ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 424

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
7 ta' Novembru 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 424/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 424/02

Kawżi Magħquda C-793/190 u C-794/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bundesrepublik Deutschland vs SpaceNet AG (C-793/19), Telekom Deutschland GmbH (C-794/19) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ipproċessar ta’ data personali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet – Fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata tad-data dwar it-traffiku u dwar il-lokalizzazzjoni – Direttiva 2002/58/KE – Artikolu 15(1) – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 6, 7, 8 u 11 kif ukoll Artikolu 52(1) – Artikolu 4(2) TUE)

2

2022/C 424/03

Kawżi magħquda C-339/20 u C-397/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – proċeduri kriminali kontra VD (C-339/20), SR (C-397/20) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq uniku għas-servizzi finanzjarji – Abbuż tas-suq – Insider dealing – Direttiva 2003/6/KE – Artikolu 12(2)(a) u (d) – Regolament (UE) Nru 596/2014 – Artikolu 23(2)(g) u (h) – Setgħat ta’ sorveljanza u ta’ investigazzjoni tal-Autorité des marchés financiers (l-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji) (AMF) – Għan ta’ interess ġenerali intiż li jipproteġi l-integrità tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-fiduċja tal-pubbliku fl-istrumenti finanzjarji – Possibbiltà għall-AMF li titlob ir-rekords tad-data dwar it-traffiku miżmuma minn operatur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttiva 2002/58/KE – Artikolu 15(1) – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll Artikolu 52(1) – Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet – Limitazzjonijiet – Leġiżlazzjoni li tipprevedi ż-żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni tad-data dwar it-traffiku mill-operaturi ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Possibbiltà, għal qorti nazzjonali, li tillimita l-effetti ratione temporis ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità li tikkonċerna dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni – Esklużjoni)

3

2022/C 424/04

Kawża Magħquda C-475/20 sa C-482/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) Admiral Gaming Network Srl et vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Konċessjonijiet ta’ ġestjoni tal-logħob ipprattikat fuq apparat tal-logħob – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq il-konċessjonarji – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

4

2022/C 424/05

Kawżi Magħquda C-518/20 u C-727/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – Il-Ġermanja) – XP vs Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide (C-518/20) u AR vs St. Vincenz-Krankenhaus GmbH (C-727/20) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 7(1) – Dritt għal-leave annwali mħallas – Invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard li seħħ matul perijodu ta’ riferiment – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas mal-iskadenza ta’ ċertu perijodu – Obbligu tal-persuna li timpjega li tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas)

5

2022/C 424/06

Kawża C-538/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt B vs W AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Artikoli 49 u 54 TFUE) – Tnaqqis tat-telf definittiv sostnut minn stabbiliment permanenti mhux residenti – Stat li rrinunzja għas-setgħa ta’ tassazzjoni tiegħu bis-saħħa ta’ konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja – Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet)

6

2022/C 424/07

Kawżi magħquda C-619/20 P u C-620/20P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 – International Management Group (IMG) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Kooperazzjoni għall-iżvilupp – Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ ġestjoni indiretta minn organizzazzjoni internazzjonali – Deċiżjoni li kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ma jibqgħux jiġu fdati lil entità minħabba dubji dwar il-kwalità tagħha ta’ organizzazzjoni internazzjonali – Rikors għal annullament – Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament – Awtorità ta’ res judicata – Obbligi u setgħat tal-awtur tal-att annullat – Att preparatorju – Ammissibbiltà – Talba għad-danni – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Regolamenti Finanzjarji tal-Unjoni – Obbligu ta’ diliġenza – Eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dan l-obbligu – Eżami konkret każ b’każ – Dannu morali – Kumpens adegwat u suffiċjenti permezz tal-annullament tal-att illegali – Dannu materjali – Tilwima li ma hijiex fi stat li tiġi deċiża – Kawża mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali)

7

2022/C 424/08

Kawżi Magħquda C-14/21 u C-15/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Awwissu 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia – l-Italja) – Sea Watch eV vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti (C-14/21 u C-15/21), Capitaneria di Porto di Palermo (C-14/21), Capitaneria di Porto di Porto Empedocle (C-15/21), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Attività ta’ riċerka u ta’ salvataġġ ta’ persuni fil-periklu jew f’diffikultà fil-baħar, immexxija minn organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) bi skop umanitarju – Qafas applikabbli għall-bastimenti – Direttiva 2009/16/KE – Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar – Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar – Kompetenzi u setgħat rispettivi tal-Istat tal-bandiera u tal-Istat tal-port – Spezzjoni u detenzjoni ta’ bastimenti)

8

2022/C 424/09

Kawża C-120/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – LB vs TO (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 7 – Dritt għal-leave annwali mħallas – Kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud wara t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol – Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin – Bidu tad-dekorrenza – Informazzjoni adegwata tal-ħaddiem)

9

2022/C 424/10

Kawża C-159/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – GM vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, Alkotmányvédelmi Hivatal, Terrorelhárítási Központ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-immigrazzjoni – Direttiva 2011/95/UE – Regoli relatati dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja – Ċaħda tal-istatus – Direttiva 2013/32/UE – Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Preġudizzju għas-sigurtà nazzjonali – Teħid ta’ pożizzjoni ta’ awtorità speċjalizzata – Aċċess għall-fajl)

10

2022/C 424/11

Kawża C-215/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Las Palmas de Gran Canaria – Spanja) – Zulima vs Servicios prescriptor y medios de pagos EFC SAU (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratt ta' kreditu miftuħ – Natura inġusta tal-klawżola dwar ir-rata ta’ interessi remuneratorji – Rikors ippreżentat minn konsumatur intiż sabiex tiġi kkonstatata n-nullità ta’ dan il-kuntratt – Sodisfazzjon extraġudizzjarju tat-talbiet ta’ dan il-konsumatur – Spejjeż sostnuti mill-imsemmi konsumatur – Prinċipju ta’ effettività – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tista’ tiskoraġġixxi lill-istess konsumatur milli jeżerċita d-drittijiet mogħtija mid-Direttiva 93/13/KEE)

11

2022/C 424/12

Kawżi magħquda C-245/21 u C-248/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – Il-Ġermanja) – Bundesrepublik Deutschland vertreten durch Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat vs MA (C-245/21), PB (C-245/21), LE (C-248/21) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali – Artikoli 27 u 29 – Trasferiment tal-persuna kkonċernata lejn l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tagħha – Sospensjoni tat-trasferiment minħabba l-pandemija tal-COVID-19 – Impossibbiltà li jsir it-trasferiment – Protezzjoni ġudizzjarja – Konsegwenzi fuq it-terminu tat-trasferiment)

12

2022/C 424/13

Kawża C-330/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent – il-Belġju) – The Escape Center BVBA vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 98 – Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi – Anness III, punt 14 – Kunċett ta’ dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi – Swali tal-isport – Akkumpanjament individwali jew fi grupp)

12

2022/C 424/14

Kawża C-335/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no10 bis de Sevilla – Spanja) – Vicente vs Delia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tal-konsumaturi – Prinċipju ta’ effettività – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Proċedura sommarja għall-ħlas ta’ onorarji tal-avukat – Natura eventwalment inġusta tal-klawżoli inklużi fi ftehim ta’ onorarji – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà ta’ stħarriġ mill-qorti – Artikolu 4(2) – Portata tal-eċċezzjoni – Direttiva 2005/29/KE – Artikolu 7 – Prattika kummerċjali qarrieqa – Kuntratt konkluż bejn avukat u l-klijent tiegħu li jipprojbixxi lil dan tal-aħħar milli jirrinunzja ruħu, mingħajr l-għarfien jew kontra l-opinjoni tal-avukat, taħt piena ta’ sanzjoni finanzjarja)

13

2022/C 424/15

Kawża C-497/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tax-Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht – Il-Ġermanja) – SI et vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Direttiva 2013/32/UE – Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Motivi ta’ inammissibbiltà – Artikolu 2(q) – Kunċett ta’ applikazzjoni sussegwenti – Artikolu 33(2)(d) – Ċaħda minn Stat Membru ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni preċedenti sottomessa mill-parti kkonċernata fir-Renju tad-Danimarka – Deċiżjoni finali meħuda mir-Renju tad-Danimarka)

14

2022/C 424/16

Kawża C-95/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Judecătoria Târgu-Mureş – ir-Rumanija) – proċedura mibdija minn Delgaz Grid SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Artikolu 82 TFUE – Dritt għal informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali – Dritt li wieħed jiġi informat dwar l-akkuża miġjuba kontrih – Direttiva 2012/13/UE – Artikolu 6(1) – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Kontestazzjoni dwar it-tul eċċessiv tal-proċeduri kriminali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-tressiq ta’ tali kontestazzjoni biss lill-persuni li għandhom l-istatus ta’ persuna ssuspettata jew ta’ imputat – Artikolu 267 TFUE – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)

15

2022/C 424/17

Kawża C-271/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – XT vs Keolis Agen SARL

16

2022/C 424/18

Kawża C-272/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – KH vs Keolis Agen SARL

16

2022/C 424/19

Kawża C-273/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – BX vs Keolis Agen SARL

17

2022/C 424/20

Kawża C-274/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – FH vs Keolis Agen SARL

17

2022/C 424/21

Kawża C-275/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – NW vs Keolis Agen SARL

18

2022/C 424/22

Kawża C-320/22 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2022 minn the airscreen company GmbH & Co. KG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-7 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-382/21, the airscreen company GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

19

2022/C 424/23

Kawża C-327/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki trgovački sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fis-16 ta’ Mejju 2022 – Centar za restrukturiranje i prodaju vs PROM-VIDIJA d.o.o.

19

2022/C 424/24

Kawża C-338/22 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2022 minn Anna Hrebenyuk mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-23 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-252/21 – Anna Hrebenyuk vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

19

2022/C 424/25

Kawża C-342/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2022 minn Laboratorios Ern, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-315/21, Laboratorios Ern vs EUIPO – Nordesta (APIAL)

20

2022/C 424/26

Kawża C-471/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Lulju 2022 – Agentsia Patna infrastruktura vs Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa Transport 2007-2013 i direktor na direktsia Koordinatsia na programi i proekti v Ministerstvo na transporta

20

2022/C 424/27

Kawża C-472/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fl-14 ta’ Lulju 2022 – NO vs Autoridade Tributária e Aduaneira

21

2022/C 424/28

Kawża C-501/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

23

2022/C 424/29

Kawża C-502/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

23

2022/C 424/30

Kawża C-503/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

24

2022/C 424/31

Kawża C-504/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

24

2022/C 424/32

Kawża C-505/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-25 ta’ Lulju 2022 – Deco Proteste – Editores Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

25

2022/C 424/33

Kawża C-508/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Braşov (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Lulju 2022 – KL, PO vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Brașov

26

2022/C 424/34

Kawża C-510/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-28 ta’ Lulju 2022 – Romaqua Group SA vs Societatea Națională Apele Minerale, Agenția Națională pentru Resurse Minerale

26

2022/C 424/35

Kawża C-518/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Awwissu 2022 – J.M.P. vs AP Assistenzprofis GmbH

27

2022/C 424/36

Kawża C-523/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Awwissu 2022 – UT vs SO

27

2022/C 424/37

Kawża C-531/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – Getin Noble Bank et

28

2022/C 424/38

Kawża C-545/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Awwissu 2022 – Air Europa Lineas Aereas vs VO, GR

29

2022/C 424/39

Kawża C-548/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Fondi (l-Italja) fit-18 ta’ Awwissu 2022 – M.M. vs Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

29

2022/C 424/40

Kawża C-562/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Burgas (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Awwissu 2022 – JD vs OB

30

2022/C 424/41

Kawża C-573/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – A, B u Foreningen C vs Skatteministeriet

31

2022/C 424/42

Kawża C-574/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofyiski gradski sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – Proċeduri kriminali kontra CI, VF, DY

32

2022/C 424/43

Kawża C-583/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2022 – Proċeduri kriminali kontra MV

32

2022/C 424/44

Kawża C-588/22 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2022 minn Ryanair DAC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fit-22 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-657/20, Ryanair vs Il-Kummissjoni (Finnair II; Covid-19)

33

2022/C 424/45

Kawża C-599/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

34

2022/C 424/46

Kawża C-602/22 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 minn ABLV Bank AS, fi stralċ, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fis-6 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-280/18, ABLV Bank vs SRB

34

2022/C 424/47

Kawża C-622/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

36

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 424/48

Kawża T-500/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2022 – Vleuten Insects u New Generation Nutrition vs Il-Kummissjoni

37

2022/C 424/49

Kawża T-550/22: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2022 – QW vs Il-Kummissjoni

38

2022/C 424/50

Kawża T-551/22: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2022 – QY vs Il-Kummissjoni

39

2022/C 424/51

Kawża T-553/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2022 – RC vs Il-Kummissjoni

39

2022/C 424/52

Kawża T-556/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2022 – House Foods Group vs CPVO (SK20)

40

2022/C 424/53

Kawża T-560/22: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2022 – Fachverband Eisenhüttenschlacken vs Il-Kummissjoni

40

2022/C 424/54

Kawża T-563/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2022 – VP vs Cedefop

42

2022/C 424/55

Kawża T-564/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2022 – Pierre Balmain vs EUIPO – Story Time (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun)

43

2022/C 424/56

Kawża T-566/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2022 – Sports Group Denmark vs EUIPO (ENDURANCE)

44

2022/C 424/57

Kawża T-576/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 – Bora Creations vs EUIPO – True Skincare (TRUE SKIN)

44

2022/C 424/58

Kawża T-578/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – KEPD vs Il-Parlament u Il-Kunsill

45

2022/C 424/59

Kawża T-582/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – British Airways vs Il-Kummissjoni

46

2022/C 424/60

Kawża T-587/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Crown Holdings u Crown Cork & Seal Deutschland vs Il-Kummissjoni

47

2022/C 424/61

Kawża T-588/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Renco Valore vs Il-Kummissjoni

48

2022/C 424/62

Kawża T-587/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Silgan Holdings et vs Il-Kummissjoni

49

2022/C 424/63

Kawża T-590/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Cristescu vs Il-Kummissjoni

50

2022/C 424/64

Kawża T-592/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Liquid Advertising vs EUIPO – Liqui.do (Liquid+Arcade)

51

2022/C 424/65

Kawża T-599/22: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

51

2022/C 424/66

Kawża T-600/22: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – ST vs Frontex

53

2022/C 424/67

Kawża T-605/22: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembr 2022 – RT France vs Il-Kunsill

54


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 424/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 418, 31.10.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 408, 24.10.2022

ĠU C 398, 17.10.2022

ĠU C 389, 10.10.2022

ĠU C 380, 3.10.2022

ĠU C 368, 26.9.2022

ĠU C 359, 19.9.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bundesrepublik Deutschland vs SpaceNet AG (C-793/19), Telekom Deutschland GmbH (C-794/19)

(Kawżi Magħquda C-793/190 u C-794/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet - Fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata tad-data dwar it-traffiku u dwar il-lokalizzazzjoni - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 15(1) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 6, 7, 8 u 11 kif ukoll Artikolu 52(1) - Artikolu 4(2) TUE)

(2022/C 424/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesrepublik Deutschland

Konvenuti: SpaceNet AG (C-793/19), Telekom Deutschland GmbH (C 794/19)

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll tal-Artikolu 52(l) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi miżuri leġiżlattivi nazzjonali li jipprevedu, bħala prevenzjoni, għall-finijiet ta’ ġlieda kontra l-kriminalità serja u l-prevenzjoni ta’ theddid serju kontra s-sigurtà pubblika, żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata tad-data dwar it-traffiku u tad-data dwar il-lokalizzazzjoni;

ma jipprekludix miżuri leġiżlattivi:

li jippermettu, għall-finijiet tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali, l-għoti ta’ ordni lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi sabiex jipproċedu b’żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata tad-data dwar it-traffiku u tad-data dwar il-lokalizzazzjoni, f’sitwazzjonijiet fejn l-Istat Membru kkonċernat jaffaċċja theddida serja għas-sigurtà nazzjonali li tirriżulta li hija reali u attwali jew prevedibbli, fejn id-deċiżjoni li tipprevedi din l-ordni tista’ tkun suġġetta għal stħarriġ effettiv, jew minn qorti, jew minn entità amministrattiva indipendenti, li jagħtu deċiżjoni vinkolanti, bil-għan li tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet kif ukoll l-osservanza tal-kundizzjonijiet u tal-garanziji li għandhom jiġu previsti, u fejn l-imsemmija ordni għandha tingħata biss għal perijodu limitat ratione temporis għal dak li huwa strettament neċessarju, iżda li jista’ jiġġedded jekk din it-theddida tippersisti;

li jipprevedu, għall-finijiet tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali, tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u tal-prevenzjoni ta’ theddid serju kontra s-sigurtà pubblika, żamma mmirata ta’ data dwar it-traffiku u ta’ data dwar il-lokalizzazzjoni li tkun limitata, abbażi ta’ elementi oġġettivi u nondiskriminatorji, skont il-kategoriji ta’ persuni kkonċernati jew abbażi ta’ kriterju ġeografiku, għal perijodu limitat ratione temporis għal dak li huwa strettament neċessarju, iżda li jista’ jiġġedded;

li jipprevedu, għall-finijiet tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali, tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u tal-prevenzjoni ta’ theddid serju kontra s-sigurtà pubblika, żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata tal-indirizzi IP attribwiti lis-sors ta’ konnessjoni, għal perijodu limitat ratione temporis għal dak li huwa strettament neċessarju;

li jipprevedu, għall-finijiet tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali, tal-ġlieda kontra l-kriminalità u tas-salvagwardja tas-sigurtà pubblika, żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata tad-data relatata mal-identità ċivili tal-utenti ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi; u

li jippermettu, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u, a fortiori, tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali, l-għoti ta’ ordni lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, permezz ta’ deċiżjoni tal-awtorità kompetenti suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv, sabiex jipproċedu, għal perijodu stabbilit, biż-żamma rapida tad-data dwar it-traffiku u tad-data dwar il-lokalizzazzjoni li dawn il-fornituri ta’ servizzi għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom,

sa fejn dawn il-miżuri jiżguraw, permezz ta’ regoli ċari u preċiżi, li ż-żamma tad-data inkwistjoni hija suġġetta għall-osservanza tal-kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali applikabbli u li l-persuni kkonċernati għandhom garanziji effettivi kontra r-riskji ta’ abbuż.


(1)  ĠU C 45, 10.02.2020.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – proċeduri kriminali kontra VD (C-339/20), SR (C-397/20)

(Kawżi magħquda C-339/20 u C-397/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq uniku għas-servizzi finanzjarji - Abbuż tas-suq - Insider dealing - Direttiva 2003/6/KE - Artikolu 12(2)(a) u (d) - Regolament (UE) Nru 596/2014 - Artikolu 23(2)(g) u (h) - Setgħat ta’ sorveljanza u ta’ investigazzjoni tal-Autorité des marchés financiers (l-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji) (AMF) - Għan ta’ interess ġenerali intiż li jipproteġi l-integrità tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-fiduċja tal-pubbliku fl-istrumenti finanzjarji - Possibbiltà għall-AMF li titlob ir-rekords tad-data dwar it-traffiku miżmuma minn operatur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 15(1) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll Artikolu 52(1) - Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet - Limitazzjonijiet - Leġiżlazzjoni li tipprevedi ż-żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni tad-data dwar it-traffiku mill-operaturi ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Possibbiltà, għal qorti nazzjonali, li tillimita l-effetti ratione temporis ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità li tikkonċerna dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Esklużjoni)

(2022/C 424/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

VD (C-339/20), SR (C-397/20)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(2)(a) u (d) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq), u l-Artikolu 23(2)(g) u (h) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, u fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu miżuri leġiżlattivi li jipprevedu, b’mod preventiv, għall-finijiet tal-ġlieda kontra r-reati ta’ abbuż tas-suq, li minnhom jagħmel parti l-insider dealing, żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni tad-data dwar it-traffiku għal sena mill-jum tar-reġistrazzjoni.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali tillimita ratione temporis l-effetti ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità li hija għandha tagħmel, skont id-dritt nazzjonali, fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li, minn naħa, jobbligaw lill-operaturi ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jżommu b’mod iġġeneralizzat u mingħajr distinzjoni d-data dwar it-traffiku u, min-naħa l-oħra, jippermettu l-komunikazzjoni ta’ tali data lill-awtorità kompetenti fil-qasam finanzjarju, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel ta’ qorti jew ta’ awtorità amministrattiva indipendenti, minħabba l-inkompatibbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, moqri fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-ammissibbiltà tal-provi miksuba bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali li huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni taqa’, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, taħt id-dritt nazzjonali, bla ħsara għall-osservanza, b’mod partikolari, tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.


(1)  ĠU C 359, 26.10.2020.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) Admiral Gaming Network Srl et vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli et

(Kawża Magħquda C-475/20 sa C-482/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjonijiet - Logħob tal-ażżard - Konċessjonijiet ta’ ġestjoni tal-logħob ipprattikat fuq apparat tal-logħob - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq il-konċessjonarji - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

(2022/C 424/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Gaming Network Srl (C-475/20), Cirsa Italia SpA (C-476/20), Codere Network SpA (C-477/20), Gamenet SpA (C-478/20), NTS Network SpA (C-479/20), Sisal Entertainment SpA (C-480/20), Snaitech SpA, li kienet Cogetech SpA (C-481/20), Snaitech SpA, li kienet Snai SpA (C-482/20)

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-475/20, C-477/20), Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-475/20, C-477/20, C-481/20), IGT Lottery SpA, li kienet Lottomatica Holding Srl (C-475/20), Se. Ma. di Francesco Senese (C-481/20)

fil-preżenza ta’: Lottomatica Videolot Rete SpA (C-475/20), Coordinamento delle associazioni per la tutela dell’ambiente e dei diritti degli utenti e consumatori (Codacons) (C-476/20, C-478/20, C-480/20, C-482/20) et

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sa fejn jiġi stabbilit li leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa li għandha l-effett li tnaqqas ir-remunerazzjoni tal-konċessjonarji inkarigati mill-ġestjoni tal-logħob ipprattikat fuq apparat tal-logħob tinvolvi restrizzjoni għal-libertà ggarantita minn din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE, l-imsemmija dispożizzjoni tipprekludi li tali restrizzjoni tkun tista’ tiġi ġġustifikata fid-dawl ta’ għanijiet esklużivament ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet marbuta mal-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi.

2)

Sa fejn l-Artikolu 49 TFUE jkun applikabbli, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tnaqqas temporanjament, matul il-perijodu ta’ ftehimiet ta’ konċessjoni konklużi bejn kumpanniji u l-amministrazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ir-remunerazzjoni tal-konċessjonarji stipulata fl-imsemmija ftehimiet, sakemm ma jidhirx, fid-dawl tal-portata tal-impatt ta’ dan it-tnaqqis fuq il-profitabbiltà tal-investimenti mwettqa mill-konċessjonarji u tan-natura f’daqqa u imprevedibbli eventwali ta’ din il-miżura, li l-imsemmija konċessjonarji ma ngħatawx iż-żmien neċessarju sabiex jadattaw ruħhom għal din is-sitwazzjoni l-ġdida.


(1)  ĠU C 28, 25.01.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – Il-Ġermanja) – XP vs Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide (C-518/20) u AR vs St. Vincenz-Krankenhaus GmbH (C-727/20)

(Kawżi Magħquda C-518/20 u C-727/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7(1) - Dritt għal-leave annwali mħallas - Invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard li seħħ matul perijodu ta’ riferiment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas mal-iskadenza ta’ ċertu perijodu - Obbligu tal-persuna li timpjega li tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas)

(2022/C 424/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: XP (C-518/20), AR (C-727/20)

Konvenuti: Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide (C-518/20), St. Vincenz-Krankenhaus GmbH (C-727/20)

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li b’applikazzjoni tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem miksub għal perijodu ta’ riferiment li matulu dan il-ħaddiem effettivament ħadem qabel ma sab ruħu f’sitwazzjoni ta’ invalidità totali jew ta’ inkapaċità li jaħdem minħabba mard li jippersisti minn dak il-mument jista’ jiskadi, sew fi tmiem perijodu ta’ posponiment awtorizzat mid-dritt nazzjonali jew ulterjorment, filwaqt li l-persuna li timpjega ma tkunx, fi żmien xieraq, qiegħdet lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.

ĠU C 169, 3.5.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt B vs W AG

(Kawża C-538/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Artikoli 49 u 54 TFUE) - Tnaqqis tat-telf definittiv sostnut minn stabbiliment permanenti mhux residenti - Stat li rrinunzja għas-setgħa ta’ tassazzjoni tiegħu bis-saħħa ta’ konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja - Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet)

(2022/C 424/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt B

Konvenut: W AG

fil-preżenza ta’: Bundesministerium der Finanzen,

Dispożittiv

L-Artikoli 49 u 54 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux sistema fiskali ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha kumpannija residenti tiegħu ma tistax tnaqqas mill-profitti taxxabbli tagħha t-telf definittiv sostnut mill-istabbiliment permanenti tagħha li jinsab fi Stat Membru ieħor fil-każ fejn l-Istat Membru ta’ residenza jkun irrinunzja għas-setgħa tiegħu li jintaxxa l-prestazzjoni finanzjarja ta’ dan l-istabbiliment permanenti skont konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 – International Management Group (IMG) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-619/20 P u C-620/20P) (1)

(Appell - Kooperazzjoni għall-iżvilupp - Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ ġestjoni indiretta minn organizzazzjoni internazzjonali - Deċiżjoni li kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ma jibqgħux jiġu fdati lil entità minħabba dubji dwar il-kwalità tagħha ta’ organizzazzjoni internazzjonali - Rikors għal annullament - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament - Awtorità ta’ res judicata - Obbligi u setgħat tal-awtur tal-att annullat - Att preparatorju - Ammissibbiltà - Talba għad-danni - Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Regolamenti Finanzjarji tal-Unjoni - Obbligu ta’ diliġenza - Eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dan l-obbligu - Eżami konkret każ b’każ - Dannu morali - Kumpens adegwat u suffiċjenti permezz tal-annullament tal-att illegali - Dannu materjali - Tilwima li ma hijiex fi stat li tiġi deċiża - Kawża mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali)

(2022/C 424/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: International Management Group (IMG) (rappreżentanti: J.-Y. de Cara u L. Levi, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u J. Norris, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-kawżi C-619/20 u C-620/20 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

L-appell fil-Kawża C-619/20 P huwa miċħud.

3)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Settembru 2020, IMG vs Il-Kummissjoni (T-381/15 RENV, EU:T:2020:406), hija annullata inkwantu ċaħdet bħala infondata t-talba għal kumpens ta’ International Management Group (IMG) relatata mad-dannu li allegatament ġie kkawżat lilu mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tibqax tikkonkludi miegħu ftehimiet ġodda ta’ delega b’ġestjoni indiretta, li tinsab fl-ittra ta’ dik l-istituzzjoni tat-8 ta’ Mejju 2015.

4)

Il-kumplament tal-appell fil-Kawża C-620/20 P huwa miċħud.

5)

Ir-rikors fil-Kawża T-381/15 RENV huwa miċħud inkwantu jirrigwarda t-talba għal kumpens tad-dannu morali li d-deċiżjoni msemmija fil-punt 3 ta’ dan id-dispożittiv ikkawżat lil International Management Group (IMG).

6)

Il-Kawża T-381/15 RENV hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-talba msemmija fil-punt 3 ta’ dan id-dispożittiv, sa fejn tirrigwarda d-dannu materjali invokat minn International Management Group (IMG).

7)

International Management Group (IMG) huwa kkundannat għall-ispejjeż fil-Kawża C-619/20 P.

8)

L-ispejjeż huma rriżervati fil-Kawżi C-620/20 P u T-381/15 RENV.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Awwissu 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia – l-Italja) – Sea Watch eV vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti (C-14/21 u C-15/21), Capitaneria di Porto di Palermo (C-14/21), Capitaneria di Porto di Porto Empedocle (C-15/21),

(Kawżi Magħquda C-14/21 u C-15/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Attività ta’ riċerka u ta’ salvataġġ ta’ persuni fil-periklu jew f’diffikultà fil-baħar, immexxija minn organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) bi skop umanitarju - Qafas applikabbli għall-bastimenti - Direttiva 2009/16/KE - Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar - Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar - Kompetenzi u setgħat rispettivi tal-Istat tal-bandiera u tal-Istat tal-port - Spezzjoni u detenzjoni ta’ bastimenti)

(2022/C 424/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sea Watch eV

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti (C-14/21 u C-15/21), Capitaneria di Porto di Palermo (C-14/21), Capitaneria di Porto di Porto Empedocle (C-15/21),

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port, kif emendata mid-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

hija applikabbli għal bastimenti li, filwaqt li huma kklassifikati u ċċertifikati bħala bastimenti tal-merkanzija mill-Istat tal-bandiera, jintużaw, fil-prattika, b’mod sistematiku, minn organizzazzjoni umanitarja għall-finijiet ta’ attività mhux kummerċjali ta’ riċerka u ta’ salvataġġ ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ periklu jew ta’ diffikultà fil-baħar u

hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tiżgura t-traspożizzjoni tagħha fid-dritt intern li tillimita l-applikabbiltà tagħha biss għall-bastimenti li jintużaw għall-finijiet ta’ attività kummerċjali.

2)

L-Artikolu 11(b) tad-Direttiva 2009/16, kif emendat mid-Direttiva 2017/2110, moqri flimkien mal-Parti II tal-Anness I ta’ din id-direttiva kif emendata, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat tal-port jista’ jissottometti għal spezzjoni addizzjonali bastimenti li jeżerċitaw attività sistematika ta’ riċerka u ta’ salvataġġ u li jinsabu f’wieħed mill-portijiet tiegħu jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, wara li jkunu daħlu f’dawn l-ilmijiet u wara li jkunu tlestew l-operazzjonijiet kollha ta’ trażbord u ta’ żbark ta’ persuni li lilhom il-kaptan rispettiv tagħhom iddeċieda li jassisti, meta dak l-Istat ikun stabbilixxa, abbażi ta’ elementi legali u fatt issostanzjati, li kienu jeżistu indizji serji ta’ natura li jikkonfermaw periklu għas-saħħa, is-sigurtà, il-kundizzjonijiet ta’ xogħol abbord jew l-ambjent, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-operat ta’ dawn il-bastimenti.

3)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/16, kif emendat mid-Direttiva 2017/2110, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-okkażjoni ta’ spezzjonijiet iddettaljati organizzati skont dan l-artikolu, l-Istat tal-port għandu s-setgħa li jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-bastimenti li ġew ikklassifikati u ċċertifikati bħala bastimenti tal-merkanzija mill-Istat tal-bandiera huma, fil-prattika, użati għall-finijiet ta’ attività sistematika ta’ riċerka u ta’ salvataġġ ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ periklu jew ta’ diffikultà fil-baħar, f’kuntest ta’ kontroll intiż għall-evalwazzjoni, abbażi ta’ elementi legali u fatti issostanzjati, tal-eżistenza ta’ periklu għall-persuni, il-beni u l-ambjent, fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-operat ta’ dawn il-bastimenti. Min-naħa l-oħra, l-Istat tal-port ma għandux is-setgħa li jitlob il-prova li l-imsemmija bastimenti jkollhom ċertifikati oħra minbarra dawk maħruġa mill-Istat tal-bandiera jew li josservaw ir-rekwiżiti kollha applikabbli għal klassifikazzjoni oħra.

4)

L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2009/16, kif emendat mid-Direttiva 2017/2110, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li jiġi stabbilit li l-bastimenti li huma, fil-prattika, użati għall-finijiet ta’ attività sistematika ta’ riċerka u ta’ salvataġġ ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ periklu jew ta’ diffikultà fil-baħar, filwaqt li ġew ikklassifikati u ċċertifikati bħala bastimenti tal-merkanzija minn Stat Membru li jkollu l-kwalità ta’ Stat tal-bandiera, ikunu ġew użati b’mod li jkunu ta’ periklu għall-persuni, il-beni u l-ambjent, l-Istat Membru li għandu l-kwalità tal-Istat tal-port ma jistax jissuġġetta l-assenza ta’ detenzjoni ta’ dawn il-bastimenti jew t-tneħħija ta’ tali detenzjoni għall-kundizzjoni li dawn jkollhom ċertifikati adattati għal din l-attività u li josservaw ir-rekwiżiti korrispondenti kollha. Min-naħa l-oħra, dan l-Istat jista’ jimponi miżuri korrettivi speċifiċi fil-qasam tas-sigurtà, tal-prevenzjoni tat-tniġġis u tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol abbord, sakemm dawn il-miżuri korrettivi huma ġġustifikati mill-eżistenza ta’ anomaliji li jippreżentaw riskju manifest għas-sigurtà, għas-saħħa jew għall-ambjent u li jwasslu għall-impossibbiltà ta’ navigazzjoni f’kundizzjonijiet idoneji sabiex tiġi żgurata s-sigurtà fuq il-baħar. Tali miżuri korrettivi għandhom, barra minn hekk, ikunu adegwati, neċessarji u proporzjonati għal dan il-għan. Għandu jingħad ukoll li l-adozzjoni tagħhom u l-implimentazzjoni tagħhom mill-Istat tal-port għandhom ikunu s-suġġett ta’ kooperazzjoni leali mal-Istat tal-bandiera, b’osservanza tas-setgħat rispettivi ta’ dawn iż-żewġ Stati.


(1)  ĠU C 98, 22.3.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – LB vs TO

(Kawża C-120/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7 - Dritt għal-leave annwali mħallas - Kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud wara t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol - Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin - Bidu tad-dekorrenza - Informazzjoni adegwata tal-ħaddiem)

(2022/C 424/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LB

Konvenut: TO

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas miksub minn ħaddiem għal perijodu ta’ referenza huwa preskritt fi tmiem terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri fi tmiem is-sena li matulha tnissel dan id-dritt, meta l-persuna li timpjega effettivament ma qegħditx lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – GM vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, Alkotmányvédelmi Hivatal, Terrorelhárítási Központ

(Kawża C-159/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-immigrazzjoni - Direttiva 2011/95/UE - Regoli relatati dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Ċaħda tal-istatus - Direttiva 2013/32/UE - Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Preġudizzju għas-sigurtà nazzjonali - Teħid ta’ pożizzjoni ta’ awtorità speċjalizzata - Aċċess għall-fajl)

(2022/C 424/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GM

Konvenuti: Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, Alkotmányvédelmi Hivatal, Terrorelhárítási Központ

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri flimkien mal-Artikolu 45(4) ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew ta’ rtirar ta’ tali protezzjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni li l-iżvelar tagħha jikkomprometti s-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni, il-persuna kkonċernata jew il-konsulent tagħha jistgħu jaċċedu għal din l-informazzjoni biss wara li jkunu kisbu awtorizzazzjoni għal dan il-għan, ma jistgħux jiġu kkomunikati wkoll is-sustanza tal-motivi li fuqhom huma bbażati tali deċiżjonijiet u ma jistgħux fi kwalunkwe każ, jużaw, għall-finijiet tal-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji, l-informazzjoni li għaliha setgħu jkollhom aċċess.

2)

L-Artikolu 4(1) u (2), l-Artikolu 10(2) u (3), l-Artikolu 11(2) kif ukoll l-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2013/32, moqrija flimkien mal-Artikolu 14(4)(a) u mal-Artikolu 17(1)(d) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-awtorità determinanti hija sistematikament obbligata, meta korpi responsabbli minn funzjonijiet marbuta mas-sigurtà nazzjonali jkunu kkonstataw, permezz ta’ opinjoni mhux motivata, li persuna kienet tikkostitwixxi theddida għal din is-sigurtà, li teskludi li tagħti l-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja lil din il-persuna jew li tirtira protezzjoni internazzjonali mogħtija minn qabel lill-imsemmija persuna, billi tibbaża ruħha fuq din l-opinjoni.

3)

L-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2011/95

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li applikant jiġi eskluż mill-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja, skont din id-dispożizzjoni, abbażi ta’ kundanna kriminali li kienet diġà magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti, meta dawn ikunu taw lil dan l-applikant, fi tmiem proċedura preċedenti, status ta’ refuġjat li sussegwentement ġie rtirat lilu.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Las Palmas de Gran Canaria – Spanja) – Zulima vs Servicios prescriptor y medios de pagos EFC SAU

(Kawża C-215/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta' kreditu miftuħ - Natura inġusta tal-klawżola dwar ir-rata ta’ interessi remuneratorji - Rikors ippreżentat minn konsumatur intiż sabiex tiġi kkonstatata n-nullità ta’ dan il-kuntratt - Sodisfazzjon extraġudizzjarju tat-talbiet ta’ dan il-konsumatur - Spejjeż sostnuti mill-imsemmi konsumatur - Prinċipju ta’ effettività - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tista’ tiskoraġġixxi lill-istess konsumatur milli jeżerċita d-drittijiet mogħtija mid-Direttiva 93/13/KEE)

(2022/C 424/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 2 de Las Palmas de Gran Canaria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zulima

Konvenuti: Servicios prescriptor y medios de pagos EFC SAU

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja relatata mal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, fil-każ li t-talbiet tiegħu jiġu ssodisfatti b’mod extraġudizzjarju, il-konsumatur ikkonċernat għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, bla ħsara għall-fatt li l-qorti adita tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod obbligatorju, tal-eventwali mala fide tal-kummerċjant ikkonċernat u, jekk ikun il-każ, tikkundanna lil dan tal-aħħar iħallas l-ispejjeż relatati mal-proċeduri legali li dan il-konsumatur ġie kostrett iwettaq sabiex jasserixxi d-drittijiet mogħtija lilu mid-Direttiva 93/13.


(1)  ĠU C 320, 09.08.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – Il-Ġermanja) – Bundesrepublik Deutschland vertreten durch Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat vs MA (C-245/21), PB (C-245/21), LE (C-248/21)

(Kawżi magħquda C-245/21 u C-248/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali - Artikoli 27 u 29 - Trasferiment tal-persuna kkonċernata lejn l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tagħha - Sospensjoni tat-trasferiment minħabba l-pandemija tal-COVID-19 - Impossibbiltà li jsir it-trasferiment - Protezzjoni ġudizzjarja - Konsegwenzi fuq it-terminu tat-trasferiment)

(2022/C 424/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesrepublik Deutschland vertreten durch Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat

Konvenuti: MA (C-245/21), PB (C-245/21), LE (C-248/21)

Dispożittiv

L-Artikolu 27(4) u l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

t-terminu għat-trasferiment previst f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar ma huwiex interrott meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jadottaw, billi jibbażaw ruħhom fuq dan l-Artikolu 27(4), deċiżjoni revokabbli ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment, għar-raġuni li din l-eżekuzzjoni tkun materjalment impossibbli minħabba l-pandemija tal-COVID-19.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent – il-Belġju) – The Escape Center BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-330/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98 - Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi - Anness III, punt 14 - Kunċett ta’ “dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi” - Swali tal-isport - Akkumpanjament individwali jew fi grupp)

(2022/C 424/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The Escape Center BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

provvista ta’ servizzi li tikkonsisti fl-għoti tad-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi ta’ sala tal-isport u fil-provvista ta’ akkumpanjament individwali jew fi grupp tista’ tiġi suġġetta għal rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, meta dan l-akkumpanjament huwa marbut mal-użu ta’ dawn l-faċilitajiet u huwa meħtieġ għall-prattika tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika jew meta dan l-akkumpanjament huwa anċillari għad-dritt tal-użu tal-imsemmija faċilitajiet jew għall-użu effettiv tagħhom.


(1)  ĠU C 338, 23.8.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no10 bis de Sevilla – Spanja) – Vicente vs Delia

(Kawża C-335/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tal-konsumaturi - Prinċipju ta’ effettività - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Proċedura sommarja għall-ħlas ta’ onorarji tal-avukat - Natura eventwalment inġusta tal-klawżoli inklużi fi ftehim ta’ onorarji - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà ta’ stħarriġ mill-qorti - Artikolu 4(2) - Portata tal-eċċezzjoni - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 7 - Prattika kummerċjali qarrieqa - Kuntratt konkluż bejn avukat u l-klijent tiegħu li jipprojbixxi lil dan tal-aħħar milli jirrinunzja ruħu, mingħajr l-għarfien jew kontra l-opinjoni tal-avukat, taħt piena ta’ sanzjoni finanzjarja)

(2022/C 424/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 10 bis de Sevilla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vicente

Konvenut: Delia

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, kif emendata bid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali relatata ma’ proċedura sommarja għall-ħlas ta’ onorarji tal-avukat li permezz tagħha t-talba mressqa kontra l-klijent konsumatur tkun diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni mogħtija minn awtorità mhux ġudizzjarja, peress li l-intervent ta’ qorti jkun previst biss fl-istadju tal-kuntratt, u dan mingħajr ma din id-deċiżjoni tkun ġiet ippreżentata kontra din id-deċiżjoni, mingħajr ma l-qorti adita f’din l-istanza ma tkun tista’ tistħarreġ, jekk neċessarju ex officio, jekk il-klawżoli inklużi fil-kuntratt li jkun ta lok għall-onorarji mitluba humiex ta’ natura inġusta u lanqas ma tkun tista’ tilqa’, mill-partijiet, provi oħra għajr il-provi dokumentali li jkunu diġà ġew prodotti quddiem l-awtorità mhux ġudizzjarja.

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, kif emendata bid-Direttiva 2011/83,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma taqax taħt l-eċċezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn avukat u l-klijent tiegħu li tipprovdi li l-klijent jintrabat li jsegwi l-istruzzjonijiet ta’ dan l-avukat, li ma jaġixxix mingħajr l-għarfien jew kontra l-opinjoni tiegħu u li ma jirtirax huwa stess il-proċedura ġudizzjarja li huwa jkun assenja dan l-avukat, taħt piena ta’ penalità finanzjarja.

3)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

l-inklużjoni, f’kuntratt konkluż bejn avukat u l-klijent tiegħu, ta’ klawżola li tipprevedi penali finanzjarja imposta fuq dan tal-aħħar jekk huwa stess jirtira mill-proċedura ġudizzjarja li huwa jkun assenja lill-imsemmi avukat, peress li din il-klawżola tagħmel riferiment għall-iskala ta’ ordni professjonali u la tkun issemmiet fl-offerta kummerċjali u lanqas fil-kuntest tal-informazzjoni minn qabel għall-konklużjoni tal-kuntratt, tista’ titqies bħala prattika kummerċjali “qarrieqa” fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, sa fejn twassal lill-konsumatur medju jieħu deċiżjoni kummerċjali li altrimenti ma kienx jieħu, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 382, 20.09.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tax-Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht – Il-Ġermanja) – SI et vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-497/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-ażil - Direttiva 2013/32/UE - Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Motivi ta’ inammissibbiltà - Artikolu 2(q) - Kunċett ta’ “applikazzjoni sussegwenti” - Artikolu 33(2)(d) - Ċaħda minn Stat Membru ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni preċedenti sottomessa mill-parti kkonċernata fir-Renju tad-Danimarka - Deċiżjoni finali meħuda mir-Renju tad-Danimarka)

(2022/C 424/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SI, TL, ND, VH, YT, HN

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-Artikolu 33(2)(d) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri flimkien mal-Artikolu 2(q) tagħha, kif ukoll mal-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru minbarra r-Renju tad-Danimarka li tipprevedi l-possibbiltà li tiġi miċħuda bħala inammissibbli, totalment jew parzjalment, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, magħmula lil dan l-Istat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna mingħajr stat li fir-rigward tiegħu applikazzjoni preċedenti għal protezzjoni internazzjonali, magħmula lir-Renju tad-Danimarka, ġiet miċħuda minn dan l-aħħar Stat Membru.


(1)  ĠU C 502, 13.12.2021.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Judecătoria Târgu-Mureş – ir-Rumanija) – proċedura mibdija minn Delgaz Grid SA

(Kawża C-95/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Artikolu 82 TFUE - Dritt għal informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Dritt li wieħed jiġi informat dwar l-akkuża miġjuba kontrih - Direttiva 2012/13/UE - Artikolu 6(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Kontestazzjoni dwar it-tul eċċessiv tal-proċeduri kriminali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-tressiq ta’ tali kontestazzjoni biss lill-persuni li għandhom l-istatus ta’ persuna ssuspettata jew ta’ imputat - Artikolu 267 TFUE - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)

(2022/C 424/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Târgu-Mureş

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Delgaz Grid SA

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Judecătoria Târgu-Mureș (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Târgu-Mureș, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Jannar 2022.


(1)  Data tal-preżentata: 11.2.2022.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – XT vs Keolis Agen SARL

(Kawża C-271/22)

(2022/C 424/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de Prud’hommes d’Agen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XT

Konvenut: Keolis Agen SARL

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn operatur privat tat-trasport, li għandu delega ta’ servizz pubbliku waħda biss, u l-impjegati tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri?

2)

Liema huwa t-tul raġonevoli ta’ trasferiment ’il quddiem tal-erba’ ġimgħat ta’ leave imħallas miksub, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, meta l-perijodu li fih jistgħu jiġu akkumulati d-drittijiet ta’ leave imħallas huwa ta’ sena?

3)

L-applikazzjoni ta’ terminu ta’ trasferiment ’il quddiem illimitat fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni nazzjonali, leġiżlattiva jew li tirriżulta minn ftehim, li tkopri l-imsemmi trasferiment ’il quddiem, hija kuntrarja għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – KH vs Keolis Agen SARL

(Kawża C-272/22)

(2022/C 424/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de Prud’hommes d’Agen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KH

Konvenut: Keolis Agen SARL

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn operatur privat tat-trasport, li għandu delega ta’ servizz pubbliku waħda biss, u l-impjegati tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri?

2)

Liema huwa t-tul raġonevoli ta’ trasferiment ’il quddiem tal-erba’ ġimgħat ta’ leave imħallas miksub, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, meta l-perijodu li fih jistgħu jiġu akkumulati d-drittijiet ta’ leave imħallas huwa ta’ sena?

3)

L-applikazzjoni ta’ terminu ta’ trasferiment ’il quddiem illimitat fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni nazzjonali, leġiżlattiva jew li tirriżulta minn ftehim, li tkopri l-imsemmi trasferiment ’il quddiem, hija kuntrarja għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – BX vs Keolis Agen SARL

(Kawża C-273/22)

(2022/C 424/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de Prud’hommes d’Agen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BX

Konvenut: Keolis Agen SARL

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn operatur privat tat-trasport, li għandu delega ta’ servizz pubbliku waħda biss, u l-impjegati tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri?

2)

Liema huwa t-tul raġonevoli ta’ trasferiment ’il quddiem tal-erba’ ġimgħat ta’ leave imħallas miksub, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, meta l-perijodu li fih jistgħu jiġu akkumulati d-drittijiet ta’ leave imħallas huwa ta’ sena?

3)

L-applikazzjoni ta’ terminu ta’ trasferiment ’il quddiem illimitat fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni nazzjonali, leġiżlattiva jew li tirriżulta minn ftehim, li tkopri l-imsemmi trasferiment ’il quddiem, hija kuntrarja għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – FH vs Keolis Agen SARL

(Kawża C-274/22)

(2022/C 424/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de Prud’hommes d’Agen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FH

Konvenut: Keolis Agen SARL

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn operatur privat tat-trasport, li għandu delega ta’ servizz pubbliku waħda biss, u l-impjegati tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri?

2)

Liema huwa t-tul raġonevoli ta’ trasferiment ’il quddiem tal-erba’ ġimgħat ta’ leave imħallas miksub, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, meta l-perijodu li fih jistgħu jiġu akkumulati d-drittijiet ta’ leave imħallas huwa ta’ sena?

3)

L-applikazzjoni ta’ terminu ta’ trasferiment ’il quddiem illimitat fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni nazzjonali, leġiżlattiva jew li tirriżulta minn ftehim, li tkopri l-imsemmi trasferiment ’il quddiem, hija kuntrarja għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – NW vs Keolis Agen SARL

(Kawża C-275/22)

(2022/C 424/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de Prud’hommes d’Agen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NW

Konvenut: Keolis Agen SARL

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn operatur privat tat-trasport, li għandu delega ta’ servizz pubbliku waħda biss, u l-impjegati tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri?

2)

Liema huwa t-tul raġonevoli ta’ trasferiment ’il quddiem tal-erba’ ġimgħat ta’ leave imħallas miksub, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, meta l-perijodu li fih jistgħu jiġu akkumulati d-drittijiet ta’ leave imħallas huwa ta’ sena?

3)

L-applikazzjoni ta’ terminu ta’ trasferiment ’il quddiem illimitat fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni nazzjonali, leġiżlattiva jew li tirriżulta minn ftehim, li tkopri l-imsemmi trasferiment ’il quddiem, hija kuntrarja għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/19


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2022 minn the airscreen company GmbH & Co. KG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-7 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-382/21, the airscreen company GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-320/22 P)

(2022/C 424/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: the airscreen company GmbH & Co. KG (rappreżentanti: O. Spieker, D. Mienert, J. Selbmann, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Moviescreens Rental GmbH

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet, permezz ta’ digriet tat-28 ta’ Settembru 2022, li l-appell ma għandux jiġi ammess u li l-appellanti għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki trgovački sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fis-16 ta’ Mejju 2022 – Centar za restrukturiranje i prodaju vs PROM-VIDIJA d.o.o.

(Kawża C-327/22)

(2022/C 424/23)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Visoki trgovački sud Republike Hrvatske

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Centar za restrukturiranje i prodaju

Konvenut: PROM-VIDIJA d.o.o.

Domanda preliminari

Ir-regola prevista fl-Artikolu 121 tas-Sudski poslovnik (ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qrati) u l-istruzzjoni tal-President tal-Visoki trgovački sud (il-Qorti Kummerċjali tal-Appell) Su-918/21-19 tal-20 ta’ Jannar 2022, li tipprojbixxi n-notifika tad-deċiżjonijiet tal-qrati jekk dawn ma jkunux totalment konformi mal-ordni ta’ trattament indikata f’din l-istruzzjoni, għandhom jitqiesu bħala li huma konformi mal-Artikolu 19(1) TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/19


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2022 minn Anna Hrebenyuk mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-23 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-252/21 – Anna Hrebenyuk vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-338/22 P)

(2022/C 424/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Anna Hrebenyuk (rappreżentant: H.-J. Ruhl, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-22 ta’ Settembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-ammissjoni tal-appell u ddeċidiet li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/20


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2022 minn Laboratorios Ern, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-315/21, Laboratorios Ern vs EUIPO – Nordesta (APIAL)

(Kawża C-342/22 P)

(2022/C 424/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Laboratorios Ern, SA (rappreżentant: I. Miralles Llorca, abogada)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Nordesta GmbH

Permezz ta’ digriet tat-28 ta’ Settembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Laboratorios Ern, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Lulju 2022 – Agentsia “Patna infrastruktura” vs Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Transport” 2007-2013 i direktor na direktsia “Koordinatsia na programi i proekti” v Ministerstvo na transporta

(Kawża C-471/22)

(2022/C 424/26)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agentsia “Patna infrastruktura

Konvenuti: Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Transport” 2007-2013 i direktor na direktsia “Koordinatsia na programi i proekti” v Ministerstvo na transporta

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2021) [5739] tas-27 ta’ Lulju 2021, li tannulla parti mill-kontribuzzjoni magħmula mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-Programm Operazzjonali “Trasport 2007-2013” taħt l-għan ta’ “Konverġenza” fil-Bulgarija fir-rigward tal-entrata CCI2007BG161P0004 hija valida fid-dawl tar-rekwiżiti dwar il-ġustifikazzjoni, il-motivazzjoni, in-natura eżawrjenti u n-natura mhux unilaterali tal-verifika mwettqa konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u fid-dawl tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba fis-sens tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

L-Artikolu 100 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea jkunu legali, il-Kummissjoni ma għandhiex tistabbilixxi, tanalizza u tikklassifika l-fatti legalment sinjifikattivi kollha għall-proċedura, iżda għandha sempliċement tifforma l-konklużjonijiet tagħha abbażi biss tal-komunikazzjoni u tal-iskambju tal-pożizzjonijiet u, rispettivament tan-notifiki, mal-Istat Membru?

3)

F’sitwazzjoni bħal dik ineżami f’din il-kawża, fejn hemm involut att adottat mill-Kummissjoni Ewropea li daħal fis-seħħ u li jiddetermina l-korrezzjoni finanzjarja ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ irregolarità kkonstatata fl-infiq tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ tliet proċeduri separati għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, il-korpi nazzjonali kompetenti għandhom jimplimentaw proċeduri indipendenti sabiex tiġi stabbilita irregolarità bil-għan li tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja legali konformement mal-Artikolu 98 tar-Regolament Nru 1083/2006?

4)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, għandu jitqies li d-dritt tal-individwi għall-parteċipazzjoni fil-proċedura għad-determinazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja mill-Istati Membri huwa rrispettat konformement mad-dritt għal amministrazzjoni tajba fis-sens tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?

5)

F’sitwazzjoni bħal dik ineżami f’din il-kawża, fejn hemm involut att adottat mill-Kummissjoni Ewropea li daħal fis-seħħ u li jiddetermina l-korrezzjoni finanzjarja ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ irregolarità kkonstatata fl-infiq tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ tliet proċeduri separati għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali, meta tkun adita b’rikors kontra att ta’ korp nazzjonali kompetenti li jiddetermina l-korrezzjoni finanzjarja fil-kuntest ta’ waħda minn dawn il-proċeduri ta’ għoti, hija marbuta minn dak li jkun ġie stabbilit u kkonstatat mill-Kummissjoni, jew l-imsemmija dispożizzjoni legali tirrikjedi li l-qorti għandha, fil-kuntest ta’ proċess ġudizzjarju sħiħ u permezz tal-miżuri kollha permessi mil-liġi, tistabbilixxi u tinvestiga l-fatti legalment sinjifikattivi u ċ-ċirkustanzi tat-tilwima meta tagħti deċiżjoni legali vinkolanti?

6)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fis-sens li l-qorti nazzjonali hija marbuta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, inkluż fir-rigward tal-konstatazzjonijiet fattwali magħmulha fih, jista’ jitqies li d-dritt għal rimedji ġudizzjarji effettivi u għal smigħ xieraq tal-persuni kkonċernati mill-korrezzjoni finanzjarja imposta huwa żgurat konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?


(1)  ĠU 2006, L 210, p. 25, rettifiki fil-ĠU 2006, L 239, p. 248, fil-ĠU 2007, L 145, p. 38, fil-ĠU 2007, L 164, p. 36, u fil-ĠU 2008, L 301, p. 40.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fl-14 ta’ Lulju 2022 – NO vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-472/22)

(2022/C 424/27)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NO

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 49 (dritt ta’ stabbiliment) u/jew l-Artikolu 63 (moviment liberu ta’ kapital) tat-TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu liġi jew prassi fiskali ta’ Stat Membru, li, b’riżultat tat-tassazzjoni fuq id-dħul ta’ persuna fiżika f’dan l-Istat Membru, benefiċċju fiskali, li jikkonsisti fit-tassazzjoni ta’ 50 % tal-profitti li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ ishma, ikun applikabbli għal trasferimenti ta’ ishma f’kumpanniji rregolati mid-dritt nazzjonali, iżda mhux għal trasferimenti ta’ ishma f’kumpanniji kkostitwiti fi Stat Membru ieħor?

2)

L-Artikolu 49 (dritt ta’ stabbiliment) u/jew l-Artikolu 63 (moviment liberu ta’ kapital) tat-TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu liġi jew prassi fiskali ta’ Stat Membru, li, b’riżultat tat-tassazzjoni fuq id-dħul ta’ persuna fiżika f’dan l-Istat Membru, benefiċċju fiskali, li jikkonsisti fit-tassazzjoni ta’ 50 % tal-profitti li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ ishma, ikun applikabbli għal trasferimenti ta’ ishma f’kumpanniji b’sede effettiva fit-territorju nazzjonali, iżda mhux għal trasferimenti ta’ ishma f’kumpanniji b’sede effettiva fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor?

3)

L-Artikolu 49 (dritt ta’ stabbiliment) u/jew l-Artikolu 63 (moviment liberu ta’ kapital) tat-TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu liġi jew prassi fiskali ta’ Stat Membru, li, b’riżultat tat-tassazzjoni fuq id-dħul ta’ persuna fiżika f’dan l-Istat Membru, benefiċċju fiskali, li jikkonsisti fit-tassazzjoni ta’ 50 % tal-profitti li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ ishma, ikun applikabbli għal trasferimenti ta’ ishma f’kumpanniji b’residenza fiskali fit-territorju nazzjonali, iżda mhux għal trasferimenti ta’ ishma f’kumpanniji b’residenza fiskali fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor?

4)

L-Artikolu 49 (dritt ta’ stabbiliment) u/jew l-Artikolu 63 (moviment liberu ta’ kapital) tat-TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu liġi jew prassi fiskali ta’ Stat Membru, li, b’riżultat tat-tassazzjoni fuq id-dħul ta’ persuna fiżika f’dan l-Istat Membru, benefiċċju fiskali, li jikkonsisti fit-tassazzjoni ta’ 50 % tal-profitti li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ ishma, ikun applikabbli għal trasferimenti ta’ ishma f’kumpanniji li joperaw fit-territorju nazzjonali, iżda mhux għal trasferimenti ta’ ishma f’kumpanniji li jeżerċitaw negozju fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor?

5)

Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal trasferiment ta’ ishma bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, essenzjalment, ikollu riżultat ekwivalenti għal ħlas ta’ dividendi, u li l-forma legali tiegħu ntgħażlet mill-persuna taxxabbli bil-għan, essenzjalment, li tikseb benefiċċju fiskali li jirriżulta mid-dritt nazzjonali u strettament applikabbli għall-profitti magħmula fuq il-proprjetajiet immobbli, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fihom ir-rikonoxximent lill-persuna taxxabbli tal-benefiċċju fiskali inkwistjoni jiddependi mill-possibbiltà li l-persuna taxxabbli tinvoka u teżerċita d-dritt ta’ stabbiliment previst fl-Artikolu 49 TFUE u/jew tal-moviment liberu tal-kapital previst fl-Artikolu 63 TFUE?

6)

Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil persuna taxxabbli milli tinvoka u teżerċita d-dritt ta’ stabbiliment (fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE) u/jew tal-moviment liberu tal-kapital (fis-sens tal-Artikolu 63 TFUE) sabiex tirċievi benefiċċju fiskali previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-profitti li jirriżultaw mit-trasferimenti ta’ ishma, meta, bil-għan prinċipali li tirċievi dan il-benefiċċju fiskali, ifformalizzat tranżazzjoni, bħalma huwa trasferiment ta’ ishma, li, essenzjalment, għandha riżultat ekwivalenti għal ħlas ta’ dividendi?

7)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv, persuna taxxabbli tista’ tinvoka ċ-ċertezza legali jew l-aspettattivi leġittimi biex tikkontesta rifjut ta’ rikonoxximent tad-dritt ta’ stabbiliment u/jew ta’ moviment liberu ta’ kapital ibbażat fuq il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi u, b’dan il-mod, tilleġittima din il-prattika abbużiva?

8)

Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu tiddependi minn jekk jiġux issodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-regola ġenerali nazzjonali anti-abbuż?

9)

Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu tiddependi mill-invokazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali?

10)

Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu tiddependi mill-osservazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa ta’ proċedura prevista għall-applikazzjoni ta’ regola ġenerali nazzjonali anti-abbuż?

11)

Ladarba l-qorti nazzjonali għandha kompetenza limitata fl-evalwazzjoni tal-legalità tal-atti taxxabbli u fid-deċiżjoni tal-annullament jew taż-żamma rispettiva tagħhom fl-ordinament ġuridiku, mingħajr ma tissostitwixxi lilha nnifisha mal-amministrazzjoni fiskali, il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Qorti ta’ Arbitraġġ għandha kompetenza biex tikklassifika mill-ġdid, tiddefinixxi mill-ġdid jew tikkwalifika mill-ġdid it-tranżazzjoni abbużiva u biex tapplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti għat-tranżazzjoni li tkun teżisti minflokha?


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

(Kawża C-501/22)

(2022/C 424/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel)

Konvenut: Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

Domanda preliminari

L-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-estensjoni ta’ ftehimiet interprofessjonali li jipprevedu regoli iktar stretti minn dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mhux biss fil-qasam tar-“regoli ta’ produzzjoni” imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, iżda wkoll fl-oqsma kollha, imsemmija fil-punt (a) u fil-punti (c) sa (n), li fir-rigward tagħhom jipprevedi li tista’ tintalab l-estensjoni ta’ ftehim interprofessjonali, u b’mod partikolari jekk dan l-artikolu jawtorizzax, fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni għal kategorija partikolari ta’ frott jew ta’ ħaxix, l-adozzjoni ta’ regoli iktar restrittivi, fil-forma ta’ ftehim interprofessjonali, u l-estensjoni tagħhom għall-operaturi kollha?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 195, p. 106.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

(Kawża C-502/22)

(2022/C 424/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel)

Konvenut: Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-estensjoni ta’ ftehimiet interprofessjonali li jipprevedu regoli iktar stretti minn dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mhux biss fil-qasam tar-“regoli ta’ produzzjoni” imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, iżda wkoll fl-oqsma kollha, imsemmija fil-punt (a) u fil-punti (c) sa (n), li fir-rigward tagħhom jipprevedi li tista’ tintalab l-estensjoni ta’ ftehim interprofessjonali?

2)

Fl-assenza ta’ regoli tal-Unjoni speċifiċi għal kategorija partikolari ta’ frott jew ta’ ħaxix, l-Artikolu 164 tar-Regolament Nru 1308/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-estensjoni ta’ ftehimiet interprofessjonali li jipprevedu regoli iktar stretti mill-istandards applikabbli adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li għalihom jirreferi d-dritt Ewropew?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 195, p. 106.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

(Kawża C-503/22)

(2022/C 424/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel)

Konvenut: Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-estensjoni ta’ ftehimiet interprofessjonali li jipprevedu regoli iktar stretti minn dawk stabbiliti [mil-]leġiżlazzjoni tal-Unjoni mhux biss fil-qasam tar-“regoli ta’ produzzjoni” imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, iżda wkoll fl-oqsma kollha, imsemmija fil-punt (a) u fil-punti (c) sa (n), li fir-rigward tagħhom jipprevedi li tista’ tintalab l-estensjoni ta’ ftehim interprofessjonali, u b’mod partikolari jawtorizza, fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ imballaġġ għal kategorija partikolari ta’ frott jew ta’ ħaxix, l-adozzjoni ta’ regoli iktar restrittivi permezz ta’ ftehim interprofessjonali, u l-estensjoni tagħhom għall-operaturi kollha?

2)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun differenti skont jekk humiex inkwistjoni r-“regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni” imsemmija fil-punt (d) [tal-paragrafu 4] ta’ dan l-artikolu jew l-“[i]standards minimi dwar l-imballaġġ u l-preżentazzjoni” imsemmija fil-punt (k) tal-istess [paragrafu], l-istabbiliment ta’ tqassim skont id-daqs intiż li jiżgura l-uniformità tal-prodotti fl-istess pakkett jaqa’ taħt ir-regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni jew taħt l-istandards dwar l-imballaġġ?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 195, p. 106.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel) vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

(Kawża C-504/22)

(2022/C 424/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Association interprofessionnelle des fruits et légumes frais (Interfel)

Konvenut: Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-estensjoni ta’ ftehimiet interprofessjonali li jipprevedu regoli iktar stretti minn dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mhux biss fil-qasam tar-“regoli ta’ produzzjoni” imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, iżda wkoll fl-oqsma kollha, imsemmija fil-punt (a) u fil-punti (c) sa (n), li fir-rigward tagħhom jipprevedi li tista’ tintalab l-estensjoni ta’ ftehim interprofessjonali?

2)

L-iffissar ta’ dati ta’ ħsad, minn naħa, u ta’ dati ta’ kummerċjalizzazzjoni, min-naħa l-oħra, jaqa’ taħt ir-regoli li jistgħu jiġu ffissati permezz ta’ ftehim interprofessjonali u estiżi abbażi tal-Artikolu 164 tar-Regolament Nru 1308/2013, u, jekk iva, l-iffissar ta’ tali dati ta’ ħsad u ta’ kummerċjalizzazzjoni jaqgħu taħt ir-“regoli ta’ produzzjoni” imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu jew, kif kien jipprevedi preċedentement l-Anness XVIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (2), taħt “regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni”, li issa huma msemmija fil-punt (d) tal-istess Artikolu 164(4)?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 195, p. 106.

(2)  ĠU 2007, L 299, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 97, p. 4.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-25 ta’ Lulju 2022 – Deco Proteste – Editores Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-505/22)

(2022/C 424/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deco Proteste – Editores Lda

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Fiċ-ċirkustanzi fejn permezz tas-sottoskrizzjoni għal pubblikazzjonijiet perjodiċi b’abbonament jingħata rigal (gadget) lill-abbonati l-ġodda, skont it-tifsira tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), dan l-għoti għandu jiġi kkunsidrat:

a)

bħala provvista mwettqa mingħajr ħlas, separata mill-operazzjoni ta’ abbonament tal-pubblikazzjonijiet perjodiċi?

jew,

b)

bħala parti integrali minn operazzjoni waħda mwettqa bi ħlas?

jew ukoll,

c)

bħala parti integrali minn pakkett kummerċjali, ikkostitwit minn operazzjoni prinċipali (l-abbonament tal-magażin) u oħra anċillari (l-għoti ta’ rigal), fejn din tal-aħħar titqies bħala provvista bi ħlas u essenzjali għall-abbonament tal-magażin?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li din hija provvista mingħajr ħlas, id-determinazzjoni ta’ limitu annwali tal-valur globali tar-rigali li jikkorrispondi għal ratio ta’ 0.5 % tal-volum tad-dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli fis-sena preċedenti (li jingħadd mal-limitu tal-valur unitarju) hija konformi mal-kunċett ta’ “għoti ta’ rigali ta’ valur baxx” previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-VAT?

3)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv, dan ir-ratio ta’ 0.5 % tal-volum tad-dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli fis-sena preċedenti għandu jitqies li huwa tant baxx li jneħħi kull effett utli mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-VAT?

4)

L-imsemmi limitu ta’ 0.5 % tal-volum ta’ dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli fis-sena preċedenti jikser, anki fid-dawl tal-għanijiet li għalihom ġie stabbilit, il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ ugwaljanza fit-trattament jew ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Braşov (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Lulju 2022 – KL, PO vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Brașov

(Kawża C-508/22)

(2022/C 424/33)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Braşov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KL, PO

Konvenut: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Brașov

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 110 TFUE) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont ta’ taxxa pprojbita mid-dritt tal-Unjoni huwa inkorporat fil-valur tal-vettura u fis-sens li [l-kreditu marbut] ma’ din it-taxxa huwa trasferibbli flimkien mal-proprjetà tal-vettura favur xerrejja terzi?

2)

L-interpretazzjoni tal-[Artikolu] 110 TFUE tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik prevista mill-Artikolu 1 tal-[Ordonanța de Urgență a Guvernului nr. 52/2017 privind restituirea sumelor reprezentând taxa specială pentru autoturisme și autovehicule, taxa pe poluare pentru autovehicule, taxa pentru emisiile poluante provenite de la autovehicule și timbrul de mediu pentru autovehicule (id-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 52/2017 dwar ir-rimbors ta’ somom li jirrappreżentaw it-taxxa speċjali għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi bil-mutur, it-taxxa fuq it-tniġġis għal vetturi bil-mutur, it-taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu minn vetturi bil-mutur u t-taxxa tal-boll ambjentali għall-vetturi bil-mutur)], li tipprevedi li r-rifużjoni tat-taxxa pprojbita mid-dritt tal-Unjoni tista’ ssir biss favur il-persuna taxxabbli li ħallsitha u mhux favur ix-xerrejja suċċessivi tal-vettura bil-mutur li għaliha tħallset it-taxxa fil-każ li t-taxxa ma ġietx imħallsa lura lill-persuna li ħallsitha?


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-28 ta’ Lulju 2022 – Romaqua Group SA vs Societatea Națională Apele Minerale, Agenția Națională pentru Resurse Minerale

(Kawża C-510/22)

(2022/C 424/34)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Romaqua Group SA

Konvenut: Societatea Națională Apele Minerale, Agenția Națională pentru Resurse Minerale

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 106(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jżommu għoti dirett, inizjali u mhux kompetittiv, lil kumpannija li l-kapital tagħha huwa miżmum kollu mill-Istat, ta’ liċenzji għall-isfruttament ta’ nixxiegħat ta’ ilma minerali, permezz ta’ tiġdid suċċessiv u bla limitu ta’ liċenzji esklużivi (għad-dispożizzjoni tal-kumpannija Statali)?

2)

L-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 49 TFUE, l-Artikolu 119 TFUE u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali u msemmija iktar ’il fuq, li jimponu restrizzjoni mhux ġustifikata fuq il-libertà ta’ intrapriża, inkluża l-libertà ta’ stabbiliment?


(1)  ĠU 2009, L 164, p. 45.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Awwissu 2022 – J.M.P. vs AP Assistenzprofis GmbH

(Kawża C-518/22)

(2022/C 424/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.M.P.

Konvenut: AP Assistenzprofis GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7 u/jew l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), moqrija fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età tista’ tiġi ġġustifikata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Awwissu 2022 – UT vs SO

(Kawża C-523/22)

(2022/C 424/36)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UT

Konvenut: SO

Domandi preliminari

1)

Id-definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-għoti ta’ kreditu għandu jitwettaq biss permezz ta’ fondi li joriġinaw minn depożiti jew minn fondi oħra rimborsabbli li l-istituzzjoni ta’ kreditu tirċievi mingħand il-pubbliku, jew istituzzjoni ta’ kreditu tista’ anki tagħti krediti permezz ta’ fondi li joriġinaw minn sorsi oħra?

2)

Kif għandu jiġi interpretat il-kontenut ta’ “strument […] fi kwalunkwe forma […] li permezz tiegħu jingħata d-dritt li jitwettaq in-negozju”, fis-sens tal-punt 42 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 575/2013, u dan l-istrument jinkludi kemm sistema ta’ awtorizzazzjoni permezz ta’ approvazzjoni u kif ukoll sistema ta’ awtorizzazzjoni permezz ta’ reġistrazzjoni għall-attivitajiet ta’ kreditu?


(1)  ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – Getin Noble Bank et

(Kawża C-531/22)

(2022/C 424/37)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Getin Noble Bank S.A., TF, C2, PI

Partijiet oħra fil-proċedura: TL, EOS, Zakład Ubezpieczeń Społecznych w Warszawie, MG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), kif ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali, tan-natura inkonfutabbli tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji definittivi, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu li qorti nazzjonali ma tistax twettaq kontroll ex officio ta’ klawżoli inġusti li jinsabu f’kuntratt u li tislet konsegwenzi minn dan f’sitwazzjoni fejn twettaq sorveljanza ta’ eżekuzzjoni forzata mmexxija minn marixxall tal-qorti fuq il-bażi ta’ ordni ta’ ħlas definittiva u mogħnija bi klawżola ta’ infurzabbiltà maħruġa fi proċedura li fiha ma jiġux prodotti provi?

2)

L-Artikolu 3(1), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ effettività, ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal smigħ minn qorti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni ġudizzjarja tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li skontha l-inklużjoni ta’ klawżola kuntrattwali inġusta fir-reġistru ta’ klawżoli pprojbiti tkun tfisser li tali klawżola titqies li hija inġusta f’kull proċedura li tinvolvi konsumatur, inkluż:

fir-rigward ta’ bejjiegħ jew fornitur li ma huwiex dak li kontrih tressqet il-proċedura ta’ inklużjoni tal-klawżola kuntrattwali inġusta fir-reġistru ta’ klawżoli pprojbiti,

fir-rigward ta’ dispożizzjoni li l-formulazzjoni tagħha ma hijiex lingwistikament identika iżda li fiha l-istess sens u tipproduċi l-istess effetti fil-konfront tal-konsumatur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Awwissu 2022 – Air Europa Lineas Aereas vs VO, GR

(Kawża C-545/22)

(2022/C 424/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Air Europa Lineas Aereas

Konvenuti: VO, GR

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kanċellazzjoni ta’ titjira hija dovuta għal ċirkustanzi straordinarji meta, wara t-tifqigħa tal-pandemija dinjija tal-COVID-19 u minħabba l-kollass tat-traffiku tal-ajru fuq livell dinji minn Marzu 2020, trasportatur tal-ajru jkun naqqas drastikament l-iskeda ta’ titjiriet tiegħu u kkanċella diversi titjiriet minħabba li ma kinux qegħdin jimtlew b’mod ekonomikament profittabbli u bil-għan tal-protezzjoni tas-saħħa tal-piloti, mingħajr ma kien kostrett jikkanċella t-titjira permezz ta’ miżuri tal-awtoritajiet bħall-għeluq tal-ajruporti, projbizzjonijiet ta’ titjiriet u projbizzjonijiet ta’ dħul?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Fondi (l-Italja) fit-18 ta’ Awwissu 2022 – M.M. vs Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-548/22)

(2022/C 424/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Fondi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.M.

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero della Giustizia, Ministero dell'Economia e delle Finanze

Domanda preliminari

L-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 17, 31, 34 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-anness tad-Direttiva 97/81/KE tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (2), kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE tas-7 ta’ April 1998 (3), kif ukoll il-klawsola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 29 tad-[decreto legislativo 13] luglio 2017, n. 116 ([Digriet Leġiżlattiv Nru 116 tat-13] ta’ Lulju 2017), kif issostitwit bl-Artikolu 1(629) tal-Legge 30 dicembre 2021, n. 234 (Liġi Nru 234 tat-30 ta’ Diċembru 2021), li jipprevedi r-rinunzja awtomatika skont il-liġi ta’ kull pretenzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-imsemmija direttivi, bit-telf ta’ kull remunerazzjoni, xogħol u protezzjoni soċjali oħra ggarantiti mid-dritt Ewropew:

fil-każ tas-sempliċi preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal parteċipazzjoni minn maġistrat onorarju, bħala ħaddiem Ewropew għal żmien determinat u part-time komparabbli mal-maġistrat professjonali bħala ħaddiem Ewropew għal żmien indeterminat u full-time, fi proċeduri ta’ stabbilizzazzjoni li qed jimplimentaw biss formalment il--klawżola 5(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa anness mad-Direttiva 1999/70,

jew, fil-każ li l-proċeduri ma ntemmux b’suċċess jew ma saret ebda applikazzjoni, bl-irċevuta ta’ kumpens ta’ ammont manifestament mhux adegwat kif ukoll sproporzjonat għad-dannu subit għan-nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttivi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu5, Vol. 3, p. 278.

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Burgas (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Awwissu 2022 – JD vs OB

(Kawża C-562/22)

(2022/C 424/40)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad – Burgas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JD

Konvenut: OB

Domandi preliminari

Konformement mal-Artikolu 19(3)(b) TUE, mal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, id-dispożizzjoni legali tar-Repubblika tal-Bulgarija bħala Stat Membru, li hija inkwistjoni f’din il-kawża u li tistabbilixxi, bħala kundizzjoni għall-akkwist tad-dritt ta’ proprjetà fuq artijiet agrikoli fil-Bulgarija, l-obbligu ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membru għal perijodu temporali ta’ ħames snin, tikkostitwixxi restrizzjoni li tmur kontra l-Artikoli 18 TFUE, 49 TFUE, 63 TFUE u 345 TFUE?

B’mod partikolari, l-imsemmi rekwiżit għall-akkwist ta’ proprjetà jikkostitwixxi miżura sproporzjonata li fil-verità tikser il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u l-prinċipji ta’ moviment liberu ta’ kapital u ta’ stabbiliment tal-persuni fil-kuntest [tal-Unjoni], stabbiliti fl-Artikoli 18 TFUE, 49 TFUE u 63 TFUE u fl-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – A, B u Foreningen C vs Skatteministeriet

(Kawża C-573/22)

(2022/C 424/41)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, B u Foreningen C

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 370, flimkien mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri kkonċernati jimponu l-VAT fuq tariffa obbligatorja fuq il-mezzi tax-xandir intiża li tiffinanzja l-attivitajiet mhux kummerċjali ta’ xandara tar-radju u tat-televiżjoni pubbliċi, minkejja l-assenza ta’ “provvista ta’ servizzi bi ħlas” fis-sens tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab tagħti risposta għad-domandi preliminari segwenti:

2)

L-Artikolu 370, flimkien mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X, tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jżomm il-possibbiltà li jimponi l-VAT fuq tariffa obbligatorja fuq il-mezzi tax-xandir bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda, jekk, wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 1978, tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (is-Sitt Direttiva) (2), dan l-Istat Membru jkun biddel is-sistema tariffarja minn impożizzjoni għall-pussess ta’ apparat tar-radju u tat-televiżjoni għal impożizzjoni għall-pussess ta’ kwalunkwe apparat li jista’ jirċievi direttament programmi u servizzi awdjoviżivi, inkluż, fost l-oħrajn, smartphones, kompjuters, eċċ?

3)

L-Artikolu 370, flimkien mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X, tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jżomm il-possibbiltà li jimponi l-VAT fuq tariffa obbligatorja fuq il-mezzi tax-xandir bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda, jekk, wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 1978, tad-Direttiva 77/388/KEE, dan l-Istat Membru jkun biddel is-sistema tariffarja fis-sens li parti żgħira mit-tariffa tintuża, skont id-diskrezzjoni tal-Ministru għall-Kultura, sabiex tiffinanzja, l-ewwel, xandara tar-radju u tat-televiżjoni li jirċievu sussidji pubbliċi iżda li ma humiex huma stess xandara pubbliċi, u t-tieni, organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir u taċ-ċinema li jikkontribwixxu għall-attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni iżda li ma jeżerċitawx huma stess tali attivitajiet?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007 L 335, p. 60

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 23


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofyiski gradski sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – Proċeduri kriminali kontra CI, VF, DY

(Kawża C-574/22)

(2022/C 424/42)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofyiski gradski sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

CI,

VF,

DY.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (1), li jikkompletaw id-dispożizzjoni ġenerali prevista fl-Artikolu 354a tan-Nakazatelen kodeks (il-Kodiċi Kriminali), flimkien mal-Artikolu 3(4) taż-Zakon za kontrol varhu narkotitchnite veshtestva i prekursorite (il-Liġi dwar il-Kontroll tas-Sustanzi Narkotiċi u tal-Prekursuri tad-Droga), jippermettu li persuna tista’ tinstab ħatja li kellha fil-pussess tagħha sustanza tal-kategorija 3 tal-Anness I, jiġifieri aċidu kloridriku (klorur tal-idroġenu), fi kwantità ta’ 585 ml (0,585 litri)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2022 – Proċeduri kriminali kontra MV

(Kawża C-583/22)

(2022/C 424/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MV

Parti oħra: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (1), u fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) ta’ din id-deċiżjoni qafas, fil-każ ta’ kumulu ta’ pieni relatati ma’ kundanni mogħtija fil-Ġermanja u fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, tista’ tiġi imposta piena għal reat imwettaq fit-territorju nazzjonali anki jekk l-inklużjoni teoretika tal-piena mogħtija fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni taqbeż il-limitu massimu awtorizzat fid-dritt Ġermaniż għal pieni ta’ priġunerija?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

It-teħid inkunsiderazzjoni tal-piena imposta fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, kif previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI, għandu jsir b’mod li l-iżvantaġġ li jirriżulta mill-impossibbiltà li tiġi ddeterminata sussegwentement piena kumulattiva, skont il-prinċipji ta’ kumulu ta’ pieni stabbiliti fid-dritt Ġermaniż, għandu jiġi konkretament ippruvat u ġġustifikat, waqt id-determinazzjoni tal-piena għall-ksur imwettaq fit-territorju nazzjonali?


(1)  ĠU 2008, L 220, p. 32.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/33


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2022 minn Ryanair DAC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fit-22 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-657/20, Ryanair vs Il-Kummissjoni (Finnair II; Covid-19)

(Kawża C-588/22 P)

(2022/C 424/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ryanair DAC (rappreżentanti: V. Blanc u F.-C. Laprévote, avocats, D. Pérez de Lamo u S. Rating, abogados, E. Vahida, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiddikjara, skont l-Artikoli 263 u 264 TFUE li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 3970 final tad-9 ta’ Ġunju 2020 C(2020) 3970 final tad-9 ta’ Ġunju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57410 (2020/N) – Il-Finlandja COVID-19: Rikapitalizzazzjoni ta’ Finnair hija bla effett; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk sostnuti mill-appellanti, u tordna li l-intervenjenti fl-ewwel istanza u fl-appell (jekk ikun il-każ) isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha r-rikorrenti tinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u manifestament żnaturat il-fatti meta ċaħdet l-eżistenza ta’ “dubji serji” fir-rigward tal-applikazzjoni żbaljata tal-Qafas Temporanju u l-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

It-tieni aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u manifestament żnaturat il-fatti meta ċaħdet l-eżistenza ta’ “dubji serji” fir-rigward tal-ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità.

It-tielet aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u manifestament żnaturat il-fatti meta ċaħdet l-eżistenza ta’ “dubji serji” fir-rigward tal-ksur tal-libertajiet fundamentali ta’ stabbiliment u ta’ provvista ta’ servizzi.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali u il-Kummissjoni naqsu milli jipprovdu motivazzjoni xierqa.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/34


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-599/22)

(2022/C 424/45)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou, B. Sasinowska u G. Wilms)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tiggarantixxi li l-fornitur ta’ servizzi ta’ traffiku fl-ajru (ATS) stabbilit minnha jikkonforma ruħu mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2009 (1), naqset mill-obbligi tagħha imposti mill-Artikolu 4(3) TUE flimkien mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009.

tikkundanna lil ir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Ellenika damet iktar minn tliet snin sabiex tikkonforma ruħha mar-Regolament Nru 29/2009 għal dak li jirrigwarda l-garanzija tal-provvista tas-servizzi ta’ kollegament ta’ data għall-Ajru Uniku Ewropew.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew, ĠU 2009, L 13, p. 3.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/34


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 minn ABLV Bank AS, fi stralċ, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fis-6 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-280/18, ABLV Bank vs SRB

(Kawża C-602/22 P)

(2022/C 424/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: ABLV Bank AS, fi stralċ (rappreżentanti: O. Behrends, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-Deċiżjonijiet tas-SRB tat-23 ta’ Frar 2019 fil-konfront tal-appellanti u tas-sussidjarja Lussemburgiża tagħha;

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż imġarrba mill-appellanti u għall-ispejjeż ta’ dan l-appell, u

fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiddeċiedi fuq il-mertu, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014 (1) u wettqet diversi żbalji relatati u żnaturament tal-fatti. L-appellanti ssostni:

li l-Qorti Ġenerali ma osservatx id-deskrizzjoni ċara tal-limiti tas-setgħat tas-SRB li huma stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014 u li jipprovdi li s-SRB jista’ jipproduċi effetti legali esterni unikament meta t-tliet kundizzjonijiet kollha indikati fl-Artikolu 18 ikunu ssodisfatti u sakemm ma jkunx hemm oġġezzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill;

li ma hemm l-ebda bażi fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014 għall-preżunzjoni li s-SRB jista’ jadotta miżura b’effett legali estern meta jkunu ssodisfatti l-ewwel żewġ kundizzjonijiet biss;

li s-SRB effettivament ammetta l-iżball tiegħu billi adotta approċċ differenti fil-każijiet simili reċenti;

li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx b’mod sħiħ il-legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati (SRB/EES/2018/09 u SRB/EES/2018/10 tat-23 ta’ Frar 2018) billi ma ddeterminatx il-mod preċiż kif, skont l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tad-deċiżjonijiet ikkontestati, inbidlet is-sitwazzjoni legali tal-appellanti u tas-sussidjarja tagħha;

li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-kontenut ċar tad-deċiżjonijiet ikkontestati billi ma rrikonoxxietx li jinkludu deċiżjonijiet dwar l-istralċ tal-appellanti u s-sussidjarja tagħha, u

li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji relatati billi, inter alia, ikkonfondiet id-deċiżjonijiet ikkontestati bil-miżuri li s-SRB indirizza lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

It-tieni aggravju: li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji legali u proċedurali, kif ukoll żnaturamenti tal-fatti f’dak li jirrigwarda l-konstatazzjonijiet fuq il-mertu. L-appellanti ssostni:

li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-kontenut tal-fajl billi sostniet evalwazzjoni impliċita FOLTF (qegħda tfalli jew x’aktarx ser tfalli) u ma semmietx li s-SRB kien espressament indika fid-difiża tiegħu li ma kien għamel l-ebda evalwazzjoni FOLTF; u

li fl-istess kuntest il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji relatati u żnaturamenti oħra, u ma indirizzatx l-argumenti mressqa mill-appellanti billi, inter alia, ma indirizzatx l-effett tal-moratorju tas-sospensjoni tal-obbligi ta’ pagament u billi interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ likwidità fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji legali, żnaturamenti tal-fatti u ma indirizzatx il-motivi tal-appellanti li jirrigwardaw l-avviż tal-FinCEN (in-Network dwar l-Infurzar tal-Kriminalità Finanzjarja) u r-rivelazzjonijiet sussegwenti li jirriżultaw mill-konstatazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni tal-Latvja.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat billi kkonstatat li r-rikors għal annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati f’dak li jirrigwarda s-sussidjarja tal-appellanti hija inammissibbli. L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ippreżumiet b’mod żbaljat li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma għandhomx ikunu interpretati skont l-avviżi pubbliċi magħmula fiż-żmien tad-deċiżjonijiet ikkontestati u li, minflok, l-uniku test rilevanti kien dak trażmess mis-SRB lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-kontenut ċar ta’ dan it-test.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/36


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-622/22)

(2022/C 424/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Sasinowska, G. Wilms, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika ta’ Malta

Talbiet

tiddikjara li billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-fornitur ATS maħtur minnha jkun konformi mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 (1), ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(3) TUE moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009; u

tikkundanna lir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli tikkonforma ruħha mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew għal iktar minn 3 snin.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU 2009, L 13, p. 3, rettifika fil-ĠU 2009, L 104, p. 58).


Il-Qorti Ġenerali

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/37


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2022 – Vleuten Insects u New Generation Nutrition vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-500/22)

(2022/C 424/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vleuten Insects vof (Hoogeloon, il-Pajjiżi Baxxi), New Generation Nutrition BV (Helvoirt, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentant: N. Carbonnelle, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2022 li tagħlaq il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ larva ta’ Alphitobius diaperinus bħala ikel ġdid mingħajr ma taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2017/2469 (2), sa fejn id-deċiżjoni kienet adottata mingħajr ma ġew osservati r-rekwiżiti u l-garanziji proċedurali previsti f’din id-dispożizzjoni, b’tali mod li d-deċiżjoni hija illegali.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod iktar partikolari:

ksur tad-dmir ta’ lealtà proċedurali u tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi (l-ewwel parti tat-tieni motiv);

ksur tar-rekwiżiti proċedurali applikabbli u tad-dmir li tingħata motivazzjoni valida u legalment ammissibbli (it-tieni parti tat-tieni motiv); u

ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (it-tielet parti tat-tieni motiv).

3.

It-tielet motiv, imressaq b’mod sussidjarju fil-każ li la l-ewwel u lanqas it-tieni motiv ma jintlaqgħu: eċċezzjoni ta’ illegalità bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE invokata fil-konfront tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament 2015/2283 (3) u tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2017/2469, li fil-kuntest tagħha r-rikorrenti jsostnu li dawn id-dispożizzjonijiet huma nulli għaliex imorru kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


(1)  Referenza tad-dokument: C(2022)3478.

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2469 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxu rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi għall-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU 2017, L 351, p. 64).

(3)  Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU 2015, L 327, p. 1).


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/38


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2022 – QW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-550/22)

(2022/C 424/49)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: QW (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira [Żona Ħielsa ta’ Madeira] (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-issodisfar tar-rekwiżiti għall-kompatibbiltà tar-Reġim III taż-Żona Ħielsa ta’ Madeira, b’mod speċifiku l-oriġini tal-profitti u l-ħolqien u ż-żamma ta’ impjiegi fir-reġjun.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq id-dewmien inġustifikat li bih aġixxiet il-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq id-dritt għal smigħ xieraq.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ ċertezza legali.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2022 – QY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/22)

(2022/C 424/50)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: QY (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira [Żona Ħielsa ta’ Madeira] (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-issodisfar tar-rekwiżiti għall-kompatibbiltà tar-Reġim III taż-Żona Ħielsa ta’ Madeira, b’mod speċifiku l-oriġini tal-profitti u l-ħolqien u ż-żamma ta’ impjiegi fir-reġjun.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq id-dewmien inġustifikat li bih aġixxiet il-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq id-dritt għal smigħ xieraq.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ ċertezza legali.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/39


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2022 – RC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-553/22)

(2022/C 424/51)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: RC (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira [Żona Ħielsa ta’ Madeira] (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-issodisfar tar-rekwiżiti għall-kompatibbiltà tar-Reġim III taż-Żona Ħielsa ta’ Madeira, b’mod speċifiku l-oriġini tal-profitti u l-ħolqien u ż-żamma ta’ impjiegi fir-reġjun.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq id-dewmien inġustifikat li bih aġixxiet il-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq id-dritt għal smigħ xieraq.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ ċertezza legali.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2022 – House Foods Group vs CPVO (SK20)

(Kawża T-556/22)

(2022/C 424/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: House Foods Group, Inc. (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Würtenberger u T. Wuttke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Informazzjoni dwar il-proċeduri quddiem iċ-CPVO

Varjetà tal-pjanti Komunitarja kontenzjuża kkonċernata: SK20 – Applikazzjoni għal dritt Komunitarju ta’ varjetà tal-pjanti Nru 2017/3314

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tal-1 ta’ Lulju 2022 fil-Każ A 018/2021

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna liċ-CPVO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2100/94.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/40


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2022 – Fachverband Eisenhüttenschlacken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-560/22)

(2022/C 424/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Fachverband Eisenhüttenschlacken eV (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Franßen, avukat, u C. Koenig, professur)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/973 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kriterji dwar l-effiċjenza agronomika u s-sikurezza għall-użu ta’ prodotti sekondarji fi prodotti fertilizzanti tal-UE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: meta adottat l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/973 (1), abbażi tad-delega li tinsab fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(7) tar-Regolament (UE) 2019/1009 (2), il-konvenuta marret lil hinn mil-limiti tad-delega u wettqet użu ħażin tal-imsemmija delega, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(7) tar-Regolament (UE) 2019/1009, il-konvenuta tista’ tadotta atti delegati biss għall-finijiet tal-effiċjenza agronomika u s-sikurezza. Minflok, il-konvenuta ffissat valuri limitu għall-parametri tal-kromu u tal-vanadju fl-Artikolu 2(3)(a) u (c) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/973, għall-finijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent. L-iffissar tal-valuri limiti tal-kromu u tal-vanadju ma huwiex kopert mill-bażi legali tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(7) tar-Regolament (UE) 2019/1009.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 42(7) tar-Regolament (UE) 2019/1009, peress li ma ttiħidx inkunsiderazzjoni l-istat attwali tal-għarfien xjentifiku.

Il-konvenuta ma stabbilixxietx, ma analizzatx u ma evalwatx l-għarfien xjentifiku reċenti meta adottat l-Artikolu 2(3)(a) u (c) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/973 u d-deċiżjoni li tadotta r-Regolament Delegat (UE) 2022/973.

3.

It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ investigazzjoni, b’mod partikolari ksur tad-dmir uffiċjali tal-konvenuta li tivverifika u tieħu inkunsiderazzjoni l-istat ta’ għarfien xjentifiku l-iktar reċenti.

Il-konvenuta ma analizzatx b’mod suffiċjenti l-għarfien xjentifiku l-iktar reċenti u ma ħaditux inkunsiderazzjoni fid-deċiżjoni tagħha li tadotta r-Regolament Delegat (UE) 2022/973.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-għarfien xjentifiku l-iktar reċenti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-kumpanniji affettwati mir-Regolament Delegat (UE) 2022/973 kellhom il-fiduċja li l-konvenuta tistabbilixxi biss kriterji li jirriżultaw mill-għarfien xjentifiku l-iktar reċenti. Barra minn hekk, huma kellhom fiduċja li l-konvenuta tistabbilixxi biss il-kriterji ta’ effiċjenza agronomika u ta’ sikurezza. Il-valuri limitu għall-kromu u għall-vanadju ma humiex kriterji għall-effiċjenza agronomika u għas-sikurezza. Id-destinatarji tar-Regolament Delegat (UE) 2022/973 ma setgħux jipprevedu li l-valuri limitu jiġu ffissati għall-kromu u għall-vanadju.

5.

Il-ħames motiv: ksur tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità minħabba l-projbizzjoni ta’ fertilizzanti kalkarji mill-industrija tal-azzar bl-adozzjoni tal-Artikolu 2(3)(a) u (c) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/973.

Il-valuri limitu tal-kromu u tal-vanadju ffissati mill-konvenuta ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-proporzjonalità skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 5(4) TUE, peress li l-valuri limitu jeskludu l-fertilizzanti kalkarji mill-industrija tal-azzar mid-dritt tal-Unjoni dwar il-prodotti fertilizzanti u dan għandu konsegwenzi sfavorevoli, b’diversi modi, għall-ambjent, għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, għall-interess pubbliku għal provvista sikura u kompetittiva ta’ prodotti fertilizzanti u prodotti tal-ikel u għall-interessi tal-produtturi u tad-distributuri.

6.

Is-sitt motiv: ksur min-naħa tal-konvenuta tal-obbligu formali ta’ motivazzjoni.

L-iffissar tal-valuri limitu tal-kromu u tal-vanadju ma huwiex suffiċjentement iġġustifikat fid-dawl tal-premessi tar-Regolament Delegat (UE) 2022/973. Il-konvenuta naqset milli tiżvela ċ-ċirkustanzi deċiżivi (rilevanti) li fuq il-bażi tagħhom hija ffissat il-limiti. Hija ġġustifikat l-iffissar tal-valuri limitu abbażi ta’ aspetti ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent. Għall-kuntrarju, il-kriterji ta’ effiċjenza agronomika u ta’ sikurezza li huma meħtieġa skont il-bażi legali tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(7) tar-Regolament (UE) 2019/1009 ma ġewx osservati. Għaldaqstant, l-elementi ta’ motivazzjoni li jistgħu jinsiltu mill-espożizzjoni tal-motivi huma insuffiċjenti u inkompleti minn perspettiva formali. Il-kunsiderazzjonijiet ma jissodisfawx l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296(2) TFUE.

7.

Is-seba’ motiv: ineżattezza fattwali u inkompletezza tal-motivazzjoni, li tirriżulta mill-ineżattezza fattwali u mill-inkompletezza tad-derivazzjoni teknika tal-valuri limitu għat-total tal-kromu u l-vanadju.


(1)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/973 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kriterji dwar l-effiċjenza agronomika u s-sikurezza għall-użu ta’ prodotti sekondarji fi prodotti fertilizzanti tal-UE (ĠU 2022, L 167, p. 29).

(2)  Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU 2019, L 170, p. 1).


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/42


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2022 – VP vs Cedefop

(Kawża T-563/22)

(2022/C 424/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VP (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Ic-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tas-17 ta’ Diċembru 2021 li ma timplimentax it-taqsimiet (1) u (2) tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2020, fil-Kawża T-187/18, VP vs Cedefop;

tannulla d-deċiżjoni konnessa li ma jiġġeddedx il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent għal żmien indeterminat b’effett mis-16 ta’ Novembru 2017;

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Ġunju 2022 tal-konvenut li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-3 ta’ Marzu 2022 kontra d-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2021;

tordna l-kumpens tad-dannu morali subit mir-rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR 100 000:

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħi, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq id-deċiżjoni tal-konvenut li ma timplimentax it-taqsimiet ewlenin (1) u (2) tas-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-187/18, VP vs Cedefop u, konsegwentement, li ma jiġġeddedx il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent huwa vvizzjat bi ksur tal-obbligu skont l-Artikolu 266 TFUE li jikkonforma mas-sentenza fil-Kawża T-187/18 tas-16 ta’ Diċembru 2020 u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenut naqas mid-dmir ta’ premura tiegħu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenut għamel użu ħażin ta’ poter.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/43


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2022 – Pierre Balmain vs EUIPO – Story Time (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun)

(Kawża T-564/22)

(2022/C 424/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Balmain (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Iglesias Monravá u S. Mainar Roger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Story Time sp. z o.o. (Poznań, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 515 099

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 96/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lil kull opponent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/44


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2022 – Sports Group Denmark vs EUIPO (ENDURANCE)

(Kawża T-566/22)

(2022/C 424/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sports Group Denmark A/S (Silkeborg, id-Danimarka) (rappreżentant: T. Kruse Lie, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva “ENDURANCE” li tindika l-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 542 490

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 1779/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din irrifjutat ir-reġistrazzjoni bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea tas-sinjal figurattiv “ENDURANCE” fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 25, 28 u 35;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż sostnuti neċessarjament għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/44


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 – Bora Creations vs EUIPO – True Skincare (TRUE SKIN)

(Kawża T-576/22)

(2022/C 424/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent; Bora Creations, SL (Andratx, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange u M. Ebner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: True Skincare Ltd (Ascot, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TRUE SKIN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 170 353

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1712/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/45


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – KEPD vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-578/22)

(2022/C 424/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (rappreżentanti: D. Nardi, T. Zerdick, A. Buchta u F. Coudert, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 74a u l-Artikolu 74b tar-Regolament 2016/794 (1), kif emendat bir-Regolament 2022/991 (2);

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-indipendenza u s-setgħat tar-rikorrent bħala awtorità superviżorja minħabba l-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività ta’ atti legali. Ir-rikorrent jallega ksur tal-Artikolu 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1725 (3) moqri flimkien mal-Artikolu 43(1) u (3)(e) tar-Regolament (UE) 2016/794 kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/991.

Ir-rikorrent jallega li d-dritt tiegħu li jippreżenta rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li jkun jista’ jkollu azzjoni ġudizzjarja sabiex jiddefendi l-prerogattivi istituzzjonali tiegħu, b’mod partikolari l-indipendenza tiegħu bħala awtorità superviżorja skont l-Artikolu 8(3) tal-Karta, u l-bilanċ istituzzjonali bejn ir-rwol ta’ awtoritajiet superviżorji u r-rwol tal-leġiżlatur.

Sussidjarjament, huwa jallega li huwa kkonċernat direttament u individwalment mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati, li huwa għandu interess ċar u attwali li jiġu annullati.


(1)  Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU 2016, L 135, p. 53).

(2)  Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (ĠU 2022, L 169, p. 1).

(3)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/46


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – British Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-582/22)

(2022/C 424/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: British Airways plc (Harmondsworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Lyle-Smythe, R. O’Donoghue, avukati, u C. Thomas, Barrister-at-Law)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-Kummissjoni biex tħallas minnufih l-ammont tal-interessi moratorji, li jikkorrispondi għal interessi moratorji fl-ammont ta’ EUR 3 382 129,97 bir-rata ta’ refinanzjament tal-BĊE b’żieda ta’ 3,5 % għall-perijodu mid-19 ta’ Ġunju 2017 sal-25 ta’ Mejju 2022 jew, sussidjarjament, b’tali rata u fuq tali perijodu li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq (skont l-ewwel u/jew it-tieni motiv tar-rikorrenti);

tikkundanna lill-Kummissjoni biex tħallas minnufih interessi komposti fuq l-ammont ta’ interessi moratorji ta’ EUR 3 382 129,97 (jew kull ammont ieħor kif tiddermina l-Qorti Ġenerali li huwa dovut lir-rikorrenti), li jikkorrispondi għar-rata ta’ refinanzjament b’żieda ta’ 3,5 % għall-perijodu mill-25 ta’ Mejju 2022 sad-data tal-ħlas ta’ tali ammont ta’ interessi moratorji jew, sussidjarjament, b’tali rata u fuq tali żmien li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq;

barra minn hekk jew sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni bid-data tas-7 ta’ Lulju 2022, li b’konsegwenza tagħha l-Kummissjoni għandha tħallas lir-rikorrenti interessi moratorji u interessi komposti fuqha b’effett immedjat; jew iktar sussidjarjament, tiddikjara n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni mhux billi ma tħallasx interessi moratorji u interessi komposti fuqha (jew kull interess) huwa illegali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni biex tħallas l-ispejjeż legali u oħrajn tar-rikorrenti fir-rigward ta’ dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti hija intitolata tirkupra l-interessi moratorji ta’ EUR 3 382 129,97, jew sussidjarjament interessi kkalkolati għal tali żmien u b’tali rata kif il-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq, b’azzjoni skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, abbażi li l-Kummissjoni kienet obbligata li tħallas tali interessi sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-341/17. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tibbaża sussidjarjament fuq l-Artikolu 277 TFUE, fil-każ li l-Kummissjoni tfittex li tibbaża fuq leġiżlazzjoni sekondarja u tali leġiżlazzjoni tiġi interpretata b’mod li huwa inkonsistenti mad-drittijiet tat-Trattati tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti hija intitolata, barra minn hekk u/jew sussidjarjament, biex tirkupra tali interessi moratorji b’azzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 266, Artikolu 268 u Artikolu 340 TFUE u skont l-Artikolu 41(3) tal-Karta, abbażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tħallas tali interessi skont is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-341/17. F’dan ir-rigward għal darb’oħra r-rikorrenti tibbaża sussidjarjament fuq l-Artikolu 277 TFUE, fil-każ li l-Kummissjoni tfittex li tibbaża fuq leġiżlazzjoni sekondarja u tali leġiżlazzjoni tiġi interpretata b’mod li huwa inkonsistenti mad-drittijiet tat-Trattati tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti hija intitolata għal ħlas ta’ interessi moratorji fir-rigward tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tħallas tali interessi moratorji, b’azzjonijiet imressqa skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 jew, sussidjarjament, it-tieni paragrafu tiegħu, Artikolu 268 u Artikolu 340 TFUE u skont l-Artikolu 41(3) tal-Karta. F’dan ir-rigward, għal darb’oħra r-rikorrenti tibbaża sussidjarjament fuq l-Artikolu 277 TFUE, fil-każ li l-Kummissjoni tfittex li tibbaża fuq leġiżlazzjoni sekondarja u tali leġiżlazzjoni tiġi interpretata b’mod li huwa inkonsistenti mad-drittijiet tat-Trattati ta’ BA.

4.

Barra minn hekk, u sa fejn ikun neċessarju, billi tibbaża fuq ir-raba’ motiv ir-rikorrenti tfittex – skont l-Artikolu 263(4) TFUE – annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2022 li tirrifjuta li tħallas interessi moratorji u interessi komposti fuqha, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE u/jew il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iħallsu lura wara sentenza li tannulla miżura.

5.

Sussidjarjament għar-raba’ motiv, billi tibbaża fuq il-ħames motiv ir-rikorrenti tfittex dikjarazzjoni skont l-Artikolu 265 TFUE li l-Kummissjoni aġixxiet b’mod illegali billi naqset li tħallas lir-rikorrenti interessi moratorji u interessi komposti fuqha wara t-talba tar-rikorrenti għal dan tat-8 ta’ Ġunju 2022, kuntrarju għall-Artikolu 266 TFUE u/jew il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iħallsu lura wara sentenza li tannulla miżura.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/47


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Crown Holdings u Crown Cork & Seal Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-587/22)

(2022/C 424/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crown Holdings, Inc. (Yardley, Pennsylvania, l-Istati Uniti), Crown Cork & Seal Deutschland Holdings GmbH (Seesen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Burnside, C. Graf York von Wartenburg, A. Kidane u D. Strohl, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2022) 4761 final tat-12 ta’ Lulju 2022 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE (Kawża AT.40.522 – Metal Packaging) safejn din tapplika għar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ patere legem quam ipse fecisti, prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, billi aċċettat id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-kawża mill-Uffiċċju Federali tal-Akkordji Ġermaniż (iktar ‘il quddiem l-“FCO”) b’tali mod li tbegħdet mir-regoli ta’ prattika kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kooperazzjoni fi Ħdan in-Network tal-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni, billi aċċettat id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-kawża mill-FCO, kisret l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li l-Kummissjoni kienet ser tikkonforma mar-regoli ta’ prattika stabbiliti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni, billi aċċettat id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-kawża fi stadju daqshekk tardiv tal-proċedimenti tal-FCO, kisret il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi aċċettat id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-kawża mill-FCO diversi snin wara l-iskadenza ta’ perijodu inizjali ta’ allokazzjoni ta’ xahrejn.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni, billi aċċettat id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-kawża wara l-iskadenza tal-perijodu inizjali ta’ allokazzjoni ta’ xahrejn, naqset milli tibbilanċja b’mod xieraq l-għanijiet tal-eżekuzzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni u dawk ta’ ċertezza legali, aspettattivi leġittimi, u d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti, dan bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni, billi aċċettat id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-kawża mill-FCO wara l-iskadenza tal-perijodu inizjali ta’ allokazzjoni ta’ xahrejn, kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/48


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Renco Valore vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-588/22)

(2022/C 424/61)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Renco Valore SpA (Pesaro, l-Italja) (rappreżentanti: A. Gaspar Schwalbach, C. Pinto Xavier u M. Cotrim, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1, 4, u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-kriterju dwar l-“attivitajiet imwettqa b’mod effettiv u materjali f’Madeira” ġie interpretat u applikat b’mod korrett fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Reġim III taż-ZMF. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-kriterju dwar “fuq il-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet imwettqa b’mod effettiv u materjali f’Madeira”. Il-profitti tal-impriżi rreġistrati fiż-ZMF li setgħu jkunu s-suġġett tal-vantaġġ fiskali ma kienux limitati għall-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet suġġetti għal spejjeż addizzjonali marbutin man-natura ultraperiferika, jiġifieri attivitajiet imwettqa biss fit-territorju ġeografiku tar-reġjun awtonomu ta’ Madeira. Fid-dawl tal-għanijiet u tal-kuntest tar-Reġim III taż-ZMF, l-interpretazzjoni korretta ta’ dan il-kriterju hija li l-attivitajiet tal-impriżi awtorizzati fiż-ZFM, fejn jinsab iċ-ċentru tagħhom ta’ teħid ta’ deċiżjoni, irrispettivament minn jekk għandhomx jew le attività internazzjonali, jitqiesu bħala attivitajiet effettivament u materjalment imwettqa f’Madeira.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-kriterju dwar “żamma tal-impjiegi” ġie interpretat u applikat b’mod korrett fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Reġim III taż-ZMF. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-kriterju dwar “żamma tal-impjiegi”. Peress li fil-livell tal-Unjoni Ewropea ma hemmx kunċett ta’ “impjieg” u, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Reġim III, dan la huwa ddefinit fid-deċiżjonijiet tal-2007 u tal-2013 u lanqas fil-linji gwida tal-2007, hemm lok li jiġi aċċettat li l-kunċett ta’ impjieg li jirriżulta mid-dritt industrijali nazzjonali huwa tajjeb. Il-metodoloġija li tikkonsisti fid-definizzjoni tal-impjiegi bħala “FTE” (ekwivalenti għal full time) u “ALU” (unitajiet tax-xogħol annwali) ma tapplikax għar-Reġim III taż-ZFM.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi. Ir-rikorrenti ssostni li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III, tikser il-prinċipji tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, bil-konsegwenza li l-Kummissjoni ma tistax teżiġi li l-awtoritajiet nazzjonali Portugiżi jirkupraw l-għajnuna inkwistjoni mingħand il-benefiċjarji u, b’mod iktar konkret, mingħand ir-rikorrenti.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/49


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Silgan Holdings et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-587/22)

(2022/C 424/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Silgan Holdings, Inc. (Stamford, Connecticut, l-Istati Uniti), Silgan Holdings Austria GmbH (Vjenna, l-Awstrija), Silgan International Holdings BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Silgan Metal Packaging Distribution GmbH (Meißen, il-Ġermanja), Silgan White Cap Manufacturing GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Seeliger, H. Wollmann, R. Grafunder, Y.-K. Gürer u E. Venot, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 264 TFUE, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 4761 final tat-12 ta’ Lulju 2022 rigward proċedura taħt l-Artikolu 101 TFUE (AT.40522 – Metal Packaging (oriġinarjament, “Pandora”)).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenuta minħabba ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

Il-konvenuta ma għandhiex kompetenza sabiex tmexxi l-proċedura kontra Silgan u sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata. Fid-dawl tal-investigazzjoni estensiva u tal-fatt li l-proċedura nazzjonali kienet fi stat li tiġi deċiża, il-Bundeskartellamt kien f’pożizzjoni li jġib fi tmiemha l-proċedura ta’ investigazzjoni f’dan il-każ. Il-konvenuta ma kinitx f’pożizzjoni aħjar sabiex tmexxi l-proċedura.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

Il-ftuħ tal-proċedura u l-adozzjoni tad-deċiżjoni mill-konvenuta kienu ggwidati minn kunsiderazzjonijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-każ. Huma twettqu bl-għan li jiġu evitati d-dispożizzjonijiet dwar l-issanzjonar ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE previsti mid-dritt Ġermaniż u li tiġi rrimedjata allegata lakuna fid-dritt Ġermaniż fir-rigward tas-sanzjonijiet.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba previst fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u, għaldaqstant, id-dritt fundamentali tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 41 tal-Karta, peress li d-deċiżjoni kkontestata hija sproporzjonata, sa fejn hija tippreġudika l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti u tmur kontra l-prinċipju ta’ awtolimitazzjoni tal-amministrazzjoni.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/50


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Cristescu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-590/22)

(2022/C 424/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adrian Sorin Cristescu (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Novembru 2021 li permezz tagħha ġiet imposta fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ sospensjoni tal-avvanz ta’ skala għal tul ta’ sitt xhur;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kif ukoll għall-ħlas ta’ EUR 1 lir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw b’illegalità d-deċiżjoni kkontestata. Huwa jinvoka f’dan ir-rigward il-fatt li l-allegat nuqqas li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata ma huwiex ipprovat u li dan jirriżulta b’mod partikolari mill-opinjoni mogħtija b’unanimità mill-Bord tad-Dixxiplina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża. Ir-rikorrent jinvoka b’mod partikolari d-dritt għal smiegħ, sa fejn il-membri tal-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u d-Dixxiplina (IDOC) li ġew iddelegati lilhom is-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra matul il-proċedura u fformulaw ir-rapport ta’ investigazzjoni li l-konklużjonijiet tiegħu ġew ikkontestati mill-Bord tad-Dixxiplina, sussegwentement kellhom rwol determinati fl-adozzjoni tad-deċiżjoni meħuda, b’mod mhux trasparenti, mill-Awtorità tal-Ħatra tripartita.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/51


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 – Liquid Advertising vs EUIPO – Liqui.do (Liquid+Arcade)

(Kawża T-592/22)

(2022/C 424/64)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Liquid Advertising Inc. (El Segundo, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Czarnecki, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Liqui.do SA (Lisbona, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Liquid+Arcade” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 317 971

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 2231/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tat-12 ta’ Novembru 2021 fl-intier tagħhom, u sussidjarjament tbiddel id-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ r-rikors tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż skont ir-regoli previsti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/51


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

(Kawża T-599/22)

(2022/C 424/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hypo Vorarlberg Bank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-25 ta’ Lulju 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet minn Hypo Vorarlberg AG u Portigon AG għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ex ante tal-2017 (SRB/ES/2022/41), inklużi l-annessi tagħha, f’kull każ sa fejn ir-rikorrenti hija kkonċernata, u

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba n-notifika inkompleta tad-deċiżjoni kkontestata

Id-deċiżjoni kkontestata ma ġietx innotifikata kollha lir-rikorrenti bi ksur tal-Artikolu 1(2) TUE, tal-Artikoli 15, 296 u 298 TFUE u tal-Artikoli 42 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). L-għarfien tal-informazzjoni li ma ġietx ikkomunikata huwa neċessarju bħala element ċentrali tad-deċiżjoni, sabiex wieħed ikun jista’ jifhem kif is-sitwazzjoni individwali tar-rikorrenti ttieħdet inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra kollha kkonċernati.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-adozzjoni retroattiva tad-deċiżjoni kkontestata

L-adozzjoni retroattiva tad-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba li tali adozzjoni retroattiva ma hijiex meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan.

3.

It-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 102 tad-Direttiva 2014/59/UE (1), tal-Artikolu 69(1) u (2) u tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2), tal-Artikolu 3 u 4(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (3) kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-konvenut stabbilixxa b’mod żbaljat il-livell li għandu jintlaħaq, sa fejn stabbilixxa livell eċċessiv li jmur kontra l-qafas ġuridiku tal-Unjoni.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta, peress li huma biss xi riżultati parzjali li ġew ikkomunikati. Ir-rekwiżiti stipulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-584/20 P (4) dwar il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni ma ġewx osservati.

5.

Il-ħames motiv: ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tal-użu eżawrjenti tas-setgħat diskrezzjonali essenzjali

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni peress li, fir-rigward tas-setgħat diskrezzjonali tal-konvenut, ma ngħatat ebda spjegazzjoni dwar l-evalwazzjonijiet li saru u għal liema raġunijiet dawn saru. Eżerċizzju arbitrarju tas-setgħat diskrezzjonali tal-konvenut ma jistax għalhekk jiġi eskluż.

6.

Is-sitt motiv: ksur tal-Artikolu 102 tad-Direttiva 2014/59/UE, tal-Artikolu 69(1) u (2) u tal-Artikolu 70(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, tal-Artikolu 4(2), tal-Artikolu 6(2)(a), tal-Artikolu 7(2)(a) u tal-Artikolu 17(3) u (4) kif ukoll tal-Anness I tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 kif ukoll tal-prinċipji ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u ta’ proporzjonalità minħabba nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti

Id-deċiżjoni kkontestata tikser il-qafas legali tad-dritt tal-Unjoni u l-prinċipji ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u ta’ proporzjonalità peress li l-konvenut naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata u bbaża din tal-aħħar fuq previżjonijiet żbaljati (b’mod partikolari fir-rigward tal-livell li għandu jintlaħaq).

7.

Is-seba’ motiv: ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba l-assenza ta’ seduta u n-nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ

Bi ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta, ir-rikorrenti ma bbenefikatx mid-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u lanqas qabel l-avviż ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet ibbażat fuq din id-deċiżjoni. Il-konsultazzjoni li saret lanqas ma ppermettiet li tittieħed pożizzjoni b’mod effettiv u komplet dwar il-kalkolu konkret tal-kontribuzzjonijiet.

8.

It-tmien motiv: illegalità tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 sa fejn dan jikkostitwixxi l-bażi ta’ abilitazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u kif ukoll illegalità tal-metodoloġija ta’ aġġustament tar-riskji ddefinita fir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 u s-setgħat diskrezzjonali mogħtija lis-SRB

L-Artikoli 4 sa 7 u 9, u kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, joħolqu sistema mhux trasparenti ta’ ffissar ta’ kontribuzzjonijiet li tmur kontra l-Artikoli 16, 17, 41 u 47 tal-Karta u li ma tiżgurax l-osservanza tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta u l-osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali. Il-konvenut għandu diversi setgħat diskrezzjonali li l-użu eżawrjenti tagħhom ma jistax jiġi vverifikat.

9.

Id-disa’ motiv: illegalità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81 (5) bħala bażi tad-deċiżjoni kkontestata

Id-deċiżjoni kkontestata tikser it-Trattati peress li l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81 jeċċedi l-limiti stabbiliti mill-Artikolu 70(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 moqri flimkien mal-Artikolu 291 TFUE, u peress li la r-Regolament ta’ Implimentazzjoni u lanqas il-bażi ta’ abilitazzjoni ma huma motivati skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Din l-illegalità hija riflessa fid-deċiżjoni kkontestata.

10.

L-għaxar motiv: illegalità tad-Direttiva 2014/59/UE u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 bħala bażi ta’ abilitazzjoni tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81 u għalhekk tad-deċiżjoni kkontestata

Sussidjarjament, ir-rikorrenti tissottometti li dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li jipprevedu s-sistema ta’ kontribuzzjoni implimentata mir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 b’mod vinkolanti u li jagħtu lill-konvenut setgħat diskrezzjonali eċċessivament wiesa’ huma illegali. Sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex miftuħa għal interpretazzjoni konformi mad-dritt primarju, dawn imorru kontra l-prinċipju li l-atti legali għandhom ikunu motivati, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u t-Trattati (b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) TUE, l-Artikoli 15, 296 u 298 TFUE) u l-Karta (b’mod partikolari l-Artikoli 16, 17, 41, 42 u 47 tal-Karta).


(1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

(4)  Sentenza tal-15 ta’ Lulju 2021, Il-Kummissjoni vs Landesbank Baden-Württemberg u SRB, C-584/20 P u C-621/20 P, EU:C:2021:601.

(5)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/53


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – ST vs Frontex

(Kawża T-600/22)

(2022/C 424/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ST (rappreżentant: F. Gatta, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li, wara li Frontex kienet ġiet mitluba tieħu azzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 265 TFUE, Frontex illegalment naqset milli tieħu azzjoni, billi naqset milli tieħu d-deċiżjoni li tirtira l-finanzjament tal-attivitajiet tagħha kollha jew parti minnhom fir-reġjun tal-Baħar Eġew, li tissospendi dawk l-attivitajiet jew li twaqqafhom kompletament jew parzjalment, skont l-Artikolu 46(4) tar-Regolament 2019/1896 (1), jew billi ma pprovidietx raġunijiet iġġustifikati kif xieraq talli naqset milli timplimenta l-miżura rilevanti fis-sens tal-Artikolu 46(6) ta’ dak ir-regolament, u, sussegwentement, li ma ddefinixxietx il-pożizzjoni tagħha bħala tweġiba għat-talba preliminari tar-rikorrent.

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni ta’ Frontex tas-27 ta’ Lulju 2022, li tirrifjuta li tieħu azzjoni wara l-istedina li tieħu azzjoni skont l-Artikolu 46(4).

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li, wara li Frontex ġiet mitluba tieħu azzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 265 TFUE, kienet illegalment naqset milli tieħu azzjoni, billi naqset milli tieħu d-deċiżjoni li tirtira l-finanzjament tal-attivitajiet tagħha kollha jew parti minnhom fir-reġjun tal-Baħar Eġew, li tissospendi dawk l-attivitajiet jew li twaqqafhom kompletament jew parzjalment, skont l-Artikolu 46(4) tar-Regolament 2019/1896, jew billi ma pprovidietx raġunijiet iġġustifikati kif xieraq talli naqset milli timplimenta l-miżura rilevanti fis-sens tal-Artikolu 46(6) ta’ dak ir-regolament.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li, sussidjarjament, f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li t-tweġiba ta’ Frontex dwar it-talba preliminari skont l-Artikolu 265 TFUE tikkostitwixxi definizzjoni ta’ pożizzjoni li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni, sussegwentement ir-rifjut tagħha li tieħu azzjoni skont l-istedina tar-rikorrent li tieħu azzjoni tifforma l-bażi ta’ rikors għal annullament skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.


(1)  Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU 2019, L 295, p. 1).


7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/54


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembr 2022 – RT France vs Il-Kunsill

(Kawża T-605/22)

(2022/C 424/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RT France (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: E. Piwnica, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Lulju 2022;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha;

bil-konsegwenzi kollha fid-dritt.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2022 li żżomm isem ir-rikorrenti fl-Anness IX tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU L 263, 3.9.2014, p. 35) u fl-Anness XV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal- 31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifiki fil-ĠU L 246, 21.8.2014, p. 59, ĠU L 114, 12.4.2022, p. 214), ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-libertà ta’ intrapriża.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.