ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
4 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 195/2008 tat-3 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ l-Iraq

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 196/2008 tat-3 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 197/2008 tat-3 ta’ Marzu 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Queijo Serra da Estrela (DPO))

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2008 tat-3 ta’ Marzu 2008 li jemenda għat-92 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

10

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/180/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu

12

 

 

2008/181/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael

14

 

 

2008/182/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Frar 2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 li tistabbilixxi l-kumitat konsultattiv għall-programm tal-fużjoni

15

 

 

2008/183/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2008 li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

17

 

 

2008/184/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2008 dwar in-nomina ta' membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

18

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/185/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 669) (Verżjoni kodifikata) ( 1 )

19

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/186/PESK tat-3 ta’ Marzu 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq

31

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/187/PESK tat-3 ta’ Marzu 2008 dwar miżuri restrittivi kontra l-gvern illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 195/2008

tat-3 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ l-Iraq

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/186/PESK tat-3 ta’ Marzu 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jiġifieri r-Riżoluzzjoni (UNSC) 1483 (2003), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 (2) għamel arranġamenti speċifiċi dwar ħlasijiet għal żejt mhux raffinat, prodotti ta’ żejt mhux raffinat, u gass naturali esportati mill-Iraq, filwaqt li l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament għamel arranġamenti speċifiċi dwar l-immunità mill-proċeduri legali ta’ xi assi Iraqini. L-arranġament speċifiku dwar ħlasijiet jibqa' japplika, filwaqt li l-arranġament speċifiku dwar l-immunitajiet applika sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(2)

Ir-Riżoluzzjoni UNSC 1790 (2007) u l-Pożizzjoni Komuni 2008/186/PESK jipprovdu li dawn iż-żewġ arranġamenti speċifiċi għandhom it-tnejn japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2008. Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(3)

Huwa wkoll xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi allinejat ma’ l-iżviluppi reċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà għall-ksur u l-ġurisdizzjoni. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità jitqies li jiġbor fih it-territorji ta’ l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

Artikolu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-dħul kollu mill-kummerċ ta’ l-esportazzjonijiet ta’ żejt mhux raffinat, prodotti ta’ żejt mhux raffinat u gass naturali mill-Iraq, kif elenkati fl-Anness 1, għandu, sa mit-22 ta’ Mejju 2003, jiġi ddepożitat fil-Fond għall-Iżvilupp ta’ l-Iraq skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1483 (2003) u, b'mod partikolari, l-paragrafi 20 u 21 tagħha.”;

(2)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(3) u 4(4) m'għandha twassal għall-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet ikkonċernati, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom ikunu jiksru din il-projbizzjoni.”;

(3)

l-Artikolu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   B'deroga mill-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri indikati fil-websajts elenkati fl-Anness V jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

(a)

il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew ta’ arbitraġġ stabbilit qabel it-22 ta’ Mejju 2003 jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew ta’ arbitraġġ li tkun ingħatat qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet derivanti minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(ċ)

jekk il-pretensjoni tiġi sodisfatta, dan ma jkunx bi ksur tar-Regolament (KEE) Nru 3541/92; u

(d)

ir-rikonoxximent tar-rahan jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   Fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha, il-fondi, ir-riżorsi ekonomiċi u d-dħul mir-riżorsi ekonomiċi ffriżati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 4 għandhom jiġu rilaxxati biss sabiex jiġu ttrasferiti lejn il-Fond għall-Iżvilupp ta’ l-Iraq miżmum mill-Bank Ċentrali ta’ l-Iraq, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1483 (2003).”;

(4)

l-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, xjentement jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li jevitaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 jew li jinkoraġġixxu l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3.

2.   Kull informazzjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed jiġu jew kienu evitati għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti indikati fil-websajts elenkati fl-Anness V, u, b'mod dirett jew permezz ta’ dawn l-awtoritajiet, għandha tkun mgħarrfa l-Kummissjoni.”;

(5)

l-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Bla ħsara għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtaġġ, il-konfidenzjalità u s-sigriet professjonali u għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 284 tat-Trattat, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

jipprovdu immedjatament kull informazzjoni li tiffaċilita l-ħarsien ta’ dan ir-Regolament, bħall-kontijiet u l-ammonti ffriżati skond l-Artikolu 4, lill-awtoritajiet kompetenti indikati fil-websajts elenkati fl-Anness V, fl-Istat Membru li fih huma residenti jew fejn jinsabu, u, b'mod dirett jew permezz ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b)

jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti indikati fil-websajts elenkati fl-Anness V f'kull verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.   Kull informazzjoni mogħtija jew riċevuta skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.”;

(6)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15a

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz, tal-websajts elenkati fl-Anness V.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom qabel il-15 ta’ Marzu 2008 u għandhom jgħarrfuha b'kull emenda sussegwenti.”;

(7)

l-Artikolu 16 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha;

(b)

abbord inġenji ta’ l-ajru jew bastimenti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ)

għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Komunità li hija ċittadin ta’ Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta’ Stat Membru; u

(e)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fil-Komunità.”;

(8)

l-Artikolu 18(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-Artikoli 2 u 10 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2008.”;

(9)

l-Anness V għandu jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODOBNIK


(1)  Ara paġna 31 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

“ANNESS V

Websajts li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

A.   Websajts li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

GREĊJA

hhttp://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

SPANJA

www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

OLANDA

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/competentauthorities

B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Commission of the European Communities

Directorate-General for External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in Common Foreign and Security Policy

Unit A.2. Crisis Response and Peace Building

CHAR 12/106

B-1049 Brussels

Tel: (32-2) 295 5585

Fax: (32-2) 299 0873”


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 196/2008

tat-3 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

69,6

MA

51,6

TN

120,5

TR

143,2

ZZ

96,2

0707 00 05

EG

244,4

JO

190,5

MA

114,7

TR

168,8

ZZ

179,6

0709 90 70

MA

82,8

TR

160,7

ZZ

121,8

0709 90 80

EG

54,8

ZZ

54,8

0805 10 20

EG

44,7

IL

54,4

MA

56,2

TN

50,5

TR

89,7

ZZ

59,1

0805 50 10

IL

109,4

SY

56,4

TR

124,9

ZZ

96,9

0808 10 80

AR

102,3

CA

53,7

CN

97,0

MK

42,4

US

109,6

UY

89,9

ZZ

82,5

0808 20 50

AR

82,0

CL

63,2

CN

80,3

US

123,2

ZA

102,3

ZZ

90,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 197/2008

tat-3 ta’ Marzu 2008

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Queijo Serra da Estrela (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Portugall għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini “Queijo Serra da Estrela”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Ġaladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

(3)  ĠU C 127, 8.6.2007, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.

Ġobon

IL-PORTUGALL

Queijo Serra da Estrela (DPO)


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 198/2008

tat-3 ta’ Marzu 2008

li jemenda għat-92 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fl-20 ta' Frar 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 59/2008 tal-Kummissjoni (ĠU L 22, 25.1.2008, p. 4).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Grupp tal-Ġiħad Iżlamiku (magħruf ukoll bħala (a) Jama’at al-Jihad, (b) is-Soċjetà Libjana, (c) Kazakh Jama’at, (d) Jamaat Mojahedin, (e) Jamiyat, (f) Jamiat al-Jihad al-Islami, (g) Dzhamaat Modzhakhedov, (h) il-Grupp ta’ Ġiħad Iżlamiku ta’ l-Użbekistan, (i) al-Djihad al-Islami, (j) Zamaat Modzhakhedov Tsentralnoy Asii)” taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet legali” għanda tiġi sostitwita minn:

“Il-Grupp tal-Ġiħad Iżlamiku (magħruf ukoll bħala (a) Jama’at al-Jihad, (b) is-Soċjetà Libjana, (c) Kazakh Jama’at, (d) Jamaat Mojahedin, (e) Jamiyat, (f) Jamiat al-Jihad al-Islami, (g) Dzhamaat Modzhakhedov, (h) il-Grupp tal-Ġiħad Iżlamiku ta’ l-Użbekistan, (i) al-Djihad al-Islami, (j) Zamaat Modzhakhedov Tsentralnoy Asii, (k) l-Unjoni tal-Jihad Iżlamika).”

(2)

L-annotazzjoni Fahd Muhammad “Abd Al-‘Aziz Al-Khashiban (magħruf ukoll bħala (a) Fahad H. A. Khashayban, (b) Fahad H. A. al-Khashiban, (c) Fahad H. A. Kheshaiban, (d) Fahad H. A. Kheshayban, (e) Fahad H. A. al-Khosiban, (f) Fahad H. A. Khasiban, (g) Fahd Muhammad ‘Abd Al-‘Aziz al-Khashayban (h) Fahd Muhammad’Abd al-‘Aziz al-Khushayban, (i) Fahad al-Khashiban, (j) Fahd Khushaiban, (k) Fahad Muhammad A. al-Khoshiban, (l) Fahad Mohammad A. al-Khoshiban, (m) Abu Thabit, (n) Shaykh Abu Thabit, (o) Shaykh Thabet, (p) Abu Abdur Rahman, (q) Abdur Abu Rahman). Data tat-twelid: 16.10.1966. Post tat-twelid: ‘Aniza, l-Għarabja Sawdita. Tagħrif ieħor: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyaf, u l-għoti ta' għajnuna b‘mod ieħor lil dan il-Grupp”, taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita minn:

“Fahd Muhammad ‘Abd Al-‘Aziz Al-Khashiban (magħruf ukoll bħala (a) Fahad H. A. Khashayban, (b) Fahad H. A. al-Khashiban, (c) Fahad H. A. Kheshaiban, (d) Fahad H. A. Kheshayban, (e) Fahad H. A. al-Khosiban, (f) Fahad H. A. Khasiban, (g) Fahd Muhammad ‘Abd Al-‘Aziz al-Khashayban (h) Fahd Muhammad’Abd al-‘Aziz al-Khushayban, (i) Fahad al-Khashiban, (j) Fahd Khushaiban, (k) Fahad Muhammad A. al-Khoshiban, (l) Fahad Mohammad A. al-Khoshiban, (m) Fahad Mohammad Abdulaziz Alkhoshiban, (n) Abu Thabit, (o) Shaykh Abu Thabit, (p) Shaykh Thabet, (q) Abu Abdur Rahman, (r) Abdur Abu Rahman). Data tat-twelid: 16.10.1966. Post tat-twelid: Oneiza, is-Sawdi Għarabja. Numru tal-Passaport: G477835, (maħruġ fis-26.6.2006, u jiskadi fit-3.5.2011). Nazzjonalità: mill-Għarabja Sawdita. Tagħrif ieħor: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyaf, u l-għoti ta' għajnuna b’mod ieħor lil dan il-Grupp.”

(3)

L-annotazzjoni “Abdul Rahim Al-Talhi (magħruf ukoll bħala (a) ‘Abdul-Rahim Hammad al-Talhi, (b) Abd’ Al-Rahim Hamad al-Tahi, (c) Abdulrheem Hammad A Altalhi, (d) Abe Al-Rahim al-Talahi, (e) Abd Al-Rahim Al Tahli, (f) ‘Abd al-Rahim al-Talhi, (g) Abdulrahim Al Tahi, (h) Abdulrahim al-Talji, (i) ‘Abd-Al-Rahim al Talji, (j) Abdul Rahim, (k) Abu Al Bara’a Al Naji, (l) Shuwayb Junayd. Indirizz: Buraydah, l-Għarabja Sawdita. Data tat-twelid: 8.12.1961. Post tat-twelid: Al-Taif, l-Għarabja Sawdita. Nru. tal-Passaport: F275043, maħruġ fid-29.5.2004, u jiskadi fil-5.4.2009. Nazzjonalità: mill-Għarabja Sawdita. Informazzjoni oħra: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyjaf, u l-forniment ta' l-armi u ta' għajnuna mod ieħor lil dan il-Grupp”, taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita minn:

“Abdul Rahim Al-Talhi (magħruf ukoll bħala (a) ‘Abdul-Rahim Hammad al-Talhi, (b) Abd’ Al-Rahim Hamad al-Tahi, (c) Abdulrheem Hammad A Altalhi, (d) Abe Al-Rahim al-Talahi, (e) Abd Al-Rahim Al Tahli, (f) ‘Abd al-Rahim al-Talhi, (g) Abdulrahim Al Tahi, (h) Abdulrahim al-Talji, (i) ‘Abd-Al-Rahim al Talji, (j) Abdul Rahim Hammad Ahmad Al-Talhi, (k) Abdul Rahim, (l) Abu Al Bara’a Al Naji, (m) Shuwayb Junayd. Indirizz: Buraydah, l-Għarabja Sawdita. Data tat-twelid: 8.12.1961. Post tat-twelid: Al-Shefa, Al-Taif, l-Għarabja Sawdita. Numru tal-Passaport: F275043, (maħruġ fid-29.5.2004, u jiskadi fil-5.4.2009). Nazzjonalità: mill-Għarabja Sawdita. Tagħrif ieħor: Involut fl-iffinanzjar tal-Grupp Abu Sayyaf, il-forniment ta' l-armi u l-għoti ta' għajnuna mod ieħor lil dan il-Grupp.”

(4)

L-annotazzjoni ‘Muhammad “Abdallah Salih Sughayr (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayir, (b) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughaier, (c) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayer, (d) Mohd Al-Saghir, (e) Muhammad Al-Sugayer, (f) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sughair”, (g) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sugair, (h) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Suqayr, (i) Abu Bakr, (j) Abu Abdullah. Data tat-twelid: (a) 20.8.1972, (b) 10.8.1972. Post tat-twelid: Al-Karawiya, Għarabja Sawdita. Informazzjoni oħra: Involut fl-iffinanzjar, il-forniment ta' l-armi, ir-reklutaġġ u l-forniment ta' tipi oħra ta' għajnuna għall-grupp Abu Sayyaf, taħt l-intestatura “Persuni Naturali” għandha tiġi sostitwita minn:

“Muhammad ‘Abdallah Salih Sughayr (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayir, (b) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughaier, (c) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayer, (d) Mohd Al-Saghir, (e) Muhammad Al-Sugayer, (f) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sughair, (g) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sugair, (h) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Suqayr, (i) Mohammad Abdullah S Ssughayer, (j) Abu Bakr, (k) Abu Abdullah. Data tat-twelid: (a) 20.8.1972, (b) 10.8.1972. Post tat-twelid: Al-Karawiya, Oneiza, Għarabja Sawdita. Numru tal-Passaport: E864131, (maħruġ fit-30.12.2001, u skada fis-6.11.2006). Nazzjonalità: mill-Għarabja Sawdita. Tagħrif ieħor: Involut fl-iffinanzjar, il-forniment ta' l-armi, ir-reklutaġġ u l-forniment ta' tipi oħra ta' għajnuna għall-grupp Abu Sayyaf.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Frar 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu

(2008/180/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 170 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu (“Il-Ftehim”).

(2)

Bil-possibbiltà li jkun konkluż aktar tard, il-Ftehim li ntlaħaq fl-4 ta’ Marzu 2004 ġie iffirmat fil-21 ta’ Ġunju, b’applikazzjoni proviżjonali li daħlet fis-seħħ mal-firma tiegħu.

(3)

Il-Ftehim huwa msejjes fuq il-prinċipji tal-benefiċċju reċiproku, l-opportunitajiet reċiproċi ta’ aċċess għall-programmi u l-attivitajiet ta’ xulxin li jkunu rilevanti għall-għan tal-Ftehim, il-ħelsien mid-diskriminazzjoni, il-protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali, u l-qsim ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Il-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti ta’ l-entitajiet legali stabbiliti fir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu se tkun soġġetta għat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ l-entitajiet legali f’pajjiżi terzi, stabbiliti b’deċiżjoni meħuda mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skond l-Artikolu 167 tat-Trattat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit generali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u leġiżlazzjoni oħra applikabbli.

(4)

Il-Ftehim għandu jkun konkluż b’tali mod li l-lingwi ta’ l-Istati Membri kollha jkunu awtentiċi. Dan isir permezz ta’ skambju ta’ ittri.

(5)

Il-Ftehim għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu (3) b’dan qed jiġi approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill f’isem il-Komunità għandu jagħti n-notifika pprovduta fl-Artikolu 7 tal-Ftehim u għandu jkun awtorizzat li japprova mar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, permezz ta’ skambju ta’ ittri, li t-test tal-Ftehim huwa awtentiku fil-lingwi kollha ta’ l-Istati Membri wara l-adeżjonijiet ta’ l-2004 u ta’ l-2007.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  Opinjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 (mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(3)  ĠU L 182, 13.7.2005, p. 12.


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Frar 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael

(2008/181/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 170 tiegħu, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu u l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika ma’ l-Istat ta’ l-Iżrael (Il-“Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim kien iffirmat f’isem il-Komunità fis-16 ta’ Lulju 2007 fi Brussell, soġġett għal konklużjoni possibbli f’data aktar tard.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael (2) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, li jaġixxi f’isem il-Komunità, għandu jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 5 (2) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  Opinjoni tal-25 ta’ Settembru 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Ufficjali)

(2)  ĠU L 220, 25.8.2007, p. 5.


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Frar 2008

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 li tistabbilixxi l-kumitat konsultattiv għall-programm tal-fużjoni

(2008/182/Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari r-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (1), li jikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ soċjetà msejsa fuq l-għarfien, abbażi taż-Żona Ewropea ta’ Riċerka,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għal riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2007-2011) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7.2 tiegħu li jipprovdi li għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat konsultattiv, kif ukoll li għall-aspetti relatati mal-fużjoni, il-kompożizzjoni ta’ dan il-kumitat u r-regoli dettaljati tat-tħaddim u l-proċeduri applikabbli għalih għandhom ikunu kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 li tistabbilixxi l-Kumitat konsultattiv għall-programm tal-fużjoni (CCE-FU) (3),

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni 2005 u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 u b’mod partikolari l-paragrafu 14 tiegħu li jistipula sistema tal-voti fis-CCE-FU,

Billi:

(1)

Is-CCE-FU għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu permezz ta’ sistema piżata ta’ voti f’dak li jirrigwarda l-§5.g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980, biex “jiddefinixxi azzjonijiet prijoritarji bil-ħsieb li jiġi allokat appoġġ preferenzjali”.

(2)

Fil-21 ta’ Marzu 2007, is-CCE-FU unanimament irrakkomanda li jaġġorna s-sistema piżata tal-voti li għandha tkun applikata fi ħdan il-kumitat imsemmi fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980, meta jittratta aspetti relatati mal-fużjoni, sabiex jiġu inklużi d-drittijiet tal-vot ta’ l-Istati Membri l-ġodda wara l-adeżjoni tagħhom.

(3)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, issa huwa f’loku li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980, tiġi emandata kif ġej,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980, l-aħħar żewġ sentenzi għandhom jinbidlu bit-test i ġej:

“Opinjonijiet relatati mal-punt (g) tal-paragrafu 5 għandhom jiġu adottati permezz tas-sistema piżata tal-voti li ġejja:

Il-Belġju

2

Il-Bulgarija

2

Ir-Repubblika Ċeka

2

Id-Danimarka

2

Il-Ġermanja

5

L-Estonja

1

Il-Greċja

2

Spanja

3

Franza

5

L-Irlanda

2

L-Italja

5

Ċipru

1

Il-Latvja

1

Il-Litwanja

2

Il-Lussemburgu

1

L-Ungerija

2

Malta

1

L-Olanda

2

L-Awstrija

2

Il-Polonja

3

Il-Portugall

2

Ir-Rumanija

2

Is-Slovenja

1

Is-Slovakkja

2

Il-Finlandja

2

L-Iżvezja

2

Ir-Renju Unit

5

L-Iżvizzera

2

Total

64

Għall-adozzjoni ta’ opinjoni, il-maġġoranza rikjesta għandha tkun 33 vot favur minn talanqas ħmistax-il delegazzjoni.”

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60. Ikkoreġut bil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 21.

(2)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 404. Ikkoreġut bil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 139.

(3)  Mhux ippubblikat, imma emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/336/Euratom (ĠU L 108, 29.4.2005, p. 64).


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Frar 2008

li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/183/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur CONDORELLI sar vakanti post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Giovanni SPERANZA, Sindaco del Comune di Lamezia Terme, huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Frar 2008

dwar in-nomina ta' membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(2008/184/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 215, it-tieni inċiż,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 128 tiegħu, it-tieni inċiż,

Billi:

Skond l-ittra tat-28 ta' Frar 2008, ippreċiżata mill-ittra tad-29 ta' Frar 2008, is-Sur Markos KYPRIANOU rriżenja minn membru tal-Kummissjoni b'effett mit-2 ta' Marzu 2008, f'nofsillejl. Għandu jinstab sostitut għall-bqija tal-mandat tiegħu,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sinjorina Androula VASSILIOU qed tiġi nnominata membru tal-Kummissjoni għall-perijodu bejn it-3 ta' Marzu 2008 sal-31 ta' Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett mit-3 ta' Marzu 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. COTMAN


Kummissjoni

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Frar 2008

dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 669)

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/185/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964, dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u suwini (1), u partikolarment l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda u tneħija ta’ Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epizootiku (OIE) hija organizzazzjoni internazzjonali appuntata skond il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta’ Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji fl-applikazzjoni tal-GATT 1994 li hija responsabbli għat-twaqqif ta’ regoli internazzjonali tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali. Dawn ir-regoli huma pubblikati fil-Kodiċi Internazzjonali tas-Saħħa tal-Annimali.

(3)

Il-kapitolu tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Saħħa ta’ l-annimali li jitratta l-marda ta’ Aujeszky ġie emendat b’mod sostanzjali.

(4)

Huwa xieraq li jiġu modifikati l-garanziji addizzjonali meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal f’dak li għandu x’jaqsam mal-marda ta’ Aujeszky sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tagħhom mar-regoli internazzjonali dwar din il-marda u l-kontroll aħjar fil-Komunità.

(5)

Kriterji jridu jiġu stabbiliti dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar il-marda ta’ Aujeszky, skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(6)

Il-miżuri provduti għalihom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dispaċċ tal-majjal intenzjonat għat-tkabbir jew produzzjoni destinati għall-Stati Membri jew reġjuni li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky elenkati fl-Anness I u li ġejjin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor jew reġjun mhux elenkat f’dak l-Anness huwa awtorizzat soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

il-marda Aujeszky trid tkun notifikabbli b’mod obbligatorju fl-Istat Membru tal-oriġini;

(2)

pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky, li tissodisfa l-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE, trid tkun fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjuni tal-oriġini taħt is-supervizjoni tal-awtorità kompetenti. Miżuri xierqa fuq trasport tal-majjal u movimenti jridu jkunu fis-seħħ kif jitlob dan il-pjan sabiex ikun evitat it-tixrid tal-marda bejn ażjendi ta’ status differenti;

(3)

fir-rigward għall- ażjendi tal-oriġini tal-majjal:

(a)

l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-tnax il-xahar preċedenti fl-ażjenda in kwestjoni;

(b)

l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-tnax il-xahar preċedenti fl-ażjendi li jinstabu f’żona ta’ 5 km madwar l-ażjenda tal-oriġini tal-majjal; pero, dan il-provediment ma japplikax, f’dawn l-ażjendi ta’ l-aħħar, jekk miżuri ta’ monitoraġġ tal-mard u l-qerda tagħhom ikunu ġew applikati regolarment taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u skond il-pjan tal-qerda msemmija fil-punt (2), u dawn il-miżuri ikunu effettivament evitaw kwalunkwe tixrid ta’ mard għall-ażjenda in kwistjoni;

(ċ)

tilqim kontra l-marda Aujeszky ma tkunx twettqet għal mill-inqas 12-il xahar;

(d)

il-majjal ikun ġie soġġettat għall-inqas f’żewġ okkazjonijiet b’intervall ta’ għall-inqas erba’ xhur għall-sondaġġ seroloġiku għall-preżenza ta’ antibody ADV-gE jew ADV-gB jew ADV-gD jew għall-marda tal-virus Aujeszky intier. Dan is-sondaġġ jrid ikun wera l-assenza tal-marda Aujeszky u li majjal imlaqqam kien liberu minn antibodies gE;

(e)

l-ebda majjal ma kien introdott minn ażjendi ta’ status aktar baxx tas-saħħa ta’ l-annimali għal dak li jirrigwarda l-marda ta’ Aujeszky fit-12-il xahar preċedenti, sakemm ma ġewx ittestjati għall-marda Aujeszky u kien hemm riżultati negattivi;

(4)

il-majjal li ser jiġi mċaqlaq:

(a)

ma ġiex imlaqqam;

(b)

inżamm iżolat f’akkomodazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti, fit-30 jum preċedenti għall-moviment, u b’tali mod li kwalunkwe riskju tat-tixrid tal-marda Aujeszky lil dann il-majjal huwa evitata;

(ċ)

jridu jkunu għexu fl-ażjenda tal-oriġini jew f’ażjenda ta’ status ekwivalenti mit-twelid, u baqgħu fil-ażjenda tal-oriġini għall-inqas għall-:

(i)

30 jum, fil-każ ta’ majjal intiż għall-produzzjoni;

(ii)

90 jum, fil-każ ta’ majjal intiż għat-tkabbir;

(d)

kienu soġġettati b’riżultati negattivi għal ta’ l-inqas żewġ testijiet seroloġiċi għall-ADV-gB jew ADV-gD jew il-virus tal-marda Aujeszky intiera, b’intervall ta’ għall-inqas 30 jum bejn kull test. Pero, f’każ ta’ majjal ta’ età ta’ inqas minn erba’ xhur, it-test seroloġiku għall-ADV-gE ukoll jista’ jintuża. Kampjunar għall-aħħar test irid jitwettaq fi żmien 15- il jum qabel it-trasport bil-baħar. In-numru ta’ majjal ittestjati fl-unità ta’ iżolazzjoni jrid ikun suffiċjenti sabiex isib:

(i)

2 % seroprevalence b’kunfidenza ta’ 95 % fl-unità ta’ iżolazzjoni fil-każ ta’ majjal intiż għall-produzzjoni;

(ii)

0,1 % seroprevalence b’kunfidenza ta’ 95 % fl-unità ta’ iżolazzjoni fil-każ ta’ majjal intiż għat-tkabbir.

Però, l-ewwel miż-żewġ testijiet ma jkunx neċessarju jekk:

(i)

fl-istruttura tal-pjan msemmi fil-punt (2), sondaġġ seroloġiku jkun twettaq fl-ażjenda tal-oriġini bejn 45 u 170 jum qabel it-trasport bil-baħar, li juri l-assenza tal-antibodies tal-marda Aujeszky u li majjal imlaqqam kien liberu minn antibodies gE;

(ii)

il-majjal li ser jiġi mċaqlaq għex fl-ażjenda tal-oriġini mit-twelid;

(iii)

l-ebda majjal ma ċċaqlaq sa’ l-ażjenda tal-oriġini waqt li l-majjal li ser jiġi mċaqlaq nzamm f’iżolazzjoni.

Artikolu 2

Id-dispaċċ ta’ majjal intenzjonat għall-qatla destinati għall-Istati Membri jew reġjuni li huma liberi mill-marda Aujeszky elenkati fl-Anness I u li ġejjin minn kwalunkwe Stat Membru jew reġjun ieħor mhux elenkat f’dak l-Anness, huwa awtorizzat soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-marda Aujeszky trid tkun notifikata b’mod obbligatorju fl-Istati Membri tal-oriġini;

(2)

pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky, li jissodisfa l-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1 (2), irid ikun fis-seħħ fl-Istat Membru jew reġjuni tal-oriġini tal-majjal;

(3)

il-majjal kollu in kwistjoni jrid jiġi trasportat direttament sal-biċċeriji tad-destinazzjoni u/jew:

(a)

jiġi minn ażjenda li jissodisfa l-kundizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 1 (3); jew

(b)

kienu mlaqqam kontra l-marda Aujeszky sa għall-inqas 15-il jum qabel it-trasport tagħhom bil-baħar u jiġu minn ażjenda tal-oriġini fejn:

(i)

fil-qafas tal-pjan msemmi fil-punt (2), miżuri ta’ monitoraġġ u qerda tal-marda Aujeszky ġew applikati regolarment taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti għat-12-il xahar preċedenti;

(ii)

kien baqa’ għall-inqas għal 30 jum qabel id-dispaċċ u fejn l-ebda prova klinika jew patoloġika ta’ din il-marda ma nstabet fil-ħin tal-kompletar taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 7; jew

(ċ)

ma ġiex imlaqqam u jipproċedi minn ażjenda fejn:

(i)

fil-qafas tal-pjan msemmi fil- punt (2), miżuri ta’ monitoraġġ u qerda tal-marda Aujeszky ġew applikati regolarment taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti għat-12-il xahar preċedenti u l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fis-sitt xhur preċedenti;

(ii)

tilqim kontra l-marda Aujeszky u l-introduzzjoni ta’ majjal imlaqqam kien projbii mill-awtoritajiet kompetenti, peress li l-ażjenda hija fil-proċess li tilħaq l-ogħla status għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky skond il-pjan imsemmi fil-punt (2);

(iii)

huma għexu għall-inqas għal 90 jum qabel id-dispaċċ.

Artikolu 3

Majjal intenzjonat għat-tkabbir destinat għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II, fejn programmi għall-qerda tal-marda Aujeszky kienu approvati u huma fis-seħħ, jridu jew:

(1)

jiġu minn Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I, jew:

(2)

jiġu minn

(a)

Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II; u

(b)

ażjenda li tissodisfa il-ħtiġijiet tal-Artikolu 1 (3); jew

(3)

tissodisfa il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-marda Aujeszky trid tkun notifikata b’mod obbligatorju fl-Istati Membri tal-oriġini;

(b)

pjan għall-kontroll u l-qerda tal-marda Aujeszky huwa fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjuni tal- oriġini, li jissodisfaw il-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1(2);

(ċ)

l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-12 il-xahar preċedenti fl-ażjenda tal-oriġini tal-majjal in kwistjoni;

(d)

il-majjal iridu ikun nżamm iżolat f’akkomodazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti għat-30 jum immedjatament preċedenti għall-moviment u inżammu iżolati b’tali mod li kwalunkwe riskju tat-tixrid tal-marda Aujeszky huwa evitat;

(e)

il-majjal iridu ikun ġie soġġettat, b’riżultati negativi, għall-test seroloġiku għall-preżenza ta’ antibodies gE. Kampjunar għall-aħħar test irid jitwettaq fiż-żmien 15-il jum qabel it-trasport bil-baħar. In-numru ta’ majjal ittestjati jrid ikun suffiċjenti sabiex jinstab 2 % seroprevalence b’kunfidenza ta’ 95 % f’dan il-majjal;

(f)

il-majjal irid ikun għex fl-ażjenda tal-oriġini jew f’ażjenda ta’ status ekwivalenti mit-twelid, u jkun baqa’ fl-ażjenda tal-oriġini għall-inqas għal 90 jum.

Artikolu 4

Majjal intiż għall-produzzjoni destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness II, fejn programmi approvati għall-qerda tal-marda Aujeszky huma fis-seħħ, iridu jew:

(1)

jiġu minn Stati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I, jew

(2)

jiġu minn:

(a)

Stati Membri jew regjuni elenkati fl-Anness II; u

(b)

ażjenda li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Artikolu 1 punt (3); jew

(3)

jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-marda Aujeszky trid tkun notifikata b’mod obbligatorju fl-Istat Membru tal-oriġini;

(b)

pjan għall-kontroll u qerda tal-marda Aujeszky, li jissodisfa l-kriterji li jinstabu fl-Artikolu 1 (2) ikun fis-seħħ fl-Istati Membri jew reġjun tal-oriġini;

(ċ)

l-ebda prova klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszky ma ġiet rekordjata fit-12-il xahar preċedenti fl-ażjenda tal-oriġini tal-majjal in kwistjoni;

(d)

sondaġġ seroloġiku għall-marda Aujeszky, li juri l-assenza tagħha u li l-majjal imlaqqam kien liberu minn antibodies gE, ikun twettaq fl-ażjenda tal-oriġini u bejn 45 u 170 ġurnata qabel it-trasport bil-baħar;

(e)

il-majjal irid ikun jew għex fl-ażjenda tal-oriġini mit-twelid jew ikun baqa’ f’tali ażjendi għall-inqas għall-30 jum wara l-introduzzjoni minn ażjenda ta’ status ekwivalenti, fejn sondaġġ seroloġiku ekwivalenti għal dak imsemmi f’punt (d) ikun twettaq.

Artikolu 5

It-testijiet seroloġiċi mwettqa sabiex jimmonitoraw jew isibu l-marda Aujeszky tal-majjal skond din id-Deċiżjoni trid tissodisfa l-istandards li jinstabu fl-Anness III.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 64/432/KEE, informazzjoni dwar it-tfaqqih tal-marda Aujeszky, inklużi detalji ta’ programmi ta’ monitoraġġ u qerda fis-seħħ fi Stati Membri elenkati fl-Anness II u fi Stati Membri oħra jew reġjuni mhux elenkati f’dak l-Anness fejn programmi ta’ monitoraġġ u qerda huma fis-seħħ, jridu jkunu provduti għall-inqas kull sena minn kull Stat Membru skond il-kriterji uniformi li jinstabu fl-Anness IV.

Artikolu 7

1.   Mingħajr preġudizzju għall-provedimentl li jinstabu fil-leġislazzjoni Komunitarja li titratta ċ-ċertifikati tas-saħħa, qabel il-kompletazzjoni, għall-annimali tal-ispeċi porċina destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II, tas-sezzjoni Ċ taċ-ċertifikati tas-saħħa meħtieġa mid-Direttiva 64/432/KEE, il-veterinarju uffiċjali jrid jistabilixxi:

(a)

l-istatus tal- ażjenda u tal-Istat Membru jew reġjun tal-oriġini tal-majjal in kwistjoni għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky;

(b)

fil-każ li l-majjal ma joriġinax minn Stat Membru jew reġjun liberi mill-marda, l-istatus tal-ażjenda tal-Istat Membru jew reġjuni tad-destinazzjoni għall-majjal in kwistjoni għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky;

(ċ)

il-konformità tal-majjal in kwistjoni mal-kundizzjonijiet li jinstabu f’din id-Deċiżjoni.

2.   Għall-annimali tal-ispeċi porċina destinati għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II, iċ-ċertifikazzjoni taħt il-paragrafu 4 tas-Sezzjoni Ċ taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1 jrid jiġi kompletat u supplementat kif ser jingħad:

(a)

fl-ewwel indent, wara l-kelma “marda:” il-kelma “Aujeszky” trid tiġi miżjuda;

(b)

fit-tieni inċiż, riferenza trid issir għal din id-Deċiżjoni. Fl-istess linja, n-numru tal-Artikolu ta’ din id-Deċiżjoni, li hija rilevanti għall-majjal in kwistjoni, trid tiġi ikkwotata fil-parentesi.

Artikolu 8

Stati Membri jridu jiżguraw li meta majjal destinat għall-Istati Membri jew reġjuni elenkati fl-Anness I jew II huma trasportati, dawn ma jiġux f’kuntatt ma’ majjal ta’ status differenti jew mhux magħruf, għal dak li jirrigwarda l-marda Aujeszky, waqt trasport jew transitu.

Artikolu 9

Id-Deċiżjoni 2001/618/KE hija mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/729/KE.

(3)  Ara l-Anness V.


ANNESS I

Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn tilqim huwa projbit

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Nièvre, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

CY

Ċipru

It-territorju kollu

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

It-territorju kollu

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha ta’ l-Ingilterra, l-Iskozja u l-Galles


ANNESS II

Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn programmi approvati għall-kontroll tal-marda Aujeszky jinsabu fis-seħħ

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

It-territorju kollu

ES

Spanja

It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja.

It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil- Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León.

It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji

FR

Franza

Id-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord

IT

L-Italja

Il-provinċja ta’ Bolzano

NL

L-Olanda

It-territorju kollu


ANNESS III

Standards għat-testijiet seroloġiċi tal-marda Aujeszky — Protokoll għall-enżimi konessi mal-immunosorbent assay (ELISA) għat-tiftixa ta’ antibodies għall-virus tal-marda Aujeszky (il-virus kollu), sal-glycoproteina B (ADV-gB), sal-glycoproteina D (ADV-gD) jew sal-glycoproteina E (ADV-gE)

1.

L-istituti elenkati fil-paragrafu 2(d) jridu jevalwaw testijiet u kits Elisa ADV-gE kontra l-kriterji fil-paragrafi 2(a), (b) u (ċ). L-awtorità kompetenti f’kull Stat Membru trid tiżgura li l-kits Elisa ADV-gE biss li huma konformi ma’ dawn l-istandards ikunu reġistrati. L-eżamijiet elenkati f’2(a) u (b) jridu jitwettqu qabel l-approvazzjoni tat-test u l-eżami f’2(ċ), għall-inqas, jridu jitwettqu fi żmien wara għall-kull baċċ.

2.

Standardiżżar, sensitività u speċifikazzjoni tat-test.

(a)

Is-sensitività tat-test trid tkun ta’ tali livell li s-segwenti sera ta’ riferenza Komunitarji jirriżultaw pożittiv:

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV 1 b’taħlita 1:8,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE A,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE B,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE C,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE D,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE E,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE F.

(b)

L-ispeċifikazzjoni tat-test trid tkun ta’ tali livell li s-segwenti sera ta’ riferenza Komunitarja jirriżultaw negattivi:

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE G,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE H,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE J,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE K,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE L,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE M,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE N,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE O,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE P,

Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV-gE Q.

(ċ)

Għall-kontroll tal-baċċ, Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV 1 trid tirriżulta pożittiva f’taħlita 1:8 u wieħed mis-sera ta’ riferenza Komunitarja mill-ADV-gE G sal-ADV-gE Q, kif elenkati fil-punt (b), jridu jrriżultaw negattiv.

Għall-kontroll tal-baċċ ta’ kits ADV-gB u ADV-gD, Serum ta’ riferenza Komunitarja ADV 1 trid trriżulta pożittiv fit-taħlita ta’ 1:2 u Serum ta’ riferenza Komunitarja Q imsemmija f’(b) trid tirriżulta negattiv.

(d)

L-istituti elenkati hawn taħt iridu, minbarra dan, jkunu responsabbli għall-verifika tal-kwalità tal-metodu ELISA f’kull Stat Membru, u partikolarment għall-produzzjoni u standardiżżar ta’ sera ta’ riferenza nazzjonali skond is-sera ta’ riferenza Komunitarja.

AT

AGES: Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH — Institut für veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling (Austrian Agency for Health and Consumer Protection — Institute for veterinary investigations Mödling)

Robert Koch-Gasse 17

A-2340 Mödling

Tel. +43 (0) 505 55-38112

Faks +43 (0) 505 55-38108

E-mail: vetmed.moedling@ages.at

BE

CODA — CERVA — VAR

Veterinary and Agrochemical Research Centre

Groeselenberg 99

B-1180 Brussels

CY

State Veterinary Laboratory

Veterinary Services

1417 Athalassa

Nicosia

CZ

DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Standort Wusterhausen

Seestraße 55

D-16868 Wusterhausen

Tel. + 49 33979 80-0

Faks + 49 33979 80-200

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Lindholm

DK-4771 Kalvehave

EE

Veterinaar- ja Toidulaboratoorium

Kreutzwaldi 30, 51006 Tartu, Estonia

Tel. + 372 7 386 100

Faks + 372 7 386 102

E-mail: info@vetlab.ee

ES

Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete

Carretera de Algete, km 8

Algete 28110 (Madrid)

Tel. +34 916 290 300

Faks +34 916 290 598

E-mail: lcv@mapya.es

FI

Finnish Food Safety Authority

Animal Diseases and Food Safety Research

Mustialankatu 3

FI-00790 Helsinki, Finland

E-mail: info@evira.fi

Tel. +358 20 772 003 (exchange)

Faks +358 20 772 4350

FR

Laboratoire d’études et de recherches avicoles, porcines et piscicoles

AFSSA site de Ploufragan/Brest —

LERAPP

BP 53

22440 Ploufragan

UK

Veterinary Laboratories Agency

New Haw, Addlestone, Weybridge

Surrey KT15 3NB, UK

Tel. (44-1932) 341111

Faks (44-1932) 347046

GR

Centre of Athens Veterinary Institutes

25 Neapoleos Street,

GR-153 10 Agia Paraskevi Attiki

Tel. +30 2106010903

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel. +36 1 460-6300

Faks +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu

IE

Virology Division

Central Veterinary Research Laboratory

Department of Agriculture and Food Laboratories

Backweston Campus

Stacumny Lane

Celbridge

Co. Kildare

IT

Centro di referenza nazionale per la malattia di Aujeszky —

Pseudorabbia c/o Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell’Emilia Romagna,

Via Bianchi, 9;

25124 Brescia

LT

National Veterinary Laboratory

(Nacionalinė veterinarijos laboratorija)

J. Kairiūkščio 10

LT-08409 Vilnius

LU

CODA — CERVA — VAR

Veterinary and Agrochemical Research Centre

Groeselenberg 99

B-1180 Brussels

LV

Nacionālais diagnostikas centrs

(National Diagnostic Centre)

Lejupes iela 3, Rīga, LV-1076

Tel. +371 7620526

Faks +371 7620434

E-mail: ndc@ndc.gov.lv

MT

NL

Centraal Instituut voor Dierziekte Controle

CIDC-Lelystad

Hoofdvestiging: Houtribweg 39

Nevenvestiging: Edelhertweg 15

Postbus 2004

8203 AA Lelystad

PL

Laboratory Departement of Swine Diseases

Państwowy Instytut Weterynaryjny – Państwowy Instytut

Badawczy

al. Partyzantów 57, 24-100 Puławy

Tel. +48 81 889 30 00

Faks +48 81 886 25 95

E-mail: sekretariat@piwet.pulawy.pl

PT

Laboratório Nacional de Investigação Veterinária (LNIV)

Estrada de Benfica, 701

P-1549-011 Lisboa

SE

Statens veterinärmedicinska anstalt

Department of Virology

S-751 89 Uppsala

Tel. (46-18) 67 40 00

Faks (46-18) 67 44 67

SI

Univerza v Ljubljani

Veterinarska fakulteta

Nacionalni veterinarski inštitut

Gerbičeva 60,

SI-1000 Ljubljana

SK

Štátny veterinárny ústav

Pod dráhami 918

960 86 Zvolen

Slovenska republika


ANNESS IV

Kriterji dwar l-informazzjoni li trid tiġi provduta dwar il-ġrajja tal-marda Aujkesky (AD) u dwar pjanijiet għall-monitoraġġ u l-qerda ta’ din il-marda, li jridu jiġu provduti skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

1.

Stat Membru: …

2.

Data: …

3.

Perjodu tar-rapport: …

4.

Numru ta’ ażjendi fejn jinstab l-AD permezz ta’ investigazzjonijiet kliniċi, seroloġiċi jew viroloġiċi: …

5.

Informazzjoni dwar vaċċini tal-AD, investigazzjonijiet seroloġiċi u kategoriżazzjoni ta’ ażjendi (jekk jogħġbok imla t-tabella annessa):

Reġjun

Numru ta’ ażjendi tal-majjal

Numru ta’ ażjendi tal-majjal skond programm AD (1)

Numru ta’ ażjendi tal-majjal mhux infettati bl-AD

(bil-vaċċinazzjoni) (2)

Numru ta’ ażjendi tal-majjal liberi mill-AD

(mingħajr vaċċinazjoni) (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

6.

Informazzjoni oħra dwar monitoraġġ seroloġiku f’Ċentri ta’ Inseminazzjoni Artifiċjali, għall-fini ta’ esportazzjoni, fl-istruttura ta’ skemi oħra ta’ sorveljanza, eċċ.: …


(1)  Programm taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

(2)  Ażjenda tal-majjal fejn testijiet seroloġiċi għall-AD twettqu b’riżultati negattivi skond programm uffiċjali AD u fejn vaċċinazzjoni ġiet applikata fit-12 il-xahar preċedenti.

(3)  Ażjendi tal-majjal li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(3).


ANNESS V

DEĊIŻJONI MĦASSRA FLIMKIEN MA’ LISTA TA’ L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE

(ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/746/KE

(ĠU L 278, 23.10.2001, p. 41)

Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 1

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/905/KE

(ĠU L 335, 19.12.2001, p. 22)

Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 2

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/270/KE

(ĠU L 93, 10.4.2002, p. 7)

L-Artikolu 3 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/130/KE

(ĠU L 52, 27.2.2003, p. 9)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/575/KE

(ĠU L 196, 2.8.2003, p. 41)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/320/KE

(ĠU L 102, 7.4.2004, p. 75)

L-Artikolu 2 u l-Anness II biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/768/KE

(ĠU L 290, 4.11.2005, p. 27)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/911/KE

(ĠU L 346, 9.12.2006, p. 41)

Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 1 u punt 12 ta’ l-Anness

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/603/KE

(ĠU L 236, 8.9.2007, p. 7)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE

(ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26)

Biss fir-rigward tar-referenza għad-Deċiżjoni 2001/618/KE fl-Artikolu 1 u punt 10 ta’ l-Anness


ANNESS VI

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Deċiżjoni 2001/618/KE

Din id-Deċiżjoni

Artikoli 1(a) u (b)

Artikolu 1, punti 1 u 2

Artikolu 1(ċ), l-ewwel sal-ħames inċiż

Artikolu 1, punti 3(a) sa (e)

Artikolu 1(d), l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 1, punti 4(a) sa (d)

Artikoli 2(a) u (b)

Artikolu 2 punti 1 u 2

Artikolu 2 (ċ), l-ewwel sat-tielet inċiż

Artikolu 2 punti 3(a) sa (ċ)

Artikolu 3(a)

Artikolu 3, punt 1

Artikolu 3(b), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 3, punti 2(a) u (b)

Artikolu 3(ċ), l-ewwel sas-sitt inċiż

Artikolu 3, punti 3(a) sa (f)

Artikolu 4(a)

Artikolu 4, punt 1

Artikolu 4(b), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 4, punti 2(a) u (b)

Artikolu 4(ċ), l-ewwel sal-ħames inċiż

Artikolu 4, punti 3(a) sa (e)

Artikoli 5 sa 8

Artikoli 5 sa 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 10

Annessi I sa IV

Annessi I sa IV

Anness V

Anness VI


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/31


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/186/PESK

tat-3 ta’ Marzu 2008

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Lulju 2003 l-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK (1) dwar l-Iraq b’implimentazzjoni Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtá tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC), jiġifieri r-Riżoluzzjoni 1483(2003).

(2)

Fit-18 ta' Diċembru 2007 l-UNSC adotta r-Riżoluzzjoni 1790(2007) li biha ddeċieda inter alia li l-arranġamenti speċifiċi dwar id-dħul mill-esportazzjonijiet Iraqini ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali, u dwar l-immunità minn proċeduri legali ta' ċerti assi Iraqini, kif imsemmija fir-Riżoluzzjoni UNSCR 1483(2003) u fir-Riżoluzzjoni UNSCR 1546(2004), għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2008.

(3)

Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha għalhekk tiġi emendata.

(4)

Hija neċessarja azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implementati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Mit-22 ta' Mejju 2003, id-dħul mill-kummerċ ta' l-esportazzjonijiet ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat, u gass naturali mill-Iraq għandu jiġi ddepożitat fil-Fond Għall-Iżvilupp ta' l-Iraq skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1483(2003).”;

(2)

il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 5:

“4.   Il-privileġġi u l-immunitajiet previsti fil-paragrafi 1, 2(a), u 2(b) m'għandhomx japplikaw għall-ebda ġudizzju finali li jirriżulta minn obbligazzjoni kuntrattwali li l-Iraq ikkonkluda wara t-30 ta’ Ġunju 2004.”;

(3)

fl-Artikolu 7, it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2008.”.

Artikolu 2

L-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/553/PESK huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell 3 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODOBNIK


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 72. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni Komuni 2004/553/PESK (ĠU L 246, 20.7.2004, p. 32).


4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/32


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/187/PESK

tat-3 ta’ Marzu 2008

dwar miżuri restrittivi kontra l-gvern illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

B'ittra datata l-25 ta’ Ottubru 2007 indirizzata lis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, il-President tal-Kummissjoni ta’ l-Unjoni Afrikana (UA) talab l-appoġġ ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għas-sanzjonijiet li l-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà ta’ l-Unjoni Afrikana ddeċieda li jimponi fl-10 ta’ Ottubru 2007 kontra l-awtoritajiet illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros, konsegwentement għall-elezzjonijiet Presidenzjali li saru hemm f'kondizzjonijiet mhux sodisfaċenti.

(2)

L-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja d-deċiżjoni ta’ l-UA li timplimenta sanzjonijiet kontra l-gvern illegali ta’ Anjouan u persuni assoċjati miegħu, f'rispons għar-rifjut persistenti tagħhom li jaħdmu lejn il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet li huma favorevoli għal stabbiltà u rikonċiljazzjoni fil-Komoros, u bil-ħsieb li l-awtoritajiet illegali ta’ Anjouan jaċċettaw li l-elezzjonijiet il-ġodda għandhom ikunu kredibbli, trasparenti u mmexxijin sew.

(3)

Tenħtieġ azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu fit-territorji tagħhom tal-membri tal-gvern illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Anjouan”) u persuni assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness.

2.   Il-paragrafu 1 mhux ser jobbliga Stat Membru jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess milli jidħlu fit-territorju tiegħu.

3.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn Stat Membru hu marbut b'obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqgħa minn, jew taħt l-awspiċi ta', in-Nazzjonijiet Uniti;

(c)

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni ta’ l-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.   Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiz li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun iġġustifikat abbażi ta’ ħtieġa umanitarja urġenti, jew abbażi ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt f'Anjouan.

7.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni ser tiġi kkunsidrata bħala mogħtija ħlief jekk wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kunsill jagħmel oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika ta’ l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.   F’każijiet fejn skond il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew transitu fit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, li huma l-proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati mill-membri individwali tal-gvern illegali ta’ Anjouan, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp assoċjat magħhom, kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom ikunu disponibbli direttament jew indirettament jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jsiru disponibbli ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a)

meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta’ l-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġonevoli u r-rimborż ta’ spejjeż assoċjati ma’ l-għoti ta’ servizzi legali;

(c)

maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma ta’ rutina jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi;

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika r-raġunijiet li għalihom jikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

4.   Il-paragrafu 2 m'għandux japplika b'żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a)

interessi jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti dovuti skond kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi,

sakemm kwalunkwe tali interess, qligħ u pagament ieħor ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 3

Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'uninamita' fuq proposta minn Stat Membru jew il-Kummissjoni, għandu jadotta modifiki għal-lista li tinsab fl-Anness kif meħtieġ skond żviluppi politiċi f'Anjouan.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġi revokata, imġedda jew emendata kif xieraq, fid-dawl ta’ żviluppi politiċi f'Anjouan.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 6

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODOBNIK


ANNESS

Lista ta' membri tal-gvern illegali ta' Anjouan u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 2

Isem

Mohamed Bacar

Sess

M

Funzjoni

President awto-proklamat

Titolu

Ġeneral

[Post tat-twelid]

Barakani

Data tat-twelid

5.5.1962

Numru tal-passaport

01AB01951/06/160, data tal-ħruġ: 1.12.2006

Isem

Jaffar Salim

Sess

M

Funzjoni

“Ministru tal-Intern”

[Post tat-twelid]

Mutsamudu

Data tat-twelid

26.6.1962

Numru tal-passaport

06BB50485/20 950, data tal-ħruġ: 1.2.2007

Isem

Mohamed Abdou Madi

Sess

M

Funzjoni

“Ministru għall-Kooperazzjoni”

[Post tat-twelid]

Mjamaoué

Data tat-twelid

1956

Numru tal-passaport

05BB39478, data tal-ħruġ 1.8.2006

Isem

Ali Mchindra

Sess

M

Funzjoni

“Ministru għall-Edukazzjoni”

[Post tat-twelid]

Cuvette

Data tat-twelid

20.11.1958

Numru tal-passaport

03819, data tal-ħruġ 3.7.2004

Isem

Houmadi Souf

Sess

M

Funzjoni

“Ministru għas-Servizz Ċivili”

[Post tat-twelid]

Sima

Data tat-twelid

1963

Numru tal-passaport

51427, data tal-ħruġ 4.3.2007

Isem

Rehema Boinali

Sess

M

Funzjoni

“Ministru għall-Enerġija”

[Post tat-twelid]

 

Data tat-twelid

1967

Numru tal-passaport

540355, data tal-ħruġ 7.4.2007

Isem

Dhoihirou Halidi

Sess

M

Titolu

Direttur tal-Kabinet.

Funzjoni

Uffiċjal Superjuri ferm assoċjata mal-gvern illegali ta' Anjouan

[Post tat-twelid]

Bambao Msanga

Data tat-twelid

8.3.1965

Numru tal-passaport

64528, data tal-ħruġ 19.9.2007

Isem

Abdou Bacar

Sess

M

Titolu

Lieutenant-Colonel

Funzjoni

Uffiċjal Militari Superjuri, strumentali fl-appoġġ għall-gvern illegali ta' Anjouan

[Post tat-twelid]

Barakani

Data tat-twelid

2.5.1954

Numru tal-passaport

54621, data tal-ħruġ 23.4.2007