ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 271

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
31 ta' Lulju 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 271/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 271/02

Kawża C-499/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 – Joshua David Silver, Leona Catherine Bashow, Charles Nicholas Hilary Marquand, JY, JZ, Anthony Styles Clayton, Gillian Margaret Clayton vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Rikors għal annullament – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – Deċiżjoni (UE) 2020/135 – Ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tat-Tramuntana L-Irlanda – Konsegwenzi ta’ dan il-ftehim fuq l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea u d-drittijiet marbuta ma’ dan l-istatus għal dawn iċ-ċittadini – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Rikors – Kundizzjonijiet – Interess ġuridiku)

2

2023/C 271/03

Kawża C-501/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 – Harry Shindler, Christopher David Randolph, Douglas Edward Watson, Michael Charles Strawson, Hilary Elizabeth Walker, Sarah Caroline Griffiths, James Graham Cherrill, Anita Ruddell Tuttell, Joséphine French, William John Tobbin vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Rikors għal annullament – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – Deċiżjoni (UE) 2020/135 – Ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq – Konsegwenzi ta’ dan il-ftehim fuq l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea u fuq drittijiet marbuta ma’ dan l-istatus għal dawn iċ-ċittadini – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Locus standi – Kundizzjonijiet – Interess ġuridiku)

3

2023/C 271/04

Kawża C-502/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 – David Price vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Rikors għal annullament – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – Deċiżjoni (UE) 2020/135 – Ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq – Konsegwenzi ta’ dan il-ftehim fuq l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea u fuq drittijiet marbuta ma’ dan l-istatus għal dawn iċ-ċittadini – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Locus standi – Kundizzjonijiet – Interess ġuridiku)

3

2023/C 271/05

Kawża C-520/21, Bank M. (Konsegwenzi tal-annullament tal-kuntratt): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – il-Polonja) – Arkadiusz Szcześniak vs Bank M. SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) – Kreditu ipotekarju indiċjat fuq munita barranija – Klawżoli ta’ konverżjoni – Determinazzjoni tar-rata tal-kambju bejn din il-munita barranija u l-munita nazzjonali – Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola – Effetti tal-annullament ta’ kuntratt fl-intier tiegħu – Possibbiltà li jintalbu krediti li jmorru lil hinn mir-rimbors tas-somom miftiehma fil-kuntratt u l-ħlas ta’ interessi moratorji – Dannu għall-konsumatur – Indisponibbiltà tal-ammont tal-menswalitajiet imħallsa lill-bank – Dannu għall-bank – Indisponibbiltà tas-somma tal-kapital imħallsa lill-konsumatur – Effett dissważiv tal-projbizzjoni ta’ klawżoli inġusti – Protezzjoni effettiva tal-konsumaturi – Interpretazzjoni ġudizzjarja ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali)

4

2023/C 271/06

Kawża C-721/21, Eco Advocacy: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Eco Advoacy CLG vs An Bord Pleanála (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali, kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Artikolu 6(3) – Screening ta’ pjan jew ta’ proġett bl-għan li jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ li ssir evalwazzjoni xierqa jew le tal-impatt ta’ dan il-pjan jew ta’ dan il-proġett fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni – Motivazzjoni – Miżuri li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni – Proġett ta’ bini ta’ residenza – Awtonomija proċedurali – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Regoli proċedurali li bis-saħħa tagħhom is-suġġett tat-tilwima jiġi ddeterminat mill-motivi mqajma fil-mument tal-preżentata tar-rikors)

5

2023/C 271/07

Kawża C-132/22, Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (Klassifikar speċjali): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – BM, NP vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-ħaddiema – Artikolu 45 TFUE – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 3(1) – Ostakolu – Ugwaljanza fit-trattament – Proċedura ta’ klassifikazzjoni għall-għoti ta’ karigi f’ċerti stabbilimenti pubbliċi nazzjonali – Kundizzjoni għall-ammissjoni marbuta mal-esperjenza professjonali preċedenti miksuba fi ħdan dawn l-istabbilimenti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza professjonali miksuba fi Stati Membri oħra – Ġustifikazzjoni – Għan tal-ġlieda kontra l-prekarjetà)

6

2023/C 271/08

Kawża C-183/22, Saint-Louis Sucre (Rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Saint-Louis Sucre vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, SICA des betteraviers d’Etrepagny (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Statuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi – Artikolu 153(1)(b) – Regola ta’ appartenenza tal-membri f’organizzazzjoni waħda tal-produtturi – Portata – Artikolu 153(2)(c) – Kontroll demokratiku tal-organizzazzjoni tal-produtturi u tad-deċiżjonijiet meħuda fi ħdanha mill-membri produtturi – Kontroll eżerċitat minn persuna fuq ċerti membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi)

6

2023/C 271/09

Kawża C-287/22, Getin Noble Bank (Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ self): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – YQ, RJ vs Getin Noble Bank S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Self ipotekarju indiċjat fuq munita barranija – Artikolu 6(1) – Artikolu 7(1) – Talba għall-għoti ta’ miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ self – Garanzija tal-effettività sħiħa tal-effett restitutorju)

7

2023/C 271/10

Kawża C-292/22, Nova Targovska Kompania 2004: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Teritorialna direktsia Mitnitsa Varna vs NOVA TARGOVSKA KOMPANIA 2004 AD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Nomenklatura Magħquda – Intestaturi 1511 u 1517 – Żejt tal-palm raffinat, ibbliċjat u deodorizzat – Assenza ta’ metodu previst għall-analiżi tal-konsistenza ta’ prodott)

8

2023/C 271/11

Kawża C-411/22, Thermalhotel Fontana: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Thermalhotel Fontana Hotelbetriebsgesellschaft mbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 3(1)(a) – Kunċett ta’ benefiċċji tal-mard – Kamp ta’ applikazzjoni – Moviment liberu tal-ħaddiema – Artikolu 45 TFUE – Regolament (KE) Nru 492/2011 – Artikolu 7(2) – Vantaġġi soċjali – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjonijiet – COVID-19 – Iżolament ta’ impjegati ordnat mill-awtorità nazzjonali tas-saħħa – Kumpens tal-imsemmija impjegati mill-persuna li timpjega – Rimbors tal-persuna li timpjega mill-awtorità kompetenti – Esklużjoni tal-ħaddiema fruntalieri iżolati bis-saħħa ta’ miżura meħuda mill-awtorità tal-Istat ta’ residenza tagħhom)

9

2023/C 271/12

Kawża C-676/20, ASADE: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disà Awla) tal-31 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Aragón – Spanja) – Asociación Estatal de Entidades de Servicios de Atención a Domicilio (ASADE) vs Consejería de Sanidad de la Diputación General de Aragón (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni purament interna – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikoli 74 sa 77 – Provvista ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa – Użu ta’ ftehimiet ta’ azzjoni kuntrattwali ma entitajiet privati mingħajr skop ta’ lukru – Servizzi fis-suq intern – Direttiva 2006/123/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(2)(f) u (j)

10

2023/C 271/13

Kawża C-30/22, Direktor na Teritorialno podelenie na Natsionalnia osiguritelen institut-Veliko Tarnovo: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – DV vs Direktor na Teritorialno podelenie na Natsionalnia osiguritelen institut – Veliko Tarnovo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ħaddiema migranti – Qgħad – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – Sigurtà soċjali – Artikolu 30 – Determinazzjoni tad-dritt għal allowance tal-qgħad – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 65(2) – Ċittadina ta’ Stat Membru li eżerċitat attività bħala persuna impjegata fir-Renju Unit – Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha wara l-ħruġ tar-Renju Unit u t-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni stabbilit minn dan il-ftehim – Dritt ta’ din iċ-ċittadina għal allowance tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru għar-ritorn tagħha lejn dan tal-aħħar)

11

2023/C 271/14

Kawża C-34/22, Belgische Staat: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent – il-Belġju) – VN vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Moviment liberu tal-kapital – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq id-dħul – Eżenzjoni fiskali rriżervata għall-interessi mħallsa mill-banek li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet legali – Diskriminazzjoni indiretta – Istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fil-Belġju u istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea)

11

2023/C 271/15

Kawża C-669/22, Rozhlas a televízia Slovenska: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov – is-Slovakkja) – Rozhlas a televízia Slovenska vs CI (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kamp ta’ applikazzjoni – Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tar-rabta eżistenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli – Informazzjoni insuffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

12

2023/C 271/16

Kawża C-12/23 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2023 minn Autoramiksas UAB mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-374/22, Autoramiksas vs Il-Kummissjoni

12

2023/C 271/17

Kawża C-91/23 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2023 minn XH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-19 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-522/21, XH vs Il-Kummissjoni

13

2023/C 271/18

Kawża C-144/23, KUBERA: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fid-9 ta’ Marzu 2023 – KUBERA, trgovanje s hrano in pijačo, d.o.o. vs Republika Slovenija

14

2023/C 271/19

Kawża C-216/23, Hauser Weinimport: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ April 2023 – Hauser Weinimport GmbH vs Freistaat Bayern

14

2023/C 271/20

Kawża C-285/23, Linte: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ekonomisko lietu tiesa (il-Latvja) fit-3 ta’ Mejju 2023 – Proċeduri kriminali kontra A, B, C, Z, F, AS Latgales Invest Holding, SIA METEOR HOLDING, METEOR Kettenfabrik GmbH, SIA Tool Industry u AS Ditton pievadķēžu rūpnīca

15

2023/C 271/21

Kawża C-291/23, Hantoch: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2023 – LS vs PL

16

2023/C 271/22

Kawża C-323/23, Pensionsversicherungsanstalt: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Mejju 2023 – DS vs Pensionsversicherungsanstalt

16

2023/C 271/23

Kawża C-329/23, Sozialversicherungsanstalt: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Mejju 2023 – Sozialversicherungsanstalt der Selbständigen

17

2023/C 271/24

Kawża C-335/23, Qatar Airways: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Mejju 2023 – MN vs Qatar Airways

18

2023/C 271/25

Kawża C-341/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

18

2023/C 271/26

Kawża C-366/23 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2023 minn Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ Marzu 2023 fil-Kawża T-26/22, CIMV vs Il-Kummissjoni

19

2023/C 271/27

Kawża C-190/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Paypal (Europe) Sarl u Cie, SCA vs PQ

20

2023/C 271/28

Kawża C-723/21: Digriet tal-President tat-tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Cottbus – il-Ġermanja) – Stadt Frankfurt (Oder), FWA Frankfurter Wasser- und Abwassergesellschaft mbH vs Landesamt für Bergbau, Geologie und Rohstoffe

20

2023/C 271/29

Kawża C-651/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

21

2023/C 271/30

Kawża C-668/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 271/31

Kawża T-571/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – UG vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat – Xoljiment tal-kuntratt – Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Inkompetenza professjonali – Kondotta fis-servizz u attitudni fuq ix-xogħol mhux kompatibbli mal-interess tas-servizz – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Dritt għal-leave parentali – Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal – Applikazzjoni għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal tal-Unjoni tar-rekwiżiti minimi tad-Direttivi 2010/18/UE u 2002/14/KE – Artikoli 27, 30 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema – Artikolu 24b tar-Regolamenti tal-Persunal – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Protezzjoni fil-każ ta’ tkeċċija inġusta – Kontestazzjoni b’mod inċidentali ta’ atti definittivi – Inammissibbiltà – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Użu ħażin ta’ poter – Responsabbiltà)

22

2023/C 271/32

Kawża T-200/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Stone Brewing vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONE BREWING) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STONE BREWING – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti STONES – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

22

2023/C 271/33

Kawża T-585/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Polwax vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq upstream tax-xama’ slack – Suq downstream tax-xama’ tal-paraffina – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE – Assenza ta’ impenn dwar il-provvista tax-xama’ slack – Effetti vertikali – Esklużjoni mis-suq tal-input)

23

2023/C 271/34

Kawża T-79/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services – Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Vantaġġ – Kriterju tal-ħtieġa reali – Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Dritt għal smigħ)

24

2023/C 271/35

Kawża T-201/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Covington & Burling u Van Vooren vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf – Pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri – Rifjut ta’ aċċess – Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Komitoloġija – Regolament (KE) Nru 1925/2006)

24

2023/C 271/36

Kawża T-376/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Instituto Cervantes vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ taħriġ fil-lingwi lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-aġenziji tal-Unjoni – Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura ta’ kaskata – Obbligu ta’ motivazzjoni – Elementi tal-offerta aċċessibbli permezz ta’ ħolqa hypertext – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter)

25

2023/C 271/37

Kawża T-748/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Hangzhou Dingsheng Industrial Group et vs Il-Kummissjoni (Dumping – Estensjoni tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju mibgħuta mit-Tajlandja – Investigazzjoni kontra l-evażjoni – Evażjoni – Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Provi suffiċjenti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

26

2023/C 271/38

Kawża T-197/22 u T-198/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Ioulia and Irene Tseti Pharmaceutical Laboratories vs EUIPO – Arbora & Ausonia (InterMed Pharmaceutical Laboratories eva intima) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea InterMed Pharmaceutical Laboratories eva intima – Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali preċedenti EVAX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

26

2023/C 271/39

Kawża T-347/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Rauch Furnace Technology vs EUIPO – Musto et Bureau (Griġjol) [Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju li jirrappreżenta griġjol – Disinn preċedenti – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Żvelar tad-disinn preċedenti – Artikoli 6 u 7, u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Provi ppreżentati f’lingwa differenti minn dik tal-kawża – Artikolu 29(1) u (5), u Artikolu 81(2) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 – Fatti invokati jew provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 63 tar-Regolament Nru 6/2002]

27

2023/C 271/40

Kawża T-438/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – International British Education XXI vs EUIPO – Saint George’s School (IBE ST. GEORGE’S) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea IBE ST. GEORGE’S – Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali ST. GEORGE’S SCHOOL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

28

2023/C 271/41

Kawża T-446/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Corver vs EUIPO (CHR ME) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CHR ME – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

28

2023/C 271/42

Kawża T-514/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Vitromed vs EUIPO – Vitromed Healthcare (VITROMED Germany) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VITROMED Germany – Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva preċedenti VITROMED – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

29

2023/C 271/43

Kawża T-433/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2023 – Spreewood Distillers vs EUIPO – Radgonske gorice (STORK) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STORK – Trade mark verbali preċedenti GOLDEN STORK – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

30

2023/C 271/44

Kawża T-134/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2023 – Institut Jožef Stefan vs Il-Kummissjoni

30

2023/C 271/45

Kawża T-282/23: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2023 – WT vs Il-Kummissjoni

32

2023/C 271/46

Kawża T-290/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2023 – Sber vs SRB

32

2023/C 271/47

Kawża T-325/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2023 – Meta Platforms Ireland vs Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

34

2023/C 271/48

Kawża T-330/23: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2023 – Tyczka vs EUIPO (READYPACK)

35

2023/C 271/49

Kawża T-333/23: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2023 – MPM-Quality vs EUIPO – Elton Hodinářská (PRIM)

35

2023/C 271/50

Kawża T-338/23: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2023 – Next Media Project vs EFCA

36

2023/C 271/51

Kawża T-679/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2023 – Argyraki vs Il-Kummissjoni

36

2023/C 271/52

Kawża T-28/23: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – D&G Laboratories vs EUIPO – Holpindus (aleva NATURALS)

37


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 271/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 261, 24.7.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 252, 17.7.2023

ĠU C 235, 3.7.2023

ĠU C 223, 26.6.2023

ĠU C 216, 19.6.2023

ĠU C 205, 12.6.2023

ĠU C 189, 30.5.2023

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 – Joshua David Silver, Leona Catherine Bashow, Charles Nicholas Hilary Marquand, JY, JZ, Anthony Styles Clayton, Gillian Margaret Clayton vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-499/21 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Deċiżjoni (UE) 2020/135 - Ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tat-Tramuntana L-Irlanda - Konsegwenzi ta’ dan il-ftehim fuq l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea u d-drittijiet marbuta ma’ dan l-istatus għal dawn iċ-ċittadini - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Rikors - Kundizzjonijiet - Interess ġuridiku)

(2023/C 271/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Joshua David Silver, Leona Catherine Bashow, Charles Nicholas Hilary Marquand, JY, JZ, Anthony Styles Clayton, Gillian Margaret Clayton (rappreżentanti: P. Tridimas, dikigoros, D. Harrison u A. von Westernhagen, solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, J. Ciantar u R. Meyer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Joshua David Silver, Leona Catherine Bashow, Charles Nicholas Hilary Marquand, JY, JZ, Anthony Styles Clayton u Gillian Margaret Clayton huma kkundannti għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 490, 06.12.2021.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 – Harry Shindler, Christopher David Randolph, Douglas Edward Watson, Michael Charles Strawson, Hilary Elizabeth Walker, Sarah Caroline Griffiths, James Graham Cherrill, Anita Ruddell Tuttell, Joséphine French, William John Tobbin vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-501/21 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Deċiżjoni (UE) 2020/135 - Ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq - Konsegwenzi ta’ dan il-ftehim fuq l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea u fuq drittijiet marbuta ma’ dan l-istatus għal dawn iċ-ċittadini - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Locus standi - Kundizzjonijiet - Interess ġuridiku)

(2023/C 271/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Harry Shindler, Christopher David Randolph, Douglas Edward Watson, Michael Charles Strawson, Hilary Elizabeth Walker, Sarah Caroline Griffiths, James Graham Cherrill, Anita Ruddell Tuttell, Joséphine French, William John Tobbin (rappreżentant: J. Fouchet, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, J. Ciantar u R. Meyer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Harry Shindler, Christopher David Randolph, Douglas Edward Watson, Michael Charles Strawson, Hilary Elizabeth Walker, Sarah Caroline Griffiths, James Graham Cherrill, Anita Ruddell Tuttell, Joséphine French u William John Tobbin, huma kkundannti għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 452, 8.11.2021.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 – David Price vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-502/21 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Deċiżjoni (UE) 2020/135 - Ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq - Konsegwenzi ta’ dan il-ftehim fuq l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea u fuq drittijiet marbuta ma’ dan l-istatus għal dawn iċ-ċittadini - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Locus standi - Kundizzjonijiet - Interess ġuridiku)

(2023/C 271/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: David Price (rappreżentant: J. Fouchet, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, J. Ciantar u R. Meyer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

David Price huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 452, 8.11.2021.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – il-Polonja) – Arkadiusz Szcześniak vs Bank M. SA

(Kawża C-520/21 (1), Bank M. (Konsegwenzi tal-annullament tal-kuntratt))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) - Kreditu ipotekarju indiċjat fuq munita barranija - Klawżoli ta’ konverżjoni - Determinazzjoni tar-rata tal-kambju bejn din il-munita barranija u l-munita nazzjonali - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Effetti tal-annullament ta’ kuntratt fl-intier tiegħu - Possibbiltà li jintalbu krediti li jmorru lil hinn mir-rimbors tas-somom miftiehma fil-kuntratt u l-ħlas ta’ interessi moratorji - Dannu għall-konsumatur - Indisponibbiltà tal-ammont tal-menswalitajiet imħallsa lill-bank - Dannu għall-bank - Indisponibbiltà tas-somma tal-kapital imħallsa lill-konsumatur - Effett dissważiv tal-projbizzjoni ta’ klawżoli inġusti - Protezzjoni effettiva tal-konsumaturi - Interpretazzjoni ġudizzjarja ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali)

(2023/C 271/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Arkadiusz Szcześniak

Konvenut: Bank M. SA

fil-preżenza ta’: Rzecznik Praw Obywatelskich, Rzecznik Finansowy, Prokurator Prokuratury Rejonowej Warszawa – Śródmieście w Warszawie, Przewodniczący Komisji Nadzoru Finansowego

Dispożittiv

Fil-kuntest tal-annullament fl-intier tiegħu ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju minħabba li dan ma jistax jibqa’ jeżisti wara t-tneħħija tal-klawżoli inġusti,

l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux interpretazzjoni ġudizzjarja tad-dritt nazzjonali fis-sens li l-konsumatur għandu d-dritt jitlob lill-istituzzjoni ta’ kreditu kumpens li jmur lil hinn mir-rimbors tal-menswalitajiet imħallsa u tal-ispejjeż imħallsa abbażi tal-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt kif ukoll il-ħlas tal-interessi moratorji bir-rata legali mill-intimazzjoni, sakemm l-għanijiet tad-Direttiva 93/13 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità jiġu osservati u

jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja tad-dritt nazzjonali fis-sens li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha d-dritt titlob lill-konsumatur kumpens li jmur lil hinn mir-rimbors tal-kapital imħallas abbażi tal-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt kif ukoll il-ħlas tal-interessi moratorji bir-rata legali mill-intimazzjoni.


(1)  ĠU C 64, 7.2.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Eco Advoacy CLG vs An Bord Pleanála

(Kawża C-721/21 (1), Eco Advocacy)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali, kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Artikolu 6(3) - Screening ta’ pjan jew ta’ proġett bl-għan li jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ li ssir evalwazzjoni xierqa jew le tal-impatt ta’ dan il-pjan jew ta’ dan il-proġett fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni - Motivazzjoni - Miżuri li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni - Proġett ta’ bini ta’ residenza - Awtonomija proċedurali - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Regoli proċedurali li bis-saħħa tagħhom is-suġġett tat-tilwima jiġi ddeterminat mill-motivi mqajma fil-mument tal-preżentata tar-rikors)

(2023/C 271/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eco Advoacy CLG

Konvenut: An Bord Pleanála

Fil-preżenza ta’: Keegan Land Holdings, An Taisce – The National Trust for Ireland, ClientEarth AISBL

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola proċedurali nazzjonali li skontha, minn naħa, talba għal stħarriġ ġudizzjarju, fid-dawl kemm tad-dritt nazzjonali, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, bħall-Artikolu 4(2) sa (5) u l-Anness III tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 jew l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandha tkun imsejsa fuq espożizzjoni tat-talbiet u tal-motivi li fuqhom huma msejsa dawn it-talbiet, billi tistipula b’mod preċiż kull wieħed minn dawn il-motivi u billi tindika, għal kull motiv, il-fatti jew il-provi invokati insostenn tiegħu u, min-naħa l-oħra, rikorrent ma jista’ jinvoka l-ebda motiv u lanqas ma jista’ jressaq l-ebda talba matul is-seduta, ħlief għal dawk li jinsabu f’dik l-espożizzjoni.

2)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

għalkemm, fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tiddeċiedi li tawtorizza pjan jew proġett li jista’ jaffettwa sit protett skont din id-direttiva, mingħajr ma titlob li ssir evalwazzjoni xierqa, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, din l-awtorità ma hijiex marbuta tindirizza, fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha, kull punt ta’ dritt u ta’ fatt imqajjem fil-mori tal-proċedura amministrattiva, hija għandha, madankollu, tindika b’mod suffiċjenti r-raġunijiet li, qabel tkun tat tali awtorizzazzjoni, ikunu wassluha tikseb iċ-ċertezza, minkejja l-fehmiet kuntrarji u d-dubji raġonevoli li setgħu ġew espressi fihom, li kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar il-possibbiltà li dan il-proġett jaffettwa dan is-sit b’mod sinjifikattiv kien ġie eskluż.

3)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ li ssir evalwazzjoni xierqa tal-impatt ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi ta’ dan il-pjan jew ta’ dan il-proġett li jinvolvu t-tneħħija ta’ sustanzi li jikkontaminaw u li jistgħu għalhekk ikollhom l-effett li jitnaqqas l-impatt negattiv tal-imsemmi pjan jew tal-imsemmi proġett fuq dan is-sit, fejn dawn il-karatteristiċi jkunu ġew integrati fl-istess pjan jew fl-istess proġett bħala karatteristiċi standard, inerenti għal tali pjan jew proġett, irrispettivament minn kwalunkwe impatt fuq l-imsemmi sit.


(1)  ĠU C 158, 11.4.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – BM, NP vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR

(Kawża C-132/22 (1), Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (Klassifikar speċjali))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 3(1) - Ostakolu - Ugwaljanza fit-trattament - Proċedura ta’ klassifikazzjoni għall-għoti ta’ karigi f’ċerti stabbilimenti pubbliċi nazzjonali - Kundizzjoni għall-ammissjoni marbuta mal-esperjenza professjonali preċedenti miksuba fi ħdan dawn l-istabbilimenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza professjonali miksuba fi Stati Membri oħra - Ġustifikazzjoni - Għan tal-ġlieda kontra l-prekarjetà)

(2023/C 271/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BM, NP

Konvenut: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li huma biss il-kandidati li jkunu kisbu ċerta esperjenza professjonali fl-istabbilimenti pubbliċi nazzjonali ta’ taħriġ superjuri artistiku, mużikali u koregrafiku li jistgħu jiġu ammessi għal proċedura ta’ inklużjoni fil-listi stabbiliti għar-reklutaġġ, permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat u għal żmien determinat, ta’ persunal f’dawn l-istabbilimenti u li b’hekk tipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-ammissjoni għal din il-proċedura, tal-esperjenza professjonali miksuba fi Stati Membri oħra.


(1)  ĠU C 207, 23.5.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Saint-Louis Sucre vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, SICA des betteraviers d’Etrepagny

(Kawża C-183/22 (1), Saint-Louis Sucre (Rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Statuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi - Artikolu 153(1)(b) - Regola ta’ appartenenza tal-membri f’organizzazzjoni waħda tal-produtturi - Portata - Artikolu 153(2)(c) - Kontroll demokratiku tal-organizzazzjoni tal-produtturi u tad-deċiżjonijiet meħuda fi ħdanha mill-membri produtturi - Kontroll eżerċitat minn persuna fuq ċerti membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi)

(2023/C 271/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Saint-Louis Sucre

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, SICA des betteraviers d’Etrepagny

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 153(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ir-rekwiżit ta’ appartenenza għal organizzazzjoni ta’ produtturi waħda jirrigwarda esklużivament il-membri tagħha li għandhom il-kwalità ta’ produtturi.

2)

L-Artikolu 153(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013, kif emendat bir-Regolament 2017/2393,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sabiex jiġi ddeterminat jekk l-istatuti ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi jinkludux regoli li jippermettu lill-produtturi membri tagħha jikkontrollaw, b’mod demokratiku, l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet meħuda minn din tal-aħħar, hemm lok, għall-awtorità nazzjonali responsabbli għar-rikonoxximent ta’ din l-organizzazzjoni:

teżamina jekk persuna tikkontrollax ċerti membri tal-organizzazzjoni ta’ produtturi billi tieħu inkunsiderazzjoni mhux biss il-fatt li din il-persuna għandha sehem fil-kapital azzjonarju tal-imsemmija membri, iżda wkoll meta din il-persuna għandha, magħhom, tipi oħra ta’ relazzjonijiet, bħal, fir-rigward ta’ membri mhux produtturi, l-affiljazzjoni tagħhom mal-istess konfederazzjoni sindakali jew, fir-rigward ta’ membri produtturi, l-eżerċizzju, minnhom, tar-responsabbiltajiet ta’ tmexxija fi ħdan tali konfederazzjoni;

wara li tkun ivverifikat li l-produtturi membri tal-organizzazzjoni ta’ produtturi għandhom maġġoranza tal-voti fi ħdan il-laqgħa ġenerali tal-organizzazzjoni, hija għandha teżamina wkoll jekk, fid-dawl tat-tqassim tal-voti bejn il-membri li ma humiex ikkontrollati minn persuni oħra, membru wieħed jew iktar mhux produtturi humiex, minħabba influwenza determinanti li jistgħu jeżerċitaw minħabba f’hekk, jistgħu jikkontrollaw, anki mingħajr maġġoranza, id-deċiżjonijiet meħuda mill-organizzazzjoni ta’ produtturi.


(1)  ĠU C 213, 30.5.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – YQ, RJ vs Getin Noble Bank S.A.

(Kawża C-287/22 (1), Getin Noble Bank (Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ self))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Self ipotekarju indiċjat fuq munita barranija - Artikolu 6(1) - Artikolu 7(1) - Talba għall-għoti ta’ miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ self - Garanzija tal-effettività sħiħa tal-effett restitutorju)

(2023/C 271/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: YQ, RJ

Konvenut: Getin Noble Bank S.A.

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ effettività,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li tipprovdi li l-qorti nazzjonali tista’ tiċħad talba għall-għoti ta’ miżuri provviżorji ta’ konsumatur intiżi għas-sospensjoni, fl-istennija ta’ deċiżjoni definittiva dwar l-invalidazzjoni tal-kuntratt ta’ self konkluż minn dan il-konsumatur għar-raġuni li dan il-kuntratt ta’ self jinkludi klawżoli inġusti, tal-ħlas tal-pagamenti mensili dovuti skont l-imsemmi kuntratt ta’ self, meta l-għoti ta’ dawn il-miżuri provviżorji jkun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa ta’ din id-deċiżjoni.


(1)  ĠU C 318, 22.08.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Teritorialna direktsia Mitnitsa Varna vs “NOVA TARGOVSKA KOMPANIA 2004” AD

(Kawża C-292/22 (1), Nova Targovska Kompania 2004)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 1511 u 1517 - Żejt tal-palm raffinat, ibbliċjat u deodorizzat - Assenza ta’ metodu previst għall-analiżi tal-konsistenza ta’ prodott)

(2023/C 271/10)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Teritorialna direktsia Mitnitsa Varna

Konvenut:“NOVA TARGOVSKA KOMPANIA 2004” AD

fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Varna

Dispożittiv

1)

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/1602 tal-11 ta’ Ottubru 2018, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1776 tad-9 ta’ Ottubru 2019,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

preparazzjoni tal-ikel ta’ żejt tal-palm li ma taqax taħt l-intestatura 1516 ta’ din in-nomenklatura u li tkun ġiet suġġetta għal ipproċessar differenti mir-raffinar taqa’ taħt l-intestatura 1517, filwaqt li l-kwistjoni dwar jekk din il-preparazzjoni ġietx immodifikata kimikament minħabba dan l-ipproċessar hija irrilevanti f’dan ir-rigward.

2)

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2018/1602 u mir-Regolament ta’ Implimetazzjoni Nru 2019/1776,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

fl-assenza ta’ metodi u ta’ kriterji ddefiniti f’din in-nomenklatura sabiex jiġi ddeterminat jekk tali preparazzjoni kinitx suġġetta għal ipproċessar differenti mir-raffinar, l-awtoritajiet doganali jistgħu jagħżlu l-metodu xieraq għal dan l-għan, bil-kundizzjoni li dan ikun jista’ jwassal għal riżultati konformi mal-imsemmija nomenklatura, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 266, 11.7.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Thermalhotel Fontana Hotelbetriebsgesellschaft mbH

(Kawża C-411/22 (1), Thermalhotel Fontana)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 3(1)(a) - Kunċett ta’ “benefiċċji tal-mard” - Kamp ta’ applikazzjoni - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (KE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Vantaġġi soċjali - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjonijiet - COVID-19 - Iżolament ta’ impjegati ordnat mill-awtorità nazzjonali tas-saħħa - Kumpens tal-imsemmija impjegati mill-persuna li timpjega - Rimbors tal-persuna li timpjega mill-awtorità kompetenti - Esklużjoni tal-ħaddiema fruntalieri iżolati bis-saħħa ta’ miżura meħuda mill-awtorità tal-Istat ta’ residenza tagħhom)

(2023/C 271/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thermalhotel Fontana Hotelbetriebsgesellschaft mbH

fil-preżenza ta‘: Bezirkshauptmannschaft Südoststeiermark

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kumpens, iffinanzjat mill-Istat, li jingħata lill-ħaddiema impjegati għad-danni patrimonjali kkawżati mill-ostakolu għall-attività professjonali tagħhom matul l-iżolament tagħhom bħala persuni morda jew issuspettati li huma morda bil-COVID-19 jew li huma kkontaminati minnha, ma jikkostitwixxix “benefiċċju tal-mard”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, u għalhekk ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-għoti ta’ kumpens għal lucrum cessans imġarrab mill-ħaddiema minħabba iżolament ordnat wara riżultat pożittiv għat-test ta’ screening tal-COVID-19 huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-impożizzjoni tal-miżura ta’ iżolament tiġi ordnata minn awtorità ta’ dan l-Istat Membru skont din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 359, 19.9.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disà Awla) tal-31 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Aragón – Spanja) – Asociación Estatal de Entidades de Servicios de Atención a Domicilio (ASADE) vs Consejería de Sanidad de la Diputación General de Aragón

(Kawża C-676/20 (1), ASADE)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni purament interna - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikoli 74 sa 77 - Provvista ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa - Użu ta’ ftehimiet ta’ azzjoni kuntrattwali ma entitajiet privati mingħajr skop ta’ lukru - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2006/123/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(2)(f) u (j)

(2023/C 271/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Aragón

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Asociación Estatal de Entidades de Servicios de Atención a Domicilio (ASADE)

Konvenuta: Consejería de Sanidad de la Diputación General de Aragón

Dispożittiv

L-Artikoli 76 u 77 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għall-entitajiet privati mingħajr skop ta’ lukru l-possibbiltà li jikkonkludu, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ pubbliċità, ta’ kompetizzjoni u ta’ trasparenza, ftehimiet li abbażi tagħhom dawn l-entitajiet jipprovdu servizzi soċjali jew tas-saħħa ta’ interess ġenerali, b’korrispettiv ta’ rimbors tal-ispejjeż li huma jsostnu, irrispettivament mill-valur stmat ta’ dawn is-servizzi, meta l-użu ta’ dawn il-ftehimiet huwa intiż għall-ilħuq ta’ għanijiet ta’ solidarjetà, mingħajr ma tittejjeb neċessarjament l-adegwazzjoni jew l-effiċjenza baġitarja tal-provvista tal-imsemmija servizzi meta mqabbla mas-sistema ġeneralment applikabbli għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, sakemm,

minn naħa, il-kuntest legali u ta’ ftehim li fih titwettaq l-attività tal-imsemmija entitajiet jikkontribwixxi effettivament kemm għall-għan soċjali kif ukoll għall-ilħuq tal-għanijiet ta’ solidarjetà u ta’ effiċjenza baġitarja li fuqhom hija bbażata din il-leġiżlazzjoni, u

min-naħa l-oħra, ikun osservat il-prinċipju ta’ trasparenza, hekk kif speċifikat b’mod partikolari fl-Artikolu 75 ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 138, 19.04.2021.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – DV vs Direktor na Teritorialno podelenie na Natsionalnia osiguritelen institut – Veliko Tarnovo

(Kawża C-30/22, Direktor na Teritorialno podelenie na Natsionalnia osiguritelen institut-Veliko Tarnovo) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ħaddiema migranti - Qgħad - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Sigurtà soċjali - Artikolu 30 - Determinazzjoni tad-dritt għal allowance tal-qgħad - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 65(2) - Ċittadina ta’ Stat Membru li eżerċitat attività bħala persuna impjegata fir-Renju Unit - Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha wara l-ħruġ tar-Renju Unit u t-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni stabbilit minn dan il-ftehim - Dritt ta’ din iċ-ċittadina għal allowance tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru għar-ritorn tagħha lejn dan tal-aħħar)

(2023/C 271/13)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DV

Konvenut: Direktor na Teritorialno podelenie na Natsionalnia osiguritelen institut – Veliko Tarnovo

Dispożittiv

L-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma japplikax għal sitwazzjoni li fiha persuna titlob il-benefiċċji tal-qgħad mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih hija ma wettqitx perijodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ attività bħala persuna li taħdem għal rasha u li fit-territorju tiegħu hija tirritorna fi tmiem perijodu ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ attività bħala persuna li taħdem għal rasha mwettqa fi Stat ieħor, li fih hija kienet tirrisjedi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, matul dan il-perijodu kollu.


(1)  ĠU C 138, 28.3.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent – il-Belġju) – VN vs Belgische Staat

(Kawża C-34/22 (1), Belgische Staat)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-dħul - Eżenzjoni fiskali rriżervata għall-interessi mħallsa mill-banek li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet legali - Diskriminazzjoni indiretta - Istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fil-Belġju u istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea)

(2023/C 271/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VN

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-12 ta’ Mejju 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ eżenzjoni fiskali li, minkejja li hija applikabbli mingħajr distinzjoni għar-remunerazzjoniijet relatati mad-depożiti ta’ tfaddil miżmuma f’istituzzjonijiet ta’ kreditu nazzjonali u barranin, tissuġġetta l-eżenzjoni tad-dħul mid-depożiti ta’ tfaddil miżmuma f’istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea għas-sodisfazzjon ta’ kundizzjonijiet li għandhom ikunu analogi għal dawk li jinsabu f’din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li huma de facto speċifiċi għas-suq nazzjonali?


(1)  ĠU C 213, 30.5.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov – is-Slovakkja) – Rozhlas a televízia Slovenska vs CI

(Kawża C-669/22 (1), Rozhlas a televízia Slovenska)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kamp ta’ applikazzjoni - Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tar-rabta eżistenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Informazzjoni insuffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 271/15)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Prešov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rozhlas a televízia Slovenska

Konvenut: CI

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (il-Qorti Distrettwali ta’ Prešov, l-Islovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2022, hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tal-preżentata: 24.10.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/12


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2023 minn Autoramiksas UAB mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-374/22, Autoramiksas vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-12/23 P)

(2023/C 271/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Autoramiksas UAB (rappreżentant: G. Valantiejus, advokatas)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tad-19 ta’ Ġunju 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat u li Autoramiksas UAB għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/13


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2023 minn XH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-19 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-522/21, XH vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-91/23 P)

(2023/C 271/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: XH (rappreżentanti: K. Górny, adwokat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha

tannulla s-sentenza appellata;

konsegwentement, tagħti lill-appellant il-benefiċċju tat-talbiet tagħha i.e.

A.

tannulla:

id-deċiżjoni D/386/20 tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar rifjut ta’ rettifika tal-fajl Syspers2 tal-appellant, ikkonfermata bid-deċiżjoni Nru R/125/21 maħruġa mill-Awtorità tal-Ħatra fis-16 ta’ Ġunju 2021 b’risposta għall-ilment ippreżentat mill-appellanti fit-22 ta’ Frar 2021.

id-deċiżjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 (IA Nru 32-2020) dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ isem l-appellanti fil-lista tal-uffiċjali promossi fl-2020, ikkonfermata bid-deċiżjoni Nru R/80/21 maħruġa mill-Awtorità tal-Ħatra fit-8 ta’ Ġunju 2021 bi tweġiba għall-ilment ippreżentat mill-appellanti fil-5 ta’ Frar 2021.

B.

Il-kumpens għat-telf u d-danni tal-appellanti.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha kemm tal-appell kif ukoll tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin: Żball manifest ta’ evalwazzjoni, distorsjoni tal-provi u żball ta’ liġi – Ksur tal-Artikolu 91 RS (1) u l-Artikolu 270 TFUE. Ksur tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, tal-Artikoli 102 u 104 u tal-Anness 2, ksur tal-Artikoli 76 u 147 u l-Artikolu 148(9) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dwar:

żball manifest taż evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u proċess ġust;

użu u informazzjoni tal-indirizzi tal-appellant fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali;

nuqqas ta’ rikonoxximent tal-indirizz permanenti attwali tal-appellanti u ta’ rikonoxximent tal-bidliet tagħha matul il-proċeduri tal-għajnuna legali;

żball manifest ta’ evalwazzjoni;

nuqqas ta’ rettifika u/jew regolarizzazzjoni tal-indirizz tal-appellanti;

notifika tal-korrispondenza tal-appellant lill-Qorti Ġenerali;

ċaħda ta’ provi postali ta’ ittri rreġistrati mibgħuta mill-appellanti lill-Qorti Ġenerali;

esklużjoni mill-proċess tal-Qorti Ġenerali tal-korrispondenza tal-appellanti;

kontenut tal-korrispondenza bejn l-appellanti u l-Qorti Ġenerali;

data tas-sospensjoni tat-termini għal-preżentata ta’ appell;

allegat mandat għan-notifika tal-ordnijiet fl-indirizz temporanju tal-appellanti barra l-pajjiż fejn l-appellanti ma kinitx tirrisjedi (minflok l-indirizz permanenti tal-appellanti fil-Belġju);

allegat mandat għan-notifika tal-ordnijiet fl-indirizz temporanju tal-appellanti fil-Polonja fejn l-appellanti ma kinitx residenti (minflok l-indirizz permanenti tal-appellanti fil-Belġju);

eżistenza ta’ ċirkustanzi imprevedibbli jew forza maġġuri;

eżistenza ta’ żball skużabbli;

skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors.


(1)  Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEFA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta’ Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 1962, P. 45, p. 1385).


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fid-9 ta’ Marzu 2023 – KUBERA, trgovanje s hrano in pijačo, d.o.o. vs Republika Slovenija

(Kawża C-144/23, KUBERA)

(2023/C 271/18)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KUBERA, trgovanje s hrano in pijačo, d.o.o.

Konvenut: Republika Slovenija

Domandi preliminari

1)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE jipprekludi dispożizzjonijiet taż-Zakon o pravdnem postopku (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) li bis-saħħa tagħhom, fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ appell għal reviżjoni (revizija), il-Vrhovno sodišče (il-Qorti Suprema, is-Slovenja) ma tevalwax jekk it-talba minn parti li jsir rinviju għal deċiżjoni preliminari tobbligahiex tressaq domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, l-Artikolu 47 tal-Karta għandu jiġi interpretat fis-sens li d-digriet proċedurali li jiċħad it-talba minn parti għall-awtorizzazzjoni ta’ appell għal reviżjoni bis-saħħa taż-Zakon o pravdnem postopku (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) huwa “deċiżjoni ġudizzjarja” li għandha tindika r-raġunijiet għalfejn ma hemmx lok li tintlaqa’ t-talba tal-parti li titressaq domanda preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’din il-kawża?


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ April 2023 – Hauser Weinimport GmbH vs Freistaat Bayern

(Kawża C-216/23, Hauser Weinimport)

(2023/C 271/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauser Weinimport GmbH

Konvenut: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “alkoħol” jinkludi wkoll xarba li fiha l-alkoħol u li ma hijiex prodott tad-dielja fis-sens tal-Artikolu 3(4)(a) ta’ dan ir-regolament?

2)

Il-kelma “miżjud” fis-sens tal-Artikolu 3(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tfisser li l-kontenut alkoħoliku tal-prodott finali għandu jkun żdied meta mqabbel ma’ dak tal-prodott tad-dielja użat skont l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014, moqrija flimkien mal-Anness I(1)(b)(ii) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-terminu “oġġetti tal-ikel li jagħtu t-togħma” jinkludi xarba bl-alkoħol fis-sens tal-ewwel domanda?


(1)  ĠU 2014, L 84, p. 14, rettifiki fil-ĠU 2014, L 105, p. 12 u fil-ĠU 2020, L 182, p. 11


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ekonomisko lietu tiesa (il-Latvja) fit-3 ta’ Mejju 2023 – Proċeduri kriminali kontra A, B, C, Z, F, AS Latgales Invest Holding, SIA METEOR HOLDING, METEOR Kettenfabrik GmbH, SIA Tool Industry u AS Ditton pievadķēžu rūpnīca

(Kawża C-285/23, Linte (1))

(2023/C 271/20)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Ekonomisko lietu tiesa

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

A, B, C, Z, F, AS Latgales Invest Holding, SIA METEOR HOLDING, METEOR Kettenfabrik GmbH, SIA Tool Industry u AS Ditton pievadķēžu rūpnīca

intervenjent: Latvijas Investīciju un attīstības aģentūra

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-smigħ tal-persuna akkużata permezz ta’ vidjokonferenza tinkludi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ din il-persuna akkużata għal proċedura kriminali fi Stat Membru ieħor permezz ta’ vidjokonferenza mill-Istat Membru ta’ residenza tiegħu?

2)

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt tal-persuna akkużata li tassisti għall-proċedura orali jista’ wkoll jiġi ggarantit bil-parteċipazzjoni ta’ din il-persuna akkużata għall-proċedura kriminali li tinżamm fi Stat Membru ieħor permezz ta’ vidjokonferenza mill-Istat Membru ta’ residenza tiegħu?

3)

Il-parteċipazzjoni tal-persuna akkużata fi proċedura kriminali li tinżamm fi Stat Membru ieħor permezz ta’ vidjokonferenza mill-Istat Membru ta’ residenza tiegħu hija ekwivalenti għall-preżenza fiżika tagħha f’seduta quddiem il-qorti ta’ Stat Membru adita bil-kawża?

4)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel u/jew għat-tieni domanda, il-vidjokonferenza għandha tiġi organizzata unikament bl-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru?

5)

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għar-raba’ domanda, il-qorti ta’ Stat Membru adita bil-kawża tista’ tikkuntattja direttament lill-persuna akkużata li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor u tibgħatilha link ta’ konnessjoni għall-vidjokonferenza?

6)

L-organizzazzjoni ta’ vidjokonferenza mingħajr l-involviment tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru hija kompatibbli maż-żamma tal-ispazju uniku ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU 2014, L 130, p. 1.

(3)  ĠU 2016, L 65, p. 1.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2023 – LS vs PL

(Kawża C-291/23, Hantoch (1))

(2023/C 271/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LS

Konvenut: PL

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwistjoni dwar jekk kinux jeżistu assi tal-patrimonju fl-Istat Membru tal-qorti adita għandha tkun ibbażata fuq il-mument tas-suċċessjoni jew fuq il-mument tal-preżentata tar-rikors?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifika fil-ĠU 2012, L 344, p. 3, u fil-ĠU 2013, L 160, p. 140.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Mejju 2023 – DS vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-323/23, Pensionsversicherungsanstalt)

(2023/C 271/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DS.

Konvenut: Pensionsversicherungsanstalt.

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni li ma huwiex ekonomikament attiv ma huwiex intitolat għal benefiċċju ta’ assistenza soċjali fis-sens ta’ din id-direttiva jekk jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti għal iktar minn tliet xhur iżda għal inqas minn ħames snin, u jikseb id-dritt ta’ residenza tiegħu biss fuq il-kwalità tiegħu bħala konjuġi (il-punt 2(a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38) ta’ ċittadina tal-Unjoni (ħaddiema migranti) impjegata fl-Istat Membru ospitanti (l-Artikolu 7(1)(d) tad-Direttiva 2004/38), iżda ma għandux dritt oriġinali ta’ residenza taħt l-Artikolu 7(1)(a), (b) jew (ċ) tad-Direttiva 2004/38?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Mejju 2023 – Sozialversicherungsanstalt der Selbständigen

(Kawża C-329/23, Sozialversicherungsanstalt)

(2023/C 271/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sozialversicherungsanstalt der Selbständigen

Konvenut: Dr. W M, Bundesminister für Soziales, Gesundheit, Pflege und Konsumentenschutz

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni jkun jaħdem għal rasu fl-istess ħin fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, fi Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE (il-Liechtenstein) u fl-Isvizzera, ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali, kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) flimkien mar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2) huma applikabbli?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:

2)

L-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 flimkien mar-Regolament Nru 987/2009 għandha titwettaq b’tali mod li l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali għandha tiġi evalwata separatament, minn naħa fir-relazzjoni bejn l-Istat Membru tal-Unjoni u l-Istat tal-EFTA membru taż-ŻEE u, min-naħa l-oħra, fir-relazzjoni bejn l-Istat Membru tal-Unjoni u l-Isvizzera, u għaldaqstant għandu jinħareġ ċertifikat separat dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli f’kull każ?

3)

Hemm bidla fis-“sitwazzjoni rilevanti” fis-sens tal-Artikolu 87(8) tar-Regolament Nru 883/2004 fil-każ li tinbeda attività professjonali fi Stat ieħor li għalih japplika l-imsemmi regolament, anki jekk ma tirriżulta l-ebda bidla fil-leġiżlazzjoni applikabbli, la bis-saħħa tar-Regolament Nru 883/2004 u lanqas bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (3), u li l-attività hija tant minuri li tirrappreżenta biss madwar 3 % tad-dħul totali?

Il-fatt li, fis-sens tat-tieni domanda, il-koordinazzjoni fir-relazzjoni bilaterali għandha sseħħ separatament, minn naħa, bejn l-Istati kkonċernati sa issa u, min-naħa l-oħra, bejn wieħed mill-Istati kkonċernati sa issa u l-Istat l-“ieħor”, huwa rilevanti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  ĠU 2009, L 284, p. 1.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Mejju 2023 – MN vs Qatar Airways

(Kawża C-335/23, Qatar Airways)

(2023/C 271/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MN

Konvenut: Qatar Airways

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li l-passiġġier jivvjaġġa bla ħlas skont l-ewwel eżempju tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 261/2004 jekk huwa meħtieġ iħallas biss tariffi u taxxi fuq l-avjazzjoni għall-biljett tat-titjira?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

Ir-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li ma huwiex noll tal-ajru disponibbli (indirettament) għall-pubbliku fis-sens tat-tieni eżempju tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 261/2004 jekk it-titjira kienet irriżervata bħala parti minn kampanja promozzjonali ta’ trasportatur bl-ajru li kienet limitata fiż-żmien u fin-numru u li kienet disponibbli biss għal grupp professjonali speċifiku?

3)

Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004 jitqies miftuħ:

a)

L-Artikolu 8(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jkun hemm rabta ratione temporis bejn it-titjira oriġinarjament irriżervata u kkanċellata u t-trasport alternattiv mixtieq f’data iktar tard?

b)

Kif għandha tkun delimitata din ir-rabta ratione temporis?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/18


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-341/23)

(2023/C 271/25)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Ioan u R. Lindernthal, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika tas-Slovakkja

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Slovakka kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (1) billi naqset milli tiżgura l-osservanza tal-obbligu li tippreżenta l-pjanijiet ta’ kondizzjonament u l-miżuri korrettivi relatati mal-ħdax-il miżbla li għalih jirreferi r-rikors (Vlčie Hory, Bojná parti B u parti Ċ – Fażi I., Čadca – Podzávoz, Rajec – Šuja, Ružombero – Biela Púť, Miżbla TKO Zubrohlava, Hnúšťa – Kotlište, Detva – Studienec Fażi II, Hontianske Tesáre, Hôrky – Pláne a Stropkov – Chotča) sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali dwar il-possibbiltà li titkompla l-operazzjoni ta’ miżbla fuq il-bażi ta’ pjan ta’ kondizzjonament jew jekk għandhomx jittieħdu miżuri sabiex tingħalaq il-miżbla kemm jista’ jkun malajr.

tiddikjara li r-Repubblika Slovakka kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill billi naqset milli tiżgura li jittieħdu miżuri sabiex jagħlqu kemm jista’ jkun malajr l-għaxar miżbliet li għalihom jirreferi r-rikors (Stupava – Žabáreň, Bobogdány, Prietrž, Veronika Dežerice, Landfill KO Duslo, Šahy – Holá Stráž, Židová – Vráble, Smutná, Hnúšťa – Branzová, Veľká Ves).

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31, ir-Repubblika Slovakka kienet obbligata tieħu miżuri sabiex tiżgura li l-miżbliet eżistenti, jiġifieri “landfills li ġew mogħtija permess, jew li huma diġa qed jitħaddmu fil-ħin ta’ trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva” ikunu evalwati fuq il-bażi tar-rekwiżiti tad-Direttiva u jew jingħalqu kemm jista’ jkun malajr jew jikkonformaw mad-Direttiva f’perijodu tranżitorju ta’ tmien snin li skada fis-16 ta’ Lulju 2009.

Skont l-Artikolu 14(a) tad-Direttiva, ir-Repubblika Slovakka kienet obbligata, fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mad-Direttiva, li tiżgura li l-operatur tal-miżbla jipprepara u jissottometti għall-approvazzjoni ta-awtorità kompetenti pjan ta’ kondizzjonament għall-istess sit, li jinkludi d-dettalji elenkati fl-Artikolu 8 u kull miżura korrettiva meħtieġa sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva. Skont l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva, ladarba ġie sottomess il-pjan ta’ kondizzjonament għas-sit, l-awtoritajiet kompetenti kellhom jieħdu deċiżjoni finali dwar il-possibbiltà li titkompla l-operazzjoni tas-sit fuq il-bażi ta’ dak il-pjan u tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva. Skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva, ir-Repubblika Slovakka kienet obbligata wkoll tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tagħlaq kemm jista’ jkun malajr, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(g) u l-Artikolu 13, is-siti li ma kisbux, skont l-Artikolu 8, permess sabiex ikomplu joperaw.

Ir-Repubblika Slovakka naqset li tissodisfa dawn l-obbligi.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228, rettifika fil-ĠU 2018, L 91, p. 30.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/19


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2023 minn Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ Marzu 2023 fil-Kawża T-26/22, CIMV vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-366/23 P)

(2023/C 271/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) (rappreżentanti: B. Le Bret, R. Rard u P. Renié, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza appellata; u

tagħti deċiżjoni finali fuq il-mertu, konformement mal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, u, b’mod prinċipali, tilqa’ t-talbiet kollha mressqa minn CIMV fl-ewwel istanza, jew, b’mod sussidjarju, tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn tipprevedi l-eżekuzzjoni forzata;

b’mod iktar sussidjarju, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji:

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali allegatament wettqet żball ta’ liġi u żnaturat il-fatti fl-evalwazzjoni tagħha tal-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn hija kellha tikkonstata ksur ta’ dan il-prinċipju mill-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl tal-aspettattiva leġittima li nħolqot bir-risposta tal-Kummissjoni lil CIMV.

It-tieni, il-Qorti Ġenerali allegatament wettqet żball ta’ liġi u żnaturat il-fatti sa fejn hija kellha tqis li d-deċiżjoni ġiet adottata bi ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ, fid-dawl tat-tul ta’ żmien sinjifikattiv li għadda bejn l-eżami tal-fajl, l-aħħar komunikazzjoni mal-appellanti u l-adozzjoni tad-deċiżjoni.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Paypal (Europe) Sarl u Cie, SCA vs PQ

(Kawża C-190/21) (1)

(2023/C 271/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 278, 12.07.2021.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/20


Digriet tal-President tat-tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Cottbus – il-Ġermanja) – Stadt Frankfurt (Oder), FWA Frankfurter Wasser- und Abwassergesellschaft mbH vs Landesamt für Bergbau, Geologie und Rohstoffe

(Kawża C-723/21) (1)

(2023/C 271/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Il-President tat-tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 95, 28.02.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-651/22) (1)

(2023/C 271/29)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 463, 5.12.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-668/22) (1)

(2023/C 271/30)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tal- tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 463, 05.12.2022.


Il-Qorti Ġenerali

31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – UG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-571/17 RENV) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Xoljiment tal-kuntratt - Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Inkompetenza professjonali - Kondotta fis-servizz u attitudni fuq ix-xogħol mhux kompatibbli mal-interess tas-servizz - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Dritt għal-leave parentali - Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal - Applikazzjoni għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal tal-Unjoni tar-rekwiżiti minimi tad-Direttivi 2010/18/UE u 2002/14/KE - Artikoli 27, 30 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema - Artikolu 24b tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Protezzjoni fil-każ ta’ tkeċċija inġusta - Kontestazzjoni b’mod inċidentali ta’ atti definittivi - Inammissibbiltà - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà”)

(2023/C 271/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UG (rappreżentant: M. Richard, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Radu Bouyon, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2016 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea xoljiet il-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, u min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni materjali u morali li hija tallega li sostniet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

UG u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kawżi rreġistrati bin-numri T-571/17 u C-249/20 P.

3)

Fil-kawża rreġistrata bin-numru T-571/17 RENV, UG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u terz mill-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Stone Brewing vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONE BREWING)

(Kawża T-200/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STONE BREWING - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti STONES - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 271/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stone Brewing Co. LLC (Escondido, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Habel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Molson Coors Brewing Company (UK) Ltd (Burton Upon Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Orchison, solicitor, u J. Abrahams, KC)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Jannar 2020 (Każ R 1524/2018-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stone Brewing Co. LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Molson Coors Brewing Company (UK) Ltd.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Polwax vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-585/20) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq upstream tax-xama’ slack - Suq downstream tax-xama’ tal-paraffina - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE - Assenza ta’ impenn dwar il-provvista tax-xama’ slack - Effetti vertikali - Esklużjoni mis-suq tal-input)

(2023/C 271/33)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Polwax S.A. (Jasło, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Nessmann u G. Duda, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, G. Meessen u J. Szczodrowski, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Polski Koncern Naftowy Orlen S.A. (Płock, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mataczyński, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Polwax S.A., titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2020 (Każ M.9014), adottata abbażi tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ddikjarat kompatibbli mas-suq intern u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), konċentrazzjoni bejn Polski Koncern Naftowy Orlen S.A. (iktar ’il quddiem “Orlen”) u Grupa Lotos S.A., bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti impenji minn Orlen.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Polwax S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 23.11.2020.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/21) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Vantaġġ - Kriterju tal-ħtieġa reali - Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Dritt għal smigħ”)

(2023/C 271/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating, I.-G. Metaxas-Maranghidis u D. Pérez de Lamo, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. Carpi Badía u C. Georgieva, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Maceroni u A.-L. Meyer, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament de la Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1671 tat-2 ta’ Awwissu 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47867 2018/C (ex 2017/FC) implimentata minn Franza għal Ryanair u għal Airport Marketing Services (ĠU 2020, L 388, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 110, 29.3.2021.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Covington & Burling u Van Vooren vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/21) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf - Pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri - Rifjut ta’ aċċess - Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Komitoloġija - Regolament (KE) Nru 1925/2006”)

(2023/C 271/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Covington & Burling LLP (Saint-Josse-ten-Noode, il-Belġju), Bart Van Vooren (Meise, il-Belġju) (rappreżentant: P. Diaz Gavier, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Marzu 2021 kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ konferma tal-Kummissjoni C(2021) 2541 final tas-7 ta’ April 2021, li permezz tagħhom ġiet miċħuda t-talba tagħhom għal aċċess għal dokumenti dwar il-voti tal-Istati Membri f’proċedura ta’ komitoloġija li tikkonċerna l-modifika tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn jikkonċerna l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward tat-talbiet tar-rikors intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess tat-12 ta’ Marzu 2021.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2021) 2541 final tas-7 ta’ April 2021, hija annullata sa fejn tirrifjuta l-aċċess għall-voti individwali tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fuq il-bażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Instituto Cervantes vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/21) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ taħriġ fil-lingwi lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-aġenziji tal-Unjoni - Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura ta’ kaskata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Elementi tal-offerta aċċessibbli permezz ta’ ħolqa hypertext - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter”)

(2023/C 271/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Instituto Cervantes (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Ilkova, aġent)

Intervenjent, insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: I. Herranz Elizalde, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ April 2021 li permezz tagħha din tal-aħħar tat il-Lott Nru 3 (Lingwa Spanjola) tal-kuntratt dwar il-Kuntratti Qafas għat-Taħriġ fil-Lingwi għall-Istituzzjonijiet, l-Entitajiet u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea (HR/2020/OP/0014), fl-ewwel post, lill-grupp CLL Centre de Langues-Allingua u, fit-tieni post, lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Instituto Cervantes huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 338, 23.8.2021.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Hangzhou Dingsheng Industrial Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-748/21) (1)

(“Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju mibgħuta mit-Tajlandja - Investigazzjoni kontra l-evażjoni - Evażjoni - Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Provi suffiċjenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2023/C 271/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hangzhou Dingsheng Industrial Group Co., Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina), Dingheng New Materials Co., Ltd (Rayong, it-Tajlandja), Thai Ding Li New Materials Co., Ltd (Rayong) (rappreżentanti: G. Coppo u G. Pregno, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1474 tal-14 ta’ Settembru 2021 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2384 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti foils tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti foils tal-aluminju kkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (JO 2021, L 325, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hangzhou Dingsheng Industrial Group Co., Ltd, Dingheng New Materials Co., Ltd u Thai Ding Li New Materials Co., Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Ioulia and Irene Tseti Pharmaceutical Laboratories vs EUIPO – Arbora & Ausonia (InterMed Pharmaceutical Laboratories eva intima)

(Kawża T-197/22 u T-198/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea InterMed Pharmaceutical Laboratories eva intima - Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali preċedenti EVAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 271/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ioulia and Irene Tseti Pharmaceutical Laboratories SA (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: C. Chrysanthis, P.-V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arbora & Ausonia, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Mora Cortés, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħha bbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1244/2021-1 u Każ R 1245/2021-1).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1244/2021-1) hija annullata safejn huma kkonċernati l-prodotti “[p]reparazzjonijiet tat-twaletta; preparazzjonijiet għat-tindif tal-ġisem; preparazzjonijiet għat-tindif”, li jaqgħu fil-klassi 3, u l-prodotti “preparazzjonijiet iġjeniċi; prodotti iġjeniċi għal skopijiet mediċi”, li jaqgħu fil-klassi 5.

2)

Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża T-197/22 huwa miċħud

3)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1245/2021-1) hija annullata.

4)

Fil-Kawża T-197/22, kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

5)

Fil-kawża T-198/22, l-EUIPO u Arbora & Ausonia, SL huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti minn Ioulia and Irene Tseti Pharmaceutical Laboratories SA.


(1)  ĠU C 222, 7.6.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Rauch Furnace Technology vs EUIPO – Musto et Bureau (Griġjol)

(Kawża T-347/22) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju li jirrappreżenta griġjol - Disinn preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Żvelar tad-disinn preċedenti - Artikoli 6 u 7, u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Provi ppreżentati f’lingwa differenti minn dik tal-kawża - Artikolu 29(1) u (5), u Artikolu 81(2) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 - Fatti invokati jew provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 63 tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2023/C 271/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Rauch Furnace Technology GmbH (Gmunden, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Traxler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Musto et Bureau Srl (Osteria Grande, l-Italja) (rappreżentant: F. De Sanzuane, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1697/2021-3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rauch Furnace Technology GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Musto et Bureau Srl.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 294 tal-1.8.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – International British Education XXI vs EUIPO – Saint George’s School (IBE ST. GEORGE’S)

(Kawża T-438/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea IBE ST. GEORGE’S - Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali ST. GEORGE’S SCHOOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 271/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: International British Education XXI SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint George’s School SL (Fornells de la Selva, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Mejju 2022 (R 2226/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

International British Education XXI SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk ta’ Saint George’s School SL.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 340, 5.9.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Corver vs EUIPO (CHR ME)

(Kawża T-446/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CHR ME - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 271/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Serge-Paul Corver (Lanaken, il-Belġju) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Ringelhann u M. Eberl, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Marzu 2022 (Każ R 2082/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Serge-Paul Corver u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 326, 29.8.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Vitromed vs EUIPO – Vitromed Healthcare (VITROMED Germany)

(Kawża T-514/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VITROMED Germany - Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva preċedenti VITROMED - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 271/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vitromed GmbH (Iéna, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Linß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u E. Nicolás Gómez, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vitromed Healthcare (Jaipur, l-Indja) (rappreżentant: S. Eble, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 1670/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vitromed GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti minn Vitromed Healthcare.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 380, 3.10.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2023 – Spreewood Distillers vs EUIPO – Radgonske gorice (STORK)

(Kawża T-433/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STORK - Trade mark verbali preċedenti GOLDEN STORK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 271/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Spreewood Distillers GmbH (Schlepzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker u D. Mienert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u T. Frydendahl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Radgonske gorice d.o.o. (Gornja Radgona, is-Slovenja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Mejju 2022 (Każ R 1782/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 326, 29.8.2022.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/30


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2023 – Institut Jožef Stefan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/23)

(2023/C 271/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Institut Jožef Stefan (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: A. Bochon, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Jannar 2023 adottata mill-Kumitat ta’ Reviżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad il-proposta tar-rikorrent bir-referenza EDF-2021-MCBRN-R-CBRNDIM-101075036-PANDORA, ippreżentata fil-kuntest tas-sejħa għal proposti EDF-2021-MCBRN-R taħt il-programm tal-Fond Ewropew għad-Difiża, għar-raġuni li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296 TFUE, kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u kisret id-dritt għal smigħ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni:

il-Qorti Ġenerali għandha s-setgħa li teżamina jekk l-eżerċizzju mill-Kummissjoni Ewropea tas-setgħat tagħha huwiex ivvizzjat bi żball manifest ta’ evalwazzjoni;

il-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-ħames dokumenti ppreżentati bħala l-Anness 6 għall-konsorzju PANDORA kollu, inkluż ir-rikorrent, u għalhekk waslet għall-konklużjoni żbaljata tan-nuqqas ta’ kompletezza tal-proposta u li din għandha tiġi iddikjarat inammissibbli għal din ir-raġuni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni:

skont l-Artikolu 296 TFUE, l-atti ġuridiċi għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom dawn huma bbażati u għandhom jirreferu għal kwalunkwe proposta, inizjattiva, rakkomandazzjoni, talba jew opinjoni meħtieġa mit-Trattati;

ir-raġunijiet mogħtija fid-deċiżjoni kkontestata huma insuffiċjenti sabiex jippermettu lir-rikorrent jifhem ir-raġunament tal-konvenuta. Id-deċiżjoni kkontestata li tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni hija magħmula biss minn tliet frażijiet sabiex proposta tiġi miċħuda għalkollox;

billi naqset milli tipprovdi raġunijiet b’mod ċar u inekwivoku, id-deċiżjoni kkontestata kisret l-Artikolu 296 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba:

id-drittijiet iggarantiti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi jinkludu, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jinvolvi d-dmir tal-istituzzjoni kompetenti li teżamina l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali bir-reqqa u b’imparzjalità;

taħt il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, il-konvenuta, qabel ma adottat id-deċiżjoni kkontestata, setgħet titlob lir-rikorrent jagħti iktar kjarifika. Barra minn hekk, dan huwa msaħħaħ mill-fatt li, anki jekk kienet meħtieġa xi kjarifika, id-dokumenti kollha meħtieġa ġew ippreżentati fi żmien xieraq mir-rikorrent;

skont il-proċess deskritt fil-gwida tagħha stess għas-sottomissjonijiet, il-konvenuta missha kkuntattjat lill-konsorzju PANDORA jekk l-informazzjoni pprovduta fl-Anness 6 tas-sejħa għal proposta kienet meqjusa bħala insuffiċjenti;

billi naqset milli tosserva l-linji gwida tagħha stess, il-konvenuta bla dubju kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

4.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tad-dritt għal smigħ:

id-dritt għal smigħ jirriżulta mill-prinċipju ġenerali l-antik tad-dritt tal-Unjoni li skontu persuna li l-interessi tagħha huma affettwati b’mod perċettibbli minn deċiżjoni meħuda minn awtorità pubblika għandha tingħata l-opportunità li tressaq il-perspettiva tagħha;

f’din il-kawża, id-deċiżjoni kkontestata tqajjem il-kwistjoni dwar il-ksur tad-dritt għal smigħ. Fil-fatt, huwa biss bid-deċiżjoni kkontestata li r-rikorrent seta’ parzjalment jifhem li l-allegata kwistjoni inkwistjoni kienet in-nuqqas ta’ dettalji pprovduti fl-Anness 6 tas-sejħa għal proposta. Id-deċiżjoni kkontestata madankollu ma kinitx eliġibbli għal stħarriġ ta’ ammissibbiltà, li ma ppermettiex lir-rikorrent jiddefendi lilu nnifsu;

billi injorat il-linji gwida tagħha stess dwar l-Anness 6 tas-sejħa għal proposta, kif imsemmi iktar ’il fuq, u billi użat il-proċess ta’ reviżjoni b’mod ħażin, id-deċiżjoni kkontestata kisret id-dritt tar-rikorrent għal smigħ.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/32


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2023 – WT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-282/23)

(2023/C 271/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: WT (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal laqgħa ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 11(2) u (3) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni maħruġa mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali PMO/2 – Pensjonijiet fl-4 ta’ Awwissu 2022 b'“Ref. PMO 2, TFT IN, 2833610500, Nru Pers.: 336105”

tannulla d-dispożizzjoni tal-AACC (Awtorità Awtorizzata biex Tikkonkludi l-Kuntratti ta’ Impjieg) tat-13 ta’ Frar 2023, innotifikata fl-istess jum, li biha l-appell (Nru R/496/22) ippreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni kontra d-deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 2022 ġie miċħud;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11, II, tal-Anness VIII, tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea peress li t-terminu ta’ sitt xhur huwa previst esklussivament minn dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni u mhux impost minn ebda dispożizzjoni statutorja. Ir-rikorrent tqajjem ukoll oġġezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE peress li dawn huma f’kunflitt ma’ regoli ta’ grad ogħla.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ forza maġġuri u tad-dispożizzjonijiet ta’ natura finanzjarja kif ukoll il-ksur tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Huwa innegabbli li l-pandemija tal-COVID-19 tirrappreżenta avveniment daqstant anomalu daqskemm imprevedibbli, b'tali mod li jiddetermina effetti eżoġeni u anke ta’ tfixkil fuq il-ġestjoni u l-ippjanar tal-attivitajiet ta' kuljum tiegħu inkluż, bħal fil-każ tar-rikorrent, il-proposta ta’ talba għal laqgħa ta’ kontribuzzjonijiet lil hinn mill-perjodu ta’ sitt xhur. Fil-fatt, f’dan il-każ, hija rrilevata l-eżistenza ta’ elementi kemm suġġettivi kif ukoll oġġettivi, li jippermettu l-invokazzjoni ta’ forza maġġuri.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/32


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2023 – Sber vs SRB

(Kawża T-290/23)

(2023/C 271/46)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sber Vermögensverwaltungs AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Single Resolution Board (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, l-ewwel, id-deċiżjoni tas-SRB tat-28 ta’ Lulju 2022 fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti għal aċċess għal dokumenti;

tannulla, it-tieni, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-SRB tat-8 ta’ Marzu 2023 fil-Każ 4/2022, sa fejn din id-deċiżjoni tinkludi konstatazzjonijiet magħmula kontra r-rikorrenti;

tannulla, it-tielet, ir-risposta negattiva, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1), ħmistax-il ġurnata wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tas-SRB tat-28 ta’ Lulju 2022 fir-rigward tat-talba għal aċċess tar-rikorrenti (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni oriġinali”) hija illegali.

L-illegalità tad-deċiżjoni oriġinali ġiet iddeterminata mid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell b’mod vinkolanti għas-SRB. Hija illegali wkoll minħabba r-raġunijiet l-oħra indikati iktar ’il quddiem.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell hija illegali għar-raġunijiet li ġejjin.

Il-Bord tal-Appell eċċeda l-kompetenza tiegħu u kiser l-Artikolu 85(8) tar-Regolament (UE) 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (2) peress li jallega li jista’ jikkonferma partijiet tad-deċiżjoni oriġinali tas-SRB b’mod vinkolanti u finali, minkejja d-deċiżjoni tiegħu li jibgħat lura l-kawża lis-SRB;

Il-Bord tal-Appell naqas b’mod żbaljat milli jagħti aċċess għall-fajl u għall-iżvelar ta’ dokumenti permezz ta’ ordni proċedurali, minħabba l-konklużjoni żbaljata tiegħu li tali passi jimminaw ir-regoli ta’ aċċess pubbliku;

Il-Bord tal-Appell tas-SRB żbalja meta naqas milli jesklużi b’mod kategoriku kwalunkwe invokazzjoni tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

Il-Bord tal-Appell tas-SRB żbalja meta naqas milli jesklużi b’mod kategoriku kwalunkwe invokazzjoni tal-eċċezzjoni taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegata illegalità tar-risposta negattiva impliċita.

Is-SRB naqas milli jikkonforma ruħu mal-obbligu tiegħu li jieħu deċiżjoni fit-terminu indikat fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Dan jikkostitwixxi ċaħda ta’ aċċess skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Iċ-ċaħda hija illegali minħabba n-natura vinkolanti tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-SRB. Hija illegali, barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ għoti ta’ kwalunkwe motivazzjoni.

Ir-rikorrenti tinvoka wkoll eċċezzjonijiet ta’ illegalità fir-rigward tal-Artikoli 20 u 21(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell u tal-Artikoli 85(8) u 86(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, kif interpretati mis-SRB.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.

(2)  ĠU 2014, L 225, p. 1.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/34


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2023 – Meta Platforms Ireland vs Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(Kawża T-325/23)

(2023/C 271/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Meta Platforms Ireland (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: H. G. Kamann, F. Louis, M. Braun u A. Vallery, avukati, P. Nolan, B. Johnston, C. Monaghan, L. Joyce u D. Breatnach, Solicitors, D. McGrath, SC, u E. Egan McGrath, Barrister)

Konvenut: Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-“deċiżjoni vinkolanti 1/2003 dwar it-tilwima mibdija mill-awtorità ta’ kontroll Irlandiża dwar it-trasferiment ta’ data mwettaq minn Meta Platforms Ireland Limited għas-servizz tagħha Facebook (Artikolu 65 tal-GDPR)” adottata mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (iktar ’il quddiem il-“BEPD”) fit-13 ta’ April 2023 fl-intier tagħha jew, sussidjarjament, fil-partijiet rilevanti tagħha; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Artikolu 65(1)(a) tal-GDPR jikser l-Istat ta’ dritt, l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u, f’dan ir-rigward, huwa illegali u invalidu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BEPD mar lil hinn mis-setgħat tiegħu taħt l-Artikolu 65 tal-GDPR.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BEPD kiser id-dritt għal amministrazzjoni tajba sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BEPD ma aġixxiex bħala korp imparzjali, bi ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-ordni mogħtija mill-BEPD lill-awtorità ta’ kontroll Irlandiża li tordna lil Meta Ireland tqiegħed it-tranżazzjonijiet tagħha ta’ proċessar f’konformità mal-Kapitolu V tal-GDPR i) tikser il-prinċipji “impossibilium nulla obligatio est” u “ultra posse nemo obligatur”; ii) tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali; iii) hija nieqsa minn bażi legali; iv) tikser l-Artikolu 45(4) tal-GDPR u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; u v) tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur mill-BEPD tal-libertà ta’ intrapriża ta’ Meta Ireland sanċit fl-Artikolu 16 tal-Karta.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-BEPD tad-dritt għall-proprjetà ta’ Meta Ireland sanċit fl-Artikolu 17 tal-Karta.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-ksur mill-BEPD tal-libertà ta’ provvista ta’ servizzi ta’ Meta Ireland sanċit fl-Artikolu 56 TFUE.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-BEPD tal-Artikolu 83 tal-GDPR u diversi prinċipji relatati li jirregolaw l-iffissar tal-multi abbażi ta’ dan ir-regolament.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/35


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2023 – Tyczka vs EUIPO (READYPACK)

(Kawża T-330/23)

(2023/C 271/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Tyczka GmbH (Geretsried, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Knitter, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “READYPACK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 512 637

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2023 fil-Każ R 2274/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2023 – MPM-Quality vs EUIPO – Elton Hodinářská (PRIM)

(Kawża T-333/23)

(2023/C 271/49)

Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: MPM-Quality v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubbika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elton Hodinářská a.s. (Nové Město nad Metují, ir-Repubbika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “PRIM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 030 441

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2023 fil-Każijiet magħquda R 1308/2022-2 u R 1325/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-punti I., II., IV. u V tad-deċiżjoni kkontestata;

ikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2023 – Next Media Project vs EFCA

(Kawża T-338/23)

(2023/C 271/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Next Media Project (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: R. Simar u L. Trefon, avukati)

Konvenut: Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd tat-8 ta’ Ġunju 2023 li permezz tagħha hija ddeċidiet li tiċħad l-offerta ta’ Next Media Project;

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta naqset milli tikkonforma ruħha mal-punti 12.1 u 29.3 tal-Anness I tar-Regolament 2018/1046 (1), mal-ispeċifikazzjonijiet għas-sejħiet għal offerti tagħha (Artikolu 3.4.2. tal-ispeċifikazzjonijiet speċjali tas-sejħa għal offerti EFCA/2022/OP/0004) u mad-dmir ta’ diliġenza u ta’ akkuratezza; huwa allegat ukoll li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Il-bażi legali tfittex li turi li l-konvenuta kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-offerta tar-rikorrenti, peress li dik l-offerta ma kinitx ivvizzjata b’irregolarità, skont it-tifsira tal-punt 12.2 tal-Anness I tal-imsemmi Regolament 2018/1046.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2023 – Argyraki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-679/19) (1)

(2023/C 271/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Għaxar Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – D&G Laboratories vs EUIPO – Holpindus (aleva NATURALS)

(Kawża T-28/23) (1)

(2023/C 271/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 104, 20.3.2023.