ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
7 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1437/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2007 tas-6 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/2007 tal-5 ta' Diċembru 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1440/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1441/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta’ l-ikel ( 1 )

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1442/2007 tas-6 ta’ Diċembru 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

30

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2007 tas-6 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

32

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2007 tas-6 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

33

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/795/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, għas-sena 2007, għal studji, valutazzjonijiet u stimi ta’ l-impatt li jkopru l-oqsma tas-sigurtà ta’ l-ikel, is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali u ż-żooteknika

34

 

 

2007/796/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5890)  ( 1 )

37

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1437/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-każ ta’ miżuri ta’ intervent li fir-rigward tagħhom somma għal kull unità ma tiġix determinata fi ħdan il-qafas ta’ organizzazzjoni komuni tas-swieq, għandhom jiġu stabbiliti regoli implimentattivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-metodu għad-determinazzjoni ta’ l-ammonti li jridu jiġu ffinanzjati, il-finanzjament tan-nefqa li tirriżulta mill-irbit tal-fondi meħtieġa għax-xiri ta’ prodotti u l-finanzjament tan-nefqa li tirriżulta mill-ħżin u, fejn huwa meħtieġ, l-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

(2)

Minħabba n-natura tal-miżuri u l-programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2) għandu jsir provvediment li f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifkati l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) jista’ jiffinanzja l-ispejjeż amministrattivii u tal-persunal imġarrba fl-eżekuzzjoni ta’ miżuri u programmi bħal dawn.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (3) jipprevedi l-proċedura li trid tiġi segwita mill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk tnaqqasx jew tissospendix il-pagamenti ta’ kull xahar, kif ukoll il-proċedura li trid tiġi segwita biex tittieħed deċiżjoni dwar is-sospensjoni jew it-tnaqqis ta’ pagamenti intermedji.

(4)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-ammonti li jridu jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju jekk issib li din in-nefqa ġġarbet b’mod li jikser ir-regoli tal-Komunità. Fil-kuntest tal-proċedura li twassal għall-esklużjoni mill-finanzjament tal-Komunità, il-Kummissjoni, sabiex tirrimedja din is-sitwazzjoni, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-mod kif japplika l-leġislazzjoni Komunitarja. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjonijiet ulterjuri għall-esklużjoni tan-nefqa mill-finanzjament Komunitarju. Barra minn hekk, jista’ jiġi stabbilit li f’ċerti każi rakkomandazzjonijiet bħal dawn mhux ser ikunu jew ma jistgħux ikunu implimentati fil-futur immedjat.

(5)

F’dawn iċ-ċirkostanzi l-possibbiltà tas-sospensjoni jew it-tnaqqis tal-pagamenti ta’ kull xahar jew intermedji kif attwalment previst fir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 ma tipproteġġix biżżejjed l-interess finanzjarju tal-Komunità. F’dan ir-rigward, huwa kkunsidrat utli li wieħed jipprevedi proċedura ġdida li tippermetti lill-Kummissjoni tissospendi jew tnaqqas il-pagamenti f’sitwazzjonijiet speċifiċi b’mod iktar effettiv.

(6)

Sospensjoni ex-ante jew tnaqqis fil-pagamenti fil-qasam agrikolu jista’ jkollhom implikazzjonjiet finanzjarji serji għall-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, meta mqabbel mal-proċedura għad-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni tal-konformità, l-Istat Membru għandu biss possibbiltajiet limitati biex jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-Kummissjoni. Għal dawn ir-raġunijiet il-proċedura l-ġdida ta’ sospensjoni jew tnaqqis tal-pagamenti għandha tintuża biss fil-każ li wieħed jew aktar mill-komponenti ewlenin tas-sistema ta’ kontroll nazzjonali in kwistjoni ma jeżistux jew mhumiex effettivi minħabba l-gravità jew il-persistenza tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu.

(7)

Għandu jsir provvediment biex jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet li taħthom tkun inammissibbli dikjarazzjoni intermedja ta’ nefqa taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

(8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (4) jirrikjedi li l-Istati Membri jwettqu kontrolli ex-post fuq ċertu nfiq tal-politika agrikola komuni għas-sena finanzjarja “n” fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju n + 1 sat-30 ta’ Ġunju n + 2. Ir-rapport lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ kontroll f’dak il-perijodu huwa dovut biss sa l-aħħar tas-sena n + 2.

(9)

Minħabba l-limitu taż-żmien għad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ konformità stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huwa effettivament impossibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar esklużjoni mill-finanzjament tal-Komunità fil-każ li Stat Membru ma jikkonformax ma’ l-obbligi ta’ kontroll tiegħu skond ir-Regolament (KEE) Nru 4045/89. Sabiex din il-problema tiġi ttrattata, il-limitu ta’ żmien m’għandux japplika għall-ksur ta’ l-obbligi ta’ kontroll ta’ l-Istati Membri skond ir-Regolament (KEE) Nru 4045/89, dment li l-Kummissjoni taġixxi fuq ir-rapport ta’ l-Istati Membri fi ħdan perijodu ta’ tnax-il xahar wara li tirċievi dak ir-rapport.

(10)

Minħabba li mhemmx bżonn li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-mod li huma ddeċidew jew jippjanaw li juzaw mill-ġdid il-fondi kkanċellati u biex jemendaw il-pjan ta’ finanzjament għall-programm għall-iżvilupp rurali kkonċernat, id-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandha titħassar.

(11)

Sabiex jiġu allinjati r-regoli transitorji għas-Sezzjoni ta’ Gwida tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), mad-dispożizzjonijiet il-ġodda applikabbli għall-perijodu ta’ programmazzjoni li jmiss tal-Fondi Strutturali, ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandu jiġi emendat konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (5)

(12)

Jeħtieġ li tiġi ċċarata l-bażi legali għall-adozzjoni ta’ regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-politika agrikola komuni, fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent fejn l-ebda somma fissa għal kull oġġett ma ġiet stabbilita fl-organizzazzjoni tas-suq komuni u fir-rigward ta’ appropriazzjonijiet li ġew trasferiti biex jiffinanzjaw il-pagamenti diretti lill-bdiewa taħt il-politika agrikola komuni.

(13)

Fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), id-dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni annwali ex-post tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit tal-Komunitajiet Ewropej iddaħħlu f’dak ir-Regolament sabiex jimplimentaw l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza. Ir-Regolamenti speċifiċi għas-settur għandhom jipprovdu l-mezzi għal pubblikazzjoni bħal din. Kemm il-FAEG kif ukoll l-FEAŻR jiffurmaw parti mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u min-nefqa finanzjarja fil-kuntest ta’ ġestjoni konġunta bejn l-Istati Membri u l-Komunità. Ir-regoli għalhekk għandhom jiġu stabbiliti għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ dawn il-Fondi. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ex-post annwali tal-benefiċjarji u l-ammonti rċevuti minn kull benefiċjarju taħt kull wieħed minn dawn il-Fondi.

(14)

Li din l-informazzjoni issir aċċessibbli għall-pubbliku ssaħħaħ it-trasparenza fir-rigward ta’ l-użu tal-fondi Komunitarji fil-politika agrikola komuni u jtejjeb il-ġestjoni finanzjarja soda ta’ dawn il-fondi, b’mod partikolari bit-tisħiħ tal-kontroll pubbliku tal-flus li jintużaw. Minħabba l-importanza enormi ta’ l-objettivi segwiti, huwa ġġustifikat, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-ħtieġa tal-protezzjoni tad-data personali, li tkun prevista l-pubblikazzjoni ġenerali ta’ l-informazzjoni rilevanti billi din ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju f’soċjetà demokratika u għall-prevenzjoni ta’ l-irregularitajiet. B’kont meħud ta’ l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta’ l-10 ta’ April 2007 (7), huwa xieraq li jsir provvediment għall-benefiċjarji tal-fondi biex dawn jiġu informati li dik id-data tista’ ssir pubblika u li din tista’ tiġi pproċessata minn korpi ta’ verifika u ta’ investigazzjoni.

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Fejn, fi ħdan il-qafas ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, ma tkunx ġiet determinata somma għal kull unità fir-rigward ta' miżura ta' intervent, il-FAEĠ għandu jiffinanza l-miżura konċernata abbażi ta' l-ammonti standard li huma uniformi mal-Komunità kollha, partikolarment għall-fondi li joriġinaw fl-Istati Membri użati għall-akkwist ta' prodotti, għall-operazzjonijiet fuq materjal relatati mal-ħżin u, fejn ikun il-każ, għall-ipproċessar ta' prodotti ta' intervent.

L-imposti u l-ispejjeż rispettivi għandhom jiġu kkalkolati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41(3).”

(2)

Fl-Artikolu 13, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“F’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati debitament, l-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għall-miżuri u l-programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (*).

(*)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).”;"

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 17a

Tnaqqis u sospensjoni tal-pagamenti ta’ kull xahar f’każijiet speċifiċi

1.   Bla preġudizzju għall-Artikolu 17, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni, skond il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li tnaqqas jew tisspospendi l-pagamenti ta’ kull xahar msemmija fl-Artikolu 14 għal perijodu li jrid jiġi ddeterminat fid-deċiżjoni, li m’għandux jaqbeż tnax-il xahar iżda li jista’ jiġi estiż għal aktar perijodi ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jibqgħu jiġu sodisfatti.

2.   Il-pagamenti ta’ kull xahar jistgħu jitnaqqsu jew jiġu sospiżi jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

waħda jew iktar mill-komponenti ewlenin tas-sistema ta’ kontroll nazzjonali in kwistjoni ma jeżistux jew mhumiex effettivi minħabba l-gravità jew il-persistenza tan-nuqqasijiet li nstabu,

(b)

in-nuqqasijiet imsemmija fil-punt (a) huma ta’ natura kontinwa u kienu r-raġuni għal mill-inqas żewġ deċiżjonijiet skond l-Artikolu 31, għall-esklużjoni min-nefqa tal-finanzjament tal-Komunità mill-Istat Membru kkonċernat, u

(ċ)

il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru kkonċernat ma implimentax ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu biex jirrimedja s-sitwazzjoni u mhuwiex f’pożizzjoni li jagħmel dan fil-futur immedjat.

3.   Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha u tistaqsih għar-reazzjoni tiegħu fi żmien perijodu ddeterminat mill-Kummissjoni skond il-gravità tal-problema u li ġeneralment ma jistax ikun inqas minn 30 jum.

Il-perċentwali li biha jistgħu jitnaqqsu jew jiġu sospiżi l-pagamenti ta’ kull xahar għandha tikkorrispondi għall-perċentwali deċiża mill-Kummissjoni fl-aħħar deċiżjoni tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 2(b). Din għandha tiġi applikata għan-nefqa rilevanti li ssir mill-aġenzija li qed tħallas meta jeżistu n-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a).

4.   It-tnaqqis jew is-sospensjoni m’għandhomx jitkomplew jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux sodisfatti. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-approvazzjoni ta’ konformità skond l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament.”;

(4)

Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Jekk wieħed mill-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jintlaħaqx, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-aġenzija akkreditata li qed tħallas u lill-korp ta’ koordinament, fil-każ li jkun inħatar wieħed. Jekk wieħed mill-ħtiġiet stabbiliti fil-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 3 ma jiġix irrispettat, id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tkun inammissibbli.”;

(5)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 27a

Sospensjoni u tnaqqis tal-pagamenti intermedji f’każi speċifiċi

L-Artikolu 17a għandu japplika mutatis mutandis għas-sospensjoni u t-tnaqqis tal-pagamenti intermedji msemmija fl-Artikolu 26.”;

(6)

Fl-Artikolu 31(5), l-punt (c) li ġej għandu jiġi miżjud:

“(c)

ksur mill-Istati Membri ta’ l-obbligi tagħhom skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri ta’ transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (**), dment li l-Kummissjoni tinnotifika bil-miktub lill-Istat Membru dwar ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni fi żmien 12-il xahar wara li jkun wasal ir-rapport ta’ l-Istat Membru dwar ir-riżultati tal-kontrolli tiegħu tan-nefqa kkonċernata.

(**)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2154/2003 (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 4).”;"

(7)

Fl-Artikolu 33(4), għandu jitħassar it-tieni subparagrafu;

(8)

Fl-Artikolu 40, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   B’deroga mill-Artikoli 31(2), 32(4) u 37(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (***), somom parzjali impenjati bħala għajnuna kofinanzjata mis-Sezzjoni ta’ Gwida ta’ l-FAEGG approvata mill-Kummissjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2000 u l-31 ta’ Diċembru 2006, li għaliha d-dikjarazzjoni tan-nefqa ċċertifikata effettivament mħallsa, ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(1)(f) ta’ dak ir-Regolament ma ntbgħatux lill-Kummissjoni fi żmien 15-il xahar wara d-data finali ta’ eliġibilità tan-nefqa stabbilita fid-deċiżjoni li tagħti kontribut mill-Fondi, għandha tiġi awtomatikament diżimpenjata mill-Kummissjoni mhux iktar tard minn 6 xhur wara dik id-data ta’ skadenza, li tagħti lok għal ħlas lura ta’ ammonti mħallsa b’mod mhux ġustifikat.

(***)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).”;"

(9)

L-Artikolu 42 hu b’dan emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.

il-kondizzjonijiet applikabbli għall-akkreditazzjoni ta’ l-aġenziji li jħallsu kif ukoll għall-akkreditazzjoni speċifika ta’ korpi ta’ koordinament, il-funzjonijiet rispettivi tagħhom, l-informazzjoni meħtieġa u l-arranġamenti biex issir disponibbli jew tiġi trasmessa lill-Kummissjoni;”;

(b)

għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“8a.

regoli dettaljati dwar il-finanzjament u l-kontabilità tal-miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku kif ukoll nefqa oħra ffinanzjata mill-FAEG u l-FAEŻR;

8b.

ir-regoli dettaljati dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 44a u dwar l-aspetti prattiċi relatati mal-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali tagħhom skond il-prinċipji stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tad-data. Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, li l-benefiċjarji tal-fondi jiġu informati li din id-data tista’ ssir pubblika u tista’ tiġi pproċessata minn korpi ta’ verifika jew ta’ investigazzjoni għall-fini tas-salvagwardja ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, inkluż il-ħin meta din l-informazzjoni għandha sseħħ;

8c.

il-kondizzjonijiet u r-regoli dettaljati applikabbli għall-approprjazzjonijiet li ġew ittrasferiti skond l-Artikolu 149(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2022 biex jiffinanzjaw in-nefqa msemmija fl-Artikolu 3(1)(c) ta’ dan ir-Regolament.”;

(10)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 44a

Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji

Skond l-Artikolu 53b(2)(d) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ex post tal-benefiċjarji ta’ l-FAEG u l-FAEŻR u l-ammonti li jirċievi kull benefiċjarju taħt kull wieħed minn dawn il-Fondi.

Il-pubblikazzjoni għandha għall-inqas tinkludi:

(a)

għall-FAEG, l-ammont suddiviż f’pagamenti diretti fis-sens ta’ l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u infiq ieħor;

(b)

għall-FAEŻR, l-ammont totali tal-finanzjament pubbliku għal kull benefiċjarju.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-punt (3) u l-punt (5) ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2008.

Il-punt (6) ta’ l-Artikolu 1 għandu japplika fir-rigward tar-rapporti ta’ l-Istati Membri riċevuti għand il-Kummissjoni wara l-1 ta’ Jannar 2008, eskluż kwalunkwe infiq li sar mill-Istati Membri qabel is-sena finanzjarja 2006.

Il-punt (10) ta’ l-Artikolu 1 għandu japplika għall-infiq mill-FAEG magħmul mis-16 ta’ Ottubru 2007 u għall-infiq mill-FAEŻR mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill,

Il-President

J. SILVA


(1)  Opinjoni tal-11 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bi 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

(4)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2154/2002 (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 4).

(5)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6).

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU C 134, 16.6.2007, p. 1.


7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1438/2007

tas-6 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

114,0

MA

65,3

SY

68,2

TR

128,1

ZZ

93,9

0707 00 05

JO

196,3

MA

52,5

TR

130,3

ZZ

126,4

0709 90 70

MA

58,8

TR

110,8

ZZ

84,8

0805 10 20

AR

21,0

AU

12,3

BR

12,7

SZ

31,4

TR

60,4

ZA

39,8

ZW

20,2

ZZ

28,3

0805 20 10

MA

65,8

ZZ

65,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

61,4

HR

32,2

IL

66,8

TR

70,6

UY

95,3

ZZ

65,3

0805 50 10

EG

108,5

TR

116,9

ZA

61,9

ZZ

95,8

0808 10 80

AR

87,7

CA

87,3

CL

86,0

CN

87,0

MK

31,5

US

101,0

ZA

82,4

ZZ

80,4

0808 20 50

AR

71,0

CN

77,6

TR

145,7

ZZ

98,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1439/2007

tal-5 ta' Diċembru 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhix skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 580/2006 (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjon

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Sett li jikkonsisti f'diversi plasters u pads li fihom dawn l-ingredjenti (f'% bil-piż):

Tourmaline

4

Chitosan

5

Ħall ta' l-injam

30

Trab tal-perla

4

Silika pura

4

Aċtu Glikoliku

3

Destrina

50

Skond l-informazzjoni ta’ fuq il-pakkett il-prodott huwa intiż biex itejjeb iċ-ċirkolazzjoni tad-demm fis-saqajn sabiex jattiva l-metaboliżmu tat-tixju ċellulari u jneħħi l-velenu (detoxify) mill-ġisem.

Il-pads għandhom jintlibsu fil-qiegħ tas-saqajn għal 8-10 sigħat bl-għajnuna tal-plasters mogħtija.

Il-prodott ikun ippreżentat f'pakkett li jiltewa magħmul minn karta ħoxna għal bejgħ individwali.

3824 90 98

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3824 , 3824 90 u 3824 90 98 .

Il-prodott ma jistax ikun ikkunsidrat bħala preparazzjoni għall-kura tal-ġilda lanqas għall-kura tas-sieq għaliex m’huwiex imfassal primarjament għal dak il-għan (Noti ta' Spjega għas-Sistema Armonizzata għal titlu 3304 , (A) (3), u (B)).

Il-pads jagħtu l-karattru essenzjali lill-prodott. Billi jnaqqsu tossiċita’ fil-ġisem kollu kemm hu, huma ma jipprovdux effett terapewtiku ttestjat b’mod xjentifiku, u ma jistgħux ikunu kklassifikati f’titli 3004 jew 3005 . Huma għandhom ikunu kklassifikati bħala preparazzjonijiet kimiċi oħra li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra.


7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1440/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhix skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 580/2007 (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Envelop żgħir tad-daqs bejn wieħed u ieħor ta' 40 × 50 mm, li jingħalaq waħdu, li jikkonsisti f'żewġ fojls imwaħħla bis-sħana komposti mill-plastik u aluminju, u li fih kampjun ta' fwieħa fil-forma ta' ġel. Fuqu hemm stampat l-isem tal-fwieħa.

Il-fojl jista' jinfetaħ sabiex ikun mikxuf il-kampjun tal-fwieħa fi kwantità biżżejjed biex tfewwaħ meta tingħorok mal-polzi.

Il-prodott m'huwiex intenzjonat għall-bejgħ bl-imnut. Huwa intenzjonat biex jitwaħħal ma' brochures, fuljetti, kartolini, jew paġni ta' reklamar fi’rivisti stampati b’ritratti u b’test iddisinjat biex jirreklamaw fwieħa speċifika.

3303 00 10

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 għal Sezzjoni VI u l-kliem tal-kodiċi tNM 3303 00 u 3303 00 10 .

Il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala fwieħa f’subtitlu 3303 00 10 minħabba li fiha hemm kwantita’ biżżejjed ta’ fwieħa biex tfewwaħ il-ġisem.

2.

Paġna stampata ta' reklamar, f’format A4, parzjalment jew kompletament mitwija. Il-paġna hija koperta taħt it-tinja b'kampjun tal-fwieħa fil-forma ta' mikrokapsuli, pejst jew trab. It-tinja hija magħluqa bis-sħana.

It-tinja tista' tinfetaħ sabiex ikun mikxuf il-kampjun tal-fwieħa fi kwantita’ insuffiċċjenti biex tfewwaħ meta tingħorok mal-polzi.

Il-prodott mhux intenzjonat għall-bejgħ bl-imnut. Huwa intenzjonat li jitqiegħed f’rivisti u oġġetti simili stampati bir-ritratti u bit-test iddisinjat biex jirreklamaw fwieħa speċifika.

4911 10 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tNM 4911 , 4911 10 u 4911 10 90 .

Il-prodott ma jistax ikun klassifikat f’subtitlu 3303 00 10 għaliex il-fwieħa tinsab fi kwantita’ insuffiċċjenti biex tfewwaħ meta tingħorok mal-polzi.

Il-prodott għandu jkun ikklassifikat f’subtitlu 4911 10 90 bħala materjal stampat ta' reklamar minħabba li l-irreklamar stampat jagħtih il-karattru essenzjali tiegħu (Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitlu 49, Ġenerali, l-1 paragrafu).


7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1441/2007

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-Artikoli 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta’ l-ikel (2) jistipula l-kriterji mikro-bijoloġiċi għal ċerti mikro-organiżmi u r-regoli ta’ implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fis-settur ta’ l-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta’ iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistipula wkoll li l-operaturi fis-settur ta’ l-ikel għandhom jiżguraw li l-oġġetti ta’ l-ikel jikkonformaw mal-kriterji mikro-bijoloġiċi rilevanti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Il-Kapitoli 1 u 2 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 stabbilixxa kriterji ta’ sikurezza għall-oġġetti ta’ l-ikel u kriteri dwar il-proċess ta’ iġjene rigward formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċifiċi intenzjonati għat-trabi taħt is-sitt xhur (formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef). Il-Parti 2.2 ta’ Kapitolu 2 ta’ l-Anness tistipula li fejn formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef mhumiex ittestjati u jinstab li jkollhom l-Enterobacteriaceae f'xi wieħed mill-unitajiet kampjuni, il-grupp għandu jiġi ttestjat għall-Enterobacter sakazakii u s-Salmonella.

(3)

Fl-24 ta’ Jannar 2007, Il-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi (il-Bord tal-BIOHAZ) ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA) ħareġ opinjoni dwar l-Enterobacteriaceae bħala indikaturi tas-Salmonella u ta’ l-Enterobacter sakazakii. Dan ikkonkluda li ma kienx possibbli li tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn l-Enterobacteriaceae u s-Salmonella, u li ma teżisti ebda korrelazzjoni universali bejn l-Enterobacteriaceae u l-Enterobacter sakazakii. Fil-livell individwali ta’ l-impjant, tista' tiġi stabbilita madankollu korrelazzjoni bejn l-Enterobacteriaceae u l-Enterbacter sakazakii.

(4)

Għalhekk ir-rekwiżit stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar l-ittestjar tas-Salmonella u ta’ l-Enterobacter sakazakii fil-formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef fejn jinstabu l-Enterobacteriaceae f'xi wieħed mill-unitajiet kampjuni ma għandux japplika aktar. Il-Parti 2.2 tal-Kapitolu 2 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata.

(5)

B'konformità ma’ l-opinjoni dwar ir-riskji mikro-bijoloġiċi fil-formuli tat-trabi u formuli ta’ prosegwiment maħruġa mill-Bord tal-BIOHAZ ta’ l-EFSA fid-9 ta’ Settembru 2004, għandhom jiġu stipulati kriterji mikro-bijoloġiċi dwar is-Salmonella u l-Enterobacteriaceae għal formuli mnixxfa ta’ prosegwiment.

(6)

Il-Bord tal-BIOHAZ ta’ l-EFSA ħareġ opinjoni dwar il-Bacillus cereus u Bacillus spp. oħrajn fl-oġġetti ta’ l-ikel fis-26 u fis-27 ta’ Jannar 2005. Hu kkonkluda li waħda mill-miżuri prinċipali ta’ kontroll hu li tiġi kkontrollata t-temperatura u li tiġi stabbilita sistema bbażata fuq analiżi tal-periklu u tal-prinċipji ta’ punti ta’ kontroll kritiċi. Ikel diżidratat, li fih il-preżenza ta’ spori tal-Bacillus spp patoġeniku hi frekwenti, jista' jippermetti t-tkabbir tal-Bacillus cereus meta jkun idratat mill-ġdid f'ilma fietel. Xi ikel diżidratat, inklużi formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef, jiġi kkunsmat minn konsumaturi potenzjalment fraġli. B'konformità ma’ l-opinjoni ta’ l-EFSA, in-numri ta’ l-ispori tal-Bacillus cereus fil-formuli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef għandu jkun kemm jista' jkun baxx possibbli matul l-ipproċessar u għandu jiġi stipulat kriterju ta’ l-iġjeni tal-proċess flimkien ma’ prattiċi tajba maħsuba biex jitnaqqas id-dewmien bejn il-preparazzjoni u l-konsum.

(7)

Il-Kapitolu 1 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jipprovdi metodu analitiku ta’ referenza għall-enterotossini stafilokokki f'ċerti ġobniet, trab tal-ħalib u trab tax-xorrox. Dan il-metodu kien rivedut mil-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-istafilokokki coagulażi pożittivi. Ir-referenza għal dan il-metodu analitiku ta’ referenza għandha għalhekk tiġi emendata. Il-Kapitolu 1 ta’ l-Anness I ma’ dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata għal din ir-raġuni.

(8)

Il-Kapitolu 3 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistabbilixxi regoli għat-teħid ta’ kampjuni għall-karkassi tal-bovini, il-ħnieżer, in-ngħaġ, il-mogħoż u ż-żwiemel għall-analiżi tas-Salmonella. Skond dawn ir-regoli l-erja tat-teħid tal-kampjun għandha tkopri minimu ta’ 100 cm2 għal kull sit magħżul. Madankollu, la n-numri tas-siti għat-teħid tal-kampjuni lanqas l-erja totali minima tat-teħid tal-kampjuni mhi speċifikata. Sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli fil-Komunità, xieraq li jiġi speċifikat aktar fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 li l-erjas li l-aktar hemm ċans li jiġu kkontaminati għandhom jingħażlu għat-teħid tal-kampjuni u l-erja totali għat-teħid tal-kampjuni għandha tiżdied. Il-Kapitolu 3 ta’ l-Anness I ma’ dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata għal din ir-raġuni.

(9)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, xieraq li jiġi sostitwit l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 huwa mibdul bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; kif ikkoreġġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta' l-ikel

Kapitolu 1.

Kriterji tas-sikurezza ta' l-ikel 15

Kapitolu 2.

Kriterji ta' l-iġjene tal-proċess 20

2.1

Laħam u prodotti tiegħu 20

2.2

Ħalib u prodotti tal-ħalib 23

2.3

Prodotti tal-bajd 26

2.4

Prodotti tas-sajd 27

2.5

Ħxejjex, frott u prodotti tagħhom 28

Kapitolu 3.

Regoli għat-teħid tal-kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar 29

3.1

Regoli għat-teħid tal-kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar 29

3.2

Teħid ta' kampjuni batterjoloġiċi fil-biċċeriji u fi stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam 29

Kapitolu 1.   Kriterji tas-sikurezza ta' l-ikel

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi/it-tossini tagħhom, u l-metaboliti

Pjan għat-teħid tal-kampjuni (1)

Limiti (2)

Metodu analitiku ta' referenza (3)

Stadju fejn japplika l-kriterju

n

c

m

M

1.1

Ikel lest biex jittiekel maħsub għat-trabi u ikel lest biex jittiekel għal skopijiet mediċi speċjali (4)

Listeria monocytogenes

10

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 11290-1

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.2

Ikel lest biex jittiekel favorevoli għall-iżvilupp ta' L. Monocytogenes, għajr dak maħsub għat-trabi u għal skopijiet mediċi speċjali

Listeria monocytogenes

5

0

100  cfu/g (5)

EN/ISO 11290-2 (6)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

5

0

Assenza f'25 g (7)

EN/ISO 11290-1

Qabel ma l-ikel jitlaq mill-kontroll immedjat ta' l-operatur fis-settur ta' l-ikel li pproduċieh

1.3

Ikel lest biex jittiekel favorevoli għall-iżvilupp ta' L. Monocytogenes, għajr dak maħsub għat-trabi u għal skopijiet mediċi speċjali (4)  (8)

Listeria monocytogenes

5

0

100  cfu/g

EN/ISO 11290-2 (6)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.4

Laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam maħsuba biex jittieklu nejjin

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.5

Ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam magħmula minn laħam tat-tjur ta' l-irziezet maħsuba biex jittieklu msajra

Salmonella

5

0

Mill-1.1.2006

Assenza f'10 g

Mill-1.1.2010

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.6

Laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam magħmula minn speċi oħra li mhumiex tjur ta' l-irziezet maħsuba biex jittieklu msajra

Salmonella

5

0

Assenza f'10 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.7

Laħam separat bil-magni (MSM) (9)

Salmonella

5

0

Assenza f'10 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.8

Prodotti tal-laħam maħsuba biex jittieklu nejja, minbarra prodotti fejn il-proċess ta' manifattura jew il-kompożizzjoni tal-prodott jeliminaw ir-riskju tas-salmonella

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.9

Prodotti tal-laħam magħmula minn laħam tat-tjur ta' l-irziezet maħsuba biex jittieklu msajra

Salmonella

5

0

Mill-1.1.2006

Assenza f'10 g

Mill-1.1.2010

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.10

Ġelatina u kollaġini

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.11

Ġobnijiet, butir u krema magħmulin minn ħalib nej jew ħalib li għadda minn trattament bi sħana iktar baxxa mill-pastorizzazzjoni (10)

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.12

Trab tal-ħalib u trab tax-xorrox

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.13

Ġelati (11), minbarra prodotti fejn il-proċess ta' manifattura jew il-kompożizzjoni tal-prodott jelimina r-riskju tas-salmonella

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.14

Prodotti tal-bajd, minbarra prodotti fejn il-proċess ta' manifattura jew il-kompożizzjoni tal-prodott jelimina r-riskju tas-salmonella

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.15

Ikel lest biex jittiekel li fih il-bajd nej, minbarra prodotti fejn il-proċess ta' manifattura jew il-kompożizzjoni tal-prodott jeliminaw ir-riskju tas-salmonella

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g jew ml

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.16

Krustaċji u molluski msajra

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.17

Molluski bivalvi ħajjin u ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.18

Żerriegħa mnibbta (lesta biex tittiekel) (12)

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.19

Frott u ħxejjex maqtugħin (lesti biex jittieklu)

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.20

Meraq tal-frott u l-ħxejjex mhux ippastorizzati (lesti biex jittieklu)

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.21

Ġobnijiet, trab tal-ħalib u trab tax-xorrox, kif imsemmija fil-kriterju ta' l-istafilokokki koagulażi pożittivi fil-Kapitolu 2.2 ta' dan l-Anness

Enterotossini stafilokokkali

5

0

Mhux individwat f'25g

Il-metodu Ewropew ta' skrining tas-CRL għal stafilokokki koagulażi pożittivi (13)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.22

Formoli mnixxfa tat-trabi u l-ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi ta' inqas minn sitt xhur

Salmonella

30

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.23

Formoli mnixxfa ta' prosegwiment

Salmonella

30

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.24

Formoli mnixxfa tat-trabi u l-ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi b'età ta' inqas minn sitt xhur (14)

Enterobacter sakazakii

30

0

Assenza f'10 g

ISO/TS 22964

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.25

Molluski bivalvi ħajjin u ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin

E. coli  (15)

1  (16)

0

230 MPN / 100g ta' likwidu tal-laħam jew intra-valvulari

ISO TS 16649-3

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.26

Prodotti tas-sajd minn speċi tal-ħut assoċjati ma' ammonti għolja ta' l-istidina (17)

Istamina

9  (18)

2

100 mg/kg

200 mg/kg

HPLC (19)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

1.27

Prodotti tal-ħut li kellhom trattament ta' maturazzjoni ta' l-enżimi fl-imluħa, immanifatturati minn speċi tal-ħut assoċjati ma' ammonti għolja ta' l-istidina (17)

Istamina

9

2

200 mg/kg

400 mg/kg

HPLC (19)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata, esklużi l-molluski bivalvi ħajjin u l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi ħajjin fir-rigward ta' l-ittestjar għall-E. coli, fejn il-limitu jirreferi għal kampjun kompost.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-grupp ittestjat (20).

L-L.monocytogenes f'ikel lest biex jittiekel maħsub għat-trabi u għal skopijiet mediċi speċjali:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

L. monocytogenes f'ikel lest biex jittiekel li kapaċi jsostni t-tkabbir tal-L. monocytogenes qabel ma l-ikel iħalli l-kontroll immedjat ta' l-operatur fis-settur ta' l-ikel li qed jipproduċi meta dan mhux kapaċi juri li l-prodott mhux se jaqbeż il-limitu ta' 100 cfu/g matul il-perjodu ta' konservabilità:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

L. monocytogenes f'ikel ieħor lest biex jittiekel u E. coli f'molluski bivalvi ħajjin:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati huma ≤ mil-limitu,

mhux sodisfaċenti, jekk kwalunkwe wieħed mill-valuri huwa > mil-limitu.

Salmonella f'kategoriji differenti ta' l-ikel:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

Enterotossini stafilokokki fi prodotti tal-ħalib

sodisfaċenti, jekk fl-unitajiet kampjuni kollha ma jinstabux enterotossini,

mhux sodisfaċenti, jekk l-enterotossini jinstabu fi kwalunkwe wieħed mill-unitajiet kampjuni.

Enterobacter sakazakii f'formoli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi b'età ta' inqas minn sitt xhur:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

Istamina fi prodotti tas-sajd minn speċijiet tal-ħut assoċjati ma' ammonti għolja ta' l-istidina:

sodisfaċenti, jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

1.

il-valur medju osservat ikun ≤ m

2.

massimu ta' valuri c/n osservati jkunu bejn m u M

3.

l-ebda valur osservat ma jeċċedi l-limitu ta' M,

mhux sodisfaċenti, jekk il-valur medju osservat jeċċedi m, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M jew wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun >M.

Kapitolu 2.   Kriterji ta' l-iġjene tal-proċess

2.1    Laħam u prodotti tiegħu

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (21)

Limiti (22)

Metodu analitiku ta' referenza (23)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.1.1

Karkassi ta' bovini, nagħaġ, mogħoż u żwiemel (24)

Għadd totali tal-mikro-organiżmi aerobiċi

 

 

3,5 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

5,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

ISO 4833

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli tal-proċess

Enterobacteriaceae

 

 

1,5 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

2,5 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

ISO 21528-2

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli tal-proċess

2.1.2

Karkassi tal-ħnieżer (24)

Għadd totali tal-mikro-organiżmi aerobiċi

 

 

4,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

5,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

ISO 4833

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli tal-proċess

Enterobacteriaceae

 

 

2,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

3,0 log cfu/cm2 log medju ta' kuljum

ISO 21528-2

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli tal-proċess

2.1.3

Karkassi ta' bovini, nagħaġ, mogħoż u żwiemel

Salmonella

50  (25)

2  (26)

Assenza fl-erja ttestjata għal kull karkassa

EN/ISO 6579

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil, reviżjoni tal-kontrolli fuq il-proċess u ta' l-oriġini ta' l-annimali

2.1.4

Karkassi tal-ħnieżer

Salmonella

50  (25)

5  (26)

Assenza fl-erja ttestjata għal kull karkassa

EN/ISO 6579

Karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli fuq il-proċess, ta' l-oriġini ta' l-annimali u tal-miżuri ta' bijosigurtà fl-istabbiliment ta' l-oriġini

2.1.5

Karkassi tat-tjur ta' l-irziezet, ta' tiġieġ żgħar u dundjani

Salmonella

50  (25)

7  (26)

Assenza f'25 g ta' kampjun kompost ta' ġilda ta' l-għonq

EN/ISO 6579

Il-karkassi wara t-tkessiħ

Titjib fl-iġjene tal-qtil u reviżjoni tal-kontrolli fuq il-proċess, ta' l-oriġini ta' l-annimali u tal-miżuri ta' bijosigurtà fl-istabbiliment ta' l-oriġini

2.1.6

Laħam ikkapuljat

Għadd totali tal-mikro-organiżmi aerobiċi (27)

5

2

5 × 105 cfu/g

5 × 106 cfu/g

ISO 4833

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

E. coli  (28)

5

2

50 cfu/g

500 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

2.1.7

Laħam separat bil-magni (MSM) (29)

Għadd totali tal-mikro-organiżmi aerobiċi

5

2

5 × 105 cfu/g

5 × 106 cfu/g

ISO 4833

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

E. coli  (28)

5

2

50 cfu/g

500 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

2.1.8

Preparazzjonijiet tal-laħam

E. coli  (28)

5

2

500 cfu/g jew cm2

5 000 cfu/g jew cm2

ISO 16649-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u titjib fl-għażla u/jew l-oriġini tal-materji primi.

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata, eskluż l-ittestjar ta' karkassi fejn il-limiti jirreferu għal kampjuni komposti.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

Enterobacteriaceae u l-għadd totali ta' mikro-organiżmi aerobiċi fil-karkassi ta' bovini, nagħaġ, mogħoż, żwiemel u ħnieżer:

sodisfaċenti, jekk il-log medju ta' kuljum hu ≤ m,

aċċettabbli, jekk il-log medju ta' kuljum hu bejn m u M,

mhux sodisfaċenti, jekk il-log medju ta' kuljum hu > M.

Salmonella fil-karkassi:

sodisfaċenti, jekk il-preżenza tas-Salmonella tinstab f'massimu ta' c/n kampjuni,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tas-Salmonella tinstab f'iktar minn c/n kampjuni.

Wara kull sessjoni ta' teħid ta' kampjuni, ir-riżultati ta' l-aħħar għaxar sessjonijiet ta' teħid ta' kampjuni għandhom jiġu evalwati sabiex jinkiseb in-numru n ta' kampjuni.

L-E. coli u l-għadd totali ta' mikro-organiżmi aerobiċi fil-laħam ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-laħam separat bil-magni (MSM):

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

2.2    Ħalib u prodotti tal-ħalib

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (30)

Limiti (31)

Metodu analitiku ta' referenza (32)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.2.1

Ħalib ippastorizzat u prodotti oħra likwidi tal-ħalib ippastorizzat (33)

Enterobacteriaceae

5

2

< 1/ml

5/ml

ISO 21528-1

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Kontrolli fuq l-effiċjenza tat-trattament bis-sħana u l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mill-ġdid kif ukoll il-kwalità tal-materji primi

2.2.2

Ġobnijiet magħmula minn ħalib jew xorrox li għadda minn trattament bis-sħana

E. coli  (34)

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Fil-ħin matul il-proċess ta' manifattura fejn l-għadd totali ta' l-E. coli mistenni li jkun l-ogħla (35)

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi

2.2.3

Ġobnijiet magħmula minn ħalib mhux ippastorizzat

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

10 4 cfu/g

10 5 cfu/g

EN/ISO 6888-2

Fil-ħin matul il-proċess ta' manifattura fejn l-għadd totali ta' stafilokokki mistenni li jkun l-ogħla

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi. Jekk jinstabu valuri >105 cfu/g, il-grupp ta' ġobnijiet għandu jiġi ttestjat għal enterotossini stafilokokki.

2.2.4

Ġobnijiet magħmula minn ħalib li kellu trattament bi sħana iktar baxxa mill-pastorizzazzjoni (36) u ġobnijiet immaturati magħmula minn ħalib jew xorrox li ġie ppastorizzat jew kellu trattament bi sħana ikbar (36)

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

EN/ISO 6888-1 jew 2

2.2.5

Ġobnijiet rotob mhux immaturati (ġobnijiet friski) magħmula minn ħalib jew xorrox li ġie ppastorizzat jew kellu trattament bi sħana iktar qawwija (36)

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

10 cfu/g

100 cfu/g

EN/ISO 6888-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni. Jekk jinstabu valuri >105 cfu/g, il-grupp ta' ġobnijiet għandu jiġi ttestjat għal enterotossini stafilokokki.

2.2.6

Butir u krema magħmulin minn ħalib nej jew ħalib li kellu trattament bi sħana inqas minn dik tal-pastorizzazzjoni

E. coli  (34)

5

2

10 cfu/g

100 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi

2.2.7

Trab tal-ħalib u trab tax-xorrox (33)

Enterobacteriaceae

5

0

10 cfu/g

ISO 21528-2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Kontrolli fuq l-effiċjenza tat-trattament bis-sħana u l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mill-ġdid

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

10 cfu/g

100 cfu/g

EN/ISO 6888-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni. Jekk jinstabu valuri > 105 cfu/g, il-grupp għandu jiġi ttestjat għall-enterotossini stafilokokki.

2.2.8

Ġelati (37) u deżerti magħmula bil-ħabib iffriżati

Enterobacteriaceae

5

2

10 cfu/g

100 cfu/g

ISO 21528-2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni

2.2.9

Il-formoli mnixxfa tat-trabi u l-ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi ta' inqas minn sitt xhur

Enterobacteriaceae

10

0

Assenza f'10 g

ISO 21528-1

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni sabiex tiġi mminimizzata l-kontaminazzjoni (38).

2.2.10

Il-formoli mnixxfa ta' prosegwiment

Enterobacteriaceae

5

0

Assenza f'10 g

ISO 21528-1

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni sabiex tiġi mminimizzata l-kontaminazzjoni.

2.2.11

Il-formoli mnixxfa tat-trabi u l-ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi ta' inqas minn sitt xhur

Bacillus cereus preżuntiv

5

1

50 cfu/g

500 cfu/g

EN/ISO 7932 (39)

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni. Prevenzjoni tar-rikontaminazzjoni. Għażla ta' materja prima.

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

Enterobacteriaceae f'formoli mnixxfa tat-trabi, ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi b'età ta' inqas minn sitt xhur u formuli mnixxfa ta' prosegwiment:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jindikaw l-assenza tal-batterju,

mhux sodisfaċenti, jekk il-preżenza tal-batterju tiġi individwata f'wieħed mill-unitajiet kampjuni.

E. coli, Enterobacteriaceae (kategoriji oħrajn ta' l-ikel) u stafilokokki koagulażi pożittivi:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

Il-Bacillus cereus f'formoli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi b'età ta' inqas minn sitt xhur:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

2.3    Prodotti tal-bajd

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (40)

Limiti

Metodu analitiku ta' referenza (41)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.3.1

Prodotti tal-bajd

Enterobacteriaceae

5

2

10 cfu/g jew ml

100 cfu/g jew ml

ISO 21528-2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Kontrolli fuq l-effiċjenza tat-trattament bis-sħana u l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mill-ġdid

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

Enterobacteriaceae fi prodotti tal-bajd:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

2.4    Prodotti tas-sajd

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (42)

Limiti

Metodu analitiku ta' referenza (43)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.4.1

Prodotti bil-qoxra u mingħajr qoxra ta' krustaċji u molluski msajra

E. coli

5

2

1/g

10/g

ISO TS 16649-3

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni

Stafilkokki koagulażi pożittivi

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

EN/ISO 6888-1 jew 2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

E. coli fi prodotti bil-qoxra u mingħajr qoxra ta' krustaċji u molluski msajra:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

Stafilokokki koagulażi pożittivi fi prodotti mingħajr qoxra ta' krustaċji u molluski msajra:

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

2.5    Ħxejjex, frott u prodotti tagħhom

Kategorija ta' l-ikel

Mikro-organiżmi

Pjan tat-teħid tal-kampjuni (44)

Limiti

Metodu analitiku ta' referenza (45)

Stadju fejn japplika l-kriterju

Azzjoni fil-każ ta' riżultati mhux sodisfaċenti

n

c

m

M

2.5.1

Frott u ħxejjex imqattgħin minn qabel (lesti biex jittieklu)

E. coli

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Proċess ta' manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi

2.5.2

Il-meraq tal-frott u l-ħxejjex mhux ippastorizzati (lesti biex jittieklu)

E. coli

5

2

100 cfu/g

1 000 cfu/g

ISO 16649-1 jew 2

Proċess ta' manifattura

Titjib fl-iġjene tal-produzzjoni u l-għażla tal-materji primi

Interpretazzjoni tar-riżultati ta' l-ittestjar

Il-limiti mogħtija jirreferu għal kull unità kampjun ittestjata.

Ir-riżultati ta' l-ittestjar juru l-kwalità mikro-bijoloġika tal-proċess ittestjat.

E. coli fi frott u ħxejjex ta' l-ikel imqattgħin minn qabel (lesti biex jittieklu) u f'meraq tal-frott u l-ħxejjex mhux ippastorizzati: (lesti biex jittieklu)

sodisfaċenti, jekk il-valuri kollha osservati jkunu ≤ m,

aċċettabbli, jekk massimu ta' c/n valuri jkunu bejn m u M, u l-bqija tal-valuri osservati jkunu ≤ m,

mhux sodisfaċenti, jekk wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun > M, jew iktar minn c/n valuri jkunu bejn m u M.

Kapitolu 3   Regoli għat-teħid tal-kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar

3.1    Regoli għat-teħid tal-kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar

Fin-nuqqas ta' regoli iktar speċifiċi dwar it-teħid ta' kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni għall-ittestjar, l-istandards rilevanti ta' l-ISO (l-Organizzazzjoni Internazzjoni għall-Istandardizzazzjoni) u l-linji ta' gwida tal-Codex Alimentarius għandhom jintużaw bħal metodi ta' referenza.

3.2    Teħid ta' kampjuni batterjoloġiċi fil-biċċeriji u fi stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam

Regoli għat-teħid ta' kampjuni għall-karkassi tal-bovini, il-ħnieżer, in-ngħaġ, il-mogħoż, u ż-żwiemel

Il-metodi distruttivi u non-distruttivi ta' teħid ta' kampjuni, l-għażla tas-siti għat-teħid ta' kampjuni u r-regoli għall-ħażna u t-trasport tal-kampjuni huma deskritti fl-istandard ISO 17604.

Għandhom jittieħdu kampjuni aleatorji minn ħames karkassi f'kull sessjoni ta' teħid ta' kampjuni. Is-siti tal-kampjuni għandhom jintgħażlu billi titqies it-teknoloġija tal-qtil użata f'kull impjant.

Waqt teħid ta' kampjuni għall-analiżi ta' l-għadd totali ta' l-Enterobacteriaceae u mikro-organiżmi aerobiċi, għandhom jittieħdu kampjuni minn erba' siti minn kull karkassa. Erba' kampjuni ta' tessuti li jirrappreżentaw total ta' 20 ċm2 għandhom jinkisbu bil-metodu distruttiv. Meta jintuża l-metodu mhux distruttiv għal dan l-għan, l-erja minn fejn jittieħed il-kampjun għandha tkopri minimu ta' 100 ċm2 (50 ċm2 għal karkassi ta' bhejjem li jixtarru żgħar) għal kull sit minn fejn jittieħdu l-kampjuni.

Waqt teħid ta' kampjuni għal analiżi tas-Salmonella, għandu jintuża metodu ta' teħid ta' kampjuni bi sponża barraxa. Għandhom jintgħażlu l-erjas li l-aktar għandhom ċans li jiġu kkontaminati. L-erja totali għat-teħid tal-kampjun għandha tkopri minimu ta' 400 cm2.

Meta l-kampjuni jittieħdu mis-siti differenti ta' teħid ta' kampjuni fuq il-karkassa, għandhom jingħaqdu f'kampjun kompost qabel l-eżaminazzjoni.

Regoli għat-teħid ta' kampjuni minn karkassi tat-tjur ta' l-irziezet

Għall-analiżi tas-Salmonella, għandu jittieħdu kampjuni minn minimu ta' 15-il karkassa b'mod aleatorju waqt kull sessjoni ta' teħid ta' kampjuni u wara t-tkessiħ. Għandha tinkiseb biċċa mill-ġilda ta' l-għonq ta' approssimament 10 g minn kull karkassa. F'kull okkażjoni, il-kampjuni ta' ġilda ta' l-għonq mit-tliet karkassi għandhom jingħaqdu f'kampjun kompost qabel l-eżaminazzjoni sabiex jiġu ffurmati 5 x 25 g kampjuni finali.

Linji ta' gwida għat-teħid ta' kampjuni

Linji ta' gwida iktar dettaljati dwar it-teħid ta' kampjuni mill-karkassi, partikolarment dwar is-siti għat-teħid ta' kampjuni, jistgħu jiġu inklużi fil-gwidi għal prattiċi tajba msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Frekwenzi għat-teħid ta' kampjuni għal karkassi, il-laħam ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-laħam isseparat bil-magni

L-operaturi fis-settur ta' l-ikel ta' biċċeriji jew stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ikkapuljat, t-tlestija tal-laħam jew il-laħam isseparat bil-magni għandhom jieħdu kampjuni għall-analiżi mikro-bijoloġika għall-inqas darba fil-ġimgħa. Il-jum tat-teħid tal-kampjuni għandu jinbidel kull ġimgħa sabiex ikun assigurat li jkun kopert kull jum tal-ġimgħa.

Fir-rigward tat-teħid tal-kampjuni tal-laħam ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam għall-E. coli u analiżi ta' Enterobacteriaceae u l-għadd totali ta' mikro-organiżmi aerobiċi, il-frekwenza tista' titnaqqas għal ittestjar kull ħmistax jekk jinkisbu riżultati sodisfaċenti għal sitt ġimgħat konsekuttivi.

Fil-każ tat-teħid ta' kampjuni għall-analiżi tas-Salmonella tal-laħam ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u karkassi, il-frekwenza tista' titnaqqas għal kull ħmistax jekk jinkisbu riżultati sodisfaċenti għal 30 ġimgħa konsekuttiva. Il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni għas-salmonella tista' titnaqqas ukoll jekk hemm programm nazzjonali jew reġjonali fis-seħħ għall-kontroll tas-salmonella u jekk dan il-programm jinkludi ttestjar li jieħu post it-teħid ta' kampjuni deskritt f'dan il-paragrafu. Il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni tista' titnaqqas iżjed jekk il-programm nazzjonali jew reġjonali għall-kontroll tas-salmonella juri li l-prevalenza tas-salmonella hija baxxa f'annimali mixtrija mill-biċċerija.

Madankollu, meta jkun iġġustifikat fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju u konsegwentement awtorizzat mill-awtorità kompetenti, biċċeriji u stabbilimenti żgħar li jipproduċu l-laħam ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam fi kwantitajiet żgħar jistgħu jiġu eżentati minn dawn il-frekwenzi ta' teħid ta' kampjuni.”


(1)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(2)  Għall-punti 1.1-1.25 m=M

(3)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(4)  Ittestjar regolari f'konfront mal-kriterju mhuwiex meħtieġ f'ċirkostanzi normali għat-tipi ta' ikel lesti biex jittieklu li ġejjin:

dawk li kellhom trattament bis-sħana jew ipproċessar ieħor effettiv biex jelimina l-L. monocytogenes, fejn ir-rikontaminazzjoni mhijiex possibbli wara dan it-trattament (pereżempju, il-prodotti ttrattati bis-sħana fl-ippakkeġġar finali)

il-ħxejjex u l-frott frisk, mhux maqtugħ u mhux ipproċessat, minbarra ż-żerriegħa mnibbta

il-ħobż, il-gallettini u prodotti simili

l-ilma, il-minerali, il-birra, iċ-ċidru, l-inbid, l-ispirti fil-flixkun jew ippakkjati u prodotti simili

iz-zokkor, l-għasel u l-ħelu, inkluż il-kawkaw u l-prodotti taċ-ċikkulata

il-molluski bivalvi ħajjin.

(5)  Dan il-kriterju japplika jekk il-manifattur ikun kapaċi juri, b'mod li jissodisfa l-awtorità kompetenti, li l-prodott mhux se jeċċedi l-limitu ta' 100 cfu/g matul il-perjodu ta' konservabilità. L-operatur jista' jistabbilixxi limiti intermedjarji matul il-proċess li għandhom ikunu baxxi biżżejjed sabiex jiggarantixxu li l-limitu ta' 100 cfu/g ma jinqabiżx fi tmiem il-perjodu ta' konservabilità.

(6)  1 ml ta' inokulu jitqiegħed fuq dixx Petri b'dijametru ta' 140 mm jew fuq tliet dixxijiet Petri b'dijametru ta' 90 mm.

(7)  Dan il-kriterju għandu japplika għal prodotti qabel ma jħallu l-kontroll immedjat ta' l-operatur fis-settur ta' l-ikel li qed jipproduċi, meta ma jkunx kapaċi juri, b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li l-prodott mhux se jeċċedi l-limitu ta' 100 cfu/g matul il-perjodu ta' konservabilità.

(8)  Il-prodotti b'pH ≤ 4.4 jew aw ≤ 0.92, il-prodotti b'pH ≤ 5.0 u aw ≤ 0.94, il-prodotti b'perjodu ta' konservabilità ta' inqas minn 5 ijiem se jitqiesu awtomatikament li jaqgħu f'din il-kategorija. Kategoriji oħra ta' prodotti jistgħu jaqgħu f'din il-kategorija, suġġetti għal ġustifikazzjoni xjentifika.

(9)  Dan il-kriterju għandu japplika għal-laħam separat bil-magni (MSM) prodott bit-tekniki msemmija fil-paragrafu 3 tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni V ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(10)  Minbarra prodotti fejn il-manifattur jista' juri, b'mod li jissodisfa l-awtorità kompetenti, li minħabba ż-żmien għall-maturazzjoni u l-aw tal-prodott fejn xieraq, m'hemm ebda riskju ta' salmonella.

(11)  Il-ġelati li fihom ingredjenti tal-ħalib biss.

(12)  Ittestjar preliminari tal-grupp ta' żerriegħa qabel il-bidu tal-proċess ta' l-inbid jew l-ittestjar għandu jsir fl-istadju meta tkun mistennija l-ogħla probabbiltà li tinstab is-Salmonella.

(13)  Referenza: Il-laboratorju Komunitarju ta' referenza għal stafilokokki koagulażi pożittivi. Il-metodu Ewropew ta' skrining għas-sejba ta' l-enterotossini stafilokokki fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

(14)  Għandu jitwettaq ittestjar parallel għall-Enterobacteriaceae u E. sakazakii, sakemm ma ġietx stabbilita korrelazzjoni bejn dawn il-mikro-organiżmi f'livell ta' impjant individwali Jekk jinstabu l-Enterobacteriaceae f'wieħed mill-kampjuni tal-prodotti ttestjati f'impjant ta' din ix-xorta, il-grupp għandu jiġi ttestjat għall-E. sakazakii. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-manifattur li juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti jekk teżistix korrelazzjoni ta' din ix-xorta bejn l-Enterobacteriaceae u l-E. sakazakii.

(15)  L-E. coli hawnhekk jintuża bħala indikatur tal-kontaminazzjoni tal-ħmieġ ta' l-imsaren.

(16)  Kampjun kompost li jinkludi minimu ta' 10 annimali individwali.

(17)  B'mod partikulari l-ispeċijiet tal-ħut tal-familji: Scombridae, Clupeidae, Engraulidae, Coryfenidae, Pomatomidae, Scombresosidae.

(18)  Kampjuni individwali jistgħu jittieħdu fil-livell tal-bejgħ. F'każ bħal dan is-suppożizzjoni stipulata fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, skond liema l-grupp kollu għandu jitqies mhux sikur, ma għandhiex tapplika.

(19)  Referenzi1. Malle P., Valle M., Bouquelet S. Assay of biogenic amines involved in fish decomposition. J. AOAC Internat. 1996, 79, 43-49. 2. Duflos G., Dervin C., Malle P., Bouquelet S. Relevance of matrix effect in determination of biogenic amines in plaice (Pleuronectes platessa) and whiting (Merlangus merlangus). J. AOAC Internat. 1999, 82, 1097-1101.

(20)  Ir-riżultati ta' l-ittestjar jistgħu jintużaw ukoll għat-turija ta' l-effettività ta' l-analiżi tal-periklu u tal-prinċipji ta' punti ta' kontroll kritiċi jew tal-proċedura ta' iġjene tajba tal-proċess.

(21)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(22)  Għall-punti 2.1.3 – 2.1.5 m = M

(23)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(24)  Il-limiti (m u M) għandhom japplikaw biss għal kampjuni meħuda bil-metodu distruttiv. Il-log medju ta' kuljum għandu jiġi kkalkulat billi l-ewwel jittieħed valur log għal kull riżultat individwali tat-test u mbagħad tiġi kkalkulata l-medja ta' dawn il-valuri log.

(25)  Il-50 kampjun għandhom jittieħdu minn 10 sessjonijiet konsekuttivi ta' teħid ta' kampjuni skond ir-regoli tat-teħid tal-kampjun u l-frekwenzi stipulati f'dan ir-Regolament.

(26)  In-numru ta' kampjuni fejn tiġi individwata l-preżenza tas-salmonella. Il-valur c huwa suġġett għal reviżjoni sabiex jitqies il-progress li sar fit-tnaqqis tal-prevalenza tas-salmonella. Stati Membri jew reġjuni li għandhom prevalenza baxxa tas-salmonella jistgħu jużaw valuri c iktar baxxi anki qabel ir-reviżjoni.

(27)  Dan il-kriterju ma għandux japplika għal laħam ikkapuljat fil-livell tal-bejgħ meta l-perjodu ta' konservabilità tal-prodott tkun inqas minn 24 siegħa.

(28)  L-E. coli hawnhekk jintuża bħala indikatur tal-kontaminazzjoni tal-ħmieġ ta' l-imsaren.

(29)  Dawn il-kriterji għandhom japplikaw għal-laħam separat bil-magni (MSM) prodott bit-tekniki msemmija fil-paragrafu 3 tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni V ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(30)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(31)  Għall-punti 2.2.7, 2.2.9 u 2.2.10 m = M

(32)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(33)  Il-kriterju ma għandux japplika għal prodotti intenzjonati għal aktar ipproċessar fl-industrija ta' l-ikel.

(34)  L-E. coli hawnhekk jintuża bħala indikatur tal-livel ta' iġjene.

(35)  Għal ġobnijiet mhux favorevoli għall-iżvilupp ta' l-E. coli, l-għadd totali ta' l-E. coli normalment huwa l-ogħla fil-bidu tal-perjodu ta' maturazzjoni, u għal ġobnijiet favorevoli għall-iżvilupp ta' l-E. coli, l-għadd totali normalment huwa l-ogħla fi tmiem il-perjodu ta' maturazzjoni.

(36)  Minbarra ġobnijiet fejn il-manifattur jista' juri, b'mod li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti, li l-prodott ma jikkostitwixxix riskju ta' enterotossini stafilokokki.

(37)  Il-ġelati li fihom ingredjenti tal-ħalib biss.

(38)  Għandu jitwettaq ittestjar parallel għall-Enterobacteriaceae u E. sakazakii, sakemm ma ġietx stabbilita korrelazzjoni bejn dawn il-mikro-organiżmi f'livell ta' impjant individwali. Jekk jinstabu l-Enterobacteriaceae f'wieħed mill-kampjuni tal-prodotti ttestjati f'impjant ta' din ix-xorta, il-grupp għandu jiġi ttestjat għall-E. sakazakii. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-manifattur li juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti jekk teżistix korrelazzjoni ta' din ix-xorta bejn l-Enterobacteriaceae u l-E. sakazakii.

(39)  1 ml ta' inokulu jitqiegħed fuq dixx Petri b'dijametru ta' 140 mm jew fuq tliet dixxijiet Petri b'dijametru ta' 90 mm.

(40)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(41)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(42)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(43)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.

(44)  n = in-numru ta' unitajiet li jagħmlu kampjun; c = in-numru ta' unitajiet kampjun li jagħtu valuri bejn m u M.

(45)  Għandha tiġi użata l-iktar edizzjoni reċenti ta' l-istandard.


7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1442/2007

tas-6 ta’ Diċembru 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mis-7 ta’ Diċembru 2007

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

28,88  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

29,49  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

28,88  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

29,49  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3140

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

31,40

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

32,06

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

32,06

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3140

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Liechtenstein u s-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan);

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

c)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibilta'


(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1443/2007

tas-6 ta’ Diċembru 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-6 ta’ Diċembru 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-6 ta’ Diċembru 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 37,062 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1298/2007 (ĠU L 289, 7.11.2007, p. 3).


7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1444/2007

tas-6 ta’ Diċembru 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta' l-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-5 ta’ Diċembru 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-5 ta’ Diċembru 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 huwa ffissat għal 433,98 EUR/t.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, għas-sena 2007, għal studji, valutazzjonijiet u stimi ta’ l-impatt li jkopru l-oqsma tas-sigurtà ta’ l-ikel, is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali u ż-żooteknika

(2007/795/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-Komunità għandha twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex iwettqu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità u għall-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ veterinarju.

(2)

L-istudji, il-valutazzjonijiet ta’ l-impatt kif ukoll l-evalwazzjonijiet sistematiċi u f’waqthom tal-programmi ta’ nefqa fl-oqsma tas-sigurtà ta’ l-ikel, is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali u ż-żooteknika huma essenzjali biex jitwettqu dawn il-miżuri u se jappoġġjaw ukoll l-azzjonijiet identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta’ l-Annimali 2006-2010.

(3)

Il-ħidmiet kollha individwali huma suġġetti għal kuntratti speċifiċi taħt il-kuntratt ta’ qafas ta’ evalwazzjoni li għalih tnediet sejħa għall-offerti fl-2004. Dawn il-kuntratti speċifiċi għandhom jiġu ffirmati bejn il-Kummissjoni u l-kuntrattur magħżul kif definit fil-kuntratt ta’ qafas.

(4)

L-istudji, il-valutazzjonijiet u l-istimi ta’ l-impatt li jkopru l-oqsma tas-sigurtà ta’ l-ikel, is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali u ż-żooteknika għandhom jifformaw parti mill-iżvilupp ulterjuri tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità u mill-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ veterinarju u se jappoġġjaw ukoll l-azzjonijiet identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta’ l-Annimali 2006-2010.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li l-Komunità tiffinanzja għas-sena 2007, l-istudji, il-valutazzjonijiet u l-istimi ta’ l-impatt, li jkopru l-oqsma tas-sigurtà ta’ l-ikel, is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali u ż-żooteknika. L-ammont massimu li għandu jiġi allokat għal dawn l-azzjonijiet irid ikun speċifikat.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu

L-azzjonijiet imsemmija fl-Anness huma approvati u għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-linja tal-baġit 17 04 02 01 tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej għall-2007 sa massimu ta’ EUR 700 000.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Qasam: Is-sigurtà ta’ l-ikel, is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali u ż-żooteknika.

Bażi legali: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-infiq fil-qasam veterinarju.

L-għanijiet politiċi: Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta’ l-Annimali 2006–2010 (1) identifika bosta oqsma ta’ azzjoni b’mod partikolari t-titjib ta’ l-istandards minimi eżistenti għall-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali u l-introduzzjoni ta’ indikaturi standardizzati għall-benesseri ta’ l-annimali. Rigward it-trasport ta’ l-annimali, il-parir minn esperti xjentifiċi jindika li jinħtieġu regoli ġodda u xierqa dwar il-ħinijiet ta’ l-ivvjaġġar u d-densitajiet tat-tagħbija. Il-Kummissarju Kyprianou għalhekk ħabbar bosta drabi bħalma għamel matul il-Kunsill ta’ l-Agrikultura f’Ottubru 2007 li l-Kummissjoni qed tistudja din il-kwistjoni bl-għan li tipproponi reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (2) fl-2009.

Fir-rigward ta’ l-ittikkettjar tal-benesseri ta’ l-annimali, il-Pjan ta’ Azzjoni jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar il-possibbiltà ta’ skema obbligatorja ta’ ttikkettjar għal-laħam tat-tiġieġ u l-prodotti tal-laħam ibbażata fuq il-konformità ma’ l-istandards tal-benesseri ta’ l-annimali u biex tressaq rapport lill-Kunsill u lill-Parlament dwar l-applikazzjoni ulterjuri ta’ indikaturi li jistgħu jitkejlu fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità għall-benesseri ta’ l-annimali. Barra minn hekk, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni f’Mejju 2007 (3) biex tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-ittikkettjar tal-benesseri ta’ l-annimali biex ikun jista’ jsir dibattitu fil-fond dwar dan is-suġġett. Għal dawn ir-raġunijiet jeħtieġ li jiġi ppreżentat studju usa’ dwar l-impatt ta’ l-ittikkettjar tal-benesseri ta’ l-annimali u dwar Ċentru ta’ Referenza għall-Benesseri ta’ l-Annimali li jista’ jservi ta’ entità Ewropea ta’ koordinament għall-inizjattivi differenti marbuta mal-benesseri ta’ l-annimali (standardizzazzjoni/ċertifikazzjoni ta’ l-indikaturi tal-benesseri, skemi ta’ verifika, databases li għandhom x’jaqsmu ma’ tikketti ċċertifikati eżistenti).

Ħidmiet assenjati: Diversi tipi ta’ studji u servizzi oħra li jappoġġjaw it-tfassil u t-tħejjija tal-proposti tal-Kummissjoni.

Studji u servizzi oħra li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta’ l-Annimali 2006–2010 ġew skedati għall-2007, b’mod partikolari għat-tħejjija ta’ valutazzjonijiet ta’ l-impatt li għandhom x’jaqsmu mat-trasport ta’ l-annimali, it-tbiċċir u t-tħejjija ta’ rapport dwar l-ittikkettjar tal-benesseri ta’ l-annimali kif mitlub mill-Kunsill.

Approprjazzjonijiet 2007: 17 04 02 01 – Miżuri oħra fil-qasam veterinarju, tal-benesseri ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika: EUR 700 000.

Għadd ta’ azzjonijiet speċifiċi mħejjija: bejn wieħed u ieħor erbgħa.

L-azzjonijiet kollha għandhom jiġu rregolati bir-regoli komuni għall-akkwisti pubbliċi u se jitwettqu permezz ta’ kuntratti speċifiċi taħt kuntratt ta’ qafas. Il-kuntratti speċifiċi se jiġu ffirmati matul l-aħħar kwart ta’ l-2007.


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta’ l-Annimali 2006–2010, COM(2006) 13 finali.

(2)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

(3)  Konferenza dwar “Il-Benesseri ta’ l-Annimali” – Titjib permezz ta’ l-Ittikkettjar? - Konklużjonijiet tal-Kunsill, http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/agricult/94008.pdf


7.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5890)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/796/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tħassar id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE, u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 60(2) u l-Artikoli 62(1) u (3) tagħha,

Billi,

(1)

Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad-9 ta’ Awwissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit li tħassar id-Deċiżjoni 2007/552/KE (4) biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE.

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistipula regoli applikabbli għad-dispaċċ miż-żoni ta’ riskju għoli, elenkati fl-Anness I, u ż-żoni ta’ riskju baxx elenkati fl-Anness II, ta’ dik id-Deċiżjoni (“żoni ristretti”), fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li, jew ġew prodotti qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja prima li nkisbet barra minn dawn iż-żoni ristretti, inkella sarilhom trattament li huwa ppruvat effettiv għall-inattivazzjoni tal-virus tal-marda possibbli ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(3)

Fid-Deċiżjoni 2007/554/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/664/KE, il-Kummissjoni stipulat ir-regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE, kif emendata, fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal perjodu ta’ 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati.

(4)

Fuq il-bażi ta’ l-evoluzzjoni tal-qagħda tas-saħħa ta’ l-annimali fir-Renju Unit, u b’mod partikolari r-riżultati tas-sorveljanza attwali, issa huwa possibbli li jitkabbru aktar iż-żoni elenkati fl-Anness II u li titnaqqas iż-żona li tikkonsisti minn unitajiet amministrattivi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/554/KE.

(5)

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE jinbidlu bit-test fl-Anness.

Artikolu 2

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13, id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(4)  ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/746/KE (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 24).


ANNESS

ANNESS I

Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit:

1

2

3

GRUPP

ADNS

Unità Amministrattiva

L-Ingilterra

41

Bracknell Forest Borough

66

Slough

76

Windsor and Maidenhead

77

Wokingham

138

Buckinghamshire County, id-distretti ta’:

South Buckinghamshire

148

Hampshire County, id-distretti ta’:

 

Hart

 

Rushmoor

163

Surrey

168

L-Awtorità ta’ Greater London, il-boroughs ta’:

 

Hillingdon

 

Hounslow

 

Richmond upon Thames

 

Kingston upon Thames

 

Ealing

 

Harrow

 

Brent

 

Hammersmith and Fulham

 

Wandsworth

 

Merton

 

Sutton

ANNESS II

Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit:

Il-Gran Britanja bl-eċċezzjoni taż-żoni elenkati fl-Anness I

ANNESS III

Iż-żoni li ġejjin elenkati fl-Anness I għandu jkollhom l-istatus ta’ żoni elenkati fl-Anness III:

1

2

3

4

5

6

7

8

GRUPP

ADNS

Unità Amministrattiva

B

S/G

P

FG

WG

L-Ingilterra

41

Bracknell Forest

+

+

+

+

 

66

Slough

+

+

+

+

 

76

Windsor and Maidenhead

+

+

+

+

 

77

Wokingham

+

+

+

+

 

138

Buckinghamshire County, id-distretti ta’:

 

 

 

 

 

South Buckinghamshire

+

+

+

+

 

148

Hampshire County, id-distretti ta’:

 

 

 

 

 

Hart

+

+

+

+

 

Rushmoor

+

+

+

+

 

163

Surrey County

+

+

+

+

 

168

L-Awtorità ta’ Greater London, il-boroughs ta’:

 

 

 

 

 

Hillingdon

+

+

+

+

 

Hounslow

+

+

+

+

 

Richmond upon Thames

+

+

+

+

 

Kingston upon Thames

+

+

+

+

 

Ealing

+

+

+

+

 

Harrow

+

+

+

+

 

Brent

+

+

+

+

 

Hammersmith and Fulham

+

+

+

+

 

Wandsworth

+

+

+

+

 

Merton

+

+

+

+

 

Sutton

+

+

+

+

 

ADNS

=

Animal Disease Notification System Code – Kodiċi ta’ Sistema ta’ Notifikazzjoni għall-Mard ta’ l-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE)

B

=

laħam tal-bovini

S/G

=

laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż [laħam ta’ annimali ovini u kaprini]

P

=

laħam tal-majjal [laħam ta’ annimali porċini]

FG

=

annimali tal-kaċċa mrobbija suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

WG

=

annimali selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer