ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 336

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
20 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta' informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa ta' l-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 336/1


REGOLAMENT (KE) Nru 1445/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Diċembru 2007

li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta' informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa ta' l-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Sabiex jinkiseb paragun dirett bejn il-Prodott Gross Domestiku (PGD) f’termini ta’ volum bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li l-Komunità għandha ħtieġa essenzjali li jkollha Paritajiet tas-Setgħa ta' l-Infiq (hawn aktar 'il quddiem “PPPs”) li jeliminaw d-differenzi fil-livell tal-prezzijiet bejn l-Istati Membri.

(2)

Il-PPPs tal-Komunità jeħtieġu li jiġu prodotti skond metodoloġija armonizzata, konsistenti mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (3), li jistabbilixxi qafas għall-kostruzzjoni tal-kontijiet nazzjonali fl-Istati Membri.

(3)

L-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jipproduċu data għall-PPPs reġjonali.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (4) jipprovdi li r-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali taħt l-objettiv ta' konverġenza għandhom ikunu reġjuni li jikkorrispondu għat-tieni livell tal-klassifika komuni ta' l-unitajiet territorjali għall-istatistika fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifika komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (5). Il-PGD per kapita ta' tali reġjuni mkejjel f' termini ta' PPPs u kkalkulat fuq il-bażi tal-figuri Komunitarji għall-perjodu 2000 sa 2002 huwa anqas minn 75 % tal-medja tal-PGD ta' l-UE 25 għall-istess perjodu ta' referenza. Fin-nuqqas ta’ PPPs reġjonali, il-PPPs nazzjonali għandhom iservu biex tiġi stabbilita l-lista tar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali. PPPs nazzjonali jistgħu jintużaw wkoll sabiex jiġi determinat l-ammont ta’ fondi li għandhom jitqassmu lil kull reġjun.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jipprovdi li l-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni għandhom ikunu dawk li d-dħul gross nazzjonali (GNI) tagħhom per capita, imkejjel f' termini ta'PPPs u kkalkulat fuq il-bażi ta' figuri Komunitarji għall-perjodu 2001 sa 2003, ikun anqas minn 90 % tal-medja tal-GNI ta' l-UE 25 u li għandhom programm sabiex jilħqu l-kundizzjonijiet tal-konverġenza ekonomika msemmija fl-Artikolu 104 tat-Trattat.

(6)

L-Artikolu 1 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, stabbilit fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (6), (hawn aktar 'il quddiem “Regolamenti tal-Persunal”) jiddikjara li, għall-finijiet tar-reviżjoni meħtieġa skond l-Artikolu 65(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji kull sena qabel it-tmiem ta’ Ottubru rapport dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell, il-paritajiet ekonomiċi bejn Brussell u ċerti postijiet fl-Istati Membri, u l-bidliet fis-setgħa ta’ l-infiq tas-salarju ta’ min jaħdem fis-servizzi ċivili nazzjonali tal-gvern ċentrali.

(7)

Kull sena, il-Kummissjoni (Eurostat) diġà qed tiġbor informazzjoni bażika dwar il-PPPs mingħand l-Istati Membri fuq bażi volontarja. Din l-operazzjoni saret prattika stabbilita fl-Istati Membri. Madankollu, huwa neċessarju qafas legali li jiżgura l-iżvilupp sostenibbli, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-PPPs.

(8)

Il-forniment ta' riżultati preliminari fuq bażi regolari, kif hija l-prassi bħalissa, għandu jinżamm sabiex l-aktar figuri reċenti jkunu dejjem disponibbli.

(9)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (7).

(10)

B’mod partikulari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta d-definizzjonijiet, biex tirranġa l-intestaturi bażiċi fl-Anness II u biex tiddefinixxi kriterji ta’ kwalità. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(11)

Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' regoli komuni għall-forniment ta' informazzjoni bażika dwar il-PPPs u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif ġie stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(12)

Il-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (8), ġie ikkonsultat skond l-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni biex tiġi pprovduta l-informazzjoni bażika dwar il-PPPs, u għall-kalkolu u għad-distribuzzjoni tagħhom.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   L-informazzjoni bażika li għandha tkun ipprovduta għandha tkun dik id-data meħtieġa biex jiġu kalkulati l-PPPs u tiġi żgurata l-kwalità tagħhom.

Dik l-informazzjoni bażika għandha tinkludi l-prezzijiet, il-piżijiet ta' l-infiq tal-PGD, u data oħra elenkata fl-Anness I.

Id-data għandha tinġabar bil-frekwenza minima prevista fl-Anness I. Ġbir aktar frekwenti tad-data għandu jsir biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali u ġustifikati.

2.   Il-PPPs għandhom jiġu kalkulati mill-medja nazzjonali annwali tal-prezzijiet ta’ l-oġġetti u tas-servizzi, billi tintuża l-informazzjoni bażika li għandha x’taqsam mat-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri kif stabbilit taħt is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunita' (hawn aktar 'il quddiem “ESA 95”).

3.   Il-PPPs għandhom jiġu kalkulati skond l-intestaturi bażiċi kif elenkati fl-Anness II, b’mod konsistenti mal-klassifikazzjonijiet tal-PGD relatati definiti fir-Regolament (KE) Nru 2223/96.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Parità/Paritajiet tas-Setgħa ta' l-Infiq” (“PPP”/“PPPs”) tfisser mezzi spazjali ta’ deflazzjoni u konvertituri ta’ valuta, li jneħħu l-effetti tad-differenzi fil-livelli tal-prezzijiet bejn l-Istati Membri, u b’hekk jippermettu paraguni ta’volum bejn il-komponenti tal-PGD u paraguni fil-livelli tal-prezzijiet.

(b)

Standard tas-Setgħa ta' l-Infiq” (“PPS”) tfisser l-unità artifiċjali tal-valuta komuni ta’ referenza użata fl-Unjoni Ewropea biex turi l-volum ta’ l-ammonti ekonomiċi meħudin f’daqqa għall-fini ta’ paraguni spazjali b’mod li jitneħħew id-differenzi fil-livell tal-prezzijiet bejn l-Istati Membri.

(ċ)

“Prezzijiet” tfisser il-prezzijiet tax-xiri mħallsa mill-konsumaturi aħħarija.

(d)

“Piżijiet ta’ l-infiq” tfisser l-ishma tal-komponenti tan-nefqa bil-prezz kurrenti tal-PDG.

(e)

“Intestatura bażika” tfisser l-aktar livell baxx ta’ l-aggregazzjoni ta’ l-oġġetti fl-analiżi statistika tal-PDG li għalihom huma kalkulati l-paritajiet.

(f)

“Oġġetti” tfisser prodotti jew servizzi definiti b’mod preċiż sabiex jintużaw fl-osservazzjoni tal-prezzijiet.

(g)

“Kirjiet attwali u attribwiti” għandha jkollha t-tifsira mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1722/2005 (9).

(h)

“Kumpens ta’ l-impjegati” għandha jkollha t-tifsira mogħtija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96.

(i)

“Fatturi ta’ aġġustament temporali” tfisser fatturi użati biex jiġu aġġustati l-prezzijiet medji li nkisbu fiż-żmien meta sar is-survey għall-prezzijiet medji annwali.

(j)

“Fatturi ta’ aġġustament spazjali” tfisser il-fatturi użati biex jiġu aġġustati l-prezzijiet medji li nkisbu minn lokalità, jew aktar minn lokalità waħda, fit-territorju ekonomiku ta’ Stat Membru għall-prezzijiet medji nazzjonali.

(k)

“Oġġetti rappreżentattivi” tfisser dawk li huma, jew jitqiesu li huma, f’termini ta’ nefqa totali relattiva fi ħdan intestatura bażika, fost l-aktar oġġetti importanti mixtrija fis-swieq nazzjonali.

(l)

“Indikaturi ta’ rappreżentattività” tfisser għodod li jimmarkaw jew indikaturi oħrajn li jidentifikaw dawk l-oġġetti li l-Istati Membri għażlu bħala rappreżentattivi.

(m)

“Equi-rappreżentattività” tfisser kwalità meħtieġa mill-kompożizzjoni tal-lista ta’ l-oġġetti għal intestatura bażika, b’kull Stat Membru jkun jista’ jipprezza dak in-numru ta’ oġġetti rappreżentattivi li huwa proporzjonat ma’ l-eteroġeneità tal-prodotti u mal-livelli tal-prezzijiet koperti mill-intestatura bażika u n-nefqa tiegħu fuq l-intestatura bażika.

(n)

“Transittiv” tfisser il-propjetà fejn paragun dirett bejn kwalunkwe żewġ Stati Membri jagħti l-istess riżultat bħal paragun indirett via kwalunkwe Stat Membru ieħor.

(o)

“Żball” ifisser użu mhux korrett ta’ l-informazzjoni bażika jew applikazzjoni mhux xierqa tal-proċedura tal-kalkolu.

(p)

“Sena ta’ referenza” tfisser sena kalendarja li għaliha jirreferu r-riżultati annwali speċifiċi.

(q)

“Stat fiss” ifisser li, meta r-riżultati jiġu kalkulati fil-bidu għal grupp ta’ Stati Membri u sussegwentement ir-riżultati jiġu kalkulati għal grupp usa’ ta’ Stati Membri, il-PPPs bejn il-grupp ta’ Stati Membri oriġinali għandhom madanakollu jinżammu.

Artikolu 4

Rwoli u responsabbiltajiet

1.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun responsabbli biex:

(a)

tikkoordina li tkun pprovduta l-informazzjoni bażika;

(b)

tikkalkula u tippubblika l-PPPs;

(ċ)

tiżgura l-kwalità tal-PPPs, skond l-Artikolu 7;

(d)

tiżviluppa u tikkomunika metodoloġija, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri;

(e)

tiżgura li l-Istati Membri għandhom l-opportunità li jikkummentaw dwar ir-riżultati tal-PPP qabel il-pubblikazzjoni u li jiġi meħud kont xieraq ta' kwalukwe kumment bħal dan;

(f)

tabbozza u tiddissemina l-manwal tal-metodoloġija msemmi fil- punt 1.1 ta' l-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Anness I meta jkunu qed jipprovdu l-informazzjoni bażika.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu approvazzjoni bil-miktub tar-riżultati tas-survey li għalihom huma responsabbli, hekk kif jitlesta l-proċess ta’ tisħiħ tad-data, kif speċifikat fil-punt 5.2 ta’ l-Anness I, f'perjodu ta' mhux aktar minn xahar.

L-Istati Membri għandhom japprovaw il-metodoloġija tal-ġbir tad-data u jikkontrollaw kemm hija plawsibbli d-data, inklużi l-oġġetti ta’ l-informazzjoni bażika pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 5

It-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni bażika

1.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu l-informazzjoni bażika elenkata fl-Anness I lill-Kummissjoni (Eurostat) skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti dwar it-trasmissjoni tad-data.

2.   L-informazzjoni bażika elenkata fl-Anness I għandha tkun trasmessa fil-format tekniku u fil-perjodi ta’ żmien speċifikati f’dak l-Anness.

3.   F’każi fejn l-oġġetti ta’ informazzjoni bażika huma pprovduti lill-Istati Membri mill-Kummissjoni (Eurostat), il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dikjarazzjoni tal-metodu sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu kontroll ta’ plawsibilità.

Artikolu 6

Unitajiet statistiċi

1.   L-informazzjoni bażika elenkata fl-Anness I għandha tinkiseb jew mill-unitajiet ta' l-statistika kif iddefinit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 (10) jew minn sorsi oħrajn li jipproduċu data li tilħaq il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ kwalità speċifikati fil-punt 5.1 ta’ l-Anness I. Kull Stat Membru għandu jinnotifika t-tip ta' unit jew sors ta' statistika lill-Kummissjoni meta tintbagħat id-data.

2.   L-unitajiet ta' l-statistika li ssir referenza għalihom mqabbda mill-Istati Membri biex jipprovdu data jew biex jikkooperaw fil-ġbir tad-data għandhom jippermettu l-monitoraġġ tal-prezzijiet tabilħaqq mitluba u għandhom jagħtu informazzjoni onesta u sħiħa fil-waqt li din tintalab.

Artikolu 7

Kriterji tal-kwalità u l-kontroll

1.   Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri għandhom iwaqqfu sistema għall-kontroll tal-kwalità bbażata fuq rapporti u verifiki kif speċifikat taħt il-punt 5.3 ta’ l-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), fuq talba tagħha, bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tevalwa l-kwalità ta’ l-informazzjoni bażika elenkata fl-Anness I.

L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bid-dettalji u r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla sussegwenti fil-metodi użati jew kwalunkwe devjazzjoni mill-manwal metodoloġiku speċifikat fl-Anness I.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapporti tal-kwalità dwar is-surveys li għalihom huma responsabbli, kif speċifikat fit-Taqsima 5 ta’ l-Anness I.

4.   Il-kriterji komuni li fuqhom huma bbażati l-kontroll ta' kwalità u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità, kif speċifikat fil-punt 5.3 ta’ l-Anness I, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 8

Perjodiċita

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkalkula l-PPPs b' referenza għal kull sena kalendarja.

Artikolu 9

Disseminazzjoni

1.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippubblika r-riżultati annwali finali mhux aktar tard minn 36 xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza.

Il-pubblikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq data disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data tal-pubblikazzjoni.

Xejn f' dan il-paragrafu m’għandu jaffettwa d-dritt tal-Kummissjoni (Eurostat) biex tippubblika r-riżultati preliminari qabel 36 xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza u l-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħmel dawn disponibbli għall-pubbliku inkluż fuq il-website tagħha.

2.   Ir-riżultati ppubblikati mill-Kummissjoni (Eurostat) f’livell ta’ ammont globali għal kull Stat Membru għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

il-PPPs fil-livell tal-PGD,

(b)

il-PPPs għan-nefqa privata tal-konsum ta’ familja u l-konsum individwali reali,

(ċ)

l-indiċijiet tal-livelli tal-prezzijiet relattivi għall-medja Komunitarja, u

(d)

il-PGD, in-nefqa privata tal-konsum tal-familja u l-konsum individwali reali u l-figuri rispettivi per capita f’PPS.

3.   Jekk ir-riżultati jiġu kalkulati għal grupp usa’ ta’ pajjiżi, il-PPPs ta’ l-Istati Membri għandhom, madanakollu, jinżammu skond il-prinċipju ta’ l-istat fiss.

4.   Il-PPPs finali ppubblikati ġeneralment m’għandhomx jiġu riveduti.

Madanakollu, f’każ ta’ żbalji li jaqgħu fl-ambitu tat-Taqsima 10 ta’ l-Anness I, ir-riżultati kkoreġuti għandhom ikunu ppubblikati skond il-proċedura stabbilita f’dik it-taqsima.

Għandhom jitwettqu reviżjonijiet ġenerali eċċezzjonali jekk, minħabba tibdiliet fil-kunċetti bażiċi ta’ l-ESA 95 li jaffettwaw ir-riżultati tal-PPP, l-indiċi tal-volum tal-PGD għal kwalunkwe Stat Membru jinbidel b’aktar minn punt perċentwali.

Artikolu 10

Ko-effiċjenti tal-korrezzjoni

L-Istati Membri m’għandhomx ikunu meħtieġa li jagħmlu s-surveys biss għall-fini li jistabbilixxu l-ko-effiċjenti ta’ korrezzjoni li għandhom ikunu applikati għar-remunerazzjoni u għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali tal-Komunità u l-impjegati l-oħrajn skond ir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 11

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b' kont meħud għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Iż-żmien indikat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 12

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.   Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri li jqisu t-tibdiliet ekonomiċi u tekniċi, għandhom ikunu adottati, sakemm dan ma jinvolvix żjieda sproporzjonata fl-ispejjeż ta’ l-Istati Membri, kif stabbilitfil-paragrafi 2 u 3.

2.   Il-miżuri li ġejjin, li huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2):

(a)

it-tfassil ta’ sett ta’ standards minimi sabiex tinkiseb il-komparabilità essenzjali u r-rappreżentattività tad-data kif speċifikat fil-punti 5.1 u 5.2 ta' l-Anness I;

(b)

it-tfassil tar-rekwiżiti preċiżi dwar il-metodoloġija li għandha tiġi użata kif speċifikat fl-Anness I; u

(ċ)

l-istabbiliment u l-irranġar ta’ deskrizzjonijiet dettaljati tal-kontenut ta’ intestaturi bażiċi, sakemm dawn jibqgħu kompatibbli ma’ l-ESA95 jew ma’ kwalunkwe sistema suċċessiva.

3.   Il-miżuri li ġejjin magħmula biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, anke billi jissupplimentawhom, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3):

(a)

l-adattament tad-definizzjonijiet;

(b)

l-irranġar tal-lista ta’ intestaturi bażiċi (kif speċifikat fl-Anness II); u

(c)

it-tfassil ta’ kriterji ta’ kwalità u l-istruttura ta' rapporti ta' kwalità, skond l-Artikolu 7(4).

Artikolu 13

Finanzjament

1.   L-Istati Membri għandhom jirċievu mill-Kummissjoni kontribut finanzjarju ta' massimu ta' 70 % ta' l-ispejjeż eliġibbli skond ir-regoli rigward l-għotjiet tal-Kummissjoni.

2.   L-ammont ta' kontribut finanzjarju bħal dan għandu jiġi ffissat bħala parti mill-proċeduri baġitarji annwali ta' l-Unjoni Ewropea. L-awtorità tal-baġit għandha tiddetermina l-approprjazzjonijiet disponibbli ta' kull sena.

Artikolu 14

Reviżjoni u Rapport

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu ta' dan ir-Regolament. Għandu jkun rivedut, jekk ikun xieraq, fuq il-bażi ta’ rapport u proposta tal-Kummissjoni, imressqa quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli b’mod dirett fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta' Diċembru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 45.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007.

(3)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1267/2003 (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6).

(5)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1).

(6)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1895/2006 (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 6).

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(8)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1722/2005 ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prinċipji biex ikunu stmati servizzi ta'l-abitazzjoni għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsil (KE, EURATOM) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (ĠU L 276, 21.10.2005, p. 5).

(10)  Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta' l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunita' (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

METODOLOĠIJA

1.   MANWAL TAL-METODOLOĠIJA U PROGRAMM TA’ ĦIDMA

1.1.   Għandu jkun ipprovdut Manwal tal-metodoloġija mill-Kummissjoni (Eurostat), wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, li jiddeskrivi l-metodi użati fl-istadji differenti ta’ meta jkunu qed jiġu kkompilati l-PPPs, inklużi l-metodi sabiex tkun ivvalutata l-informazzjoni bażika nieqsa u sabiex ikunu vvalutati l-paritajiet neqsin. Il-manwal tal-metodoloġija ikun irrivedut kull meta ssir tibdila sinifikattiva. Jista’ jintroduċi metodi ġodda sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data, jitnaqqsu l-ispejjeż u jeħfief il-piż tal-fornituri tad-data.

1.2.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistabbilixxi, sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, Programm ta’ Ħidma annwali għas-sena kalendarja ta’ wara bl-iffissar ta’ skeda sabiex tkun speċifikata u pprovduta l-informazzjoni bażika meħtieġa għal dik is-sena.

1.3.   Il-Programm ta’ Ħidma annwali għandu jiddetermina l-format sabiex tkun ipprovduta d-data li se tkun użata mill-Istati Membri, u kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa sabiex isir il-kalkolu u l-pubblikazzjoni tal-PPPs.

1.4.   L-informazzjoni bażika pprovduta skond il-paragrafu 1.2 tista’ tkun riveduta, imma r-riżultati għas-sena ta’ referenza għandhom jiġu kalkulati mill-informazzjoni disponibbli skond l-iskeda speċifikata fl-Artikolu 9. Fejn l-informazzjoni ma tkunx kompleta jew ma tkunx disponibbli f’dik id-data, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħmel stima ta’ l-informazzjoni bażika nieqsa.

1.5.   Fil-każ li Stat Membru ma jirnexxilux jippreżenta informazzjoni bażika kompluta, huwa għandu jispeċifika għaliex l-informazzjoni mhix kompluta, meta huwa jkun se jippreżenta informazzjoni kompluta jew, jekk ikun xieraq, għaliex ma jistax jipprovdi l-informazzjoni kompluta.

2.   L-INFORMAZZJONI BAŻIKA

2.1.   Punti ta’ informazzjoni bażika

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Informazzjoni Bażika skond l-Artikoli 2 u 4 u l-inqas frekwenza ta’ meta tiġi pprovduta data ġdida għandha tkun:

Informazzjoni Bażika

L-Inqas Frekwenza

Il-piżijiet ta’ l-infiq tal-PGD (1)

Annwali

Il-kiri reali u attribwit (2)

Annwali

Il-kumpens ta’ l-impjegati

Annwali

Il-fatturi ta’ aġġustament temporali

Annwali

Il-prezzijiet ta’ l-oġġetti u s-servizzi tal-konsumatur u l-indikaturi tar-rappreżentattività relatati

3 snin (3)

Il-prezzijiet ta’ l-oġġetti tat-tagħmir

3 snin

Il-prezzijiet tal-proġetti ta’ kostruzzjoni

3 snin

Il-fatturi ta’ aġġustament spazjali

6 snin

2.2.   Il-proċedura biex tinkiseb l-informazzjoni bażika

Il-Kummissjoni (Eurostat), wara li tqis il-fehmiet ta’ l-Istati Membri, tiddetermina s-sorsi u l-fornituri tad-data li ser tintuża għal kull wieħed mill-oġġetti fil-lista ta’ l-Informazzjoni Bażika msemmija aktar ’il fuq. Jekk il-Kummissjoni (Eurostat) tikseb l-informazzjoni bażika mingħand fornitur tad-data li mhux Stat Membru, dan ta’ l-aħħar jiġi meħlus mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 5.1.4 sa 5.1.13.

3.   IL-PREZZIJIET MEDJI NAZZJONALI

3.1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2(2), il-ġbir tad-data jista’ ikun limitat għal lokalità waħda jew aktar minn waħda fi ħdan territorju ekonomiku. Data bħal din tista’ tintuża għall-kalkoli tal-PPP sakemm ikollha magħha l-fatturi xierqa ta’ aġġustament. Dawn il-fatturi ta' aġġustament spazjali għandhom jintużaw sabiex tiġi aġġustata data tas-surveys fil-lokalitajiet rilevanti għal dik rappreżentattiva tal-medja nazzjonali.

3.2.   Il-fatturi ta’ aġġustament spazjali għandhom jiġu pprovduti fuq livell ta’ intestatura bażika. M’għandux ikollhom aktar minn sitt snin fil-perjodu ta’ referenza tas-survey.

4.   IL-PREZZIJIET MEDJI ANNWALI

Minkejja d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2(2), il-ġbir tad-data jista’ jkun limitat għal perjodu ta’ żmien speċifiku. Data bħal din tista’ tintuża għall-kalkoli tal-PPP sakemm ikollha magħha l-fatturi ta’ aġġustament temporali xierqa. Dawn il-fatturi ta’ aġġustament temporali għandhom jintużaw biex tiġi aġġustata d-data tas-surveys f’dan il-perjodu għal dik rappreżentattiva tal-medja annwali.

5.   KWALITÀ

5.1.   L-inqas standards għall-informazzjoni bażika

5.1.1.   Il-lista ta’ l-oġġetti li għandhom jiġu pprezzati tkun imfassla sabiex tinkludi l-oġġetti li l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom jiżguraw komparabilità bejn il-pajjiżi.

5.1.2.   Il-lista ta’ l-oġġetti li għandhom jiġu pprezzati għandha tkun imfassla b’mod li kull Stat Membru jista’ jindika mill-inqas oġġett wieħed rappreżentattiv, li jista’ jiġi pprezzat f’mill-inqas pajjiż wieħed ieħor għal kull intestatura bażika.

5.1.3.   Il-lista ta’ l-oġġetti għandha tkun imfassla sabiex jinkiseb l-ogħla livell prattikabbli ta’ rappreżentattività indaqs, ħalli mill-inqas, kull pajjiż ikollu jipprezza oġġett rappreżentattiv wieħed għal kull intestatura bażika u dan l-oġġett rappreżentattiv għandu jkun ipprezzat minn, għall-inqas, pajjiż ieħor.

5.1.4.   Kull Stat Membru għandu jipprezza l-oġġetti skond l-ispeċifikazzjonijiet fil-lista ta’ l-oġġetti.

5.1.5.   Kull Stat Membru għandu jipprezza numru biżżejjed ta’ oġġetti f’kull intestatura bażika li huma disponibbli fis-suq tiegħu, anki jekk jistgħu ma jkunux ikkunsidrati bħala rappreżentattivi ta’ dik l-intestatura bażika.

5.1.6.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi l-prezzijiet ta’ mill-inqas oġġett wieħed rappreżentattiv f’kull intestatura bażika. L-oġġetti rappreżentattivi għandhom ikunu indikati b’indikatur tar-rappreżentattività.

5.1.7.   Kull Stat Membru għandu jiġbor numru biżżejjed ta’ kwotazzjonijiet tal-prezzijiet għal kull oġġett ipprezzat biex ikun żgurat prezz medju ta’ min joqgħod fuqu għal kull oġġett meta titqies l-istruttura tas-suq tiegħu.

5.1.8.   L-għażla tat-tipi ta’ ħwienet għandha tkun imfassla sabiex tirrifletti b’mod adegwat il-mudell tal-konsum domestiku fi ħdan l-Istati Membru skond l-oġġett.

5.1.9.   L-għażla tal-ħanut f’lokalità għandha tkun imfassla sabiex tirrifletti b’mod adegwat il-mudell tal-konsum tar-residenti tal-lokalità u kemm ikunu disponibbli l-oġġetti.

5.1.10.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) b’data dwar il-kumpens ta’ l-impjegati għal xogħlijiet partikolari b’referenza għas-settur tal-Gvern Ġenerali (S 13) kif iddefinit fl-ESA 95.

5.1.11.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bil-fatturi ta’ aġġustament temporali li jippermettu l-kalkolu tal-PPPs mill-prezzijiet miġbura fi żmien speċifiku li jirriflettu b’mod adegwat il-livell tal-prezz medju annwali.

5.1.12.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bil-fatturi ta’ aġġustament spazjali li jippermettu l-kalkolu tal-PPPs bil-prezzijiet miġbura fil-lokalitajiet speċifiċi li jirriflettu b’mod adegwat il-livell tal-prezz medju nazzjonali.

5.1.13.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bil-piżijiet relatati ma’ kull intestatura bażika kif speċifikat fl-Anness II li jirriflettu x-xejriet ta’ l-infiq fl-Istat Membru għas-sena ta’ referenza.

5.2.   L-inqas standards għall-validazzjoni tar-riżultati tas-survey tal-prezzijiet

5.2.1.   Kull Stat Membru għandu, qabel ma jittrasmetti d-data lill-Kummissjoni (Eurostat), iwettaq reviżjoni tal-validità tad-data bbażata fuq:

l-ogħla u l-inqas prezzijiet,

il-prezz medju u l-ko-effiċjent tal-varjazzjoni,

in-numru ta’ l-oġġetti pprezzati għal kull intestatura bażika,

in-numru ta’ oġġetti rappreżentattivi pprezzati għal kull intestatura bażika, u

in-numru ta’ prezzijiet osservati għal kull oġġett.

5.2.2.   Għodda elettronika li jkun fiha l-algoriżmi meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafu 5.2.1 għandha tkun ipprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) lill-Istati Membri.

5.2.3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, qabel ma tiffinalizza r-riżultati tas-survey, twettaq kontrolli ta’ validità flimkien ma’ l-Istati Membri, ibbażati fuq indikaturi fosthom:

Għal kull intestatura bażika:

In-numru ta’ oġġetti pprezzati minn kull pajjiż;

In-numru ta’ oġġetti attribwiti b’indikatur ta’ rappreżentattività minn kull pajjiż;

L-indiċi tal-livell tal-prezzijiet;

Ir-riżultati tas-survey ta’ qabel li jkopri l-istess intestatura bażika; u

L-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet f’termini tal-PPP għal kull pajjiż.

Għal kull oġġett:

In-numru ta’ prezzijiet osservati minn kull pajjiż; u

Il-ko-effiċjenti tal-varjazzjoni ta’:

(i)

il-prezzijiet medji fil-muniti nazzjonali,

(ii)

l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet f’termini tal-PPP, u

(iii)

l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet f’termini tal-PPP għal kull pajjiż.

5.2.4.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, qabel ma tiffinalizza r-riżultati tal-PPP f’livell ta’ aggregazzjoni, twettaq kontrolli ta’ validità bbażati fuq l-indikaturi, fosthom:

Fuq il-livell tal-PGD totali u l-aggregazzjonijiet ewlenin tiegħu:

il-konsistenza tal-piżijiet ta’ l-infiq tal-PGD u l-istimi tal-popolazzjoni bid-data ppubblikata;

il-paragun bejn l-indiċijiet tal-volum per capita għall-kalkoli korrenti u ta’ qabel; u

il-paragun ta’ l-indiċijiet tal-livell tal-prezzijiet għall-kalkoli korrenti u ta’ qabel.

Fuq il-livell ta’ kull intestatura bażika

Il-paragun ta’ l-istruttura tal-PGD mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għall-kalkoli korrenti u ta’ qabel; u

L-estimi tad-data nieqsa, fejn huwa rilevanti.

5.3.   Rappurtaġġ u valutazzjoni

5.3.1.   Kull Stat Membru għandu jżomm dokumentazzjoni li tagħti deskrizzjoni sħiħa tal-mod li bih kien implimentat dan ir-Regolament. Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) u għall-Istati Membri l-oħrajn.

5.3.2.   Kull Stat Membru għandu jkollu l-proċess tiegħu tal-PPP ivvalutat mill-inqas darba kull sitt snin mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-valutazzjonijiet, ippjanati kull sena u inklużi fil-Programm ta’ Ħidma annwali, għandhom jirrivedu l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandu jsir rapport, ibbażat fuq din il-valutazzjoni, lill-Kummissjoni (Eurostat) u jsir disponibbli b'mod pubbliku inkluż fuq il-website tagħha.

5.3.3.   Skond l-Artikolu 7(3), ftit wara kull survey tal-prezzijiet tal-konsumatur, għandu jingħata rapport lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-Istat Membru responsabbli bl-informazzjoni dwar kif sar is-survey. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lil kull Stat Membru b’sommarju ta’ dawn ir-rapporti.

6.   IL-PROĊEDURA TAS-SURVEY TAL-PREZZIJIET LI JĦALLAS IL-KONSUMATUR

6.1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu surveys tal-prezzijiet skond il-Programm ta’ Ħidma.

6.2.   Għal kull survey, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprepara lista ta’ l-oġġetti għas-survey, ibbażata fuq proposti li għandhom isiru minn kull Stat Membru għal kull intestatura bażika.

6.3.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi, flimkien mal-lista ta’ l-oġġetti, fl-ilsna uffiċjali kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, traduzzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet kollha f’kull lista tas-survey.

7.   IL-PROĊEDURA TAL-KALKOLU

7.1.   Il-kalkolu tal-paritajiet bilaterali fuq il-livell ta’ l-intestatura bażika

(a)

Il-kalkolu tal-paritajiet multilaterali Èltetò-Köves-Szulc (hawn aktar 'il quddiem “EKS”) fuq livell ta’ intestatura bażika għandha tkun ibbażata fuq matriċi ta’ paritajiet bilaterali għal kull par ta’ pajjiżi parteċipanti.

(b)

Il-kalkolu tal-paritajiet bilaterali għandhom jitwettqu b’referenza għall-prezzijiet osservati għal, u l-indikaturi tar-rappreżentattività attribwiti lil, oġġetti bażiċi.

(ċ)

Il-prezz medju tas-survey għal kull oġġett għandu jkun stabbilit bħala l-prezz intermedju (i.e. bejn żewġ estremi) sempliċi miksub bl-aritmetika ta’ l-osservazzjonijiet tal-prezzijiet rekordjati għal dak l-oġġett.

(d)

Il-prezz nazzjonali annwali medju għandu jiġi kkalkulat, fejn hu meħtieġ, fuq il-bażi tal-prezz medju tas-survey permezz tal-fatturi ta’ aġġustament spazjali u temporali xierqa.

(e)

Sussegwentement, il-proporzjonijiet tal-prezzijiet medji aġġustati għandhom jiġu kalkulati, fejn huwa possibbli, għall-oġġetti u l-pari ta’ pajjiżi parteċipanti, flimkien mar-riżultat ta’ l-inverżjoni tagħhom.

(f)

Għandhom jiġu kkalkulati PPPs, fejn huwa possibbli, għall-pari kollha ta’ pajjiżi parteċipanti għall-intestatura bażika. Għal kull par ta’ pajjiżi parteċipanti, il-PPPs għandhom jiġu kkalkulati bħala l-medju ġeometriku peżat ta’:

il-medju ġeometriku tal-proporzjonijiet tal-prezzijiet ta’ l-oġġetti li huma indikati bħala rappreżentattivi taż-żewġ pajjiżi;

il-medju ġeometriku tal-proporzjonijiet tal-prezzijiet ta’ l-oġġetti li huma indikati bħala rappreżentattivi ta’ l-ewwel pajjiż imma mhux tat-tieni;

il-medju ġeometriku tal-proporzjonijiet tal-prezzijiet ta’ l-oġġetti li huma indikati bħala rappreżentattivi tat-tieni pajjiż imma mhux ta’ l-ewwel,

bl-użu ta' piżijiet li jirriflettu r-rappreżentattività relattiva ta’ l-oġġetti kollha pprezzati miż-żewġ pajjiżi.

7.2.   Stima tal-paritajiet bilaterali neqsin

Jekk għal kwalunkwe intestatura bażika, il-PPPs bilaterali ma jistgħux jiġu kkalkulati, il-PPPs bilaterali neqsin għandhom jiġu kalkulati, fejn huwa possibbli, billi tintuża l-proċedura standard biex tiġi kkalkulata l-medja ġeometrika tal-paritajiet indiretti permezz tal-pajjiżi terzi. Jekk il-matriċi tal-PPPs bilaterali għal intestatura bażika xorta jkun fiha kwalunkwe valur nieqes wara l-proċedura ta’ stima, konsegwentement il-kalkolu tal-paritajiet multilaterali ta’ l-EKS ma jkunx possibbli għall-pajjiżi li għalihom huma neqsin il-PPPs bilaterali. Il-paritajiet ta’ l-“EKS” neqsin bħal dawn għandhom sussegwentement jiġu kalkulati mill-Kummissjoni (Eurostat), permezz tal-PPPs ta’ referenza minn intestaturi bażiċi simili, jew kwalunkwe metodu adegwat ta’ stima.

7.3.   Il-kalkolu tal-paritajiet bilaterali fuq livell ta’ aggregazzjoni

(a)

Fil-kalkolu tal-paritajiet bilaterali fuq livell partikolari tal-kontijiet nazzjonali, għandha titwettaq aggregazzjoni billi jintużaw il-paritajiet ta’ l-“EKS” (ara l-paragrafu 7.4), u l-piżijiet ta’ l-infiq tal-PGD għall-intestaturi bażiċi li huma s-sisien tal-proċess.

(b)

Sussegwentement għandha tiġi kkalkula parità tat-tip Laspeyres għal-livell magħżul ta’ aggregazzjoni bħala l-kwantità intermedja (i.e. bejn żewġ estremi) miġjuba permezz ta’ l-aritmetika tal-paritajiet għall-intestaturi bażiċi li huma s-sisien tal-proċess, mgħobbija bil-perċentaġġi relattivi (jew bil-valuri nominali) għat-tieni pajjiż għal kull par ta’ pajjiżi parteċipanti.

(ċ)

Sussegwentement għandha tiġi kkalkula parità tat-tip Paasche għal-livell magħżul ta’ aggregazzjoni bħala l-kwantità armonika intermedja tal-paritajiet għall-intestaturi bażiċi li huma s-sisien tal-proċess, mgħobbija bil-perċentaġġi relattivi (jew bil-valuri nominali) għall-ewwel pajjiż għal kull par ta’ pajjiżi parteċipanti.

(d)

Sussegwentement għandha tiġi kkalkula parità tat-tip Fisher għal-livell magħżul ta’ aggregazzjoni bħala l-kwantità intermedja ġeometrika tal-paritajiet tat-tip Laspeyres u tat-tip Paasche li kienu stabbiliti għal kull par ta’ pajjiżi parteċipanti.

7.4.   Il-kalkolu tal-ppps multilaterali transittivi

Il-kalkolu tal-paritajiet transittivi multilaterali għandhom jitwettqu jew fuq livell ta’ intestatura bażika jew fuq kwalunkwe livell ta’ aggregazzjoni billi tintuża l-proċedura “EKS” ibbażata fuq matriċi kompleta tal-paritajiet tat-tip Fisher bejn kull par ta’ pajjiżi parteċipanti kif ġej:

Image

fejn tEKSs tindika l-parità EKS bejn il-pajjiż s u l-pajjiż t;

tFstindika l-parità tat-tip Fisher bejn il-pajjiż s u l-pajjiż t;

z tindika n-numru ta’ pajjiżi parteċipanti.

8.   IT-TRAŻMISSJONI

8.1.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-mudelli għat-trażmissjoni elettronika ta’ l-informazzjoni bażika meħtieġa biex jiġu kalkulati l-PPPs.

8.2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni bażika lill-Kummissjoni (Eurostat) skond il-mudelli.

9.   IL-PUBBLIKAZZJONI

Minbarra d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista’ tippubblika r-riżultati fuq livell aktar dettaljat wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri.

10.   IL-KORREZZJONIJIET

10.1.   Meta jinstab żball minn Stat Membru, għandu minnufih, u fuq l-inizjattiva tiegħu, jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-informazzjoni bażika korretta. Barra minn hekk, Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni (Eurostat) bi kwalunkwe suspett li għandu dwar applikazzjoni mhux xierqa tal-proċedura tal-kalkolu.

10.2.   Wara li ssir taf bi żball, li sar jew minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni (Eurostat), il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tinforma lill-Istati Membri u tikkalkula mill-ġdid il-PPPs f’xahar.

10.3.   Jekk l-iżbalji misjuba jirriżultaw f’bidla ta’ mill-inqas 0,5 punti perċentwali fuq il-livell tal-PGD per capita fl-SKI ta’ kwalukwe Stat Membru, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippubblika korrezzjoni mill-aktar fis possibbli, sakemm żbalji bħal dawn ma jinstabux aktar tard minn tliet xhur wara li r-riżultati jkunu ġew ippubblikati.

10.4.   Fejn sar żball, il-korp responsabbli għandu jieħu passi sabiex ma jħallix li dan jerġa’ jiġri fil-futur.

10.5.   Ir-reviżjonijiet li saru wara 33 xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza għall-piżijiet ta’ l-infiq tal-PGD jew għall-istimi tal-popolazzjoni m’għandhomx jeħtieġu li ssir korrezzjoni fir-riżultati tal-PPP.


(1)  Dawn il-piżijiet għandhom ikunu konsistenti ma’ l-inqas livell ta’ aggregati disponibbli minn kontijiet nazzjonali. Jekk id-dettall rikjest m’huwiex disponibbli, l-Istat Membru jista’ jagħti l-aħjar stimi għall-pożizzjonijiet li jonqsu.

(2)  L-approċċ tal-kwantità ta’ stokk ta’abitazzjonijiet, kif deskritt fil-manwal metodoloġiku, jista’ jintuza minflok l-approċċ tal-prezz f’każijiet fejn kirjiet attwali huma neqsin jew ma tistax toqgħod fuqhom fis-sens ta’ statistika skond ir-Regolament (KE) Nru 1722/2005.

(3)  L-inqas frekwenza tirreferi għal meta tkun ipprovduta l-informazzjoni għal grupp ta’ prodotti partikolari, relatata maċ-ċiklu rikorrenti tas-surveys.


ANNESS II

L-intestaturi bażiċi kif definiti fl-Artikolu 3 (e)

BH Nr.

Deskrizzjoni

L-INFIQ TAL-KONSUM INDIVIDWALI MILL-FAMILJI

L-IKEL U X-XORB MHUX ALKOĦOLIKU

 

L-ikel

 

Il-ħobż u ċ-ċereali [COICOP 01.1.1]

1

Ir-ross

2

Ċereali oħrajn, id-dqiq u prodotti oħrajn taċ-ċereali

3

Il-ħobż

4

Prodotti oħrajn tal-forn

5

Il-prodotti ta’ l-għaġin

 

Il-laħam [COICOP 01.1.2]

6

Iċ-ċanga u l-vitella

7

Il-majjal

8

Il-laħam tal-ħaruf, tal-muntun u tal-mogħża

9

Il-laħam tat-tjur

10

Laħam ieħor u l-ġewwieni ta’ l-annimal li jittiekel

11

Delicatessen u preparazzjonijiet oħra bil-laħam

 

Il-ħut u l-frott tal-baħar [COICOP 01.1.3]

12

Il-ħut u l-frott tal-baħar frisk, imkessaħ jew iffriżat

13

Il-ħut u l-frott tal-baħar ippreservat jew ipproċessat

 

Il-ħalib, il-ġobon u l-bajd [COICOP 01.1.4]

14

Il-ħalib frisk

15

Il-ħalib ippreservat u l-prodotti l-oħra tal-ħalib

16

Il-ġobon

17

Il-bajd u l-prodotti b’bażi tal-bajd

 

Iż-żjut u x-xaħmijiet [COICOP 01.1.5]

18

Il-butir

19

Il-marġerin

20

Żjut u xaħmijiet oħrajn li jittieklu

 

Il-frott [COICOP 01.1.6]

21

Il-frott frisk jew imkessaħ

22

Il-frott u l-prodotti b’bażi ta’ frott iffriżati, ippreservati jew ipproċessati

 

Il-ħaxix [COICOP 01.1.7]

23

Il-ħaxix frisk jew imkessaħ għajr għall-patata

24

Il-patata friska jew imkessħa

25

Il-ħaxix jew il-prodotti b’bażi ta’ ħaxix iffriżati, ippreservati jew ipproċessati

 

Iz-zokkor, il-ġamm, l-għasel, iċ-ċikkulata u l-ħlewwiet [COICOP 01.1.8]

26

Iz-zokkor

27

Il-ġammijiet, il-marmalejds u l-għasel

28

Il-ħlewwiet, iċ-ċikkulata u l-preparazzjonijiet l-oħra tal-kawkaw

29

Il-graniti, il-ġelati u s-sorbetti

 

Il-prodotti ta’ l-ikel n.e.c. [COICOP 01.1.9]

30

Il-prodotti ta’ l-ikel n.e.c.

 

Ix-xorb mhux alkoħoliku

 

Il-kafè, it-te u x-xarbiet sħan magħmula mit-trab tal-kawkaw bil-ħalib jew bl-ilma [COICOP 01.2.1]

31

Il-kafè, it-te u x-xarbiet sħan magħmula mit-trab tal-kawkaw bil-ħalib jew bl-ilma

 

L-ilmijiet minerali, ix-xarbiet mingħajr alkoħol, il-meraq tal-frott u tal-ħaxix [COICOP 01.2.2]

32

L-ilmijiet minerali

33

Ix-xarbiet mingħajr alkoħol u l-konċentrati

34

Il-meraq tal-frott u tal-ħaxix

IX-XORB ALKOĦOLIKU, IT-TABAKK U N-NARKOTIĊI

 

Ix-xorb alkoħoliku

 

L-ispirti [COICOP 02.1.1]

35

L-ispirti

 

L-inbid [COICOP 02.1.2]

36

L-inbid

 

Il-birra [COICOP 02.1.3]

37

Il-birra

 

It-tabakk

 

It-tabakk [COICOP 02.2.0]

38

It-tabakk

 

In-narkotiċi

 

In-narkotiċi [COICOP 02.3.0]

39

In-narkotiċi

L-ILBIES U X-XDUD TAS-SAQAJN

 

L-ilbies

 

Il-materjali ta’ l-ilbies [COICOP 03.1.1]

40

Il-materjali ta’ l-ilbies

 

Il-ħwejjeġ [COICOP 03.1.2]

41

L-ilbies ta’ l-irġiel

42

L-ilbies tan-nisa

43

L-ilbies tat-tfal u tat-trabi

 

Oġġetti oħrajn ta’ l-ilbies u l-aċċessorji ta’ l-ilbies [COICOP 03.1.3]

44

Oġġetti oħrajn ta’ l-ilbies u l-aċċessorji ta’ l-ilbies

 

It-tindif, it-tiswija u l-kera ta’ l-ilbies [COICOP 03.1.4]

45

It-tindif, it-tiswija u l-kera ta’ l-ilbies

 

Ix-xdud tas-saqajn

 

Iż-żraben u xdud oħrajn [COICOP 03.2.1]

46

Ix-xdud tas-saqajn ta’ l-irġiel

47

Ix-xdud tas-saqajn tan-nisa

48

Ix-xdud tas-saqajn tat-tfal u tat-trabi

 

It-tiswija u l-kera tax-xdud tas-saqajn [COICOP 03.2.2]

49

It-tiswija u l-kera tax-xdud tas-saqajn

L-AKKOMODAZZJONI FID-DJAR, L-ILMA, L-ELETTRIKU, IL-GASS U FJUWILS OĦRAJN

 

Il-kiri reali għad-djar

 

Il-kiri reali għad-djar [COICOP 04.1.1 and 04.1.2]

50

Il-kiri reali għad-djar

 

Il-kiri attribwit għad-djar

 

Il-kiri attribwit għad-djar [COICOP 04.2.1 and 04.2.2]

51

Il-kiri attribwit għad-djar

 

Iż-żamma u t-tiwsijiet tad-dar/tal-flatt

 

Il-materjali għaż-żamma u t-tiswijiet tad-dar/tal-flatt [COICOP 04.3.1]

52

Il-materjali għaż-żamma u t-tiswijiet tad-dar/tal-flatt

 

Is-servizzi għaż-żamma u t-tiswijiet tad-dar/tal-flatt [COICOP 04.3.2]

53

Is-servizzi għaż-żamma u t-tiswijiet tad-dar/tal-flatt

 

Il-provvista ta’ l-ilma u t-taħlita ta’ servizzi li għandhom x’jaqsmu mad-dar/mal-flatt

 

Il-provvista ta’ l-ilma [COICOP 04.4.1]

54

Il-provvista ta’ l-ilma

 

Taħlita ta’ servizzi li għandhom x’jaqsmu mad-dar/mal-flatt [COICOP 04.4.2, 04.4.3 and 04.4.4]

55

Taħlita ta’ servizzi li għandhom x’jaqsmu mad-dar/mal-flatt

 

L-elettriku, il-gass u fjuwils oħrajn

 

L-elettriku [COICOP 04.5.1]

56

L-elettriku

 

Il-gass [COICOP 04.5.2]

57

Il-gass

 

Il-fjuwils likwidi [COICOP 04.5.3]

58

Il-fjuwils likwidi

 

Il-fjuwils solidi [COICOP 04.5.4]

59

Il-fjuwils solidi

 

L-enerġija tas-sħana [COICOP 04.5.5]

60

L-enerġija tas-sħana

IT-TAGĦMIR KOLLU TA’ KAMRA, IT-TAGĦMIR TAD-DAR U Ż-ŻAMMA TA’ RUTINA TAD-DAR

 

L-għamara u t-tagħmir kollu ta’ kamra, it-twapet u l-kisi l-ieħor ta’ l-art

 

L-għamra u t-tagħmir kollu ta’ kamra [COICOP 05.1.1]

61

L-għamara tal-kċina

62

L-għamara tal-kamra tas-sodda

63

L-għamara tal-kamra ta’ użu ġenerali u tal-kamra tal-pranzu

64

Għamara oħra u tagħmir tal-kamra ieħor

 

It-twapet u l-kisi l-ieħor ta’ l-art [COICOP 05.1.2]

65

It-twapet u l-kisi l-ieħor ta’ l-art

 

It-tiswija ta’ l-għamara, tat-tagħmir u tal-kisi ta’ l-art [COICOP 05.1.3]

66

It-tiswija ta’ l-għamara, tat-tagħmir u tal-kisi ta’ l-art

 

It-tessuti għad-dar

 

It-tessuti għad-dar [COICOP 05.2.0]

67

It-tessuti għad-dar

 

It-tagħmir tad-dar

 

It-tagħmir ewlieni tad-dar kemm jekk jaħdem b l-elettriku u kemm jekk le [COICOP 05.3.1]

68

It-tagħmir ewlieni tad-dar kemm jekk jaħdem bl-elettriku u kemm jekk le

 

It-tagħmir iż-żgħir tad-dar li jaħdem b l-elettriku [COICOP 05.3.2]

69

It-tagħmir iż-żgħir tad-dar li jaħdem bl-elettriku

 

It-tiswija tat-tagħmir tad-dar [COICOP 05.3.3]

70

It-tiswija tat-tagħmir tad-dar

 

L-oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u tad-dar

 

L-oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u tad-dar [COICOP 05.4.0]

71

L-oġġetti tal-ħġieġ, tal-mejda u tad-dar

 

L-għodod u t-tagħmir tad-dar u tal-ġnien

 

L-għodod u t-tagħmir ewlenija [COICOP 05.5.1]

72

L-għodod u t-tagħmir ewlenija

 

L-għodod iż-żgħar u taħlita ta’ aċċessorji [COICOP 05.5.2]

73

L-għodod iż-żgħar u taħlita ta’ aċċessorji

 

L-oġġetti u s-servizzi biex id-dar tinżamm fis tat tajjeb ta’ manutenzjoni

 

L-oġġetti tad-dar li ma tantx idumu jservu [COICOP 05.6.1]

74

L-oġġetti tad-dar li ma tantx idumu jservu

 

Is-servizzi domestiċi u s-servizzi tad-dar [COICOP 05.6.2]

75

Is-servizzi domestiċi

76

Is-servizzi tad-dar

IS-SAĦĦA

 

Il-prodotti, it-tagħmir u l-apparat mediċi

 

Il-prodotti farmaċewtiċi [COICOIP 06.1.1]

77

Il-prodotti farmaċewtiċi

 

Il-prodotti mediċi l-oħrajn [COICOP 06.1.2]

78

Il-prodotti mediċi l-oħrajn

 

It-tagħmir u l-apparat terapewtiku [COICOP 06.1.3]

79

It-tagħmir u l-apparat terapewtiku

 

Is-servizzi ta’ out-patients (għal pazjenti li jmorru l-isptar għall-kura imma ma jibqgħux hemmhekk)

 

Is-servizzi mediċi [COICOP 06.2.1]

80

Is-servizzi mediċi

 

Is-servizzi dentali [COICOP 06.2.2]

81

Is-servizzi dentali

 

Is-servizzi paramediċi [COICOP 06.2.3]

82

Is-servizzi paramediċi

 

Is-servizzi ta’ l-isptar

 

Is-servizzi ta’ l-isptar [COICOP 06.3.0]

83

Is-servizzi ta’ l-isptar

IT-TRASPORT

 

Ix-xiri tal-vetturi

 

Il-karozzi bil-mutur [COICOP 07.1.1]

84

Il-karozzi bil-mutur b’makna taħdem bid-diżil

85

Il-karozzi bil-mutur b’makna taħdem bil-petrol ta’ ċilindrata ta’ inqas minn 1 200  ċk

86

Il-karozzi bil-mutur b’makna taħdem bil-petrol ta’ ċilindrata ta’ bejn l-1 200  ċk u l-1 699  ċk

87

Il-karozzi bil-mutur b’makna taħdem bil-petrol ta’ ċilindrata ta’ bejn l-1 700  ċk u l-2 999  ċk

88

Il-karozzi bil-mutur b’makna taħdem bil-petrol ta’ ċilindrata ta’ 3 000  ċk u iktar

 

Il-motoċikletti [COICOP 07.1.2]

89

Il-motoċikletti

 

Il-bajsikils [COICOP 07.1.3]

90

Il-bajsikils

 

Il-vetturi miġbuda mill-annimali [COICOP 07.1.4]

91

Il-vetturi miġbuda mill-annimali

 

Il-ħidma ta’ l-apparat tat-trasport personali

 

Il-partijiet tal-karozza li jistgħu jinbidlu u l-aċċessorji għall-apparat tat-trasport personali [COICOP 07.2.1]

92

Il-partijiet tal-karozza li jistgħu jinbidlu u l-aċċessorji għall-apparat tat-trasport personali

 

Il-fjuwils u l-lubrikanti għall-apparat tat-trasport personali [COICOP 07.2.2]

93

Il-fjuwils u l-lubrikanti għall-apparat tat-trasport personali

 

Iż-żamma u t-tiswija ta’ l-apparat tat-trasport personali [COICOP 07.2.3]

94

Iż-żamma u t-tiswija ta’ l-apparat tat-trasport personali

 

Servizzi oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ l-apparat tat-trasport personali [COICOP 07.2.4]

95

Servizzi oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ l-apparat tat-trasport personali

 

Is-servizzi tat-trasport

 

It-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija [COICOP 07.3.1]

96

It-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija

 

It-trasport tal-passiġġieri bis-sewqan [COICOP 07.3.2]

97

It-trasport tal-passiġġieri bis-sewqan

 

It-trasport tal-passiġġieri bl-ajru [COICOP 07.3.3]

98

It-trasport tal-passiġġieri bl-ajru

 

It-trasport tal-passiġġieri bil-baħar u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni [COICOP 07.3.4]

99

It-trasport tal-passiġġieri bil-baħar u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni

 

Trasport tal-passiġġieri mħallat [COICOP 07.3.5]

100

Trasport tal-passiġġieri mħallat

 

Servizzi oħrajn tal-passiġġieri bi ħlas [COICOP 07.3.6]

101

Servizzi oħrajn tal-passiġġieri bi ħlas

 

IL-KOMUNIKAZZJONI

 

Is-servizzi postali

 

Is-servizzi postali [COICOP 08.1.0]

102

Is-servizzi postali

 

L-apparat tat-telefon u tat-telefax

 

L-apparat tat-telefon u tat-telefax [COICOP 08.2.0]

103

L-apparat tat-telefon u tat-telefax

 

Is-servizzi tat-telefon u tat-telefax

 

Is-servizzi tat-telefon u tat-telefax [COICOP 08.3.0]

104

Is-servizzi tat-telefon u tat-telefax

IR-RIKREAZZJONI U L-KULTURA

 

L-apparat awdjo-viżiv, fotografiku u ta’ l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni

 

L-apparat biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jirriproduċi l-ħoss u l-istampi [COICOP 09.1.1]

105

L-apparat biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jirriproduċi l-ħoss u l-istampi

 

L-apparat fotografiku u ċinematografiku u l-istrumenti ottiċi [COICOP 09.1.2]

106

L-apparat fotografiku u ċinematografiku u l-istrumenti ottiċi

 

L-apparat għall-ipproċessar ta’ l-informazzjoni [COICOP 09.1.3]

107

L-apparat għall-ipproċessar ta’ l-informazzjoni

 

Il-medja li jirrekordjaw [COICOP 09.1.4]

108

Il-medja li jirrekordjaw għal użu aktar ’il quddiem

109

Il-medja li jirrekordjaw imma mhux fuq diski eċċ.

 

It-tiswija ta’ l-apparat awdjo-viżiv, fotografiku u ta’ l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni [COICOP 09.1.5]

110

It-tiswija ta’ l-apparat awdjo-viżiv, fotografiku u ta’ l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni

 

Apparat ewlieni ieħor li jdum iservi għar-rikreazzjoni u għall-kultura

 

Apparat ewlieni li jdum iservi għar-rikreazzjoni barra mid-dar [COICOP 09.2.1]

111

Apparat ewlieni li jdum iservi għar-rikreazzjoni barra mid-dar

 

L-istrumenti mużikali u l-apparat ewlieni li jdum iservi għal rikreazzjoni fid-dar [COICOP 09.2.2]

112

L-istrumenti mużikali u l-apparat ewlieni li jdum iservi għal rikreazzjoni fid-dar

 

Iż-żamma u t-tiswija ta’ apparat ewlieni ieħor li jdum iservi għar-rikreazzjoni u l-kultura [COICOP 09.2.3]

113

Iż-żamma u t-tiswija ta’ apparat ewlieni ieħor li jdum iservi għar-rikreazzjoni u l-kultura

 

Oġġetti u apparati oħrajn għar-rikreazzjoni, il-ġonna u l-annimali domestiċi

 

Il-logħob, il-ġugarelli u l-passatempi [COICOP 09.3.1]

114

Il-logħob, il-ġugarelli u l-passatempi

 

It-tagħmir għall-isport, għall-ikkampjar u għar-rikreazzjoni mhux taħt xi saqaf [COICOP 09.3.2]

115

It-tagħmir għall-isport, għall-ikkampjar u għar-rikreazzjoni mhux taħt xi saqaf

 

Il-ġonna, il-pjanti u l-fjuri[COICOP 09.3.3]

116

Il-ġonna, il-pjanti u l-fjuri

 

L-annimali domestiċi u l-prodotti li għandhom x’jaqsmu magħhom [COICOP 09.3.4]

117

L-annimali domestiċi u l-prodotti li għandhom x’jaqsmu magħhom

 

Is-servizzi veterinarji u servizzi oħrajn għall-annimali domestiċi [COICOP 09.3.5]

118

Is-servizzi veterinarji u servizzi oħrajn għall-annimali domestiċi

 

Is-servizzi ta’ rikreazzjoni u dawk kulturali

 

Is-servizzi ta’ rikreazzjoni u dawk sportivi [COICOP 09.4.1]

119

Is-servizzi ta’ rikreazzjoni u dawk sportivi

 

Is-servizzi kulturali [COICOP 09.4.2]

120

Is-servizzi fotografiċi

121

Servizzi kulturali oħrajn

 

Il-logħob ta’ l-ażżard [COICOP 09.4.3]

122

Il-logħob ta’ l-ażżard

 

Il-gazzetti, il-kotba u l-kartolerija

 

Il-kotba [COICOP 09.5.1]

123

Il-kotba

 

Il-gazzetti u l-perjodiċi [COICOP 09.5.2]

124

Il-gazzetti u l-perjodiċi

 

Materjal stampat imħallat, il- kartolerija u l-materjali għat-tpinġija [COICOP 09.5.3 and 09.5.4]

125

Materjal stampat imħallat, il-kartolerija u l-materjali għat-tpinġija

 

Il-vaganzi organizzati minn aġent ta’ l-ivvjaġġar li għalihom wieħed iħallas prezz fiss li jinkludi l-ispejjeż tal-vjaġġ, il-lukanda eċċ.

 

Il-vaganzi organizzati minn aġent ta’ l-ivvjaġġar li għalihom wieħed iħallas prezz fiss li jinkludi l-ispejjeż tal-vjaġġ, il-lukanda eċċ. [COICOP 09.6.0]

126

Il-vaganzi organizzati minn aġent ta’ l-ivvjaġġar li għalihom wieħed iħallas prezz fiss li jinkludi l-ispejjeż tal-vjaġġ, il-lukanda eċċ.

L-EDUKAZZJONI

 

L-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja u dik primarja

 

L-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja u dik primarja [COICOP 10.1.0]

127

L-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja u tal-primarja

 

L-edukazzjoni sekondarja

 

L-edukazzjoni sekondarja [COICOP 10.2.0]

128

L-edukazzjoni sekondarja

 

L-edukazzjoni post-sekondarja li mhix terzjarja

 

L-edukazzjoni post-sekondarja li mhix terzjarja [COICOP 10.3.0]

129

L-edukazzjoni post-sekondarja li mhix terzjarja

 

L-edukazzjoni terzjarja

 

L-edukazzjoni terzjarja [COICOP 10.4.0]

130

L-edukazzjoni terzjarja

 

L-edukazzjoni li ma tistax tkun iddefinita skond livell

 

L-edukazzjoni li ma tistax tkun iddefinita skond livell [COICOP 10.5.0]

131

L-edukazzjoni li ma tistax tkun iddefinita skond livell

IR-RESTORANTI U L-LUKANDI

 

Is-servizzi ta’ forniment (ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel)

 

Ir-restoranti, il-ħwienet tal-kafè u postijiet simili [COICOP 11.1.1]

132

Is-servizzi tar-restoranti, ikun xi jkun it-tip ta’ stabbiliment

133

Il-pabbs, il-bars, il-ħwienet tal-kafè, il-ħwienet tat-tè u postijiet simili

 

Il-kantins [COICOP 11.1.2]

134

Il-kantins

 

Is-servizzi ta’ akkomodazzjoni

 

Is-servizzi ta’ akkomodazzjoni [COICOP 11.2.0]

135

Is-servizzi ta’ akkomodazzjoni

OĠĠETTI U SERVIZZI MĦALLTA

 

Il-kura personali

 

Il-ħwienet tal-parrukkiera u l-istabbilmenti tal-kura personali [COICOP 12.1.1]

136

Il-ħwienet tal-parrukkiera u l-istabbilmenti tal-kura personali

 

It-tagħmir li jaħdem bl-elettriku għall-kura personali [COICOP 12.1.2]

137

It-tagħmir li jaħdem bl-elettriku għall-kura personali

 

Tagħmir, oġġetti u prodotti oħrajn għall-kura personali [COICOP 12.1.3]

138

Tagħmir, oġġetti u prodotti oħrajn għall-kura personali

 

Il-prostituzzjoni

 

Il-prostituzzjoni [COICOP 12.2.0]

139

Il-prostituzzjoni

 

L-effetti personali n.e.c.

 

Il-ġojjelli, l-arloġġi u l-arloġġi ta’ l-id [COICOP 12.3.1]

140

Il-ġojjelli, l-arloġġi u l-arloġġi ta’ l-id

 

Oġġetti personali oħrajn [COICOP 12.3.2]

141

Other personal effects

 

Il-ħarsien soċjali

 

Il-ħarsien soċjali [COICOP 12.4.0]

142

Il-ħarsien soċjali

 

L-assigurazzjoni

 

L-assigurazzjoni [COICOP 12.5.1, 12.5.2, 12.5.3, 12.5.4 and 12.5.5]

143

L-assigurazzjoni

 

Is-servizzi finanzjarji n.e.c.

 

FISIM (Financial Intermediation Services Indirectly Measured, Servizzi ta’ Tibjin Imkejla b’mod Indirett) [COICOP 12.6.1]

144

FISIM

 

Servizzi finanzjarji oħrajn n.e.c. [COICOP 12.6.2]

145

Servizzi finanzjarji oħrajn n.e.c.

 

Servizzi oħrajn n.e.c.

 

Servizzi oħrajn n.e.c. [COICOP 12.7.0]

146

Servizzi oħrajn n.e.c.

IL-BILANĊ TAN-NEFQA TA’ PERSUNA RESIDENTI BARRA U N-NEFQA TA’ DAWK LI MHUMIEX RESIDENTI FIT-TERRITORJU EKONOMIKU

 

In-nefqa tal-konsum finali tal-familji residenti fil-bqija tad-dinja

 

In-nefqa tal-konsum finali tal-familji residenti fil-bqija tad-dinja

147

In-nefqa tal-konsum finali tal-familji residenti fil-bqija tad-dinja

 

In-nefqa tal-konsum finali tal-familji li mhumiex residenti fit-territorju ekonomiku

 

In-nefqa tal-konsum finali tal-familji li mhumiex residenti fit-territorju ekonomiku

148

In-nefqa tal-konsum finali tal-familji li mhumiex residenti fit-territorju ekonomiku

L-INFIQ TA' KONSUM INDIVIDWALI MINN ISTITUZZJONIJIET MHUX TA' PROFITT LI JAQDU L-FAMILJI

L-AKKOMODAZZJONI FID-DJAR

 

L-akkomodazzjoni fid-djar

 

L-akkomodazzjoni fid-djar [COPNI 01.0.0]

149

L-akkomodazzjoni fid-djar

IS-SAĦĦA

 

Is-saħħa

 

Is-saħħa [COPNI 02.1.1 to 02.6.0]

150

Is-saħħa

IR-RIKREAZZJONI U L-KULTURA

 

Ir-rikreazzjoni u l-kultura

 

Ir-rikreazzjoni u l-kultura [COPNI 03.1.0 and 03.2.0]

151

Ir-rikreazzjoni u l-kultura

L-EDUKAZZJONI

 

L-edukazzjoni

 

L-edukazzjoni [COPNI 04.1.0 to 04.7.0]

152

L-edukazzjoni

IL-ĦARSIEN SOĊJALI

 

Il-ħarsien soċjali

 

Il-ħarsien soċjali [COPNI 05.1.0 and 05.2.0]

153

Il-ħarsien soċjali

SERVIZZI OĦRAJN

 

Servizzi oħrajn

 

Servizzi oħrajn [COPNI 06.0.0 to 09.2.0]

154

Servizzi oħrajn

IN-NEFQA TAL-KONSUM INDIVIDWALI MILL-GVERN

L-AKKOMODAZZJONI FID-DJAR

 

L-akkomodazzjoni fid-djar

 

L-akkomodazzjoni fid-djar

155

L-akkomodazzjoni fid-djar

IS-SAĦĦA

 

Il-benefiċċji tas-saħħa u r-rimborżi

 

Il-prodotti, it-tagħmir u l-apparati mediċi

156

Il-prodotti farmaċewtiċi

157

Il-prodotti mediċi l-oħrajn

158

It-tagħmir u l-apparat terapewtiku

 

Is-servizzi tas-saħħa

159

Is-servizzi mediċi għall-pazjenti ta’ barra (li jmorru l-isptar għall-kura imma ma jibqgħux hemmhekk)

160

Is-servizzi dentali għall-pazjenti ta’ barra

161

Is-servizzi paramediċi għall-pazjenti ta’ barra

162

Is-servizzi ta’ l-isptar

 

Il-produzzjoni tas-servizzi ta’ l-isptar

 

Is-salarji ta’ l-impjegati

163

It-tobba

164

L-infermieri u l-istaff mediku l-ieħor

165

L-istaff mhux mediku

 

Il-konsum intermedju

166

Il-prodotti farmaċewtiċi

167

L-oġġetti mediċi l-oħrajn

168

It-tagħmir u l-apparat terapewtiku

169

Il-konsum intermedju n.e.c.

 

Ir-riżultat gross mill-ġestjoni

170

Ir-riżultat gross mill-ġestjoni

 

It-taxxi netti fuq il-produzzjoni

171

It-taxxi netti fuq il-produzzjoni

 

L-irċevuti mill-bejgħ

172

L-irċevuti mill-bejgħ

IR-RIKREAZZJONI U L-KULTURA

 

Ir-rikreazzjoni u l-kultura

 

Ir-rikreazzjoni u l-kultura

173

Ir-rikreazzjoni u l-kultura

L-EDUKAZZJONI

 

Il-benefiċċji ta’ l-edukazzjoni u r-rimborżi

 

Il-benefiċċji ta’ l-edukazzjoni u r-rimborżi

174

Il-benefiċċji ta’ l-edukazzjoni u r-rimborżi

 

Il-produzzjoni tas-servizzi edukattivi

 

Il-kumpens ta’ l-impjegati

175

L-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja u dik primarja

176

L-edukazzjoni sekondarja

177

L-edukazzjoni post-sekondarja li mhix terzjarja

178

L-edukazzjoni terzjarja

 

Il-konsum intermedju

179

Il-konsum intermedju

 

Ir-riżultat gross mill-ġestjoni

180

Ir-riżultat gross mill-ġestjoni

 

It-taxxi netti fuq il-produzzjoni

181

It-taxxi netti fuq il-produzzjoni

 

L-irċevuti mill-bejgħ

182

L-irċevuti mill-bejgħ

IL-ĦARSIEN SOĊJALI

 

Il-ħarsien soċjali

 

Il-ħarsien soċjali

183

Il-ħarsien soċjali

IN-NEFQA TAL-KONSUM KOLLETTIV MILL-GVERN

IS-SERVIZZI KOLLETTIVI

 

Is-servizzi kollettivi

 

Il-kumpens ta’ l-impjegati

184

Il-kumpens ta’ l-impjegati (is-servizzi kollettivi li għandhom x’jaqsmu mad-difiża)

185

Il-kumpens ta’ l-impjegati (is-servizzi kollettivi għajr għal tad-difiża)

 

Il-konsum intermedju

186

Il-konsum intermedju (is-servizzi kollettivi li għandhom x’jaqsmu mad-difiża)

187

Il-konsum intermedju (is-servizzi kollettivi li għajr għal tad-difiża)

 

Is-surplus gross mill-ġestjoni

188

Is-surplus gross mill-ġestjoni

 

It-taxxi netti fuq il-produzzjoni

189

It-taxxi netti fuq il-produzzjoni

 

L-irċevuti mill-bejgħ

190

L-irċevuti mill-bejgħ

IN-NEFQA FUQ IL-FORMAZZJONI TAL-KAPITAL GROSS FISS

IL-MAKKINARJU T-TAGĦMIR

 

Il-prodotti tal-metall u l-apparat

 

Il-prodotti tal-metall immanifatturati, minbarra l-makkinarju u l-apparat [CPA 28.11 to 28.75]

191

Il-prodotti tal-metall immanifatturati, minbarra l-makkinarju u l-apparat

 

Il-makkinarju għal għanijiet ġenerali [CPA 29.11 to 29.24]

192

Il-magni u t-turbini, il-pompi u l-kumpressuri

193

Makkinarju ieħor għal għanijiet ġenerali

 

IL-makkinarju għal għan speċjali [CPA 29.31 to 29.72]

194

Il-makkinarju għall-agrikoltura u għax-xjenza tat-tkabbir tas-siġar fil-foresti

195

L-għodod tal-magni

196

Il-makkinarju għall-metallurġija, għat-tħaffir ta’ l-art (għal metalli prezzjużi, faħam eċċ.), għall-qtugħ tal-ġebel mill-barrieri u għall-kostruzzjoni

197

Il-makkinarju għall-ipproċessar ta’ l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk

198

Il-makkinarju għall-produzzjoni tat-tessuti, ta’ l-ilbies u tal-ġilda

199

Makkinarju ieħor għal għanijiet speċjali

 

L-apparat li jaħdem bl-elettriku u dak ottiku [CPA 30.01 to 33.50]

200

Il-makkinarju ta’ l-uffiċċju

201

Il-kompjuters u apparat ieħor għall-ipproċessar ta’ l-informazzjoni

202

Il-makkinarju u l-apparat elettriku

203

It-tagħmir u l-apparat tar-radju, tat-televixin u tal-komunikazzjonijiet

204

L-istrumenti mediċi, ta’ preċiżjoni u ottiċi, l-arloġġi ta’ l-id u l-arloġġi

 

Il-prodotti l-oħra mmanifatturati n.e.c. [CPA 36.11 to 36.63]

205

Il-prodotti l-oħra mmanifatturati n.e.c.

 

It-tagħmir tat-trasport

 

It-tagħmir tat-trasport tat-triq [CPA 34.10 to 34.30 and 35.41 to 35.50]

206

Il-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-semi-trejlers

207

Trasport ieħor tat-triq

 

Tagħmir ieħor tat-trasport [CPA 35.11 to 35.30]

208

Il-bastimenti, id-dgħajjes, il-vapuri li jaħdmu bl-istim, il-laneċ ta’ l-irmonk, il-pjattaformi li jibqgħu f’wiċċ l-ilma, il-pjattaformi (rigs)

209

Il-lokomottivi u kwalukwe apparat tat-trasport li jista’ jiċċaqlaq malajr

210

L-inġenji ta’ l-ajru, il-ħelikopters u tagħmir ieħor ta’ l-aeronawtika

IL-KOSTRUZZJONI

 

Il-bini residenzjali

 

Il-bini b’appartament wieħed jew tnejn [CPA division 45]

211

Il-bini b’appartament wieħed jew tnejn

 

Il-bini b’ħafna appartamenti [CPA division 45]

212

Il-bini b’ħafna appartamenti

 

Il-bini mhux residenzjali

 

Il-bini għall-agrikoltura [CPA division 45]

213

Il-bini għall-agrikoltura

 

Il-bini industrijali u l-imħażen [CPA division 45]

214

Il-bini industrijali u l-imħażen

 

Il-bini kummerċjali [CPA division 45]

215

Il-bini kummerċjali

 

Bini ieħor mhux residenzjali [CPA division 45]

216

Bini ieħor mhux residenzjali

 

Ix-xogħlijiet ta’ l-inġinerija ċivili

 

L-infrastrutturi tat-trasport [CPA division 45]

217

L-infrastrutturi tat-trasport

 

Il-katusi, il-linji tal-komunikazzjoni u ta’ l-enerġija [CPA division 45]

218

Il-katusi, il-linji tal-komunikazzjoni u ta’ l-enerġija

 

Xogħlijiet oħra ta’ l-inġinerija ċivili [CPA division 45]

219

Xogħlijiet oħra ta’ l-inġinerija ċivili

PRODOTTI OĦRA

 

Prodotti oħra

 

Il-prodotti ta’ l-agrikoltura, tax-xjenza tat-tkabbir tas-siġar fil-foresti, ta’ l-industrija tas-sajd u ta’ l-akwakultura [CPA divisions 01, 02 and 05]

220

Il-prodotti ta’ l-agrikoltura, tax-xjenza tat-tkabbir tas-siġar fil-foresti, ta’ l-industrija tas-sajd u ta’ l-akwakultura

 

Is-softwer (id-data, il-programmi eċċ. li m’humiex parti mill-kompjuter imma li jintużaw biex wieħed iħaddmu) [CPA 72.20]

221

Is-softwer

 

Prodotti oħra n.e.c. [CPA n.e.c.]

222

Prodotti oħra n.e.c.

IL-BIDLIET FL-INVENTARJI U FL-AKKWISTI GĦAJR GĦAT-TMEXXIJA TA’ L-OĠĠETTI TA’ VALUR

IL-BIDLIET FL-INVENTARJI

 

Il-bidliet fl-inventarji

 

Il-bidliet fl-inventarji

223

Il-bidliet fl-inventarji

L-AKKWISTI GĦAJR GĦAT-TMEXXIJA TA’ L-OĠĠETTI TA’ VALUR

 

L-akkwisti għajr għat-tmexxija ta’ l-oġġetti ta’ valur

 

L-akkwisti għajr għat-tmexxija ta’ l-oġġetti ta’ valur

224

L-akkwisti għajr għat-tmexxija ta’ l-oġġetti ta’ valur

IL-BILANĊ TA’ L-ESPORTAZZJONIJIET U TA’ L-IMPORTAZZJONIJIET

L-ESPORTAZZJONIJIET TA’ L-OĠĠETTI U TAS-SERVIZZI

 

L-esportazzjonijiet ta’ l-oġġetti

 

L-esportazzjonijiet ta’ l-oġġetti lejn l-UE u lejn l-istituzzjonijiet ta’ l-UE

225

L-esportazzjonijiet ta’ l-oġġetti lejn il-pajjiżi ta’ l-UE

226

L-esportazzjonijiet ta’ l-oġġetti lejn l-istituzzjonijiet ta’ l-UE

 

L-esportazzjonijiet ta’ l-oġġetti lejn pajjiżi terzi u lejn organizzazzjonijiet internazzjonali

227

L-esportazzjonijiet ta’ l-oġġetti lejn pajjiżi terzi u lejn organizzazzjonijiet internazzjonali

 

L-esportazzjonijiet tas-servizzi

 

L-esportazzjonijiet tas-servizzi lejn l-UE u lejn l-istituzzjonijiet ta’ l-UE

228

L-esportazzjonijiet tas-servizzi lejn il-pajjiżi ta’ l-UE

229

L-esportazzjonijiet tas-servizzi lejn l-istituzzjonijiet ta’ l-UE

 

L-esportazzjonijiet tas-servizzi lejn pajjiżi terzi u lejn organizzazzjonijiet internazzjonali

230

L-esportazzjonijiet tas-servizzi lejn pajjiżi terzi u lejn organizzazzjonijiet internazzjonali

L-IMPORTAZZJONIJIET TA’ L-OĠĠETTI U TAS-SERVIZZI

 

L-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti

 

L-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti mill-UE u mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE

231

L-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti mill-pajjiżi ta’ l-UE

232

L-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE

 

L-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali

233

L-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali

 

L-importazzjonijiet tas-servizzi

 

L-importazzjonijiet tas-servizzi mill-UE u mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE

234

L-importazzjonijiet tas-servizzi mill-pajjiżi ta’ l-UE

235

L-importazzjonijiet tas-servizzi mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE

 

L-importazzjonijiet tas-servizzi minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali

236

L-importazzjonijiet tas-servizzi minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali