tkun assigurata jew residenti. L-obbligi tal-persuna assigurata relatati mat-talba ta’ awtorizzazzjoni preliminari għandhom jiġu ppreċiżati, kif ukoll għandhom jiġu ppreċiżati l-obbligi tal-istituzzjoni lejn il-pazjent dwar il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. Għandhom jiġu wkoll iċċarati l-konsegwenzi fir-rigward tal-attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ kura riċevuta fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni.

(17)

Dan ir-Regolament implimentattiv, u b’mod speċjali d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żjara barra l-Istat Membru kompetenti u li jikkonċernaw il-kura ppjanata m’għandhomx jimpedixxu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali aktar favorevoli b’mod partikolari fir-rigward tal-ħlas lura ta’ spejjeż fi Stat Membru ieħor.

(18)

Huma essenzjali proċeduri aktar restrittivi biex jitqassar id-dewmien għall-ħlas ta’ dawn id-djun bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri sabiex tinżamm il-fiduċja fl-iskambji u twieġeb għall-ordni ta’ tmexxija tajba li hija imposta fuq l-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri. Għandhom għalhekk jiġu rrinfurzati l-proċeduri li jolqtu l-ipproċessar ta’ djun fil-kuntest tal-benefiċċji marbutin mal-mard u mal-qgħad.

(19)

Il-proċeduri bejn l-istituzzjonijiet għall-assistenza reċiproka fl-irkupru ta’ talbiet dwar is-sigurtà soċjali għandhom jissaħħu sabiex jiġi żgurat irkupru aktar effettiv u l-funzjonament bla xkiel tar-regoli ta’ koordinazzjoni. Irkupru effettiv huwa wkoll mezz ta’ prevenzjoni u ta’ trattar tal-abbużi u l-frodi u mezz biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-iskemi tas-sigurtà soċjali. Dan jinvolvi li jiġu adottati proċeduri ġodda li jużaw bħala bażi għadd ta’ dispożizzjonijiet eżistenti fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KEE tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (4). Dawn il-proċeduri ġodda għandhom jiġu riveduti fid-dawl tal-esperjenza wara ħames snin ta’ implimentazzjoni u aġġustati jekk meħtieġ, partikolarment biex jiġi żgurat li huma ikunu kompletament operabbli.

(20)

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza reċiproka li jirrigwardaw l-irkupru ta’ talbiet provduti iżda mhux dovuti, l-irkupru ta’ ħlasijiet u kontribuzzjonijiet provviżorji u t-tpaċija u assistenza bl-irkupru, il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru rikjest hija limitata għal azzjonijiet rigward miżuri ta’ eżekuzzjoni. Kwalunkwe azzjoni oħra taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru applikant.

(21)

Il-miżuri ta’ eżekuzzjoni meħuda fl-Istat Membru rikjest ma jimplikawx ir-rikonoxximent minn dak l-Istat Membru tas-sustanza jew tal-bażi tat-talba.

(22)

L-informazzjoni lill-persuni kkonċernati dwar id-drittijiet tagħhom u l-obbligi tagħhom hija element essenzjali ta’ relazzjoni ta’ fiduċja mal-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri. L-informazzjoni għandha tinkludi gwida dwar proċeduri amministrattivi. Il-persuni kkonċernati jistgħu jinkludu, skont is-sitwazzjoni, il-persuni assigurati, il-membri tal-familja tagħhom u/jew is-sopravissuti tagħhom jew persuni oħra.

(23)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ koordinazzjoni bl-għan li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tal-moviment ħieles tal-persuni, ma jistax jinkiseb b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb iżjed fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-imsemmi prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit fl-imsemmi Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(24)

Dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 relatat mal-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-impjegati u għall-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità (5),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I

Definizzjonijiet

Artikolu 1

Definizzjonijiet

(1)   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“Regolament bażiku” għandha tfisser ir-Regolament (KE) Nru 883/2004;

(b)

“Regolament implimentattiv” għandha tfisser dan ir-Regolament; u

(c)

għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament bażiku.

(2)   Addizzjonalment għad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)

“punt ta’ aċċess” għandha tfisser entità li tipprovdi:

(i)

punt ta’ kuntatt elettroniku; u

(ii)

għażla tar-rotot awtomatika bbażata fuq l-indirizz; u

(iii)

għażla tar-rotot intelliġenti bbażata fuq softwer li jippermetti verifika u għażla tar-rotot awtomatiċi (per eżempju, applikazzjoni ta’ intelliġenza artifiċjali) u/jew intervent mill-bniedem;

(b)

“korp ta’ kollegament” għandha tfisser kwalunkwe korp magħżul mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għal fergħa waħda jew aktar tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, li jwieġeb għal talbiet ta’ informazzjoni u assistenza għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv u li jrid iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv;

(c)

“dokument” għandha tfisser sett ta’ data, irrispettivament mill-mezz użat, strutturata b’ tali mod li tista’ tiġi skambjata b’mod elettroniku u li trid tiġi kkomunikata sabiex ikunu jistgħu jiffunzjonaw ir-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv;

(d)

“Dokument Elettroniku Strutturat” għandha tfisser kwalunkwe dokument strutturat f’format imfassal għall-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri;

(e)

“trasmissjoni b’mezzi elettroniċi” għandha tfisser it-trasmissjoni ta’ data permezz ta’ tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali) ta’ data u bl-użu ta’ wajers, trasmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew kwalunkwe mezz elettromanjetiku ieħor;

(f)

“Bord ta’ Verifika” għandha tfisser il-korp imsemmi fl-Artikolu 74 tar-Regolament bażiku.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni u mal-iskambji ta’ data

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni u regoli għal skambji bejn l-istituzzjonijiet

(1)   Għall-finijiet tar-Regolament implimentattiv, l-iskambji bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u l-persuni koperti mir-Regolament bażiku għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-servizz pubbliku, l-effiċjenza, l-assistenza attiva, il-forniment rapidu u l-aċċessibbiltà, inkluża l-aċċessibbiltà elettronika, b’mod partikolari għal persuni b’diżabbiltà u għall-anzjani.

(2)   L-istituzzjonijiet għandhom mingħajr dewmien jipprovdu jew jiskambjaw id-data kollha meħtieġa biex jiġu stabbiliti u ddeterminati d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni koperti mir-Regolament bażiku. Data bħal din għandha tiġi trasferita bejn l-Istati Membri direttament mill-istituzzjonijiet infishom jew indirettament permezz tal-korpi ta’ kollegament.

(3)   Fejn bi żvista persuna tkun ippreżentat informazzjoni, dokumenti jew talbiet lil istituzzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru divers minn dak fejn tinsab l-istituzzjoni nominata taħt ir-Regolament implimentattiv, l-informazzjoni, id-dokumenti jew it-talbiet għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati mingħajr dewmien mill-istituzzjoni ta’ qabel lill-istituzzjoni nominata taħt ir-Regolament implimentattiv, waqt li tiġi indikata d-data li fiha huma ġew ippreżentati inizjalment. Din id-data għandha tkun obbligatorja għall-istituzzjoni tal-aħħar. Madankollu, l-istituzzjonijiet ta’ Stat Membru m’għandhomx jinżammu responsabbli jew jitqiesu li jkunu ħadu deċiżjoni minħabba li naqsu li jaġixxu bħala riżultat ta’ trasmissjoni tardiva ta’ informazzjoni, dokumenti jew talbiet minn istituzzjonijiet ta’ Stati Membri oħrajn.

(4)   Fejn id-data tiġi trasferita indirettament permezz tal-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, l-iskadenzi ta’ żmien fir-rigward ta’ tweġibiet għal talbiet għandhom jibdew mid-data ta’ meta dan il-korp ta’ kollegament ikun irċieva t-talba, daqslikieku din tkun waslet għand l-istituzzjoni f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni u regoli għal skambji bejn il-persuni kkonċernati u l-istituzzjonijiet

(1)   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-persuni konċernati sabiex tinfurmahom dwar il-bidliet introdotti b’dan ir-Regolament bażiku u mir-Regolament implimentattiv biex tippermettilhom jaffermaw drittijiethom. Għandhom ukoll jipprovdu għal servizzi faċli għall-utent.

(2)   Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament bażiku għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-istituzzjoni relevanti l-informazzjoni, id-dokumenti jew l-evidenza ta’ sostenn meħtieġa biex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni tagħhom jew dik tal-familji tagħhom, biex jiġu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom u biex jiġu ddeterminati l-leġislazzjoni applikabbli u l-obbligi tagħhom taħtha.

(3)   Meta tinġabar, tiġi trasmessa jew ipproċessata data personali taħt il-leġislazzjoni tagħhom għall-finijiet li jiġi implimentat ir-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw b’mod sħiħ drittijiethom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, konformement mad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu ta’ tali data.

(4)   Sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv, l-istituzzjonijiet relevanti għandhom jibagħtu l-informazzjoni u joħorġu d-dokumenti lill-persuni kkonċernati mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fil-limitu ta’ żmien stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

L-istituzzjoni relevanti għandha tinnotifika lill-applikant li jirrisjedi jew li jkun fuq żjara fi Stat Membru ieħor bid-deċiżjoni tagħha direttament jew permezz tal-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ żjara. Meta tiċħad li tagħti l-benefiċċji, hija għandha tindika wkoll ir-raġunijiet li wasslu għaċ-ċaħda, ir-rimedji u l-perijodi permessi għall-appelli. Kopja ta’ din id-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-istituzzjonijiet l-oħrajn involuti.

Artikolu 4

Format u metodu ta’ skambju ta’ data

(1)   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut u l-format u l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta’ dokumenti u ta’ dokumenti elettroniċi strutturati.

(2)   It-trasmissjoni ta’ data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta’ kollegament għandha ssir b’mezzi elettroniċi direttament jew indirettament permezz tal-punti ta’ aċċess taħt qafas sigur komuni kapaċi li jista’ jiggarantixxi l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta’ skambji ta’ data.

(3)   Fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-persuni kkonċernati, l-istituzzjonijiet relevanti għandhom jużaw l-arranġamenti adatti għal kull każ, u kemm jista’ jkun jiffavorixxu l-użu ta’ mezzi elettroniċi. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex tintbagħat l-informazzjoni, id-dokumenti jew id-deċiżjonijiet b’mezzi elettroniċi lill-persuna kkonċernata.

Artikolu 5

Valur legali tad-dokumenti u l-evidenza ta’ sostenn maħruġa fi Stat Membru ieħor

(1)   Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru u li juru l-pożizzjoni ta’ persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv, u l-evidenza ta’ sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu.

(2)   F’każ ta’ dubju dwar il-leġittimità tad-dokument jew l-eżattezza tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li tirċievi d-dokument għandha titlob mill-istituzzjoni li ħarġitu l-kjarifiki meħtieġa u, jekk ikun l-każ, l-irtirar ta’ dak id-dokument. L-istituzzjoni li ħarġitu għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, jekk meħtieġ, li tirtirah.

(3)   Konformement mal-paragrafu 2, f’każ ta’ dubju dwar l-informazzjoni pprovduta mill-persuni kkonċernati, dwar il-validità ta’ dokument jew il-prova ta’ sostenn jew l-eżattezza tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza għandha, sa fejn dan ikun possibli, fuq talba mill-istituzzjoni kompetenti, twettaq il-verifika meħtieġa ta’ din l-informazzjoni jew ta’ dan id-dokument.

(4)   Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, il-kwistjoni tista’ titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha l-istituzzjoni li rċeviet id-dokument tkun ippreżentat it-talba tagħha. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha.

Artikolu 6

Applikazzjoni provviżorja tal-leġislazzjoni u l-għoti provviżorju ta’ benefiċċji

(1)   Sakemm mhux previst mod ieħor fir-Regolament implimentattiv, fejn ikun hemm differenza ta’ fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli, il-persuna kkonċernata għandha tiġi suġġetta b’mod provviżorju għal-leġislazzjoni ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri, fejn l-ordni ta’ prijorità tiġi ddeterminata kif ġej:

(a)

il-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn il-persuna attwalment twettaq l-impjieg tagħha jew taħdem għal rasha, jekk l-impjieg jew l-impjieg għal rasha jitwettaq fi Stat Membru wieħed biss;

(b)

il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza fejn il-persuna kkonċernata teżerċita parti mill-attività jew attivitajiet tagħha jew fejn il-persuna ma tkunx impjegata jew ma taħdimx għal rasha;

(c)

il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li l-applikazzjoni tagħha ntalbet l-ewwel fejn il-persuna twettaq attività jew attivitajiet f’żewġ Stati Membri jew aktar.

(2)   F’każ ta’ differenza ta’ fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar dwar liema istituzzjoni għandha tipprovdi l-benefiċċji fi flus jew in natura, il-persuna kkonċernata li tista’ titlob benefiċċji jekk ma kienx hemm xi kontestazzjoni għandha tkun intitolata, fuq bażi provviżorja, għall-benefiċċji previsti mil-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tagħha jew, jekk dik il-persuna ma tirrisjedix fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, għall-benefiċċji previsti mil-leġislazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet sottomessa t-talba l-ewwel;

(3)   Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet konċernati, il-kwistjoni tista’ titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha tqajmet id-differenza ta’ fehmiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 jew (2) Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha.

(4)   Fejn jiġi stabbilit jew li l-leġislazzjoni applikabbli mhijiex dik tal-Istat Membru li fih seħħet l-isħubija provviżorja jonkella li l-istituzzjoni li tat il-benefiċċji fuq bażi provviżorja ma kinitx l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għandha tiġi kkunsidrata bħala kompetenti b’mod retroattiv daqslikieku dik id-differenza ta’ fehmiet ma kinitx teżisti, sa mhux aktar tard mid-data tal-isħubija provviżorja jew mill-ewwel għoti provviżorju tal-benefiċċji kkonċernati.

(5)   Jekk meħtieġ, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti u l-istituzzjoni li provviżorjament ħallset il-benefiċċji fi flus jew provviżorjament irċeviet kontribuzzjonijiet għandhom jirregolaw is-sitwazzjoni fnanzjarja tal-persuna kkonċernata fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet u benefiċċji fi flus imħallsin provviżorjarment, fejn ikun il-każ, konformement mat-Titolu IV, Kapitolu III, tar-Regolament implimentattiv.

Il-benefiċċji in natura mogħtija provviżorjament minn istituzzjoni taħt il-paragrafu 2 għandhom jitħallsu lura mill-istituzzjoni kompetenti konformement mat-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 7

Kalkolu provviżorju tal-benefiċċji u tal-kontribuzzjonijiet

(1)   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament implimentattiv, fejn persuna tkun eliġibbli għal benefiċċju jew responsabbli biex tħallas kontribuzzjonijiet taħt ir-Regolament bażiku, u l-istituzzjoni kompetenti ma jkollhiex l-informazzjoni kollha dwar is-sitwazzjoni fi Stat Membru ieħor li tkun meħtieġa għall-kalkolu definittiv tal-ammont ta’ dak il-benefiċċju jew kontribuzzjoni, dik l-istituzzjoni għandha, fuq talba tal-persuna kkonċernata, tagħti dan il-benefiċċju jew tikkalkola din il-kontribuzzjoni fuq bażi provviżorja, jekk tali kalkolu hu possibbli abbażi tal-informazzjoni li hija disponibbli għal dik l-istituzzjoni.

(2)   Il-benefiċċju jew il-kontribuzzjoni kkonċernata għandha tiġi kkalkolata mill-ġdid ladarba l-evidenza jew id-dokumenti ta’ sostenn kollha meħtieġa jiġu pprovduti lill-istituzzjoni kkonċernata.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet ġenerali oħrajn għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku

Artikolu 8

Arranġamenti amministrattivi bejn żewġ Stati Membri jew aktar

(1)   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament implimentattiv għandhom jissostitwixxu dawk li huma stabbiliti fl-arranġamenti għall-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 (1) tar-Regolament bażiku, apparti d-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti fir-rigward tal-Konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness II tar-Regolament bażiku, sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-arranġamenti huma inklużi fl-Anness 1 tar-Regolament implimentattiv.

(2)   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu bejniethom, jekk meħtieġ, arranġamenti li jappartjenu għall-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 (2) tar-Regolament bażiku sakemm dawn L-arranġamenti ma jaffettwawx b’mod ħażin id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni kkonċernati u huma nklużi fl-Anness 1 tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 9

Proċeduri oħrajn bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet

(1)   Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu dwar proċeduri oħrajn barra dawk previsti mir-Regolament implimentattiv, sakemm dawn il-proċeduri ma jaffettwawx b’mod ħażin id-drittijiet jew l-obbligi tal-persuni kkonċernati.

(2)   Kwalunkwe qbil konkluż għal dan il-għan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni Amministrattiva u jiġi elenkat fl-Anness 1 tar-Regolament implimentattiv.

(3)   Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi ftehim ta’ implimentazzjoni konkluż bejn żewġ Stati Membri jew aktar bl-istess għan, jew li jkunu simili għal dawk imsemmijin fil-paragrafu 2, li jkunu fis-seħħ fil-jum li jippreċedi d-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv u li jkunu inklużi fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, għandhom ikomplu japplikaw għall-finijiet tar-relazzjonijiet bejn dawk l-Istati Membri, bil-kondizzjoni li dawn ikunu inklużi wkoll fl-Anness 1 tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 10

Prevenzjoni tal-koinċidenza ta’ benefiċċji f’xi partijiet

Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn fir-Regolament bażiku, meta l-benefiċċji dovuti taħt il-leġislazzjoni ta’ żewġ Stati Membri jew aktar ikunu mnaqqsa, sospiżi jew imwaqqfa reċiprokament, kwalunkwe ammont li ma jkunx tħallas fil-każ tal-applikazzjoni stretta tar-regoli dwar tnaqqis, sospensjoni jew waqfien stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati għandu jiġi diviż bin-numru ta’ benefiċċji suġġettati għal tnaqqis, sospensjoni jew waqfien.

Artikolu 11

L-elementi għad-determinazzjoni tar-residenza

(1)   Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta’ persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta’ interessi tal-persuna kkonċernata, abbażi ta’ evalwazzjoni globali tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-fatti relevanti, li jistgħu jinkludu fejn ikun il-każ:

(a)

it-tul ta’ żmien u l-kontinwità tal-preżenza fit-territorju tal-Istati Membri kkonċernati;

(b)

is-sitwazzjoni tal-persuna, li tinkludi:

(i)

in-natura u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kwalunkwe attività li titwettaq, b’mod partikolari l-post fejn din l-attività normalment titwettaq, l-istabbiltà tal-attività u t-tul ta’ żmien ta’ kwalunkwe kuntratt tax-xogħol;

(ii)

l-istatus tal-familja u r-rabtiet tal-familja tagħha;

(iii)

it-twettiq ta’ kwalunkwe attività mingħajr ħlas;

(iv)

fil-każ ta’ studenti, is-sors tad-dħul tagħhom;

(v)

is-sitwazzjoni tad-dar domestika tagħha, partikolarment kemm hi permanenti;

(vi)

l-Istat Membru li fih il-persuna hija meqjusa li tirrisjedi għal finijiet ta’ tassazzjoni.

(2)   Fejn l-konsiderazzjoni tal-kriterji diversi bbażati fuq il-fatti relevanti kif stabbilit fil-paragrafu 1 ma twassalx għal qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, l-intenzjoni tal-persuna, kif hi tidher minn tali fatti u ċirkostanzi, speċjalment ir-raġunijiet li wasslu lill-persuna biex tiċċaqlaq, għandhom jiġu kkunsidrati bħala deċiżivi meta jkun qed jiġi stabbilit il-Stat Membru ta’ residenza reali ta’ dik il-persuna.

Artikolu 12

Aggregazzjoni tal-perijodi

(1)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkuntattja lill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet ukoll suġġetta sabiex jiġu ddeterminati l-perijodi kollha magħmula taħt din il-leġislazzjoni.

(2)   Il-perijodi rispettivi ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg għal rasha jew residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru għandhom jingħaddu ma’ dawk magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, safejn dan ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, sakemm dawn il-perijodi ma jkunux jikkoinċidu f’xi partijiet.

(3)   Fejn perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza magħmul taħt assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġislazzjoni ta Stat Membru jikkoinċidi ma’ perijodu ta assigurazzjoni magħmul taħt assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja taħt il-leġislazzjoni ta Stat Membru ieħor, huwa biss il-perijodu magħmul taħt l-assigurazzjoni obbligatorja li jiġi kkunsidrat.

(4)   Fejn perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza divers minn perijodu simili magħmul taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jikkoinċidi ma’ perijodu simili taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, huwa biss il-perijodu ħlief għal perijodu simili li jiġi kkunsidrat.

(5)   Kwalunkwe perijodu li jkun meqjus bħala ekwivalenti taħt il-leġislazzjonijiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar għandu jiġi kkunsidrat biss mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta l-aħħar b’mod obbligatorju qabel dak il-perijodu. Fil-każ fejn il-persuna kkonċernata ma kinitx suġġetta b’mod obbligatorju għal-leġislazzjoni ta’Stat Membru qabel il-perijodu msemmi, dan tal-aħħar għandu jiġi kkunsidrat mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta b’mod obbligatorju għall-ewwel darba wara dak il-perijodu.

(6)   Fil-każ li ż-żmien li fih ċerti perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza ġew magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ma jistax jiġi ddeterminat b’mod preċiż, għandu jiġi preżunt li dawn il-perijodi ma jikkoinċidux f’xi partijiet ma’ perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, u dan għandu jiġi kkunsidrat, fejn vantaġġuż, għall-persuna kkonċernata, safejn huma jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod raġonevoli.

Artikolu 13

Regoli għall-konverżjoni ta’ perijodi

(1)   Fejn il-perijodi magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jkunu espressi f’unitajiet differenti minn dawk previsti fil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, il-konverżjoni meħtieġa għall-finijiet tal-aggregazzjoni taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku għandha titwettaq konformement mar-regoli li ġejjin:

(a)

il-perijodu li għandu jintuża bħala l-bażi għall-konverżjoni għandu jkun dak komunikat mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu ġie magħmul il-perijodu;

(b)

fil-każ ta’ skemi fejn il-perijodi huma espressi fi ġranet, il-konverżjoni minn ġranet għal unitajiet oħrajn, u viċe versa, kif ukoll bejn skemi differenti bbażati fuq ġranet għandha tiġi kkalkolata abbażi tat-tabella li ġejja:

Skema bbażata fuq

Jum wieħed jikkorrispondi għal

Ġimgħa waħda tikkorrispondi għal

Xahar wieħed jikkorrispondi għal

Trimestru wieħed jikkorrispondi għal

Massimu ta’ ġranet f’sena kalendarja waħda

5 jiem

9 sigħat

5 jiem

22 jum

66 jum

264 jum

6 jiem

8 sigħat

6 jiem

26 jum

78 jum

312 jum

7 jiem

6 sigħat

7 jiem

30 jum

90 jum

360 jum

(c)

fil-każ ta’ skemi fejn il-perijodi huma espressi f’unitajiet li mhumiex jiem:

(i)

tliet xhur jew tlettax-il ġimġħa għandhom ikunu ekwivalenti għal trimestru, u viċe versa;

(ii)

sena waħda għandha tkun ekwivalenti għal erba’ trimestri, 12-il xahar jew 52 gimġħa, u viċe versa;

(iii)

għall-konverżjoni ta’ ġimgħat f’xhur, u viċe versa, ġimgħat u xhur għandhom jiġu kkonvertiti f’jiem abbażi tar-regoli ta’ konverżjoni għall-iskemi bbażati fuq sitt ijiem fit-tabella fil-punt (b);

(d)

fil-każ ta’ perijodi espressi fi frazzjonijiet, dawn il-figuri għandhom jiġu kkonvertiti fl-iżgħar unità li jmiss waqt li jiġu applikati r-regoli stabbiliti fil-punti (b) u (c). Frazzjonijiet ta’ snin għandhom jiġu kkonvertiti f’xhur sakemm l-iskema involuta mhix ibbażata fuq trimestri;

(e)

jekk il-konverżjoni taħt dan il-paragrafu tirriżulta fi frazzjoni ta’ unità, l-ogħla unità li jmiss għandha tittieħed bħala r-riżultat tal-konverżjoni taħt dan il-paragrafu.

(2)   L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m’għandhiex ikollha l-effett li tipproduċi, għat-total sħiħ tal-perijodi magħmula matul sena kalendarja waħda, total li jeċċedi n-numru ta’ ġranet indikati fl-aħħar kolonna tat-tabella fil-paragrafu 1(b) jew 52 ġimgħa jew 12-il xahar jew erba’ trimestri.

Jekk il-perijodi li għandhom jiġu kkonvertiti jikkorrispondu għall-ammont annwali massimu ta’ perijodi taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih huma ġew magħmula, l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m’għandhiex tirriżulta fi żmien sena kalendarja waħda f’perijodi li huma iqsar mill-ammont annwali massimu ta’ perijodi possibbli previsti taħt il-leġislazzjoni kkonċernata.

(3)   Il-konverżjoni għandha titwettaq jew f’operazzjoni waħda li tkopri dawk il-perijodi kollha li ġew komunikati bħala aggregat, jew għal kull sena, jekk il-perijodi ġew komunikati fuq bażi ta’ sena b’sena.

(4)   Fejn istituzzjoni tikkomunika perijodi espressi fi ġranet, hija għandha fl-istess ħin tindika jekk l-iskema li hija tamministra hijiex ibbażata fuq ħames ġranet, sitt ġranet jew seba’ ġranet.

TITOLU II

DETERMINAZZJONI TAL-LEĠISLAZZJONI APPLIKABBLI

Artikolu 14

Dettalji relatati mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku

(1)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, “Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem il-prinċipal tagħha, liema prinċipal normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li tintbagħat mill-prinċipal tagħha fi Stat Membru ieħor” għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tintbagħat biex taħdem fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha.

(2)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem “li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk” għandhom jirriferu għal persuna li tħaddem li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta’ ġestjoni, fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita, b’kont meħud tal-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji relevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull min iħaddem u għan-natura vera tal-attivitajiet imwettqa.

(3)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kliem “li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha” għandhom jirriferu għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita. B’mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perijodu ta’ attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli tissodisfa, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista’ twettaqha meta tirritorna.

(4)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kriterju biex jiġi ddeterminat jekk l-attività li persuna li taħdem għal rasha tmur twettaq fi Stat Membru ieħor hijiex “simili” għall-attività li hija normalment twettaq meta taħdem għal rasha għandu jkun dak tan-natura reali tal-attività, aktar milli tal-kwalifika tal-attività bħala dik ta’ persuna impjegata jew dik ta’ persuna li taħdem għal rasha li tista’ tingħata lil din l-attività mill-Istat Membru l-ieħor.

(5)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar” għandha tirriferi, b’mod partikolari, għal persuna li:

(a)

filwaqt li żżomm attività fi Stat Membru wieħed, twettaq simultanjament attività separata oħra fi Stat Membru wieħed jew aktar, irrispettivament mit-tul ta’ żmien jew min-natura ta’ dik l-attività separata;

(b)

twettaq b’mod kontinwu attivitajiet li jalternaw, bl-eċċezzjoni ta’ attivitajiet marġinali, f’żewġ Stati Membri jew aktar, irrispettivament mill-frekwenza jew ir-regolarità tal-alternazzjoni.

(6)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f’żewġ Stati Membri jew aktar” għandha tirriferi, b’mod partikolari, għal persuna li simultanjament jew b’mod li jalterna twettaq attività separata waħda jew aktar f’impjieg għal rasha, irrispettivament min-natura ta’ dawk l-attivitajiet ta’ impjieg għal rasha, f’żewġ Stati Membri jew aktar.

(7)   Sabiex wieħed jiddistingwi l-attivitajiet tal-paragrafi 5 u 6 mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament bażiku, it-tul ta’ żmien tal-attività fi Stat Membru wieħed jew aktar (kemm jekk hi permanenti kif ukoll jekk ta’ natura ad hoc jew temporanja) għandu jkun deċisiv. Għal dawn il-finijiet, għandha ssir evalwazzjoni ġenerali tal-fatti relevanti kollha li jinkludu, b’mod partikolari fil-każ ta’ persuna impjegata, il-post fejn isir ix-xogħol kif definit fil-kuntratt tax-xogħol.

(8)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, “parti sostanzjali tal-attività ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha” imwettqa fi Stat Membru għandha tfisser li parti sostanzjali b’mod kwantitattiv tal-attivitajiet kollha tal- persuna impjegata jew li taħdem għal rasha titwettaq hemmhekk, mingħajr ma din neċessarjament tkun il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet.

Biex jiġi ddeterminat jekk parti sostanzjali tal-attivitajiet hijiex imwettqa fi Stat Membru, għandu jittieħed kont tal-kriterji indikattivi li ġejja:

(a)

fil-każ ta’ attività ta’ persuna impjegata, il-ħin tax-xogħol u/jew ir-remunerazzjoni; kif ukoll

(b)

fil-każ ta’ attività ta’ persuna li taħdem għal rasha, it-turnover, il-ħin tax-xogħol, in-numru ta’ servizzi mogħtija u/jew id-dħul.

Fil-qafas ta’ evalwazzjoni globali, sehem ta’ anqas minn 25 % rigward il-kriterji msemmijin hawn fuq għandu jkun indikazzjoni li parti sostanzjali tal-attivitajiet kollha mhijiex imwettqa fl-Istat Membru relevanti.

(9)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku, iċ-“ċentru ta’ interess” tal-attivitajiet ta’ persuna li taħdem għal rasha għandu jiġi ddeterminat billi jiġu kkunsidrati l-aspetti kollha tal-attivitajiet professjonali ta’ dik il-persuna, notevolment il-post fejn qiegħed l-indirizz fiss u permanenti tan-negozju tal-persuna, in-natura abitwali jew it-tul ta’ żmien tal-attivitajiet imwettqa, in-numru ta’ servizzi li jingħataw, u l-intenzjoni tal-persuna kkonċernata kif jidher miċ-ċirkostanzi kollha.

(10)   Sabiex tiġi determinata l-leġislazzjoni applikabbli taħt il-paragrafi 7 u 8, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni proġettata għat-tnax-il xahar kalendarji li jkunu ġejjin.

(11)   Jekk persuna twettaq l-attività tagħha bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar f’isem persuna li tħaddem stabbilita barra t-territorju tal-Unjoni, u jekk din il-persuna tirrisjedi fi Stat Membru mingħajr ma twettaq attività sostanzjali hemmhekk, hija għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza.

Artikolu 15

Proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(b) u (d), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku (dwar id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni għall-istituzzjonijiet konċernati)

(1)   Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Artikolu 16 tar-Regolament implimentattiv, fejn persuna twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru li m’huwiex l-Istat Membru kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, il-persuna li tħaddem jew, fil-każ ta’ persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu hija applikabbli l-leġislazzjoni, kull meta ikun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha mingħajr dewmien tagħmel l-informazzjoni dwar il-leġislazzjoni li tkun applikabbli għall-persuna kkonċernata, taħt l-Artikoli 11 (3) (b) jew l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, disponibbli għall-persuna kkonċernata u għall-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tiġi mwettqa l-attività.

(2)   Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għal persuni koperti mill-Artikolu 11(3)(d) tar-Regolament bażiku.

(3)   Persuna li tħaddem fis-sens tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku li għandu impjegat abbord bastiment li fuqu tkun qed tittajjar il-bandiera ta’ Stat Membru ieħor għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli kull meta jkun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-leġislazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, taħt l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-bandiera tiegħu tkun qed tittajjar fuq il-bastiment li fuqu l-persuna impjegata għandha twettaq l-attività tagħha.

Artikolu 16

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku

(1)   Persuna li twettaq attivitajiet f’żewġ Stati Membri jew aktar għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija tirrisjedi.

(2)   L-istituzzjoni nominata tal-post ta’ residenza għandha, mingħajr dewmien, tiddetermina l-leġislazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, b’kont meħud tal-miżuri tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u tal-Artikolu 14 tar-Regolament implimentattiv. Dik id-determinazzjoni iniżjali għandha tkun provviżorja. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjonijiet nominati ta’ kull Stat Membru li fih qed titwettaq attività tad-determinazzjoni provviżorja tagħha.

(3)   Id-determinazzjoni provviżorja tal-leġislazzjoni applikabbli, kif previst fil-paragrafu 2, għandha ssir definittiva fi żmien xahrejn minn meta l-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tkun ġiet informata biha, taħt il-paragrafu 2, sakemm il-leġislazzjoni ma tkunx diġà ġiet determinata b’mod definittiv abbażi tal-paragrafu 4, jew tal-anqas waħda mill-istituzzjonijiet konċernati ma tinfurmax lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza sa tmiem dan il-perijodu ta’ xahrejn li hi għadha ma tistax taċċetta d-determinazzjoni jew li għandha fehma oħra dwar dan.

(4)   Meta xi inċertezza dwar id-determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli teħtieġ kuntatti bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, għat-talba ta’ istituzzjoni jew aktar nominati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, il-leġislazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata għandha tiġi determinata minn ftehim komuni, b’kont meħud tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 14 tar-Regolament implimentattiv.

Fejn ikun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, dawk il-korpi għandhom ifittxu qbil taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tar-Regolament implimentattiv.

(5)   L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija determinat bħala applikabbli jew b’mod provviżorju jew b’mod definittiv għandha tinforma mingħajr dewmien lill-persuna kkonċernata.

(6)   Jekk il-persuna kkonċernata tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dan l-Artikolu għandu jiġi applikat fuq l-inizjattiva tal-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza malli hija tiġi mgħarrfa bis-sitwazzjoni ta’ dik il-persuna, possibbilment permezz ta’ istituzzjoni oħra kkonċernata.

Artikolu 17

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku

Il-persunal kuntrattwali tal-Kommunitajiet Ewropej għandu jeżerċita d-dritt ta’ għażla previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku meta l-kuntratt ta’ impjieg jiġi konkluż. L-awtorità li tista’ tikkonkludi l-kuntratt għandha tinforma lill-istituzzjoni nominata tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu ġiet magħżula mill-membru tal-persunal kuntrattwali tal-Kommunitajiet Ewropej.

Artikolu 18

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku

Talba mill-persuna li tħaddem jew mill-persuna kkonċernata għal eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15 tar-Regolament bażiku għandhom jiġu sottomessi, kull meta possibbli bil-quddiem, lill-awtorità kompetenti jew lill-korp magħżul mill-awtorità tal-Istat Membru, li tiegħu l-persuna impjegata jew persuna kkonċernata titlob biex tapplika l-leġislazzjoni.

Artikolu 19

L-għoti ta’ informazzjoni lil persuni kkonċernati u lil min iħaddem

(1)   L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-leġislazzjoni ssir applikabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tinforma lill-persuna kkonċernata u, fejn ikun il-każ, lil min iħaddimha (iħaddmuha) dwar l-obbligi stabbiliti f’dik il-leġislazzjoni. Hija għandha tagħtihom l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet mitluba minn dik il-leġislazzjoni.

(2)   Fuq talba tal-persuna kkonċernata jew ta’ min iħaddimha, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-leġislazzjoni hija applikabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tipprovdi attestazzjoni li tali leġislazzjoni hija applikabbli u għandha tindika, fejn ikun il-każ, sa liema data u taħt liema kondizzjonijiet.

Artikolu 20

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

(1)   L-istituzzjonijiet relevanti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru, li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita d-data li fiha din il-leġislazzjoni ssir applikabbli u l-kontribuzzjonijiet li dik il-persuna u l-prinċipal jew prinċipali tagħha jkunu obbligati jħallsu taħt din il-leġislazzjoni.

(2)   L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu ssir applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni li tindika d-data li fiha l-applikazzjoni ta’ dik il-leġislazzjoni tidħol b’effett lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li dik il-persuna kienet suġġetta l-aħħar għal-leġislazzjoni tiegħu.

Artikolu 21

Obbligi ta’ min iħaddem

(1)   Persuna li tħaddem li jkollha l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħha barra mill-Istat Membru kompetenti għandha l-obbligu li tissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti mil-leġislazzjoni applikabbli għall-impjegati tagħha, notevolment l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet previsti b’dik il-leġislazzjoni, bħallikieku huwa kellu l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tiegħu fl-Istat Membru kompetenti.

(2)   Persuna li tħaddem li m’għandhiex post tan-negozju fl-Istat Membru li tiegħu tkun applikabbli l-leġislazzjoni u l-persuna impjegata jistgħu jaqblu li din tal-aħħar tista’ tissodisfa l-obbligi ta’ min iħaddimha f’isimha fir-rigward tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-obbligi sottostanti ta’ min iħaddem. Il-persuna li tħaddem għandha tibgħat avviż ta’ tali arranġament lill-istituzzjoni kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR ID-DIVERSI KATEGORIJI TA’ BENEFIĊĊJI

KAPITOLU I

Benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni

(1)   L-awtoritajiet jew istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni assigurati dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ benefiċċji in natura meta dawn il-benefiċċji jkunu riċevuti fit-territorju ta’ Stat Membru divers minn dak tal-istituzzjoni kompetenti.

(2)   Minkejja l-Artikolu 5 (a) tar-Regolament bażiku, Stat Membru jista’ jsir responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament bażiku biss jekk il-persuna assigurata tkun għamlet talba għal pensjoni taħt il-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, jew taħt l-Artikoli 23 sa 30 tar-Regolament bażiku tkun tirċievi pensjoni taħt il-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 23

Skema applikabbli fil-każ ta’ aktar minn skema waħda fl-Istat Membru ta’ residenza jew taż-żjara

Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza jew taż-żjara tinkludi iktar minn skema waħda ta’ assigurazzjoni marbuta mal-mard, assigurazzjoni ta’ maternità u ta’ paternità għal aktar minn kategorija waħda ta’ persuni assigurati, id-dispożizzjonijiet applikabbli taħt l-Artikolu 17, 19(1), 20, 22, 24 u 26 tar-Regolament bażiku għandhom ikunu dawk tal-leġislazzjoni dwar l-iskema ġenerali għal persuni impjegati.

Artikolu 24

Residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

(1)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata u/jew il-membri tal-familja tagħha għandhom l-obbligu li jirreġistraw mal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. Id-dritt tagħhom għal benefiċċji in natura fl-Istat Membru ta’ residenza għandu jkun iċċertifikat minn dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti fuq talba tal-persuna assigurata jew fuq talba tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

(2)   Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibqa’ validu sakemm l-istituzzjoni kompetenti tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza bil-kanċellazzjoni tiegħu.

L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b’kull reġistrazzjoni taħt il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe bidla jew kanċellazzjoni ta’ dik ir-reġistrazzjoni.

(3)   Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-persuni msemmija fl-Artikoli 22, 24, 25 u 26 tar-Regolament bażiku.

Artikolu 25

Żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

(1)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta lil min jipprovdi l-kura tas-saħħa fl-Istat Membru taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tagħha li jindika l-intitolament tagħha għal benefiċċji in natura. Jekk il-persuna assigurata m’għandhiex dokument bħal dan, l-istituzzjoni tal-post taż-żjara, fuq talba jew jekk meħtieġ mod ieħor, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti sabiex tikseb dokument bħal dan.

(2)   Dak id-dokument għandu jindika li l-persuna assigurata hija intitolata għal benefiċċji in natura taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku bl-istess termini bħal dawk applikabbli għal persuni assigurati taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru taż-żjara.

(3)   Il-benefiċċji in natura msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku għandhom jirriferu għall-benefiċċji in natura li jkunu provduti fl-Istat Membru taż-żjara, konformement mal-leġislazzjoni tiegħu, u li jsiru meħtieġa fuq bażi medika bil-ħsieb li jiġi prevenut li persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna, qabel it-tmiem tat-terminu taż-żjara ppjanata, fl-Istat Membru kompetenti biex tikseb il-kura li teħtieġ.

(4)   Jekk il-persuna assigurata fil-fatt tkun ġarrbet l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija fil-qafas tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u jekk il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara tippermetti l-ħlas lura ta’ dawk l-ispejjeż lill-persuna assigurata, hija tista’ tindirizza talba sabiex titħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. F’dak il-każ, dik l-istituzzjoni għandha tħallas lura direttament lil dik il-persuna l-ammont tal-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawn il-benefiċċji fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta’ ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha.

(5)   Jekk il-ħlas lura ta’ dawn l-ispejjeż ma ntalabx direttament mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, l-ispejjeż għandhom jiġu mħallsa lura lill-persuna kkonċernata mill-istituzzjoni kompetenti abbażi tar-rati ta’ ħlas lura amministrati mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew l-ammonti li kienu jkunu suġġetti għal rimbroż lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jekk l-Artikolu 62 tar-Regolament implimentattiv applikaw fil-każ konċernat.

L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha l-obbligu li tipprovdi lill-istituzzjoni kompetenti, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa kolla dwar dawn ir-rati jew ammonti.

(6)   B’deroga mill-Paragrafu 6, l-istituzzjoni kompetenti tista’ tipproċedi għall-ħlas lura tal-ispejjeż li tħallsu fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta’ ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha, sakemm il-persuna assigurata tkun qablet li din id-dispożizzjoni tiġi applikata għaliha.

(7)   Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru taż-żjara ma tipprovdix għal ħlas lura taħt il-paragrafi 5 u 6 fil-każ konċernat, l-istituzzjoni kompetenti tista’ tħallas lura l-ispejjeż fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta’ ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha, mingħajr ma jkun meħtieġ il-qbil tal-persuna assigurata.

(8)   Il-ħlas lura lill-persuna assigurata m’għandux, fi kwalunkwe każ, jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż fil-fatt imħallsa minnha.

(9)   Fil-każ ta’ infiq sostanzjali, l-istituzzjoni kompetenti tista’ tħallas lill-persuna assigurata ammont adegwat bil-quddiem malli dik il-persuna tippreżentalha t-talba għal ħlas lura.

(10)   Il-paragrafi 1 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 26

Kura ppjanata

(1)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura ppjanata; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) u 27(5) tar-Regolament bażiku, fejn il-benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru ta’ residenza jitħallsu lura abbażi ta’ ammonti fissi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser li hija l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

(2)   Jekk persuna assigurata ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti, hi għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien.

F’dak il-każ, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tiċċertifika f’dikjarazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti fl-Istat Membru ta’ residenza.

L-istituzzjoni kompetenti tista’ tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni rikjesta biss jekk, abbażi tal-evalwazzjoni tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku ma jkunux sodisfatti fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess kura tista’ tiġi pprovduta fl-Istat Membru kompetenti stess, f’limitu ta’ żmien li huwa medikament ġustifikabbli, b’kont meħud tal-istat attwali tas-saħħa u l-kors probabbli tal-marda tal-persuna kkonċernata.

L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza bid-deċiżjoni tagħha.

Fl-assenza ta’ tweġiba sal-iskadenzi stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti.

(3)   Jekk persuna assigurata li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti teħtieġ kura meħtieġa urġenti u vitali u l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi miċħuda, taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza f’isem l-istituzzjoni kompetenti li għandha tiġi informata immedjatament mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

L-istituzzjoni kompetenti għandha taċċetta l-konklużjonijiet u l-għażliet ta’ kura deċiżi mit-tobba approvati mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni relatata mal-bżonn ta’ kura meħtieġa urġenti u vitali.

(4)   Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura tal-għoti tal-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li teżamina l-persuna assigurata permezz ta’ tabib tal-għażla tagħha stess fl-Istat Membru taż-żjara jew ta’ residenza.

(5)   L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni rigward awtorizzazzjoni, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti jekk ikun jidher medikament xieraq li tiġi ssupplimentata il-kura koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti.

(6)   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, l-Artikolu 25(4) u (5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

(7)   Jekk il-persuna assigurata fil-fatt ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata, hi nnifisha u l-ammont tal-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew lill-persuna assigurata taħt il-paragrafu 6 (spiża reali) huwa aktar baxx mill-ispejjeż li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat Membru kompetenti (spiża nozzjonali), l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallasha lura, fuq talba tagħha, l-ispiża tal-kura mħallsa mill-persuna assigurata sal-ammont tad-differenza li biha l-ispiża nozzjonali taqbeż l-ispiża reali. Is-somma mħallsa lura ma tistax, madankollu, taqbeż l-ispejjeż fil-fatt imħallsa mill-persuna assigurata u jista’ jieħu kont tal-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura ngħatat fl-Istat Membru kompetenti.

(8)   Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara li jkunu inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata, dawn l-ispejjeż għall-persuna kkonċernata u, jekk meħtieġ, għall-persuna li għandha takkumpanjaha, għandhom jitħallsu minn din l-istituzzjoni fejn tingħata awtorizzazzjoni fil-każ ta’ kura fi Stat Membru ieħor.

(9)   Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 27

Benefiċċji mogħtija fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol f’każ ta’ żjara jew ta’ residenza fi Stat Membru divers mill-Istat kompetenti

(1)   Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti teħtieġ li l-persuna assigurata tippreżenta ċertifikat sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol taħt l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha titlob lit-tabib tal-Istat Membru ta’ residenza li stabbilixxa l-istat ta’ saħħa tagħha biex jiċċertifika l-inkapaċità għax-xogħol tagħha u t-tul ta’ żmien probabbli tagħha.

(2)   Il-persuna assigurata għandha tibgħat iċ-ċertifikat lill-istituzzjoni kompetenti fil-limitu ta’ żmien stabbilit mil-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti.

(3)   Meta t-tobba li jipprovdu l-kura fl-Istat Membru ta’ residenza ma joħorġux ċertifikati ta’ inkapaċità għax-xogħol, u fejn ċertifikati bħal dawn huma meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, il-persuna kkonċernata għandha tapplika direttament lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. Dik l-istituzzjoni għandha immedjatament torganizza eżami mediku tal-inkapaċità tal-persuna għax-xogħol u biex jitfassal iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu (1) Iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lill-istituzzjoni kompetenti minnufih.

(4)   Il-komunikazzjoni tad-dokument imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhiex teżenta lill-persuna assigurata milli twettaq l-obbligi previsti mil-leġislazzjoni applikabbli, b’mod partikulari fir-rigward ta’ min iħaddimha. Fejn ikun il-każ, min iħaddem u/jew l-istituzzjoni kompetenti jistgħu jsejħu lill-impjegat biex jipparteċipa f’attivitajiet imfassla biex jippromwovu u jgħinu r-ritorn tiegħu fl-impjieg.

(5)   Fuq talba mill-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha twettaq kwalunkwe kontroll amministrattiv jew eżami mediku meħtieġ tal-persuna kkonċernata konformement mal-leġislazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni tal-aħħar. Ir-rapport tat-tabib rigward, b’mod partikolari, it-tul ta’ żmien probabbli tal-inkapaċità għax-xogħol, għandu jintbagħat mingħajr dewmien mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza lill-istituzzjoni kompetenti.

(6)   L-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li l-persuna assigurata tiġi eżaminata minn tabib tal-għażla tagħha.

(7)   Mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallas benefiċċji fi flus direttament lill-persuna kkonċernata u għandha, fejn meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tagħha.

(8)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, id-dettalji taċ-ċertifikat tal-inkapaċità għax-xogħol ta’ persuna assigurata mfassal fi Stat Membru ieħor abbażi ta’ konklużjonijiet mediċi tat-tabib li jeżamina jew tal-istituzzjoni għandu jkollhom l-istess valur legali bħal ċertifikat imfassal fl-Istat Membru kompetenti.

(9)   Jekk l-istituzzjoni kompetenti tiċħad il-benefiċċji fi flus, hi għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna assigurata u fl-istess ħin lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

(10)   Il-paragrafi 1 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata tkun qed iżżur Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti.

Artikolu 28

Benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul fil-każ ta’ żjara jew residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

(1)   Sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul taħt l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tapplika għand l-istituzzjoni kompetenti. L-istituzzjoni kompetenti għandha, fejn meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tagħha.

(2)   Fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha teżamina l-kondizzjoni tal-persuna assigurata fir-rigward tal-bżonn tagħha għal kura fit-tul. L-istituzzjoni kompetenti għandha tagħti lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dan l-eżami.

(3)   Sabiex tiddetermina l-livell ta’ bżonn għal kura fit-tul, l-istituzzjoni kompetenti għandha jkollha d-dritt teżamina l-persuna assigurata permezz ta’ tabib jew espert ieħor tal-għażla tagħha.

(4)   L-Artikolu 27(7) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

(5)   Il-paragrafi 1sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata tkun qed iżżur Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti.

(6)   Il-paragrafi 1sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 29

Applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku

Jekk l-Istat Membru fejn dik il-persuna li qabel kienet ħaddiem tal-fruntiera wettqet l-aħħar l-attività tagħha m’għadux l-Istat Membru kompetenti u dik il-l-persuna li qabel kienet ħaddiem tal-fruntiera jew membru tal-familja tagħha jivvjaġġaw hemmhekk bl-għan li jirċievu benefiċċji in natura taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, huma għandhom jippreżentaw lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu 30

Kontribuzzjonijiet mill-pensjonanti

Jekk persuna tirċievi pensjoni minn iktar minn Stat Membru wieħed, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet imnaqqas mill-pensjonijiet kollha mħallsin m’għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun ogħla mill-ammont maqtugħ rigward persuna li tirċievi l-istess ammont ta’ pensjonijiet mill-Istat Membru kompetenti.

Artikolu 31

Applikazzjoni tal-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku

(1)   L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-persuna kkonċernata dwar id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku dwar il-prevenzjoni tal-koinċidenza tal-benefiċċji. L-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandha tiżgura li l-persuna li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti tkun intitolata għal benefiċċji ta’ mill-inqas l-istess ammont jew valur bħal dawk li tkun intitolata għalih li kieku tirrisjedi f’dak l-Istat Membru.

(2)   L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma wkoll lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew żjara bil-ħlas ta’ benefiċċji fi flus ta’ kura fit-tul meta l-leġislazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni tal-aħħar tipprevedi benefiċċji in natura għal kura fit-tul, li huma inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament bażiku.

(3)   Wara r-riċezzjoni tal-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew żjara għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti bi kwalunkwe benefiċċju in natura ta’ kura għat-tul maħsuba għall-istess għan mogħtija taħt il-leġislazzjoni tagħha lill-persuna kkonċernata u bir-rata ta’ ħlas lura applikata hemm.

(4)   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni għal dan l-Artikolu fejn ikun meħtieġ.

Artikolu 32

Miżuri speċjali ta’ implimentazzjoni

(1)   Meta persuna jew grupp ta’ persuni jiġu eżentati fuq talba mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard u dawn il-persuni għalhekk ma jkunux koperti minn skema ta’ assigurazzjoni kontra l-mard li għaliha japplika r-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor m’għandhiex, minħabba din l-eżenzjoni biss, issir responsabbli mill-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus provduti lil dawn il-persuni jew lil membru tal-familja tagħhom taħt it-Titolu III, Kapitolu I, tar-Regolament bażiku.

(2)   Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness 2, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu I, tar-Regolament bażiku rigward il-benefiċċji in natura għandu japplika għal persuni intitolati għal benefiċċji in natura abbażi biss ta’ skema speċjali għal ħaddiema taċ-ċivil sal-punt speċifikat fiha biss.

L-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor m’għandhiex, minħabba dawk ir-raġunijiet biss, issir responsabbli mill-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus pprovduti lil dawk il-persuni jew lil membri tal-familja tagħhom.

(3)   Meta l-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-membri tal-familji tagħhom joqgħodu fi Stat Membru, fejn id-dritt li tirċievi benefiċċji in natura mhux suġġett għal kondizzjonijiet ta’ assigurazzjoni, jew ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, huma għandhom ikunu responsabbli li jħallsu l-ispejjeż kollha ta’ benefiċċji in natura provduti fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom.

KAPITOLU II

Benefiċċji marbutin ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol

Artikolu 33

Dritt għall-benefiċċji in natura u fi flus f’każ ta’ residenza jew ta’ żjara fi Stat Membru divers mil l-Istat Membru kompetenti

(1)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 36 tar-Regolament bażiku, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 24 sa 27 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(2)   Meta jingħataw benefiċċji speċjali in natura fir-rigward ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru taż-żjara jew ta’ residenza, l-istituzzjoni ta’ dak l-Istat Membru għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu 34

Proċedura f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħew fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

(1)   Jekk iseħħ inċident fuq il-post tax-xogħol jew tiġi dijanjostikata marda marbuta max-xogħol għall-ewwel darba fi Stat membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti, id-dikjarazzjoni jew notifika tal-inċident fuq il-post tax-xogħol jew tal-marda marbuta max-xogħol, fejn id-dikjarazzjoni jew notifika teżisti taħt il-leġislazzjoni nazzjonali, għandha ssir konformement mal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, mingħajr preġudizzju, fejn ikun il-każ, għal dispożizzjonijiet legali oħra applikabbli fl-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew fejn ġiet dijanjostikata marda marbuta max-xogħol għall-ewwel darba, li jibqgħu applikabbli f’każijiet bħal dawn. Id-dikjarazzjoni jew in-notifika għandhom jiġu indirizzati lill-istituzzjoni kompetenti.

(2)   L-istituzzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih il-marda marbuta max-xogħol ġiet dijanjostikata għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-istituzzjoni kompetenti dwar ċertifikati mediċi maħruġa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

(3)   Fejn, bħala riżultat ta’ inċident matul l-ivvjaġġar lejn jew mill-post tax-xogħol li jseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti, jeħtieġ li ssir inkjesta fit-territorju tal-ewwel Stat Membru sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe dritt għall-benefiċċji relevanti, tista’ tinħatar persuna għal dan il-għan mill-istituzzjoni kompetenti, li għandha tinforma lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jevalwaw l-informazzjoni relevanti kollha u sabiex jikkonsultaw ir-rapporti u kwalunkwe dokument ieħor relatati mal-inċident.

(4)   Wara t-trattament, għandu jintbagħat fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, rapport dettaljat akkumpanjat minn ċertifikati mediċi relatati mal-konsegwenzi permanenti tal-inċident jew tal-marda, b’mod partikolari l-istat preżenti tal-persuna korruta u l-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti. L-onorarji relevanti għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza, fejn ikun il-każ, bir-rata applikata minn din l-istituzzjoni bir-responsabbiltà tal-istituzzjoni kompetenti.

(5)   Fuq it-talba tal-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza, fejn ikun il-każ, l-istituzzjoni kompetenti għandha tinnotifikaha bid-deċiżjoni li tistabbilixxi d-data għall-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti u, fejn ikun il-każ, id-deċiżjoni rigward l-għoti ta’ pensjoni.

Artikolu 35

Disputi rigward in-natura okkupazzjonali tal-inċident jew il-marda

(1)   Meta l-istituzzjoni kompetenti tikkontesta l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni relatata ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma’ mard marbut max-xogħol taħt l-Artikolu 36(2) tar-Regolament bażiku, hija għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza li pprovdiet il-benefiċċji in natura, li mbagħad jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji ta’ assigurazzjoni għall-mard.

(2)   Meta deċiżjoni definittiva tittieħed fuq dan is-suġġett, l-istituzzjoni kompetenti tavża b’dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza li tkun tat il-benefiċċji in natura.

Fejn ma jiġux stabbiliti inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol, il-benefiċċji in natura għandhom jibqgħu jingħataw bħala benefiċċji tal-mard jekk il-persuna kkonċernata tkun intitolata għalihom.

F’każ li jiġu stabbiliti inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol, il-benefiċċji tal-mard in natura mogħtija lill-persuna kkonċernata għandhom jitqiesu bħala benefiċċji għal inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol mid-data li fiha seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew mid-data li fiha ġiet medikament iddijanjostikata għall-ewwel darba l-marda marbuta max-xogħol.

(3)   It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 36

Proċedura f’każ ta’ espożizzjoni għar-riskju ta’ marda marbuta max-xogħol f’iktar minn Stat Membru wieħed

(1)   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament bażiku, id-dikjarazzjoni jew in-notifika tal-marda marbuta max-xogħol għandhom jintbagħtu lill-istituzzjoni kompetenti għal mard marbut max-xogħol tal-aħħar Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x’aktarx tikkaġuna dik il-marda.

Meta l-istituzzjoni li lilha ntbagħtu d-dikjarazzjoni jew in-notifika tistabbilixxi li attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni ġiet eżerċitata l-aħħar taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, hija għandha tibgħat d-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta’ akkumpanjament lill-istituzzjoni ekwivalenti f’dak l-Istat Membru.

(2)   Fejn l-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat l-attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni tistabbilixxi li l-persuna kkonċernata jew is-superstiti tagħha ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dik il-leġislazzjoni, fost oħrajn, għax il-persuna kkonċernata qatt ma eżerċitat f’dak l-Istat Membru attività li kkaġunat il-marda marbuta max-xogħol jew għax dak l-Istat Membru ma jirrikonoxxix in-natura okkupazzjonali tal-marda, l-istituzzjoni msemmija għandha tibgħat mingħajr dewmien id-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta’ akkumpanjament, inklużi l-konklużjonijiet u r-rapporti ta’ eżamijiet mediċi mwettqa mill-ewwel istituzzjoni lill-istituzzjoni tal-Istat Membru preċedenti li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni.

(3)   Fejn ikun il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom jirripetu l-proċedura prevista fil-paragrafu 2 u jmorru lura sal-istituzzjoni ekwivalenti fl-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat għall-ewwel darba l-attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni.

Artikolu 37

Skambju ta’ informazzjoni bejn istituzzjonijiet u ħlas bil-quddiem f’każ ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda

(1)   F’każ ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ benefiċċji meħuda mill-istituzzjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni, dik l-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjoni li lilha ntbagħtu d-dikjarazzjoni jew in-notifika, konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament implimentattiv, u għandha sussegwentement tinformaha, meta tittieħed id-deċiżjoni finali.

(2)   Jekk id-dritt għall-benefiċċji huwa mogħti taħt il-leġislazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet trasmessa d-dikjarazzjoni jew in-notifika, dik l-istituzzjoni għandha tagħmel il-ħlasijiet bil-quddiem, li l-ammonti tagħhom għandhom ikunu determinati, fejn ikun il-każ, wara konsultazzjoni mal-istituzzjoni li kontra d-deċiżjoni tagħha nbeda l-appell, u b’mod li jkun evitat l-eċċess ta’ ħlas. Din l-istituzzjoni tal-aħħar għandha tagħti lura l-ammont ta’ ħlasijiet bil-quddiem jekk, wara l-appell, hija marbuta li tagħti l-benefiċċji. Dan l-ammont imbagħad jitnaqqas mill-benefiċċji dovuti lill-persuna kkonċernata, konformement mal-proċedura prevista fl-Artikoli 72 u 73 tar-Regolament implimentattiv.

(3)   It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 38

Aggravament ta’ marda marbuta max-xogħol

Fil-każijiet koperti mill-Artikolu 39 tar-Regolament bażiku, l-applikant għandu jipprovdi lill-istituzzjoni fl-Istat Membru li mingħandha qed jitlob id-drittijiet għal benefiċċji bid-dettalji li jikkonċernaw benefiċċji preċedenti għall-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni. Din l-istituzzjoni tista’ tindirizza kull istituzzjoni oħra li qabel kienet kompetenti biex tikseb l-għarfien li hija tħoss meħtieġ.

Artikolu 39

Evalwazzjoni tal-grad ta’ inkapaċità f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħu preċedentement jew sussegwentement

Fejn l-inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti kienet ikkawżata minn inċident li seħħ meta l-persuna kkonċernata kienet suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru li ma jagħmel ebda distinzjoni abbażi tal-oriġini tal-inkapaċità għax-xogħol, l-istituzzjoni kompetenti jew il-korp nominat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru in kwistjoni għandhom:

(a)

fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, jipprovdu informazzjoni dwar il-grad ta’ inkapaċità għax-xogħol preċedenti jew sussegwenti, u fejn possibbli, informazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-inkapaċità hijiex riżultat tal-inċident fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni fl-Istat Membru l-ieħor;

(b)

jieħdu kont tal-grad ta’ inkapaċità kkawżat minn dawn il-każijiet preċedenti jew sussegwenti meta jiġi ddeterminat id-dritt għal benefiċċji u l-ammont, taħt il-leġislazzjoni applikabbli.

Artikolu 40

Preżentazzjoni u investigazzjoni ta’ talbiet għal pensjonijiet jew sussidji supplimentari

Sabiex jibbenefikaw minn pensjoni jew minn sussidju supplimentari taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, il-persuna konċernata jew is-superstiti tagħha li jirrisjedu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom jippreżentaw, fejn ikun il-każ, talba lill-istituzzjoni kompetenti jew lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li għandha tibgħatha lill-istituzzjoni kompetenti.

It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni rikjesta taħt il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu 41

Miżuri speċjali ta’ implimentazzjoni

(1)   Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness 2, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu 2, tar-Regolament bażiku rigward il-benefiċċji in natura għandhom japplikaw għal persuni intitolati għal benefiċċji in natura abbażi biss ta’ skema speċjali għal ħaddiema taċ-ċivil sal-punt speċifikat fiha biss.

(2)   It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(2) u l-Artikolu 32(3) tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

KAPITOLU III

Għotjiet marbutin ma’ mewt

Artikolu 42

Talba għal għotjiet marbutin ma’ mewt

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 42 u 43 tar-Regolament bażiku, it-talba għal għotjiet marbutin ma’ mewt għandha tintbagħat jew lill-istituzzjoni kompetenti jew lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tal-applikant, li għandha tibgħatha lill-istituzzjoni kompetenti.

It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa taħt il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti.

KAPITOLU IV

Benefiċċji marbutin mal-invalidità u pensjonijiet tal-età u tas-superstiti.

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu ta’ benefiċċju

(1)   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont teoretiku u tal-ammont attwali tal-benefiċċju taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku, għandhom japplikaw ir-regoli previsti fl-Artikolu 12(3), (4) u (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv.

(2)   Fejn perijodi ta’ assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja ma ġewx ikkunsidrati taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu ingħalqu dawk il-perijodi għandha tikkalkula l-ammont li jikkorrispondi għal dawk il-perijodi taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika. L-ammont attwali tal-benefiċċju, ikkalkulat taħt l-Artikolu 52(1)(b), tar-Regolament bażiku, għandu jiżdied bl-ammont li jikkorrispondi għall-perijodi ta’ assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja.

(3)   L-istituzzjoni ta’ kull Stat Membru għandha tikkalkula, konformement mal-leġislazzjoni li hija tapplika, l-ammont dovut li jikkorrispondi għall-perijodi ta’ assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja li, taħt l-Artikolu 53(3)(c) tar-Regolament bażiku, m’għandhomx ikunu suġġetti għar-regoli ta’ Stat Membru ieħor li jirrelataw mal-waqfien, riduzzjoni jew sospensjoni.

Fejn il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti ma tippermettilhiex li tiddetermina dan l-ammont direttament għar-raġunijiet li dik il-leġislazzjoni talloka valuri differenti lill-perijodi tal-assigurazzjoni, jista’ jkun stabbilit ammont nozzjonali. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għad-determinazzjoni ta’ dak l-ammont nozzjonali.

Artikolu 44

Kunsiderazzjoni tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal

(1)   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “perijodu għat-trobbija tat-tfal” għandha tirriferi għal kwalunkwe perijodu li huwa kreditat taħt il-leġislazzjoni tal-pensjonijiet ta’ Stat Membru jew li jipprovdi suppliment għal pensjoni espliċitament għal raġuni li persuna tkun rabbiet tifel/tifla, irrispettivament mill-metodu użat biex tikkalkula dawk il-perijodi u jekk jakkumulawx matul iż-żmien tat-trobbija tal-tfal jew jiġux rikonoxxuti retroattivament.

(2)   Fejn, taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li huwa kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, ma jittieħed kont ta’ ebda perijodu għat-trobbija tat-tfal, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu, taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, kienet applikabbli għall-persuna kkonċernata abbażi li hu jew hi kienu qed iwettqu attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fid-data meta, taħt dik il-leġislazzjoni, beda jittieħed kont tal-perijodu għat-trobbija tat-tfal għat-tfal konċernati, għandha tibqa’ responsabbli sabiex jittieħed kont ta’ dak il-perijodu bħala perijodu għat-trobbija tat-tfal taħt il-leġislazzjoni tagħha, daqslikieku t-trobbija tat-tfal seħħet fit-territorju proprju tagħha.

(3)   Il-paragrafu 2 m’għandux japplika jekk il-persuna kkonċernata hija, jew issir, suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor minħabba attività bħala impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

Artikolu 45

Talba għall-benefiċċji

(1)   Sabiex jirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni tat-tip A taħt l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku, l-applikant għandu jissottometti talba lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli fiż-żmien meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol segwita minn invalidità jew l-aggravament ta’ din l-invalidità jew lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li għandha tgħaddi t-talba lill-ewwel istituzzjoni.

(2)   Jekk il-benefiċċji ta’ mard fi flus ingħataw, id-data ta’ skadenza tal-perijodu għall-għoti ta’ dawn il-benefiċċji għandha, fejn ikun il-każ, tkun ikkunsidrata bħala d-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pensjoni.

(3)   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni li magħha l-persuna kkonċernata kienet l-aħħar assigurata għandha tinforma lill-istituzzjoni li inizjalment ħallset il-benefiċċji bl-ammont u d-data tal-bidu tal-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni applikabbli. Minn dik id-data, il-benefiċċji dovuti qabel l-aggravament tal-invalidità għandhom jiġu mwaqqfin jew imnaqqsin għas-suppliment imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament bażiku.

(4)   F’sitwazzjonijiet barra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jippreżenta talba lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tiegħu jew lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli. Jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, suġġetta għal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, dik l-istituzzjoni għandha tibgħat it-talba lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli.

(5)   Id-data tal-preżentazzjoni tat-talba għandha tapplika fl-istituzzjonijiet kollha kkonċernati.

(6)   B’deroga mill-paragrafu 5, jekk l-applikant, minkejja li ntalab jagħmel dan, ma jinnotifikax il-fatt li hu kien impjegat jew kien jirrisjedi fi Stati Membri oħrajn, id-data li fiha l-applikant jagħmel t-talba inizjali tiegħu jew jippreżenta talba ġdida għall-perijodi neqsin ta’ impjieg jew/u residenza tiegħu fi Stat Membru għandha tiġi kkunsidrata bħala d-data tal-preżentazzjoni tat-talba lill-istituzzjoni li tapplika l-leġislazzjoni in kwistjoni, suġġetta għal dispożizzjonijiet iktar favorevoli ta’ dik il-leġislazzjoni.

Artikolu 46

Ċertifikati u informazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mat-talba mill-applikant

(1)   It-talba għandha tiġi ppreżentata mill-applikant konformement mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) jew (4) tar-Regolament implimentattiv u għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa minn dik il-leġislazzjoni. B’mod partikulari, l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha li hija disponibbli kif ukoll id-dokumenti kollha ta’ sostenn relatati ma’ perijodi ta’ assigurazzjoni (istituzzjonijiet, numri ta’ identifikazzjoni), ta’ impjieg (min iħaddem) jew ta’ impjieg għal rasu (it-tip u l-post tal-attività) u ta’ residenza (indirizzi) li setgħu kienu magħmula taħt leġislazzjoni oħra, kif ukoll it-tul ta’ dawk il-perijodi.

(2)   Fejn, taħt l-Artikolu 50(1) tar-Regolament bażiku, l-applikant jitlob differiment għall-għoti ta’ benefiċċji tal-età taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, hu/hi għandu jiddikjara dan fit-talba tiegħu u jispeċifika taħt liema leġislazzjoni qed jintalab differiment. Sabiex l-applikant ikun jista’ jeżerċita dan id-dritt, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom, fuq talba tal-applikant, jinnotifikawh bl-informazzjoni kollha disponibbli lilhom, sabiex hu jkun jista’ jevalwa l-konsegwenzi ta’ għoti konkorrenti jew suċċessiv ta’ benefiċċji li hu/hi jista’ jitlob.

(3)   Jekk l-applikant iwaqqaf it-talba għall-benefiċċji prevista taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru partikolari, dak il-waqfien m’għandux jitqies bħala waqfien konkorrenti ta’ talbiet għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stati Membri oħrajn.

Artikolu 47

Investigazzjoni ta’ talbiet mill-istituzzjonijiet konċernati

(1)   L-istituzzjoni li lilha tiġi preżentata jew mgħoddija t-talba għall-benefiċċji taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45(1) jew (4) tar-Regolament implimentattiv minn issa ‘l quddiem ser issir referenza għaliha bħala l-“istituzzjoni ta’ kuntatt”. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza m’għandhiex issirilha referenza bħala l-istituzzjoni ta’ kuntatt jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, suġġetta għal-leġislazzjoni li tapplika dik l-istituzzjoni.

Barra li tinvestiga t-talba għall-benefiċċji konformement mal-leġislazzjoni li hija tapplika, din l-istituzzjoni għandha, fil-kapaċità tagħha bħala istituzzjoni ta’ kuntatt, tippromwovi l-iskambju ta’ data, il-komunikazzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-operazzjonijiet meħtieġa għall-investigazzjoni tat-talba mill-istituzzjonijiet konċernati, u tipprovdi lill-applikant, fuq talba, bi kwalunkwe informazzjoni relevanti għall-aspetti Komunitarji tal-investigazzjoni u żżommu informat bil-progress tagħha.

(2)   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha tibgħat id-dokumenti kollha relatati mal-persuna kkonċernata lill-istituzzjoni li magħha huwa/hija kien/et preċedentement assigurat/a, li min-naħa tagħha għandha teżamina l-każ.

(3)   L-Artikoli 48 sa 52 tar-Regolament implimentattiv m’għandhomx ikunu applikabbli għall-investigazzjoni ta’ talbiet imsemmijin fl-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku.

(4)   F’sitwazzjonijiet ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha, mingħajr dewmien, tibgħat t-talbiet għall-benefiċċji u d-dokumenti kollha li hija għandha disponibbli u, fejn ikun il-każ, id-dokumenti relevanti ppreżentati mill-applikant lill-istituzzjonijiet kollha konċernati sabiex dawn ikunu kollha jistgħu jibdew l-investigazzjoni tat-talba fl-istess żmien. L-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-perijodi ta’ assigurazzjoni jew residenza suġġetti għal-leġislazzjoni tagħha. Hija għandha tindika wkoll liema dokumenti għandhom ikunu ppreżentati f’data aktar tard u tissupplementa t-talba kemm jista’ jkun malajr.

(5)   Kull waħda mill-istituzzjonijiet in kwistjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta’ kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn in kwistjoni, kemm jista’ jkun malajr, bil-perijodi tal-assigurazzjoni jew tar-residenza suġġetti għal-leġislazzjoni tagħhom.

(6)   Kull waħda mill-istituzzjonijiet in kwistjoni għandha tikkalkula l-ammont ta’ benefiċċji b’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament bażiku u għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta’ kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn konċernati bid-deċiżjoni tagħha, bl-ammont ta’ benefiċċji dovut u bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-Artikoli 53 sa 55 tar-Regolament bażiku.

(7)   Jekk istituzzjoni tistabbilixxi, abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, li l-Artikolu 46(2) jew l-Artikolu 57(2) jew (3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli, għandha tinforma lill-istituzzjoni ta’ kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn konċernati.

Artikolu 48

Notifika ta’ deċiżjonijiet lill-applikant

(1)   Kull istituzzjoni għandha tinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni li tkun ħadet taħt il-leġislazzjoni applikabbli. Kull deċiżjoni għandha tispeċifika r-rimedji u l-perijodi permessi għal appelli. Ladarba l-istituzzjoni ta’ kuntatt tkun ġiet notifikata bid-deċiżjonijiet kollha meħudin minn kull istituzzjoni, hi għandha tibgħat sommarju ta’ dawk id-deċiżjonijiet lill-applikant u lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati. Mudell tas-sommarju għandu jitfassal mill-Kummissjoni Amministrattiva. Is-sommarju għandu jintbagħat lill-applikant fil-lingwa tal-istituzzjoni jew, fuq talba tal-applikant, fi kwalunkwe lingwa li tal-għażla tiegħu rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet Komunitarji taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat.

(2)   Fejn wara li jirċievi riċevuta tas-sommarju, l-applikant jidhirlu li d-drittijiet tiegħu setgħu ġew milquta ħażin mill-interazzjoni ta’ deċiżjonijiet meħuda minn żewġ istituzzjonijiet jew aktar, il-applikant għandu jkollu d-dritt għal reviżjoni tad-deċiżjonijiet mill-istituzzjonijiet konċernati fil-limiti ta’ żmien stabbilit fil-leġislazzjoni nazzjonali rispettiva. Il-limiti ta’ żmien għandhom jibdew mid-data ta’ meta kien riċevut is-sommarju. L-applikant għandu jiġi notifikat bir-riżultat tar-reviżjoni bil-miktub.

Artikolu 49

Determinazzjoni tal-grad ta’ invalidità

(1)   Fejn l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli, l-unika istituzzjoni awtorizzata biex tieħu deċiżjoni li tikkonċerna l-grad ta’ invalidità tal-applikant għandha tkun l-istituzzjoni ta’ kuntatt, jekk il-leġislazzjoni li tapplika din l-istituzzjoni hija inkluża fl-Anness VII tar-Regolament bażiku, jew fin-nuqqas ta’ dan, l-istituzzjoni li l-leġislazzjoni tagħha hija inkluża fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament u li għal-leġislazzjoni tagħha l-applikant kien suġġett l-aħħar. Hija għandha tieħu din id-deċiżjoni malli tkun tista’ tiddetermina jekk intlaħqux il-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli, waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni, fejn ikun il-każ, l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati b’din id-deċiżjoni

Fejn il-kriterji ta’ eliġibbiltà, minbarra dawk relatati mal-grad ta’ invalidità, stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli ma jintlaħqux, waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha tinforma mingħajr dewmien lill-istituzzjoni kompetenti tal-aħħar Stat Membri li għal-leġislazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett. L-istituzzjoni tal-aħħar għandha tkun awtorizzata tieħu d-deċiżjoni dwar il-grad ta’ invalidità tal-applikant jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli. Hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-istituzzjonijiet oħrajn konċernati b’din id-deċiżjoni

Meta tkun qed tiġi determinata l-eliġibbiltà, il-kwistjoni tista’, fejn ikun meħtieġ, tiġi riferuta lura, taħt l-istess kondizzjonijiet, lill-istituzzjoni kompetenti, fir-rigward tal-invalidità, tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett l-ewwel.

(2)   Fejn l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku m’huwiex applikabbli, għanu jkun possibbli għal kull istituzzjoni, konformement mal-leġislazzjoni tagħha, li jkollha l-applikant eżaminat minn tabib jew espert ieħor tal-għażla tagħha sabiex jiġi ddeterminat il-grad tal-invalidità. Madankollu, l-istituzzjoni ta’ Stat Membru għandha tikkunsidra d-dokumenti, ir-rapporti mediċi u l-informazzjoni amministrattiva miġbura mill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor daqslikieku tfasslu fl-Istat Membru tagħha stess.

Artikolu 50

Ħlasijiet rateali provviżorji u ħlas bil-quddiem ta’ benefiċċji

(1)   Minkejja l-Artikolu 7 tar-Regolament implimentattiv, kwalunkwe istituzzjoni li tistabbilixxi, waqt li tkun qed tinvestiga talba għal benefiċċji, li l-applikant huwa intitolat għal benefiċċju indipendenti taħt il-leġislazzjoni applikabbli, b’konformità mal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament bażiku, għandha tħallas dan il-benefiċċju mingħajr dewmien. Dan il-ħlas għandu jiġi kkunsidrat bħala provviżorju jekk l-ammont jista’ jiġi affettwat mir-riżultat tal-proċedura ta’ investigazzjoni tat-talba.

(2)   Kull meta jirriżulta mill-informazzjoni disponibbli li l-applikant huwa eliġibbli għal ħlas minn istituzzjoni taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku, dik l-istituzzjoni għandha tagħti ħlas bil-quddiem, li l-ammont tiegħu għandu jkun l-eqreb possibbli għal dak li x’aktarx jitħallas taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku.

(3)   Kull istituzzjoni li hija obbligata tħallas il-benefiċċji provviżorji jew il-ħlas bil-quddiem taħt il-paragrafi 1 jew 2 għandha tinforma lill-applikant mingħajr dewmien, b’mod speċifiku billi tiġbed l-attenzjoni tiegħu għan-natura provviżorja tal-miżura u kwalunkwe dritt ta’ appell taħt il-leġislazzjoni tagħha.

Artikolu 51

Kalkolu ġdid ta’ benefiċċji

(1)   Fejn isir kalkolu ġdid ta’ benefiċċji taħt l-Artikoli 48(3) u (4), 50(4), u 59(1) tar-Regolament bażiku, għandu japplika, mutatis mutandis, l-Artikolu 50 tar-Regolament implimentattiv.

(2)   F’każ ta’ kalkolu ġdid, ta’ waqfien jew ta’ sospensjoni tal-benefiċċju, l-istituzzjoni li ħadet id-deċiżjoni għandha tinforma lill-persuna kkonċernata mingħajr dewmien u għandha tinforma kull waħda mill-istituzzjonijiet dwar liema l-persuna kkonċernata għandha dritt.

Artikolu 52

Miżuri maħsuba biex iħaffu l-proċess ta’ kalkolu tal-pensjoni

(1)   Sabiex tkun iffaċilitata u mgħaġġla l-investigazzjoni ta’ talbiet u l-ħlas tal-benefiċċji, l-istituzzjonijiet li għal-leġislazzjoni tagħhom persuna kienet suġġetta għandhom:

(a)

jiskambjaw ma’ jew jagħmlu disponibbli għall-istituzzjonijiet ta’ Stati Membri oħrajn l-elementi biex jiġu identifikati persuni li jibdlu minn leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għal oħra u flimkien jiżguraw li dawn l-elementi ta’ identifikazzjoni jinżammu u jikkorrispondu jew, fin-nuqqas ta’ dak, jipprovdu lil dawn il-persuni bil-mezzi għal aċċess għall-elementi ta’ identifikazzjoni tagħhom direttament;

(b)

fi żmien suffiċjenti qabel l-età minima biex jibdew id-drittijiet tal-pensjoni jew qabel età li għandha tiġi determinata permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali, jiskambjaw ma’ jew jagħmlu disponibbli għall-persuna konċernata u għal istituzzjonijiet ta’ Stati Membri oħrajn informazzjoni (perijodi magħmula jew elementi importanti oħrajn) dwar id-drittijiet tal-pensjoni ta’ persuni li bidlu minn leġislazzjoni li tapplika għal oħra jew, fin-nuqqas ta’ dak, jinfurmaw lil dawk il-persuni dwar, jew jipprovdulhom, il-mezzi biex jiffamiljarizzaw rwieħhom mad-drittijiet għal benefiċċji prospettivi tagħhom.

(2)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiddetermina l-elementi ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati jew magħmulin disponibbli u għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi adatti, filwaqt li tieħu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi, tal-organizzazzjoni amministrattiva u teknika tagħhom, u l-mezzi teknoloġiċi għad-dispożizzjoni tal-iskemi tal-pensjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta’ dawk l-iskemi tal-pensjoni billi torganizza segwitu għal miżuri li ttieħdu u għall-applikazzjoni tagħhom.

(3)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru fejn persuna tingħata Numru ta’ Identifikazzjoni Personali (PIN) għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni tas-sigurtà soċjali, għandha tingħata l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 53

Miżuri ta’ koordinazzjoni fl-Istati Membri

(1)   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51 tar-Regolament bażiku, fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tinkludi regoli biex tkun determinata l-istituzzjoni responsabbli jew l-iskema applikabbli jew biex jintagħżlu perijodi ta’ assigurazzjoni għal skema speċifika, dawk ir-regoli għandhom ikunu applikati, billi jittieħdu in konsiderazzjoni biss il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

(2)   Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tinkludi regoli għall-koordinazzjoni ta’ skemi speċjali għal impjegati taċ-ċivil u l-iskema ġenerali għal persuni impjegati, dawk ir-regoli m’għandhomx ikunu affetwati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.

KAPITOLU V

Benefiċċji għall-qgħad

Artikolu 54

Aggregazzjoni ta’ perijodi u kalkolu tal-benefiċċji

(1)   L-Artikolu 12(1) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis għall-Artikolu 61 tar-Regolament bażiku. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi sottostanti tal-istituzzjonijiet involuti, il-persuna kkonċernata tista’ tippreżenta lill-istituzzjoni kompetenti dokument maħruġ mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu hija kienet suġġetta fr-rigward tal-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fejn huma speċifikati l-perijodi magħmula taħt dik il-leġislazzjoni.

(2)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 62(3) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha għandha, mingħajr dewmien, fuq talba tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, tipprovdilha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkalkula l-benefiċċji għall-qgħad li hi tista’ tikseb fl-Istat Membru ta’ residenza, partikolarment is-salarju jew id-dħul professjonali riċevut.

(3)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 62 tar-Regolament bażiku u minkejja l-Artikolu 63 tiegħu, l-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji jvarja abbażi tan-numru tal-membri tal-familja għandha tikkunsidra wkoll il-membri tal-familja tal-persuna kkonċernata li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor daqslikieku kienu jirrisjedu fl-Istat Membru kompetenti. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax fejn, fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ membri tal-familja, persuna oħra hija intitolata għal benefiċċji għall-qgħad ikkalkulati abbażi tan-numru tal-membri tal-familja.

Artikolu 55

Kondizzjonijiet u restrizzjonijiet dwar iż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji għal persuni qiegħda li sejrin fi Stat Membru ieħor

(1)   Sabiex tkun koperta mill-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku, il-persuna qiegħda li tmur fi Stat Membru ieħor għandha, qabel it-tluq tagħha, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti u titlobha dokument li jiċċertifika li hija żżomm id-dritt għall-benefiċċji taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku.

Dik l-istituzzjoni għandha tinforma lill-persuna kkonċernata bl-obbligi tagħha u għandha tipprovdi d-dokument imsemmi hawn fuq li għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data li fiha l-persuna qiegħda waqfet li tkun disponibbli għas-servizzi tal-impjieg tal-Istat kompetenti;

(b)

il-perijodu mogħti b’konformità mal-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku għar-reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol fl-Istat Membru fejn marret il-persuna qiegħda;

(c)

il-perijodu massimu li matulu d-dritt għall-benefiċċji jista’ jinżamm b’konformità mal-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament bażiku;

(d)

iċ-ċirkostanzi li jistgħu jaffettwaw id-dritt għal benefiċċji.

(2)   Il-persuna qiegħda għandha tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru fejn hija tmur b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku u għandha tipprovdi d-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 lill-istituzzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Jekk hija tkun informat lill-istituzzjoni kompetenti taħt il-paragrafu 1 iżda tonqos milli tipprovdi dan id-dokument, l-istituzzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa.

(3)   Is-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret biex tfittex impjieg għandhom jinfurmaw lill-persuna qiegħda bl-obbligi tagħha.

(4)   L-istituzzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda tkun marret għandha immedjatament tibgħat dokument lill-istituzzjoni kompetenti bid-data li fiha l-persuna qiegħda rreġistrat mas-servizzi tal-impjieg u bl-indirizz il-ġdid tagħha.

Jekk, fil-perijodu li fih il-persuna qiegħda żżomm id-dritt għall-benefiċċji, isseħħ kwalunkwe ċirkostanza msemmija fil-paragrafu (d) li x’aktarx taffettwa d-dritt għall-benefiċċji, l-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret għandha tibgħat minnufih lill-istituzzjoni kompetenti u lill-persuna kkonċernata dokument li fih l-informazzjoni relevanti.

Fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni fl-Istat Membru fejn tkun marret il-persuna qiegħda għanda tipprovdi l-informazzjoni relevanti kull xahar dwar il-progress tas-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda, partikolarment jekk din tal-aħħar għadhiex reġistrata mas-servizzi tal-impjieg u jekk hijiex konformi mal-proċeduri organizzati ta’ verifika.

(5)   L-istituzzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda tkun marret għandha twettaq jew tirranġa biex jitwettqu kontrolli, li għandhom isiru daqslikieku l-persuna kkonċernata kienet persuna qiegħda li tirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni stess li hija taqa’ taħtha. Fejn meħtieġ, hija għandha tinforma immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti bis-seħħ ta’ kwalunkwe ċirkostanza msemmija fil-paragrafu 1(d).

(6)   L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti ta’ żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu bejniethom dwar proċeduri u limiti ta’ żmien speċifiċi dwar il-progress tas-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet għal tfittxija ta’ impjieg tal-persuni qiegħda li jmorru f’wieħed minn dawk l-Istati Membri taħt l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku.

Artikolu 56

Persuni qiegħda li kienu jirrisjedu fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

(1)   Fejn il-persuna qiegħda tiddeċiedi, taħt l-Artikolu 65(2) tar-Regolament bażiku, li tkun disponibbli wkoll għas-servizzi tal-impjieg fl-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha billi tirreġistra hemmhekk bħala persuna li qed tfittex impjieg, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni u lis-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru tal-post ta’ residenza tagħha b’dan.

Fuq it-talba tas-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru fejn il-persuna kkonċernata eżerċitat l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, is-servizzi tal-impjieg fil-post ta’ residenza għandhom jgħaddu l-informazzjoni relevanti dwar ir-reġistrazzjoni u t-tfittxija għal impjieg mill-persuna qiegħda.

(2)   Meta l-leġislazzjoni applikabbli fl-Istati Membri kkonċernati teħtieġ it-twettiq ta’ ċerti obbligi u/jew attivitajiet ta’ tfittxija ta’ mpjieg mill-persuna qiegħda, l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta’ tfittxija ta’ impjieg mill-persuna qiegħda fl-Istat Membru ta’ residenza għandu jkollhom prijorità.

Il-fatt li l-persuna qiegħda ma twettaqx l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta’ tfittxija ta’ impjieg kollha fl-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività, m’għandhomx jaffettwaw il-benefiċċji mogħtija fl-Istat Membru ta’ residenza.

(3)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 65(5)(b) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-ħaddiem kien suġġett l-aħħar għal-leġislazzjoni tiegħu għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, meta mitluba tagħmel dan minn din tal-aħħar, jekk il-ħaddiem huwiex intitolat għal benefiċċji taħt l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku.

Artikolu 57

Dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikoli 61, 62, 64 u 65 tar-Regolament bażiku rigward persuni koperti bi skema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

(1)   L-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis għal persuni koperti bi skema speċjali għall-qgħad għall-impjegati taċ-ċivil.

(2)   L-Artikolu 56 tar-Regolament implimentattiv m’għandhux japplika għal persuni koperti bi skema speċjali għall-qgħad għall-impjegati taċ-ċivil. Persuna qiegħda li hija koperta bi skema speċjali għall-qgħad għall-impjegati taċ-ċivil, li hija parzjalment jew kompletament qiegħda, u li, matul l-aħħar impjieg, kienet residenti fit-territorju ta’ Stat Membru barra l-Istat kompetenti, għandha tirċievi benefiċċji taħt l-iskema għall-qgħad għall-impjegati taċ-ċivil konformement mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti daqslikieku kienet residenti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Dawk il-benefiċċji għandhom ikunu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti, a spejjeż tagħha.

KAPITOLU VI

Benefiċċji marbutin mal-familja

Artikolu 58

Regoli dwar preċedenza fil-każ ta’ koinċidenza

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 68(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament bażiku, meta l-ordni ta’ prijorità ma tistax tiġi stabbilita abbażi tar-residenza tat-tfal, kull Stat Membru kkonċernat għandu jikkalkula l-ammont tal-benefiċċji li jinkludi lit-tfal mhux residenti fit-territorju tiegħu. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 68(1)(b)(i), l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprevedi l-ogħla ammont ta’ benefiċċji għandha tħallas l-ammont sħiħ ta’ tali benefiċċji u tingħata lura nofs din is-somma mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor sal-limitu tal-ammont previst fil-leġislazzjoni ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar.

Artikolu 59

Regoli applikabbli fejn il-leġislazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel

(1)   Fejn il-leġislazzjoni u/jew il-kompetenza applikabbli biex jingħataw benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel bejn l-Istati Membri matul xahar kalendarju, irrispettivament mid-dati tal-ħlas għal benefiċċji marbutin mal-familja taħt il-leġislazzjoni ta’ dawk l-Istati Membri, l-istituzzjoni li ħallset il-benefiċċji marbutin mal-familja bis-saħħa tal-leġislazzjoni li taħtha ngħataw il-benefiċċji fil-bidu ta’ dak ix-xahar għandha tkompli tagħmel dan sal-aħħar tax-xahar kurrenti.

(2)   Hija għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-Istat Membru jew l-Istati Membri l-oħra kkonċernati bid-data li fiha tieqaf tħallas il-benefiċċji marbutin mal-familja in kwistjoni. Il-ħlas tal-beneifċċji mill-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati l-oħra għandu jidħol fis-seħħ minn dik id-data.

Artikolu 60

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku

(1)   L-applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja għandha tiġi indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-familja kollha jekk il-persuni kollha involuti kienu suġġetti għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u residenti hemmhekk, b’mod partikolari rigward id-dritt ta’ persuna li jintalbu benefiċċji bħal dawn. Fejn persuna hi intitolata li titlob il-benefiċċji ma teżerċitax id-dritt tagħha, applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, persuna ttrattata bħala ġenitur, jew persuna jew istituzzjoni li tkun qed taġixxi bħala t-tutur tat-tifel/tifla jew tat-tfal għandha titqies mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hi applikabbli.

(2)   L-istituzzjoni li ssirilha applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha teżamina l-applikazzjoni abbażi tal-informazzjoni ddettaljata mogħtija mill-applikant, billi tikkunsidra s-sitwazzjoni de facto u legali ġenerali tal-familja tal-applikant.

Jekk dik l-istituzzjoni tikkonkludi li l-leġislazzjoni tagħha hija applikabbli bi dritt ta’ preċedenza taħt l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, hija għandha tipprovdi l-benefiċċji marbutin mal-familja konformement mal-leġislazzjoni li hi tapplika.

Jekk dik l-istituzzjoni jidhrilha li jista’ jkun hemm id-dritt għal supplement għad-differenza bis-saħħa tal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 68(2) tar-Regolament bażiku, dik l-istess istituzzjoni għandha tgħaddi l-applikazzjoni mingħajr dewmien lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u tinforma lill-persuna kkonċernata; barra minn hekk, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor bid-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni u bl-ammont ta’ benefiċċji marbutin mal-familja mħallas.

(3)   Fejn l-istituzzjoni li ssirilha l-applikazzjoni tikkonkludi li l-leġislazzjoni tagħha tkun applikabbli, iżda mhux bi dritt ta’ preċedenza taħt l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, hija għandha tieħu deċiżjoni provviżorja, mingħajr dewmien, dwar ir-regoli ta’ preċedenza li għandhom jiġu applikati u tibgħat l-applikazzjoni, taħt l-Artikolu 68(3) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor u għandha tinforma wkoll lill-applikant b’dan. Dik l-istituzzjoni għandha tieħu pożizzjoni dwar id-deċiżjoni provviżorja fi żmien xahrejn.

Jekk l-istituzzjoni li lilha ntbagħtet l-applikazzjoni ma tiħux pożizzjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni, għandha tapplika d-deċiżjoni provviżorja msemmija hawn fuq u l-istituzzjoni għandha tħallas il-benefiċċji previsti fil-leġislazzjoni tagħha u tinforma lill-istituzzjoni li saritilha l-applikazzjoni bl-ammont tal-benefiċċji mħallas.

(4)   Fejn ikun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-istituzzjonijiet konċernati dwar liema leġislazzjoni hija applikabbli bi dritt ta’ preċedenza, għandu japplika l-Artikolu 6(2) sa (5) tar-Regolament implimentattiv. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament implimentattiv għandha tkun l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tat-tifel/tifla jew tat-tfal.

(5)   Jekk l-istituzzjoni li tat il-benefiċċji fuq bażi provviżorja ħallset aktar mill-ammont li għalih hija ultimament responsabbli, hija tista’ titlob ħlas lura tal-ammont mogħti żejjed mill-istituzzjoni b’responsabbiltà primarja konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 73 tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 61

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista tal-benefiċċji marbutin mal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni koperti minn dak l-Artikolu. Jekk mhemmx fis-seħħ dispożizzjoni biex l-istituzzjoni kompetenti tagħti, bi dritt ta’ preċedenza, tali benefiċċji marbutin mal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika, hija għandha mingħajr dewmien tibgħat kwalunkwe applikazzjoni għal benefiċċji marbutin mal-familja, flimkien mad-dokumenti u l-informazzjoni relevanti kollha, lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta, għall-itwal perijodu ta’ żmien u li tipprovdi tali benefiċċji marbutin mal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni. F’xi każijiet, dan jista’ jfisser li ssir referenza lura, taħt l-istess kondizzjonijiet, lill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata wettqet l-iqsar perijodu tal-assigurazzjoni jew residenza tagħha.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

KAPITOLU I

Ħlas lura tal-ispiża tal-benefiċċji fl-applikazzjoni tal-Artikolu 35 u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku

Taqsima 1

Ħlas lura abbażi ta’ nefqa reali

Artikolu 62

Prinċipji

(1)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 35 u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku, l-ammont reali tal-infiq għall-benefiċċji in natura, kif jidhru fil-kontijiet tal-istituzzjoni li pprovdiethom, għandhom jitħallsu lura lil dik l-istituzzjoni mill-istituzzjoni kompetenti, ħlief fejn huwa applikabbli l-Artikolu 63 tar-Regolament implimentattiv.

(2)   Jekk kwalunkwe jew parti mill-ammont reali tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 ma jidhirx fil-kontijiet tal-istituzzjoni li pprovdiethom, l-ammont tar-rifużjoni għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa kkalkulata mir-referenzi adatti kollha li joħorġu mid-data disponibbli. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa l-bażijiet li ġew użati għal kalkolu tar-rati ffissati u tistabbilixxi l-ammont.

(3)   Rati aktar għolja minn dawk li huma applikabbli għall-benefiċċji in natura mogħtija lill-persuni assigurati oġġetti għal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni li tat il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu kkunsidrati għall-ħlas lura.

Taqsima 2

Ħlas lura abbażi ta’ ammonti fissi

Artikolu 63

Identifikazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati

(1)   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament bażiku, li l-istrutturi ġuridiċi jew amministrattivi tagħhom huma tali li l-użu ta’ ħlas lura abbażi tan-nefqa reali mhuwiex adatt, huma elenkati fl-Anness 3 tar-Regolament implimentattiv.

(2)   Fil-każ tal-Istati Membri elenkati fl-Anness 3 tar-Regolament implimentattiv, l-ammont tal-benefiċċji in natura mogħtija lil:

(a)

membri tal-familja li ma jirrisjedux fl-istess Stat Membru tal-persuna assigurata, kif previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku,

(b)

pensjonanti u lill-membri tal-familja tagħhom, kif previst fl-Artikolu 24(1) u l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament bażiku,

għandhom jitħallsu lura mill-istituzzjonijiet kompetenti lill-istituzzjonijiet li pprovdew dawk il-benefiċċji, abbażi ta’ rata fissa stabbilita għal kull sena kalendarja. Dan l-ammont fiss għandu jkun qrib kemm jista’ jkun għall-ispejjeż reali.

Artikolu 64

Metodu ta’ kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammont fiss totali

(1)   Għal kull Stat Membru kreditur, l-ammont fiss ta’ kull xahar għal kull persuna (Fi) għal sena kalendarja għandu jkun stabbilit billi tiġi diviża l-ispiża medja annwali għal kull persuna (Yi), imqassma abbażi tal-grupp ta’ età (i), bi 12 u bl-applikazzjoni ta’ tnaqqis (X) għar-riżultat konformement mal-formola li ġejja:

Fi = Yi*1/12*(1-X)

Fejn:

l-indiċi (i = 1, 2 u 3) jirrappreżenta t-tliet gruppi ta’ età użati għall-kalkolu tal-ammonti fissi:

i = 1: persuni ta’ taħt l-20 sena,

i = 2: persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena,

i = 3: persuni minn 65 sena u aktar,

Yi jirrappreżenta l-ispiża medja annwali għal kull persuna fil-grupp ta’ età i, kif definit fil-paragrafu (2),

il-ko-effiċjent X (numru bejn 0,20 u 0,15) jirrappreżenta t-tnaqqis kif definit fil-paragrafu (3).

(2)   L-ispiża annwali medja għal kull persuna (Yi) fil-grupp ta’ età i għandha tinkiseb billi tiġi diviża n-nefqa annwali fuq il-benefiċċji kollha in natura mill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru kreditur lill-persuni kollha fil-grupp ta’ età kkonċernat suġġetti għal-leġislazzjoni tiegħu u li jirrisjedu fit-territorju tiegħu bin-numru medju ta’ persuni kkonċernati f’dak il-grupp ta’ età fis-sena kalendarja in kwistjoni. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa taħt l-iskemi msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament implimentattiv.

(3)   It-tnaqqis li għandu jiġi applikat għas-somma fissa ta’ kull xahar għandu, fil-prinċipju, ikun ugwali għal 20 % (X = 0,20). Dan għandu jkun ugwali għal 15 % (X = 0,15) għall-pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom, fejn l-Istat Membru kompetenti mhux elenkat fl-Anness IV tar-Regolament bażiku.

(4)   Għal kull Stat Membru debitur, l-ammont fiss totali għal sena kalendarja għandu jkun is-somma tal-prodotti miksubin billi tiġi mmultiplikata, f’kull grupp ta’ età i, l-ammonti fissi ta’ kull xahar stabbiliti għal kull persuna bin-numru ta’ xhur magħmula mill-persuni kkonċernati fl-Istat Membru kreditur f’dak il-grupp ta’ età.

In-numru ta’ xhur magħmula mill-persuni kkonċernati fl-Istat Membru kreditur għandu jkun is-somma tax-xhur kalendarji f’sena kalendarja li matulhom il-persuni kkonċernati kienu, minħabba fir-residenza tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru kreditur, eliġibbli biex jirċievu benefiċċji in natura f’dak it-territorju li jitħallsu mill-Istat Membru debitur. Dawk ix-xhur għandhom jiġu kkunsidrati minn inventarju miżmum għal dak il-għan mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, ibbażat fuq prova b’dokumenti tad-drittijiet tal-benefiċjarji pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti.

(5)   Mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport speċifiku dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u b’mod partikolari dwar it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu (3) Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni Amministrattiva tista’ tippreżenta proposta li fiha kwalunkwe emenda li tista’ tidher meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu ta’ ammonti fissi jkun qrib kemm jista’ jkun tan-nefqa reali li tkun saret u li t-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3 ma jkunx jirriżulta fi ħlasijiet żbilanċjati jew ħlasijiet doppji għall-Istati Membri.

(6)   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-metodi biex jiġu ddeterminati l-elementi għall-kalkolu tal-ammonti fissi msemmija fil-paragrafi 1 sa 5.

(7)   Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-kalkolu tal-ammont fiss sal-1 ta’ Mejju 2015, sakemm ikun applikat it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu (3)

Artikolu 65

Notifika tal-ispejjeż medji annwali

(1)   L-ammont tal-ispiża medja annwali għal kull persuna f’kull grupp ta’ età għandu jkun notifikat lill-Bord tal-Verifika sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena wara s-sena in kwistjoni. Jekk in-notifika ma ssirx sa din l-iskadenza, tittieħed l-ispiża medja annwali għal kull persuna li l-Kummissjoni Amministrattiva ddeterminat l-aħħar għal sena preċedenti.

(2)   L-ispejjeż medji annwali determinati taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati kull sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Taqsima 3

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 66

Proċedura ta’ ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet

(1)   Il-ħlas lura bejn l-Istati Membri kkonċernati għandu jsir kemm jista’ jkun malajr. Kull istituzzjoni kkonċernata għandha tkun obbligata li tħallas lura t-talbiet qabel l-iskadenzi msemmija f’din it-Taqsima, malli tkun f’pożizzjoni li tagħmel dan. Disputa dwar talba partikolari m’għandhiex ixxekkel il-ħlas lura ta’ talba jew talbiet oħra.

(2)   Il-ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, previsti fl-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament bażiku, għandu jsir permezz tal-korp ta’ kollegament. Jista’ jkun hemm korp ta’ kollegament separat għall-ħlas lura taħt l-Artikolu 35 u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku.

Artikolu 67

Skadenzi għall-introduzzjoni u ħlas ta’ talbiet

(1)   Talbiet ibbażati fuq nefqa reali għandhom ikunu introdotti lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta’ nofs is-sena kalendarja li matulha dawk it-talbiet ġew reġistrati fil-kontijiet tal-istituzzjoni kreditriċi.

(2)   Talbiet għal ammonti fissi għal sena kalendarja għandhom ikunu introdotti lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur fil-perijodu ta’ 12 il-xhar wara x-xahar li matulu l-ispejjeż medji għas-sena kkonċernata kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-inventarji msemmija fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament implimentattiv għandhom jiġu ppreżentati sa tmiem is-sena ta’ wara s-sena ta’ referenza.

(3)   Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv, l-iskadenza stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tibda qabel ma tkun ġiet identifikata l-istituzzjoni kompetenti.

(4)   It-talbiet introdotti wara t-termini perentorji speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx ikunu kkunsidrati.

(5)   It-talbiet għandhom jitħallsu lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru kreditur imsemmi fl-Artikolu 66 tar-Regolament implimentattiv mill-istituzzjoni debitriċi fi żmien 18-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu dawn ġew introdotti lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur. Dan ma japplikax għat-talbiet li l-istituzzjoni debitriċi tkun ċaħdet għal raġuni relevanti f’dak il-perijodu.

(6)   Kwalunkwe disputa dwar talba għandha tkun risolta, l-aktar tard, f’36 xahar wara x-xahar li fih ġiet introdotta t-talba.

(7)   Il-Bord ta’ Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet f’każijiet fejn ma tistax tintlaħaq soluzzjoni fil-perijodu stabbilit fil-paragrafu 6, u, fuq talba raġunata minn waħda mill-partijiet, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar disputa fi żmien sitt xhur wara x-xahar li fih il-kwistjoni ġiet referuta lilu.

Artikolu 68

Imgħaxijiet fuq ħlasijiet tardivi u ħlasijiet parzjali

(1)   Mill-aħħar tal-perijodu ta’ 18-il xahar stabbilit fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament implimentattiv, jista’ jiġi impost ħlas ta’ imgħax mill-istituzzjoni tal-kreditur rigward talbiet pendenti, sakemm l-istituzzjoni tad-debitur ma tagħmilx, fi żmien sitt xhur mit-tmiem tax-xahar li matulu kienet introdotta t-talba, ħlas parzjali ta’ mill-inqas 90 % tat-talba totali introdotta taħt l-Artikolu 67(1) u (2) tar-Regolament implimentattiv. Għal dawk il-partijiet tat-talba mhux koperti mill-ħlas parzjali, l-imgħax jista’ jiġi impost biss mit-tmiem tal-perijodu ta’ 36 xahar stabbilit fl-Artikolu 67(6) tar-Regolament implimentattiv.

(2)   L-imgħax għandu jiġi kalkulat abbażi tar-rata ta’ referenza applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ refinanzjament. Ir-rata ta’ referenza applikabbli hija dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-ħlas ikun dovut.

(3)   L-ebda entità ta’ kuntatt m’għandha jtkun obbligata taċċetta ħlas parzjali kif previst fil-paragrafu (1) Madankollu, jekk korp ta’ kollegament jiċħad tali offerta, l-istituzzjoni kreditriċi m’għandhiex tkun aktar intitolata li timponi imgħax fuq ħlas tardiv relatat mat-talbiet in kwistjoni ħlief minn taħt it-tieni sentenza tal-paragrafu (1)

Artikolu 69

Dikjarazzjoni tal-kontijiet annwali

(1)   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi s-sitwazzjoni tat-talbiet għal kull sena kalendarja b’konformità mal-Artikolu 72(g) tar-Regolament bażiku, abbażi tar-rapport tal-Bord tal-Verifika. Għal dan il-għan, il-korpi ta’ kollegament għandhom jinnotifikaw lill-Bord tal-Verifika, bl-iskadenzi u konformement mal-proċeduri stabbiliti minn dan tal-aħħar, bl-ammont ta’ talbiet introdotti, imħallsa jew kontestati (il-pożizzjoni ta’ kreditur) u bl-ammont ta’ talbiet irċevuti, imħallsa jew kontestati (il-pożizzjoni ta’ debitur).

(2)   Il-Kummissjoni Amministrattiva tista’ twettaq kwalunkwe verifika xierqa dwar id-data statistika u verifika tal-kontabbiltà użata bħala l-bażi għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni annwali tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1, notevolment biex tiżgura ruħha bil-konformità ta’ dawn il-fatti mar-regoli stabbiliti taħt dan it-Titolu.

KAPITOLU II

Ħlas lura tal-benefiċċji għall-qgħad taħt l-Artikolu 65 tar-Regolament bażiku

Artikolu 70

Ħlas lura tal-benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati

Jekk ma jkunx hemm ftehim taħt l-Artikolu 65(8) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha titlob ħlas lura tal-benefiċċji għall-qgħad taħt l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament bażiku mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-benefiċjarju kien l-aħħar suġġett għal-leġislazzjoni tiegħu. It-talba għandha ssir fi żmien sitt xhur mit-tmiem ta’ nofs sena kalendarja li matulha sar l-aħħar ħlas tal-benefiċċji għall-qgħad, li qed jintalab il-ħlas lura tiegħu. It-talba għandha tindika l-ammont tal-benefiċċju mħallas matul il-perijodu ta’ tliet jew ħames xhur imsemmi fl-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-perijodu li għalih tħallsu l-benefiċċji u d-data ta’ identifikazzjoni tal-persuna qiegħda. It-talbiet għandhom jiġu introdotti u mħallsin permezz tal-korpi ta’ kollegament tal-Istati Membri kkonċernati.

M’ hemm l-ebda ħtieġa li jkunu kkunsidrati talbiet introdotti wara l-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu.

L-Artikoli 66(1) u 67(5) sa (7) tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Mit-tmiem tal-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmi fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjoni kreditriċi tista’ titlob l-interessi fuq talbiet pendenti. L-interessi għandhom jiġu kkalkolati taħt l-Artikolu 68(2) tar-Regolament implimentattiv.

L-ammont massimu tal-ħlas lura msemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament bażiku huwa f’kull każ individwali l-ammont tal-benefiċċju li tkun intitolata għalih il-persuna konċernata taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li kienet suġġetta l-aħħar jekk kienet reġistrata mas-servizzi tal-impjieg ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu, f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri elenkati fl-Anness 5 tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjonijiet kompetenti ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri li l-persuna konċernata kienet l-aħħar suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu għandhom jiddeterminaw l-ammont massimu f’kull każ individwali abbażi tal-ammont medju ta’ benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati previst fil-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru fis-sena kalendarja preċedenti.

KAPITOLU III

Irkupru ta’ benefiċċji pprovduti iżda indebiti, irkupru ta’ ħlasijiet u kontribuzzjonijiet provviżorji, tpaċija u assistenza fil-qasam ta’ rkupru

Taqsima 1

Prinċipji

Artikolu 71

Dispożizzjonijiet komuni

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 84 tar-Regolament bażiku u fil-qafas hemmhekk definit, l-irkupru ta’ talbiet għandu, fejn huwa possibbli, isir permezz ta’ tpaċija bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati jew vis-à-vis l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata taħt l-Artikoli 72 u 74 ta’ dan ir-Regolament implimentattiv. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi rkuprata parti minn jew it-talba kollha permezz tal-proċedura ta’ tpaċija, il-bqija tal-ammont dovut għandu jiġi rkuprat taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 75 sa 85 tar-Regolament implimentattiv.

Taqsima 2

Tpaċija

Artikolu 72

Benefiċċji riċevuti indebitament

(1)   Jekk l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ħallset benefiċċji indebiti lil persuna, dik l-istituzzjoni tista’, fit-termini u l-limiti stabbiliti fil-leġislazzjoni li hija tapplika, titlob lill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli mill-ħlas ta’ benefiċċji lill-persuna kkonċernata biex taqtal-ammont imħallas indebitament minn arretrati jew ħlasijiet kurrenti li għandha tagħti lill-persuna kkonċernata irrispettivament mil-liema fergħa tas-sigurtà soċjali li taħtha jitħallas il-benefiċċju. L-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru għandha taqtal-ammont konċernat suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal din it-tip ta’ proċedura ta’ tpaċija taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika bl-istess mod daqslikieku hija stess tkun għamlet ħlasijiet żejda, u għandha tittrasferixxi l-ammont maqtugħ lill-istitituzzjoni li tkun ħallset il-benefiċċji indebiti.

(2)   B’deroga mill-paragrafu 1, jekk, meta jkunu qegħdin jingħataw jew jiġu riveduti benefiċċji marbutin mal-invalidità, pensjonijiet tal-età u tas-superstiti taħt il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ Stat Membru tkun ħallset lil persuna benefiċċji ta’ ammont indebitu, dik l-istituzzjoni tista’ titlob lill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli għall-ħlas ta’ benefiċċji korrispondenti lill-persuna kkonċernata biex tnaqqas l-ammont imħallas żejjed mill-arretrati pagabbli lill-persuna kkonċernata. Wara li din l-istituzzjoni tkun informat lill-istituzzjoni li ħallset is-somma indebita dwar l-arretrati tagħha, l-istituzzjoni li ħallset is-somma indebita għandha fi żmien xahrejn tikkomunika l-ammont tas-somma indebita. Jekk l-istituzzjoni li għandha tħallas l-arretrati tirċievi din il-komunikazzjoni sal-iskadenza hija għandha tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li ħallset somom indebiti. Jekk tiskadi l-iskadenza, dik l-istituzzjoni għandha mingħajr dewmien tħallas l-arretrati lill-persuna kkonċernata.

(3)   Jekk persuna assigurata rċeviet assistenza soċjali fi Stat Membru wieħed matul perijodu li matulu huwa/hija kienet intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, il-korp li pprovda l-assistenza jista’, jekk huwa intitolat legalment li jitlob ħlas lura tal-benefiċċji dovuti lill-persuna konċernata, jitlob lill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli biex iħallas benefiċċji favur il-persuna kkonċernata biex inaqqas l-ammont ta’ assistenza mħallsa mill-ammonti li dan l-Istat Membru ħallas lill-persuna kkonċernata.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mutatis mutandis għal kwalunkwe membru tal-familja ta’ persuna kkonċernata li rċeviet assistenza fit-territorju ta’ Stat Membru waqt perijodu li fih il-persuna assigurata kienet intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor rigward dak il-membru tal-familja.

L-istituzzjoni ta’ Stat Membru li ħallset ammont indebitu ta’ assistenza għandha tibgħat dikjarazzjoni tal-ammont dovut lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor, li għandha mbagħad tnaqqas l-ammont, suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti għal din it-tip ta’ proċedura ta’ tpaċija taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika, u tittrasferixxi l-ammont mingħajr dewmien lill-istituzzjoni li ħallset l-ammont indebitu.

Artikolu 73

Benefiċċji mħallsin provviżorjament fi flus jew kontribuzzjonijiet

(1)   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament implimentattiv, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-leġislazzjoni applikabbli tkun ġiet determinata jew l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji kienet identifikata, l-istituzzjoni li provviżorjament ħallset il-benefiċċji fi flus għandha tfassal dikjarazzjoni tal-ammont provviżorjament imħallas u għandha tibagħtu lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti.

L-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti biex tħallas il-benefiċċji għandha tnaqqas l-ammont dovut rigward il-ħlas provviżorju mill-arretrati tal-benefiċċji korrispondenti li hija għandha tagħti lill-persuna kkonċernata u mingħajr dewmien għandha tittrasferixxi l-ammont maqtugħ lill-istituzzjoni li ħallset provviżorjament il-benefiċċji fi flus.

Jekk l-ammont ta’ benefiċċji mħallsin provviżorjament jeċċedi l-ammont ta’ arretrati, jew jekk l-arretrati ma jeżistux, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għandha tnaqqas dan l-ammont minn ħlasijiet li jkunu għaddejjin suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal dan it-tip ta’ proċedura ta’ tpaċija taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika u mingħajr dewmien tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li provviżorjament tkun ħallset il-benefiċċji fi flus.

(2)   L-istituzzjoni li provviżorjament irċeviet kontribuzzjonijiet minn persuna ġuridika u/jew fiżika m’għandhiex tħallas lura l-ammonti in kwistjoni lill-persuna li ħallsithom sakemm hija ma tkunx ġiet aċċertata mill-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti s-somom dovuti lilha taħt l-Artikolu 6(4) tar-Regolament implimentattiv.

Fuq talba mill-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti, li għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ġiet determinata l-leġislazzjoni applikabbli, l-istituzzjoni li provviżorjament irċeviet kontribuzzjonijiet għandha tittrasferihom lill-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għal dak il-perijodu għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet dovuti mill-persuna ġuridika u/jew fiżika lilha. Il-kontribuzzjonijiet ittrasferiti għandhom jitqiesu retroattivament bħala li tħallsu lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti.

Jekk l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imħallsin provviżorjament jeċċedi l-ammont li l-persuna ġuridika u/jew fiżika għandha tagħti lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, l-istituzzjoni li provviżorjament tirċievi kontribuzzjonijiet għandha tħallas lura l-ammont eċċessiv lill-persuna ġuridika u/jew fiżika kkonċernata.

Artikolu 74

Spejjeż relatati ma’ tpaċija

Ebda spiża m’hija pagabbli fejn id-dejn jiġi rkuprat permezz tal-proċedura ta’ tpaċija prevista fl-Artikoli 72 u 73 tar-Regolament implimentattiv.

Sezzjoni 3

Irkupru

Artikolu 75

Definizzjonijiet u dispożizzjoni komuni

(1)   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:

“talba” tfisser it-talbiet kollha relatati ma’ kontribuzzjonijiet jew ma’ benefiċċji mħallsin jew indebitament ipprovduti, inklużi interessi, multi, pieni amministrattivi u l-ħlasijiet u l-ispejjeż l-oħrajn kollha konnessi mat-talba taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba,

“parti applikanti” tfisser, fir-rigward ta’ kull Stat Membru, kwalunkwe istituzzjoni li tagħmel talba għal informazzjoni, notifika jew irkupru rigward talba kif definita hawn fuq,

“parti rikjesta” tfisser, fir-rigward ta’ kull Stat Membru, kwalunkwe istituzzjoni li tista’ ssirilha talba għal informazzjoni, notifika jew irkupru.

(2)   It-talbiet u kwalunkwe komunikazzjoni relatata bejn l-Istati Membri għandhom, b’mod ġenerali, ikunu indirizzati via istituzzjonijiet nominati.

(3)   Il-miżuri prattiċi ta’ implimentazzjoni, inklużi, fost l-oħrajn, dawk relatati mal-Artikolu 4 tar-Regolament implimentattiv u dwar l-istabbiliment ta’ limitu massimu għall-ammonti li għalihom tista’ ssir talba għal irkupru, għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 76

Talbiet għal informazzjoni

(1)   Fuq it-talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun utli għall-parti applikanti fl-irkupru tat-talba tagħha.

Sabiex takkwista dik l-informazzjoni, il-parti rikjesta għandha tuża s-setgħat previsti fil-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-irkupru ta’ talbiet simili li jsiru fl-Istat Membru tagħha.

(2)   It-talba għal informazzjoni għandha tindika l-isem, l-aħħar indirizz magħruf, u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra relatata mal-identifikazzjoni tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata li magħha hija amrbuta l-informazzjoni u n-natura u l-ammont tat-talba li dwarha qed issir talba.

(3)   Il-parti rikjesta m’hijiex obbligata li tagħti informazzjoni:

(a)

li hija ma tkunx tista’ tikseb għall-fini li tirkupra talbiet simili li jinqalgħu fl-Istat Membru tagħha stess;

(b)

li tiżvela xi sigriet kummerċjali, industrijali jew kummerċjali; jew

(c)

li l-iżvelar tagħha jista’ jippreġudika s-sigurtà ta’ jew imur kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru.

(4)   Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet talba għal informazzjoni.

Artikolu 77

Notifika

(1)   Il-parti rikjesta għandha, fuq talba tal-parti applikanti, u konformement mar-regoli fis-seħħ għan-notifikazzjoni ta’ strumenti jew deċiżjonijiet simili fl-Istat Membru tagħha stess, tinnotifika lid-destinatarju bl-istrumenti u d-deċiżjonijiet kollha, inklużi dawk ta’ natura ġudizzjarja, li joriġinaw mill-Istat Membru tal-parti applikanti u li huma relatati ma’ talba u/jew l-irkupru tagħha.

(2)   It-talba għal notifika għandha tindika l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra rigward l-identifikazzjoni tad-destinatarju kkonċernat li għaliha l-parti applikanti normalment għandha aċċess, in-natura u s-suġġett tal-istrument jew tad-deċiżjoni li trid tiġi nnotifikata u, fejn applikabbli, l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra relatata mal-identifikazzjoni tad-debitur u t-talba li l-istrument jew deċiżjoni huma marbutin magħha, u kwalunkwe informazzjoni oħra utli.

(3)   Il-parti rikjesta għandha mingħajr dewmien tinforma lill-parti applikanti bl-azzjoni meħuda fuq it-talba tagħha għal notifika u, partikolarment, bid-data li fiha d-deċiżjoni jew strument kienu mgħoddijin lid-destinatarju.

Artikolu 78

Talba għall-irkupru

(1)   It-talba għall-irkupru ta’ talba, indirizzata mill-parti applikanti lill-parti rikjesta, għandha tkun akkumpanjata minn kopja uffiċjali jew ċertifikata tal-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha, maħruġa mill-Istat Membru tal-parti applikanti u, jekk ikun il-każ, minn kopja oriġinali jew iċċertifikata ta’ dokumenti oħrajn meħtieġa għall-irkupru.

(2)   Il-parti applikanti tista’ tagħmel talba għal irkupru jekk:

(a)

it-talba u/jew l-istrument li jippermettu l-eżekuzzjoni tagħha mhumiex kontestati fl-Istat Membru tagħha stess, ħlief f’każijiet fejn huwa applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 81(2) tar-Regolament implimentattiv;

(b)

hija tkun, fl-Istat Membru tagħha stess, applikat proċeduri ta’ rkupru adatti li jkunu disponibbli għaliha abbażi tal-istrument imsemmi fil-paragrafu 1, u l-miżuri meħudin ma jirriżultawx fil-ħlas sħiħ tat-talba;

(c)

il-perijodu ta’ limitazzjoni, taħt il-leġislazzjoni tagħha stess ma jkunx skada.

(3)   It-talba għall-irkupru għandha tindika:

(a)

l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra marbuta mal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika konċernata u/jew il-parti terza fil-pussess tal-attiv tagħha;

(b)

l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti dwar l-identifikazzjoni tal-parti applikanti;

(c)

referenza għall-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha, maħruġ fl-Istat Membru tal-parti applikanti;

(d)

in-natura u l-ammont tat-talba, inkluż is-somma kapitali, l-interessi, il-multi, il-pieni amministrattivi u l-ispejjeż dovuti kollha indikati fil-muniti tal-Istati Membri tal-parti applikanti u l-parti rikjesta;

(e)

id-data ta’ notifika tal-istrument lid-destinatarju mill-parti applikanti u/jew mill-parti rikjesta;

(f)

id-data li minnha u l-perijodu li matulu l-eżekuzzjoni tkun possibbli konformement mal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-entità applikanti;

(g)

kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

(4)   It-talba għal irkupru għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni mill-parti applikanti li tikkonferma li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 kienu sodisfatti.

(5)   Il-parti applikanti għandha tibgħat lill-parti rikjesta kwalunkwe informazzjoni relevanti marbuta mal-kwistjoni li wasslet għat-talba għal irkupru, hekk kif issir taf biha.

Artikolu 79

Strument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru

(1)   Taħt l-Artikolu 84(2) tar-Regolament bażiku, l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tat-talba għandu jkun rikonoxxut direttament u pproċessat awtomatikament bħala strument li jippermetti l-eżekuzzjoni ta’ talba tal-Istat Membru tal-parti rikjesta.

(2)   Minkejja l-paragrafu 1, l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tat-talba jista’, fejn ikun il-każ u konformement mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, ikun aċċettat, rikonoxxut bħala, issupplimentat bi, jew mibdul bi strument li jawtorizza l-eżekuzzjoni fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba ta’ rkupru, l-Istati Membri għandhom jippruvaw itemmu l-aċċettazzjoni, rikonoxximent, supplimentar jew bdil, ħlief f’kazijiet fejn jiġi applikat it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri ma jistgħux jiċħdu li jwettqu sal-aħħar dawn l-azzjonijiet jekk l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni jitfassal kif ikun il-każ. Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet għaliex tkun qabżet il-perijodu ta’ tliet xhur.

Jekk xi waħda minn dawn l-azzjonijiet tagħti lok għall-kontestazzjoni rigward it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni maħruġ mill-parti applikanti, għandu japplika l-Artikolu 81 tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 80

Arranġamenti u skadenzi għal ħlasijiet

(1)   L-irkupru jsir bil-munita tal-Istat Membru tal-entità rikjesta. L-ammont tat-talba fl-intier tiegħu li jiġi rkuprat mill-parti rikjesta għandu jiġi mibgħut lura mill-parti rikejsta lill-parti applikanti.

(2)   Fejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru proprju tagħha jippermettu, u wara li tikkonsulta lill-parti applikanti, il-parti rikjesta tista’ tħalli lid-debitur iż-żmien biex iħallas jew tawtorizza ħlas bin-nifs. Kwalunkwe interess meħud mill-parti rikjesta rigward żmien aktar bħal dan biex isir il-ħlas għandu jiġi ittrasferit lill-parti applikanti.

Mid-data li fiha l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tat-talba ikun direttament rikonoxxut taħt l-Artikolu 79(1) tar-Regolament implimentativ, jew aċċettat, rikonoxxut, supplimentat jew sostitwit taħt l-Artikolu 79(2) tar-Regolament implimentativ, għandu jiġi impost imgħax għal kull adempiment tardiv konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta u dan għandu jkun ittrasferit ukoll lill-parti applikanti.

Artikolu 81

Kontestazzjoni dwar it-talba jew tal-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tagħha u kontestazzjonidwar il-miżuri ta’ eżekuzzjoni

(1)   Jekk, matul il-proċedura ta’ rkupru, it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha maħruġ fl-Istat Membru tal-parti applikanti jkunu kkontestati minn parti interessata, l-azzjoni għandha titressaq minn din il-parti quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-parti applikanti, konformement mal-liġijiet fis-seħħ f’dak l-Istat Membru. Il-parti applikanti għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-parti rikjesta b’din l-azzjoni. Il-parti interessata tista’ wkoll tinforma lill-parti rikjesta bl-azzjoni.

(2)   Hekk kif il-parti rikjesta tkun irceviet in-notifika jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew min-naħa tal-parti applikanti jew min-naħa tal-parti interessata, hija għandha tissospendi l-proċedura ta’ eżekuzzjoni sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti f’dan il-qasam, sakemm il-parti applikanti ma titlobx mod ieħor taħt it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Jekk il-parti rikjesta taħseb li jkun meħtieġ, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84 tar-Regolament implimentattiv, hija tista’ tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiggarantixxi l-irkupru sa fejn il-liġijiet jew ir-regolamenti fis-seħħ tal-Istat Membru proprju tagħha jippermettu tali azzjoni għal talbiet simili.

Irrispettivament mill-ewwel subparagrafu, l-parti applikanti tista’, konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru proprju tagħha, titlob lill-parti rikjesta biex tirkupra talba kkontestata, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattika amministrattiva relevanti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu azzjoni bħal din. Jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun sussegwentement favorevoli għad-debitur, il-parti applikanti hija responsabbli li tħallas lura kull somma rkuprata, flimkien ma’ kull kumpens dovut, b’konformità mal-leġislazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta.

(3)   Fejn il-kontestazzjoni tikkonċerna l-miżuri ta’ eżekuzzjoni meħudin fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, l-azzjoni għandha titressaq quddiem l-awtorità adatta ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

(4)   Fejn l-awtorità kompetenti li quddiemha tkun tressqet l-azzjoni taħt il-paragrafu 1 hija tribunal ġudizzjarju jew amministrattiv, id-deċiżjoni ta’ dak it-tribunal, sakemm tkun favorevoli għall-parti applikanti u tippermetti l-irkupru tat-talba fl-Istat Membru tal-parti applikanti, għandha tikkonstitwixxi “l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni” fis-sens ta’ Artikoli 78 u 79 tar-Regolament implimentattiv u l-irkupru tat-talba għandu jkompli fuq il-bażi ta’ dik id-deċiżjoni.

Artikolu 82

Limiti li japplikaw għall-assistenza

(1)   Il-parti rikjesta m’għandhiex tkun obbligata:

(a)

li tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli 78 sa 81 tar-Regolament implimentattiv jekk l-irkupru tat-talba jista’, minħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu azzjoni bħal din għal talbiet nazzjonali simili;

(b)

li tagħti l-assistenza msemmija fl-Artikoli 76 sa 81 tar-Regolament implimentattiv, jekk it-talba inizjali taħt l-Artikolu 76 sa 78 tar-Regolament implimentattiv tapplika għat-talbiet li ilhom aktar minn ħames snin, li jiddataw mill-mument li l-istrument li jippermetti l-irkupru kien stabbilit konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattika amministrattiva fl-Istat Membru tal-parti applikanti, fid-data tat-talba. Madankollu, jekk it-talba jew l-istrument huma kkontestati, il-limitu taż-żmien jibda mill-mument li fih l-Istat Membru tal-parti applikanti jistabbilixxi li t-talba jew l-ordni ta’ eżekuzzjoni li tippermetti l-irkupru ma tistax tiġi aktar kontestata.

(2)   Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet talba għal assistenza.

Artikolu 83

Perijodi ta’ limitazzjoni

(1)   Il-kwistjonijiet rigward il-perijodi ta’ limitazzjoni għandhom ikunu regolati kif ġej:

(a)

mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, sakemm dawn jikkonċernaw it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha; u

(b)

mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, sakemm dawn jikkonċernaw il-miżuri ta’ eżekuzzjoni fl-Istat Membru rikjest.

Il-perijodi ta’ limitazzjoni taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta għandhom jibdew mid-data tar-rikonoxximent dirett jew mid-data tal-aċċettazzjoni, ir-rikonoxximent, is-supplimentar jew is-sostitizzjoni taħt l-Artikolu 79 tar-Regolament implimentattiv.

(2)   Il-passi meħudin għall-irkupru ta’ talbiet mill-parti rikjesta wara xi talba għall-assistenza, li, kieku kienu twettqu mill-parti applikanti, kien ikollhom l-effett li jissospendu jew jinterrompu l-perijodu ta’ limitazzjoni taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, għandhom jitqiesu li kienu ttieħdu fl-Istat tal-aħħar, safejn jikkonċerna dak l-effett.

Artikolu 84

Miżuri ta’ prekawzjoni

Fuq talba raġunata mill-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiżgura l-irkupru ta’ talba sakemm il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu.

Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-ewwel paragrafu, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 78, 79, 81 u 82 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 85

Spejjeż relatati ma’ rkupru

(1)   Il-parti rikjesta għandha tirkupra mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata u żżomm kwalunkwe spiża marbuta mal-irkupru li hija tagħmel taħt il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru tal-parti rikjesta li japplikaw għal talbiet simili.

(2)   L-assistenza reċiproka mogħtija taħt din it-Taqsima għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas. Madankollu, fejn l-irkupru jqanqal problema speċifika jew jikkonċerna ammont kbir ta’ spejjeż, il-partijiet applikanti u rikjesti jistgħu jaqblu dwar arranġamenti ta’ ħlas lura speċifiċi għall-każijiet in kwistjoni.

(3)   L-Istat Membru tal-parti applikanti għandu jibqa’ responsabbli lejn l-Istat Membru tal-parti rikjesta għal kwalunkwe spejjeż u telf li jsiru bħala riżultat ta’ azzjonijiet meqjusin li huma bla bażi, sakemm is-sostanza tat-talba jew il-validità tal-istrument maħruġin mill-parti applikanti huma kkonċernati.

Artikolu 86

Klawsola tar-reviżjoni

(1)   Mhux aktar tard mir-raba’ sena kalendarja sħiħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport komparattiv dwar il-perijodi ta’ skadenza stabbiliti fl-Artikolu 67(2), (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv.

Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea tista’, jekk meħtieġ, tippreżenta proposti adatti għar-reviżjoni ta’ dawn il-perijodi ta’ skadenza bl-għan li jitnaqqsu b’mod sinifikanti.

(2)   Mhux aktar tard mid-data msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa wkoll ir-regoli għall-konverżjoni ta’ perijodi stipulati fl-Artikolu 13 bil-għan tas-simplifikazzjoni ta’ dawk ir-regoli, jekk dan ikun possibbli.

(3)   Mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport li jevalwa speċifikament l-applikazzjoni tal-Kapitoli I u III tat-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv, b’mod partikolari rigward il-proċeduri u l-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 67(2), (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv u l-proċeduri ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 75 sa 85 tar-Regolament implimentattiv.

Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea tista’, jekk meħtieġ, tippreżenta proposti adatti biex tagħmel dawn il-proċeduri aktar effiċjenti u bbilanċjati.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI, TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 87

Eżami mediku u verifika amministrattiva

(1)   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra, fejn benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji, jew membru tal-familja tiegħu, ikun fuq żjara jew jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru li m’huwiex dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, l-eżami mediku għandu jsir, fuq it-talba ta’ din l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza tal-benefiċjarju konformement mal-proċeduri stabbiliti mil-leġislazzjoni applikati minn dik l-istituzzjoni.

L-istituzzjoni debitriċi għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza dwar kwalunkwe ħtieġa speċjali li għandha tiġi segwita u, jekk meħtieġ, bil-punti li jridu jiġu koperti mill-eżami l-eżamijiet mediċi.

(2)   L-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza għandha tgħaddi rapport lill-istituzzjoni debitriċi li talbet l-eżami mediku. Din l-istituzzjoni għandha tkun marbuta bil-konklużjonijiet tal-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza.

L-istituzzjoni debitriċi żżomm id-dritt li wara tipproċedi biex teżamina lill-benefiċjarju minn tabib tal-għażla proprja tagħha. Madankollu, il-benefiċjarju jista’ jkun mitlub li jirritorna fl-Istat Membru tal-istituzzjoni debitriċi biss jekk huwa jew hija jista’ jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta’ dannu għal saħħtu/saħħitha u li l-ispiża tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni titħallas mill-istituzzjoni debitriċi.

(3)   Fejn benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji, jew membru tal-familja tiegħu, ikun fuq żjara jew jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru divers minn dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, il-verifika amministrattiva għandha ssir, fuq it-talba tal-istituzzjoni debitriċi, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza tal-benefiċjarju.

Il-paragrafu 2 għandu japplika ukoll f’dan il-każ.

(4)   Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll biex jiġi ddeterminat jew verifikat l-istat ta’ dipendenza ta’ benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji għall-kura għat-tul imsemmijin fl-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku.

(5)   L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti ta’ żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu dwar dispożizzjonijiet u proċeduri speċifiċi li jtejbu b’mod sħiħ jew parzjalment kemm l-applikant u l-benefiċjarji huma lesti għas-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni tagħhom fi kwalunkwe skema jew programm disponibbli fl-Istat Membru taż-żjara jew ta’ residenza għal dak il-għan.

(6)   Bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ kooperazzjoni amministrattiva reċiproka mingħajr ħlas fl-Artikolu 76(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont effettiv tal-ispejjeż tal-verifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandu jitħallas lura lill-istituzzjoni li ntalbet twettaqhom mill-istituzzjoni debitriċi li talbithom.

Artikolu 88

Notifiki

(1)   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bid-dettalji tal-korpi ddefiniti fl-Artikolu 1(m), (q) u (r) tar-Regolament bażiku u fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) tar-Regolament implimentattiv, u tal-istituzzjonijiet nominati konformement mar-Regolament implimentattiv.

(2)   Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu provduti b’identità elettronika fil-forma ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni u ta’ indirizz elettroniku.

(3)   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut u l-arranġamenti dettaljati, inklużi l-format komuni u l-mudell, għan-notifika tad-dettalji speċifikati fil-paragrafu (1)

(4)   L-Anness 4 tar-Regolament implimentattiv jagħti dettalji dwar id-database pubblika li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu (1) Id-database għandha tiġi stabbilita u mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ikunu responsabbli għad-dħul f’din id-database tal-informazzjoni ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom stess. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eżattezza tad-dħul tal-informazzjoni ta’ kuntatt nazzjonali meħtieġa taħt il-paragrafu (1)

(5)   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu (1)

Artikolu 89

Informazzjoni

(1)   Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tipprepara l-informazzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li l-partijiet konċernati huma konxji ta’ drittijiethom u tal-formalitajiet amministrattivi meħtieġa biex jaffermawhom. Din l-informazzjoni għandha, fejn huwa possibbli, tkun disseminata elettronikament permezz tal-pubblikazzjoni onlajn fuq siti aċċessibbli lill-pubbliku. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura li l-informazzjoni tkun aġġornata regolarment u tissorvelja l-kwalità tas-servizzi provduti lill-klijenti.

(2)   Il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament bażiku jista’ joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar titjib tal-informazzjoni u tad-disseminazzjoni tagħha.

(3)   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tagħhom huma konxji ta’ u japplikaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji kollha, leġislattivi jew ta’ natura oħra, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, fl-oqsma koperti minn u fit-termini tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 90

Konverżjoni ta’ valuti

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv, ir-rata tal-kambju bejn żewġ valuti għandha tkun ir-rata ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-data li għandha titqies biex tiġi ddeterminata r-rata tal-kambju għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 91

Statistika

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkompilaw statistika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv u jgħadduha lis-segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva. Din id-data għandha tinġabar u tkun organizzata konformement mal-pjan u l-metodu ddefinit mill-Kummissjoni Amministrattiva. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun responsabbli għad-disseminazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

Artikolu 92

L-emendament tal-Annessi

L-Annessi 1, 2, 3, 4 u 5 tar-Regolament implimentattiv u l-Annessi VI, VII, VIII u IX tar-Regolament bażiku jistgħu jiġu emendati minn Regolament tal-Kummissjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 93

Dispożizzjonijiet transitorji

L-Artikolu 87 tar-Regolament bażiku għandu japplika għas-sitwazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 94

Dispożizzjonijiet transitorji relatati mal-pensjonijiet

(1)   Fejn ikun hemm il-kontinġenza qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u t-talba għal pensjoni ma tkunx ingħatat qabel dik id-data, it-tali talba għandha twassal għal għotja doppja, safejn jidħlu l-benefiċċji li jridu jingħataw, abbażi ta’ tali kontinġenza, għal perijodu qabel dik id-data:

(a)

għall-perijodu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71, jew konformement ma’ kull arranġament fis-seħħ bejn l-Istati Membri kkonċernati;

(b)

għall-perijodu li jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, konformement mar-Regolament bażiku.

Madanakollu, jekk l-ammont ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalih taħt (a) ikun ikbar minn dak ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom taħt (b), il-persuna kkonċernata tkompli tkun intitolata għall-ammont ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom taħt il-punt (a).

(2)   It-talbiet għall-benefiċċji tal-invalidità, tal-età jew tas-superstiti sottomessi lill-istituzzjoni ta’ Stat Membru mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru konċernat għandhom awtomatikament jeħtieġu l-istima mill-ġdid tal-benefiċċji li jkunu ngħataw qabel din id-data għall-istess kontinġenza mill-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet ta’ wieħed jew iktar mill-Istati Membri taħt ir-Regolament bażiku. Tali evalwazzjoni mill-ġdid tista’ ma tistax twassal għal xi riduzzjoni fl-ammont ta’ benefiċċji mogħtija.

Artikolu 95

Perijodu transitorju għall-iskambji elettroniċi ta’ data

(1)   Kull Stat Membru jista’ jibbenefika minn perijodu transitorju għall-iskambju ta’ data permezz ta’ mezzi elettroniċi kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament implimentattiv.

Dawn il-perijodi transitorji m’għandhomx jaqbżu l-24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv.

Madankollu, jekk it-twettiq tal-infrastruttura Komunitarja meħtieġa (Electronic Exchange of Social Security Information - EESSI) jiġi ttardjat b’mod sinifikanti fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv, il-Kummissjoni Amministrattiva tista’ taqbel dwar estensjoni adegwata ta’ dawn il-perijodi.

(2)   L-arranġamenti prattiċi għal kwalunkwe perijodu transitorju meħtieġ, imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni Amministrattiva bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iskambju ta’ data meħtieġ għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 96

Tħassir

(1)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 huwa b’dan mħassar b’effett mill-1 ta’ Mejju 2010.

Madankollu, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandu jibqa’ fis-seħħ u jkompli jkollu effett legali għall-finijiet ta’:

(a)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 tal-14 ta’ Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (6) sa dak il-mument meta dak ir-Regolament jiġi mħassar jew emendat;

(b)

ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1661/85 tat-13 ta’ Ġunju 1985 li jipprovdi l-adattamenti tekniċi għar-regoli tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema emigranti għal dak li għandu x’jaqsam ma’ Greenland (7), sa dak il-mument meta dak ir-Regolament jiġi mħassar jew emendat;

(c)

il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (8), il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni (9) u kull ftehim ieħor li jinkludi referenza għar-Regolament (KEE) Nru 574/72, sa dak il-mument meta dawk l-istrumenti ta’ ftehim jiġu emendati abbażi tar-Regolament implimentattiv.

(2)   Fid-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (10), u b’mod aktar ġenerali fl-Atti l-oħra kollha tal-Komunità r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom jinftiehmu bħala li jirriferu għal dan ir-Regolament implimentattiv.

Artikolu 97

Pubblikazzjoni u dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 324, 30.12.2006, p. 59.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2008 (ĠU C 38 E, 17.2.2009, p. 26) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.

(4)  ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.

(5)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(6)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 160, 20.6.1985, p. 7.

(8)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 1.

(9)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(10)  ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46.


ANNESS 1

Dispożizzjonijiet implimentattivi għal strumenti ta’ ftehim bilaterali li jibqgħu fis-seħħ u għal strumenti ta’ ftehim implimentattivi bilaterali ġodda

(kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) u Artikolu 9(2) tar-Regolament implimentattiv)

BELĠJU – DANIMARKA

Skambju ta’ Ittri tat-8 ta’ Mejju 2006 u tal-21 ta’ Ġunju 2006 dwar il-Ftehim ta’ ħlas lura bl-ammont attwali tal-benefiċċju mogħti lill-membri tal-familja ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li tkun assigurata fil-Belġju, fejn il-membru tal-familja tirrisjedi fid-Danimarka u lill-pensjonanti u/jew membri tal-familja tagħhom li jkun(u) assigurati fil-Belġju iżda li jirrisjedu fid-Danimarka

BELĠJU – ĠERMANJA

Il-Ftehim tad-29 ta’ Jannar 1969 dwar il-ġbir u l-irkupru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

BELĠJU – IRLANDA

L-iskambju ta’ Ittri tad-19 ta’ Mejju u tat-28 ta’ Lulju 1981 rigward l-Artikoli 36(3) u 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (rinunzja reċiproka tal-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura u ta’ benefiċċji tal-qgħad taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 1 u 6 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja reċiproka tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

BELĠJU – SPANJA

Il-Ftehim tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) 574/72

BELĠJU – FRANZA

(a)

Il-Ftehim tal-4 ta’ Lulju 1984 rigward eżamijiet mediċi ta’ ħaddiema tal-fruntiera residenti f’pajjiż wieħed u jaħdmu f’ieħor

(b)

Il-Ftehim tal-14 ta’ Mejju 1976 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi adottati taħt l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(c)

Il-Ftehim tat-3 ta’ Ottubru 1977 li jimplimenta l-Artikolu 92 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (irkupru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali)

(d)

Il-Ftehim tad-29 ta’ Ġunju 1979 rigward it-twarrib reċiproku ta’ ħlas lura previst fl-Artikolu 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż ta’ benefiċċju ta’ qgħad)

(e)

L-Arranġament Amministrattiv tas-6 ta’ Marzu 1979 dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Addizzjonali tat-12 ta’ Ottubru 1978 dwar is-sigurtà soċjali bejn il-Belġju u Franza fejn jidħlu d-dispożizzjonijiet dwar persuni li jaħdmu għal rashom

(f)

L-Iskambju ta’ Ittri tal-21 ta’ Novembru 1994 u tat-8 ta’ Frar 1995 rigward il-proċeduri tas-soluzzjoni ta’ talbiet reċiproċi insegwitu għall-Artikoli 93, 94, 95 u 96 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

BELĠJU – ITALJA

(a)

Il-Ftehim tat-12 ta’ Jannar 1974 li jimplimenta l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(b)

Il-Ftehim tal-31 ta’ Ottubru 1979 li jimplimenta l-Artikolu 18(9) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(c)

L-Iskambju ta’ Ittri tal-10 ta’ Diċembru 1991 u l-10 ta’ Frar 1992 rigward il-ħlas lura ta’ talbiet reċiproċi taħt l-Artikolu 93 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(d)

Il-Ftehim tal-21 ta’ Novembru.2003 li jikkonċerna t-termini dwar ir-riżoluzzjoni ta’ talbiet reċiproċi taħt l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

BELĠJU – LUSSEMBURGU

(a)

Il-Ftehim tad-28 ta’ Jannar 1961 dwar l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

(b)

Il-Ftehim tas-16 ta’ April 1976 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi adottati taħt l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

BELĠJU – OLANDA

(a)

Il-Ftehim tal-21 ta’ Marzu 1968 dwar il-ġbir u l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, flimkien mal-Arranġament Amministrattiv tal-25 ta’ Novembru 1970 li jimplimenta dak il-Ftehim

(b)

Il-Ftehim tat-13 ta’ Marzu 2006 dwar l-assigurazzjoni għall-kura tas-saħħa

(c)

Il-Ftehim tat-12 ta’ Awwissu 1982 dwar l-assigurazzjoni tal-mard, il-maternità u l-invalidità

BELĠJU – RENJU UNIT

(a)

L-iskambju ta’ Ittri tal-4 ta’ Mejju u tal-14 ta’ Ġunju 1976 rigward l-Artikolu 105(2) l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

(b)

L-Iskambju ta’ Ittri tat-18 ta’ Jannar u l-14 ta’ Marzu 1977 rigward l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt it-termini tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) kif emendat bl-Iskambju ta’ Ittri tal-4 ta’ Mejju u tat-23 ta’ Lulju 1982 (ftehim għal ħlas lura ta’ spejjeż minfuqa taħt l-Artikolu 22(1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71)

BULGARIJA – REPUBBLIKA ĊEKA

Artikolu 29(1) u (3) tal-Ftehim tal-25 ta’ Novembru 1998 u l-Artikolu 5(4) tal-Arranġament amministrattiv tat-30 ta’ Novembru 1999 dwar ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

BULGARIJA – ĠERMANJA

Artikolu 8 sa 9 tal-Arranġament Amministrattiv dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-17 ta’ Diċembru 1997 fil-qasam tal-pensjonijiet

REPUBBLIKA ĊEKA – SLOVAKKJA

L-Artikoli 15 u 16 tal-Arranġement Amministrattiv tat-8 ta’ Jannar 1993 dwar l-ispeċifikazzjoni ta’ sede ta’ persuna li tħaddem u l-post ta’ residenza għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni tad-29 ta’ Ottubru 1992 dwar is-sigurtà soċjali

DANIMARKA – IRLANDA

L-Iskambju ta’ Ittri tat-22 ta’ Diċembru 1980 u tal-11 ta’ Frar 1981 dwar ir-rinunzja reċiproka tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija taħt l-assigurazzjoni għall-mard, il-maternità, l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u għall-benefiċċji tal-qgħad u l-ispejjeż tal- kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi (l-Artikoli 36(3), 63(3), u 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72)

DANIMARKA – GREĊJA

Il-Ftehim tat-8 ta’ Mejju 1986 dwar ir-rinunzja parzjali reċiproka ta’ ħlas lura rigward benefiċċji in natura għal mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol u r-rinunzja ta’ ħlas lura rigward kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

DANIMARKA – SPANJA

Il-Ftehim tal-11 ta’ Diċembru 2006 ta’ ħlas minn qabel, limiti ta’ żmien u ħlas lura mal-ammont attwali tal-benefiċċju mogħti lill-membri tal-familja ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li tkun assigurata fi Spanja, fejn il-membru tal-familja jirrisjedi fid-Danimarka u lill-pensjonanti u/jew membri tal-familja tagħhom li jkun(u) assigurati fi Spanja iżda li jirrisjedu fid-Danimarka

DANIMARKA – FRANZA

L-Arranġamenti tad-29 ta’ Ġunju 1979 u l-Arranġament addizzjonali tat-2 ta’ Ġunju 1993 li jikkonċernaw ir-rinunzja parzjali għall-ħlas lura taħt l-Artikolu 36 (3) u l-Artikolu 63 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-rinunzja reċiproka għall-ħlas lura taħt l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja parzjali għall-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura rigward mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard kawżat mix-xogħol, u r-rinunzja tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

DANIMARKA – ITALJA

Il-Ftehim tat-18 ta’ Novembru 1998 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura taħt assigurazzjoni għal mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol u l-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

DANIMARKA – LUSSEMBURGU

Il-Ftehim tad-19 ta’ Ġunju 1978 rigward ir-rinunzja reċiproka ta’ ħlas lura previst fl-Artikolu 36(3), 63(3) u 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż ta’ benefiċċji in natura għal mard, maternità, inċidenti fuq ix-xogħol u mard okkupazzjonali, spejjeż ta’ benefiċċju tal-qgħad u spejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

DANIMARKA – OLANDA

L-Iskambju ta’ Ittri tat-30 ta’ Marzu u tal-25 ta’ April 1979 kif emendat bil-ftehim tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura għal mard, maternità, inċidenti fuq il post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol

DANIMARKA – PORTUGALL

Il-Ftehim tat-17 ta’ April 1998 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura taħt assigurazzjoni għal mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol u l-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

DANIMARKA – FINLANDJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka ta’ rifużjonijiet taħt l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

DANIMARKA – SVEZJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka ta’ rifużjonijiet taħt l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

DANIMARKA – RENJU UNIT

L-Iskambju ta’ Ittri tat-30 ta’ Marzu u tad-19 ta’ April 1977 kif modifikat minn Skambju ta’ Ittri tat-8 ta’ Novembru 1989 u tal-10 ta’ Jannar 1990 dwar ftehim li jirrinunzja l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura u l-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

ĠERMANJA – FRANZA

Il-Ftehim tas-26 ta’ Mejju 1981 li jimplimenta l-Artikolu 92 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ġbir u rkupru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali)

ĠERMANJA – ITALJA

Il-Ftehim tat-3 ta’ April 2000 dwar il-ġbir u l-irkupru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

ĠERMANJA – LUSSEMBURGU

(a)

Il-Ftehim tal-14 ta’ Ottubru 1975 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi adottati taħt l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(b)

Il-Ftehim tal-14 ta’ Ottubru 1975 dwar il-ġbir u l-irkupru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

(c)

Il-Ftehim tal-25 ta’ Jannar 1990 rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 20 u 22(1)(b) u (c) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

ĠERMANJA – OLANDA

(a)

L-Artikoli 9 tal-Arranġamenti Amministrattivi tat-18 ta’ April 2001 dwar il-Konvenzjoni tat-18 ta’ April 2001 (ħlas ta’ pensjonijiet)

(b)

Il-Ftehim tal-21 ta’ Jannar 1969 dwar l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

ĠERMANJA – AWSTRIJA

It-Taqsima II, Numru 1, u t-Taqsima III tal-Ftehim tat-2 ta’ Awwissu 1979 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni kontra l-qgħad tad-19 ta’ Lulju 1978 għandhom jibqgħu japplikaw għal persuni li eżerċitaw attività bħala ħaddiem tal-fruntiera fi jew qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u sfaw mingħajr impjieg qabel l-1 ta’ Jannar 2011

ĠERMANJA – POLONJA

Il-Ftehim tal-11 ta’ Jannar 1977 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1975 dwar pensjonijiet tax-xjuħija u benefiċċji għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol

ESTONJA – RENJU UNIT

L-Arranġament finalizzat fid-29 ta’ Marzu 2006 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Estonja u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004

IRLANDA – FRANZA

L-Iskambju ta’ Ittri tat-30 ta’ Lulju 1980 u tas-26 ta’ Settembru 1980 dwar l-Artikolu 36 (3) u l-Artikolu 63 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ir-rinunzja reċiproka għall-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja parzjali għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

IRLANDA – LUSSEMBURGU

L-Iskambju ta’ Ittri tas-26 ta’ Settembru 1975 u tal-5 ta’ Awwissu 1976 rigward l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura ipprovduti taħt il-Kapitolu 1 jew 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, u tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi msemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72)

IRLANDA – OLANDA

L-Iskambju ta’ Ittri tat-22 ta’ April u tas-27 ta’ Lulju 1987 rigward l-Artikolu 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (rinunzja tal-ispejjeż tal-ħlas lura rigward benefiċċji mogħtija bl-applikazzjoni tal-Artikolu 69 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi msemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72)

IRLANDA – ŻVEZJA

Il-Ftehim tat-8 ta’ Novembru 2000 dwar ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura tal-mard, il-maternità, l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u l-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u mediċi

IRLANDA – RENJU UNIT

L-Iskambju ta’ Ittri tad-9 ta’ Lulju 1975 rigward l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura jew ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura previst taħt it-termini tal-Kapitolu 1 jew 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

GREĊJA – OLANDA

L-Iskambju ta’ Ittri tat-8 ta’ Settembru 1992 u t-30 ta’ Ġunju 1993 rigward il-metodi ta’ ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet

SPANJA – FRANZA

Il-Ftehim tas-17 ta’ Mejju 2005 dwar l-istabbiliment ta’ arranġamenti speċifiċi għall-ġestjoni u l-ħlas ta’ talbiet reċiproċi rigward il-benefiċċji għall-kura tas-saħħa konformement mar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

SPANJA – ITALJA

Il-Ftehim dwar proċedura ġdida għat-titjib u s-simplifikazzjoni tal-ħlas lura tal-ispejjeż għall-kura tas-saħħa tal-21 ta’ Novembru 1997 rigward l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ħlas lura għal benefiċċji, tal-mard u l-maternità in natura) u l-Artikoli 93, 94, 95, 100 u 102(5) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (proċeduri għar-rifużjoni u l-benefiċċji għall-assigurazzjoni għall-mard u l-maternità u talbiet tardivi)

SPANJA – OLANDA

Il-Ftehim tal-21 ta’ Frar 2000 bejn l-Olanda u Spanja li jiffaċilita r-riżoluzzjoni ta’ talbiet reċiproċi rigward il-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-mard u tal-maternità meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

SPANJA – PORTUGALL

(a)

L-Artikoli 42, 43 u 44 tal-Arranġament Amministrattiv tat-22 ta’ Mejju 1970 (esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad). Din l-inserzjoni ser tibqa’ valida għal sentejn mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(b)

Il-Ftehim tat-2 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta’ talbiet reċiproċi għall-kura tas-saħħa bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata u aċċellerata r-riżoluzzjoni ta’ dawn it-talbiet

SPANJA – SVEZJA

Il-Ftehim tal-1 ta’ Diċembru 2004 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura previsti taħt ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

SPANJA – RENJU UNIT

Il-Ftehim tat-18 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u 574/72

FRANZA – ITALJA

(a)

L-Iskambju ta’ Ittri tal-14 ta’ Mejju u tat-2 ta’ Awwissu 1991 rigward it-termini għas-soluzzjoni ta’ talbiet reċiproċi taħt l-Artikolu 93 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(b)

L-iskambju supplimentari ta’ ittri tat-22 ta’ Marzu u tal-15 ta’ April 1994 rigward il-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ djun reċiproċi taħt it-termini tal-Artikoli 93, 94, 95 u 96 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(c)

L-Iskambju ta’ Ittri tat-2 ta’ April 1997 u l-20 ta’ Ottubru 1998 li jimmodifika l-Iskambju ta’ Ittri msemmi taħt il-punt (a) u (b) rigward il-proċeduri għall-ħlas ta’ djun reċiproċi taħt it-termini tal-Artikoli 93, 94, 95 u 96 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(d)

Il-Ftehim tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-verifiki amministrattivi u l-eżamijiet mediċi mitluba permezz tal-Artikolu 51 tar-Regolament imsemmi hawn fuq

FRANZA – LUSSEMBURGU

(a)

Il-Ftehim tat-2 ta’ Lulju 1976 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura previst fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971, tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura tal-assigurazzjoni tal-mard jew maternità pprovduti lill-membri tal-familja ta’ ħaddiem li mhumiex residenti fl-istess pajjiż bħall-ħaddiem

(b)

(c) Il-Ftehim tat-2 ta’ Lulju 1976 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura previst fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971, tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura tal-assigurazzjoni tal-mard u l-maternità pprovduti lill-ħaddiema antiki tal-fruntieri, il-membri tal-familji tagħhom jew lis-sopravissuti tagħhom

(c)

Il-Ftehim tat-2 ta’ Lulju 1976 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi pprovdut għaliha fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972

(d)

L-iskambju t’ittri tas-17 ta’ Lulju u l-20 ta’ Settembru 1995 li jikkonċerna il-kondizzjonijiet dwar il-ftehim reċciproku fuq talbiet taħt l-Artikoli 93, 95 u 96 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

FRANZA – OLANDA

(a)

Il-Ftehim tat-28 ta’ April 1997 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi taħt l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

(b)

Il-Ftehim tad-29 ta’ Settembru 1998 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali għall-iddeterminar tal-ammonti tal-ħlas lura tal-benefiċċji in natura taħt it-termini tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/7(2)

(c)

Il-Ftehim tat-3 ta’ Frar 1999 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali għall-amministrazzjoni u l-ħlas ta’ dejn reċiproku tal-benefiċċji tal-mard taħt it-termini tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

FRANZA – PORTUGALL

Il-Ftehim tat-28 ta’ April 1999 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali għall-amministrazzjoni u l-ħlas ta’ dejn reċiproku tal-benefiċċji tal-mard permezz tat-termini tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

FRANZA – RENJU UNIT

(a)

L-Iskambju ta’ Ittri tal-25 ta’ Marzu u tat-28 ta’ April 1997 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

(b)

Il-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 1998 dwar il-metodi speċifiċi għad-determinazzjoni tal-ammonti tar-rifużjoni tal-benefiċċji in natura permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

ITALJA – LUSSEMBURGU

L-Artikolu 4(5) u (6) tal-Arranġament Amministrattiv tad-19 ta’ Jannar 1955 dwar id-dispożizzjonijiet implimentattivi tal-Konvenzjoni Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali (assigurazzjoni tal-mard għall-ħaddiema agrikoli)

ITALJA – OLANDA

Il-Ftehim tal-24 ta’ Diċembru 1996/27 ta’ Frar 1997 dwar l-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 63(3) tar-Regolament bażiku

ITALJA – RENJU UNIT

L-Arranġament iffirmat fil-15 ta’ Diċembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Italja u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005

LUSSEMBURGU – OLANDA

Il-Ftehim tal-1 ta’ Novembru 1976 dwar ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi adottati taħt l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

LUSSEMBURGU – ŻVEZJA

L-Arranġament tas-27 ta’ Novembru 1996 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali

LUSSEMBURGU – RENJU UNIT

L-Iskambju ta’ Ittri tat-18 ta’ Diċembru 1975 u l-20 ta’ Jannar 1976 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzjar għall-ħlas lura tal-ispejjeż għall-kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi msemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

UNGERIJA – RENJU UNIT

L-Arranġament finalizzat fl-1 ta’ Novembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Ungerija u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt dak ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004

MALTA – RENJU UNIT

L-Arranġament finalizzat fis-17 ta’ Jannar 2007 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti ta’ Malta u r-Renju Unit taħt l-Artikoli 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004

OLANDA – PORTUGALL

Il-Ftehim tal-11 ta’ Diċembru 1987 dwar il-ħlas lura ta’ benefiċċji in natura fil-każ ta’ mard u maternità

OLANDA – RENJU UNIT

(a)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3 tal-Arranġament Amministrattiv tat-12 ta’ Ġunju 1956 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-11 ta’ Awwissu 1954

(b)

L-Iskambju ta’ Ittri tal-25 ta’ April u tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-Artikolu 36 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ħlas lura jew rinunzja għall-ħlas lura ta’ spejjeż għal benefiċċji in natura), kif emendat

PORTUGALL – RENJU UNIT

L-Arranġament tat-8 ta’ Ġunju 2004 li jistabbilixxi metodi oħrajn ta’ ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura pprovdut miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2003

FINLANDJA – ŻVEZJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka ta’ rifużjonijiet taħt l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament bażiku (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

FINLANDJA – RENJU UNIT

L-Iskambju ta’ Ittri tal-1 u l-20 ta’ Ġunju 1995 li jikkonċerna l-Artikoli 36 (3) u 63 (3) tar- Regolament bażiku (KEE) Nru 1408/71 (il-ħlas lura jew ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi)

ŻVEZJA – RENJU UNIT

L-arranġament tal-15 ta’ April 1997 li jikkonċerna l-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ħlas lura jew rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (rinunzja ta’ rifużjonijiet tal-prezzijiet ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)


ANNESS 2

Skemi speċjali applikabbli għal impjegati taċ-ċivil

(kif imsemmi l-Artikoli 31 u 41 tar-Regolament implimentattiv)

A.   Skemi speċjali għal impjegati taċ-ċivil li ma jkunux koperti mit-Titolu III, Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar benefiċċji in natura

Ġermanja

Skemi speċjali ta’ mard għal impjegati taċ-ċivil

B.   Skemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil li mhumiex koperti mit-Titolu III, Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 19, paragrafu 1 tal-Artikolu 27 u l-Artikolu 35, dwar benefiċċji in natura

Spanja

Skema speċjali ta’ sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil.

Skema speċjali ta’ sigurtà soċjali għall-forzi armati.

Skema speċjali ta’ sigurtà soċjali għall-uffiċjali tal-qrati u l-persunal amministrattiv.

C.   Skemi speċjali għal impjegati taċ-ċivil li ma jkunux koperti mit-Titolu III, Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar benefiċċji in natura

Ġermanja

Skemi speċjali applikabbli għal impjegati taċ-ċivil.


ANNESS 3

Stati Membri li jitolbu l-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura abbażi ta’ ammonti fissi

(kif imsemmi l-Artikolu 63(1) tar-Regolament implimentattiv)

IRLANDA

SPANJA

ITALJA

MALTA

OLANDA

PORTUGALL

FINLANDJA

ŻVEZJA

RENJU UNIT


ANNESS 4

Dettalji tad-database imsemmija fl-Artikolu 88(4) tar-Regolament implimentattiv

(1)   Kontenut tad-database

Direttorju elettroniku (URL) tal-korpi kkonċernati għandu jindika:

(a)

l-ismijiet tal-korpi fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru kif ukoll bl-Ingliż

(b)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni u l-indirizzar elettroniku EESSI

(c)

il-funzjoni tagħhom rigward id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1(m), (q) u (r) tar-Regolament bażiku (u l-Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament implimentattiv

(d)

il-kompetenza tagħhom rigward ir-riskji differenti, it-tipi ta’ benefiċċji, l-iskemi u l-kopertura ġeografika

(e)

liema parti tar-Regolament bażiku qed tiġi applikata mill-korpi

(f)

id-dettalji għall-kuntatt li ġejja: indirizz postali, telefon, telefaks, indirizz tal-psota elettronika u l-indirizz URL relevanti

(g)

kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku jew ir-Regolament implimentattiv.

(2)   Amministrazzjoni tad-database

(a)

Id-direttorju elettroniku hu ospitat minn EESSI fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea.

(b)

L-Istati Membri huma responsabbli biex jiġbru u jikkontrollaw l-informazzjoni meħtieġa ta’ korpi u għall-preżentazzjoni f’waqtha lill-Kummissjoni Ewropea ta’ kwalunkwe entrata jew bidla tal-entrati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

(3)   Aċċess

L-informazzjoni użata għal finijiet operattivi u amministrattivi mhijiex aċċessibbli għall-pubbliku.

(4)   Sigurtà

Il-modifiki kollha tad-database (daħħal, aġġorna, ħassar) għandhom ikunu llogjati. Qabel ma jingħataw aċċess għad-Direttorju għal finijiet li jkunu mmodifikati l-entrati, l-utenti għandhom ikunu identifikati u awtentikati. Qabel kwalunkwe tentattiv għal modifika ta’ entrata, ser tkun kontrollata l-awtorizzazzjoni tal-utent biex iwettaq din l-azzjoni. Kwalunkwe azzjoni mhux awtorizzata għandha tiġi miċħuda u reġistrata.

(5)   Reġim Lingwistiku

Ir-reġim lingwistiku ġenerali tad-database hu l-Ingliż. L-isem tal-korpi u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom għandhom jiddaħħlu wkoll fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru.


ANNESS 5

L-Istati Membri li jiddeterminaw, fuq bażi reċiproka, l-ammont massimu ta’ ħlas lura msemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-ammont medju tal-benefiċċji tal-qgħad previst fil-leġislazzjoni tagħhom fis-sena kalendarja preċedenti

(kif imsemmi fl-Artikolu 70 tar-Regolament implimentattiv)

BELĠJU

REPUBBLIKA ĊEKA

ĠERMANJA

AWSTRIJA

SLOVAKKJA

FINLANDJA


30.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/43


REGOLAMENT (KE) Nru 988/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi (3) tas-sigurtà soċjali jipprevedi li l-kontenut tal-Annessi II, X u XI għal dak ir-Regolament jiġi determinat qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu.

(2)

L-Annessi I, III, IV, VI, VII, VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom jiġu adattati biex jitqiesu kemm il-ħtiġiet tal-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni Ewropea wara li ġie adottat dak ir-Regolament kif ukoll l-iżviluppi reċenti fi Stati Membri oħra.

(3)

L-Artikoli 56(1) u 83 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jipprevedu dispożizzjonijiet speċjali għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ ċerti Stati Membri li għandhom jitniżżlu fl-Anness XI għal dak ir-Regolament. L-Anness XI huwa maħsub biex jieħu kont tal-partikolaritajiet tad-diversi sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni. Għadd ta’ Stati Membri talbu l-inklużjoni ta’ inserzjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom f’dan l-Anness u pprovdew lill-Kummissjoni bi spjegazzjonijiet legali u prattiċi tal-leġiżlazzjoni u s-sistemi tagħhom.

(4)

F’konformità mal-ħtieġa għar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni, hija meħtieġa strateġija komuni biex jiġi żgurat li l-inserzjonijiet fir-rigward ta’ Stati Membri differenti li huma ta’ natura simili jew li jsegwu l-istess objettiv ikunu fil-prinċipju ttrattati bl-istess mod.

(5)

Ladarba l-għan tar-Regolament (KE) Nru 883/04 huwa li jikkoordina leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali li għaliha l-Istati Membri huma esklużivament responsabbli, l-inserzjonijiet li m’humiex kompatibbli mal-fini jew l-objettivi tiegħu, u inserzjonjiet li jfittxu biss li jikkjarifikaw l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, m’għandhomx ikunu inklużi fir-Regolament.

(6)

Xi talbiet qajmu kwistjonijiet li kienu komuni għal diversi Stati Membri: huwa għalhekk kunsiljabbli li dawk il-kwistjonijiet jiġu ttrattati fuq livell aktar ġenerali, jew permezz ta’ kjarifika fil-korp tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jew f’xi ieħor mill-Annessi tiegħu, li għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ, jew permezz ta’ dispożizzjoni fir-Regolament Implimentattiv msemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, pjuttost milli permezz tal-inserzjoni ta’ entrati simili fl-Anness XI tiegħu għal diversi Stati Membri.

(7)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi emendat sabiex ikun ikkjarifikat u estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u biex ikun żgurat li l-membri tal-familja ta’ dawk li qabel kienu ħaddiema tal-fruntieri jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-possibbiltà li jkomplu trattament mediku f’dak li qabel kien il-pajjiż tal-impjieg tal-persuna assigurata wara l-irtirar tagħha, sakemm ma jkunx elenkat fl-Anness III l-Istat Membru fejn il-ħaddiem tal-fruntiera eżerċita, għall-aħħar darba, l-aħħar l-attività tiegħu.

(8)

Huwa xieraq li jkunu vvalutati r-rilevanza, il-frekwenza, l-iskala u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tar-restrizzjoni ta’ drittijiet ta’ benefiċċji mogħtija permezz ta’ oġġetti u servizzi in natura għall-membri tal-familja ta’ ħaddiem tal-fruntiera skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għal dawk l-Istati Membri li jibqgħu elenkati f’dan l-Anness erba’ snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

(9)

Huwa wkoll kunsiljabbli li ċerti kwistjonijiet speċifiċi jiġu ttrattati f’Annessi oħra tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, skont l-għan u l-kontenut tagħhom, aktar milli fl-Anness XI tiegħu, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-Annessi ta’ dak ir-Regolament.

(10)

Xi inserzjonijiet ta’ xi Stati Membri fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (4) issa huma koperti permezz ta’ ċerti dispożizzjonijiet ġenerali fir-Regolament (KE) Nru 8832004. Għaldaqstant, għadd ta’ inserzjonijiet fl-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 saru superfluwi.

(11)

Biex jiġi ffaċilitat l-użu tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 miċ-ċittadini meta jitolbu informazzjoni jew meta jagħmlu t-talbiet lill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, ir-referenzi li jsiru għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati għandhom ukoll isiru fil-lingwa oriġinali kulfejn huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat kwalunkwe malintiż possibbli.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif ikun meħtieġ.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jipprovdi li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Implimentattiv. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mill-istess data,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal wara l-premessa (17):

“(17a)

Ladarba l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ssir applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II ta’ dan ir-Regolament, il-kondizzjonijiet għall-affiljazzjoni u d-dritt għall-benefiċċji għandhom jiġu ddefiniti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti filwaqt li jiġi rrispettat id-dritt Komunitarju.”;

(2)

Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal wara l-premessa (18):

“(18a)

Il-prinċipju ta’ leġiżlazzjoni unika applikabbli huwa ta’ importanza kbira u għandu jissaħħaħ. Madankollu, dan m’għandux ifisser li l-għoti biss ta’ benefiċċju, b’konformita mar-Regolament u li jikkonsisti fil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni jew il-kopertura tal-assigurazzjoni għall-benefiċjarju, jirrendi l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru - fejn istituzzjoni tkun tat dak il-benefiċċju - il-leġiżlazzjoni applikabbli għal dik il-persuna.”;

(3)

Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(va)

‘benefiċċji in natura’ tfisser:

(i)

għall-finijiet tat-Titolu III, Kapitolu I (benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità), il-benefiċċji in natura previsti taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li huma maħsuba biex jiġu fornuti, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, iħallsu direttament jew iħallsu lura l-ispejjeż għall-kura medika u prodotti u servizzi anċillari għal dik il-kura. Dan jinkudi benefiċċji in natura ta’ kura għal perijodu fit-tul.

(ii)

għall-finijiet tat-Titolu III, Kapitolu 2 (aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol), kull benefiċċju in natura relatat ma’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol kif iddefinit fil-punt (i) hawn fuq u kif previst taħt l-iskemi tal-Istati Membri dwar aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol.”;

(4)

L-Artikolu 3(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a)

assistenza soċjali u medika jew

(b)

beneficcji li fir-rigward tagħhom Stat Membru jassumi r-responsabbiltà għad-danni ta’ persuni u jipprovdi kumpens, bħal dawk fil-każ ta’ vittmi tal-gwerra u azzjoni militari jew il-konsegwenzi tagħhom; vittmi ta’ atti kriminali, qtil jew terroriżmu; vittmi ta’ dannu kkawżat minn aġenti tal-Istat Membru waqt il-qadi ta’ dmirijiethom; jew vittmi li batew żvantaġġ minħabba raġunijiet politiċi jew reliġjużi jew raġunijiet ta’ dixxendenza.”;

(5)

L-Artikolu 14(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tagħmel ammissjoni għal assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni fakultattiva kontinwa suġġetta għar-residenza f’dak l-Istat Membru jew għal attività preċedenti bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, l-Artikolu 5(b) għandu japplika biss għall-persuni li kienu suġġetti, f’xi stadju aktar bikri, għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru abbażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha.”;

(6)

L-Artikolu 15, it-terminu “persunal awżiljari” jinbidel bit-terminu “persunal kuntrattwali”;

(7)

L-Artikolu 18(2) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“2.   Il-membri tal-familja ta’ ħaddiem tal-fruntiera għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji in natura waqt iż-żjara tagħhom fl-Istat Membru kompetenti.

Madankollu, fejn l-Istat Membru kompetenti huwa elenkat fl-Anness III, il-membri tal-familja ta’ ħaddiem tal-fruntiera li jgħixu fl-istess Stat Membru bħall-ħaddiem tal-fruntiera għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji in natura fl-Istat Membru kompetenti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) biss.”;

(8)

L-Artikolu 28(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Ħaddiem tal-fruntiera li jkun irtira minħabba xjuħija jew invalidità huwa intitolat f’każ ta’ mard li jkompli jirċievi benefiċċji in natura fl-Istat Membru fejn hu eserċita l-aħħar l-attività tiegħu bħala persuna imjegata jew li taħdem għal rasha, safejn dan ikun kontinwazzjoni ta’ trattament li beda f’dak l-Istat Membru. ‘Kontinwazzjoni ta’ trattament’ ifisser l-investigazzjoni kontinwata, id-dijanjosi u t-trattament ta’ marda tul id-dewmien kollu tagħha.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta’ dak li qabel kien ħaddiem tal-fruntiera sakemm l-Istat Membru fejn il-ħaddiem tal-fruntiera eserċita l-aħħar l-attività tiegħu ma jkunx elenkat fl-Anness III.”;

(9)

L-Artikoli 36(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni aktar favorevoli fil-paragrafi 2 u 2a ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 17, 18(1), 19(1) u 20(1) għandhom japplikaw ukoll għal benefiċċji marbutin ma’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma’ mard ikkaġunat mix-xogħol.”;

(10)

Fl-Artikolu 36, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-istituzzjoni kompetenti ma tistax tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) lil persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li kellha aċċident fuq il-post tax-xogħol jew li qabditha marda kkaġunata mix-xogħol u li hija intitolata għal benefiċċji a karigu ta’ dik l-istituzzjoni, fejn it-trattament adatt għall-kondizzjoni tagħha ma jistax jingħata fl-Istat Membru li fih il-persuna tirrisjedi f’limitu ta’ żmien li huwa medikament ġustifikabbli, b’kont meħud tal-istat ta’ saħħa preżenti tagħha u l-iżvilupp probabbli tal-marda tagħha.”;

(11)

L-Artikolu 51(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fejn il-leġiżlazzjoni jew l-iskema speċifika ta’ Stat Membru jagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkuprar tad-dritt għall-benefiċċji suġġett li l-persuna kkonċernata li tkun assigurata fiż-żmien tal-materjalizzazzjoni tar-riskju, din il-kondizzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ġiet sodisfatta jekk dik il-persuna kienet assigurata qabel taħt il-leġiżlazzjoni jew skema speċifika ta’ dak l-Istati Membru u tkun, fiż-żmien meta jseħħ ir-riskju, assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għall-istess riskju jew, fin-nuqqas ta’ dan, benefiċċju huwa dovut taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għall-istess riskju. Il-kondizzjoni tal-aħħar għandha titqies, madankollu, li ġiet sodisfatta fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 57.”;

(12)

L-Artikolu 52(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Fejn il-kalkolu skont il-paragrafu (1)(a) fi Stat Membru jirriżulta dejjem f’benefiċċju indipendenti ndaqs jew ogħla mill-benefiċċju pro rata kkalkulat skont il-paragrafu 1(b), l-istituzzjoni kompetenti għandha tirrinunzja għall-kalkolu pro rata, bil-kundizzjoni li:

(i)

tali sitwazzjoni tkun prevista fil- Parti 1tal-Anness VIII;

(ii)

l-ebda leġiżlazzjoni li fiha regoli kontra s-sovrapożizzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 54 u 55, ma tkun applikabbli, sakemm ma jkunux sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 55(2); u

(iii)

l-Artikolu 57 ma jkunx applikabbli fir-rigward tal-perijodi magħmula taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.”;

(13)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 52:

“5.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, il-kalkolu pro rata m’għandux japplika għal skemi li jipprovdu benefiċċji li fir-rigward tagħhom il-perijodi taż-żmien m’għandhom l-ebda relevanza għall-kalkolu, sakemm skemi bħal dawn ikunu elenkati fil-Parti 2 tal-Anness VIII. F’każijiet bħal dawn, il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għall-benefiċċju kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.”;

(14)

Fl-Artikolu 56(1)(c), il-kliem “fejn meħtieġ” għandu jiddaħħal qabel il-kliem “skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XI”;

(15)

Fl-Artikolu 56(1), għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

Fil-każ li l-punt 1(c) ma japplikax minħabba li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprovdi li l-benefiċċju għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ elementi li m’humiex il-perijodi tal-assigurazzjoni jew residenza li m’humiex marbuta maż-żmien, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu kont, fir-rigward ta’ kull perijodu ta’ assigurazzjoni jew residenza magħmula skont il-leġiżlazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor, l-ammont tal-kapital akkumulat, il-kapital li huwa kkunsidrat li ġie akkumulat u kull element ieħor għall-kalkolu skont il-leġiżlazzjoni li tamministra, diviż bl-unitajiet korrispondenti ta’ perijodi fl-iskema tal-pensjoni kkonċernata.”;

(16)

Fl-Artikolu 57, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal skemi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness VIII.”;

(17)

Fl-Artikolu 62(3), il-kliem “ħaddiema tal-fruntieri” għandhom jinbidlu b’ “persuni qiegħda”;

(18)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 68a

Għoti ta’ benefiċċji

Fil-każ li l-benefiċċji tal-familja ma jintużawx mill-persuna li lilha suppost ikunu pprovduti għall-manteniment tal-membri tal-familja, l-istituzzjoni kompetenti għandha tuża l-obbligi legali tagħha billi tipprovdi dawk il-benefiċċji lill-persuna fiżika jew ġuridika li fattwalment tkun tmantni l-membri tal-familja, fuq it-talba u permezz ta’ aġenzija tal-istituzzjoni fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom jew tal-istituzzjoni jew korp maħtura għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.”;

(19)

L-Artikolu 87 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“8.   Jekk, bħala riżultat ta’ dan ir-Regolament, persuna hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru barra minn dak determinat skont it-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, dik il-leġiżlazzjoni għandha tkompli tapplika sakemm is-sitwazzjoni relevanti tibqa’ ma nbidlitx u fi kwalunkwe każ għal perijodu mhux anqas minn 10 snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sakemm il-persuna kkonċernata ma titlobx li hija ssir suġġetta għal-leġiżlazzjoni applikabbli taħt dan ir-Regolament. It-talba għandha tiġi preżentata fi żmien tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hi applikabbli taħt dan ir-Regolament jekk il-persuna kkonċernata għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru sa mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk it-talba ssir wara l-limitu taż-żmien indikat, il-bidla tal-leġiżlazzjoni applikabbli għandha ssir fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara.”;

(b)

għandhom jiddaħħlu il-paragrafi li ġejjien:

“10a.   L-entrati fl-Anness III li jikkorrispondu għall-Estonja, għal Spanja, għall-Italja, għal-Litwanja, għall-Ungerija u għall-Olanda għandhom jiskadu u jiġu mingħajr effett erba’ snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ‘il quddiem.

10b.   Il-lista li hemm fl-Anness III għandha tiġi riveduta mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014+ abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni Amministrattiva. Dak ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-impatt tar-rilevanza, il-frekwenza, l-iskala u l-ispejjeż, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’dawk relattivi, tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness III. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll l-effetti possibbli tat-tħassir ta’ dawk id-dispożizzjonijiet għal dawk l-Istati Membri li jibqgħu elenkati f’dan l-Anness wara d-data msemmija fil-paragrafu 10a. Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-tressiq ta’ proposta dwar reviżjoni tal-lista bil-għan fil-prinċipju li l-lista tiġi mħassra sakemm ir-rapport tal-Kummissjoni Amministrattiva jipprovdi raġunijiet qawwija biex dan ma jseħħx.”;

(20)

L-Annessi huma emendati konformement mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv imsemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTROM


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 61.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). ll-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2008 (ĠU C 33 E, 10.2.2009, p. 1), u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.


ANNESS

Emendi lill-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

A.   L-Anness I huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-Parti I (pagamenti antiċipati ta’ manteniment):

(a)

L-intestatura “A. IL-BELĠJU” tinbidel bi “IL-BELĠJU”

(b)

Wara l-inserzjoni “IL-BELĠJU” tiddaħħal l-inserzjoni li ġejja:

“IL-BULGARIJA

Pagamenti għall-manteniment magħmulin mill-Istat skont l-Artikolu 92 tal-Kodiċi tal-Familja.”;

(c)

L-intestaturi “B. ID-DANIMARKA”, “C. IL-ĠERMANJA” jinbidlu rispettivament bi “ID-DANIMARKA”, “IL-ĠERMANJA”;

(d)

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “IL-ĠERMANJA” jiddaħħlu l-inserzjonijiet li ġejjin:

“L-ESTONJA

Allowances ta’ manteniment taħt l-Att dwar l-Allowances ta’ Manteniment tal-21 ta’ Frar 2007;

SPANJA

Antiċipi ta’ pagamenti għall-manteniment taħt id-Digriet Irjali 1618/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007.”;

(e)

L-intestatura “D. FRANZA” tinbidel bi “FRANZA”;

(f)

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “FRANZA” jiddaħħlu l-inserzjonijiet li ġejjin:

“IL-LITWANJA

Pagamenti mill-Fond ta’ Manteniment tat-Tfal taħt il-Liġi dwar il-Fond ta’ Manteniment tat-Tfal.

IL-LUSSEMBURGU

Antiċipi u rkupru ta’ pagamenti għall-manteniment fis-sens tal-Att tas-26 ta’ Lulju 1980.”;

(g)

L-intestatura “E. L-AWSTRIJA” tinbidel bi “L-AWSTRIJA”;

(h)

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “L-AWSTRIJA” tiddaħħal l-inserzjoni li ġejja:

“IL-POLONJA

Benefiċċji mill-Fond Alimentari taħt l-Att ta’ Assitenza lill-Persuni Intitolati għall-Alimenti”;

(i)

L-intestatura “F. IL-PORTUGALL” tinbidel bi “IL-PORTUGALL”;

(j)

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “IL-PORTUGALL”, jiddaħħlu l-inserzjonijiet li ġejjin:

“IS-SLOVENJA

Sostituzzjoni ta’ manteniment skont l-Att dwar il-Garanzija Pubblika u l-Fond ta’ Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja tal-25 ta’ Lulju 2006.

IS-SLOVAKKJA

Benefiċċju alimentari ta’ sostituzzjoni (pagament ta’ manteniment ta’ sostituzzjoni) skont l-Att Nru 452/2004 Coll. dwar il-benefiċċju alimentari ta’ sostituzzjoni kif emendat b’regolamenti li ġew wara.”;

(k)

L-intestaturi “G. IL-FINLANDJA” u “H. L-IŻVEZJA” jinbidlu rispettivament bi “IL-FINLANDJA” u “L-IŻVEZJA”.

2.

Fil-Parti II (allowances speċjali tat-twelid ta’ tarbija u tal-adozzjoni):

(a)

L-intestatura “A. IL-BELĠJU” tinbidel bi “IL-BELĠJU”

(b)

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “IL-BELĠJU”, jiddaħħlu l-inserzjonijiet li ġejjin:

“IL-BULGARIJA

Allowance tal-maternità f’somma waħda f’daqqa (il-Liġi dwar l-Allowances tal-Familji għat-Tfal).

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Allowance tat-twelid ta’ tarbija.

L-ESTONJA

(a)

Allowance tat-twelid ta’ tarbija;

(b)

Allowance tal-adozzjoni.”;

(c)

L-intestaturi “B. SPANJA”, u “C. FRANZA” jinbidlu rispettivament bi “SPANJA” u “FRANZA”;

(d)

L-inserzjoni taħt l-intestatura “SPANJA” tinbidel b’dan li ġej:

“SPANJA

Għotjiet tat-twelid u l-adozzjoni fil-forma ta’ pagament uniku”;

(e)

Fl-inserzjoni taħt l-intestatura “FRANZA”, jiżdiedu l-kliem li ġejin:

“, ħlief meta dawn jitħallsu lil persuna li tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni Franċiża skont l-Artikolu 12 jew l-Artikolu 16”;

(f)

Fl-inserzjoni taħt l-intestatura “FRANZA” tiddaħħal l-inserzjoni li ġejja:

“IL-LATVJA

(a)

Għotja tat-twelid ta’ tarbija;

(b)

Allowance tal-adozzjoni.

IL-LITWANJA

Għotja ta’ somma waħda f’daqqa tat-tfal.”;

(g)

L-intestatura “D. IL-LUSSEMBURGU” tinbidel bi “IL-LUSSEMBURGU”;

(h)

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “IL-LUSSEMBURGU” jiddaħħlu l-inserzjonijiet li ġejjin:

“L-UNGERIJA

Għotja tal-maternità.

IL-POLONJA

Għotja tat-twelid fil-forma ta’ pagament uniku (l-Att dwar il-Benefiċċji tal-Familja).

IR-RUMANIJA

(a)

Allowance tat-twelid ta’ tarbija;

(b)

Ġhież għal tfal li għadhom kif jitwieldu.

IS-SLOVENJA

Għotja tat-twelid ta’ tarbija.

IS-SLOVAKKJA

(a)

Allowance tat-twelid ta’ tarbija;

(b)

Suppliment għall-allowance tat-twelid ta’ tarbija.”;

(i)

L-intestatura “E. IL-FINLANDJA” tinbidel bi “IL-FINLANDJA”.

B.   L-Anness II jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ KONVENZJONIJIET LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ U LI, FEJN JAPPLIKA, HUMA RISTRETTI GĦALL-PERSUNI KOPERTI MINNHOM (Artikolu 8(1))

Kummenti ġenerali

Għandu jkun innotat li d-dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet bilaterali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jibqgħu fis-seħħ bejn l-Istati Membri mhumiex elenkati f’dan l-Anness. Dan jinkludi obbligi bejn l-Istati Membri li jirriżultaw minn konvenzjonijiet li jipprevedu, per eżempju, dispożizzjonijiet rigward aggregazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni kompjuti f’pajjiż terz.

Dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet ta’ sigurtà soċjali li jibqgħu applikabbli:

IL-BELĠJU–IL-ĠERMANJA

L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll Finali tas-7 ta’ Diċembru 1957 tal-Konvenzjoni Ġenerali ta’ dik id-data, kif stabbilit fil-Protokoll Komplementari tal-10 ta’ Novembru 1960 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula f’xi reġjuni fruntaljieri qabel, matul u wara t-Tieni Gwerra Dinjija).

IL-BELĠJU–IL-LUSSEMBURGU

Il-Konvenzjoni tal-24 ta’ Marzu 1994 dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema tal-fruntieri (rigward il-ħlas lura b’rata fissa komplementari).

IL-BULGARIJA–IL-ĠERMANJA

L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-17 ta’ Diċembru 1997 (manteniment ta’ konvenzjonijiet konklużi bejn il-Bulgarija u dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996).

IL-BULGARIJA–L-AWSTRIJA

L-Artikolu 38(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-14 ta’ April 2005 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minn dik il-Konvenzjoni.

IL-BULGARIJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 32(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Diċembru 1957 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula sal-31 ta’ Diċembru 1957).

IR-REPUBBLIKA ĊEKA–IL-ĠERMANJA

L-Artikolu 39(1)(b) u (c) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-27 ta’ Lulju 2001 (manteniment tal-konvenzjoni konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Ċekoslovakka u dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996; stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula f’wieħed mill-istati kontraenti għal persuni li diġà rċevew pensjoni għal dawn il-perijodi fl-1 ta’ Settembru 2002 mill-istat kontraenti l-ieħor, waqt li kienu qed jirrisjedu fit-territorju tiegħu).

IR-REPUBBLIKA ĊEKA–ĊIPRU

L-Artikolu 32(4) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tad-19 ta’ Jannar 1999 (li tiddetermina l-kompetenza għall-kalkolu tal-perijodi ta’ impjieg magħmula taħt il-Konvenzjoni rilevanti tal-1976); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA–IL-LUSSEMBURGU

L-Artikolu 52(8) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-17 ta’ Novembru 2000 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni għal refuġjati politiċi).

IR-REPUBBLIKA ĊEKA–L-AWSTRIJA

L-Artikolu 32(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-20 ta’ Lulju 1999 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA–IS-SLOVAKKJA

L-Artikoli 12, 20 u 33 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tad-29 ta’ Ottubru 1992 (l-Artikolu 12 jiddetermina kompetenza għal għotja ta’ benefiċċji tas-susperstiti; l-Artikolu 20 jiddetermina kompetenza għal kalkolu ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula sal-jum tad-dissoluzzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka; l-Artikolu 33 jiddetermina kompetenza għal pagament ta’ pensjonijiet mogħti qabel il-jum tad-dissoluzzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka).

ID-DANIMARKA–IL-FINLANDJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor fejn jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

ID-DANIMARKA–L-IŻVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor fejn jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

IL-ĠERMANJA–SPANJA

L-Artikolu 45(2) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tal-4 ta’ Diċembru 1973 (rappreżentanza minn awtoritajiet diplomatiċi u konsulari).

IL-ĠERMANJA–FRANZA

(a)

Il-Ftehim Komplementari Nru 4 tal-10 ta’ Lulju 1950 tal-Konvenzjoni Ġenerali li ġġib l-istess data, kif stabbilit fil-Ftehim Supplimentari Nru 2 tat-18 ta’ Ġunju 1955 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula bejn l-1 ta’ Lulju 1940 u t-30 ta’ Ġunju 1950);

(b)

It-Titolu I ta’ dak il-Ftehim Supplimentari Nru 2 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel it-8 ta’ Mejju 1945);

(c)

il-punti 6, 7 u 8 tal-Protokoll Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 1950 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-istess data (arranġamenti amministrattivi);

(d)

It-Titoli II, III u IV tal-Ftehim tal-20 ta’ Diċembru 1963 (sigurtà soċjali fis-Saar).

IL-GERMANJA–IL-LUSSEMBURGU

L-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tal-Konvenzjoni tal-11 ta’ Lulju 1959 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula bejn Settembru 1940 u Ġunju 1946).

IL-ĠERMANJA–L-UNGERIJA

L-Artikolu 40(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-2 ta’ Mejju 1998 (manteniment tal-konvenzjoni konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u l-Ungerija għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996).

IL-ĠERMANJA–L-OLANDA

L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehim Komplementari Nru 4 tal-21 ta’ Diċembru 1956 għall-Konvenzjoni tad-29 ta’ Marzu 1951 (ħlas ta’ drittijiet miksuba taħt l-iskema tal-assigurazzjoni soċjali Ġermaniża minn ħaddiema Olandiżi bejn it-13 ta’ Mejju 1940 u l-1 ta’ Settembru 1945).

IL-ĠERMANJA–L-AWSTRIJA

(a)

L-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Assigurazzjoni tal-Qgħad tad-19 ta’ Lulju 1978 u l-Artikolu 10 tal-Protokoll Finali ta’ din il-Konvenzjoni (għoti ta’ allowances tal-qgħad lil ħaddiema tal-fruntieri mill-Istat tal-impjieg preċedenti) ser jibqgħu japplikaw għal persuni li jkunu eżerċitaw attività bħala ħaddiem tal-fruntiera fl-1 ta’ Jannar 2005 jew qabel u jispiċċaw qiegħda qabel l-1 ta’ Jannar 2011.

(b)

L-Artikolu 14(2)(g), (h), (i) u (j) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-4 ta’ Ottubru 1995 (determinazzjoni ta’ kompetenzi bejn iż-żewġ pajjiżi fir-rigward ta’ każijiet ta’ assigurazzjoni preċedenti u perijodi ta’ assigurazzjoni miksuba); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

IL-ĠERMANJA–IL-POLONJA

(a)

Il-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1975 dwar dispożizzjonijiet rigward ix-xjuħija u l-korrimenti fuq ix-xogħol, taħt il-kondizzjonijiet u l-kamp ta’ applikazzjoni definiti mill-Artikolu 27(2) sa (4) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-8 ta’ Diċembru 1990 (manteniment ta’ status legali, abbażi tal-Konvenzjoni tal-1975, tal-persuni li stabbilixxew ir-residenza tagħhom fit-territorju tal-Ġermanja jew il-Polonja qabel l-1 ta’ Jannar 1991 u li jibqgħu jirrisjedu hemm);

(b)

L-Artikoli 27(5) u 28(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-8 ta’ Diċembru 1990 (manteniment ta’ intitolament għal pensjoni mħallsa abbażi tal-Konvenzjoni tal-1957 konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u l-Polonja; stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula minn impjegati Pollakki taħt il-Konvenzjoni tal-1988 konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u l-Polonja).

IL-ĠERMANJA–IR-RUMANIJA

L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-8 ta’ April 2005 (manteniment tal-Konvenzjoni konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u r-Rumanija għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996).

IL-ĠERMANJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-24 ta’ Settembru 1997 (ħlas ta’ drittijiet miksuba qabel l-1 ta’ Jannar 1956 taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-istat kontraenti l-ieħor); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

IL-ĠERMANJA–IS-SLOVAKKJA

It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 29(1) tal-Ftehim tat-12 ta’ Settembru 2002 (manteniment tal-Konvenzjoni konkluża bejn dik li kienet ir-Repubblika Ċekoslovakka u dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja għal persuni li diġà rċevew pensjoni qabel l-1996; stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula f’wieħed mill-istati kontraenti għal persuni li diġà rċevew pensjoni għal dawn il-perijodi fl-1 ta’ Diċembru 2003 mill-istat kontraenti l-ieħor, waqt li jirrisjedu fit-territorju tiegħu).

IL-ĠERMANJA–IR-RENJU UNIT

(a)

L-Artikolu 7(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-20 ta’ April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal persuni pajżana fis-servizz tal-forzi militari);

(b)

L-Artikolu 5(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni tal-qgħad tal-20 ta’ April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal persuni pajżana fis-servizz tal-forzi militari).

L-IRLANDA–IR-RENJU UNIT

L-Artikolu 19(2) tal-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2004 dwar is-sigurtà soċjali (li jikkonċerna t-trasferiment u l-istima ta’ ċerti krediti ta’ diżabbiltà).

SPANJA–IL-PORTUGALL

L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 1969 (esportazzjoni ta’ benefiċċji tal-qgħad). Din l-inserzjoni ser tibqa’ valida għal sentejn mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

L-ITALJA–IS-SLOVENJA

(a)

Il-Ftehim dwar ir-regolament tal-obbligi reċiproċi fl-assigurazzjoni soċjali b’referenza għall-paragrafu 7 tal-Anness XIV għat-Trattat ta’ Paċi, konkluż bi skambju ta’ noti fil-5 ta’ Frar 1959 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel it-18 ta’ Diċembru 1954); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minn dak il-Ftehim.

(b)

L-Artikolu 45(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Lulju 1997 li jikkonċerna dik li kienet iż-Żona B tat-Territorju Ħieles ta’ Trieste (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel il-5 ta’ Ottubru 1956); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minn dik il-Konvenzjoni.

IL-LUSSEMBURGU–IL-PORTUGALL

Il-Ftehim tal-10 ta’ Marzu 1997 (dwar ir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet minn istituzzjonijiet f’parti kontraenti waħda rigward l-istat ta’ invalidità ta’ applikanti għal pensjonijiet minn istituzzjonijiet fil-parti kontraenti l-oħra).

IL-LUSSEMBURGU–IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 50(5) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-23 ta’ Mejju 2002 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni għal refuġjati politiċi).

L-UNGERIJA–L-AWSTRIJA

L-Artikolu 36(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-31 ta’ Marzu 1999 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha;

L-UNGERIJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Ottubru 1957 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel id-29 ta’ Mejju 1956); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

L-UNGERIJA–IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-30 ta’ Jannar 1959 (l-Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni jipprovdi li l-perijodi ta’ assigurazzjoni mogħtija qabel il-jum tal-iffirmar tal-Konvenzjoni jkunu l-perijodi ta’ assigurazzjoni tal-Istat kontraenti li fuq it-territorju tiegħu l-persuna intitolata kellha residenza); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

L-AWSTRIJA–IL-POLONJA

L-Artikolu 33(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Settembru 1998 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

L-AWSTRIJA–IR-RUMANIJA

L-Artikolu 37(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-28 ta’ Ottubru 2005 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

L-AWSTRIJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-10 ta’ Marzu 1997 (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel l-1 ta’ Jannar 1956); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

L-AWSTRIJA–IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 34(3) tal-Konvenzjoni tal-21 ta’ Diċembru 2001 dwar is-Sigurtà Soċjali (stima tal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Novembru 1961); l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tibqa’ ristretta għall-persuni koperti minnha.

IL-FINLANDJA–L-IŻVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor fejn jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).”

C.   L-Anness III jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS III

RESTRIZZJONI TA’ DRITTIJIET TA’ BENEFIĊĊJI MOGĦTIJA IN NATURA GĦAL MEMBRI TAL-FAMILJA TA’ ĦADDIEM LI JAĦDEM BEJN IL-FRUNTIERI

(L-Artikolu 18(2))

ID-DANIMARKA

L-ESTONJA (din l-inserzjoni se tkun valida matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 87(10a)

L-IRLANDA

SPANJA (din l-inserzjoni se tkun valida matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 87(10a)

L-ITALJA (din l-inserzjoni se tkun valida matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 87(10a)

IL-LITWANJA (din l-inserzjoni se tkun valida matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 87(10a)

L-UNGERIJA (din l-inserzjoni se tkun valida matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 87(10a)

L-OLANDA (din l-inserzjoni se tkun valida matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 87(10a)

IL-FINLANDJA

L-IŻVEZJA

IR-RENJU UNIT”.

D.   L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

1.

Wara l-inserzjoni “IL-BELĠJU”, għandhom jiddaħħlu l-inserzjonijiet li ġejjin:

“IL-BULGARIJA

IR-REPUBBLIKA ĊEKA”;

2.

L-inserzjoni “L-ITALJA” għandha titħassar;

3.

Wara l-inserzjoni “FRANZA”, tiddaħħal l-inserzjoni “ĊIPRU”;

4.

Wara l-inserzjoni “IL-LUSSEMBURGU”, għandhom jiddaħħlu l-inserzjonijiet:

“L-UNGERIJA

L-OLANDA”;

5.

Wara l-inserzjoni “L-AWSTRIJA”, jiddaħħlu l-inserzjonijiet li ġejjin:

“IL-POLONJA

IS-SLOVENJA”.

E.   L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-bidu tal-Anness jiżdiedu l-inserzjonijiet li ġejjin:

“IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Pensjoni ta’ diżabbiltà sħiħa għal persuni li d-diżabbiltà totali tagħhom rriżultat qabel dawn ikunu għalqu l-età ta’ tmintax-il sena u li ma kinux assigurati għall-perijodu meħtieġ (it-Taqsima 42 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni Nru 155/1995 Coll.).

L-ESTONJA

(a)

Pensjonijiet tal-invalidità mogħtijin qabel l-1 ta’ April 2000 taħt l-Att dwar Allowances tal-Istat u li huma miżmuma taħt l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni tal-Istat.

(b)

Pensjonjiet nazzjonali mogħtijin abbażi ta’ invalidità skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni tal-Istat.

(c)

Pensjonijiet tal-invalidità mogħtijin skont l-Att dwar is-Servizzi tal-Forzi tad-Difiża, l-Att dwar is-Servizzi tal-Pulizija, l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, l-Att dwar l-Istatus tal-Imħallfin, l-Att dwar is-Salarji, il-Pensjonijiet u Garanziji Soċjali Oħra tal-Membri tar-Riigikogu u l-Att dwar il-Benefiċċji Uffiċjali tal-President tar-Repubblika.”;

2.

L-intestaturi “A. IL-GREĊJA”, u “B. L-IRLANDA” jinbidlu rispettivament bi “IL-GREĊJA” u “L-IRLANDA”;

3.

L-inserzjoni taħt l-intestatura “L-IRLANDA” għandha titħassar u terġa tiġi mdaħħla qabel l-inserzjoni taħt l-intestatura “IL-GREĊJA”u tinbidel b’li ġej:

“Parti 2, Kapitolu 17, tal-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali”;

4.

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “IL-GREĊJA” tiddaħħal l-inserzjoni li ġejja:

“IL-LATVJA

Pensjoniet tal-invalidità (it-tielet grupp) taħt l-Artikolu 16(1)(2) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996.”;

5.

L-intestatura “C. IL-FINLANDJA” tinbidel bl-intestatura “IL-FINLANDJA” u l-inserzjoni korrispondenti tinbidel b’dan li ġej:

“IL-FINLANDJA

Pensjonijiet Nazzjonali lil persuni mwielda b’diżabbiltà jew li saru diżabbli f’età bikrija (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007);

Pensjonijiet tal-invalidità ddeterminati skont regoli transitorji u mogħtijin qabel l-1 ta’ Jannar 1994 (l-Att dwar l-Infurzar tal-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 569/2007).”;

6.

L-intestaturi “D. L-IŻVEZJA” u “E. IR-RENJU UNIT” jinbidlu rispettivament bi “L-IŻVEZJA” u “IR-RENJU UNIT”.

F.   L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

1.

Fit-tabelli intestati “IL-BELĠJU” u “FRANZA”, jitħassru l-linji relatati mal-Lussemburgu;

2.

Titħassar it-tabella intestata “IL-LUSSEMBURGU”.

G.   L-Anness VIII jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS VIII

IL-KAZIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA GĦANDU JIĠI RINUNZJAT JEW M’GĦANDUX JAPPLIKA (Artikolu 52 (4) u 52 (5))

Parti 1:   Kazijiet li fihom il-kalkolu pro rata għandu jkun rinunzjat skont l-Artikolu 52(4)

ID-DANIMARKA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet imsemmija fil-liġi dwar il-pensjonijiet soċjali, minbarra l-pensjonijiet imsemmija fl-Anness IX.

L-IRLANDA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tal-istat (transitorja), pensjoni tal-istat (kontributorja), pensjoni (kontributorja) tan-nisa romol u pensjoni (kontributorja) tal-irġiel romol.

ĊIPRU

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija, tal-invalidità, tal-irġiel romol u tan-nisa romol.

IL-LATVJA

(a)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tal-invalidità (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996).

(b)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti (il-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996; il-Liġi dwar il-pensjonijiet iffinanzjati mill-Istat tal-1 ta’ Lulju 2001).

IL-LITWANJA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti tas-sigurtà soċjali tal-Istat ikkalkulati abbażi tal-ammont bażiku tal-pensjoni tas-superstiti (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat).

L-OLANDA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija taħt il-liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħija (AOW).

L-AWSTRIJA

(a)

L-applikazzjonijiet kollha għal benefiċċji taħt l-Att Federali tad-9 ta’ Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali - ASVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom li jaħdmu fin-negozju u l-kummerċ - GSVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa li jaħdmu għal rashom - BSVG u l-Att Federali tat-30 ta’ Novembru 1978 dwar l-assigurazzjoni għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-professjonijiet liberi (FSVG).

(b)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tal-invalidità bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004.

(c)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att Ġenerali dwar il-Pensjonijiet (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004, jekk ma hi ser tiġi applikata l-ebda żieda fil-benefiċċji fir-rigward tax-xhur addizzjonali ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tal-Att Ġenerali dwar il-Pensjonijiet (APG).

(d)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tal-invalidità u tas-superstiti tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba (Landesärztekammer) ibbażati fuq servizzi bażiċi (benefiċċju bażiku jew kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika).

(e)

L-applikazzjonijiet kollha għal sostenn permanenti tal-invalidità okkupazzjonali u sostenn għas-superstiti mill-fond ta’ pensjoni tal-Kamra Awstrijaka ta’ Kirurgi Veterinarji.

(f)

L-applikazzjonijiet kollha għal benefiċċji li jirriżultaw minn pensjonijiet tal-invalidità okkupazzjonali, pensjonijiet tar-romol u pensjonijiet tal-iltiema skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet assistenzjali tal-assoċjazzjonijiet tal-avukatura Awstrijaka, Parti A.

IL-POLONJA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tad-diżabbiltà, pensjonijiet tax-xjuħija taħt l-iskema ta’ benefiċċji definita u l-pensjonijiet tas-supersiti.

IL-PORTUGALL

L-applikazzjonijiet kollha għal talbiet ta’ pensjoni għall-invalidità, tax-xjuħija u tas-superstiti, minbarra l-każijiet fejn il-perijodi totalizzati ta’ assigurazzjoni magħmula taħt il-leġiżlazzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed huma ugwali jew itwal minn 21 sena kalendarja, il-perijodi nazzjonali ta’ assigurazzjoni huma ugwali għal jew taħt l-20 sena, u l-kalkolu huwa magħmul taħt l-Artikolu 11 tad-Digriet-Liġi Nru 35/2002, 19 ta’ Frar.

IS-SLOVAKKJA

(a)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tas-superstiti (il-pensjoni tal-armla, tal-armel u tal-orfni) kkalkulata skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004, li l-ammont tagħha tkun ġejja minn pensjoni li qabel tħallset lill-mejjet.

(b)

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet ikkalkulati skont l-Att Nru 461/2003 Coll. dwar is-sigurtà soċjali kif emendat.

L-IŻVEZJA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni ta’ garanzija fil-forma ta’ pensjoni tax-xjuħija (Att 1998:702) u pensjoni tax-xjuħija fil-forma ta’ pensjoni supplimentari (Att 1998:674).

IR-RENJU UNIT

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tal-irtirar, benefiċċji tar-romol u tal-mewt, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom matul sena ta’ tassazzjoni li tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara:

(i)

il-parti kkonċernata kienet għamlet perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit u Stat Membru ieħor; u sena ta’ tassazzjoni waħda (jew aktar) ma kinitx ikkunsidrata bħala sena li tikkwalifika fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit;

(ii)

il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula taħt il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit għall-perijodi ta’ qabel il-5 ta’ Lulju 1948 jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bl-applikazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni addizzjonali skont l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992, taqsima 44, u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1992, taqsima 44.

Parti 2:   Il-kazijiet li fihom japplika l-Artikolu 52(5)

IL-BULGARIJA

Pensjonijiet tax-xjuħija mill-Assigurazzjoni tal-Pensjoni Obbligatorja Supplimentari, taħt Parti II, Titolu II, tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali.

L-ESTONJA

Skema tal-pensjonijiet tax-xjuħija b’finanzjament obbligatorju.

FRANZA

Skemi bażiċi jew supplimentari li fihom il-benefiċċji tax-xjuħija huma kkalkulati abbazi ta’punti tal-irtirar.

IL-LATVJA

Pensjonijiet tax-xjuħija (il-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996. il-Liġi dwar il-pensjonijiet iffinanzjati mill-Istat tal-1 ta’ Lulju 2001).

L-UNGERIJA

Benefiċċji tal-pensjonijiet ibbazati fuq is-sħubija f’fondi ta’ pensjonijiet privati.

L-AWSTRIJA

(a)

Pensjonijiet tax-xjuħija bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att Ġenerali dwar il-Pensjonijiet (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004;

(b)

Allowances obbligatorji taħt l-Artikolu 41 tal-Liġi Federali tat-28 ta’ Diċembru 2001, BGB1 I Nru 154 dwar il-fond ġenerali tas-salarji tal-ispizjara Awstrijaċi (Pharmazeutische Gehaltskasse für Österreich);

(c)

Pensjonijiet ta’ rtirar u rtirar kmieni mix-xogħol tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba bbażati fuq servizzi bażiċi (benefiċċju bażiku u kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika), u l-benefiċċji ta’ pensjonijiet kollha tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba bbażati fuq servizz addizzjonali (pensjoni addizzjonali jew individwali);

(d)

Sostenn tax-xjuħija mill-fond ta’ pensjoni tal-Kamra Awstrijaka ta’ Kirurgi Veterinarji;

(e)

Benefiċċji skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet assistenzjali tal-assoċjazzjonijiet tal-Avukatura Awstrijaka, Partijiet A u B, bl-eċċezzjonijiet tal-applikazzjoni għal benefiċċji minn pensjonijiet tad-diżabbiltà, tar-romol u tal-iltiema skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet assistenzjali tal-assoċjazzjonijiet tal-avukatura Awstrijaka, Parti A;

(f)

Benefiċċji mill-istituzzjonijiet assistenzjali tal-Kamra Federali tal-Periti u l-Inġiniera Konsulenti taħt l-Att tal-Kamra tal-Inġiniera Ċivili Awstrijaka (Ziviltechnikerkammergesetz) 1993 u l-istatuti tal-istituzzjonijiet assistenzjali, bl-eċċezzjoni ta’ benefiċċji għal raġunijiet ta’ invalidità okkupazzjonali u benefiċċji tas-superstiti li ġejjin mill-benefiċċji msemmija l-aħħar;

(g)

Benefiċċji skont l-istatut tal-istituzzjoni assistenzjali tal-Kamra Federali tal-Accountants u l-Konsulenti tat-Taxxa Professjonali taħt l-Att dwar l-Accountants u l-Konsulenti tat-Taxxa Professjonali Awstrijaki (Wirtschaftstreuhandberufsgesetz).

IL-POLONJA

Pensjonijiet tax-xjuħija taħt l-iskema tal-kontribuzzjoni ddefinita.

IS-SLOVENJA

Pensjoni minn assigurazzjoni ta’ pensjoni supplimentari obbligatorja.

IS-SLOVAKKJA

Tfaddil obbligatorju għall-pensjoni tax-xjuħija.

L-IŻVEZJA

Pensjoni ibbażata fuq id-dħul u pensjoni primjum (Att 1998:674).

IR-RENJU UNIT

Benefiċċji kklassifikati tal-irtirar imħallsa skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-1965, it-taqsimiet 36 u 37, u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1966, it-taqsimiet 35 u 36.”;

H.   L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-Parti I:

(a)

L-inserzjonijiet “A. IL-BELĠJU”, “B. ID-DANIMARKA”, “C. IL-GREĊJA”, “D. SPANJA”, “E. FRANZA”, “F. L-IRLANDA”, “G. L-OLANDA”, “H. IL-FINLANDJA” u “I. L-IŻVEZJA” jinbidlu rispettivament bi “IL-BELĠJU”, “ID-DANIMARKA”, “IL-GREĊJA”, “SPANJA”, “FRANZA”, “L-IRLANDA”, “L-OLANDA”, “IL-FINLANDJA” u “L-IŻVEZJA”;

(b)

L-inserzjoni taħt l-intestatura “L-IRLANDA” tiġi wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “ID-DANIMARKA” u qabel l-inserzjoni taħt l-intestatura “IL-GREĊJA”;

(c)

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “FRANZA” tiddaħħal l-inserzjoni li ġejja:

“IL-LATVJA

Pensjonijiet tal-invalidità (it-tielet grupp) taħt l-Artikolu 16(1)(2) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996.”;

(d)

Fl-inserzjoni taħt l-intestatura “L-OLANDA” jiżdied dan it-test li ġej:

“Il-liġi tal-10 ta’ Novembru 2005 dwar ix-xogħol u d-dħul skont il-kapaċità tax-xogħol (WIA).”;

(e)

L-inserzjoni taħt l-intestatura “IL-FINLANDJA” tinbidel b’li ġej:

“Pensjonijiet nazzjonali lil persuni mwielda b’diżabbiltà jew li saru diżabbli f’età bikrija (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007);

Pensjonijiet nazzjonali u pensjonijiet tal-konjuġi ddeterminati skont ir-regoli transitorji u mogħtijin qabel 1 ta’ Jannar 1994 (l-Att dwar l-Infurzar tal-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 569/2007);

L-ammont addizzjonali tal-pensjoni tat-tfal meta jiġi kkalkulat benefiċċju indipendenti skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007).”;

(f)

L-inserzjoni taħt l-intestatura “L-IŻVEZJA” tinbidel b’dan li ġej:

“Kumpens Svediż relatat mad-dħul għal mard u għal nuqqas ta’ attività (l-Att 1962:381).

Il-pensjoni ta’ garanzija u l-kumpens garantit Svediżi li ssostitwixxew il-pensjonijiet sħaħ tal-istat Svediż ipprovduti taħt il-leġiżlazzjoni dwar il-pensjoni tal-istat li kienet tapplika qabel l-1 ta’ Jannar 1993, u l-pensjoni sħiħa tal-istat mogħtija skont ir-regoli transitorji tal-leġiżlazzjoni li bdew japplikaw minn dik id-data.”;

2.

Fil-Parti II:

(a)

L-inserzjonijiet “A. IL-ĠERMANJA”, “B. SPANJA”, “C. L-ITALJA”, “D. IL-LUSSEMBURGU”, “E. IL-FINLANDJA” u “F. L-IŻVEZJA” jinbidlu rispettivament bi “IL-ĠERMANJA”, “SPANJA”, “L-ITALJA”, “IL-LUSSEMBURGU”, “IL-FINLANDJA” u “L-IŻVEZJA”;

(b)

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “L-ITALJA” għandhom jiddaħħlu l-inserzjonijiet li ġejjin:

“IL-LATVJA

Pensjoni tas-superstiti kkalkulata abbażi ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni preżunti (l-Artikolu 23(8) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996).

IL-LITWANJA

(a)

Pensjonijiet ta’ inkapaċità għax-xogħol tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat, imħallsin taħt il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat.

(b)

Pensjonijiet tas-superstiti u l-iltiema tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat, ikkalkulati abbażi tal-pensjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol tal-persuna l-mejta taħt il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat.”;

(c)

Wara l-inserzjoni taħt l-intestatura “IL-LUSSEMBURGU” għandha tiddaħħal l-inserzjoni li ġejja:

“IS-SLOVAKKJA

(a)

Pensjoni Slovakka tal-invalidità u pensjoni tas-superstiti dderivata minnha;

(b)

Pensjoni tal-invalidità għal persuna li saret invalida bħala wild dipendenti u li dejjem titqies li tkun issodisfat il-perijodu tal-assigurazzjoni meħtieġ (l-Artikolu 70(2), l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 73(3) u (4) tal-Att Nru 461/2003 dwar l-assigurazzjoni soċjali, kif emendati).”.

3.

Fil-Parti III:

L-inserzjoni “Konvenzjoni Nordika tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar is-sigurtà soċjali” tinbidel b’dan li ġej: “Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003.”

I.   L-Anness X jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS X

BENEFIĊĊJI SPEĊJALI LI MHUMIEX KONTRIBUTORJI U LI JINGĦATAW FI FLUS (Artikolu 70(2)(c))

IL-BELĠJU

(a)

Allowance ta’ sostituzzjoni għad-dħul (il-Liġi tas-27 ta’ Frar 1987);

(b)

Dħul garantit għall-anzjani (il-Liġi tat-22 ta’ Marzu 2001).

IL-BULGARIJA

Pensjoni Soċjali tax-xjuħija (l-Artikolu 89 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali).

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Allowance soċjali (l-Att dwar is-Sostenn Soċjali tal-Istat Nru 117/1995 Sb.).

ID-DANIMARKA

Spejjeż tal-akkomodazzjoni għall-pensjonanti (il-Liġi dwar l-assistenza tal-akkomodazzjoni individwali, konsolidata bil-Liġi Nru 204 tad-29 ta’ Marzu 1995).

IL-ĠERMANJA

(a)

Dħul bażiku ta’ sussistenza għall-anzjani u għall-persuni b’kapaċità ridotta ta’ qligħ taħt il-Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali;

(b)

Benefiċċji li jkopru spejjeż ta’ sussistenza taħt id-dispożizzjoni bażika għal min ikun qed ifittex impjieg sakemm, fir-rigward ta’ dawn il-benefiċċji, il-ħtiġiet ta’ eliġibbiltà għal suppliment temporanju wara li jkunu rċivew il-benefiċċju tal-qgħad (l-Artikolu 24 (1) tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali) ma jkunux ġew sodisfatti.

L-ESTONJA

(a)

Allowance għall-adulti b’diżabbiltà (l-Att dwar il-Benefiċċji Soċjali għall-Persuni b’Diżabblità tas-27 ta’ Jannar 1999);

(b)

Allowance tal-qgħad tal-istat (l-Att dwar is-Servizzi u s-Sostenn tas-Suq tax-Xogħol tad-29 ta’ Settembru 2005).

L-IRLANDA

(a)

Allowance għal min ikun qed ifittex impjieg (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti III, Kapitolu 2);

(b)

Pensjoni tal-Istat (mhux kontributorja) (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 4);

(c)

Pensjoni tan-nisa romol (mhux kontributorja) u pensjoni tal-irġiel romol (mhux kontributorja) (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 6);

(d)

Allowance ta’ diżabbiltà (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 10);

(e)

Allowance ta’ mobbiltà (l-Att dwar is-Saħħa 1970, Taqsima 61);

(f)

Pensjoni tal-għomja (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 5).

IL-GREĊJA

Benefiċċji speċjali għall-anzjani (il-Ligi 1296/82).

SPANJA

(a)

Garanzija ta’ dħul minimu (il-Liġi Nru 13/82 tas-7 ta’ April 1982);

(b)

Benefiċċji ta’ assistenza fi flus għall-anzjani u invalidi li ma jkunux kapaċi għax-xogħol (id-Digriet Irjali Nru 2620/81 tal-24 ta’ Lulju 1981);

(c)

(i)

Pensjonijiet mhux kontributorji ta’ invalidità u rtirar kif previsti fl-Artikolu 38(1) tat-Test Konsolidat tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, approvat mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/1994 tal-20 ta’ Ġunju 1994; u

(ii)

il-benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet ta’ hawn fuq, kif previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunitajiet Awtonomi, fejn supplimenti bħal dawn jiggarantixxu dħul minimu ta’ sussistenza b’kont meħud tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fil-Komunitajiet Awtonomi kkonċernati;

(d)

Allowances li jippromwovu l-mobbiltà u jikkumpensaw l-ispejjeż tat-trasport (il-Liġi Nru 13/1982 tas-7 ta’ April 1982).

FRANZA

(a)

Allowances supplimentari ta’:

(i)

il-Fond Speċjali tal-Invalidità, u

(ii)

il-Fond ta’ Solidarjetà tax-Xjuħija fir-rigward ta’ drittijiet miksuba

(il-Liġi tat-30 ta’ Ġunju 1956, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

(b)

Allowance tal-adulti diżabbli (il-Liġi tat-30 ta’ Ġunju 1975, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

(c)

Allowance speċjali (il-Liġi tal-10 ta’ Lulju 1952, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) fir-rigward ta’ drittijiet miksuba;

(d)

Allowance ta’ solidarjetà tax-xjuħija (l-ordinanza tal-24 ta’ Ġunju, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) mill-1 ta’ Jannar 2006.

L-ITALJA

(a)

Pensjonijiet soċjali għal persuni li m’għandhomx mezzi (il-Liġi Nru 153 tat-30 ta’ April 1969);

(b)

Pensjonijiet u allowances għal ċittadini ċivili diżabbli jew invalidi (il-Liġijiet Nru 118 tat-30 ta’ Marzu 1971, Nru 18 tal-11 ta’ Frar 1980 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988);

(c)

Pensjonijiet u allowances għal min huwa trux u mutu (il-Liġijiet Nru 381 tas-26 ta’ Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988);

(d)

Pensjonijiet u allowances għal ċittadini ċivili għomja (il-Liġijiet Nru 382 tas-27 ta’ Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988);

(e)

Benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet minimi (il-Liġijiet Nru 218 tal-4 ta’ April 1952, Nru 638 tal-11 ta’ Novembru 1983 u Nru 407 tad-29 ta’ Diċembru 1990);

(f)

Benefiċċji li jissuplimentaw l-allowances ta’ diżabbiltà (il-Liġi Nru 222 tat-12 ta’ Ġunju 1984);

(g)

Allowance soċjali (il-Liġi Nru 335 tat-8 ta’ Awwissu 1995);

(h)

Żieda soċjali (l-Artikolu 1(1) u (12) tal-Liġi Nru 544 tad-29 ta’ Diċembru 1988 u l-emendi suċċessivi).

ĊIPRU

(a)

Pensjoni Soċjali (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet Soċjali tal-1995 (il-Liġi 25(I)/95), kif emendata);

(b)

Allowance għal diżabbiltà motorja severa (id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Nri 38210 tas-16 ta’ Ottubru 1992, 41370 tal-1 ta’ Awwissu 1994, 46183 tal-11 ta’ Ġunju 1997 u 53675 tas-16 ta’ Mejju 2001);

(c)

Għotja speċjali lil persuni għomja (il-Liġi dwar l-Għotjiet Speċjali tal-1996 (il-Liġi 77(I)/96), kif emendata).

IL-LATVJA

(a)

Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat (il-Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 2003);

(b)

Allowance bħala kumpens għal spejjeż ta’ trasport ta’ persuni diżabbli b’mobbiltà ristretta (il-Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 2003).

IL-LITWANJA

(a)

Pensjoni ta’ għajnuna soċjali (il-Liġi tal-2005 dwar il-Benefiċċji ta’ Allowances Soċjali tal-Istat, l-Artikolu 5);

(b)

Kumpens ta’ għajnuna (il-Liġi tal-2005 dwar il-Benefiċċji ta’ Allowances Soċjali mill-Istat, l-Artikolu 15);

(c)

Kumpens tat-trasport għall-persuni diżabbli li għandhom problemi ta’ mobbiltà (il-Liġi tal-2000 dwar il-Kumpens tat-Trasport, l-Artikolu 7).

IL-LUSSEMBURGU

Dħul għal persuni serjament diżabbli (l-Artikolu 1(2), il-Liġi tat-12 ta’ Settembru 2003), bl-eċċezzjoni ta’ persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema diżabbli u impjegati fis-suq prinċipali tax-xogħol jew f’ambjent protett.

L-UNGERIJA

(a)

Annwalità tal-invalidità (id-Digriet Nru 83/1987 (XII 27) tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-Annwalità tal-Invalidità);

(b)

Allowance mhux kontributorja tax-xjuħija (l-Att III tal-1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Benefiċċji Soċjali);

(c)

Allowance tat-Trasport (id-Digriet tal-Gvern Nru 164/1995 (XII 27) dwar l-Allowances tat-Trasport għal Persuni b’Diżabblità Fiżika Severa).

MALTA

(a)

Allowance supplimentari (it-Taqsima 73 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987);

(b)

Pensjoni tal-età (Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987).

L-OLANDA

(a)

L-Att dwar l-Għajnuna ta’ Diżabbilta’ għal Żgħażagħ b’Diżabbiltà, tal-24 ta’ April 1997 (Wajong);

(b)

L-Att dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta’ Novembru 1986 (TW).

L-AWSTRIJA

Suppliment li jikkumpensa (l-Att Federali tad-9 ta’ Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali - ASVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal persuni li jaħdmu fil-kummerċ u bin-negozju - GSVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal bdiewa - BSVG).

IL-POLONJA

Pensjoni soċjali (l-Att tas-27 ta’ Ġunju 2003 dwar il-pensjonijiet soċjali).

IL-PORTUGALL

(a)

Pensjoni tal-Istat mhux kontributorja tax-xjuħija u l-invalidità (id-Digriet-Liġi Nru 464/80 tat-13 ta’ Ottubru 1980);

(b)

Pensjoni mhux kontributorja tar-romol (id-Digriet Regolatorju Nru 52/81 tal-11 ta’ Novembru 1981).

(c)

Suppliment ta’ solidarjetà għall-anzjani (id-Digriet-Liġi Nru 232/2005 tad-29 ta’ Diċembru 2005, emendat mid-Digriet-Liġi Nru 236/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006).

IS-SLOVENJA

(a)

Pensjoni tal-Istat (l-Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni ta’ Diżabilitajiet tat-23 ta’ Diċembru 1999);

(b)

Sostenn tad-dħul tal-pensjonanti (l-Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni ta’ Diżabilitajiet tat-23 ta’ Diċembru 1999);

(c)

Allowance ta’ manteniment (l-Att dwar il-Pensjonijiet u l-Assigurazzjoni ta’ Diżabbiltajiet tat-23 ta’ Diċembru 1999).

IS-SLOVAKKJA

(a)

L-aġġustament mogħti qabel l-1 ta’ Jannar 2004 lill-pensjonijiet li jikkostitwixxu s-sors waħdieni ta’ dħul;

(b)

Pensjoni soċjali mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

IL-FINLANDJA

(a)

Allowance ta’ akkomodazzjoni għall-pensjonanti (l-Att dwar l-allowance ta’ Akkomodazzjoni għall-pensjonanti, 571/2007);

(b)

Sostenn tas-suq tax-xogħol (l-Att dwar il-Benefiċċji tal-Qgħad 1290/2002);

(c)

Għajnuna speċjali lill-immigranti (l-Att dwar l-Għajnuna Speċjali lill-Immigranti, 1192/2002).

L-IŻVEZJA

(a)

Supplimenti ta’ akkomodazzjoni għal persuni li jkunu qed jirċievu pensjoni (il-Liġi 2001: 761);

(b)

Sostenn finanzjarju lill-anzjani (Law 2001: 853).

IR-RENJU UNIT

(a)

Kreditu tal-Pensjoni tal-Istat (l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni tal-Istat 2002 u l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni tal-Istat (l-Irlanda ta’ Fuq) 2002);

(b)

Allowances ibbażati fuq id-dħul għal min ikun qed ifittex impjieg (l-Att dwar Min Ikun Qed Ifittex Impjieg 1995 u l-Ordni dwar Min Ikun Qed Ifittex Impjieg (l-Irlanda ta’ Fuq) 1995);

(c)

Sostenn tad-Dħul (l-Att dwar il-Benefiċċji u l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali 1992 u l-Att dwar il-Benefiċċji u l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali 1992 (l-Irlanda ta’ Fuq));

(d)

Komponent ta’ mobbiltà f’Allowance ta’ Sussistenza għad-Diżabbiltà (l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992 u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta’ Fuq) 1992).”

J.   L-Anness XI jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS XI

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GHALL-APPLIKAZZJONI TAL-LIĠIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

(l-artikoli 51(3), 56(1) u 83)

IL-BULGARIJA

L-Artikolu 33 (1) tal-Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Bulgarija għandu japplika għall-persuni kollha li għalihom il-Bulgarija hija l-Istat Membru kompetenti taħt il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.;

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Għall-finijiet tad-definizzjoni tal-membri tal-familja skont l-Artikolu 1(i) ‘konjuġi’ jinkludi wkoll sħab reġistrati kif definit fl-Att Ċek nru 115/2006 Coll., dwar sħubija reġistrata.;

ID-DANIMARKA

(a)

Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni taħt il-‘lov om social pension’ (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), il-perijodi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha magħmula taħt il-leġiżlazzjoni Daniża minn ħaddiem tal-fruntiera jew ħaddiem li mar id-Danimarka biex jagħmel xogħol staġonali huma meqjusa bħala perijodi ta’ residenza magħmula fid-Danimarka mill-konjuġi superstitu(a), safejn, matul dawk il-perijodi, il-konjuġi superstitu(a) kien(et) marbut(a) ma’ t’hawn fuq imsemmi(ja) ħaddiem(a) biż-żwieġ mingħajr separazzjoni fiżika u materjali jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta’ inkompatibbiltà, u sakemm, matul dawk il-perijodi, il-konjuġi kien(et) (t)jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, ‘xogħol ta’ natura staġonali’ tfisser xogħol li, billi jiddipendi fuq in-newba tal-istaġuni, jirrikorri awtomatikament kull sena.

(b)

Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni taħt il-‘lov om social pension’ (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), perijodi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha magħmula taħt il-leġiżlazzjoni Daniża qabel l-1 ta’ Jannar 1984 minn persuna li għaliha ma japplikax il-punt 1(a) għandhom jitqiesu bħala perijodi ta’ residenza magħmula fid-Danimarka mill-konjuġi superstitu(a), safejn, matul dawk il-perijodi, il-konjuġi superstitu(a) kien(kienet) marbut(a) persuna biż-żwieġ mingħajr separazzjoni materjali u fiżika jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta’ inkompatibbiltà u sakemm matul dawk il-perijodi l-konjuġi kien(kienet) (t)jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

(c)

Perijodi li jridu jittieħdu inkonsiderazzjoni taħt il-punti (a) u (b) m’għandhomx jitqiesu jekk ikunu fl-istess perijodi li jkunu ttieħdu in konsiderazzjoni għall-kalkolu tal-pensjoni dovuta lil dik il-persuna kkonċernata taħt il-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni obbligatorja ta’ Stat Membru ieħor jew fil-perijodi li matulhom il-persuna kkonċernata rċeviet pensjoni taħt tali leġiżlazzjoni. Dawn il-perijodi għandhom, madankollu, jittieħdu inkonsiderazzjoni jekk l-ammont annwali tal-pensjoni msemmija huwa anqas minn nofs l-ammont bażiku tal-pensjoni soċjali.

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri huma intitolati għal pensjoni soċjali Daniża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fid-Danimarka minn tal-anqas għal tliet snin, suġġetti għal-limiti tal-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Daniża. Suġġett għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 7 ma japplikax għal pensjoni soċjali Daniża li d-dritt għaliha jkun inkiseb minn tali persuni.

(b)

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma japplikawx għad-dritt għal pensjoni soċjali Daniża għall-membri tal-familja ta’ persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fid-Danimarka, jew għall-istudenti jew il-membri tal-familji tagħhom.

3.   Il-benefiċċju temporanju għal persuni qiegħda li ddaħħlu fil-ledighedsydelse (l-iskema ta’ ‘impjieg flessibbli’) (il-Liġi Nru 455 tal-10 ta’ Ġunju 1997) huwa kopert mit-Titolu III, Kapitolu 6 ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward ta’ persuni qiegħda li jmorru fi Stat Membru ieħor, l-Artikoli 64 u 65 japplikaw meta dan l-Istat Membru jkollu skemi ta’ impjiegi simili għall-istess kategorija ta’ persuni.

4.   Fejn il-benefiċjarju ta’ pensjoni soċjali Daniża huwa intitolat ukoll għal pensjoni tas-superstiti minn Stat Membru ieħor, dawn il-pensjonijiet għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Daniża għandhom jitqiesu bħala benefiċċji tal-istess tip fis-sens tal-Artikolu 53(1) ta’ dan ir-Regolament, suġġett għall-kondizzjoni, madankollu, li l-persuna li l-perijodi tagħha ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza jservu bħala l-bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tas-superstiti kienet kisbet ukoll id-dritt għal pensjoni soċjali Daniża.

IL-ĠERMANJA

1.   3.Minkejja l-Artikolu 5(a) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 5 (4) punt 1 tas-Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li tirċievi pensjoni sħiħa tax-xjuħija taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor tista’ titlob li tkun assigurata b’mod obbligatorju taħt l-iskema Germaniża ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni.

2.   Minkejja l-Artikolu 5(a) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 7 (1) u (3) tas-Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li hija assigurata b’mod obbligatorju fi Stat Membru ieħor jew li tirċievi pensjoni tax-xjuħija taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor tista’ tissieħeb fl-iskema ta’ assigurazzjoni volontarja fil-Ġermanja.

3.   Għall-fini tal-għoti ta’ benefiċċji fi flus taħt § 47(1) ta’ SGB V, §47(1) ta’ SGB VII u §200(2) tar-Reichsversicherungsordnung lil persuni assigurati li jgħixu fi Stat Membru ieħor, l-iskemi ta’ assigurazzjoni Ġermaniżi jikkalkolaw ħlas nett, li jintuża biex jiġu vvalutati l-benefiċċji, bħallikieku l-persuna assigurata kienet tgħix fil-Ġermanja, sakemm il-persuna assigurata ma titlobx valutazzjoni abbażi tal-paga netta li hija fil-fatt tirċievi.

4.   Iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li l-post ta’ residenza tagħhom jew fejn is-soltu joqogħdu huwa barra l-Ġermanja u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali tal-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fil-Ġermanja jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet volontarji biss jekk kienu assigurati volontarjament jew b’mod obbligatorju fl-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fil-Ġermanja f’xi żmien qabel; dan japplika wkoll għal persuni apolidi u refuġjati li l-post tar-residenza tagħhom jew fejn is-soltu joqogħdu huwa fi Stat Membru ieħor.

5.   Il-pauschale Anrechnungszeit (il-perjodu ta’ kreditu fiss) skont l-Artikolu 253 tas-Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali) għandu jiġi ddeterminat esklużivament b’referenza għall-perijodi Ġermaniżi.

6.   F’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni Ġermaniża tal-pensjoni, fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1991, hija applikabbli għall-kalkolu mill-ġdid ta’ pensjoni, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża biss tapplika għall-finijiet ta’ kkreditar ta’ Ersatzzeiten (perijodi ta’ sostituzzjoni) Ġermaniżi.

7.   Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar l-aċċidenti fuq il-post ix-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol li għalihom għandu jkun hemm kumpens taħt il-liġi tal-pensjonijiet barranin u dwar benefiċċji għal perijodi ta’ assigurazzjoni li jistgħu jiġu kkreditati taħt il-liġi tal-pensjonijiet barranin fit-territorji msemmijin fil-paragrafu 1(2)(3) tal-Att dwar kwistjonijiet ta’ persuni spostati u rifuġjati (Bundesvertriebenengesetz) tkompli tapplika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Att dwar il-pensjonijiet barranin (Fremdrentengesetz).

8.   Għall-kalkolu tal-ammont teoretiku msemmi fl-Artikolu 52(1) (b) (i) ta’ dan ir-Regolament, fi skemi ta’ pensjonijiet għall-professjonijiet liberi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu bħala bażi, fir-rigward ta’ kull waħda mis-snin ta’ assigurazzjoni magħmula taħt il-leġiżlazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor, id-dritt għall-pensjoni annwali medju miksub matul il-perijodu ta’ sħubija fl-istituzzjoni kompetenti permezz tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet.

L-ESTONJA

Għall-fini tal-kalkolu tal-benefiċċji tal-ġenituri, perijodi ta’ impjieg fi Stati Membri għajr l-Estonja għandhom jitqiesu li huma bbażati fuq l-istess ammont medju ta’ Taxxa Soċjali mħallsa matul il-perijodi ta’ impjieg fl-Estonja li magħhom jiġu aggregati. Jekk matul is-sena ta’ referenza l-persuna kienet impjegata biss fi Stati Membri oħra, il-kalkolu tal-benefiċċju għandu jitqies li huwa bbażat fuq il-medja ta’ Taxxa Soċjali mħallsa fl-Estonja bejn is-sena ta’ referenza u l-leave tal-maternità.

L-IRLANDA

1.   Minkejja l-Artikoli 21(2) u 62 ta’ dan ir-Regolament, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul preskritt ta’ kull ġimgħa ta’ persuna assigurata għall-għoti ta’ benefiċċju marbut ma’ mard jew qgħad taħt il-leġiżlazzjoni Irlandiża, ammont ekwivalenti għall-paga medja fil-ġimgħa ta’ persuni impjegati fis-sena preskritta rilevanti għandu jiġi kkreditat lil dik il-persuna fir-rigward ta’ kull ġimgħa ta’ attività bħala persuna impjegata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor matul dik is-sena preskritta.

2.   Fejn japplika l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament, jekk il-persuna kkonċernata ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għall-invalidità waqt li tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, l-Irlanda għandha, għall-finijiet tat-Taqsima 118(1)(a) tal-Att Konsolidat dwar l-Assistenza Soċjali, 2005, tqis kwalunkwe perijodu li matulu, fir-rigward tal-invalidità li segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol, hija kienet tkun meqjusa bħala inkapaċi għax-xogħol taħt il-leġiżlazzjoni Irlandiża.

IL-GREĊJA

1.   Il-Liġi Nru 1469/84 rigward l-affiljazzjoni volontarja għall-iskema ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni għaċ-ċittadini Griegi u ċittadini barranin ta’ oriġini Griega hija applikabbli għal ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, persuni apolidi u refuġjati, fejn il-persuni kkonċernati, irrispettivament mill-post ta’ residenza jew żjara tagħhom, f’xi żmien fil-passat kienu b’mod obbligatorju jew volontarjament affiljati mal-iskema Griega ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni.

2.   Minkejja l-Artikolu 5(a) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 34 tal-Liġi 1140/1981, persuna li tirċievi pensjoni fir-rigward ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard ikkaġunat mix-xogħol taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor tista’ titlob li tkun assigurata skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-OGA, safejn hija ssegwi attività li taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni.

SPANJA

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 52(1)(b)(i) ta’ dan ir-Regolament, is-snin li l-ħaddiem ikun jonqsu biex jilħqu l-età pensjonabbli jew l-età tal-irtirar obbligatorju kif stipulat taħt l-Artikolu 31(4) tal-verżjoni kkonsolidata tal-Ley de Clases pasivas del Estado (il-Liġi dwar il-Pensjonanti tal-Istat) għandhom jitqiesu bħala snin ta’ servizz lill-Istat fil-każ biss li fiż-żmien li jseħħ l-avveniment li għalih tkun dovuta pensjoni ta’ invalidità jew ta’ mewt, il-benefiċjarju kien kopert mill-iskema speċjali Spanjola għall-impjegati taċ-ċivil jew kien qed iwettaq attività assimilata taħt l-iskema, jew jekk, fi żmien l-avveniment li fih huma dovuti l-pensjonijiet, il-benefiċjarju kien qed iwettaq attività li kienet teħtieġ li l-persuna kkonċernata tiġi inkluża taħt l-iskema speċjali tal-Istat għall-impjegati ċivili, il-forzi armati jew il-ġudikatura, kieku l-attività twettqet fi Spanja.

(a)

Taħt l-Artikolu 56(1)(c) ta’ dan ir-Regolament, il-kalkolu tal-benefiċċju teoretiku Spanjol għandu jsir abbażi tal-kontribuzzjonijiet attwali tal-persuna matul is-snin li jiġu immedjatament qabel il-ħlas tal-aħħar kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali Spanjola. Fejn, fil-kalkolu tal-ammont bażiku għall-pensjoni, perijodi ta’ assigurazzjoni u/jew ta’ residenza taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra jkollhom jittieħdu inkonsiderazzjoni, il-bażi tal-kontribuzzjoni fi Spanja li tiġi l-eqreb fiż-żmien għall-perijodi ta’ referenza għandha tintuża għall-perijodi msemmija qabel, waqt li jitqies l-iżvilupp tal-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut.

(b)

L-ammont ta’ pensjoni miksub għandu jiżdied bl-ammont taż-żidiet u r-rivalutazzjonijiet ikkalkulati għal kull sena sussegwenti għal pensjonijiet tal-istess natura.

3.   Perijodi magħmula fi Stati Membri oħra li għandhom jiġu kkalkulati fl-iskema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil, il-forzi armati u l-amministrazzjoni ġudizzjarja, ser jiġu ttrattati bl-istess mod, għall-finijiet tal-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament, bħall-perijodi l-eqreb fiż-żmien kopert bħala impjegat taċ-ċivil fi Spanja.

4.   L-ammonti addizjonali bbażati fuq l-età li hemm referenza għalihom fit-Tieni Dispożizzjoni Transitorja tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom ikunu applikabbli għall-benefiċjarji kollha tar-Regolament li għandhom kontribuzzjonijiet f’isimhom skont il-leġiżlazzjoni Spanjola qabel l-1 ta’ Jannar 1967; m’għandux ikun possibbli, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, li perijodi ta’ assigurazzjoni kreditati fi Stat Membru ieħor qabel id-data msemmija qabel jiġu ttrattati daqslikieku kienu l-istess bħall-kontribuzzjonijiet imħallsa fi Spanja, għall-finijiet preżenti biss. Id-data li tikkorrispondi għall-1 ta’ Jannar 1967 għandha tkun l-1 ta’ Awwissu 1970 għall-Iskema Speċjali għall-Baħrin u l-1 ta’ April 1969 għall-Iskema Speċjali ta’ Sigurtà Soċjali għal Attivitajiet fil-Minjieri tal-Faħam.

FRANZA

1.   Iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li l-post ta’ residenza tagħhom jew fejn is-soltu joqogħdu huwa barra Franza u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali tal-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fi Franza jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet volontarji biss jekk kienu assigurati volontarjament jew b’mod obbligatorju fl-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fi Franza f’xi żmien qabel; dan japplika wkoll għal persuni apolidi u refuġjati li l-post tar-residenza tagħhom jew fejn is-soltu joqogħdu huwa fi Stat Membru ieħor.

2.   Għal persuni li jirċievu benefiċċji in natura fi Franza skont l-Artikoli 17, 24 jew 26 ta’ dan ir-Regolament li huma residenti fid-dipartimenti Franċiżi ta’ Haut-Rhin, Bas-Rhin jew Moselle, benefiċċji in natura ipprovduti f’isem l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor li huwa responsabbli għall-ispejjeż tagħhom jinkludu l-benefiċċji pprovduti kemm mill-iskema ta’ assigurazzjoni ġenerali fuq il-mard u kemm mill-iskema ta’ assigurazzjoni obbligatorja supplimentari lokali fuq il-mard tal-Alsace-Moselle.

3.   Il-leġiżlazzjoni Franċiża applikabbli għal persuna li taħdem, jew li kienet taħdem, f’attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha għall-applikazzjoni tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament tinkludi kemm l-iskema(i) bażika(ċi) ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija u kemm l-iskema(i) supplimentari tal-irtirar li għalihom il-persuna kkonċernata kienet suġġetta.

ĊIPRU

Għall-fini tal-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Artikoli 6, 51 u 61 ta’ dan ir-Regolament, għal kwalunkwe perijodu li jibda fis-6 ta’ Ottubru 1980 jew wara, ġimgħa ta’ assigurazzjoni taħt il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru hija ddeterminata billi d-dħul totali assigurabbli għall-perijodu rilevanti jiġi diviz bl-ammont fil-ġimgħa tad-dħul bażiku assigurabbli applikabbli fis-sena rilevanti ta’ kontribuzzjoni, sakemm in-numru ta’ ġimgħat hekk determinat ma jaqbiżx in-numru ta’ ġimgħat kalendarji fil-perijodu rilevanti.

MALTA

Dispożizzjonijiet speċjali għall-ħaddiema taċ-ċivil

(a)

Unikament għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 49 u 60 tar-Regolament, persuni impjegati taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (il-Kapitolu 220 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-Att dwar il-Pulizija (il-Kapitolu 164 tal-Liġijiet ta’ Malta) u l-Att dwar il-Ħabs (il-Kapitolu 260 tal-Liġijiet ta’ Malta) għandhom ikunu ttrattati bħala ħaddiema taċ-ċivil.

(b)

Pensjonijiet pagabbli taħt l-Atti ta’ hawn fuq u taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (il-Kapitolu 93 tal-Liġijiet ta’ Malta) għandhom, unikament għall-finijiet tal-Artikolu 1(e) tar-Regolament, ikunu kkunsidrati bħala ‘skemi speċjali għall-ħaddiema taċ-ċivil’.

L-OLANDA

1.   Assigurazzjoni fuq il-kura tas-saħħa

(a)

Fir-rigward tad-dritt għal benefiċċji in natura taħt il-leġiżlazzjoni tal-Olanda, persuni intitolati għal benefiċċji in natura għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament għandha tfisser:

(i)

persuni li, skont l-Artikolu 2 taz-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), huma obbligati li jassikuraw lilhom infushom ma’ assiguratur għall-kura tas-saħħa,

(ii)

sakemm m’humiex diġà inklużi taħt punt (i), il-membri tal-familja ta’ persunal militari attiv li qed jgħixu fi Stat Membru ieħor u persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor u li, taħt ir-Regolament huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-istat ta’ residenza tagħhom, l-Olanda tkun responsabbli għall-ispejjeż.

(b)

Il-persuni msemmija fil-punt 1(a)(i) għandhom, skont id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) jassikuraw lilhom infushom ma’ assiguratur għall-kura tas-saħħa, u l-persuni msemmija fil-punt 1(a)(ii) għandhom jirreġistraw mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord tal-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa).

(c)

Id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) u tal-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar l-Ispejjeż Mediċi Speċjali) li jikkonċernaw ir-responsabbiltà għall-pagament ta’ kontribuzzjonijiet għandhom japplikaw għall-persuni msemmija fil-punt (a) u l-membri tal-familji tagħhom. Fir-rigward tal-membri tal-familja, il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu mill-persuna li minnha joriġina d-dritt għall-kura tas-saħħa, bl-eċċezzjoni tal-membri tal-familja ta’ persunal militari li jgħixu fi Stat Membru ieħor li għandhom iħallsu direttament.

(d)

Id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) dwar l-assigurazzjoni li ssir tard għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ ta’ reġistrazzjoni magħmula tard mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord tal-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) fir-rigward tal-persuni msemmija fil-punt 1(a)(ii).

(e)

Persuni intitolati għall-benefiċċji in natura bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor barra mill-Olanda li huma residenti fl-Olanda jew joqogħdu temporanjament fl-Olanda għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji in natura skont il-polza offruta lill-persuni assigurati fl-Olanda mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza jew il-post ta’ żjara, b’kont meħud tal-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), kif ukoll il-benefiċċji in natura previsti mill-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar l-Ispejjeż Mediċi Speċjali).

(f)

Għall-finijiet tal-Artikoli 23 sa 30 ta’ dan ir-Regolament, il-benefiċċji li ġejjin (barra mill-pensjonijiet koperti mit-Titoli III, Kapitoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament) għandhom jiġu ttrattati bħala pensjonijiet dovuti skont il-leġiżlazzjoni Olandiża:

il-pensjonijiet li jingħataw skont il-Liġi tas-6 ta’ Jannar 1966 dwar il-pensjonijiet għall-ħaddiema taċ-ċivil u s-superstiti tagħhom (Algemene burgerlijke pensioenwet) (l-Att dwar il-Pensjonijiet għas-Servizz Pubbliku tal-Olanda);

il-pensjonijiet li jingħataw skont il-Liġi tas-6 ta’ Ottubru 1966 dwar il-pensjonijiet għall-persunal militari u s-superstiti tagħhom (Algemene militaire pensioenwet) (l-Att dwar il-Pensjonijiet Militari);

il-benefiċċji għall-inkapaċità għax-xogħol li jingħataw skont il-Liġi tas-7 ta’ Ġunju 1972 dwar il-benefiċċji għall-inkapaċità għax-xogħol għall-persunal militari (Wetarbeidsongeschiktheidsvoorziening militairen) (l-Att dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol);

il-pensjonijiet li jingħataw skont il-Liġi tal-15 ta’ Frar 1967 dwar pensjonijiet għall-impjegati tal-NV Nederlandse Spoorwegen (il-Kumpannija tal-Ferroviji tal-Olanda) u s-superstiti tagħhom (Spoorwegpensioenwet) (l-Att dwar il-Pensjonijiet għall-Persunal tal-Ferroviji);

il-pensjonijiet li jingħataw skont ir-Reglement Dienstvoorwaarden Nederlandse Spoorwegen (ir-Regolament li jirregola l-kondizzjonijiet tal-impjieg tal-Kumpannija tal-Ferroviji tal-Olanda);

il-benefiċċji li jingħataw lill-persuni rtirati mix-xogħol qabel ikunu laħqu l-età tal-pensjoni ta’ 65 sena taħt pensjoni mfassla biex tipprovdi dħul għal persuni fix-xjuħithom li qabel kienu impjegati, jew benefiċċji pprovduti fil-każ ta’ ħruġ prematur mis-suq tax-xogħol taħt skema stabbilita mill-istat jew minn qbil industrijali għall-persuni li għandhom 55 sena jew aktar;

il-benefiċċji li jingħataw lill-persunal militari u ħaddiema taċ-ċivil taħt skema applikabbli fil-każ ta’ telf ta’ impjieg, ħlas ta’ pensjoni u rtirar kmieni.

(g)

Għall-finijiet tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, ir-rifuzjoni li tingħata meta ma ssir l-ebda talba prevista fl-iskema tal-Olanda fil-każ ta’ użu limitat ta’ faċilitajiet għall-kura tas-saħħa għandha titqies bħala benefiċċju fi flus f’każ ta’ mard.

2.   Applikazzjoni tal-Algemene Ouderdomswet (AOW) (Il-leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni ġenerali għax-xjuħija)

(a)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) tal-Algemene Ouderdomswet (AOW) (il-leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni ġenerali għax-xjuħija) m’għandux jiġi applikat għas-snin kalendarji ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1957 li matulhom persuna li tirċievi li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perijodi ta’ assigurazzjoni:

kien residenti fl-Olanda bejn l-età ta’ 15 u 65, jew

filwaqt li kien residenti fi Stat Membru ieħor, ħadem fl-Olanda għal persuna stabbilita fl-Olanda, jew

ħadem fi Stat Membru ieħor matul perijodi meqjusa bħala perijodi ta’ assigurazzjoni skont is-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Olanda.

B’deroga mill-Artikolu 7 tal-AOW, kull min kien residenti jew ħadem fl-Olanda skont il-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq qabel l-1 ta’ Jannar 1957 biss għandu wkoll jitqies bħala intitolat għal pensjoni.

(b)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) tal-AOW m’għandux japplika għas-snin kalendarji ta’ qabel it-2 ta’ Awwissu 1989 li matulhom, bejn l-età ta’ 15 u 65, persuna li hija jew li kienet miżżewġa ma kinitx assigurata skont il-leġiżlazzjoni ta’ hawn fuq, filwaqt li kienet residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor barra mill-Olanda, jekk dawn is-snin kalendarji jikkoinċidu ma’ perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula mill-konjuġi tal-persuna skont dik il-leġiżlazzjoni jew ma’ snin kalendarji li jridu jitqiesu skont il-paragrafu 2(a), dment li ż-żwieġ tal-koppja kien jeżisti matul dak iż-żmien.

B’deroga mill-Artikolu 7 tal-AOW, tali persuna għandha titqies bħala intitolata għal pensjoni.

(c)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal-AOW m’għandux japplika għas-snin kalendarji ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1957 li matulhom il-konjuġi ta’ pensjonant li jonqos milli jissodisfa l-kondizzjonijiet biex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perijodi ta’ assigurazzjoni:

kien residenti fl-Olanda bejn l-età ta’ 15 u 65, jew

filwaqt li kien residenti fi Stat Membru ieħor, ħadem fl-Olanda għal persuna stabbilita fl-Olanda, jew

ħadem fi Stat Membru ieħor matul perijodi meqjusa bħala perijodi ta’ assigurazzjoni skont is-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Olanda.

(d)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal-AOW m’għandux japplika għas-snin kalendarji ta’ qabel it-2 ta’ Awwissu 1989 li matulhom, bejn l-età ta’ 15 u 65, il-konjuġi ta’ pensjonant li kien residenti fi Stat Membru ieħor barra mill-Olanda ma kienx assigurat skont il-leġiżlazzjoni ta’ hawn fuq, jekk dawk is-snin kalendarji jikkoinċidu ma’ perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula mill-pensjonant skont dik il-leġiżlazzjoni jew ma’ snin kalendarji li jridu jitqiesu skont il-paragrafu 2(a), dment li ż-żwieġ tal-koppja kien jeżisti matul dak iż-żmien.

(e)

Il-punti 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) m’għandhomx japplikaw għall-perijodi li jikkoinċidu ma’:

perijodi li jistgħu jitqiesu fil-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni għax-xjuħija ta’ Stat Membru ieħor barra mill-Olanda, jew

perijodi li għalihom il-persuna kkonċernata tkun ħadet pensjoni għax-xjuħija skont tali leġiżlazzjoni.

Perijodi ta’ assigurazzjoni volontarja skont is-sistema ta’ Stat Membru ieħor m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni.

(f)

Il-punti 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) għandhom japplikaw biss jekk il-persuna kkonċernata kienet residenti fi Stat Membru wieħed jew aktar għal sitt snin wara l-età ta’ 59 u għaż-żmien biss li matulu dik il-persuna kienet residenti f’wieħed minn dawk l-Istati Membri.

(g)

B’deroga mill-Kapitolu IV tal-AOW, kull min hu residenti fi Stat Membru ieħor barra mill-Olanda li l-konjuġi tiegħu huwa kopert minn assigurazzjoni obbligatorja skont dik il-leġiżlazzjoni għandu jkun awtorizzat li jagħmel assigurazzjoni volontarja taħt dik il-leġiżlazzjoni għal perijodi li matulhom il-konjuġi huwa assigurat b’mod obbligatorju.

Din l-awtorizzazzjoni m’għandhiex tieqaf fejn l-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjuġi tintemm b’riżultat ta’ mewtha u fejn is-superstiti jirċievi biss pensjoni skont l-Algemene nabestaandenwet (il-Leġiżlazzjoni Olandiża dwar liġi ġenerali għas-superstiti).

Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta’ 65.

Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja skont l-AOW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perijodu ta’ assigurazzjoni kif imsemmi fil-punt 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt l-AOW, u d-dħul li jiġi kkunsidrat fil-kalkolu għandu jitqies li ġie riċevut fl-Olanda.

(h)

L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 2(g) m’għandhiex tingħata lil xi ħadd li jkun assigurat skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor dwar il-pensjonijiet u l-benefiċċji tas-superstiti;

(i)

Kull min ikun jixtieq jagħmel assigurazzjoni volontarja skont il-paragrafu 2(g) għandu jintalab japplika għaliha fil-Bank tal-Assigurazzjoni Soċjali (Sociale Verzekeringsbank) sa mhux aktar tard minn sena wara d-data li fiha l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni jkunu sodisfatti.

3.   Applikazzjoni tal-Algemene nabestaandenwet (ANW) (Il-liġi ġenerali Olandiża dwar l-assigurazzjoni għad-dipendenti superstiti)

(a)

Fejn il-konjuġi superstiti huwa intitolat għal pensjoni tas-superstiti skont l-Algemene Nabestaandenwet (ANW) (l-Att Ġenerali dwar il-Qraba Superstiti) skont l-Artikolu 51(3) ta’ dan ir-Regolament, dik il-pensjoni għandha tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 52(1)(b) ta’ dan ir-Regolament.

Għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-perijodi ta’ assigurazzjoni qabel l-1 ta’ Ottubru 1959 għandhom jitqiesu wkoll bħala perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża jekk matul dawk il-perijodi l-persuna assigurata, wara l-età ta’ 15-il sena:

kienet residenti fl-Olanda, jew

filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal persuna stabbilita fl-Olanda, jew

ħadem fi Stat Membru ieħor matul perijodi meqjusa bħala perijodi ta’ assigurazzjoni skont is-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Olanda.

(b)

M’għandux jittieħed kont tal-perijodi li ser jiġu kkunsidrati skont il-paragrafu 3(a) li jikkoinċidu ma’ perijodi ta’ assigurazzjoni obbligatorja magħmula skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ pensjonijiet tas-superstiti.

(c)

Għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, huma biss il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża wara l-età ta’ 15-il sena li għandhom jitqiesu bħala perijodi ta’ assigurazzjoni.

(d)

B’deroga mill-Artikolu 63a(1) tal-ANW, persuna residenti fi Stat Membru ieħor barra mill-Olanda li l-konjuġi tiegħu huwa assigurat b’mod obbligatorju skont l-ANW għandha tkun awtorizzata li tagħmel assigurazzjoni volontarja skont dik il-leġiżlazzjoni, dment li tali assigurazzjoni tkun diġà bdiet sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, iżda tkun biss għal perijodi li matulhom il-konjuġi jkun assigurat b’mod obbligatorju.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tieqaf mid-data tat-tmiem tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-konjuġi skont l-ANW, dment li l-assigurazzjoni obbligatorja tal-konjuġi ma tintemmx b’riżultat tal-mewt tiegħu u fejn is-superstiti jirċievi biss pensjoni taħt l-ANW.

Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta’ 65.

Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni volontarja skont l-ANW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perijodu ta’ assigurazzjoni kif imsemmi fil-punt 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt l-ANW, u d-dħul li jiġi kkunsidrat fil-kalkolu għandu jitqies li ġie rċevut fl-Olanda.

4.   Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-inkapaċità għax-xogħol

(a)

Fejn, skont l-Artikolu 51(3) ta’ dan ir-Regolament, il-persuna kkonċernata hija intitolata għal benefiċċju Olandiż ta’ invalidità, l-ammont imsemmi fl-Artikolu 52 (1)(b) ta’ dan ir-Regolament għall-kalkolu ta’ dak il-benefiċċju għandu jiġi ddeterminat:

(i)

fejn, qabel l-okkorrenza tal-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna tkun ħadmet l-aħħar bħala persuna impjegata fis-sens tal-Artikolu 1(a) ta’ dan ir-Regolament:

skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Wet op arbeidsongeschiktheidsverzekering (WAO) (l-Att dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol) jekk l-inkapaċità għax-xogħol tkun seħħet qabel l-1 ta’ Jannar 2004, jew

skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Wet Werk en inkomen naar arbeidsvermogen (WIA) (Xogħol u Introjtu skont l-Att dwar il-kapaċità għax-xogħol) jekk l-inkapaċità għax-xogħol seħħet fl-1 ta’ Jannar 2004 jew wara din id-data.

(ii)

fejn, qabel l-okkorrenza tal-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna kkonċernata tkun ħadmet l-aħħar bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 1(b) ta’ dan ir-Regolament, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Wet arbeidsongeschiktheidsverzekering zelfstandigen (WAZ) (l-Att dwar Persuni Impjegati għal Rashom rigward l-Inkapaċità għax-Xogħol) jekk l-inkapaċità għax-xogħol seħħet qabel l-1 ta’ Awwissu 2004.

(b)

Fil-kalkolu tal-benefiċċji skont id-WAO, id-WIA jew id-WAZ, l-istituzzjonijiet Olandiżi għandhom iqisu:

il-perijodi ta’ impjieg bi ħlas, u l-perijodi ttrattati bħala tali, magħmula fl-Olanda qabel l-1 ta’ Lulju 1967;

il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula skont id-WAO;

il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula mill-persuna kkonċernata, wara l-età ta’ 15-il sena, skont l-Algemene Arbeidsongeschiktheidswet (AAW) (l-Att Ġenerali dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol), dment li dawn ma jikkoinċidux mal-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula taħt id-WAO;

il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula taħt id-WAZ;

il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula taħt id-WIA.

L-AWSTRIJA

1.   Sabiex jinkisbu perijodi fl-assigurazzjoni għall-pensjoni, l-attendenza fi skola jew fi stabbiliment edukattiv komparabbli fi Stat Membru ieħor għandha titqies bħala ekwivalenti għal attendenza fi skola jew fi stabbiliment edukattiv skont l-Artikoli 227(1)(1) u228(1)(3) tal-Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (ASVG) (l-Att Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), l-Artikolu 116(7) tal-Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz (GSVG) (l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-Persuni li jaħdmu fin-Negozju u l-Kummerc) u l-Artikolu 107(7) tal-Bauern-Sozialversicherungsgesetz (BSVG) (l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Bdiewa), meta l-persuna kkonċernata kienet suġġetta f’xi żmien għal-leġiżlazzjoni Awstrijaka minÿabba li wettqet attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u li l-kontribuzzjonijiet speċjali previsti skont l-Artikolu 227(3) tal-ASVG, l-Artikolu 116(9) tal-GSVG u l-Artikolu 107(9) tal-BSGV għax-xiri ta’ tali perijodi ta’ edukazzjoni, ikunu mħallsa.

2.   Għall-kalkolu tal-benefiċċju pro rata msemmi fl-Artikolu 52(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, żidiet speċjali fil-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplementari u l-benefiċċju supplementari għall-ħaddiema fil-minjieri skont il-leġiżlazzjoni Awstrijaka m’għandhomx jitqiesu. F’dawn il-każijiet, il-benefiċċju pro rata kkalkulat mingħajr dawk il-kontribuzzjonijiet għandu, jekk ikun il-każ, jiżdied b’żidiet speċjali mhux imnaqqsa għall-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplementari u l-benefiċċju supplementari għall-ħaddiema fil-minjieri.

3.   Fejn skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, ikunu ġew magħmula perijodi ta’ sostituzzjoni taħt skema ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni Awstrijaka, iżda dawn ma jistgħux jikkostitwixxu bażi għall-kalkolu skont l-Artikoli 238 u 239 tal-Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (ASVG) (l-Att Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), l-Artikoli 122 u 123 tal-Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz (GSVG) (l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-Persuni li jaħdmu fin-Negozju u l-Kummerc) u l-Artikoli 113 u 114 tal-Bauern-Sozialversicherungsgesetz (BSVG) (l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Bdiewa), għandha tintuża l-bażi tal-kalkolu għall-perijodi ta’ kura tat-tfal skont l-Artikolu 239 tal-ASVG, l-Artikolu 123 tal-GSVG u l-Artikolu 114 tal-BSVG.

IL-FINLANDJA

1.   Sabiex jiġi ddeterminat id-dritt u jiġi kkalkulat l-ammont tal-pensjoni nazzjonali Finlandiża skont l-Artikoli 52 sa 54 ta’ dan ir-Regolament, il-pensjonijiet miksuba skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor huma ttrattati bl-istess mod bħall-pensjonijiet miksuba skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża.

2.   Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 52(1)(b)(i) ta’ dan ir-Regolament għall-fini tal-kalkolu tad-dħul għall-perijodu kkreditat skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar pensjonijiet relatati mad-dħul, fejn individwu jkollu perijodi ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni bbażati fuq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor għal parti mill-perijodu ta’ referenza taħt il-leġiżlazzjoni Finlandiża, id-dħul għall-perijodu kkreditat għandu jkun ekwivalenti għas-somma tad-dħul miksuba matul il-parti tal-perijodu ta’ referenza fil-Finlandja, diviż bin-numru ta’ xhur li għalihom kien hemm perijodi ta’ assigurazzjoni fil-Finlandja matul il-perijodu ta’ referenza.

L-IŻVEZJA

1.   Meta titħallas allowance tal-leave tal-ġenituri skont l-Artikolu 67 ta’ dan ir-Regolament lil membru ta’ familja li mhuwiex impjegat, l-allowance tal-leave tal-ġenituri jitħallas f’livell li jikkorrispondi għal-livell bażiku jew dak l-aktar baxx.

2.   Sabiex tiġi kkalkulata l-allowance ta’ leave tal-ġenituri skont il-Kapitolu 4, paragrafu 6 tal-Lag (1962:381) om allmän försäkrings (l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali) għal persuni eliġibbli għal allowance tal-leave tal-ġenituri bbażat fuq ix-xogħol, għandu japplika dan li ġej:

Għal ġenitur li għalih il-benefiċċju tal-mard li jiġġenera dħul huwa kkalkulat abbażi tad-dħul minn impjieg bi qligħ fl-Iżvezja, il-ħtiega li kien assigurat għal benefiċċju tal-mard ogħla mil-livell minimu għal mill-anqas 240 jum konsekuttiv qabel it-twelid tat-tarbija għandha tkun sodisfatta jekk, matul il-perijodu msemmi, il-ġenitur kellu dħul minn impjieg bi qligħ fi Stat Membru ieħor li jikkorrispondi għal assigurazzjoni ogħla mil-livell minimu.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-aggregazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni u perijodi ta’ residenza m’għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet transitorji fil-leġiżlazzjoni Svediza dwar il-dritt għal pensjoni ggarantita għal persuni mwielda fl-1937 jew qabel, li jkunu residenti fl-Iżvezja għall-perijodu speċifikat qabel applikaw għal pensjoni (l-Att 2000:798).

4.   Sabiex jiġi kkalkulat id-dħul għal kumpens nozzjonali għal mard u għal attività relatati mad-dħul skont il-Kapitolu 8 tal-Lag (1962:381) om allmän försäkring (l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali), għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn il-persuna assigurata, matul il-perijodu ta’ referenza, kienet ukoll suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar minħabba attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, id-dħul fl-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati għandu jitqies bħala ekwivalenti għad-dħul gross medju tal-persuna assigurata fl-Iżvezja matul il-parti tal-perijodu ta’ referenza fl-Iżvezja, ikkalkulat billi jiġi diviż il-qligħ fl-Iżvezja bin-numru ta’ snin li fihom ikun akkumula dak il-qligħ;

(b)

fejn il-benefiċċji huma kkalkulati skont l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament u l-persuni ma jkunux assigurati fl-Iżvezja, il-perijodu ta’ referenza għandu jiġi ddeterminat skont il-Kapitolu 8, il-paragrafi 2 u 8 tal-Att imsemmi hawn fuq daqslikieku l-persuni kkonċernati kienu assigurati fl-Iżvezja. Jekk il-persuna kkonċernata ma jkollhiex dħul li jista’ jiġġenera pensjoni matul dan il-perijodu skont l-Att dwar il-pensjoni għax-xjuħija bbażata fuq id-dħul (1998:674), il-perijodu ta’ referenza jkun jista’ jibda mill-punt fiż-żmien iktar kmieni meta l-persuna assigurata kellha dħul minn attività bi qligħ fl-Iżvezja.

(a)

Sabiex jiġi kkalkulat l-assi nozzjonali tal-pensjoni għall-pensjoni ta’ superstiti bbażata fuq id-dħul (l-Att 2000:461), jekk ma tkunx sodisfatta l-ħtieġa fil-leġiżlazzjoni Svediza għad-dritt għall-pensjoni fir-rigward ta’ mill-inqas tlieta mill-ħames snin kalendarji eżatt qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perijodu ta’ referenza), għandhom jitqiesu wkoll il-perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula fi Stati Membri oħra daqslikieku dawn kienu ġew magħmula fl-Iżvezja. Il-perijodi ta’ assigurazzjoni fi Stati Membri oħra għandhom jitqiesu li huma bbażati fuq il-medja tal-bażi tal-pensjoni Svediza. Jekk il-persuna kkonċernata għandha sena biss fl-Iżvezja b’bażi ta’ pensjoni, kull perijodu ta’ assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor għandu jitqies li jikkostitwixxi l-istess ammont.

(b)

Sabiex jiġu kkalkulati l-krediti nozzjonali tal-pensjoni, għall-pensjonijiet tan-nisa romol relatati ma’ mwiet fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, jekk il-ħtieġa fil-leġiżlazzjoni Svediża għall-krediti tal-pensjoni f’mill-inqas sentejn mill-erba’ snin li jiġu immedjatament qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perijodu ta’ referenza) ma jiġux sodisfatti u perijodi ta’ assigurazzjoni kienu magħmula fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta’ referenza, dawk is-snin għandhom jitqiesu bħala bbażati fuq l-istess krediti tal-pensjoni bħal tas-sena Svediża.

IR-RENJU UNIT

1.   Fejn, skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, persuna jista’ jkollha d-dritt għal pensjoni tal-irtirar jekk:

(a)

il-kontribuzzjonijiet tal-exkonjuġi jitqiesu daqslikieku kienu l-kontribuzzjonijiet ta’ dik il-persuna nfisha; jew

(b)

il-kondizzjonijiet rilevanti tal-kontribuzzjonijiet huma sodisfatti mill-konjuġi jew l-exkonjuġi ta’ dik il-persuna, u dment li, f’kull każ, il-konjuġi jew l-exkonjuġi tkun jew kienet qed tippratika attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw sabiex jiġi ddeterminat id-dritt skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. F’dan il-każ, ir-referenzi fil-Kapitolu 5 msemmi qabel għal ‘perijodi ta’ assigurazzjoni’ għandhom jinftehmu bħala referenzi għal perijodi ta’ assigurazzjoni magħmula minn:

(i)

konjuġi jew exkonjuġi meta ssir talba minn:

mara miżżewġa; jew

persuna li ż-żwieġ tagħha ntemm għal raġunijiet oħra barra l-mewt tal-konjuġi, jew

(ii)

exkonjuġi, meta ssir talba minn:

armel li immedjatament qabel l-età tal-pensjoni ma jkunx intitolat għal allowance ta’ ġenituri romol; jew

armla li immedjatament qabel l-età tal-pensjoni ma tkunx intitolata għal allowance ta’ omm armla, allowance ta’ ġenituri romol jew pensjoni ta’ armla, jew li tkun intitolata biss għal pensjoni ta’ armla relatata mal-età, ikkalkulata skont l-Artikolu 52(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, u għal din il-fini ‘pensjoni ta’ armla relatata mal-età’ tfisser pensjoni ta’ armla li titħallas b’rata mnaqqsa skont it-taqsima 39(4) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament għad-disposizzjonijiet li jirregolaw id-dritt għal allowance għall-assistenza (attendance allowance), allowance għal persuna li tieħu kura u allowance tal-għixien għal persuna b’diżabbiltà, għandu jittieħed kont tal-perijodu ta’ impjieg, impjieg għal rasha jew residenza magħmul fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor barra mir-Renju Unit safejn dan ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet dwar il-perijodi meħtieġa ta’ preżenza fir-Renju Unit, qabel il-jum li fih jitqajjem għall-ewwel darba d-dritt għall-benefiċċju kkonċernat.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, fil-każ ta’ benefiċċji ta’ flus għall-invalidità, xjuħija jew għas-superstiti, il-pensjonijiet għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard ikkaġunat mix-xogħol u għotjiet għal mewt, kwalunkwe benefiċjarju skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit li jkun qed joqgħod fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandu, matul dik iż-żjara, jiġi kkunsidrat bħal li kieku kien residenti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

4.   Fejn japplika l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament, jekk il-persuna kkonċernata ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għall-invalidità waqt li tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, ir-Renju Unit għandu, għall-finijiet tat-Taqsima 30 A (5) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992, iqis kwalunkwe perijodu li matulu l-persuna kkonċernata tkun irċeviet, fir-rigward ta’ dik l-inkapaċità għax-xogħol:

(i)

benefiċċji ta’ flus minħabba mard jew pagi jew salarji minflokhom, jew

(ii)

benefiċċji fis-sens tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament mogħtija fir-rigward tal-invalidità li tkun segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru l-ieħor, daqslikieku dawn kienu perijodi ta’ benefiċċju għall-inkapaċità għal żmien qasir imħallsa skont it-Taqsimiet 30 A (1)-(4) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992.

Fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom jitqiesu biss perijodi li matulhom il-persuna kienet tkun inkapaċi għax-xogħol fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit.

(1)

Għall-fini tal-kalkolu tal-fattur ta’ qligħ sabiex jiġi ddeterminat id-dritt għall-benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, għal kull ġimgħa ta’ attività bħala persuna impjegata skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, u li tkun bdiet matul is-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, il-persuna kkonċernata għandha titqies li tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet ta’ persuna impjegata li qalgħet il-flus, jew li jkollha dħul li fuqu tħallsu l-kontribuzzjonijiet, fuq il-bażi ta’ qligħ ekwivalenti għal żewġ terzi tal-ogħla limitu ta’ dħul għal dik is-sena.

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b)(ii) ta’ dan ir-Regolament, fejn:

(a)

fi kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara, persuna li tkun qed twettaq attività bħala persuna impjegata u tkun għamlet perijodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ residenza esklussivament fi Stat Membru ieħor barra mir-Renju Unit, u l-applikazzjoni tal-punt 5(1) ta’ hawn fuq tirriżulta li dik is-sena tingħadd bħala sena li tikkwalifika fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b)(i) ta’ dan ir-Regolament, hija għandha titqies li kienet assigurata għal 52 ġimgħa f’dik is-sena f’dak l-Istat Membru l-ieħor;

(b)

kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara ma tgħoddx bħala sena li tikkwalifika fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b)(i) ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe perijodu ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ residenza magħmul f’dik is-sena m’għandux jitqies.

(3)

Għall-fini tal-konverżjoni tal-fattur tad-dħul f’perijodi ta’ assigurazzjoni, il-fattur tad-dħul miksub fis-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għandu jiġi diviż bil-limitu l-aktar baxx tad-dħul għal dik is-sena. Ir-riżultat għandu jkun espress bħala numru sħiħ, u tiġi injorata kwalunkwe frazzjoni li jibqa’. Iċ-ċifra hekk ikkalkulata b’dan il-mod għandha tiġi ttrattata bħala li tirrappreżenta n-numru ta’ ġimgħat ta’ assigurazzjoni magħmula skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit matul dik is-sena, dment li tali ċifra ma taqbiżx in-numru ta’ ġimgħat li matulhom f’dik is-sena l-persuna kienet suġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni.”