ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
4 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE ( 1 )

1

 

*

Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE ( 1 )

32

 

*

Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 ( 1 )

47

 

*

Regolament (KE) Nru 81/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) taħt il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen

56

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

4.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/1


REGOLAMENT (KE) Nru 78/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Jannar 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dan il-għan teżisti sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja għal vetturi bil-mutur. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal- persuni mexjin għandhom jiġu armonizzati sabiex jevitaw l-adozzjoni ta’ rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor u sabiex jiżguraw it-tħaddim xieraq tas-suq intern.

(2)

Dan ir-Regolament huwa wieħed mill-atti regolatorji separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja taħt id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal vetturi tali (id-Direttiva Qafas) (3). Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-premessa 1 ta’ dan ir-Regolament, l-Annessi I, III, IV, VI u XI għad-Direttiva 2007/46/KE għandhom ikunu emendati.

(3)

L-esperjenza wriet li leġiżlazzjoni li għandha x’taqsam ma’ vetturi bil-mutur ħafna drabi tkun ta’ kontenut tekniku ddettaljat ħafna. Għalhekk huwa xieraq li jiġi adottat Regolament minflok Direttiva sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi bejn miżuri ta’ transpożizzjoni u livell mhux meħtieġ ta’ leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, billi ma jkunx hemm bżonn ta’ traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk, id-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-protezzjoni ta’ pedestrians u utenti vulnerabbli oħra tat-triq qabel u fil-każ ta’ xi ħabta ma’ vettura bil-mutur (4) u d-Direttiva 2005/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar l-użu ta’ sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem fuq vetturi bil-mutur (5) li tipprovdi rekwiżiti għall-installazzjoni u l-użu ta’ sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem fuq vetturi, u għalhekk livell ta’ ħarsien għall- persuni mexjin, għandhom jinbidlu b’dan ir-Regolament sabiex tiġi żgurata konsistenza f’dan il-qasam. Dan jimplika li l-Istati Membri jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ta’ transpożizzjoni tad-Direttivi imħassra.

(4)

Ir-rekwiżiti għat-tieni fażi ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/102/KE irriżultaw bħala mhux fattibbli. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta kwalunkwe proposti meħtieġa li jegħlbu l-problemi ta’ fattibilità ta’ dawn ir-rekwiżiti u possibbilment tagħmel użu minn sistemi ta’ sikurezza attivi, filwaqt li tiżgura li ma kienx kemm tnaqqis fil-livelli ta’ sikurezza pprovduti lill-utent tat-triq vulnerabbli.

(5)

Studju kkummissjonat mill-Kummissjoni juri li l-ħarsien ta’ persuni mexjin jista’ jittejjeb b’mod sinifikanti premezz ta’ taħlita ta’ miżuri passivi u attivi li jagħtu livell ogħla ta’ ħarsien mid-dispożizzjonijiet eżistenti qabel. B’mod partikulari, l-istudju juri li s-sistema ta’ sikurezza attiva ta’ “Assistenza fl-Ibbrejkjar”, ikkombinata ma’ tibdil fir-rekwiżiti ta’ sikurezza passivi, iżżid b’mod sinifikanti l-livell ta’ ħarsien tal-persuni mexjin. Għalhekk, huwa xieraq li ssir dispożizzjoni għall-installazzjoni obbligatorja ta’ sistemi ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar f’vetturi bil-mutur ġodda. Madankollu, dan m’għandux jissostitwixxi, iżda pjuttost għandu jikkumplimenta, s-sistemi ta’ sikurezza passivi ta’ livell għoli.

(6)

Vetturi mgħammra b’sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet jistgħu ma jkollhomx jissodisfaw ċerti rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament sal-punt li jkunu jistgħu jevitaw ħabtiet ma’ persuni mexjin aktar milli sempliċiment itaffu l-effetti ta’ ħabtiet bħal dawn. Wara evalwazzjoni dwar jekk l-użu ta’ teknoloġija bħal din jistax b’mod effettiv jevita ħabtiet ma’ persuni mexjin u utenti vulnerabbli oħra tat-triq, il-Kummissjoni tkun tista’ tippreżenta proposti li jemendaw dan ir-Regolament biex tipprovdi għall-użu ta’ sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet.

(7)

Bl-għadd dejjem jiżdied ta’ vetturi aktar goffi użati f’toroq urbani, huwa xieraq li dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien ta’ persuni mexjin ma japplikawx biss għal vetturi ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg, iżda wkoll, wara perjodu tranżitorju limitat, għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li jaqbżu dan il-limitu.

(8)

Sabiex isaħħu l-ħarsien tal-persuni mexjin fl-aktar stadju bikri possibbli, il-manifatturi li jixtiequ japplikaw għal approvazzjoni tat-tip b’konformità mar-rekwiżiti l-ġodda qabel ma dawn isiru obbligatorji għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan bil-kundizzjoni li l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa ikunu diġà fis-seħħ.

(9)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (6).

(10)

B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-test u miżuri ta’ implimentazzjoni msejsa fuq ir-riżultati ta’ sorveljanza. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jżidu miegħu elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(11)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/102/KE u 2005/66/KE għal dan ir-Regolament, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi diferita b’ċertu perjodu wara id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(12)

Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri it-twettiq tas-suq intern permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni dwar il-ħarsien tal- persuni mexjin, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant jista’, minħabba l-iskala tiegħu jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għall-bini u t-tħaddim ta’ vetturi bil-mutur u sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem sabiex jonqos l-għadd u s-severità ta’ tidrib ta’ persuni mexjin u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li jintlaqtu bin-naħa ta’ quddiem ta’ vetturi u sabiex jiġu evitati ħabtiet tali.

Artikolu 2

L-Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal dawn li ġejjin:

(a)

vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definiti fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punt 1 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II tiegħu, soġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

vetturi bil-mutur tal-kategorija N1 kif definiti fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punt 2 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II tiegħu, soġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem mmuntati bħala tagħmir oriġinali mal-vetturi msemmija fil-punti (a) u (b) jew fornuti bħala unitajiet tekniċi separati maħsuba għall-immuntar ma’ tali vetturi.

2.   It-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament m’għandhomx japplikaw għal:

(a)

vetturi tal-kategorija N1; u

(b)

vetturi tal-kategorija M1 derivati minn N1 u ta’ massa massima li tisboq l-2 500 kg;

fejn “punt-R” tal-pożizzjoni tas-sewwieq tkun jew aktar ‘il quddiem mill-fus ta’ quddiem jew lonġitudinalment aktar lura mill-linja ċentrali trasversali tal-fus ta’ quddiem b’massimu ta’ 1 100 mm.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“Pilastru-A” tfisser l-appoġġ tas-saqaf l-aktar ‘il quddiem u l-aktar ‘il barra, li jestendi mill-qafas tal-qiegħ tal-vettura (chassis) sas-saqaf tal-vettura;

(2)

“sistema ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar” tfisser funzjoni tas-sistema ta’ brejkjar li tidentifika każ ta’ brejkjar ta’ emerġenza minn karatteristika tad-domanda ta’ brejk tas-sewwieq u, taħt dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

tassisti lix-xufier biex jipprovdi r-rata ta’ brejkjar massima li tista’ tinkiseb; jew

(b)

hija bizzejjed biex tikkawża ċiklu sħiħ tas-Sistema ta’ Brejkjar li ma teħilx;

(3)

“bamper” tfisser kwalunkwe struttura fuq quddiem, fin-naħa t’isfel, fuq barra ta’ vettura, u inkluż tagħmir imwaħħal magħha, maħsuba sabiex tħares lill-vettura meta tkun involuta f’ħabta b’quddiem b’veloċità baxxa ma’ vettura oħra; hija ma tinkludix, madanakollu, kwalunkwe sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem;

(4)

“sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem” tfisser struttura jew strutturi separata/i, bħal bull bar, jew bamper supplimentari li, b’żieda mat-tagħmir oriġinali ta’ bamper, tkun maħsuba għall-ħarsien tal-wiċċ estern tal-vettura minn ħsara f’każ ta’ ħabta ma’ xi oġġett, għajr għal strutturi li għandhom massa ta’ anqas minn 0,5 kg, maħsubin sabiex iħarsu l-fanali tal-vettura biss;

(5)

“massa massima” tfisser il-massa ta’ tagħbija massima teknikament permessa kif iddikjarat mill-manifattur skond il-punt 2.8 ta’ l-Anness 1 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(6)

“vetturi tal-kategorija N1 derivati minn M1” tfisser dawk il-vetturi tal-kategorija N1 li, ‘il quddiem mill-pilastri-A, għandhom l-istess struttura u għamla ġenerali bħal ta’ vettura tal-kategorija M1 li kienet teżisti qabel;

(7)

“vetturi tal-kategorija M1 derivati minn N1” tfisser dawk il-vetturi ta’ kategorija M1 li, ‘il quddiem mill-pilastri-A, għandhom l-istess struttura u għamla ġenerali bħal ta’ vettura tal-kategorija N1 li kienet teżisti qabel.

KAPITOLU II

OBBLIGI TAL-MANIFATTURI

Artikolu 4

Rekwiżiti tekniċi

1.   Skond l-Artikolu 9, il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi li jitqiegħdu fis-suq huma mgħammra b’sistema ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar approvata skond it-tip skond ir-rekwiżiti tat-Taqsima 4 ta’ l-Anness I u li vetturi bħal dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 jew 3 ta’ l-Anness I.

2.   Skond l-Artikolu 10, il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem, li jew ġew immuntati bħala tagħmir oriġinali ma’ vetturi li tqiegħdu fis-suq jew ġew fornuti bħala unitajiet tekniċi separati, jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-Taqsima 5 u 6 ta’ l-Anness I.

3.   Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni bid-data xierqa dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tat-test tal-vettura u tas-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem. Id-data għandha tinkludi t-tagħrif meħtieġ sabiex jiġi ċċekjat l-operat ta’ kwalunkwe apparat ta’ sikurezza attiv installat fil-vettura.

4.   Fil-każ ta’ sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandhom jiġu fornuti bħala unitajiet tekniċi separati, il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni bid-data xierqa dwar l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistemi u l-kundizzjonijiet tat-test.

5.   Is-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem, bħala unitajiet tekniċi separati, ma għandhomx jitqassmu, jiġu offerti għall-bejgħ jew jinbiegħu ħlief jekk ikunu akkumpanjati minn lista ta’ tipi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, kif ukoll minn struzzjonijiet ċari għall-immuntar. L-istruzzjonijiet għall-immuntar għandu jkollhom preskrizzjonijiet ta’ installazzjoni speċifiċi, inklużi l-modi ta’ kif jitwaħħlu mal-vetturi li l-unità tkun ġiet approvata għalihom, sabiex b’hekk il-komponenti approvati jkunu jistgħu jiġu mmuntati ma’ dik il-vettura b’mod li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Taqsima 6 ta’ l-Anness I.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament inter alia billi jżidu magħhom, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 5

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

1.   Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni id-dokument ta’ tagħrif, stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 1 ta’ l-Anness II, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin.

Il-manifattur għandu jibgħat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip vettura li hija rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata.

2.   Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, id-dokument ta’ tagħrif, stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 2 ta’ l-Anness II, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta’ vettura li magħha tkun se tiġi mmuntata sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem.

Il-manifattur għandu jibgħat lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip, vettura li hija rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li magħha tkun se tiġi mmuntata sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem. Fuq talba ta’ dak is-servizz tekniku, il-manifattur għandu jibgħat ukoll komponenti speċifiċi jew kampjuni tal-materjali użati.

3.   Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni id-dokument ta’ tagħrif, stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 3 ta’ l-Anness II, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata ta’ tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem.

Il-manifattur għandu jibgħat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip kampjun wieħed tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi approvata. Fejn iqis li huwa meħtieġ, is-servizz tekniku jista’ jitlob għal aktar kampjun(i). Il-kampjuni għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tal-fabbrika ta’ l-applikant u d-deżinjazzjoni tat-tip. Il-manifattur għandu jagħmel dispożizzjoni għall-wiri obbligatorju sussegwenti tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

KAPITOLU III

OBBLIGI TAL-AWTORITAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 6

L-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE

1.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jiġu sodisfatti, l-awtorità ta’ approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond is-sistema ta’ numerazzjoni stipulata fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE.

2.   Għall-iskopijiet tat-Taqsima 3 ta’ dak in-numru ta’ approvazzjoni tat-tip, għandha tintuża waħda minn dawn l-ittri:

(a)

Għall-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni mexjin:

“A” jekk il-vettura tikkonforma mat-Taqsima 2 ta’ l-Anness I;

“B” jekk il-vettura tikkonforma mat-Taqsima 3 ta’ l-Anness I.

(b)

Għall-approvazzjoni ta’ vettura rigward il-fatt li hija tkun mgħammra b’sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem jew l-approvazzjoni ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata:

“A” jekk is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem tikkonforma mat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-punti 5.1.1.1, 5.1.2.1, 5.2 u 5.3 tiegħu;

“B” jekk is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem tikkonforma mat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-punti 5.1.1.2, 5.1.2.1, 5.2 u 5.3 tiegħu;

“X” jekk is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem tikkonforma mat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal- punti 5.1.1.3, 5.1.2.2, 5.2 u 5.3 tiegħu.

3.   L-awtorità ta’ approvazzjoni ma għandiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem.

4.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ approvazzjoni għandha tibgħat iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skond dan li ġej:

(a)

il-mudell stipulat fil-Parti 1 ta’ l-Anness III għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi;

(b)

il-mudell stipulat fil-Parti 2 ta’ l-Anness III għal tip ta’ vettura li magħha tkun se tiġi mmuntata sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem;

(c)

il-mudell stipulat fil-Parti 3 ta’ l-Anness III għal tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata.

Artikolu 7

Marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Kull sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem approvata skond dan ir-Regolament taħt l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha jew taħt l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unita teknika separata, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u għandha tingħata, u konsegwentement ikollha fuqha, il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE mwaqqfa skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 8

Modifika tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet

Kwalunkwe modifika tal-vettura li tkun aktar ‘ilquddiem minn pilastri-A jew mis-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li taffetwa l-istruttura, id-dimensjonijiet ewlenin, il-materjali ta’ l-uċuħ ta’ barra tal-vettura, il-metodu ta’ iffissar jew l-arranġament estern jew intern tal-komponenti, u li tista’ tinfluwenza b’mod sinifikanti r-riżultati tat-testijiet, għandha titqies bħala emenda skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2007/46/KE u għalhekk teħtieġ applikazzjoni ġdida għall-approvazzjoni tat-tip.

Artikolu 9

Skeda ta’ applikazzjoni għal vetturi

1.   B’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 16, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:

(a)

kategorija M1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness I;

(b)

kategorija M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg li m N1a jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 2 jew it-Taqsima 3 ta’ l-Anness I;

(c)

kategorija N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 4 jew it-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I.

2.   B’effett mill-24 ta' Frar 2011, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi ġodda li ġejjin li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament:

(a)

vetturi tal-kategorija M1;

(b)

vetturi tal-kategorija N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kg.

3.   B’effett mill-24 ta' Frar 2013, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:

(a)

kategorija M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I;

(b)

vetturi N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I.

4.   B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2012, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ġejjin li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 2 jew Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament:

(a)

vetturi tal-kategorija ta’M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg,

(b)

vetturi tal-kategorija N1 derivata minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kg.

5.   B’effett mill-24 ta' Frar 2015 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:

(a)

kategorija M1 ta’ massa massima li taqbeż l-2 500 kg li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I,

(b)

kategorija N1 li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I.

6.   B’effett mill-24 ta' Awwissu 2015 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda ta’ kategorija N1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-taqsima 4 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.

7.   B’effett mill-24 ta' Frar 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi ġodda li ġejjin:

(a)

vetturi ta’ kategorija M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2 500 kg, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament;

(b)

vetturi ta’ kategorija N1 derivata minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2 500 kgli ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.

8.   B’effett mill-24 ta' Awwissu 2019, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal- vetturi ġodda li ġejjin:

(a)

vetturi ta’ kategorija M1 ta’ massa massima li taqbeż l-2 500 kg, li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament,

(b)

vetturi ta’ kategorija N1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa’ 8 ta’ dan l-Artikolu u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri adottati skond l-Artikolu 4(6), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura ġdida jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida, jekk il-vettura kkonċernata tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I.

Artikolu 10

Applikazzjoni għal sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

1.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ġdid ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tagħha b’sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, jew approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ unità teknika separata ta’ tip ġdid ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ l-Anness I.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem, iqisu li ċ-ċertifikati ta’ konformità m’għadhomx aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3.   Ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw għal sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem fornuti bħala unitajiet tekniċi separati għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 11

Sistemi ta’ Prevenzjoni ta’ Ħabtiet

1.   Wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni l-vetturi mgħammra b’sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet jista’ jkun li ma jkollhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I sabiex jingħataw approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, jew biex jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-analiżi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposti li jemendaw dan ir-Regolament jekk ikun xieraq.

Kull miżura proposta għandha tiżgura livelli ta’ ħarsien li huma minn ta’ l-anqas ekwivalenti, f’termini ta’ effettività attwali, għal dawk ipprovduti fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I.

Artikolu 12

Sorveljanza

1.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bir-riżultat tas-sorveljanza msemmija fil-punti 2.2, 2.4 u 3.2 ta’ l-Anness I fuq bażi annwali u minn ta’ l-anqas sat-28 ta’ Frar tas-sena wara dik li jinkisbu fiha.

Ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawk ir-riżultati għandha tieqaf tapplika mill-24 ta' Frar 2014.

2.   Il-Kummissjoni tista’, fuq il-bażi tar-riżultati tas-sorveljanza mwettqa taħt il-punti 2.2, 2.4 u 3.2 ta’ l-Anness I, taddotta miżuri ta’ implimentazzjoni kif xieraq.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.   Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi fuq il-bażi ta’ informazzjoni rilevanti kkomunikata mill-awtoritajiet li japprovaw u l-partijiet interessati kif ukoll fuq il-bażi ta’ studji indipendenti, għandha tissorvelja l-iżviluppi tekniċi fil-qasam tar-rekwiżiti tas-sikurezza passiva mtejba, l-Assistenza fl-Ibbrejkjar u teknoloġiji oħrajn ta’ sikurezza attiva li jistgħu jipprovdu ħarsien aħjar lil utenti vulnerabbli tat-triq.

4.   Sal-24 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-possibilità li jkunu attivati u applikati rekwiżiti ta’ sikurezza passivi msaħħa bħal dawn. Hija għandha tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ l-użu u l-effettività ta’ l-Assistenza fl-Ibbrejkjar u ta’ teknoloġiji ta’ sikurezza attiva oħrajn.

5.   Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjat minn proposti dwar is-suġġett kif xieraq.

Artikolu 13

Pieni

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni applikabbli għal ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnottifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-disposizzjonijiet, sal-24 ta' Awwissu 2010 u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għal multa għandhom jinkludu minn ta’ l-anqas dan li ġej:

(a)

dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal sejħa lura;

(b)

falsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip;

(c)

iż-żamma ta’ data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal sejħa lura jew irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip;

(d)

rifjut ta’ għoti ta’ aċċess għat-tagħrif.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 14

Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Direttiva 2007/46/KE għandha tiġi emendata skond l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Revoka

Id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE għandhom jiġu mħassra b’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.

Referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-24 ta' Novembru 2009 bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 9(9) li għandhom japplikaw mill-jum tad-dħul fis-seħħ u ta’ l-Artikolu 9(2) sa (8) li għandu japplika mid-dati stabbiliti fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Jannar 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU C 211, 19.8.2008, p. 9.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008

(3)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 321, 6.12.2003, p. 15.

(5)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 37.

(6)  OJ L 184, 17.7.1999, p. 23.


LISTA TA’ ANNESSI

Anness I   Dispożizzjonijiet tekniċi għall-ittestjar ta’ vetturi u sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

Anness II   Dokumenti ta’ Tagħrif dwar il-Mudell li għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur

Parti 1

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi.

Parti 2

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha.

Parti 3

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem fornuta bħala unità teknika separata.

Anness III   Mudelli taċ-Ċertifikati ta’ Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

Parti 1

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi

Parti 2

Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha

Parti 3

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem fornuta bħala unità teknika separata

Anness IV   Marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Appendiċi

Eżempju tal-Marka ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

Anness V   Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

ANNESS I

Dispożizzjonijiet tekniċi għall-ittestjar ta’ vetturi u sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.1.   “ix-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit” tfisser in-naħa ta’ quddiem tal-istruttura ta’ fuq, ta’ barra inkluż il-bonit u l-madgards, il-partijiet ta’ fuq u tal-ġnub madwar il-fanali u kwalunkwe tagħmir ieħor;

1.2.   “linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit” tfisser it-traċċa ġijometrika tal-punti ta’ kuntatt bejn xifer dritt ta’ tul ta’ 1 000 mm u l-wiċċ ta’ quddiem tal-bonit, meta x-xifer dritt, miżmum parallel mal-pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u inklinat lura b’50° u mat-tarf ta’ isfel 600 mm ‘l fuq mill-art, huwa traversat tul u f’kuntatt max-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit. Għal vetturi li għandhom il-wiċċ ta’ fuq tal-bonit inklinat b’essenzjalment 50°, sabiex ix-xifer dritt jagħmel kuntatt kontinwu jew kuntatti multipli minflok kuntatt ma’ punt, il-linja ta’ refenza hija stabbilita max-xifer dritt inklinat lura f’angolu ta’ 40°. Għal vetturi ta’ għamla tali li t-tarf t’isfel tax-xifer dritt jagħmel l-ewwel kuntatt, dak il-kuntatt jitqies bħala l-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit, f’dik il-pożizzjoni laterali. Għal vetturi ta’ għamla tali li t-tarf ta’ fuq tax-xifer dritt jagħmel l-ewwel kuntatt, it-traċċa ġeometrika ta’ 1 000 mm ta’ distanza perimetrika tintuża’ bħala l-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit f’dik il-pożizzjoni laterali. Ix-xifer ta’ fuq tal-bamper għandu jitqies ukoll bħala x-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jekk jiġi f’kuntatt max-xifer dritt matul din il-proċedura;

1.3.   “1 000 mm ta’ distanza perimetrika” tfisser it-traċċa ġijometrika deskritta fuq il-wiċċ ta’ quddiem ta’ fuq min- naħa waħda ta’ tejp flessibbli twil 1 000 mm, meta jinżamm fi pjan vertikali fuq quddiem u fuq wara tal-vettura u traversat tul il-biċċa ta’ quddiem tal-bamper tal-bonit u tas-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem. It-tejp jinżamm stiż tul l-operazzjoni b’tarf wieħed f’kuntatt mal-livell ta’ referenza ta’ l-art, vertikalment taħt il-wiċċ ta’ fuq tal-bamper u t-tarf l-ieħor jinżamm f’kuntatt mal-wiċċ ta’ quddiem ta’ fuq. Il-vettura trid tkun fl-orjentament normali tat-tħaddim;

1.4.   “il-wiċċ tal-bonit” tfisser l-istruttura ta’ barra li tinkludi l-wiċċ ta’ fuq ta’ l-istrutturi kollha ta’ barra għajr għall-windskrin, il-pilastri A u l-istrutturi aktar lura minnhom; għalhekk jinkludi, iżda mhux limitat għal, il-bonit, il-madgards, il-faxxa esterna bejn il-karozzerija u l-bonit, l-assi tal-wajpers u l-qafas ta’ isfel tal-windskrin;

1.5.   “il-wiċċ ta’ quddiem ta’ fuq” tfisser l-istruttura ta’ barra li tinkludi l-wiċċ ta’ fuq ta’ l-istrutturi kollha ta’ barra għajr għall-windskrin, il-pilastri A u l-istrutturi aktar lura minnhom;

1.6.   “il-livell ta’ referenza ta’ l-art” tfisser il-pjan orizzontali parallel mal-livell ta’ l-art, li jirrappreżenta l-livell ta’ l-art għal vettura wieqfa fuq wiċċ ċatt bil-ħandbrejk imtella’ u bil-vettura fl-orjentament normali tat-tħaddim;

1.7.   “orjentament normali tat-tħaddim” tfisser l-orjentament tal-vettura għat-tħaddim pożizzjonata fuq l-art bit-tajers minfuħin bil-pressa rakkomandata, ir-roti ta’ quddiem jippuntaw ‘il quddiem, b’kapaċità massima tal-fluidi kollha meħtieġa għall-operazzjoni tal-vettura, bit-tagħmir standard kollu kif provdut mill-manifattur tal-vettura, b’massa ta’ 75 kg imqiegħda fuq is-sit tas-sewwieq u b’massa ta’ 75 kg imqiegħda fuq is-sit tal-passiġier ta’ quddiem, u bis-sospensjoni stabbilita għal veloċità ta’ sewqan ta’ 40 km/h jew 35 km/h f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali speċifikati mill-manifattur (speċjalment għal vetturi b’sospensjoni attiva jew tagħmir għall-invellar awtomatiku);

1.8.   “il-windskrin” tfisser il-glejżing ta’ quddiem tal-vettura li jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE KE tas-27 ta’ Settembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kamp viżiv tas-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur (1);

1.9.   “Il-Kriterju tal-Prestazzjoni tar-Ras” (HPC — Head Performace Criterion) tfisser il-kalkolu, tul perjodu ta’ ħin speċifikat, ta’ l-aċċelerazzjoni massima li tirriżulta li tkun esperjenzata matul l-impatt. Dan għandu jiġi kkalkulat mir-riżultat ta’ l-aċċelazzjoni skond il-ħin bħala riżultat massimu (jiddependi minn t1 u t2) ta’ l-ekwazzjoni:

Formula

F’din il-formola, “a” hija l-aċċelerazzjoni riżultanti bħala multiplu ta’ “g” u t1 u t2 huma iż-żewġ istanti ta’ ħin (espressi f’sekondi) matul l-impatt, li jiddefinixxu l-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għaliha l-valur ta’ HPC huwa massimu. Il-valuri ta’ HPC li għalihom l-intervall ta’ ħin (t1 — t2) huwa akbar minn 15 ms huma injorati għall-għanijiet tal-kalkolu ta’ valur massimu;

1.10.   “ir-raġġ tal-kurvatura” tfisser ir-raġġ ta’ l-arka ta’ ċirku li hija l-eqreb għall-forma tonda tal-komponent li qed jitqies.

It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq il-vetturi:

2.1.   Il-Forma tar-Riġel lejn il-Bamper:

Jeħtieġ li jitwettaq wieħed mit-testijiet li ġejjin:

(a)

Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-bamper:

It-test iseħħ b’velocità ta’ impatt ta’ 40 km/h. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-21,0°, u l-ispostament dimaniku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-200 g;

(b)

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-7.5 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-510 Nm.

2.2.   Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandix taqbeż il-mira possibbli ta’ 5,0 kN u l-mument tal-liwi fuq l-impakter tat-test għandu jiġi rreġistrat u mqabbel mal-mira possibbli ta’ 300 Nm.

Dan it-test għandu jitwettaq għal għanijiet ta’ sorveljanza biss u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati b’mod sħiħ.

2.3.   Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żghir lejn in-naħa ta’ fuq tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 3,5 kg. L- HPC m’għandux jaqbeż l-1 000 fuq 2/3 taż-żona tat-test tal-bonit u 2 000 għat-1/3 li jibqa’ taż-żona tat-test tal-bonit.

2.4.   Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta lejn il-windskrin:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 4,8 kg. L-HPC għandu jiġi rreġistrat u mqabbel mal-mira possibbli ta’ 1 000.

Dan it-test għandu jitwettaq għal għanijiet ta’ sorveljanza biss u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati b’mod sħiħ.

It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq il-vetturi:

3.1.   Il-Forma tar-Riġel lejn il-Bamper:

Jeħtieġ li jitwettaq wieħed mit-testijiet li ġejjin:

(a)

Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-bamper:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-19,0°, u l-ispostament dimaniku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-170 g.

B’żieda ma’ dan, il-manifattur jista’ jistabbilixxi wisa’ tat-test tal-bamper ta’ mhux aktar minn 264 mm fejn l-aċċelerazzjoni mkejla fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandiex taqbeż il-250 g;

(b)

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-7,5 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-510 Nm.

3.2.   Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin għandha titqabbel ma’ massimu possibbli ta’ 5,0 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test għandu jitqabbel ma’ massimu possibbli ta’ 300 Nm.

Dan it-test għandu jitwettaq għal għanijiet ta’ sorveljanza biss u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati kompletament.

3.3.   Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żghir lejn in-naha ta’ fuq tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 3,5 kg. L-HPC għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 3.5.

3.4.   Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta lejn il-wiċċ ta’ fuq tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 4,5 kg. L-HPC għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 3.5.

3.5.   L-HPC irreġistat m’għandux jaqbeż l-1 000 fuq aktar min-nofs taż-żona ta’ test tal-forma tar-ras ta’ tifel u, b’żieda ma’ dan, m’għandux jaqbeż aktar minn 2/3 taż-żoni ta’ test ikkombinati tal-forma tar-ras ta’ tifel u persuna adulta. L-HPC taż-żoni li jibqa’ m’għandhomx jaqbżu l-1 700 għaż-żewġ forom tar-ras.

It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq il-vetturi:

4.1.   Test ta’ referenza li jidentifika l-punt ta’ operazzjoni tas-sistema li fih tiġi s- Sistema ta’ Brejkjar li ma teħilx (ABS).

4.2.   Test li jivverifika li l-operat tas-sistema ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar jattiva ruħu kif suppost biex japplika l-karratteristiċi tad-diċelerazzjoni massima li tista’ tinkiseb mill-vettura.

It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq is-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem (FPS):

Jeħtieġ li jitwettaq wieħed mit-testijiet li ġejjin fuq il-forma tar-riġel, skond il-punti 5.1.1 jew 5.1.2:

Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn l-FPS:

It-testijiet kollha jseħħu b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h.

5.1.1.1.   Għal FSP approvat sabiex jitqiegħed fil-vetturi li jikkonformaw mar-rekweżiti tat-Taqsima 2 l-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-21,0°, l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-200 g.

5.1.1.2.   Għal FSP approvat sabiex jitqiegħed fil-vetturi li jikkonformaw mar-rekweżiti tat-Taqsima 3 l-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-19,0°, u l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-170 g.

Għal FPS approvat sabiex jiġu mmuntati biss fuq vetturi li ma jikkonformawx kemm mat-Taqsima 2 kif ukoll mat-Taqsima 3 ir-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.1.1 jew fil-punt 5.1.1.2 jistgħu jiġu sostitwiti mar-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.1.3.1 jew fil-punt 5.1.1.3.2.

5.1.1.3.1.   L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-24,0°, l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-7,5 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhix taqbeż il-215 g.

5.1.1.3.2.   Għandhom jitwettqu żewġ testijiet fuq il-vettura, wieħed bl-FPS immuntata, u t-tieni mingħajr l-FPS. Kull par testijiet għandu jitwettaq f’lokalitajiet ekwivalenti kif miftiehem ma’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni rilevanti. Il-valuri għall-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa, l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa u l-aċċelerazzjoni mkejla fit-tarf ta’ fuq tat-tibja għandhom jiġu rreġistrati. F’kull każ il-valur irreġistrat għal vettura mmuntata bl-FPS m’għandux jaqbeż id-90 % tal-valur irreġistrat għall-vettura mingħajr l-FPS immuntata.

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn l-FPS:

It-testijiet kollha jseħħu b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h.

5.1.2.1.   Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-7,5 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-510 Nm.

Għal FPS approvati sabiex jiġu mmuntati biss fuq vetturi li ma jikkonformawx kemm mat-Taqsima 2 kif ukoll mat-Taqsima 3, ir-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.2.1 jistgħu jiġu sostitwiti mar-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.2.2.1 jew fil-punt 5.1.2.2.2.

5.1.2.2.1.   Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-9,4 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-640 Nm.

5.1.2.2.2.   Għandhom jitwettqu żewġ testijiet fuq il-vettura, wieħed bl-FPS immuntata, u t-tieni mingħajr l-FPS. Kull par testijiet għandu jitwettaq f’lokalitajiet ekwivalenti kif miftiehem ma’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni rilevanti. Il-valuri tas-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test għandu jiġi rreġistrat. F’kull każ il-valur irreġistrat għal vettura mmuntata bl-FPS m’għandux jaqbeż id-90 % tal-valur irreġistrat għall-vettura mingħajr l-FPS immuntata.

5.2.   Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn it-tarf ta’ quddiemnett ta’ l-FPS

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ mhux aktar minn 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin, tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa ta’ isfel ta’ l-impakter, m’għandix taqbeż il-mira possibbli ta’ 5,0 kN u l-mument tal-liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-mira possibbli ta’ 300 Nm. Iż-żewġ riżultati għandhom jiġu rreġistrati għall-għanijiet ta’ sorveljanza.

5.3.   Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żgħir lejn l-FPS

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test tal-forma tar-ras ta’ 3,5 kg għat-tifel/adult żgħir. L-HPC ikkalkulat mir-riżultat ta’ l-aċċelazzjoni skond il-ħin m’għandux jaqbeż l-1 000 fil-każijiet kollha.

Dispożizzjonijiet ta’ Bini u Installazzjoni għal FPS:

Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw bl-istess mod għal FPS mmuntati ma’ vetturi ġodda u FPS li għandhom jiġu fornuti bħala unitajiet tekniċi separati għall-immuntar ma’ vetturi speċifiċi.

6.1.1.   Il-komponenti ta’ l-FPS għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li l-uċuħ riġidi kollha li jistgħu jintmessu bi sfera ta’ 100 mm, ikollhom raġġ minimu ta’ kurvatura ta’ 5 mm.

6.1.2.   Il-massa totali ta’ l-FPS, inklużi l-brakits u l-ingasti kollha, m’għandhix taqbeż l-1,2 % tal-massa massima tal-vettura li jitfasslu għaliha, soġġetta għal massimu ta’ 18 kg.

6.1.3.   L-għoli ta’ l-FPS, meta mmuntata ma’ vettura, m’għandux jaqbeż il-50 mm fuq l-għoli tal-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit.

6.1.4.   L-FPS m’għandhiex iżżid il-wisa’ tal-vettura li tiġi mmuntata magħha. Jekk il-wisa’ totali tal-FPS ikun aktar minn 75 % tal-wisa’ tal-vettura, it-trufijiet tal-FPS għandhom jiddawwru ‘l ġewwa lejn il-wiċċ estern sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ ħbit. Dan ir-rekwiżit huwa meqjus bħala li ġie ssodisfat jekk il-FPS tkun imdaħħla jew integrata fil-bini tal-karozzerija tal-vettura jew jekk it-tarf tal-FPS jiddawwar ‘l ġewwa b’tali mod li ma jintmessx minn sfera ta’ 100 mm u l-vojt bejn it-tarf tal-FPS u l-karozzerija tal-vettura ta’ madwaru ma jaqbiżx l-20 mm.

6.1.5.   Soġġett għall-punt 6.1.4, il-vojt bejn il-komponenti ta’ l-FPS u l-wiċċ estern ta’ taħt m’għandux jaqbeż it-80 mm. Twaqqif lokali fil-linja ġenerali tal-karozzerija ta’ taħt (bħal aperturi fix-xibka, il-bokka ta’ l-arja, eċċ) għandhom jiġu injorati.

6.1.6.   Fi kwalunkwe pożizzjoni laterali tul il-vettura, sabiex ikunu ppreservati l-benefiċċji tal-bamper tal-vettura, id-distanza lonġitudinali bejn l-parti l-aktar il-quddiem tal-bamper u l-parti l-aktar il-quddiem ta’ l-FPS m’għandiex taqbeż il-50 mm.

6.1.7.   L-FPS m’għandux inaqqas b’mod sinifikanti l-effettività tal-bamper. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala li ġie ssodisfat jekk ma jkunx hemm aktar minn żewġ komponenti vertikali u l-ebda komponent orrizontali ta’ l-FPS li jirkeb fuq il-bamper.

6.1.8.   L-FPS m’għandux ikun inklinat aktar il-quddiem mill-vertikali. Il-partijiet ta’ fuq ta’ l-FPS m’għandhomx jestendu l-fuq jew lura (lejn il-windskrin) aktar minn 50 mm mill-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit tal-vettura mingħajr l-FPS.

6.1.9.   Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura m’għandhomx ikunu kompromessi bl-immuntar ta’ FPS.

7.   B’deroga mit-Taqsimiet 2, 3 u 5, l-awtorità ta’ approvazzjoni rilevanti tista’ tqis ir-rekwiżiti għal kwalunkwe mit-testijiet stipulati fihom bħala li ġew issodisfati minn kwalunkwe testijiet rilevanti mwettqa taħt ir-rekwiżiti ta’ test ieħor skond dan l-Anness.


(1)  ĠU L 267, 19.10.1977, p. 1..

ANNESS II

Dokumenti ta’ Tagħrif dwar il-Mudell li għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur

Parti 1

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi

Parti 2

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha

Parti 3

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata

PARTI 1

MUDELL

Dokument ta’ tagħrif Nru. … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin

It-tagħrif li ġej, fejn applikabbli, għandu jingħata fi tliet koppji u jinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, it-tagħrif dwar il-prestazzjoni tagħhom għandu jiġi fornut.

0.   ĠENERALI

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

Tip:

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b)  (1):

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka:

0.4.   Kategorija tal-vettura (c):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

1.   IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-BINI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

1.6.   Pożizzjoni u arranġament tal-magna:

9.   IL-KAROZZERIJA TAL-VETTURA

9.1.   Tip ta’ karozzerija:

9.2.   Materjal użat u metodi tal-bini:

Il-ħarsien tal-persuni mexjin

9.23.1.   Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata, inklużi ritratti u/jew disinji, tal-vettura fir-rigward ta’ l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji ta’ referenza rilevanti u l-materjali li jiffurmaw l-parti ta’ quddiem tal-vettura (minn ġewwa u minn barra). Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi dettall ta’ kwalunkwe sistema ta’ ħarsien attiva installata.

PARTI 2

MUDELL

Dokument ta’ tagħrif Nru. … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha

It-tagħrif li ġej, fejn applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jagħmlu użu minn materjali speċjalizzati, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

Tip:

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b)  (1):

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka:

0.4.   Kategorija tal-vettura (c):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Fejn u kif twaħħlet il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

1.   IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-BINI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

2.   MASSA U DIMENSJONIJIET: (f’kg u mm) (Irreferi għad-disinn fejn applikabbli)

Massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur:

2.8.1.   Distribuzzjoni ta’ din il-massa tul il-fusien (mass. u min.):

9.   IL-KAROZZERIJA TAL-VETTURA

9.1.   Tip ta’ karozzerija:

Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

9.24.1.   Arranġament ġenerali (disinji jew ritratti) li jindikaw il-pożizzjoni u t-twaħħil tas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem:

9.24.2.   Disinji u/jew ritratt, fejn rilevanti, ta’ xbieki tad-dħul ta’ l-arja, xbieki tar-radjatur, raqam dekorattiv, stemmi, emblemi u tiswir ‘il ġewwa u kull projezzjoni esterna u partijiet tal-wiċċ fuq barra li jistgħu jitqiesu bħala kritikċi (eż. tagħmir tad-dawl). Jekk il-partijiet elenkati fl-ewwel sentenza mhumiex kritiċi, għall-għanijiet ta’ dokumentazzjoni dawn jistgħu jinbidlu b’ritratti, akkumpanjati jekk meħtieġ mid-dettalji dimensjonali u/jew it-test:

9.24.3.   Dettalji kompleti ta’ l-immuntar meħtieġ u l-istruzzjonijiet kollha, inklużi r-rekwiżiti tat-torque, għall-immuntar:

9.24.4.   Disinn tal-bampers:

9.24.5.   Disinn tal-linja ta’ l-art fit-tarf ta’ quddiem tal-vettura:

PARTI 3

MUDELL

Dokument ta’ tagħrif Nru. … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata

It-tagħrif li ġej, fejn applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jagħmlu użu minn materjali speċjalizzati, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

Tip:

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Fejn u kif twaħħlet il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

0.8.   Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

1.   DESKRIZZJONI TA’ L-APPARAT

1.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji):

1.2.   Istruzzjonijiet għall-immuntar, inklużi t-torques meħtieġa:

1.3.   Lista tat-tipi ta’ vetturi li tista’ titwaħħal magħhom:

1.4.   Kwalunkwe restrizzjonijiet għall-użu u l-kundizzjonijiet għall-immuntar:


(b)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, il-komponenti jew it-tipi ta’ unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ tagħrif, tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).

(1)  Ħassar fejn ma japplikax (hemm każijiet fejn xejn ma jrid ikun imħassar meta tkun applikabbli aktar minn partita waħda.)

(c)  Ikklassifikata skond id-definizzjonijiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Id-Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

ANNESS III

Mudelli taċ-Ċertifikati ta’ Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

Parti 1:

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi

Parti 2:

Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha

Parti 3:

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata

PARTI 1

(MUDELL)

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-KE Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip

Komunikazzjoni dwar

Approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi

fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 kif implimentat minn …

emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru …/… (2).

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

Tip:

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (3):

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka:

0.4.   Kategorija tal-vettura (4):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8.   L-ismijiet u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

TAQSIMA II

1.   Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli) (ara l-Addendum)

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3.   Id-data tar-rapport tat-test:

4.   In-numru tar-rapport tat-test:

5.   Rimarki (jekk hemm) (ara l-Addendum):

6.   Post:

7.   Data:

8.   Firma:

Dokumenti mehmużin

:

Pakkett ta’ tagħrif.

Rapport tat-test.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 78/2009

Tagħrif addizzjonali

1.1.   Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-istruttura tagħha, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti:

1.2.   Fejn tinsab il-magna: quddiem/wara/ċentrali (5)

1.3.   Sewqan: rota ta’ quddiem/rota ta’ wara (5)

1.4.   Massa tal-vettura mibgħuta għall-ittestjar (kif definit skont il-punt 1.7 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009):

Fus ta’ quddiem:

Fus ta’ wara:

Total:

Riżultati tat-test skond ir-rekwiżiti ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009:

1.5.1.   Taqsima 2 riżultati tat-test:

Test

Valur irreġistrat

Għadda/Weħel (6)

Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-Bamper (fejn imwettaq)

Angolu tal-liwi

gradi

 

Spostament laterali

mm

 

Aċċelerazzjoni fit-tibja

g

 

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper. (fejn imwettaq)

Somma tal-forzi ta’ l-impatt

kN

 

Mument tal-liwi

Nm

 

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn it-tarf ta’ quddiemnett tal-bonit

Somma tal-forzi ta’ l-impatt

kN

 (7)

Mument tal-liwi

Nm

 (7)

Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn in-naħa ta’ fuq tal-bonit

Valuri ta’ l-HPC

fiż-Żona A

(12-il riżultat (8))

 

 

 

Valuri ta’ l-HPC

fiż-Żona B

(6 riżultati (8))

 

 

 

Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta (4,8 kg) lejn il-windskrin

Valuri ta’ l-HPC

(5 riżultati (8))

 

 

 (7)

1.5.2.   Taqsima 3 riżultati tat-test:

Test

Valur irreġistrat

Għadda/Weħel (9)

Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-Bamper (fejn imwettaq)

Angolu tal-liwi

gradi

 

Spostament laterali

mm

 

Aċċelerazzjoni fit-tibja

g

 

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper. (fejn imwettaq)

Somma tal-forzi ta’ l-impatt

kN

 

Mument tal-liwi

Nm

 

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn it-tarf ta’ quddiemnett tal-bonit

Somma tal-forzi ta’ l-impatt

kN

 (10)

Mument tal-liwi

Nm

 (10)

Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn in-naħa ta’ fuq tal-bonit

Valuri ta’ l-HPC

(9 riżultati (11))

 

 

 

Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta (4,5 kg) lejn il-wiċċ ta’ fuq tal-bonit

Valuri ta’ l-HPC

(9 riżultati (11))

 

 

 

Rimarki: (eż., validi għal vetturi b’sewqan fuq ix-xellug u b’sewqan fuq il-lemin)

1.5.3.   Taqsima 4 rekwiżiti:

Dettalji tas-sistema pprovduta ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar (12)

 

Rimarki (13):

 

PARTI 2

(MUDELL)

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-KE Awtorità ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip

Komunikazzjoni dwar

Approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar magħha ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 kif implimentat minn …

emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru …/… (2).

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

Tip:

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (3):

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka:

0.4.   Kategorija tal-vettura (4):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Lok u metodu ta’ kif ġiet imwaħħla l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

0.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

TAQSIMA II

1.   Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Addendum

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3.   Id-data tar-rapport tat-test:

4.   In-numru tar-rapport tat-test:

5.   Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6.   Post:

7.   Data:

8.   Firma:

Dokumenti mehmużin

:

Pakkett ta’ tagħrif.

Rapport tat-test.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar magħha ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009

1.   Tagħrif addizzjonali, jekk hemm:

2.   Rimarki:

3.   Riżultati tat-test skond ir-rekwiżiti tat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) 78/2009

Test

Valur irreġistrat

Għadda/Weħel

Il-forma tal-parti t’isfel tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

— 3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar

(fejn imwettaq)

Angolu tal-liwi

gradi

 

Spostament laterali

mm

 

Aċċelerazzjoni fit-tibja

g

 

Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

— 3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar

(fejn imwettaq)

Somma tal-forzi ta’ l-impatt

kN

 

Mument tal-liwi

Nm

 

Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tas-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

— 3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar

(sorveljanza biss)

Somma tal-forzi ta’ l-impatt

kN

 

Mument tal-liwi

 

Nm

 

Il-forma tar-Ras tat-Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

Valuri ta’ l-HPC

(mill-anqas 3 valuri)

 

 

 

PARTI 3

(MUDELL)

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-KE Awtorità ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip

Komunikazzjoni dwar

Approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

ta’ tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata

fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 kif implimentat minn …

emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru …/… (2).

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

0.2.   Tip:

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem (3):

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka:

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Fejn u kif twaħħlet il-marka ta’ l-approvazzjoni tal-KE:

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

TAQSIMA II

1.   Tagħrif addizzjonali: Ara l-Addendum

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3.   Id-data tar-rapport tat-test:

4.   In-numru tar-rapport tat-test:

5.   Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6.   Post:

7.   Data:

8.   Firma:

Dokumenti mehmużin

:

Pakkett ta’ tagħrif.

Rapport tat-test.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru … dwar it-tip ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009

Tagħrif addizzjonali,

1.1.   Metodu ta’ immuntar:

1.2.   Istruzzjonijiet għall-immuntar:

1.3.   Lista ta’ vetturi li magħhom tista’ tiġi mmuntata is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, kull restrizzjoni għall-użu u kundizzjonijiet meħtieġa għall-immuntar:

2.   Rimarki:

3.   Riżultati tat-test skond ir-rekwiżiti tat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009

Test

Valur irreġistrat

Għadda/Weħel

Il-forma tal-parti t’isfel tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

—3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar

(fejn imwettaq)

Angolu tal-liwi

gradi

 

Spostament laterali

mm

 

Aċċelerazzjoni fit-tibja

g

 

Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

—3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar

(fejn imwettaq)

Somma tal-forzi ta’ l-impatt

kN

 

Mument tal-liwi

Nm

 

Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tas-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

—3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar

(sorveljanza biss)

Somma tal-forzi ta’ l-impatt

kN

 

Mument tal-liwi

 

Nm

 

Il-forma tar-Ras tat-Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

Valuri ta’ l-HPC

(mill-anqas 3 valuri)

 

 

 


(1)  Ħassar fejn ma japplikax.

(2)  Daħħal in-numru tar-Regolament li jemenda.

(3)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, il-komponenti jew it-tipi ta’ unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ tagħrif, karattri tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).

(4)  Kif definita skond it-Taqsima A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal--5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Id-Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(5)  Ħassar fejn ma japplikax.

(6)  Skond il-valuri speċifikati fit-Taqsima 2 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009.

(7)  Għal skopijiet ta’ monitoraġġ biss.

(8)  Skont il-Kummissjoni [leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni]

(9)  Skond il-valuri speċifikati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009.

(10)  Għal għanijiet ta’ sorveljanza biss.

(11)  Skond il-Kummissjoni [leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni].

(12)  Agħti d-dettalji tal-metodu ta’ l-operazzjoni tas-sistema.

(13)  Agħati d-dettalji ta’ l-ittestjar imwettaq sabiex jivverifika s-sistema.

ANNESS IV

MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Din il-marka għandu jkun fiha:

1.1.   Rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” segwiti min-numru distintiv jew ittra(i) ta’ l-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

1

għall-Ġermanja

2

għal Franza

3

għall-Italja

4

għall-Olanda

5

għall-Iżvezja

6

għall-Belġju

7

għall-Ungerija

8

għar-Repubblika Ċeka

9

għal Spanja

11

għar-Renju Unit

12

għall-Awstrija

13

għal-Lussemburgu

17

għall-Finlandja

18

għad-Danimarka

19

għar-Rumanija

20

għall-Polonja

21

għall-Portugall

23

għall-Greċja

24

għall-Irlanda

26

għas-Slovenja

27

għas-Slovakkja

29

għall-Estonja

32

għal-Latvja

34

għall-Bulgarija

36

għal-Litwanja

49

għal Ċipru

50

għal Malta

1.2.   Viċin ir-rettangolu, in-“numru ta’ approvazzjoni ta’ bażi” li jinsab fit-Taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE, u qablu iż-żewġ figuri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza mogħti lill-aħħar emenda teknika maġġuri għal dan ir-Regolament fid-data meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. In-numru tas-sekwenza ta’ din id-Direttiva huwa 02.

L-ittri addizzjonali li ġejjin jinsabu fuq ir-rettangolu:

1.3.1.   “A” tindika li s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem kienet approvata skond ir-rekwiżiti tal-punt 5.1.1.1 ta’ Anness I u hija xierqa biex tiġi mmuntata fuq vetturi li jikkonformaw mat-Taqsima 2 ta’ l-Anness I.

1.3.2.   “B” tindika li s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem kienet approvata skond ir-rekwiżiti tal-punt 5.1.1.2 ta’ Anness I u hija xierqa biex tiġi mmuntata fuq vetturi li jikkonformaw mat-Taqsima 3 ta’ l-Anness I.

1.3.3.   “X” tindika li s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem kienet approvata taħt il-konsiderazzjoni, għat-test ta’ l-impakter tal-forma tar-riġel, permessa mill-punti 5.1.1.3 jew 5.1.2.2 ta’ l-Anness I u hija biss xierqa biex tiġi mmuntata fuq vetturi li ma jikkonformawx ma’ l-ebda mit-Taqsimiet 2 jew 3 ta’ l-Anness I.

1.4.   Il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ tip tal-KE għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar, ma titħassarx u li tidher sew meta tiġi installata fuq il-vettura.

1.5.   Fl-Appendiċi għal dan l-Anness hemm eżempju tal-marka ta’ approvazzjoni.

Appendiċi

Eżempju tal-Marka ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

Image

L-apparat bil-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li tidher hawn fuq hija għal tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem approvata mill-Ġermanja (e1) skond dan ir-Regolament (02) taħt in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ bażi 1471.

L-ittra “X” tindika li s-sistema ta’ protezzjoni fuq quddiem kienet approvata taħt il-konsiderazzjoni, għat-test ta’ l-impakter tal-forma tar-riġel, permessa mill-punti 5.1.1.3 jew 5.1.2.2 ta’ l-Anness I.

ANNESS V

Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE.

Id-Direttiva 2007/46/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, it-Taqsima 9.24 għandha tinbidel b’dan li ġej:

9.24.   Sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

9.24.1.   Arranġament ġenerali (disinji jew ritratti) li jindikaw il-pożizzjoni u t-twaħħil tas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem:

9.24.2.   Disinji u/jew ritratt, fejn rilevanti, ta’ xbieki tad-dħul ta’ l-arja, xbieki tar-radjatur, raqam dekorattiv, stemmi, emblemi u tiswir ‘il ġewwa u kull projezzjoni esterna u partijiet tal-wiċċ fuq barra li jistagħu jitqiesu bħala kritikċi (eż. tagħmir tad-dawl). Jekk il-partijiet elenkati fl-ewwel sentenza mhumiex kritiċi, għall-għanijiet ta’ dokumentazzjoni dawn jistgħu jinbidlu b’ritratti, akkumpanjati jekk meħtieġ mid-dettalji dimensjonali u/jew it-test:

9.24.3.   Dettalji kompleti ta’ l-immuntar meħtieġ u l-istruzzjonijiet kollha, inklużi r-rekwiżiti tat-torque, għall-immuntar:

9.24.4.   Disinn tal-bampers:

9.24.5.   Disinn tal-linja ta’ l-art fit-tarf ta’ quddiem tal-vettura:”

(2)

Fl-Anness III, il-Parti I, punt A, it-Taqsima 9.24 għandha tinbidel b’dan li ġej:

9.24.   Sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

9.24.1.   Arranġament ġenerali (disinji jew ritratti) li jindikaw il-pożizzjoni u t-twaħħil tas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem:

9.24.3.   Dettalji kompleti ta’ l-immuntar meħtieġ u l-istruzzjonijiet kollha, inklużi r-rekwiżiti tat-torque, għall-immuntar:”

(3)

L-Anness IV huwa b’dan emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti I:

(i)

l-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“58.

Persuni mixjin Protezzjoni

Regolament (KE) Nru 78/2009

L 35, 4.2.2009, p. 1

X

 

 

X”

 

 

 

 

 

 

(ii)

In-nota tal-qiegħ 7 għandha titħassar.

(iii)

L-intestatura 60 għandha titħassar.

(b)

Fl-Appendiċi

(i)

l-intestatura 58, għandha tinbidel b’dan li ġej:

“58.

Protezzjoni ta’ persuni mixjin:

Regolament (KE) Nru 78/2009

L 35, 4.2.2009, p. 1

M/A (*)

(ii)

L-intestatura 60 għandha titħassar.

(4)

Fl-Anness VI, l-Appendiċi huwa b’dan emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura 58, għandha tinbidel b’dan li ġej:

“58.

Protezzjoni ta’ persuni mixjin:

Regolament (KE) Nru 78/2009”

 

 

(b)

L-intestatura 60 għandha titħassar.

(5)

L-Anness XI huwa b’dan emendat kif ġej:

(a)

Fl-Appendiċi 1,

(i)

L-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“58.

Protezzjoni ta’ persuni mixjin:

Regolament (KE) Nru 78/2009

X

M/A (**)

 

 

(ii)

L-intestatura 60 għandha titħassar.

(b)

Fl- Appendiċi 2:

(i)

l-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“58.

Protezzjoni ta’ persuni mixjin:

Regolament (KE) Nru 78/2009

M/A

 

 

M/A”

 

 

 

 

 

 

(ii)

l-intestatura 60 għandha titħassar.

(c)

Fl-Appendiċi 3:

(i)

l-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“58.

Protezzjoni ta’ persuni mexjin:

Regolament (KE) Nru 78/2009

X”

(ii)

l-intestatura 60 għandha titħassar.

(d)

Fl-Appendiċi 4:

(i)

l-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“58.

Protezzjoni ta’ persuni mixjin:

Regolament (KE) Nru 78/2009

 

 

M/A (***)

 

 

 

 

 

 

(ii)

l-intestatura 60 għandha titħassar.



4.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/32


REGOLAMENT (KE) Nru 79/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Jannar 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dan il-għan teżisti sistema komprensiva tal-approvazzjoni tat-tip Komunitarja għal vetturi motorizzati. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta’ rekwiżiti differenti fi Stati Membri differenti u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li, fl-istess ħin, jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u ta’ sikurezza pubblika.

(2)

Dan ir-Regolament huwa Regolament separat għall-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip Komunitarja prevista mid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati disinjati għal dawn il-vetturi (id-Direttiva Qafas) (3). Għalhekk, l-Annessi IV, VI u XI ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu emendati skond dan.

(3)

Wara t-talba tal-Parlament Ewropew, ġie applikat approċċ regolatorju ġdid għal-leġiżlazzjoni tal-KE dwar il-vetturi. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi biss dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sistemi u komponenti tal-idroġenu, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stabbiliti minn miżuri implimentattivi adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4).

(4)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi r-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ ttestjar relatati ma’ forom ġodda ta’ ħżin u użu tal-idroġenu, komponenti addizjonali tal-idroġenu u s-sistema ta’ propulsjoni. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tistabbilixxi proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti fir-rigward tal-protezzjoni mill-impatt tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u rekwiżiti ta’ sikurezza ta’ sistema integrata. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Fis-settur tat-trasport, waħda mill-miri ewlenin għandha tkun proporzjon akbar ta’ vetturi li jirrispettaw l-ambjent. Għandhom isiru sforzi addizzjonali sabiex jitqiegħdu fis-suq aktar vetturi minn dawn. L-introduzzjoni ta’ vetturi bi fjuwils alternattivi tista’ ittejjeb b’mod sinifikanti il-kwalità tal-arja urbana u konsegwentament ukolll-istat tas-saħħa pubblika.

(6)

L-idroġenu huwa meqjus bħala mod nadif għall-ġejjieni għat-tħaddim tal-vetturi, fit-triq lejn ekonomija ħielsa mit-tniġġis bbażata fuq ir-riċiklaġġ ta’ materja prima u fuq riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli, billi l-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu la jarmu sustanzi li jniġġsu li huma bbażati fuq il-karbonju u lanqas gassijiet b’effett ta’ serra. Peress li l-idroġenu huwa aġent tal-enerġija u mhux sors ta’ enerġija, il-valur tal-idroġenu, f’sens ta’ politika dwar il-klima, jiddependi minn liema sors jinkiseb l-idroġenu. Għalhekk, ta’ min joqgħod attent li l-fjuwil tal-idroġenu jiġi prodott b’mod sostenibbli u kemm jista’ jkun possibbli minn riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli, sabiex il-bilanċ ambjentali kumplessiv għall-produzzjoni tal-idroġenu bħala fjuwil għall-vetturi motorizzati jkun wieħed pożittiv.

(7)

Ir-rapport finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 iddikjara fir-rapport finali li “fejn xieraq, għandhom jinżammu l-isforzi bil-għan li tiżdied l-armonizzazzjoni internazzjonali tar-regolamenti dwar il-vetturi motorizzati, sabiex jiġu involuti s-swieq ewlenin tal-vetturi u biex l-armonizzazzjoni tiġi estiża għal oqsma li għadhom m’humiex koperti, b’mod partikulari fil-qafas tal-Istrumenti ta’ Ftehim tal-1958 u tal-1998 tal-UNECE”. F’konformità ma’ din ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkompli tappoġġja l-iżvilupp ta’ rekwiżiti armonizzati fuq livell internazzjonali għall-vetturi motorizzati fil-qafas tal-UNECE. B’mod partikulari, jekk jiġi adottat Regolament Tekniku Globali (GTR) dwar il-vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibilità li tadatta r-rekwiżiti stabbiliti f’ dan ir-Regolament għal dawk stabbiliti fil-GTR imsemmi hawn fuq.

(8)

It-taħlitiet tal-idroġenu jistgħu jintużaw bħala fjuwil “ta’ tranżizzjoni” li jwassal għall-użu ta’ idroġenu pur, biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fl-Istati Membri fejn l-infrastruttura tal-gass naturali hija tajba. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tiżviluppa rekwiżiti għall-użu ta’ taħlitiet tal-idroġenu u tal-gass naturali/bijometanu, speċjalment il-proporzjon tat-taħlita tal-idroġenu u l-gass, filwaqt li tqis il-fattibilità teknika u l-benefiċċji ambjentali.

(9)

Id-definizzjoni tal-qafas ta’ approvazzjoni tat-tip għal vetturi li jaħdmu bl-idroġenu żżid il-fiduċja fit-teknoloġija fuq in-naħa ta’ utenti potenzjali u tal-pubbliku ġenerali.

(10)

Għaldaqstant, jinħtieġ li jinħoloq qafas xieraq sabiex biex taċċellera t-tqegħid fis-suq ta’ vetturi b’teknoloġiji ta’ propulsjoni innovattivi u vetturi li jużaw fjuwils alternattivi b’impatt ambjentali baxx.

(11)

Il-maġġoranza tal-manifatturi qed jagħmlu investimenti importanti fl-iżvilupp tat-teknoloġija tal-idroġenu u diġà bdew iqiegħdu dawn il-vetturi fis-suq. Fil-futur, aktarx li s-sehem tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fil-flotta totali se jiżdied. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti komuni li jikkonċernaw is-sikurezza tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu. Peress lil-produtturi għandhom mnejn jsegwu approċċi differenti għall-iżvilupp ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, huwa neċessarju li r-rekwiżiti ta’ sigurtà jkunu stabbiliti b’mod teknoloġikament newtrali.

(12)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawk il-miżuri ta’ sikurezza għas-sistemi tal-idroġenu u għall-komponenti tagħhom li huma neċessarji sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip.

(13)

Għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-istallazzjoni fil-vettura ta’ sistemi tal-idroġenu u l-komponenti tagħhom.

(14)

Minħabba l-karatteristiċi tal-fjuwil, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jistgħu jirrikjedu trattament speċifiku mis-servizzi ta’ salvataġġ. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-identifikazzjoni ċara u rapida ta’ dawn il-vetturi, li jippermettu lis-servizzi ta’ salvataġġ li jiġu infurmati bil-fjuwil maħżun abbord il-vettura. Filwaqt li l-mezz ta’ identifikazzjoni għandu jkun adegwat għall-funzjoni tiegħu, dan għandu, kemm jista’ jkun possibbli, jevita li jkun ta’ natura li aktarx jagħti lok għal-tħassib fost il-pubbliku.

(15)

Huwa importanti ukoll li jiġu stabbiliti l-obbligi tal-manifatturi rigward l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa biex jipprevjenu li jingħata fjuwil ieħor bi żball lill-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu.

(16)

Il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jistgħu biss ikollhom suċċess fis-suq, jekk ikun hemm disponibbli fl-Ewropa infrastruttura suffiċjenti ta’ distributuri. Il-Kummissjoni għandha għalhekk teżamina miżuri xierqa, li jappoġġjaw il-bini ta’ netwerk ta’ distributuri madwar l-Ewropa kollha għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu.

(17)

Il-vetturi żgħar innovattivi, identifikati skond il-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vetturi bħala vetturi tal-kategorija L, huma meqjusa bħala vetturi li użaw l-idroġenu bħala fjuwil fi stadju bikri. L-introduzzjoni tal-idroġenu għal dawn il-vetturi teħtieġ sforz iżgħar, billi l-isfida teknika u l-livell ta’ investiment meħtieġ huma inqas minn dawk meħtieġa fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M u N, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010, tevalwa l-possibilità li tirregola l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi klassifikati bħala vetturi tal-idroġenu tal-kategorija L.

(18)

Peress illi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ksib tas-suq intern permezz tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni għal vetturi mmotorizzati li jaħdmu bl-idroġenu, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx aktar lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti tal-idroġenu u sistemi tal-idroġenu. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti għall-istallazzjoni ta’ tali komponenti u sistemi.

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

1.

vetturi li jaħdmu bl-idroġenu tal-kategoriji M u N, kif definiti fit-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, inkluż il-protezzjoni mill-impatt u s-sikurezza elettrika ta’ tali vetturi;

2.

komponenti tal-idroġenu ddisinjati għal vetturi motorizzati tal-kategoriji M u N, kif elenkati fl-Anness I;

3.

sistemi tal-idroġenu ddisinjati għal vetturi motorizzati tal-kategoriji M u N, inkluż forom ġodda għall-ħżin jew l-użu tal-idroġenu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura motorizzata li tuża l-idroġenu bħala fjuwil għall-propulsjoni tal-vettura;

(b)

“sistema ta’ propulsjoni” tfisser il-magna tal-kombustjoni interna jew is-sistema taċ-ċelluli tal-fjuwil li jintużaw għall-propulsjoni tal-vettura;

(c)

“komponent tal-idroġenu” tfisser il-kontenitur tal-idroġenu u l-partijiet l-oħra kollha tal-vettura li taħdem bl-idrogenu li jkunu f’kuntatt dirett mal-idroġenu jew li jiffurmaw parti minn sistema tal-idroġenu;

(d)

“sistema tal-idroġenu” tfisser assemblaġġ ta’ komponenti tal-idroġenu u parts ta’ konnessjoni imqegħda fuq vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, minbarra s-sistemi ta’ propulsjoni jew l-unitajiet awżiljarji ta’ enerġija;

(e)

“Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli” (MAWP — Maximum Allowable Working Pressure) tfisser il-pressjoni massima li komponent ikun iddisinjat biex jiġi sottomess għaliha u li hija l-bażi għad-determinazzjoni tas-saħħa tal-komponent ikkonċernat;

(f)

“Pressjoni Operattiva Nominali” (NWP — Nominal Working Pressure) tfisser, fir-rigward ta’ kontenituri, il-pressjoni stabbli f’temperatura uniformi ta’ 288 K (15 °C) għal kontenitur mimli, jew fir-rigward ta’ komponenti oħrajn, il-livell tal-pressjoni li komponent tipikament jopera fih;

(g)

“tank intern” tfisser il-parti tal-kontenitur tal-idroġenu iddisinjat biex juża l-idroġenu likwidu li fih l-idroġenu krijoġeniku.

2.   Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, is-“sistemi tal-idroġenu” għandhom jinkludu, inter alia, dawn li ġejjin:

(a)

sistemi ta’ monitoraġġ tal-użu u kontroll;

(b)

sistemi ta’ interface tal-vettura;

(c)

sistemi tal-fluss eċċessiv;

(d)

sistemai għall-protezzjoni mill-pressjoni żejda;

(e)

sistemi għall-individwazzjoni ta’ ħsara fl-apparat għall-iskambju tas-sħana.

Artikolu 4

Obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi kollha ġodda li jaħdmu bl-idroġenu, mibjugħa, reġistrati jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità u l-komponenti tal-idroġenu jew is-sistemi tal-idroġenu kollha, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità jkollhom approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

2.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, il-manifatturi għandhom jgħammru lill-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu bil-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu u li jkunu istallati skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

3.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti u s-sistemi, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

4.   Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni informazzjoni xierqa dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u l-kundizzjonijiet tat-test.

5.   Il-manifatturi għandhom jagħtu informazzjoni għar-raġunijiet ta’ spezzjoni tal-komponenti u tas-sistemi tal-idroġenu matul il-ħajja operattiva tal-vettura.

Artikolu 5

Rekwiżiti ġenerali għall-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li:

(a)

il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jiffunzjonaw korrettement u b’mod sikur u li jifilħu b’mod affidabbli, il-kundizzjonijiet operattivi elettriċi, mekkaniċi, termali u kimiċi mingħajr ma jnixxu jew jiddeformaw viżibbilment;

(b)

is-sistemi tal-idroġenu jkun protetti kontra l-pressjoni żejda;

(c)

il-materjali użati f’dawk il-parts tal-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu li għandhom ikunu f’kuntatt dirett mal-idroġenu, ikunu kompatibbli mal-idroġenu;

(d)

il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jkunu jifilħu b’mod affidabbli t-temperaturi u l-pressjonijiet mistennija matul it-tul mistenni tal-ħajja tagħhom;

(e)

il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jkunu jifilħu b’mod affidabbli firxa ta’ temperaturi operattivi stabbiliti fil-miżuri implimentattivi;

(f)

il-komponenti tal-idroġenu jkunu mmarkati skond il-miżuri implimentattivi;

(g)

il-komponenti tal-idroġenu bi fluss direzzjonali jkollhom id-direzzjoni indikata b’mod ċar;

(h)

il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu jkunu ddisinjati b’ tali mod li jkunu jistgħu jiġu istallati skond ir-rekwiżiti tal-Anness VI.

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-kontenituri tal-idroġenu disinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu

Il-kontenituri tal-idroġenu disinjat biex jużaw l-idroġenu likwidu għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 7

Rekwiżiti għall-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu

1.   Il-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri disinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness III fir-rigward tat-tip tagħhom.

2.   L-apparat għar-rilaxx tal-pressjoni għandu jiġi disinjat b’tali mod li jiżgura li l-pressjoni fit-tank intern jewkwalunkwe komponent ieħor tal-idroġenu ma tkunx iktar minn valur permissibbli. Il-valuri għandhom jiġu stabbiliti fi proporzjoni mal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP — Maximum Allowable Working Pressure) tas-sistema tal-idroġenu. Għandu jkun hemm sistema ta’ sikurezza għall-apparati tal-iskambju tas-sħana għall-individwazzjoni tal-falliment tagħhom.

Artikolu 8

Rekwiżiti għall-kontenituri tal-idroġenu disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

1.   Il-kontenituri tal-idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jiġu kklassifikati skond il-punt 1 tal-Anness IV.

2.   Il-kontenituri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri tal-ittestjar stipulati fl-Anness IV fir-rigward tat-tip tagħhom.

3.   Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi tal-materjal u t-tolleranziprinċipali kollha uzati fid-disinn tal-kontenitur, inkluż ir-riżultati tat-testijiet li għalihom il-materjal jkun ġie suġġettat.

Artikolu 9

Rekwiżiti għall-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

Il-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness V fir-rigward tat-tip tagħhom.

Artikolu 10

Rekwiżiti ġenerali għall-istallazzjoni ta’ komponenti u sistemi tal-idroġenu

Il-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu għandhom jiġu istallati skond ir-rekwiżiti tal-Anness VI.

Artikolu 11

Skeda għall-applikazzjoni

1.   B’effett mill-24 ta’ Frar 2011, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu:

(a)

approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu; u

(b)

approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ komponenti jew sistemi, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

2.   B’effett mill-24 ta’ Frar 2012, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom:

(a)

abbażi ta’ raġunijiet relatati mal-propulsjoni bl-idroġenu iqisu li ċ-ċertifikati ta’ konformità għall-vetturi ġodda ma għadhomx validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu; u

(b)

jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ tipi ta’ komponenti jew sistemi tal-idroġenu ġodda, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, u suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skond l-Artikolu 12(1), jekk manifattur hekk jitlob, l-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx:

(a)

abbażi ta’ raġunijiet relatati mal-propulsjoni bl-idroġenu, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE, jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tipi ġodda ta’ vetturi, jew approvazzjoni tat-tip KE għal tipi ġodda ta’ komponenti jew sistemi tal-idroġenu, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu; jew

(b)

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda, jew il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew sistemi tal-idroġenu ġodda, fejn tali vetturi, komponenti jew sistemi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

Artikolu 12

Il-miżuri implimentattivi

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

(a)

dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu, u ta’ komponenti u sistemi tal-idroġenu;

(b)

regoli dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-manifatturi għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5);

(c)

regoli dettaljati għall-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-Annessi II sa V;

(d)

regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti għall-istallazzjoni tal-komponenti u tas-sistemi tal-idroġenu msemmija fl-Anness VI;

(e)

regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti għall-funzjonament sikur u affidabbli tal-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu stabbiliti fl-Artikolu 5;

(f)

regoli dettaljati għall-ittikkettar jew mezzi oħra għall-identifikazzjoni ċara u rapida tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu msemmija fil-punt 16 tal-Anness VI.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

(a)

l-ispeċifikazzjonijiet għar-rekwiżiti marbuta ma’ kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

l-użu ta’ idroġenu pur jew ta’ taħlita ta’ idroġenu u gass naturali/bijometanu;

metodi ġodda għall-ħżin jew l-użu tal-idroġenu;

il-protezzjoni tal-vetturi mill-impatti fir-rigward tal-integrità tal-komponenti u s-sistemi tal-idroġenu;

rekwiżiti ta’ sikurezza ta’ sistema integrata, li għallinqas ikopru l-individwazzjoni ta’ nixxijat u r-rekwiżiti relatati mal-gass li jnaddaf;

iżolament elettriku u s-sikurezza elettrika;

(b)

miżuri oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 13

Procedura tal-Kumitati

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku — Vetturi Motorizzati (TCMV) stabbilit mill-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

Artikolu 14

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi IV, VI u XI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skond l-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Penali għal nuqqas ta’ konformità

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri implimentattivi tiegħu u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sal-24 ta’ Awwissu 2010, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet, u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għal penali għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal recall;

(b)

l-iffalsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-konformità fl-użu;

(c)

iż-żamma ta’ data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal recall jew għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip;

(d)

rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni;

(e)

l-użu ta’ apparat manipulattiv.

Artikolu 16

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mil-24 ta’ Frar 2011, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11(3) u tal-Artikolu 12, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u tal-Artikolu 11(2), li għandu japplika mid-data stabbilita fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Jannar 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  Opinjoni mogħtija fid-9 ta’ Lulju 2008.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Settembru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008.

(3)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS I

Lista ta’ komponenti tal-idroġenu li għandhom jiġu mogħtija l-approvazzjoni tat-tip

Fejn mqegħda fuq vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, il-komponenti tal-idroġenu li ġejjin għandhom jiġu mogħtija l-approvazzjoni tat-tip:

(a)

komponenti disinjati biex jużaw l-idroġenu likwidu:

(1)

kontenitur;

(2)

valv b’għeluq awtomatiku;

(3)

Check-valve jew non-return valve (jekk użat bħala tagħmir għas-sikurezza);

(4)

linja flessibbli tal-fjuwil (jekk ‘il fuq mill-ewwel valv b’għeluq awtomatiku jew tagħmir ieħor għas-sikurezza);

(5)

apparat għall-iskambju tas-sħana;

(6)

valv manwali jew awtomatiku;

(7)

regolatur tal-pressjoni;

(8)

valv għar-rilaxx tal-pressjoni;

(9)

is-senser tal-pressjoni, tat-temperatura u tal-fluss (jekk ikun tagħmir ta’ sikurezza);

(10)

konnessjoni jew reċipjent għat-teħid tal-fjuwil;

(11)

sensers għall-individwazzjoni ta’ nixxija ta’ idroġenu.

(b)

komponenti disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) bi pressjoni operattiva nominali li tkun ogħla minn 3,0 MPa:

(1)

kontenitur;

(2)

valv b’għeluq awtomatiku;

(3)

assemblaġġ tal-kontenitur;

(4)

fittings;

(5)

linja flessibbli tal-fjuwil;

(6)

apparat għall-iskambju tas-sħana;

(7)

filtru tal-idroġenu;

(8)

valv manwali jew awtomatiku;

(9)

non-return valve;

(10)

regolatur tal-pressjoni;

(11)

apparat għar-rilaxx tal-pressjoni;

(12)

valv għar-rilaxx tal-pressjoni;

(13)

konnessjoni jew reċipjent għat-teħid tal-fjuwil;

(14)

konnettur għas-sistem tal-ħżin li jista’ jitneħħa;

(15)

sensers tal-pressjoni, tat-temperatura, tal-idroġenu jew tal-fluss (jekk jintużaw bħala apparat tas-sikurezza);

(16)

sensers għall-individwazzjoni ta’ nixxija ta’ idroġenu.


ANNESS II

Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-kontenituri tal-idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu likwidu

It-tip ta’ test

Test tal-fqigħ

Test tan-nar

Test tal-livell massimu ta’ mili

It-test tal-pressjoni

It-test tan-nixxija

Il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-kontenituri tal-idroġenu disinjati biex jużaw l-idroġenu kkumpressat għandhom jinkludu:

(a)

Test tal-fqigħ: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu ma tiġrilux ħsara qabel jinqabeż livell speċifikat ta’ pressjoni għolja, il-pressjoni tal-fqigħ (fattur ta’ sikurezza mmultiplikat bil-MAWP). Sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip, il-valur tal-pressjoni tal-fqigħ reali waqt it-test għandha tkun ogħla mill-pressjoni minima tal-fqigħ rikjesta.

(b)

Test tan-nar: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur bis-sistema ta’ protezzjoni min-nar tiegħu ma jinfaqax meta jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet speċifikati ta’ nar.

(c)

Test tal-livell massimu ta’ mili: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li s-sistema li ma tħallix li l-kontenitur jimtela’ żżejjed taħdem sewwa u li l-livell tal-idroġenu waqt il-proċedura tal-mili qatt ma jikkawża l-ftuħ tat-tagħmir tar-rilaxx tal-pressjoni.

(d)

It-test tal-pressjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jista’ jiflaħ livell speċifikat ta’ pressjoni għolja. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sa valur speċifikat għal ħin speċifikat. Wara t-test, il-kontenitur ma għandux juri sinjali ta’ deformazzjoni permanenti jew nixxijat viżibbli.

(e)

It-test tan-nixxija: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu ma jurix sinjali ta’ nixxijat f’kundizzjonijiet speċifikati. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sal-pressjoni operattiva nominali tiegħu. Ma għandux juri evidenza ta’ nixxijat mix-xquq, pori jew difetti oħra simili.


ANNESS III

Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati għall-użu tal-idroġenu likwidu

 

IT-TIP TA’ TEST

KOMPONENT TAL-IDROĠENU

It-test tal-pressjoni

Test tan-nixxijat esterni

Testijiet tar-reżistenza

Test operattiv

Test tar-reżistenza għall-korrużjoni

It-test tar-reżistenza għas-sħana niexfa

Tixjiħ bl-ożonu

Test taċ-ċiklu tat-temperaturi

Test taċ-ċiklu tal-pressjoni

Test tal-kompatibilità mal-idroġenu

Test tan-nixxijat tas-sit

Apparat għar-rilaxx tal-pressjoni

Image

Image

 

Image

Image

 

 

Image

 

Image

 

Valvi

Image

Image

Image

 

Image

Image

Image

Image

 

Image

Image

Tagħmir għall-iskambju tas-sħana:

Image

Image

 

 

Image

Image

Image

Image

 

Image

 

Konnessjoniet jew reċipjenti għat-teħid tal-fjuwil

Image

Image

Image

 

Image

Image

Image

Image

 

Image

Image

Regolaturi tal-pressjoni

Image

Image

Image

 

Image

Image

Image

Image

 

Image

Image

Sensers

Image

Image

 

 

Image

Image

Image

Image

 

Image

 

Linji flessibbli tal-fjuwil

Image

Image

 

 

Image

Image

Image

Image

Image

Image

 

Soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-idroġenu, il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati għall-użu ta’ idroġenu likwidu għandhom jinkludu:

(a)

It-test tal-pressjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu jifilħu pressjoni li tkun ogħla mill-pressjoni operattiva tal-komponent. Komponent tal-idroġenu ma għandux juri evidenza viżibbli ta’ nixxijat, deformazzjoni, ksur jew xquq meta l-pressjoni tiżdied sa ċerta rata.

(b)

Test tan-nixxijat esterni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu ma jurux sinjali ta’ nixxijat esterni. Il-komponenti tal- idroġenu m’għandhomx juru sinjali ta’ porożità.

(c)

Testijiet ta’ reżistenza: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi joperaw b’mod affidabbli u kontinwu. It-test jikkonsisti fit-twettiq ta’ għadd speċifiku ta’ ċikli ta’ ttestjar għall-komponent tal-idroġenu f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ temperaturi u pressjoni. Ciklu ta’ ttestjar ifisser l-operat normali (jiġifieri jinfetaħ u jingħalaq darba) tal-komponent tal-idroġenu.

(d)

It-Test operattiv: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi joperaw b’mod affidabbli.

(e)

Test tar-reżistenza għall-korrużjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu l-korrużjoni. Sabiex dan jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jitpoġġew f’kuntatt ma’ sustanzi kimiċi speċifikati.

(f)

It-test tar-reżistenza għas-sħana niexfa: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti mhux metalliċi tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu t-temperaturi għolja. Sabiex dan jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu esposti għat-temperatura operattiva massima.

(g)

Test ta’ tixjiħ bl-ożonu: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti mhux metalliċi tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu t-tixjiħ ikkawżat mill-ożonu. Sabiex dan jista’ jintwera, il-komponenti għandhom jiġu esposti għal arja b’konċentrazzjoni għolja tal-ożonu.

(h)

Test taċ-ċiklu tat-temperaturi: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu varjazzjonijiet kbar fit-temperatura. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu sottomessi għal ċiklu ta’ temperaturi għal ammont ta’ ħin speċifikat mit-temperatura operattiva minima sat-temperatura operattiva massima.

(i)

Test taċ-ċiklu tal-pressjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu jkunu kapaċi jirreżistu varjazzjonijiet kbar ta’ pressjoni. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu sottomessi għal bidla fil-pressjoni atmosferika sal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP) u li mbagħad lura għall-livell tal-pressjoni atmosferika f’perjodu qasir ta’ ħin.

(j)

Test tal-kompatibilità mal-idroġenu: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti metalliċi tal-idroġenu (jiġifieri ċ-ċilindri u l-valvi) ma jsirux fraġli b’kuntatt mal-idroġenu. Għal komponenti tal-idroġenu li jkunu soġġetti għal ċikli frekwenti ta’ piżijiet, il-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal reħja lokali u l-bidu u t-tferrix ta’ xquq fl-istruttura għandhom jiġu evitati.

(k)

Test għan-nixxijat tas-sit: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti tal-idroġenu ma jkollhomx nixxijat waqt li jkunu istallati fis-sistema tal-idroġenu.


ANNESS IV

Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-kontenituri tal-idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass)

It-tip ta’ test

Applikabbli għat-Tip ta’ Kontenitur

1

2

3

4

Test tal-fqigħ

Image

Image

Image

Image

Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura tal-Ambjent

Image

Image

Image

Image

Test tar-Rendiment LBB

Image

Image

Image

Image

Test tan-Nar

Image

Image

Image

Image

Test tal-Penetrazzjoni

Image

Image

Image

Image

Test tal-Esponiment Kimiku

 

Image

Image

Image

Test tat-Tolleranza għal Difetti fil-Materjali Komposti

 

Image

Image

Image

Test tal-Qsim bi Stress Aċċellerat

 

Image

Image

Image

Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura Estrema

 

Image

Image

Image

Test tal-Ħsara mill-Impatti

 

 

Image

Image

It-test tan-Nixxijat

 

 

 

Image

Testijiet tal-Permeazzjoni

 

 

 

Image

It-Test Boss Torque

 

 

 

Image

It-Test taċ-Ċiklu tal-Gass tal-Idroġenu

 

 

 

Image

1.   Klassifikazzjoni ta’ kontenituri ta’ idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass):

Tip 1

Kontenitur metalliku mingħajr saldaturi

Tip 2

Kontenitur miksi biċ-ċrieki b’kisja interna metallika mingħajr saldaturi

Tip 3

Kontenitur miksi kompletament b’kisja interna metallika mingħajr saldaturi jew iwweldjata

Tip 4

Kontenitur miksi kompletament b’kisja interna mhux metallika.

2.   Il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ kontenituri ta’ idroġenu disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jinkludu:

(a)

Test tal-fqigħ: l-iskop tat-test huwa li jipprovdi l-valur tal-pressjoni li fija l-kontenitur jinfaqa’. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sa valur speċifikat, li għandha tkun ogħla mill-pressjoni operattiva nominali tal-kontenitur. Il-pressjoni tar-reżistenza għall-fqigħ tal-kontenitur għandha tisboq pressjoni speċifikata. Il-pressjoni tar-reżistenza għall-fqigħ tal-kontenitur għandha tiġi dokumentata u tinżamm mill-manifattur matul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

(b)

Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura tal-Ambjent: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti varjazzjonijiet kbar ta’ pressjoni. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi sottomess għal ċikli tal-pressjoni sakemm ikun hemm ħsara jew inkella sakemm jintlaħaq għadd speċifikat ta’ ċikli billi l-pressjoni tiżdied u titnaqqas sa valur speċifiku. Il-kontenituri ma għandhomx jiġrilhom il-ħsara qabel ma jintlaħaq għadd speċifikat ta’ ċikli. L-għadd ta’ ċikli sa kemm tiġri l-ħsara, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-ħsara, għandhom jiġu dokumentati. Il-manifattur għandu jżomm ir-riżultat tul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

(c)

It-test tar-rendiment tan-nixxija qabel il-qsim (LBB — leak before break): l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jibda jnixxi qabel jinqasam. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi sottomess għal ċikli tal-pressjoni billi l-pressjoni tiżdied u titnaqqas sa valur speċifikat. Il-kontenituri ttestjati għandhom jew ifallu minħabba n-nixxija jew inkella jisbqu għadd speċifikat ta’ ċikli ta’ ttestjar mingħajr ma jġarrbu ħsara. L-għadd ta’ ċikli sa kemm tiġri l-ħsara, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-ħsara għandhom jiġu dokumentati.

(d)

Test tan-nar: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur bis-sistema ta’ protezzjoni min-nar tiegħu ma jinfaqax meta jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet speċifikati ta’ nar. Il-kontenitur, bi pressjoni operattiva għandu jerħi biss mill-apparat għar-rilaxx tal-pressjoni u ma għandux jinqasam.

(e)

It-Test tal-Penetrazzjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ma jinqasamx meta jiġi ppenetrat minn bulit. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur komplut bil-kisja protettiva tiegħu għandhom jiġu sottomessi għal pressjoni u ppenetrati minn bulit. Il-kontenitur ma għandux jinqasam.

(f)

It-Test tal-Esponiment Kimiku: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur jista’ jiflaħ esponiment għas-sustanzi kimiċi speċifikati. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi espost għal bosta soluzzjonijiet kimiċi. Il-pressjoni tal-kontenitur għandha tiżdied sa valur speċifikat u għandu jsir test tar-reżistenza għall-fqigħ. Il-kontenitur għandu jikseb pressjoni speċifika tar-reżistenza għall-fqigħ, li għandha tiġi ddokumentata.

(g)

Test tat-Tolleranza għal Difetti fil-Materjal Kompost: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti esponiment għal pressjoni għolja. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, fissuri ta’ ġeometrija speċifikata għandhom jinqatgħu fil-ġenb tal-kontenitur u mbagħad għandhom isirulu għadd speċifiku ta’ ċikli ta’ pressjonijiet. Il-kontenitur ma għandux inixxi jew jinqasam għal għadd ta’ ċikli, iżda jista’ jfalli billi jnixxi matul iċ-ċikli ta’ ttestjar li jkun fadal. L-għadd ta’ ċikli sa kemm tiġri l-ħsara, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-ħsara għandhom jiġu dokumentati.

(h)

It-Test tal-Qsim bi Stress Aċċellerat: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti esponiment għal pressjoni għolja u temperaturi għolja fil-limitu tal-firxa operattiva permissibbli għal perjodu estiż ta’ żmien. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi espost għal ħin speċifikat għal kundizzjonijiet speċifikati ta’ pressjoni u temperatura, u sussegwentement isirlu test tar-reżistenza għall-fqigħ kif imsemmi fil-punt a). Il-kontenitur għandu jikseb pressjoni speċifikata tar-reżistenza għall-fqigħ.

(i)

It-Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura Estrema: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jista’ jiflaħ varjazzjonijiet fil-pressjoni f’kundizzjonijiet differenti ta’ temperatura. Sabiex dan ikun jista’ jsir, il-kontenitur, mingħajr kisi protettiv, għandu jkollu ċiklu ta’ testijiet idrostatiċi billi jiġi soġġett għal kundizzjonijiet ambjentali estremi u sussengwentement jiġi soġġett għal test ta’ fqigħ u test tan-nixxija kif imsemmi taħt il-punti a) u k). Meta jsirilhom ċ-ciklu ta’ testijiet, il-kontenituri m’għandhomx juru evidenza ta’ qsim, nixxijat jew tħallil tal-fibri. Il-kontenituri m’għandhomx jinfaqgħu’ fi pressjoni speċifikata.

(j)

It-Test tal-Ħsara mill-Impatti: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jibqa’ operattiv wara li jiġi sottomess għall-impatti mekkaniċi speċifikati. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi soġġett għat-test tal-waqgħa u mbagħad għandhom isirulu għadd speċifiku ta’ ċikli ta’ pressjonijiet. Il-kontenitur ma għandux inixxi jew jinqasam għal għadd speċifikat ta’ ċikli, iżda jista’ jfalli billi jnixxi matul iċ-ċikli ta’ ttestjar li jkun fadal.

(k)

It-test tan-nixxija: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu ma jurix sinjali ta’ nixxijat f’kundizzjonijiet speċifikati. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sal-pressjoni operattiva nominali tiegħu. Ma għandux juri evidenza ta’ nixxijat mix-xquq, pori jew difetti oħra simili.

(l)

It-Testijiet tal-Permeazzjoni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu ma jkunx permeabbli iktar min-rata speċifikata. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jkollu pressjoni bil-gass tal-idroġenu sal-pressjoni operattiva nominali u mbagħad jiġi mmonitorjat għall-permeazzjoni f’kamra magħluqa għal ħin speċifikat f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ temperatura.

(m)

It-Test Boss Torque: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti t-torque speċifikat. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi espost għal torque minn direzzjonijiet differenti. Imbagħad għandhom isiru t-test tal-fqigħ u t-test tan-nixxija kif imsemmi taħt il-punti a) u k). Il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija. It-torque applikat, in-nixxija u l-pressjoni ta’ reżistenza għall-fqigħ għandhom jiġu ddokumentati.

(n)

It-Test taċ-Ċiklu tal-Gass tal-Idroġenu: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur tal-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti varjazzjonijiet kbar ta’ pressjoni meta jintuża l-gass tal-idroġenu. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi soġġett għal ċikli ta’ pressjoni bl-użu tal-gass tal-idroġenu u għal test tan-nixxija kif imsemmi fil-punt k) hawn fuq. Id-deterjorazzjoni, bħax-xquq tar-reħja jew id-disċarġ elettrostatiku tal-kontenitur għandhom jiġu spezzjonati. Il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija. Il-kontenitur ma għandux ikollu deterjoramenti, bħax-xquq tar-reħja jew id-disċarġ elettrostatiku.


ANNESS V

Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-komponenti tal-idroġenu għajr il-kontenituri disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass)

 

IT-TIP TA’ TEST

KOMPONENT TAL-IDROĠENU

Testijiet fuq il-materjali

Test tar-reżistenza għall-korrużjoni

Testijiet tar-reżistenza

Test taċ-ċiklu tal-pressjoni

Test tan-nixxijat interni

Test tan-nixxijat esterni

Apparat għar-rilaxx tal-pressjoni;

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Valvi awtomatiċi

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Valvi manwali

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Non-return valve;

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Valvi għar-rilaxx tal-pressjoni;

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Tagħmir għall-iskambju tas-sħana:

Image

Image

 

Image

 

Image

Konnessjonijiet jew reċipjenti għat-teħid tal-fjuwil

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Regolaturi tal-pressjoni

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Sensers għas-sistemi tal-idroġenu

Image

Image

Image

Image

 

Image

Linji flessibbli tal-fjuwil

Image

Image

Image

Image

 

Image

Fittings

Image

Image

Image

Image

 

Image

Filtri tal-idroġenu;

Image

Image

 

Image

 

Image

Konnetturi li jistgħu jitneħħew għas-sistemi tal-ħżin

Image

Image

Image

Image

 

Image

Soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi għal kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-idroġenu, il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-idroġenu, għajr il-kontenituri, disinjati għall-użu tal-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jinkludu:

1.   Testijiet tal-materjali:

1.1.

It-test tal-kompatibilità mal-idroġenu stipulat fil-punt (j) tal-Anness III.

1.2.

It-test tat-tixjiħ: L-iskop tat-test huwa li jiċċekkja jekk il-materjal mhux metalliku użat f’komponent tal-idroġenu jkunx kapaċi jiflaħ it-tixjiħ. Mhux permessi xquq viżibbli tal-kampjuni ttestjati.

1.3.

It-Test tal-kompatibilità mal-ożonu: L-iskop tat-test huwa li jiċċekkja jekk il-materjal elastomer ta’ komponent tal-idroġenu jkunx kompatibbli mal-esponiment għall-ożonu. Mhux permessi xquq viżibbli tal-kampjuni ttestjati.

2.   It-test tar-reżistenza għall-korrużjoni stipulat fil-punt (e) tal-Anness III.

3.   It-test tar-reżistenza stipulat fil-punt (c) tal-Anness III.

4.   It-test taċ-ċiklu ta’ pressjoni stipulata fil-punt (i) tal-Anness III. Il-komponenti tal-idroġenu ma għandhomx juru sinjali viżibbli ta’ deformazzjoni jew estrużjoni u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tan-nixxija interna u esterna.

5.   It-test tan-nixxijat interni: l-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti speċifikati tal-idroġenu jkunu ħielsa min-nixxijat interni. Sabiex dan jista’ jintwera, il-komponenti tal-idroġenu għandhom jiġu soġġetti għal pressjoni f’kundizzjonijiet differenti ta’ temperatura u jiġu osservati għan-nixxijat. Il-komponenti tal-idroġenu ma għandhomx ikollhom bżieżaq u ma għandhomx inixxu internament f’rata ogħla minn numru speċifikat.

6.   It-test tan-nixxijat esterni stabbilit fil-punt (b) tal-Anness III.


ANNESS VI

Rekwiżiti għall-istallazzjoni ta’ komponenti u sistemi tal-idroġenu

1.   Is-sistema tal-idroġenu għandha tiġi istallata b’tali mod li tkun protetta mill-ħsara.

Għandha tkun iżolata mill-għejun tas-sħana fil-vettura.

2.   Il-kontenitur tal-idroġenu jista’ jitneħħa biss biex jinbidel b’kontenitur tal-idroġenu ieħor biex jimtlela l-fjuwil mill-ġdid jew għall-manutenzjoni.

Fil-każ ta’magna tal-kombustjoni interna, il-kontenitur għandu jiġi istallat fil-kompartiment tal-magna tal-vettura.

Għandu jiġi protett b’mod adegwat kontra kull tip ta’ korrużjoni.

3.   Għandhom jittieħdu miżuri li jipprevjenu l-għoti ta’ fjuwil b’ieħor lill-vetturi u għall-prevenzjoni tan-nixxijat tal-idroġenu waqt il-mili mill-ġdid tal-fjuwil u biex ikun żgurat li t-tneħħija ta’ sistema ta’ ħżin tal-idroġenu li tista’ titneħħa ssir b’mod sikur.

4.   Għandu jiġi żgurat li l-konnessjoni jew ir-reċipjent għall-mili mill-ġdid tal-fjuwil titwaħħal kif suppost u għandha tiġi protetta mill-ħmieġ u l-ilma. Il-konnessjoni jew ir-reċipjent għall-mili mill-ġdid tal-fjuwil għandhom ikunu integrati b’valv non-return jew b’valv bl-istess funzjoni. Jekk il-konnessjoni għall-mili mill-ġdid tal-fjuwil ma tkunx imwaħħla direttament mal-kontenitur, il-linja għall-mili mill-ġdid tal-fjuwil għandha tkun mgħammra b’valv non-return jew b’valv bl-istess funzjoni, li jkun imwaħħal direttament fuq il-kontenitur jew ġo fih.

5.   Il-kontenitur tal-idroġenu għandu jiġi armat u jitwaħħal sabiex l-aċċellerazzjonijiet speċifikati jkunu jistgħu jiġu assorbiti mingħajr ma ssir ħsara lil-parts tas-sikurezza meta l-kontenituri tal-idroġenu jkunu mimlija.

6.   Il-linji tal-fjuwil għall-provvista tal-idroġenu għandhom jitwaħħlu b’valv b’għeluq awtomatiku mwaħħal direttament fuq il-kontenitur jew ġo fih. Il-valv għandu jingħalaq jekk tħaddim ħażin tas-sistema tal-idroġenu ikun jirrikjedi hekk jew jekk ikun hemm kwalunkwe eventwalità oħra li tirriżulta f’nixxijat tal-idroġenu. Meta s-sistema tal-propulsjoni tintefa’, il-provvista tal-fjuwil mill-kontenitur għas-sistema tal-propulsjoni għandha tintefa’ u tibqa’ magħluqa sakemm ikun meħtieġ li s-sistema titħaddem.

7.   F’każ ta’ inċident, l-valv b’għeluq awtomatiku mwaħħal direttament fuq il-kontenitur jew ġo fih għandu jwaqqaf il-fluss tal-gass mill-kontenitur.

8.   Il-komponenti tal-idroġenu, inkluż kwalunkwe materjal protettiv li jagħmel parti minn dawn il-komponenti, ma għandhomx jisporġu ‘l barra mill-perimetru tal-vettura jew tal-istruttura ta’ protezzjoni. Dan ma għandux japplika jekk komponent tal-idroġenu jkun protett adegwatament u ebda parti tiegħu ma tkun tinsab barra minn din l-istruttura ta’ protezzjoni.

9.   Is-sistema tal-idroġenu għandha tiġi istallata sabiex titħares mill-ħsara, safejn dan ikun pratikabbli b’mod raġonevoli, bħal ħsara minħabba komponenti tal-vettura li jiċċaqalqu, impatti, żrar jew minħabba t-tagħbien jew il-ħatt ta’ vettura jew iċ-ċaqliq ta’ piżijiet.

10.   Il-komponenti tal-idroġenu ma għandhomx ikunu jinsabu qrib il-pajp tal-egżost ta’ magna tal-kombustjoni interna jew sors ieħor tas-sħana, sakemm dawn il-komponenti ma jkunux protetti b’mod adegwat mis-sħana.

11.   Is-sistema tal-ventilazzjoni jew tat-tisħin tal-kompartiment tal-passiġġieri u postijiet fejn jista’ jkun hemm nixxijat jew akkumulazzjoni tal-idroġenu għandhom jiġu ddisinjati sabiex l-idroġenu ma jinġibidx għal ġol-vettura.

12.   Fil-każ ta’ inċident, għandu jiġi żgurat li safejn ikun prattikabbli b’mod raġonevoli, l-apparat tar-rilaxx tal-pressjoni u s-sistema assoċjata ta’ ventijiet tkun kapaċi tibqa’ taħdem. Is-sistema ta’ ventijiet tal-apparat tar-rilaxx tal-pressjoni għandhom jitħarsu b’mod adegwat mill-ħmieġ u l-ilma.

13.   Il-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura għandu jkun separat mis-sistemi tal-idroġenu sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-idroġenu. Għandu jiġi żgurat li kwalunkwe fjuwil li jkun qed inixxi mill-kontenitur jew l-aċċessorji tiegħu ma joħroġx għal ġol-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura.

14.   Il-komponenti tal-idroġenu li jistgħu jnixxu l-idroġenu għal ġol-kompartiment tal-passiġġieri jew ġol-but jew kompartiment ieħor li ma jkunx ivventilat għandhom jiġi magħluqa ġo kompartiment li mhux permeabbli għall-gass jew b’soluzzjoni ekwivalwenti oħra kif speċifikat fil-miżuri implimentattivi.

15.   L-apparat li jaħdem bl-elettriku u li jkun fih l-idroġenu għandu jkun iżolat b’tali mod li ebda kurrent ma jgħaddi mill-partijiet li jkun fihom l-idroġenu, għall-prevenzjoni ta’ sparks elettriċi fil-każ ta’ qsim.

Il-komponenti metalliċi tas-sistema tal-idroġenu għandu jkollhom kontinwità elettrika mal-earth tal-vettura.

16.   Għandhom jintużaw tikketti jew mezzi oħra ta’ identifikazzjoni biex jindikaw lis-servizzi ta’ salvataġġ li l-vettura taħdem bl-idroġenu u li jkun qed jiġi użat idroġenu likwidu jew ikkumpressat (gass).


ANNESS VII

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.   Fil-Parti I tal-Anness IV, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:

Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali

Applikabbilità

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) Nru 79/2009

L 35, 2.4.2009., p. 32

X

X

X

X

X

X”

 

 

 

 

2.   Fl-Appendiċi għall-Parti I tal-Anness IV, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:

 

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali

M1

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

L 35, 2.4.2009., p. 32

X”

3.   Fl-Appendiċi tal-Anness VI, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:

 

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

Kif emendat bi

Applikabbli għal Varjanti

“62.

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009”

 

 

4.   Fl-Appendiċi tal--Anness XI, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:

Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1 ≤ 2 500 (1) kg

M1 > 2 500 (1) kg

M2

M3

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

Q

G + Q

G + Q

G + Q”

5.   Fl-Appendiċi 2 tal-Anness XI, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:

Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

A

A

A

A

A

A”

 

 

 

 

6.   Fl-Appendiċi 3 tal-Anness XI, għandha tiżdied mat-tabella l-linja l-ġdida li ġejja:

Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

X”

7.   Fl-Appendiċi 4 tal-Anness XI, għandha tiżdied mat-tabbella l-linja l-ġdida li ġejja:

Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

Q

Q

Q

Q

Q”

 

 

 

 

8.   Fl-Appendiċi 5 tal-Anness XI, għandha tiżdied mat-tabella l-linja l-ġdida li ġejja:

Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

Krejnijiet mobbli tal-kategorija N3

“62

Sistema tal-idroġenu

Regolament (KE) 79/2009

X”


4.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/47


REGOLAMENT (KE) Nru 80/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Jannar 2009

dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikoli 71 u 80(2), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 ta’ l-24 ta’ Lulju 1989 dwar kodiċi ta’ kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata (4) ta kontribut kbir biex jiżgura kondizzjonijiet ġusti u mhux preferenzjali għat-trasportaturi bl-ajru f’sistema ta’ riservazzjoni kompjuterizzata (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “CRS”), u b’hekk jiġu mħarsa l-interessi tal-konsumaturi.

(2)

Sehem importanti tar-riservazzjonijiet ta’ l-ajru għadu jsir permezz ta’ CRSs.

(3)

Żviluppi teknoloġiċi u tas-suq jippermettu simplifikazzjoni sostanzjali tal-qafas leġiżlattiv billi jagħtu aktar flessibbiltà lill-bejjiegħa tas-sistema u t-trasportaturi bl-ajru biex jinnegozjaw it-tariffi tar-riservazzjoni u l-kontenut tan-nol. Dan għandu jippermettilhom jadattaw b’mod flessibbli għall-bżonnijiet u t-talbiet ta’ l-aġenti ta’ l-ivvjaġġar u l-konsumaturi u biex iqassmu b’mod aktar effiċjenti l-prodotti tagħhom tat-trasport.

(4)

Madankollu, fil-kuntest attwali tas-suq jibqa’ meħtieġ li jinżammu ċerti dispożizzjonijiet dwar is-CRSs, sakemm ikun fihom prodotti tat-trasport, sabiex ikun prevenut l-abbuż tal-kompetizzjoni u jiġi żgurat il-forniment ta’ tagħrif newtrali lill-konsumatur.

(5)

Meta trasportaturi prinċipali jirrifjutaw li jipprovdu l-istess tagħrif dwar skedi, nollijiet u aċċess għal sistemi oħra barra dawk tagħhom stess, u jirrifjutaw li jaċċettaw riservazzjonijiet magħmula permezz ta’ dawk is-sistemi, dan jista’ jgħawweġ serjament il-kompetizzjoni bejn CRSs.

(6)

Huwa meħtieġ li tinżamm kompetizzjoni effettiva bejn trasportaturi parteċipanti u trasportaturi prinċipali u li jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni bejn trasportaturi bl-ajru, irrispettivament mill-parteċipazzjoni tagħhom fis-CRS.

(7)

Sabiex jiġu żgurati pattijiet ta’ kompetizzjoni trasparenti u paragunabbli fis-suq, it-trasportaturi prinċipali għandhom ikunu suġġetti għal regoli speċifiċi.

(8)

Il-bejjiegħa tas-sistema għandhom jisseparaw b’mod ċar is-CRSs minn kwalunkwe sistema interna ta’ linja ta’ l-ajru jew minn kwalunkwe tip ieħor ta’ sistema ta’ riservazzjoni u għandhom iżommu lura milli jirriservaw faċilitajiet ta’ distribuzzjoni għat-trasportaturi prinċipali tagħhom, sabiex jiġi evitat li trasportatur prinċipali jkun jista’ jkollu aċċess privileġġat għas-CRSs.

(9)

Sabiex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi, huwa meħtieġ li jiġi ppreżentat lill-utenti viżwal inizjali ta’ CRS mhux preferenzjali u li jiġi żgurat li t- tagħrif dwar it-trasportaturi parteċipanti kollha jkun aċċessibbli b’mod indaqs sabiex ma jiġix favorit trasportatur wieħed kontra l-ieħor.

(10)

L-użu ta’ viżwali mhux preferenzjali jżid it-trasparenza ta’ prodotti u servizzi tat-trasport offruti mit-trasportaturi parteċipanti u jgħolli l-kunfidenza tal-konsumatur.

(11)

Il-bejjiegħa tas-sistema għandhom jiżguraw li d-data kummerċjali tas-CRS tkun disponibbli għat-trasportaturi parteċipanti kollha mingħajr diskriminazzjoni, u l-fornituri tat-trasport m’għandhomx ikunu jistgħu jużaw tali data sabiex jinfluwenzaw b’mod mhux debitu l-għażla ta’ l-aġent ta’ l-ivvjaġġar jew l-għażla tal-konsumatur.

(12)

Ftehimiet bejn l-abbonati u l-bejjiegħ tas-sistema dwar il-Listi ta’ Data dwar Tagħrif tal-Kummerċjalizzazzjoni (MIDT) jistgħu jinkludu skema ta’ kumpens għall-vantaġġ ta’ l-abbonati.

(13)

Għandu jiġi ffaċilitat il-forniment ta’ tagħrif dwar servizzi ferrovjarji jew servizzi ferrovjarji u tal-ajru flimkien fuq il-viżwal CRS.

(14)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-funzjonament tas-servizzi bl-ajru fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (5), it-trasportaturi bl-ajru għandhom jippubblikaw in-nollijiet tagħhom, inklużi t-taxxi kollha applikabbli, u l-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u t-tariffi li huma inevitabbli u prevedibbli. Il-viżwali tas-CRS għandhom jipprovdu tagħrif dwar nollijiet inklussivi ta’ kategoriji ta’ l-istess prezz biex jiġi żgurat li l-aġenti ta’ l-ivvjaġġar ikunu jistgħu jikkomunikaw dak it-tagħrif lill-klijenti tagħhom.

(15)

Tagħrif dwar servizzi tal-karozzi tal-linja għall-prodotti tat-trasport bl-ajru jew prodotti tat-trasport bil-ferrovija inkorporati flimkien ma’ prodotti tat-trasport bl-ajru għandu, fil-ġejjieni, jidher fil-viżwal prinċipali tas-CRSs.

(16)

Fil-ġejjieni, is-CRS għandhom jiġu mħeġġa sabiex, fil-ġejjieni, jinkludu tagħrif li jinftiehem faċilment dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u dwar il-konsum tal-fjuwil tat-titjira. Dan għandu jintwera permezz ta’ data dwar il-medja tal-konsum tal-fjuwil għal kull persuna f’litri/100 km u l-medja ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għal kull persuna fi grammi/km, u jista’ jitqabbel mad-data ta’ l-aħjar konnessjoni alternattiva bil-ferrovija/karozza tal-linja għal vjaġġi ta’ inqas minn ħames sigħat.

(17)

Trasportaturi bl-ajru mill-Komunità u minn pajjiżi terzi għandhom jingħataw trattament indaqs fir-rigward tas-servizzi CRS.

(18)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħat xierqa ta’ infurzar, inkluża l-possibbiltà li tinvestiga ksur, kemm fuq l-inizjattiva tagħha stess jew abbażi ta’ lment, sabiex tordna l-impriżi kkonċernati biex itemmu tali ksur u biex timponi multi.

(19)

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-effettività tiegħu fil-prevenzjoni ta’ prattiki anti-kompetittivi u diskriminatorji fis-suq għad-distribuzzjoni ta’ sevizzi ta’ l-ivvjaġġar permezz tas-CRSs, b’mod partikolari meta titqies il-preżenza ta’ trasportaturi b’rabtiet mill-qrib ma’ bejjiegħa tas-sistema.

(20)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat. Dan ir-Regolament huwa kumplimentari għar-regoli ġenerali dwar il- kompetizzjoni li jibqgħu applikabbli bis-sħiħ għal abbuż tal-kompetizzjoni bħal ksur ta’ l-antitrust jew abbużi ta’ pożizzjoni dominanti.

(21)

Il-ħarsien ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali huwa rregolat bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (6). Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiddettaljaw u jikkomplementaw id-Direttiva 95/46/KE fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ CRS.

(22)

Ir-Regolament (KE) Nru 2299/89 għandu jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe sistema ta’ riservazzjoni kompjuterizzata (“CRS”), sa fejn ikun fiha prodotti ta’ trasport bl-ajru, meta offruti għal użu jew użati fil- Komunità.

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-prodotti tat-trasport ferrovjarju, li jkunu inkorporati flimkien mal-prodotti tat-trasport bl-ajru fil-viżwali ewlieni ta’ CRS meta offruti għall-użu jew użati fil-Komunità.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“prodott tat-trasport” tfisser il-ġarr ta’ passiġġieri bejn żewġ ajruporti jew stazzjonijiet ferrovjarji;

2.

“servizzi skedati bl-ajru” tfisser serje ta’ titjiriet li jkollhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

fuq kull titjira, postijiet u/jew kapaċità tat-trasport tal-merkanzija u/jew posta jkunu disponibbli għax-xiri individwali mill-pubbliku (kemm direttament mit-trasportatur bl-ajru u kemm mill-aġenti awtorizzati tiegħu);

(b)

tkun operata sabiex isservi traffiku bejn l-istess żewġ ajruporti jew aktar:

skond skeda pubblikata; jew

bit-titjiriet tant regolari jew spissi li jikkostitwixxu serje sistematika li tista’ tingħaraf;

3.

“nollijiet” tfisser il-prezzijiet li għandhom jitħallsu mill-passiġġieri lil trasportaturi bl-ajru, operaturi tat-trasport ferrovjarju, l-aġenti tagħhom jew bejjiegħa oħra tal-biljetti għat-trasport ta’ dawk il-passiġġieri permezz ta’ servizzi ta’ trasport u kwalunkwe kondizzjonijiet li taħthom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lill-aġenzija u servizzi awżiljarji oħra;

4.

“sistema ta’ riservazzjoni kompjuterizzata” jew “CRS” tfisser sistema kompjuterizzata li fiha tagħrif dwar, fost l-oħrajn, skedi, disponibbiltà u nollijiet, ta’ aktar minn trasportatur bl-ajru wieħed, bil-faċilitajiet jew mingħajrhom li jagħmlu riservazzjonijiet jew joħorġu biljetti, sa fejn uħud minn dawn is-servizzi jew dawn is-servizzi kollha jkunu disponibbli għall-abbonati;

5.

“bejjiegħ tas-sistema” tfisser kull entità u l-affiljati tagħha li tkun jew ikunu responsabbli għall-operazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ CRS;

6.

“faċilitajiet ta’ distribuzzjoni” tfisser il-faċilitajiet ipprovduti minn bejjiegħ ta’ sistema għall-forniment tat- tagħrif dwar skedi ta’ trasportaturi bl-ajru u ta’ operaturi tat-trasport ferrovjarju, disponibbiltà, nollijiet u servizzi relatati u biex isiru r-riservazzjonijiet u/jew jinħarġu biljetti, u għal kwalunkwe servizzi relatati oħra;

7.

“trasportatur prinċipali” tfisser kull trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jikkontrolla, jew jipparteċipa fil-kapital bi drittijiet jew rappreżentazzjoni fuq il-bord tad-diretturi, il-bord ta’ kontroll jew xi entità oħra ta’ tmexxija ta’ bejjiegħ tas-sistema, kif ukoll ta’ kwalunkwe trasportatur bl-ajru jew ta’ operatur tat-trasport ferrovjarju li huwa jikkontrolla;

8.

“parteċipazzjoni fil-kapital bi drittijiet jew rappreżentazzjoni fuq il-bord tad-diretturi, il-bord ta’ kontroll jew xi entità oħra ta’ tmexxija ta’ bejjiegħ tas-sistema” tfisser investiment li miegħu huma marbuta drittijiet jew rappreżentazzjoni fuq il-bord tad-diretturi, il-bord ta’ kontroll jew xi entità oħra ta’ tmexxija ta’ bejjiegħ tas-sistema, u li jagħti l-possibilità li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jeżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tmexxija tan-negozju ta’ bejjiegħ ta’ sistema;

9.

“kontroll” tfisser relazzjoni magħmula minn jeddijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor li, separatament jew b’mod konġunt u li meta jitqiesu l-konsiderazzjonijiet ta’ fatt jew ta’ liġi involuti, jagħtu l-possibilità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq xi impriża, b’mod partikolari permezz ta’:

(a)

s-sjieda jew id-dritt li jintużaw l-assi kollha ta’ impriża, jew parti minnhom;

(b)

jeddijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza deċiżiva fuq l-għamla, l-votazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet tal-korpi ta’ xi impriża;

10.

“trasportatur parteċipant” tfisser trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li jkollu ftehim ma’ bejjiegħ tas-sistema għad-distribuzzjoni ta’ prodotti tat-trasport permezz ta’ CRS;

11.

“abbonat” tfisser persuna jew impriża, ħlief trasportatur parteċipanti, li tuża CRS taħt kuntratt ma’ bejjiegħ tas-sistema bl-iskop li tagħmel riservazzjonijiet ta’ prodotti ta’ trasport bl-ajru u prodotti relatati f’isem xi klijent;

12.

“viżwal ewlieni” tfisser il-viżwal newtrali komprensiv ta’ data dwar servizzi tat-trasport bejn żewġt ibliet, f’perijodu ta’ żmien speċifiku;

13.

“biljett” tfisser dokument validu li jagħti dritt ta’ trasport, jew l-ekwivalenti f’forma mhux fuq il-karta, maħruġ jew awtorizzat mit-trasportatur bl-ajru, l-operatur tat-trasport ferrovjarju jew minn aġent awtorizzat;

14.

“prodotti miġbura” tfisser kumbinazzjonijiet prestabbiliti ta’ trasport flimkien ma’ servizzi oħra mhux anċillari għat-trasport u offruti bi prezz inklussiv;

15.

“tariffa tar-riservazzjoni” tfisser il-prezz li għandu jitħallas mit-trasportatur bl-ajru lill-bejjiegħa tas-sistema għas-servizzi provduti mis-CRS.

TAQSIMA 2

REGOLI TA’ KONDOTTA GĦALL-BEJJIEGĦA TAS-SISTEMI

Artikolu 3

Relazzjonijiet mal-fornituri tat-trasport

1.   Bejjiegħ tas-sistema m’għandux:

(a)

jorbot kondizzjonijiet inġusti u/jew mhux ġustifikati ma’ kwalunkwe kuntratt ma’ trasportatur parteċipant jew jeħtieġ l-aċċettazzjoni ta’ kondizzjonijiet ulterjuri li, min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, ma jkollhom ebda rabta mal-parteċipazzjoni fis-CRS tiegħu;

(b)

jagħmel bħala kondizzjoni ta’ parteċipazzjoni fis-CRS tiegħu li trasportatur parteċipant ma jkunx jista’ fl-istess żmien ikun parteċipant f’sistema oħra jew li trasportatur parteċipant ma jkunx jista’ juża liberament sistemi ta’ riservazzjoni alternattivi bħal sistema ta’ riservazzjoni fuq l-Internet u ċentri tat-telefonu tiegħu stess.

2.   Bejjiegħ tas-sistema għandu jdaħħal u jipproċessa data mogħtija minn trasportaturi parteċipanti bl-istess attenzjoni u prontezza, soġġett biss għal-limitazzjonijiet tal-metodu ta’ dħul magħżul minn trasportaturi parteċipanti individwali.

3.   Bejjiegħ ta’ sistema għandu jiżvela pubblikament, ħlief jekk dan ikun diġà ġie żvelat, l-eżistenza u l-ammont ta’ ishma kapitali diretti jew indiretti ta’ trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju f’bejjiegħ tas-sistema, jew ta’ bejjiegħ ta’ sistema fi trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju.

Artikolu 4

Faċilitajiet tad-distribuzzjoni

1.   Bejjiegħ tas-sistema m’għandux jirriserva xi proċedura speċifika ta’ dħul u/jew proċessar, jew xi faċilità ta’ distribuzzjoni oħra, jew kwalunkwe bidliet għal dawn, għal trasportatur parteċipant wieħed jew aktar, inkluż it-trasportatur(i) prinċipali tiegħu. Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi tagħrif dwar bidliet fil-faċilitajiet ta’ distribuzzjoni tiegħu u fil-proċeduri ta’ dħul/proċessar għat-trasportaturi parteċipanti kollha.

2.   Bejjiegħ tas-sistema għandu jiżgura li l-faċilitajiet ta’ distribuzzjoni tiegħu jkunu separati, mill-anqas permezz ta’ software u b’mod ċar u verifikabbli, mill-inventarju privat u l-faċilitajiet ta’ ġestjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ kwalunkwe trasportatur.

Artikolu 5

Viżwal

1.   Bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi viżwal jew viżwali ewlenin għal kull tranżazzjoni individwali permezz tas-CRS tiegħu u għandu jinkludi fih id-data pprovduta minn trasportaturi parteċipanti b’mod newtrali u komprensiv u mingħajr diskriminazzjoni jew preferenzi. Il-kriterji li għandhom jintużaw fil-prijoritizzazzjoni m’għandhomx ikunu bbażati fuq xi fattur direttament jew indirettament relatat ma’ l-identità ta’ trasportatur u għandhom jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja għat-trasportaturi parteċipanti kollha. Il-viżwal jew viżwali ewlenin m’għandhomx jiżgwidaw lill-utent, għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u għandhom iħarsu r-regoli stipulati fl-Anness I.

2.   Fil-każ ta’ tagħrif provdut minn CRS lill-konsumatur, l-abbonat għandu juża viżwal newtrali skond il-paragrafu 1 ħlief jekk viżwal ieħor ikun meħtieġ biex jissodisfa l-preferenza indikata minn xi konsumatur.

3.   Titjiriet operati minn trasportaturi bl-ajru soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar skond ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera (7) għandhom ikunu identifikati b’mod ċar u speċifiku fil-viżwal.

4.   Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jintroduċi simbolu speċifiku fil-viżwal tas-CRS li għandu jkun identifikat mill-utenti għal skopijiet ta’ tagħrif dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li topera skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) 2111/2005.

5.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal CRS użat minn trasportatur bl-ajru, jew operatur tat-trasport ferrovjarju, jew grupp ta’ trasportaturi bl-ajru, jew ta’ operaturi tat-trasport ferrovjarju, fl-uffiċċju jew l-uffiċċji tagħhom stess u fil-punti tal-bejgħ jew fil-websajts tagħhom stess identifikati b’mod ċar bħala tali.

Artikolu 6

Relazzjonijiet ma’ l-abbonati

1.   Bejjiegħ tas-sistema m’għandux jagħmel kondizzjonijiet inġusti u/jew mhux ġustifikati għal kuntratt ma’ abbonat, bħal projbizzjoni lil abbonat milli jabbona għal jew juża kwalunkwe sistema jew sistemi oħra, li jeħtieġu l-aċċettazzjoni ta’ kondizzjonijiet supplimentari li m’għandhom l-ebda rabta ma’ l-abbonament fis-CRS tiegħu, jew jimponi obbligu li jaċċetta offerta ta’ tagħmir tekniku jew software.

2.   Meta abbonat ikun intrapriża awtonoma li timpjega anqas minn 50 persuna u li l-fatturat annwali tiegħu u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali ma jkunx jeċċedi l-EUR 10 miljuni, dan jista’ jittermina l-kuntratt tiegħu ma’ bejjiegħ tas-sistema billi jagħti avviż, li mhux meħtieġ jeċċedi tliet xhur, biex jiskadi mhux qabel it-tmiem ta’ l-ewwel sena ta’ dak il-kuntratt. F’dan il-każ, bejjiegħ tas-sistema m’għandux ikun intitolat li jieħu lura aktar milli l-ispejjeż direttament relatati mat-terminazzjoni tal-kuntratt.

Artikolu 7

Listi ta’ Data dwar Tagħrif tal-Kummerċjalizzazzjoni (“MIDT”)

1.   Il-bejjiegħa tas-sistema jistgħu jagħmlu disponibbli kwalunkwe data kummerċjali, data dwar riservazzjoni jew data dwar bejgħ kemm-il darba tali data tkun offruta bl-istess prontezza u fuq bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi parteċipanti kollha, inklużi trasportatur prinċipali. Id-data tista’ u, fuq talba, għandha tkopri t-trasportaturi parteċipanti u/jew abbonati kollha;

2.   It-trasportaturi parteċipanti m’għandhomx jużaw data bħal din sabiex jinfluwenzaw l-għażla ta’ l-abbonat.

3.   Meta tali data tirriżulta mill-użu ta’ faċilitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ CRS minn abbonat stabbilit fil-Kommunità, din ma għandha tinkludi l-ebda identifikazzjoni direttament jew indirettament ta’ dak l-abbonat ħlief jekk l-abbonat u l-bejjiegħ tas-sistema jaqblu dwar il-kundizzjonijiet għall-użu xieraq ta’ data bħal din. Dan japplika wkoll għall-provvista ta’ tali data mill-bejjiegħa ta’ sistema lil kwalunkwe parti oħra għall-użu minn din il-parti minbarra għal ħlas ta’ kontijiet.

4.   Ftehimiet bejn l-abbonat(i) u l-bejjiegħ(a) tas-sistema dwar l-MIDT għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal- pubbliku.

Artikolu 8

Trattament ekwivalenti f’pajjiżi terzi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet internazzjonali li fihom huma parti l-Kummissjoni jew l-Istati Membri, meta t-trattament ta’ trasportaturi bl-ajru Komunitarji minn bejjiegħ tas-sistema li jopera f’pajjiż terz ma jkunx ekwivalenti għat-trattament ta’ trasportaturi parteċipanti mill-pajjiz terz fir-rigward ta’ kwalunkwe materja f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ il-bejjiegħa tas-sistema kollha li joperaw fil-Komunità li jittrattaw it-trasportaturi bl-ajru ta’ dak il-pajjiż terz bl-istess mod li huwa ekwivalenti għat-trattament ta’ trasportaturi bl-ajru Komunitarji f’dak il-pajjiż terz.

2.   Il-Kummissjoni għandha timmoniterja l-applikazzjoni tat-trattament diskriminatorju jew mhux ekwivalenti tal-kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità mill-bejjiegħa tas-sistema fil-pajjiżi terzi. Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tinvestiga każijiet potenzjali ta’ diskriminazzjoni kontra trasportaturi bl-ajru tal-Komunità f’CRSs ta’ pajjiżi terzi. Fejn tinstab tali diskriminazzjoni, qabel ma tittieħed deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u l-partijiet interessati u tfittex il-kummenti tagħhom, inkluż biż-żamma ta’ laqgħa ta’ esperti rilevanti mill-Istati Membri.

TAQSIMA 3

REGOLI TA’ KONDOTTA GĦALL-FORNITURI TAT-TRASPORT

Artikolu 9

Data provduta minn trasportaturi parteċipanti

Trasportaturi parteċipanti, u intermedjarji li jitrattaw id-data, għandhom jiżguraw li d-data li jippreżentaw lil CRS tkun preċiża u li d-data tippermetti lill-bejjiegħ tas-sistema li jirrispetta r-regoli stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 10

Regoli speċifiċi għat-trasportaturi prinċpali

1.   It-trasportatur prinċipali ma għandux, suġġett għar-reċiproċità hekk kif imsemmija fil-paragrafu 2, jiddiskrimina kontra CRS kompetitur billi jirrifjuta li jipprovdi lil dan ta’ l-aħħar, fuq talba u bl-istess prontezza, l-istess data dwar skedi, nollijiet u disponibbiltà dwar il-prodotti tiegħu tat-trasport bħal dawk li dan jipprovdi lis-CRS tiegħu, jew li jiddistribwixxi l-prodotti tat-trasport tiegħu permezz ta’ CRS ieħor, jew billi jirrifjuta li jaċċetta jew jikkonferma bl-istess prontezza riservazzjoni magħmula permezz ta’ CRS kompetitur għal xi wieħed mill-prodotti tat-trasport tiegħu li jkun distribwit permezz tas-CRS tiegħu. It-trasportatur prinċipali għandu jkun obbligat li jaċċetta u li jikkonferma biss dawk il-riservazzjonijiet li jkunu konformi man-nollijiet u kundizzjonijiet tiegħu.

2.   CRS li jikkompeti ma għandux jirrifjuta li jżomm data rigward skedi, nollijiet u postijiet disponibbli fir-rigward tas-servizzi tat-trasport offruti minn trasportatur prinċipali u għandu jdaħħal u jipproċessa d-data bl-istess attenzjoni u prontezza bħal dik mogħtija lill-klijenti u lill-abbonati l-oħra tagħhom għal kull wieħed mis-swieq, soġġett biss għal-limitazzjonijiet tal-metodu ta’ dħul magħżul minn trasportaturi parteċipanti individwali.

3.   It-trasportatur prinċipali m’għandux ikun obbligat li jaċċetta xi spejjeż f’dan ir-rigward minbarra dawk għal riproduzzjoni tad-data li għandha tingħata u għall-riservazzjonijiet aċċettati. It-tariffa tar-riservazzjoni pagabbli lil CRS għal riservazzjoni aċċettata magħmula skont il-paragrafu 1 għandha tkun konformi mat-tariffa mitluba mill-istess CRS lil trasportaturi parteċipanti oħra għal tranżazzjonijiet ekwivalenti.

4.   Trasportatur prinċipali m’għandux, la direttament u lanqas indirettament, jiddiskrimina favur is-CRS tiegħu stess billi jorbot l-użu ta’ xi CRS speċifika minn abbonat ma’ l-akkwist ta’ xi senserija jew inċentiv jew disinċentiv ieħor għall-bejgħ ta’ prodotti tat-trasport tiegħu.

5.   It-trasportatur prinċipali m’għandux, la direttament u lanqas indirettament, jiddiskrimina favur is-CRS tiegħu stess billi jeħtieġ l-użu ta’ xi CRS speċifika minn abbonat għal bejgħ jew ħruġ ta’ biljetti għal kwalunkwe prodott tat-trasport fornut kemm direttament jew indirettament minnu.

TAQSIMA 4

PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI

Artikolu 11

L-ipproċessar, l-aċċess u l-ħżin ta’ data personali

1.   Id-data personali miġbura matul l-attivitajiet ta’ CRS esklussivament għall-fini li ssir riservazzjoni jew jinħarġu biljetti għal prodotti tat-trasport għandha biss tiġi pproċessata b’mod kompatibbli ma’ dawn il-finijiet. Fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ tali data, bejjiegħ tas-sistema għandu jitqies bħala kontrollur tad-data skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE.

2.   Id-data personali għandha biss tiġi pproċessata sakemm l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt li tiegħu s-suġġett tad-data jkun parti jew sabiex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-data qabel ma jidħol f’kuntratt.

3.   Meta jkunu involuti kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, tali data għandha biss tiġi pproċessata meta s-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar ta’ dik id-data fuq bażi infurmata.

4.   It- tagħrif taħt il-kontroll tal-bejjiegħ tas-sistema dwar riservazzjonijiet individwali identifikabbli għandha tiġi maħżuna offline fi żmien tnejn u sebgħin siegħa mit-tlestija ta’ l-aħħar element fir-riservazzjonitazzjoni individwali u għandha tinqered fi żmien tliet snin. L-aċċess għal tali data għandu jkun permess biss għal raġunijiet ta’ tilwim dwar il-kontijiet.

5.   Data ta’ kummerċjalizzazzjoni, ta’ riservazzjoni u ta’ bejgħ li ssir disponibbli minn bejjiegħ ta’ sistema m’għandha tinkludi l-ebda identifikazzjoni, kemm direttament jew indirettament, ta’ persuni fiżiċi jew, fejn applikabbli, ta’ l-organizzazzjonijiet jew kumpaniji li f’isimhom ikunu qed jaġixxu.

6.   Fuq talba, abbonat għandu jinforma lill-konsumatur dwar l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ tas-sistema, l-għanijiet ta’ l-ipproċessar, it-tul taż-żamma tad-data personali u l-mezzi disponibbli għas-suġġett tad-data biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu jew tagħha ta’ aċċess.

7.   Suġġett tad-data għandu jkun intitolat li jkollu aċċess mingħajr ħlas għad-data li tirrelata miegħu irrispettivament minn jekk id-data tkunx maħżuna mill-bejjiegħ tas-sistema jew mill-abbonat.

8.   Id-drittijiet rikonoxxuti f’dan l-Artikolu huma kumplimentari għal u għandhom jeżistu b’żieda mad-drittijiet tas-suġġett tad-data stipulati bid-Direttiva 95/46/KE, bid-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond l-istess Direttiva u bid-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Komunità hija parti.

9.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiddettaljaw u jikkumplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1. Għajr fejn speċifikat xorta oħra, id-definizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw. Meta d-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest ta’ l-attivitajiet ta’ CRS stipulati f’dan l-Artikolu ma japplikawx, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond l-istess Direttiva u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Komunità hija parti.

10.   Fejn bejjiegħ ta’ sistema jopera ġabriet ta’ data f’kapaċitajiet differenti bħal, bħala CRS, jew bħala servizz ospitanti għall-kumpaniji ta’ l-ajru, għandhom jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi evitat li wieħed idur mar-regoli tal-protezzjoni tad-data personali permezz ta’ l-interkonnessjoni bejn il-ġabriet ta’ data, u biex jiġi żgurat li d-data personali tkun aċċessibbli biss għar-raġuni speċifika li għaliha tkun inġabret.

TAQSIMA 5

AWDITJAR

Artikolu 12

Awditur u rapport awditjat

1.   Kull erba’ snin u, barra minn hekk, kull meta issir talba mill-Kummissjoni, kull bejjiegħ tas-sistema għandu jressaq rapport ivverifikat b’mod indipendenti bid-dettalji dwar l-istruttura tas-sjieda u dwar il-mudell ta’ governanza. L-ispejjeż relatati mar-rapport ivverifikat għandhom jinġarru mill-bejjiegħ tas-sistema.

2.   Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-identità ta’ l-awditur qabel ma tiġi kkonfermata l-ħatra. Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona u, fi żmien xahrejn u wara konsultazzjoni ma’ l-awditur, mal-bejjiegħ tas-sistema u ma’ kwalunkwe parti oħra li tiddikjara interess leġittimu, għandha tiddeċiedi jekk l-awditur għandux jinbidel jew le.

TAQSIMA 6

KSUR U PENALI

Artikolu 13

Ksur

Fejn il-Kummissjoni, li taġġixxi fuq ilment jew fuq l-inizjattiva tagħha, issib li hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, hi tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi kkonċernati jġibu fit-tmiem dan il-ksur. Investigazzjonijiet dwar ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament għandhom iqisu b’mod sħiħ ir-riżultati ta’ kwalunkwe inkjesta skond l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

Artikolu 14

Setgħat investigattivi

Sabiex twettaq id-doveri assenjati lilha b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, sempliċiment b’talba jew b’deċiżjoni, tirrikjedi l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi biex jipprovdu t- tagħrif kollu meħtieġ, inkluż il-forniment ta’ verifiki speċifiċi b’mod partikolari dwar kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 4, 7, 10 u 11.

Artikolu 15

Multi

1.   Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi fuq l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi multi ta’ mhux aktar minn 10 % tal-fatturat totali fis-sena preċedenti tan-negozju fejn, intenzjonalment jew b’negliġenza, jiksru dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni tista’, b’deċiżjoni, timponi fuq l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi multi ta’ mhux aktar minn 1 % tal-fatturat totali fis-sena preċedenti tan-negozju fejn, intenzjonalment jew b’negliġenza, dawn jipprovdu tagħrif mhux korrett jew mhux komplet jew ma jipprovdux tagħrif fiż-żmien rikjest fi tweġiba għal talba magħmula b’deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 14.

3.   Fl-iffissar ta’ l-ammont tal-multi għandhom jitqiesu kemm il-gravità kif ukoll it-tul ta’ żmien tal-ksur.

4.   Il-multi m’għandhomx ikunu ta’ natura kriminali.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu biex tirrevedi deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni tkun imponiet multa. Hija tista’ tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa.

Artikolu 16

Proċeduri

1.   Qabel ma tieħu deċiżjonijiet skond l-Artikoli 13 u 15, il-Kummissjoni għandha toħroġ lill-impriżi jew lill-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi kkonċernati dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet u tagħtihom opportunità jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u, jekk huma hekk jitolbu, waqt seduta ta’ smiegħ.

2.   Il-Kummissjoni m’għandhiex tiżvela tagħrif tat-tip kopert mill-obbligu tas-sigriet professjonali li tkun kisbet skond dan ir-Regolament.

Kull persuna li tippreżenta tagħrif lill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament għandha b’mod ċar tidentifika kull materjal li tikkunsidra kunfidenzjali, waqt li tagħti raġunijiet, u tipprovdi verżjoni separata mhux kunfidenzjali sad-data stabbilita mill-Kummissjoni.

3.   Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li abbażi tat- tagħrif fil-pussess tagħha m’hemmx raġunijiet biżżejjed biex taġixxi dwar ilment, hija għandha tgħarraf lil min jagħmel l-ilment bir-raġunijiet tagħha u tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih min jagħmel l-ilment jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu bil-miktub.

Jekk min jagħmel l-ilment jgħarraf il-fehmiet tiegħu fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni u s-sottomissjonijiet bil-miktub magħmula minn min jagħmel l-ilment ma jwasslux għal valutazzjoni differenti ta’ l-ilment, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-ilment b’deċiżjoni. Jekk min jagħmel l-ilment jonqos li jagħti tagħrif dwar il-fehmiet tiegħu fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, l-ilment għandu jitiqies li kien irtirat.

Meta l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, għandha tipprovdi lil min qed jilmenta b’kopja tal-verżjoni mhux kunfidenzjali u tistipula limitu ta’ żmien sa meta min qed jilmenta jkun jista’ jressaq il-fehmiet tiegħu bil-miktub.

4.   Jekk tintalab dan, il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-partijiet li lilhom tkun indirizzat id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet u lil min qed jilmenta. L-aċċess għandu jkun mogħti wara n-notifika tal-istqarrija ta’ l-oġġezzjonijiet. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl m’għandux jinkludi aċċess għas-sigrieti tan-negozju, tagħrif kunfidenzjali ieħor u dokumenti interni tal-Kummissjoni.

5.   Jekk il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ, tista’ wkoll tisma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra.

TAQSIMA 7

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Taħsir

1.   Ir-Regolament (KE) 2299/89 huwa b’dan imħassar.

2.   Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir- Regolament u jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 18

Reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi regolari, tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jekk meħtieġ, bl-assistenza ta’ verifiki speċifiċi kif previst fl-Artikolu 14. B’mod partikolari, hija għandha, teżamina l-effettività ta’ dan ir-Regolament fl-iżgurar tan-non-diskriminazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta fis-suq għal servizzi tas-CRS.

2.   Meta jkun il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8 dwar it-trattament ekwivalenti fil-pajjiżi terzi u għandha tipproponi kwalunkwe miżura xierqa sabiex jittaffew l-kundizzjonijiet diskriminatorji, inklużi l-konklużjoni jew il-modifika tal-ftehimiet bilaterali tat-trasport bl-ajru bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi.

3.   Sad-29 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li għandu jivvaluta l-ħtieġa li jinżamm, jiġi emendat jew jitħassar dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Jannar 2009.

Għall-Parlament Ewropew,

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 57.

(2)  ĠU C 233, 11.9.2008, p. 1.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008

(4)  ĠU L 220, 29.7.1989, p. 1.

(5)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(6)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31

(7)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.


ANNESS I

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-VIŻWALI EWLENIN

1.   Meta l-prezzijiet jintwerew fil-viżwal ewlieni, u/jew meta tintgħażel ordni ibbażata fuq il-prezzijiet, il-prezzijiet għandhom jinkludu n-nollijiet kollha u t-taxxi, l-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u t-tariffi kollha applikabbli li għandhom jitħallsu lit-trasportatur bl-ajru jew lill-operatur tat-trasport ferrovjarju, u li ma jistgħux jiġu evitati u li jkunu prevedibbli f’dak il-mument li jidhru fuq il-viżwal.

2.   M’għandha ssir l-ebda diskriminazzjoni abbażi ta’ l-ajruporti jew stazzjonijiet ferrovjarji li jservu l-istess belt meta jiġu stabbiliti u magħżula l-prodotti tat-trasport bejn żewġt ibliet partikolari biex jidħlu f’viżwal ewlieni.

3.   Titjiriet li ma jkunux servizzi a’ l-ajru skedati tgħandhom ikunu identifikabbli b’mod ċar. Konsumatur għandu jkun intitolat li, fuq talba, ikollu viżwal ewlieni limitat għal servizzi skedati jew mhux skedati biss.

4.   It-titjiriet li jkun fihom waqfiet matul il-vjaġġ għandhom ikunu identifikabbli b’mod ċar.

5.   Meta t-titjiriet jiġu operati minn trasportatur bl-ajru li ma jkunx it-trasportatur bl-ajru identifikat mill-kodiċi nominattiv tat-trasportaturi, l-operatur reali tat-titjira għandu jkun identifikat b’mod ċar. Dan ir-rikwiżit għandu jgħodd fil-każijiet kollha, minbarra f’arranġamenti ad hoc għal żmien qasir.

6.   Tagħrif dwar prodotti miġbura m’għandux jidher fil-viżwal ewlieni.

7.   Fuq l-għażla ta’ l-abbonat, għażliet ta’ vjaġġar fil-viżwal ewlieni għandhom ikunu klassifikati skont in-nollijiet jew fl-ordni li ġejja:

(i)

għażliet ta’ vjaġġar bla waqfien skond il-ħin tat-tluq;

(ii)

l-għażliet ta’ vjaġġar l-oħra kollha skond it-tul ta’ ħin totali tal-vjaġġ.

8.   Ħlief kif stipulat fil-punt 10, l-ebda għażla ta’ vjaġġar ma tista’ tidher aktar minn darba fi kwalunkwe viżwal ewlieni.

9.   Meta għażliet ta’ vjaġġar huma klassifikati b’konformità mal-punt 7(i) u (ii), u meta servizzi diretti tal-ferrovija bejn l-istess żewġt ibliet ikunu offruti fis-CRS, ta’ l-anqas is-servizz tal-ferrovija jew is-servizz tal-ajru u tal-ferrovija flimkien li jkun ikklassifikat l-aħjar għandu jidher fl-ewwel skrin tal-viżwal ewlieni.

10.   Meta żewġ trasportaturi bl-ajru joperaw taħt arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, kull wieħed mit-trasportaturi bl-ajru kkonċernat — mhux aktar minn tnejn — għandu jitħalla jkollu viżwal separat li juża l-kodiċi nominattiv tat-trasportatur tiegħu. Meta aktar minn żewġ trasportaturi jkunu involuti, l-għażla taż-żewġ trasportaturi għandha tkun tat-trasportatur li jkun qiegħed fil-fatt jopera t-titjira.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KEE) Nru 2299/89

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(1)

Artikolu 3a

Artikolu 10(1) u (3)

Artikolu 4(1)

Artikolu 9

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 3(2)

l-Artikolu 4a(1) u (2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4a(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4a(4)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

L-Artikoli 7 u 11

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 10(4) u (5)

Artikolu 9

Artikolu 6

Artikolu 9a

Artikoli 5(2) u 11

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 16(2)

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15(1) sa (4)

Artikolu 17

Artikolu 15(5)

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 16(1) u (5)

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21a

Artikolu 21b

Artikolu 22

Artikolu 11

Artikolu 23

Artikolu 18

Anness I

Anness I


4.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/56


REGOLAMENT (KE) Nru 81/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) taħt il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 62 (2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Kominitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet, kriterji u regoli dettaljati li jirregolaw il-verifiki fil-punti tal-qsim tal-fruntieri u s-sorveljanza fil-fruntieri; inkluż l-verifiki fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (3) jimmira li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-viża. Jipprovdi wkoll li wieħed mill-iskopijiet tal-VIS huwa li jiffaċilita kemm il-verifiki fil-punti tal-qsim tal-fruntieri esterni u l-ġlieda kontra l-frodi.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 jistabbilixxi l-kriterji tat-tfittix u l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu l-verifiki fil-punti tal-qsim tal-fruntieri esterni, għad-data biex jivverifikaw l-identità tad-detenturi tal-viża u/jew l-awtentiċità tal-viża u jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul humiex sodisfati jew le, u għall-identifikazzjoni ta' kull persuna li jista' ma jkunx, jew ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul fi, soġġorn jew residenza fit-territorju tal-Istati Membri.

(4)

Peress illi huwa biss permezz ta' verifika tal-marki tas-swaba' li wieħed jista' jikkonferma b'ċertezza li l-persuna li tixtieq tidħol fiż-żona Schengen hija l-istess waħda li tkun inħarġitilha l-viża, għandhom isiru dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-VIS fil-fruntieri esterni.

(5)

Sabiex jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul għal ċittadini ta' pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 humhiex sodisfatti u biex jirnexxilhom jiġġestixxu dmirijiethom, il-gwardjani tal-fruntieri għandhom jużaw kull informazzjoni meħtieġa li tkun disponibbli, inkluża d-data li tista' tiġi konsultata mill-VIS.

(6)

Sabiex tiġi prevenuta l-evażjoni tal-punti tal-qsim tal-fruntiera fejn tintuża l-VIS u biex tiġi garantita l-effettività sħiħa tal-VIS, hemm bżonn partikolari li l-VIS tintuża b'manjiera armonizzata meta jsiru l-verifiki għad-dħul fil-fruntieri esterni.

(7)

Ladarba f'każijiet ta' ripetizzjoni ta' applikazzjonijiet għall-viża jkun il-każ li d-data bijometrika tiġi użata mill-ġdid u kkupjata mill-ewwel applikazzjoni fil-VIS, l-użu tal-VIS għall-verifiki għad-dħul fil-fruntieri esterni għandu jkun tassattiv.

(8)

L-użu tal-VIS għandu jinvolvi tfittxija sistematika fil-VIS li tuża n-numru tal-istiker tal-viża flimkien ma' verifika tal-marki tas-swaba'. Madankollu, minħabba l-impatt li jistgħu jkollhom tfixxijiet bħal dawn fuq il-ħin ta’ stennija fil-punti ta' qsim tal-fruntieri, għandu jkun possibbli għal perjodu ta' transizzjoni b'deroga u f'ċirkustanzi definiti b'mod strett, li tkun ikkonsultata l-VIS mingħajr verifikazzjoni sistematika tal-marki tas-swaba'. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li din id-deroga tiġi użata biss fejn il-kundizzjonijiet imsemmija jkunu kompletament sodisfatti u li t-tul u l-frekwenza tal-applikazzjoni ta' din id-deroga tinżamm strettament minima fil-punti tal-qsim tal-fruntieri individwali.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(10)

Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-użu tal-VIS fil-fruntieri esterni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jikiseb dak l-għan.

(11)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Konvenzjoni Ewropea tal-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (4), li jaqgħu fiż-żona fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim (5).

(13)

Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (6), li jaqa’ fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1 punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrata flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7).

(14)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (8), li jaqgħu fiż-żona imsemmija fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrata flimkien ma' l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE (9).

(15)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u m'hijiex marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress illi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV, Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara l-addozzjoni ta' dan ir-Regolament jekk hijiex se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(16)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tat-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (10). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(17)

Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (11). Għalhekk l-Irlanda mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(18)

Fir-rigward taċ-Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jiżviluppa l-acquis ta' Schengen jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(19)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jiżviluppa l-acquis ta' Schengen jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda

Fir-Regolament (KE) Nru 562/2006, l-Artikolu 7(3) huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

il-punti li ġejjin għandhom jiġu inseriti wara l-l-punt (a):

“(aa)

jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikollu viża msemmija fl-Artikolu 5(1)(b), il-verifiki bir-reqqa għad-dħul għandhom jinkludu wkoll il-verifika tal-identità tad-detentur tal-viża u tal-awtentiċità tal-viża, billi tiġi kkonsultata s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (*);

(ab)

b'deroga, meta:

(i)

ikun hemm traffiku tant intens li l-ħin ta' stennija fil-fruntieri jsir eċċessiv;

(ii)

ir-riżorsi kollha f'termini ta' persunal, ta' faċilitajiet u ta' organizzazzjoni jkunu diġà ġew eżawriti; u

(iii)

abbażi ta' evalwazzjoni, ma hemm l-ebda riskju relatat mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali,

konsultazzjoni mal-VIS tista' titwettaq billi jintuża n-numru tal-isticker tal-viża f'kull każ u, fuq għażla każwali, in-numru tal-istiker tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba'.

Madankollu, fil-każi kollha fejn hemm dubju dwar l-identitá tad-detentur tal-viża u/jew tal-awtentiċitá tal-viża, il-VIS għandha tiġi kkonsultata b'mod sistematiku billi jintuża n-numru tal-isticker tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba'.

Din id-deroga tista' tiġi applikata biss fil-punti ta' qsim tal-fruntiera sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq;

(ac)

id-deċiżoni li ssir konsultazzjoni mal-VIS skond il-punt (ab) għandha tittieħed mill-gwardjan tal-fruntiera responsabbli mill-punt ta' qsim tal-fruntiera, jew minn livell ogħla.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lil Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni minnufih;

(ad)

kull Stat Membru għandu, darba fis-sena, jittrasmetti rapport dwar l-applikazzjoni tal-punt (ab) lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, li għandu jinkludi n-numru ta' ċittadini ta' pajjiż terz, li saritilhom verifika permezz tal-VIS billi ntuża n-numru tal-isticker tal-viża biss u t-tul tal-ħin ta' stennija msemmi fil-punt (ab)(i);

(ae)

il-punti (ab) u (ac) għandhom japplikaw għal perjodu massimu ta' tliet snin, li jibda tliet snin wara li l-VIS tkun bdiet il-ħidmiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha, qabel tmiem it-tieni sena tal-applikazzjoni tal-punti (ab) u (ac), tittrasmetti evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbazi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi emendi xierqa għal dan ir-Regolament.

(*)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.”."

(2)

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' punt (c)(i):

“tali verifika tista' tinkludi l-konsultazzjoni tal-VIS skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”.

(3)

Għandu jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' kull persuna li jista' ma jkunx, jew ma jkunx għadu, jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul, waqfien jew residenza fit-territorju tal-Istati Membri, il-VIS tista' tiġi kkonsultata skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fl-għoxrin jum wara d-data msemmija fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Jannar 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2008.

(2)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(6)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(8)  Dokument tal-Kunsill 16462/06; aċċessibbli fuq http://register.consiluim.europa.eu.

(9)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

(10)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(11)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.


4.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta’ l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.