ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
24 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 931/2008 tat-23 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 932/2008 tat-22 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2008 tat-23 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali u l-kontenut tad-dokumenti ta’ moviment ( 1 )

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/88/KE tat-23 ta’ Settembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-għan li tadatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku ( 1 )

12

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

24.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 931/2008

tat-23 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

31,4

TR

70,5

ZZ

51,0

0707 00 05

JO

156,8

TR

77,6

ZZ

117,2

0709 90 70

TR

93,2

ZZ

93,2

0805 50 10

AR

62,8

UY

64,8

ZA

77,6

ZZ

68,4

0806 10 10

TR

107,9

US

132,8

ZZ

120,4

0808 10 80

BR

56,2

CL

78,5

CN

80,5

NZ

121,3

US

116,3

ZA

83,7

ZZ

89,4

0808 20 50

AR

68,9

CN

140,1

TR

131,4

ZA

100,6

ZZ

110,3

0809 30

TR

130,8

US

162,0

ZZ

146,4

0809 40 05

IL

131,9

TR

80,5

XS

53,9

ZZ

88,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


24.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 932/2008

tat-22 ta' Settembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [għall-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

39/T&Q

Stat Membru

NLD

Stokk

WHB/1X14

Speċi

Stokkafixx (Micromesistius poutassou)

Żona

L-ilmijiet tal-KE u Internazzjonali ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

Data

19.8.2008


24.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 933/2008

tat-23 ta’ Settembru 2008

li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali u l-kontenut tad-dokumenti ta’ moviment

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 jistipula li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Din is-sistema għandha tikkomprometti erba’ elementi, jiġifieri: mezzi ta’ identifikazzjoni biex jiġi identifikat kull annimal (“mezz ta’ identifikazzjoni”), iż-żamma ta’ reġistri aġġornati f’kull stabbiliment, dokumenti ta’ moviment u reġistru ċentrali jew database tal-kompjuter. L-Anness ta’ dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għal dawn l-elementi.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1560/2007 (2), jistipula li l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir obbligatorja mill-31 ta’ Diċembru 2009.

(4)

Fis-17 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni ressqet rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ identifikazzjoni elettronika fin-nagħaġ u l-mogħoż (3). Dan ir-rapport jikkonkludi li l-Istati Membri għandu jkollhom il-permess li japprovaw tipi ġodda ta’ identifikaturi biex jidentifikaw in-nagħaġ u l-mogħoż skond ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Saru żviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-identifikazzjoni elettronika. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-mezzi ta’ identifikazzjoni, stipulati fir-Regolament (KE) Nru 21/2004, biex ikun hemm spettru usa’ ta’ kombinazzjonijiet tekniċi. Il-mezzi żviluppati l-ġodda ta’ identifikazzjoni, bħall-identifikaturi injettabbli u l-marki elettroniċi fuq il-pastur, għandhom jiġu permessi kif xieraq bħala mezz ta’ identifikazzjoni skond dan ir-Regolament. Madankollu, l-użu tagħhom għandu jkun limitat għal spostamenti nazzjonali, fejn titqies il-ħtieġa li tinkiseb aktar esperjenza prattika fl-użu ta’ dawn il-mezzi ġodda ta’ identifikazzjoni. Billi l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir l-ewwel mezz ta’ identifikazzjoni l-Istati Membri għandu jkollhom aktar flessibbiltà fl-użu ta’ mezzi konvenzjonali ta’ identifikazzjoni bħala identifikatur ieħor. Il-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 tistipula t-tagħrif li għandu jkun hemm fir-reġistri aġġornati li jinżammu f’kull stabbiliment. Parti minn dan it-tagħrif huwa disponibbli biss fl-istabbiliment tat-twelid. Fl-interess tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata dik il-parti tal-Anness.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 jistipula li, mill-31 ta’ Diċembru 2009, l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir obbligatorja għall-annimali kollha mwielda wara dik id-data. Madankollu, matul l-ewwel sena wara l-31 ta’ Diċembru 2009, il-maġġoranza tal-annimali se jiġu identifikati biss b’identifikaturi konvenzjonali mhux elettroniċi, billi dawn l-annimali twieldu qabel din id-data. Matul dik is-sena l-annimali bl-identifikaturi elettroniċi u mhux elettroniċi għandhom jiġu spostati u ttrattati flimkien.

(8)

Il-kodiċi individwali tal-annimali minn identifikaturi mhux elettroniċi jistgħu biss jiġu rreġistrati manwalment. Ir-reġistrazzjoni manwali ta’ identifikaturi mhux elettroniċi teħtieġ sforz konsiderevoli min-naħa tad-detenturi u hija sors potenzjali li tiġġenera l-iżbalji. Barra dan, ikun ta’ xkiel għall-operaturi biex jisseparaw dawk il-ftit annimali b’identifikaturi elettroniċi u biex jirreġistraw il-kodiċi tagħhom individwali. Ukoll, ikun ta’ xkiel li jintalab li s-sistemi ta’ qari elettroniku jiġu installati għar-reġistrazzjoni individwali, billi l-parti l-kbira tal-annimali spostati tiġi xorta waħda identifikata bil-lametti tal-widna konvenzjonali mhux elettroniċi. Għalhekk, id-data minn meta d-dokumenti ta’ moviment għandu jkollhom kodiċi individwali tal-annimali għandha tiġi posposta sakemm parti sostanzjali mill-popolazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż tkun diġà qed tiġi identifikata b’mezzi elettroniċi. Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ identifikazzjoni elettronika fin-nagħaġ u l-mogħoż wasal ukoll għal din il-konklużjoni.

(9)

Huwa għalhekk xieraq li d-data minn meta d-dokument ta’ moviment għandu jkollu l-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali għal kull annimal għandha tiġi posposta għall-1 ta’ Jannar 2011. Id-data msemmija fil-punt 2 tal-Parti C tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 21/2004, li tikkonċerna d-dokument ta’ moviment, għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(10)

Għandha titqies is-sitwazzjoni partikolari tal-annimali li twieldu qabel l-1 ta’ Jannar 2010 f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtieġa li jiġu rreġistrati l-kodiċi individwali tal-annimali fid-dokument ta’ moviment. Ir-riskji marbuta mal-annimali bħal dawn li jittieħdu l-biċċerija huma limitati u ma jiġġustifikawx il-piż supplementari amministrattiv li jinħoloq minħabba f’dan ir-rekwiżit. L-annimali li jittieħdu direttament il-biċċerija għandhom għalhekk jiġu eżentati minn dan ir-rekwiżit minkejja d-data ta’ spostament tal-annimali.

(11)

Flimkien ma’ dan, għalkemm l-annimali li twieldu qabel l-1 ta’ Jannar 2010 xorta waħda jkunu għadhom jagħmlu parti sostanzjali mill-popolazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż fl-2011, ir-riskji marbuta mal-moviment tagħhom ikunu qed jonqsu l-ħin kollu, meta proporzjonalment imqabbla mat-tnaqqis fin-numru ta’ annimali bħal dawn sal-31 ta’ Diċembru 2011. Il-moviment ta’ annimali bħal dawn għalhekk għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit li jiġu rreġistrati l-kodiċi individwali tal-annimali fid-dokument ta’ moviment sal-31 ta’ Diċembru 2011. Wara din id-data, il-maġġoranza kbira tal-popolazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż għandha tkun identifikata elettronikament u r-reġistrazzjoni manwali tkun meħtieġa biss f’għadd żgħir ta’ każijiet, billi din tkun tikkonċerna biss l-annimali xjuħ li jittieħdu fi stabbilimenti oħra u mhux fil-biċċeriji. Il-piż li jinġarr mid-detenturi minħabba f’reġistrazzjoni ta’ din ix-xorta wara l-31 ta’ Diċembru 2011, kif ukoll is-sorsi potenzjali ta’ żbalji, għandhom imbagħad ikunu f’livelli aċċettabbli.

(12)

Huwa għalhekk xieraq li jinħolqu ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji matul il-perjodu inizjali tas-sistema fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kodiċi individwali tal-annimali fid-dokument ta’ moviment tal-annimali li twieldu qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

(13)

Il-Parti C tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 tistipula t-tagħrif li għandu jkun hemm fid-dokument ta’ moviment. Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment tad-destinazzjoni mhuwiex dejjem disponibbli fl-istabbiliment tat-tluq. L-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni jew tad-detentur li jmiss għandhom ikunu aċċettabbli bħala alternattiva.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.

(2)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 25.

(3)  COM(2007) 711.


ANNESS

“ANNESS

A.   MEZZI TA’ IDENTIFIKAZZJONI

1.

L-awtorità kompetenti għandha tapprova mezzi ta’ identifikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 4(1), li għandhom jitfasslu b’tali mod li:

(a)

jiżguraw mill-inqas marka waħda li tidher u waħda li tinqara elettronikament;

(b)

jibqgħu mwaħħla mal-annimal mingħajr ma jkunu ta’ ħsara; kif ukoll

(ċ)

ikunu jistgħu jitneħħew faċilment mill-katina alimentari.

2.

Il-mezzi ta’ identifikazzjoni għandhom juru kodiċi li jipprovdi t-tagħrif li ġej fl-ordni li qed tintwera:

(a)

jew il-kodiċi alfa b’żewġ ittri jew il-kodiċi numeriku bi tliet numri (1), imsejjes fuq l-ISO 3166, għall-Istati Membri li fihom jinsab l-istabbiliment fejn l-annimal ġie identifikat għall-ewwel darba (‘il-kodiċi tal-pajjiż’);

(b)

kodiċi individwali tal-annimal li ma jkunx fih aktar minn 12-il ċifra

Flimkien mal-kodiċi msemmija fil-punti (a) u (b), u sakemm dawn il-kodiċi jkunu jistgħu jinqraw, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza bar code kif ukoll iż-żieda ta’ tagħrif supplementari mid-detentur.

3.

L-ewwel mezz ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(2)(a) għandu jaqbel mal-kriterji stipulati jew f’punt (a) jew (b).

(a)

identifikatur elettroniku f’forma ta’ bolus ruminali jew lametta tal-widna elettronika, skond il-karatteristiċi tekniċi elenkati fil-punt 6; jew

(b)

lametta tal-widna magħmula minn materjal li ma jitmermirx, mhux falsifikabbli u li jinqara faċilment matul il-ħajja tal-annimal; għandu jkun ta’ materjal li ma jistax jerġa’ jintuża u l-kodiċi msemmija f’punt 2 għandu jkun tali li ma jkunx jista’ jitneħħa.

4.

It-tieni mezz ta’ identifikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 4(2)(b), għandu jaqbel mal-kriterji li ġejjin:

(a)

għall-annimali identifikati skond il-punt 3(a):

(i)

lametta tal-widnejn konformi mal-kriterji stipulati fil-punt 3(b); jew

(ii)

marka fuq il-pastern konformi mal-kriterji għal-lametti tal-widnejn stipulati fil-punt 3(b); jew

(iii)

tattwaġġ, għajr għall-annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju,

(b)

għall-annimali identifikati skond il-punt 3(b):

(i)

identifikatur elettroniku konformi mal-kriterji stipulati fil-punt 3(a); jew

(ii)

għall-annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju, identifikatur elettroniku f’forma ta’ marka elettronika fuq il-pastern jew it-transponder li jiġi injettat skond il-karatteristiċi tekniċi elenkati fil-punt 6; jew

(iii)

fejn l-identifikazzjoni elettronika mhijiex obbligatorja, skond l-Artikolu 9(3):

lametta tal-widnejn, konformi mal-kriterji stipulati fil-punt 3(b);

marka fuq il-pastur, konformi mal-kriterji għal-lametti tal-widnejn stipulati fil-punt 3(b); jew

tattwaġġ.

5.

Is-sistema msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) teħtieġ l-identifikazzjoni tal-annimali kemm skond l-istabbiliment kif ukoll individwalment, tipprovdi għall-proċedura ta’ sostituzzjoni meta l-mezz tal-identifikazzjoni tkun saret illeġibbli jew tkun intilfet, taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u mingħajr ma tikkomprometti t-traċċabbiltà bejn l-istabbilimenti, bl-għan li jiġi kkontrollat il-mard epiżootiku, u tippermetti li l-moviment tal-annimali jkun intraċċat fit-territorju nazzjonali, bl-istess għan.

6.

L-identifikatur elettroniku għandu jkun konformi ma’ dawn il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin:

(a)

għandhom ikunu transponders passivi li jinqraw biss bl-applikazzjoni tat-teknoloġija HDX- jew FDX-B, li jkunu konformi mal-istandards ISO 11784 u 11785;

(b)

għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn apparati tal-qari, ikunu konformi mal-istandard ISO 11785, u kapaċi jaqraw it-traspondaturi HDX u FDX-B;

(ċ)

id-distanza tal-qari għandha tkun ta’:

(i)

mill-inqas 12-il ċm għal-lametti tal-widnejn u l-marki fuq il-pastern meta jinqraw b’apparati tal-qari li jinġarru;

(ii)

mill-inqas 20 ċm għall-bolussi ruminali u t-trasponders injettabbli meta jinqraw b’apparati tal-qari li jinġarru;

(iii)

mill-inqas 50 ċm għat-tipi kollha ta’ identifikaturi meta jinqraw b’apparat stazzjonarju tal-qari.

7.

Il-metodu ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(3) għandu jkun kif ġej:

(a)

l-annimali għandhom ikunu identifikati b’lametta tal-widna approvata mill-awtorità kompetenti, applikata fuq widna waħda;

(b)

il-lametta tal-widna għandha tkun ta’ materjal li ma jitmermirx, li ma tistax titbagħbas u li tinqara faċilment; ma għandhiex tkun tista’ tintuża mill-ġdid u għandu jkollha biss kodiċi li ma jistgħux jitneħħew;

(ċ)

il-lametta għandu jkun fiha mill-inqas it-tagħrif li ġej:

(i)

il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (1); kif ukoll

(ii)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment tat-twelid jew kodiċi individwali tal-annimali li minnha jista’ jiġi ddeterminat l-istabbiliment tat-twelid.

L-Istati Membri li jużaw dan il-metodu alternattiv għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fil-qafas tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 13(1).

Jekk l-annimali identifikati b’konformità ma’ dan il-punt jew jinżammu wara li jkunu għalqu t-12 il-xahar jew huma maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju jew għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u fil-każijiet kollha għadhom qed jinżammu fl-istabbiliment tat-twelid, dawn għandhom ikunu identifikati bi qbil mal-punti 1 sa 4 qabel jitilqu minn dak l-istabbiliment.

B.   IR-REĠISTRU TAL-ISTABBILIMENT

1.

Mid-9 ta’ Lulju 2005, ir-reġistru tal-istabbiliment għandu jkun fih mill-anqas it-tagħrif li ġej:

(a)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment,

(b)

l-indirizz tal-istabbiliment u l-koordinati ġeografiċi jew l-indikazzjoni ekwivalenti tal-lokalità ġeografika tal-istabbiliment;

(ċ)

it-tip ta’ produzzjoni;

(d)

ir-riżultati tal-aħħar inventarju msemmi fl-Artikolu 7 u d-data li fiha dan twettaq;

(e)

l-isem u l-indirizz tad-detentur;

(f)

fil-każ ta’ annimali li jħallu l-istabbiliment:

(i)

l-isem tat-trasportatur;

(ii)

in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-parti tal-mezzi tat-trasport li qed iġġorr l-annimali;

(iii)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni jew l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew, fil-każ tal-annimali li ttieħdu l-biċċerija, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni jew l-isem tal-biċċerija u d-data tat-tluq;

jew kopja dupplikata jew kopja ċċertifikata tad-dokument ta’ moviment imsemmi fl-Artikolu 6;

(g)

fil-każ tal-annimali li jaslu fl-istabbiliment, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment li minnu l-annimali ġie trasferit u d-data tal-wasla;

(h)

tagħrif dwar kwalunkwe sostituzzjoni tal-mezz ta’ identifikazzjoni.

2.

Mill-31 ta’ Diċembru 2009, ir-reġistru tal-istabbiliment għandu jkun fih mill-inqas dan it-tagħrif aġġornat li ġej għal kull annimal li twieled wara din id-data:

(a)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal;

(b)

fl-istabbiliment tat-twelid, is-sena tat-twelid u d-data ta’ identifikazzjoni;

(ċ)

ix-xahar u s-sena tal-mewt tal-annimal f’dak l-istabbiliment;

(d)

ir-razza u l-ġenotip, jekk magħrufin.

Madankollu, għall-annimali identifikati skond il-punt 7 tat-Taqsima A, it-tagħrif imsemmi minn (a) sa (d) ta’ dan il-punt għandu jingħata għal kull lott ta’ annimali li jkollhom l-istess identifikazzjoni u għandu jinkludi l-għadd tal-annimali.

3.

Ir-reġistru tal-istabbiliment għandu jkollu l-isem u l-firma tar-rappreżentant jew tal-uffiċjal approvat tal-awtorità kompetenti li jkun ivverifika r-reġistru u d-data li fiha kienet twettqet il-verifika.

C.   ID-DOKUMENTI TA’ MOVIMENT

1.

Id-dokument ta’ moviment għandu jimtela mid-detentur fuq il-bażi ta’ mudell imħejji mill-awtorità kompetenti. Għandu jkun fih mill-anqas it-tagħrif li ġej:

(a)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment;

(b)

l-isem u l-indirizz tad-detentur;

(ċ)

l-għadd totali ta’ annimali spostati;

(d)

il-kodiċi tal-identifikazzjoni jew l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tad-detentur segwenti tal-annimali, jew, meta l-annimali jittieħdu l-biċċerija, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni jew l-isem u l-lokalità tal-biċċerija, jew, fil-każ ta’ transumanza, il-post ta’ destinazzjoni;

(e)

id-data li tikkonċerna l-mezz tat-trasport u tat-trasportatur, inkluż in-numru tal-permess tat-trasportatur;

(f)

id-data tat-tluq;

(g)

il-firma tad-detentur.

2.

Mill-1 ta’ Jannar 2011, id-dokument ta’ moviment għandu jkun fih il-kodiċi individwali ta’ identifikazzjoni għal kull annimal identifikat skond il-punti 1 sa 6 tat-Taqsima A, flimkien mat-tagħrif stipulat fil-punt 1 ta’ din it-Taqsima.

3.

Madankollu, it-tagħrif imsemmi fil-punt 2 ma għandux ikun obbligatorju għall-annimali li jkunu twieldu sal-31 ta’ Diċembru 2009:

(a)

hekk kif jittieħdu l-biċċerija, direttament jew permezz ta’ proċedura ta’ gwida li teskludi movimenti sussegwenti lejn kwalunkwe stabbiliment ieħor;

(b)

sal-31 ta’ Diċembru 2011 għall-movimenti l-oħra kollha.

D.   ID-DATABASE KOMPJUTERIZZATA

1.

Id-database kompjuterizzata għandu jkun fiha mill-anqas it-tagħrif li ġej dwar kull qasam:

(a)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment;

(b)

l-indirizz tal-istabbiliment u l-koordinati ġeografiċi jew l-indikazzjoni ekwivalenti tal-lokalità ġeografika tal-istabbiliment;

(ċ)

l-isem u l-indirizz u t-tip ta’ xogħol tad-dententur,

(d)

l-ispeċi tal-annimali;

(e)

it-tip ta’ produzzjoni;

(f)

ir-riżultat tal-aħħar inventarju tal-annimali msemmi fl-Artikolu 7(2), u d-data li fiha sar l-inventarju,

(g)

taqsima tad-data riservata għall-awtorità kompetenti li fiha hija tkun tista’ tniżżel tagħrif dwar is-saħħa tal-annimali, pereżempju restrizzjonijiet ta’ moviment, l-istatus u xi tagħrif rilevanti ieħor fil-kuntest tal-programmi Komunitarji jew nazzjonali.

2.

Bi qbil mal-Artikolu 8, għandu jkun kemm dħul fid-database għal kull moviment separat tal-annimali.

Id-dħul għandu jinkludi mill-anqas it-tagħrif li ġej:

(a)

l-għadd tal-annimali spostati;

(b)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment tat-tluq;

(ċ)

id-data tat-tluq;

(d)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment tal-wasla;

(e)

id-data tal-wasla.”.


(1)  

l-Awstrija

AT

040

il-Belġju

BE

056

il-Bulgarija

BG

100

Ċipru

CY

196

ir-Repubblika Ċeka

CZ

203

id-Danimarka

DK

208

l-Estonja

EE

233

il-Finlandja

FI

246

Franza

FR

250

il-Ġermanja

DE

276

il-Greċja

EL

300

l-Ungerija

HU

348

l-Irlanda

IE

372

l-Italja

IT

380

il-Latvja

LV

428

il-Litwanja

LT

440

il-Lussemburgu

LU

442

Malta

MT

470

l-Olanda

NL

528

il-Polonja

PL

616

il-Portugall

PT

620

ir-Rumanija

RO

642

is-Slovakkja

SK

703

is-Slovenja

SI

705

Spanja

ES

724

l-Iżvezja

SE

752

ir-Renju Unit

UK

826


DIRETTIVI

24.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/12


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/88/KE

tat-23 ta’ Settembru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-għan li tadatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “L-użu ta’ żebgħa permanenti tax-xagħar u r-riskju tal-kanċer tal-bużżieqa ta’ l-awrina”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex ta’ l-Ikel maħsuba għal Konsumaturi, issostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti għal Konsumaturi (“KXPK”), bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2) kkonkluda li r-riskji potenzjali kienu ta’ tħassib. Dan irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tal-kimiċi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti għall-Konsumatur jirrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni kumplessiva għas-sigurtà għas-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi l-ħtiġijiet għat-testjar tas-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità/mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

(3)

Skond l-opinjonijiet tal-KXPK, il-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati qablu dwar strateġija kumplessiva biex tirregola s-sustanzi użati fiż-żebgħa tax-xagħar li, dwarha l-industrija ġiet obbligata tressaq il-fajls bid-data xjentifika dwar is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar biex jiġu vvalutati mill-KXPK.

(4)

Is-sustanzi li għalihom ma ġie ppreżentat l-ebda fajl aġġornat ta’ sigurtà li jippermetti stima adegwata tar-riskju għandhom jiġu inklużi fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE.

(5)

Uħud mis-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar diġà ġew ipprojbiti, jew bħala riżultat ta’ opinjonijiet min-naħa tal-KXPK inkella minħabba nuqqas ta’ data ta’ sigurtà. Is-sustanzi li bħalissa qed jitqiesu ngħażlu bir-reqqa sabiex jiġu rregolati flimkien minħabba li huma elenkati fl-Anness IV. Minħabba li ma tressaq l-ebda fajl ta’ sigurtà dwar dawn is-sustanzi għall-użu tagħhom fiż-żebgħa tax-xagħar quddiem il-KXPK għal stima tar-riskju sal-limiti miftiehma taż-żmien, ma hemm l-ebda evidenza li dawn is-sustanzi, meta użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, jistgħu jitqiesu bla periklu għas-saħħa umana.

(6)

Sustanzi mingħajr fajls ta’ sigurtà 1-Hydroxy-2,4-diaminobenzene (2,4-Diaminophenol) u l-melħ tiegħu ta’ dihydrochloride; 1,4-Dihydroxybenzene (Hydroquinone); [4-[[4-anilino-1-naphthyl][4-(dimethylamino)phenyl]methylene]cyclohexa-2,5-dien-1-ylidene]dimethylammonium chloride (Basic Blue 26); Disodium 3-[(2,4-dimethyl-5-sulphonatophenyl)azo]-4-hydroxynaphthalene-1-sulpho-nate (Ponceau SX) u 4-[(4-Aminophenyl)(4-iminocyclohexa-2,5-dien-1-ylidene)methyl]-o-toluidine u l-melħ idrokloridu tiegħu (Basic Violet 14), attwalment elenkati bħala koloranti fl-Anness IV u bħala sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fl-Anness III, il-Parti 1 u l-Parti 2, għandhom jitħassru mill-Anness III u jiġu pprojbiti mill-użu fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar fl-Anness II.

(7)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn 14 ta’ Frar 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn 14 ta’ Awwissu 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II jiżdiedu n-numri ta’ referenza 1329-1369:

Nru ta’ Ref.

Isem kimiku/isem INCI

“1329

4-[(4-Aminophenyl)(4-iminocyclohexa-2,5-dien-1-ylidene)methyl]-o-toluidine (CAS 3248-93-9; EINECS 221-832-2) u l-melħ tiegħu tal-hydrochloride (Basic Violet 14; CI 42510) (CAS 632-99-5; EINECS 211-189-6) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1330

4-(2,4-Dihydroxyphenylazo)benzenesulphonic acid (CAS 2050-34-2; EINECS 218-087-0) u l-melħ tiegħu tas-sodju (Acid Orange 6; CI 14270) (CAS 547-57-9; EINECS 208-924-8) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1331

3-Hydroxy-4-(phenylazo)-2-naphthoic acid (CAS 27757-79-5; EINECS 248-638-0) u l-melħ tiegħu tal-kalċju (Pigment Red 64:1; CI 15800) (CAS 6371-76-2; EINECS 228-899-7), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1332

2-(6-Hydroxy-3-oxo-(3H)-xanthen-9-yl)benzoic acid; Fluorescein (CAS 2321-07-5; EINECS 219-031-8) u l-melħ tiegħu tad-disodju (Acid yellow 73 sodium salt; CI 45350) (CAS 518-47-8; EINECS 208-253-0), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1333

4′,5′-Dibromo-3′,6′-dihydroxyspiro[isobenzofuran-1(3H),9′-[9H]xanthene]-3-one; 4′,5′-Dibromofluorescein; (Solvent Red 72) (CAS 596-03-2; EINECS 209-876-0) ) u l-melħ tiegħu tad-disodju (CI 45370) (CAS 4372-02-5; EINECS 224-468-2) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1334

2-(3,6-Dihydroxy-2,4,5,7-tetrabromoxanthen-9-yl)-benzoic acid; Fluorescein, 2′,4′,5′,7′-tetrabromo-; (Solvent Red 43) (CAS 15086-94-9; EINECS 239-138-3) u l-melħ tiegħu tad-disodju (Acid Red 87; CI 45380) (CAS 17372-87-1; EINECS 241-409-6) u l-melħ tiegħu ta′ aluminium (Pigment Red 90:1 Aluminium lake) (CAS 15876-39-8; EINECS 240-005-7) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1335

Xanthylium, 9-(2-carboxyphenyl)-3-(2-methylphenyl)amino)-6-((2-methyl-4-sulfophenyl)amino)-, inner salt (CAS 10213-95-3); u l-melħ tiegħu tas-sodju (Acid Violet 9; CI 45190) (CAS 6252-76-2; EINECS 228-377-9) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1336

3′,6′-Dihydroxy-4′,5′-diiodospiro(isobenzofuran-1(3H),9′-[9H]xanthene)-3-one; (Solvent Red 73) (CAS 38577-97-8; EINECS 254-010-7) u l-melħ tiegħu tas-sodju (Acid Red 95; CI 45425) (CAS 33239-19-9; EINECS 251-419-2) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1337

2′,4′,5′,7′-Tetraiodofluorescein (CAS 15905-32-5; EINECS 240-046-0), u l-melħ tiegħu tad-disodju (Acid Red 51; CI 45430) (CAS 16423-68-0; EINECS 240-474-8) u l-melħ tiegħu ta′ aluminium (Pigment Red 172 Aluminium lake)(CAS 12227-78-0; EINECS 235-440-4) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1338

1-Hydroxy-2,4-diaminobenzene (2,4-Diaminophenol) (CAS 95-86-3; EINECS 202-459-4 ) u l-melħ tiegħu ta′ dihydrochloride (2,4-Diaminophenol HCl) (CAS 137-09-7; EINECS 205-279-4) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1339

1,4-Dihydroxybenzene (Hydroquinone) (CAS 123-31-9; EINECS 204-617-8) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1340

[4-[[4-anilino-1-naphthyl][4-(dimethylamino)phenyl]methylene]cyclohexa-2,5-dien-1-ylidene]dimethylammonium chloride (Basic Blue 26; CI 44045) (CAS 2580-56-5; EINECS 219-943-6) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1341

Disodium 3-[(2,4-dimethyl-5-sulphonatophenyl)azo]-4-hydroxynaphthalene-1-sulphonate (Ponceau SX; CI 14700) (CAS 4548-53-2; EINECS 224-909-9) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1342

Trisodium tris[5,6-dihydro-5-(hydroxyimino)-6-oxonaphthalene-2-sulphonato(2-)-N5,O6]ferrate(3-) (Acid Green 1; CI 10020) (CAS 19381-50-1; EINECS 243-010-2) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1343

4-(Phenylazo)resorcinol (Solvent Orange 1; CI 11920) (CAS 2051-85-6; EINECS 218-131-9) u l-imluħa tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1344

4-[(4-Ethoxyphenyl)azo]naphthol (Solvent Red 3; CI 12010) (CAS 6535-42-8; EINECS 229-439-8) u l-imluħa tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1345

1-[(2-Chloro-4-nitrophenyl)azo]-2-naphthol (Pigment Red 4; CI 12085) (CAS 2814-77-9; EINECS 220-562-2) u l-imluħa tiegħu meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1346

3-Hydroxy-N-(o-tolyl)-4-[(2,4,5-trichlorophenyl)azo]naphthalene-2-carboxamide (Pigment Red 112; CI 12370) (CAS 6535-46-2; EINECS 229-440-3) u l-imluħa tiegħu meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1347

N-(5-Chloro-2,4-dimethoxyphenyl)-4-[[5-[(diethylamino)sulphonyl]-2-methoxyphenyl]azo]-3-hydroxynaphthalene-2-carboxamide (Pigment Red 5; CI 12490) (CAS 6410-41-9; EINECS 229-107-2) u l-imluħa tiegħu meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1348

Disodium 4-[(5-chloro-4-methyl-2-sulphonatophenyl)azo]-3-hydroxy-2-naphthoate (Pigment Red 48; CI 15865) (CAS 3564-21-4; EINECS 222-642-2) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1349

Calcium 3-hydroxy-4-[(1-sulphonato-2-naphthyl)azo]-2-naphthoate (Pigment Red 63:1; CI 15880) (CAS 6417-83-0; EINECS 229-142-3) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1350

Trisodium 3-hydroxy-4-(4′-sulphonatonaphthylazo)naphthalene-2,7-disulphonate (Acid Red 27; CI 16185) (CAS 915-67-3; EINECS 213-022-2) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1351

2,2′-[(3,3′-Dichloro[1,1′-biphenyl]-4,4′-diyl)bis(azo)]bis[N-(2,4-dimethylphenyl)-3-oxobutyramide] (Pigment Yellow 13; CI 21100) (CAS 5102-83-0; EINECS 225-822-9) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1352

2,2′-[Cyclohexylidenebis[(2-methyl-4,1-phenylene)azo]]bis[4-cyclohexylphenol] (Solvent Yellow 29; CI 21230) (CAS 6706-82-7; EINECS 229-754-0) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1353

1-((4-Phenylazo)phenylazo)-2-naphthol (Solvent Red 23; CI 26100) (CAS 85-86-9; EINECS 201-638-4) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1354

Tetrasodium 6-amino-4-hydroxy-3-[[7-sulphonato-4-[(4-sulphonatophenyl)azo]-1-naphthyl]azo]naphthalene-2,7-disulphonate (Food Black 2; CI 27755) (CAS 2118-39-0; EINECS 218-326-9) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1355

Ethanaminium, N-(4-((4-(diethylamino)phenyl)(2,4-disulfophenyl)methylene)-2,5-cyclohexadien-1-ylidene)-N-ethyl-, hydroxide, inner salt, sodium salt (Acid Blue 1; CI 42045) (CAS 129-17-9; EINECS 204-934-1) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1356

Ethanaminium, N-(4-((4-(diethylamino)phenyl)(5-hydroxy-2,4-disulfophenyl)methylene)-2,5-cyclohexadien-1-ylidene)-N-ethyl-, hydroxide, inner salt, calcium salt (2:1) (Acid Blue 3; CI 42051) (CAS 3536-49-0; EINECS 222-573-8) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1357

Benzenemethanaminium, N-ethyl-N-(4-((4-(ethyl((3-sulfophenyl)methyl)amino)phenyl)(4-hydroxy-2-sulfophenyl)methylene)-2,5-cyclohexadien-1-ylidene)-3-sulfo-, hydroxide, inner salt, disodium salt (Fast Green FCF; CI 42053) (CAS 2353-45-9; EINECS 219-091-5) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1358

1,3-Isobenzofurandione, reaction products with methylquinoline and quinoline (Solvent Yellow 33; CI 47000) (CAS 8003-22-3; EINECS 232-318-2) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1359

Nigrosine (CI 50420) (CAS 8005-03-6) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1360

8,18-Dichloro-5,15-diethyl-5,15-dihydrodiindolo[3,2-b:3′,2′-m]triphenodioxazine (Pigment Violet 23; CI 51319) (CAS 6358-30-1; EINECS 228-767-9) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1361

1,2-Dihydroxyanthraquinone (Pigment Red 83; CI 58000) (CAS 72-48-0; EINECS 200-782-5) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1362

Trisodium 8-hydroxypyrene-1,3,6-trisulphonate (Solvent Green 7; CI 59040) (CAS 6358-69-6; EINECS 228-783-6) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1363

1-Hydroxy-4-(p-toluidino)anthraquinone (Solvent Violet 13; CI 60725) (CAS 81-48-1; EINECS 201-353-5), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1364

1,4-bis(p-Tolylamino)anthraquinone (Solvent Green 3; CI 61565) (CAS 128-80-3; EINECS 204-909-5) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1365

6-Chloro-2-(6-chloro-4-methyl-3-oxobenzo[b]thien-2(3H)-ylidene)-4-methylbenzo[b]thiophene-3(2H)-one (VAT Red 1; CI 73360) (CAS 2379-74-0; EINECS 219-163-6) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1366

5,12-Dihydroquino[2,3-b]acridine-7,14-dione (Pigment Violet 19; CI 73900) (CAS 1047-16-1; EINECS 213-879-2) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1367

(29H,31H-Phthalocyaninato(2-)-N29,N30,N31,N32)copper (Pigment Blue 15; CI 74160) (CAS 147-14-8; EINECS 205-685-1) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1368

Disodium [29H,31H-phthalocyaninedisulphonato(4-)-N29,N30,N31,N32]cuprate(2-) (Direct Blue 86; CI 74180) (CAS 1330-38-7; EINECS 215-537-8) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1369

Polychloro copper phthalocyanine (Pigment Green 7; CI 74260) (CAS 1328-53-6; EINECS 215-524-7) meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar”

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti 1, jitħassar in-numru ta' referenza 10;

(b)

Fil-Parti 1, il-kolonna c tan-numru ta' referenza 14, titħassar l-entrata (a);

(c)

Fil-Parti 2, jitħassru n-numri ta' referenza 57, 59 u 60.


24.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.