ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 359

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
19 ta' Settembru 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 359/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 359/02

Teħid ta’ ġurament minn Membri ġodda tal-Qorti Ġenerali

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 359/03

Kawża C-567/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski građanski sud u Zagrebu – il-Kroazja) – A.H. vs Zagrebačka banka d.d. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti – Direttiva 93/13/KEE – Applikazzjoni ratione temporis – Artikolu 10(1) – Kuntratt ta’ self konkluż qabel id-data tal-adeżjoni ta’ Stat Membru mal-Unjoni Ewropea iżda emendat wara din id-data – Artikolu 6 – Restituzzjoni tal-vantaġġi indebitament irċevuti mill-kummerċjant – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi s-sostituzzjoni ta’ klawżoli inġusti u l-ħlas lura tal-ġbir żejjed fir-rigward tagħhom – Applikazzjoni ratione materiae – Artikolu 1(2) – Klawżoli kuntrattwali li jirriflettu liġijiet u regolament mandatorji)

3

2022/C 359/04

Kawżi Magħquda C-116/21 P sa C-118/21 P, C-138/21 P u C-139/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs VW, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – Pensjoni – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 20 tal-Anness VIII – Għoti ta’ pensjoni tas-superstiti – Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal intitolat għal pensjoni tal-irtirar – Żwieġ konkluż wara t-tmiem tas-servizz ta’ dan l-uffiċjal – Kundizzjoni ta’ tul minimu ta’ ħames snin taż-żwieġ fid-data tal-mewt tal-uffiċjal – Artikolu 18 tal-Anness VIII – Żwieġ konkluż qabel it-tmiem tas-servizz tal-uffiċjal – Kundizzjoni ta’ tul minimu taż-żwieġ ta’ sena biss – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 20 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 21(1) – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Artikolu 52(1) – Assenza ta’ distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata fir-rigward tal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni)

4

2022/C 359/05

Kawża C-168/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra KL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 2(4) – Kundizzjoni ta’ kriminalità doppja tal-fatt – Artikolu 4(1) – Raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva tal-mandat ta’ arrest Ewropew – Stħarriġ mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni – Fatti li parzjalment jikkostitwixxu reat fid-dawl tad-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipju ta’ proporzjonalità tar-reati u tal-pieni)

5

2022/C 359/06

Kawża C-207/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja et (Appell – Annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 – Artikolu 16(4) u (5) TUE – L-Artikolu 3(2) u (3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli dwar il-vot tal-Kunsill – Maġġoranza kkwalifikata)

6

2022/C 359/07

Kawżi magħquda C-274/21 u C-275/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – EPIC Financial Consulting Ges.m.b.H. vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, Bundesbeschaffung GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Inapplikabbiltà għall-proċeduri għal miżuri provviżorji u għall-proċeduri ta’ reviżjoni li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/665/KEE fin-nuqqas ta’ element barrani – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 33 – Assimilazzjoni ta’ ftehim qafas ma’ kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 2a(2) tad-Direttiva 89/665 – Impossibbiltà li jiġi attribwit kuntratt pubbliku ġdid meta l-kwantità u/jew il-valur massimu tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi kkonċernati stabbiliti mill-ftehim qafas ikunu diġà ntlaħqu – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ħlas tal-ispejjeż ta’ aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qafas tal-kuntratti pubbliċi – Obbligi li jiġu ddeterminati u li jitħallsu l-ispejjeż għal aċċess għall-ġustizzja qabel ma l-qorti tiddeċiedi dwar talba għal miżuri provviżorji jew reviżjoni – Proċedura mhux trasparenti ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku – Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza – Effett utli – Dritt għal rimedju effettiv – Direttiva 89/665 – Artikoli 1, 2 u 2(a) – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi ċ-ċaħda ta’ rikors fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ aċċess għall-ġustizzja – Determinazzjoni tal-valur stmat ta’ kuntratt pubbliku)

7

2022/C 359/08

Kawża C-310/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 – Aquind Ltd, Aquind Energy Sàrl, Aquind SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża (Appell – Enerġija – Regolament (UE) Nru 347/2013 – Infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea – Proġetti ta’ Interess Komuni tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 3(4) u Artikolu 16 – Delega ta’ poteri lill-Kummissjoni Ewropea – Artikolu 290 TFUE – Regolament Delegat (UE) Nru 2020/389 – Modifika tal-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni – Att adottat mill-Kummissjoni – Dritt ta’ oppożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – Terminu – Natura tal-att qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu)

8

2022/C 359/09

Kawża C-371/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – SGI Studio Galli Ingegneria Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Klawżola ta’ arbitraġġ – Is-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) – Ftehim ta’ sussidju – Proġett Marsol – Spejjeż eliġibbli – Rapport ta’ investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li sab li ċertu nfieq imwettaq kien ineliġibbli – Rimbors ta’ somom imħallsa – Dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-OLAF – Dritt għal smigħ – Oneru tal-prova – Żnaturament tal-fatti – Valur probatorju – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Arrikkiment indebitu)

9

2022/C 359/10

Kawża C-401/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Fond ta’ Koeżjoni u Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Regolament (UE) Nru 1303/2013 – Rata ta’ kofinanzjament applikabbli – Modifika tar-rata li seħħet bejn it-tressiq tal-aħħar talba għal ħlas intermedju u l-approvazzjoni tal-kontijiet – Prinċipji ta’ annwalità tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ retroattività)

9

2022/C 359/11

Kawża C-447/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 – Petrus Kerstens vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – Proċeduri dixxiplinari – Talbiet għall-assistenza – Ċaħda – Kommunikazzjoni ta’ deċiżjonijiet b'mezzi elettroniċi – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Natura tardiva tar-rikors)

10

2022/C 359/12

Kawża C-572/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – CC vs VO (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri – Responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Artikolu 8(1) u Artikolu 61(a) – Ġurisdizzjoni ġenerali – Prinċipju ta’ perpetuatio fori – Trasferiment, fil-mori tal-kawża, tar-residenza abitwali ta’ wild minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat terz li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1996)

10

2022/C 359/13

Kawża C-242/22 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Évora – il-Portugall) – proċeduri kriminali kontra TL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2010/64/UE – Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni – Artikolu 2(1) u Artikolu 3(1) – Kunċett ta’ dokument essenzjali – Direttiva 2012/13/UE – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali – Artikolu 3(1)(d) – Kamp ta’ applikazzjoni – Assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali – Effett dirett – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 47 u 48(2) – Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali – Artikolu 6 – Kundanna għal piena ta’ priġunerija sospiża b’miżuri ta’ probation – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi riżultanti mill-miżura ta’ probation – Ommissjoni ta’ traduzzjoni ta’ dokument essenzjali u assenza ta’ interpretu fir-redazzjoni tiegħu – Revoka tas-sospensjoni – Assenza ta’ traduzzjoni tal-atti proċedurali relatati ma’ din ir-revoka – Konsegwenzi fuq il-validità tal-imsemmija revoka – Difett proċedurali ssanzjonat b’nullità relattiva)

11

2022/C 359/14

Kawża C-288/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judiciaire – Bobigny – Franza) – BNP Paribas Personal Finance SA vs ZD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija (frank Svizzeru) – Klawżoli li jesponu lil min jissellef għal riskju tal-kambju – Artikolu 4(2) – Rekwiżiti ta’ intelliġibbiltà u ta’ trasparenza – Oneru tal-prova – Artikolu 3(1) – Żbilanċ sinjifikattiv – Artikolu 5 – Formulazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ klawżola)

12

2022/C 359/15

Kawża C-454/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Lukovit – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra AZ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport – Direttiva 1999/37/KE – Dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi – Direttiva 2014/45/UE – Kontroll tekniku perijodiku ta’ vetturi bil-mutur – Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità tar-reati u tal-pieni – Sewqan ta’ vettura li ma tkunx debitament irreġistrata – Sanzjonijiet – Assenza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

13

2022/C 359/16

Kawża C-521/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – J.P. vs B.d.S.L. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 1999/62/KE – Taxxa fuq vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi – Tariffi tat-triq – Nuqqas ta’ ħlas – Sanzjonijiet – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura – Assenza ta’ preċiżjoni suffiċjenti – Assenza ta’ rabta bejn l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni u r-realtà jew is-suġġett tal-kawża prinċipali – Inammissibbiltà manifesta)

13

2022/C 359/17

Kawża C-133/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Efeteio Athinon – il-Greċja) – VP, CX, RG, TR, et vs Elliniko Dimosio (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Kuntratti suċċessivi għal żmien determinat fis-settur pubbliku – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza fit-trattament fil-qasam tar-remunerazzjoni bejn il-ħaddiema impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat u dawk impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat – Assenza ta’ ġustifikazzjoni – Kunċett ta’ raġunijiet oġġettivi)

14

2022/C 359/18

Kawża C-59/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fis-27 ta’ Jannar 2022 – MP vs Consejería de Presidencia

14

2022/C 359/19

Kawża C-110/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fis-17 ta’ Frar 2022 – IP vs Universidad Nacional de Educación a Distancia (UNED)

16

2022/C 359/20

Kawża C-159/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fit-3 ta’ Marzu 2022 – IK vs Agencia Madrileña de Atención Social de la Comunidad de Madrid

19

2022/C 359/21

Kawża C-308/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, parti oħra fil-proċedura: Dow AgroScience BV (Dow)

20

2022/C 359/22

Kawża C-309/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, parti oħra fil-proċedura: Adama Registrations BV (Adama)

21

2022/C 359/23

Kawża C-310/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, parti oħra fil-proċedura: BASF Nederland BV (BASF)

22

2022/C 359/24

Kawża C-322/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-12 ta’ Mejju 2022 – E. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

23

2022/C 359/25

Kawża C-331/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona (Spanja) fis-17 ta’ Mejju 2022 – KT vs Departamento de Justicia de la Generalitat de Catalunya

23

2022/C 359/26

Kawża C-340/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fl-24 ta’ Mejju 2022 – Cofidis vs Autoridade Tributária e Aduaneira

24

2022/C 359/27

Kawża C-349/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-31 ta’ Mejju 2022 – NM vs Autoridade Tributária e Aduaneira

25

2022/C 359/28

Kawża C-352/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Hamm (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Ġunju 2022 – Proċeduri kriminali kontra A.

26

2022/C 359/29

Kawża C-356/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ġunju 2022 – Pro Rauchfrei e.V. vs JS e.K.

26

2022/C 359/30

Kawża C-371/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-8 ta’ Ġunju 2022 – G sp. z o.o. vs W S.A.

27

2022/C 359/31

Kawża C-372/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Lussemburgu) fid-9 ta’ Ġunju 2022 – CM vs DN

28

2022/C 359/32

Kawża C-373/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Proċeduri kriminali kontra NE

28

2022/C 359/33

Kawża C-376/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Ġunju 2022 – Google Ireland Limited, Tik Tok Technology Limited, Meta Platforms Ireland Limited vs Kommunikationsbehörde Austria (Komm Austria)

29

2022/C 359/34

Kawża C-377/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-10 ta’ Ġunju 2022 – LR vs Ministero dell’Istruzione, Ufficio scolastico regionale Lombardia, Ufficio scolastico regionale Friuli Venezia Giulia

30

2022/C 359/35

Kawża C-392/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

31

2022/C 359/36

Kawża C-393/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky fil-15 ta’ Ġunju 2022 – EXTÉRIA, s.r.o. vs Spravíme, s. r. o.

32

2022/C 359/37

Kawża C-394/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Antwerpen (il-Belgju) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Oilchart International NV vs O.W. Bunker (Netherlands) BV, ING Bank NV

32

2022/C 359/38

Kawża C-395/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Ġunju 2022 – Trade Express-L OOD vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi

33

2022/C 359/39

Kawża C-396/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Generalstaatsanwaltschaft Berlin

34

2022/C 359/40

Kawża C-397/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Generalstaatsanwaltschaft Berlin

35

2022/C 359/41

Kawża C-398/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Generalstaatsanwaltschaft Berlin

36

2022/C 359/42

Kawża C-399/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Confédération paysanne vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire, Ministère de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

37

2022/C 359/43

Kawża C-404/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Dioikitiko Protodikeio Athinon (Il-Greċja) fis-16 ta’ Ġunju 2022 – Ethnikos Organismos Pistopoiisis Prosonton & Epaggelmatikou Prosanatolismou (EOPPEP) vs Elliniko Dimosio

38

2022/C 359/44

Kawża C-406/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Ġunju 2022 – CV vs Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky

39

2022/C 359/45

Kawża C-409/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – UA vs EUROBANK BULGARIA AD

40

2022/C 359/46

Kawża C-411/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – Thermalhotel Fontana Hotelbetriebsgesellschaft m.b.H.

40

2022/C 359/47

Kawża C-412/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs NT

41

2022/C 359/48

Kawża C-414/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – DocLX Travel Events GmbH vs Verein für Konsumenteninformation

42

2022/C 359/49

Kawża C-415/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fl-20 ta’ Ġunju 2022 – JD vs Acerta – Caisse d’assurances sociales ASBL, Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), État belge

42

2022/C 359/50

Kawża C-418/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance du Luxembourg (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – SA Cezam vs État belge

43

2022/C 359/51

Kawża C-423/22 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2022 mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-750/20, Correia vs KESE

43

2022/C 359/52

Kawża C-431/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta’ Ġunju 2022 – Scuola europea di Varese vs PD e LC, bħala persuni li jeżerċitaw l-awtorità ta’ ġenituri fuq il-wild NG

44

2022/C 359/53

Kawża C-434/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fit-30 ta’ Ġunju 2022 – AS Latvijas valsts meži vs Dabas aizsardzības pārvalde, Vides pārraudzības valsts birojs, il-parti l-oħra fil-kawża hija Valsts meža dienests

44

2022/C 359/54

Kawża C-436/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fl-1 ta’ Lulju 2022 – Asociación para la Conservación y Estudio del Lobo Ibérico (ASCEL) vs Administración de la Comunidad Autónoma de Castilla y León

45

2022/C 359/55

Kawża C-447/22 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 mir-Repubblika tas-Slovenja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-392/20, Petra Flašker vs Il-Kummissjoni Ewropea

47

2022/C 359/56

Kawża C-448/22 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 minn Stiftung für Forschung und Lehre (SFL) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno u SFL vs SRB

48

2022/C 359/57

Kawża C-456/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgeright Ravensburg (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Lulju 2022 – VX u AT vs Gemeinde Ummendorf

49

2022/C 359/58

Kawża C-459/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

49

2022/C 359/59

Kawża C-462/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Lulju 2022 – BM vs LO

50

2022/C 359/60

Kawża C-512/22 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2022 minn Finanziaria d'investimento Fininvest SpA (Fininvest) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fil-11 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-913/16, Finanziaria d’investimento Fininvest SpA (Fininvest), Silvio Berlusconi vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

51

2022/C 359/61

Kawża C-513/22 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2022 minn Silvio Berlusconi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fil-11 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-913/16, Finanziaria d’investimento Fininvest SpA (Fininvest), Silvio Berlusconi vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

53

2022/C 359/62

Kawża C-514/22 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 minn Tirrenia di navigazione SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-593/20, Tirrenia di navigazione SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

55

2022/C 359/63

Kawża C-515/22 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 minn Tirrenia di navigazione SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-601/20, Tirrenia di navigazione SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

57

2022/C 359/64

Kawża C-330/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – IP vs Tribunal Económico-Administrativo Regional de Cataluña (TEAR de Cataluña)

59

2022/C 359/65

Kawża C-366/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – CZ vs Tribunal Económico-Administrativo Regional de Catalunya (TEAR de Catalunya)

59

2022/C 359/66

Kawża C-445/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – EUROBANK BULGARIA vs NI, RZ, DMD DEVELOPMENTS

59

2022/C 359/67

Kawża C-517/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – Laudamotion GmbH vs TG, QN, AirHelp Germany GmbH

59

2022/C 359/68

Kawża C-614/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats 's-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – G vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

60

2022/C 359/69

Kawża C-685/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – YV vs Stadtverkehr Lindau (B) GmbH

60

2022/C 359/70

Kawża C-709/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – Proċedura mibdija minn MK

60

2022/C 359/71

Kawża C-717/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich – il-Polonja) – Provident Polska S.A. vs VF

60

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 359/72

Kawża T-864/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – AI et vs ECDC (Servizz pubbliku – Persunal tal-ECDC – Fastidju psikoloġiku – Talba għal assistenza – Twissijiet bil-quddiem – Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Portata tad-dmir ta’ assistenza – Dmir ta’ premura – Ftuħ ta' investigazzjoni – Terminu raġonevoli – Responsabbiltà – Illegalità)

61

2022/C 359/73

Kawża T-165/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – JC vs EUCAP Somalia (Klawżola ta’ arbitraġġ – Membru tal-persunal bil-kuntratt internazzjonali ta’ EUCAP Somalia – Missjoni li taqa’ taħt il-politika estera u ta’ sigurtà komuni – Xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat matul il-perijodu ta’ prova – Komunikazzjoni tax-xoljiment tal-kuntratt permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta – Bgħit lil indirizz inkomplet – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu tar-rimedju intern qabel azzjoni ġudizzjarja – Determinazzjoni tad-dritt applikabbli – Dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt nazzjonali industrijali – Nullità tal-klawżola ta’ perijodu ta’ prova – Komunikazzjoni irregolari tal-avviż tat-temm ta’ impjieg – Allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg – Ħlas retroattiv tar-remunerazzjoni – Kontrotalba)

61

2022/C 359/74

Kawża T-194/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – JF vs EUCAP Somalia (Klawżola ta’ arbitraġġ – Membru tal-persunal bil-kuntratt internazzjonali ta’ EUCAP Somalia – Missjoni li taqa’ taħt il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ xogħol wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Perijodu ta’ tranżizzjoni previst mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni – Atti indissoċjabbli mill-kuntratt – Inammissibbiltà)

62

2022/C 359/75

Kawża T-457/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – VeriGraft vs Eismea (Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni Orizzont 2020 (2014-2020) – Ftehim ta’ sussidju Personalized Tissue-Engineered Veins as a first Cure for Patients with Chronic Venous Insufficiency – P-TEV – Spejjeż ta’ subappalt mhux previsti – Proċedura ta’ approvazzjoni ssemplifikata – Subappalt imsemmi fir-rapporti tekniċi perjodiċi – Rapporti tekniċi perjodiċi approvati – Spejjeż eliġibbli)

63

2022/C 359/76

Kawża T-629/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Delifruit vs Il-Kummissjoni (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva klorpirifos – Determinazzjoni tal-livelli massimi ta’ residwu ta’ klorpirifos preżenti fi jew fuq il-banana – Regolament (KE) Nru 396/2005 – Tagħrif xjentifiku u tekniku disponibbli – Fatturi oħra leġittimi)

64

2022/C 359/77

Kawża T-768/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Standard International Management vs EUIPO – Asia Standard Management Services (The Standard) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea The Standard – Dikjarazzjoni ta’ revoka – Post tal-użu tat-trade mark – Reklami u offerti fuq il-bejgħ intiżi għall-konsumaturi tal-Unjoni – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

64

2022/C 359/78

Kawża T-147/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Gugler France vs EUIPO – Gugler (GUGLER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GUGLER – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Assenza ta’ mala fide – Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

65

2022/C 359/79

Kawża T-176/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – CCTY Bearing Company vs EUIPO – CCVI International (CCTY) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CCTY – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CCVI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Abbuż ta’ dritt – Artikolu 71 tar-Regolament 2017/1001)

66

2022/C 359/80

Kawża T-227/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Illumina vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq tal-industrija farmaċewtika – Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 – Talba għal rinviju minn awtorità tal-kompetizzjoni mhux kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex teżamina l-konċentrazzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżamina l-konċentrazzjoni – Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li bihom tilqa’ t-talbiet ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra tal-kompetizzjoni li jingħaqdu mat-talba għal rinviju – Kompetenza tal-Kummissjoni – Terminu għall-preżentata tat-talba għal rinviju – Kunċett ta’ komunikazzjoni – Terminu raġonevoli – Aspettattivi leġittimi – Kummenti pubbliċi tal-Viċi President tal-Kummissjoni – Ċertezza legali)

66

2022/C 359/81

Kawża T-369/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Unimax Stationery vs EUIPO – Mitsubishi Pencil (uni) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea uni – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Sinjali jew indikazzjonijiet li saru komuni – Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament 2017/1001])

67

2022/C 359/82

Kawża T-438/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – TL vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat – Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dmir ta’ premura – Fastidju psikoloġiku – Responsabbiltà)

68

2022/C 359/83

Kawża T-543/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Purasac vs EUIPO – Prollenium Medical Technologies (Rejeunesse) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Rejeunesse – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea REVANESSE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

68

2022/C 359/84

Kawża T-573/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Brand Energy Holdings vs EUIPO (RAPIDGUARD) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea RAPIDGUARD – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 – Dritt għal smigħ)

69

2022/C 359/85

Kawża T-634/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Rimini Street vs EUIPO (WE DO SUPPORT) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali WE DO SUPPORT – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001]

70

2022/C 359/86

Kawża T-641/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – dennree vs EUIPO (BioMarkt) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BioMarkt – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

70

2022/C 359/87

Kawża T-677/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – TL vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2019 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Stabbiliment ta’ objettivi – Użu ħażin ta’ poter – Responsabbiltà)

71

2022/C 359/88

Kawża T-200/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2022 – Fersher Developments u Lisin vs Il-Kummissjoni u BĊE (Rikors għad-danni – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ appoġġ għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Memorandum ta’ qbil tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

71

2022/C 359/89

Kawża T-254/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Lulju 2022 – Armadora Parleros vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika komuni tas-sajd – Nuqqas ta’ eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-kompetenzi ta’ stħarriġ imsemmija fir-regolament applikabbli – Qawwa tal-magna tal-bastimenti – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dannu – Rabta kawżali – Terminu ta’ preskrizzjoni – Rikors manifestament inammissibbli)

72

2022/C 359/90

Kawża T-317/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2022 – El Corte Inglés vs EUIPO – Brito & Pereira (TINTAS BRICOR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

73

2022/C 359/91

Kawża T-439/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2022 – Anglofranchise vs EUIPO – Bugrey (BOY LONDON) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

73

2022/C 359/92

Kawża T-30/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2022 – Sanoptis vs EUIPO – Synoptis Pharma (SANOPTIS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

74

2022/C 359/93

Kawża T-266/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2022 – Aziz vs Il-Kummissjoni

74

2022/C 359/94

Kawża T-286/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2022 – Aziz vs Il-Kummissjoni

75

2022/C 359/95

Kawża T-388/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA

76

2022/C 359/96

Kawża T-405/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – UniCredit Bank vs SRB

77

2022/C 359/97

Kawża T-407/22: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2022 – Norddeutsche Landesbank – Girozentrale vs SRB

78

2022/C 359/98

Kawża T-423/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 – Max Heinr. Sutor vs SRB

80

2022/C 359/99

Kawża T-431/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 – Nordea Kiinnitysluottopankki vs SRB

81

2022/C 359/100

Kawża T-432/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2022 – Nordea Rahoitus Suomi vs SRB

82

2022/C 359/101

Kawża T-440/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2022 – UIV Servizi vs REA

83

2022/C 359/102

Kawża T-444/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2022 – HB vs Il-Kummissjoni

84

2022/C 359/103

Kawża T-447/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2022 – NV vs BEI

85

2022/C 359/104

Kawża T-455/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

85

2022/C 359/105

Kawża T-456/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

86

2022/C 359/106

Kawża T-457/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

87

2022/C 359/107

Kawża T-465/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

88

2022/C 359/108

Kawża T-466/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

89

2022/C 359/109

Kawża T-467/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

89

2022/C 359/110

Kawża T-468/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

90

2022/C 359/111

Kawża T-469/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

91

2022/C 359/112

Kawża T-471/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 – QM vs Il-Kunsill

92

2022/C 359/113

Kawża T-472/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 – Mocom Compounds vs EUIPO – Centemia Conseils (Near-to-Prime)

93

2022/C 359/114

Kawża T-473/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2022 – Gürok Turizm ve Madencilik vs EUIPO – Darvas and Pap (LAAVA)

93

2022/C 359/115

Kawża T-480/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2022 – Panicongelados-Massas Congeladas vs EUIPO – Seder (panidor)

94

2022/C 359/116

Kawża T-482/22: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2022 – Thomas Henry vs EUIPO (MATE MATE)

95

2022/C 359/117

Kawża T-488/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Kaufdas.online vs EUIPO – Kaufland (KAUFDAS ONLINE)

96

2022/C 359/118

Kawża T-489/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

96

2022/C 359/119

Kawża T-220/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2022 – CiviBank vs BĊE

97

2022/C 359/120

Kawża T-358/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2022 – PQ vs SEAE

97


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 359/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 340, 5.9.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 326, 29.8.2022

ĠU C 318, 22.8.2022

ĠU C 311, 16.8.2022

ĠU C 303, 8.8.2022

ĠU C 294, 1.8.2022

ĠU C 284, 25.7.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/2


Teħid ta’ ġurament minn Membri ġodda tal-Qorti Ġenerali

(2022/C 359/02)

Maħtura bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Ġunju 2022 (1), għall-perijodu bejn it-30 ta’ Ġunju 2022 u l-31 ta’ Awwissu 2022, Beatrix Ricziová u Tihamér Tóth ħadu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Lulju 2022.


(1)  ĠU L 173, 30.6.2022, p. 77.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski građanski sud u Zagrebu – il-Kroazja) – A.H. vs Zagrebačka banka d.d.

(Kawża C-567/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Direttiva 93/13/KEE - Applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 10(1) - Kuntratt ta’ self konkluż qabel id-data tal-adeżjoni ta’ Stat Membru mal-Unjoni Ewropea iżda emendat wara din id-data - Artikolu 6 - Restituzzjoni tal-vantaġġi indebitament irċevuti mill-kummerċjant - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi s-sostituzzjoni ta’ klawżoli inġusti u l-ħlas lura tal-ġbir żejjed fir-rigward tagħhom - Applikazzjoni ratione materiae - Artikolu 1(2) - Klawżoli kuntrattwali li jirriflettu liġijiet u regolament mandatorji)

(2022/C 359/03)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski građanski sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.H.

Konvenut: Zagrebačka banka d.d.

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva klawżoli kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li bis-saħħa tagħhom il-kummerċjant ġie obbligat jipproponi lill-konsumatur emenda fil-kuntratt inizjali tagħhom permezz ta’ ftehim li l-kontenut tiegħu huwa ddeterminat minn dawn id-dispożizzjonijiet u dan il-konsumatur kellu l-possibbiltà li jagħti l-kunsens tiegħu għal tali emenda.


(1)  ĠU C 19, 18.01.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs VW, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi Magħquda C-116/21 P sa C-118/21 P, C-138/21 P u C-139/21 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Pensjoni - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 20 tal-Anness VIII - Għoti ta’ pensjoni tas-superstiti - Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal intitolat għal pensjoni tal-irtirar - Żwieġ konkluż wara t-tmiem tas-servizz ta’ dan l-uffiċjal - Kundizzjoni ta’ tul minimu ta’ ħames snin taż-żwieġ fid-data tal-mewt tal-uffiċjal - Artikolu 18 tal-Anness VIII - Żwieġ konkluż qabel it-tmiem tas-servizz tal-uffiċjal - Kundizzjoni ta’ tul minimu taż-żwieġ ta’ sena biss - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 20 - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 21(1) - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Artikolu 52(1) - Assenza ta’ distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata fir-rigward tal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni)

(2022/C 359/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

(Kawża C-116/21 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: VW (rappreżentant: N. de Montigny, avocate), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Alver, M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

(Kawża C-117/21 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: BT (rappreżentant: J.-N. Louis, avocat), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Alver u M. Bauer, aġenti), Association internationale des anciens de l’Union européenne (AIACE Internationale) (rappreżentanti: N. Maes, advocaat, u J. Van Rossum, avocat)

(Kawża C-118/21 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: RN (rappreżentant: F. Moyse, avocat), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti)

(Kawża C-138/21 P)

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Alver u M. Bauer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: BT (rappreżentant: J.-N. Louis, avocat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti), Association internationale des anciens de l’Union européenne (AIACE Internationale) (rappreżentanti: N. Maes, advocaat, u J. Van Rossum, avocat)

(Kawża C-139/21 P)

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Alver u M. Bauer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: VW (rappreżentant: N. de Montigny, avocate), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u B. Schima, aġenti), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2020, VW vs Il-Kummissjoni (T-243/18, mhux ippubblikata, EU:T:2020:619), tas-16 ta’ Diċembru 2020, BT vs Il-Kummissjoni (T-315/19, mhux ippubblikata, EU:T:2020:622), u tas-16 ta’ Diċembru 2020, RN vs Il-Kummissjoni (T-442/17 RENV, EU:T:2020:618), huma annullati.

2)

Ir-rikorsi ta’ VW fil-Kawża T-243/18, ta’ BT fil-Kawża T-315/19 u ta’ RN fil-Kawża T-442/17 RENV huma miċħuda.

3)

VW hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kemm fil-Kawża T-243/18 kif ukoll fil-Kawżi C-116/21 P u C-139/21 P.

4)

BT hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kemm fil-Kawża T-315/19 kif ukoll fil-Kawżi C-117/21 P u C-138/21 P.

5)

RN hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kemm fil-Kawżi F-104/15 u T-442/17 RENV kif ukoll fil-Kawża C-118/21 P.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea u RN huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-Kawża T-695/16 P.

7)

Il-Parlament Ewropew u l-Association internationale des anciens de l’Union européenne (AIACE Internationale) huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kawżi kollha li fihom intervjenew fl-ewwel istanza u fl-appelli, inkluż, fir-rigward tal-Parlament Ewropew, fil-Kawżi F-104/15 u T-695/16 P.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra KL

(Kawża C-168/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 2(4) - Kundizzjoni ta’ kriminalità doppja tal-fatt - Artikolu 4(1) - Raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva tal-mandat ta’ arrest Ewropew - Stħarriġ mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni - Fatti li parzjalment jikkostitwixxu reat fid-dawl tad-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ proporzjonalità tar-reati u tal-pieni)

(2022/C 359/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

KL

fil-preżenza ta’: Prokuratur Ġenerali fi ħdan il-cour d’appel d’Angers

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(4) u l-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni tal-kriminalità doppja tal-fatt, prevista f’dawn id-dispożizzjonijiet, tkun issodisfatta fis-sitwazzjoni fejn mandat ta’ arrest Ewropew jinħareġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija mogħtija għal fatti li jaqgħu, fl-Istat Membru emittenti, taħt reat li jeħtieġ li dawn il-fatti jippreġudikaw interess ġuridiku protett f’dan l-Istat Membru, meta tali fatti jkunu wkoll is-suġġett ta’ reat kriminali fir-rigward tad-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li għalih il-ksur ta’ dan l-interess ġuridiku protett ma huwiex element kostituttiv.

2)

L-Artikolu 2(4) u l-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma tistax tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija, meta din il-piena tkun ġiet imposta, fl-Istat Membru emittenti, għat-twettiq, mill-persuna rikjesta, ta’ reat wieħed kompost minn diversi fatti li parti minnhom biss tikkostitwixxi reat kriminali fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.


(1)  ĠU C 228, 14.06.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja et

(Kawża C-207/21 P) (1)

(Appell - Annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 - Artikolu 16(4) u (5) TUE - L-Artikolu 3(2) u (3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji - Applikazzjoni ratione temporis - Regoli dwar il-vot tal-Kunsill - Maġġoranza kkwalifikata)

(2022/C 359/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Ł. Habiak, K. Herrmann, R. Tricot u C. Valero, agenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Franċiża, l-Ungerija, ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn H. Eklinder, J. Lundberg, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, R. Shahsavan Eriksson, H. Shev u O. Simonsson, sussegwentement minn H. Eklinder, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, R. Shahsavan Eriksson, H. Shev u O. Simonsson, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.


(1)  ĠU C 206, 31.5.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – EPIC Financial Consulting Ges.m.b.H. vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, Bundesbeschaffung GmbH

(Kawżi magħquda C-274/21 u C-275/21) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Inapplikabbiltà għall-proċeduri għal miżuri provviżorji u għall-proċeduri ta’ reviżjoni li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/665/KEE fin-nuqqas ta’ element barrani - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 33 - Assimilazzjoni ta’ ftehim qafas ma’ kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 2a(2) tad-Direttiva 89/665 - Impossibbiltà li jiġi attribwit kuntratt pubbliku ġdid meta l-kwantità u/jew il-valur massimu tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi kkonċernati stabbiliti mill-ftehim qafas ikunu diġà ntlaħqu - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ħlas tal-ispejjeż ta’ aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qafas tal-kuntratti pubbliċi - Obbligi li jiġu ddeterminati u li jitħallsu l-ispejjeż għal aċċess għall-ġustizzja qabel ma l-qorti tiddeċiedi dwar talba għal miżuri provviżorji jew reviżjoni - Proċedura mhux trasparenti ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza - Effett utli - Dritt għal rimedju effettiv - Direttiva 89/665 - Artikoli 1, 2 u 2(a) - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi ċ-ċaħda ta’ rikors fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ aċċess għall-ġustizzja - Determinazzjoni tal-valur stmat ta’ kuntratt pubbliku”)

(2022/C 359/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EPIC Financial Consulting Ges.m.b.H.

Konvenut: Ir-Repubblika tal-Awstrija, Bundesbeschaffung GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi ta’ provvista u ta’ xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ ftehim qafas ma’ operatur ekonomiku wieħed, konformement mal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, tikkorrispondi għall-konklużjoni tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 2a(2) tad-Direttiva 89/665, kif emendata mid-Direttiva 2014/23.

2)

L-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità kontraenti ma tistax iktar tibbaża ruħha, sabiex tagħti kuntratt ġdid, fuq ftehim qafas li l-kwantità u/jew il-valur massimu tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi kkonċernati li hija tistabbilixxi tkun jew diġà ntlaħqet, sakemm l-għoti ta’ dan il-kuntratt ma jwassalx għal emenda sostanzjali ta’ dan il-ftehim qafas, kif previst fl-Artikolu 72(1)(e) ta’ din id-direttiva.

3)

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għat-talbiet għal miżuri provviżorji u r-rikorsi relatati ma’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, regoli proċedurali differenti minn dawk li japplikaw b’mod partikolari għall-proċeduri fil-qasam ċivili.

4)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 89/665, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq individwu l-obbligu li jidentifika, fit-talba għal miżuri provviżorji tiegħu jew fir-rikors tiegħu, il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku kkonċernata u d-deċiżjoni individwali li hija tikkontesta individwalment, meta l-awtorità kontraenti tkun għażlet proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt

5)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/665, kif emendata mid-Direttiva 2014/23, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens:

li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi lil qorti, li hija adita b’talba għal miżuri provviżorji intiża li tipprekludi akkwisti mill-awtorità kontraenti, li tiddetermina, qabel ma tiddeċiedi dwar din it-talba, it-tip ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku kkonċernat, il-valur (stmat) tal-kuntratt inkwistjoni kif ukoll in-numru totali tad-deċiżjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati individwalment u, jekk ikun il-każ, lottijiet li jirriżultaw mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ikkonċernata, għall-finijiet biss li jiġi kkalkolat l-ammont tal-ispejjeż ġudizzjarji b’rata fissa li l-persuna li tressaq din it-talba għandha neċessarjament tħallas, taħt piena li l-imsemmija talba tiġi miċħuda għal din ir-raġuni biss, meta l-awtorità kontraenti tkun għażlet proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt u li, fil-mument tal-preżentata tar-rikors għal annullament kontra deċiżjoni relatata ma’ din il-proċedura, l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt ma jkunx għadu ġie ppubblikat;

li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li qorti, li tkun adita b’rikors intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata individwalment mill-awtorità kontraenti, tiddetermina, qabel ma tiddeċiedi dwar dan ir-rikors, it-tip ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku kkonċernat, il-valur (stmat) tal-kuntratt inkwistjoni kif ukoll in-numru totali tad-deċiżjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati individwalment u, jekk ikun il-każ, lottijiet li jirriżultaw mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ikkonċernata, għall-finijiet biss li jiġi kkalkolat l-ammont tal-ispejjeż ġudizzjarji b’rata fissa li r-rikorrent għandu neċessarjament iħallas, taħt piena li r-rikors tiegħu jiġi miċħud għal din ir-raġuni biss.

6)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi lil individwu li jressaq talba għal miżuri provviżorji jew jippreżenta rikors għal ħlas ta’ spejjeż ġudizzjarji b’rata fissa ta’ ammont li huwa impossibbli li jiġi previst, meta l-awtorità kontraenti tkun għażlet proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt jew, skont il-każ, mingħajr pubblikazzjoni sussegwenti ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt, b’mod li jista’ jkun impossibbli għall-individwu li jkun jaf bil-valur stmat tal-kuntratt kif ukoll bin-numru ta’ deċiżjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati individwalment adottati mill-awtorità kontraenti li abbażi tagħhom ġew ikkalkolati dawn l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 09.08.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 – Aquind Ltd, Aquind Energy Sàrl, Aquind SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-310/21 P) (1)

(Appell - Enerġija - Regolament (UE) Nru 347/2013 - Infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea - Proġetti ta’ Interess Komuni tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 3(4) u Artikolu 16 - Delega ta’ poteri lill-Kummissjoni Ewropea - Artikolu 290 TFUE - Regolament Delegat (UE) Nru 2020/389 - Modifika tal-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni - Att adottat mill-Kummissjoni - Dritt ta’ oppożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Terminu - Natura tal-att qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu)

(2022/C 359/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Aquind Ltd, Aquind Energy Sàrl, Aquind SAS (rappreżentant: C. Davis u S. Goldberg, solicitors, kif ukoll E. White, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u B. De Meester, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. Ruiz Sánchez, aġent), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Aquind Ltd, Aquind Energy Sàrl u Aquind SAS huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – SGI Studio Galli Ingegneria Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-371/21 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehim ta’ sussidju - Proġett Marsol - Spejjeż eliġibbli - Rapport ta’ investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li sab li ċertu nfieq imwettaq kien ineliġibbli - Rimbors ta’ somom imħallsa - Dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-OLAF - Dritt għal smigħ - Oneru tal-prova - Żnaturament tal-fatti - Valur probatorju - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Arrikkiment indebitu)

(2022/C 359/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: SGI Studio Galli Ingegneria Srl (rappreżentanti: V. Catenacci, F. S. Marini u R. Viglietta, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u S. Romoli, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

SGI Studio Galli Ingegneria Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 310, 02.08.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-401/21 P) (1)

(Appell - Fond ta’ Koeżjoni u Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Regolament (UE) Nru 1303/2013 - Rata ta’ kofinanzjament applikabbli - Modifika tar-rata li seħħet bejn it-tressiq tal-aħħar talba għal ħlas intermedju u l-approvazzjoni tal-kontijiet - Prinċipji ta’ annwalità tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ retroattività)

(2022/C 359/10)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Appellant: Ir-Rumanija (rappreżentanti: L.-E. Baţagoi u E. Gane, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Armenia u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Rumanija għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 329, 16.8.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 – Petrus Kerstens vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-447/21 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Proċeduri dixxiplinari - Talbiet għall-assistenza - Ċaħda - Kommunikazzjoni ta’ deċiżjonijiet b'mezzi elettroniċi - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Natura tardiva tar-rikors)

(2022/C 359/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Petrus Kerstens (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: T. S. Bohr, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Petrus Kerstens għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – CC vs VO

(Kawża C-572/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 8(1) u Artikolu 61(a) - Ġurisdizzjoni ġenerali - Prinċipju ta’ perpetuatio fori - Trasferiment, fil-mori tal-kawża, tar-residenza abitwali ta’ wild minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat terz li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1996)

(2022/C 359/12)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CC

Konvenut: VO

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, moqri flimkien mal-Artikolu 61(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru, adita b’tilwima dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, ma żżommx il-ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-tilwima skont dan l-Artikolu 8(1) meta r-residenza abitwali tal-wild inkwistjoni tkun ġiet ittrasferita legalment, fil-mori tal-kawża, lejn it-territorju ta’ Stat terz li huwa Parti għall-Konvenzjoni fuq il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, rikonoxximent, infurzar u kooperazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u miżuri għall-protezzjoni tat-tfal, konkluża f’Den Haag fid-19 ta’ Ottubru 1996.


(1)  ĠU C 481, 29.11.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Évora – il-Portugall) – proċeduri kriminali kontra TL

(Kawża C-242/22 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2010/64/UE - Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni - Artikolu 2(1) u Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “dokument essenzjali” - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Artikolu 3(1)(d) - Kamp ta’ applikazzjoni - Assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali - Effett dirett - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 47 u 48(2) - Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Artikolu 6 - Kundanna għal piena ta’ priġunerija sospiża b’miżuri ta’ probation - Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi riżultanti mill-miżura ta’ probation - Ommissjoni ta’ traduzzjoni ta’ dokument essenzjali u assenza ta’ interpretu fir-redazzjoni tiegħu - Revoka tas-sospensjoni - Assenza ta’ traduzzjoni tal-atti proċedurali relatati ma’ din ir-revoka - Konsegwenzi fuq il-validità tal-imsemmija revoka - Difett proċedurali ssanzjonat b’nullità relattiva)

(2022/C 359/13)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Évora

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

TL

fil-preżenza ta’: Ministério Público

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, kif ukoll l-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-ksur tad-drittijiet previsti mill-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ dawn id-direttivi għandu jiġi invokat mill-benefiċjarju ta’ dawn id-drittijiet f’terminu stabbilit taħt piena ta’ dekadenza, meta dan it-terminu jibda jiddekorri saħansitra qabel ma l-persuna kkonċernata tkun ġiet effettivament informata, b’lingwa li hija titkellem jew tifhem, minn naħa, bl-eżistenza u bil-portata tad-dritt tagħha għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni u, min-naħa l-oħra, bl-eżistenza u bil-kontenut tad-dokument essenzjali inkwistjoni kif ukoll bl-effetti marbuta miegħu.


(1)  ĠU C 257, 4.7.2022.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judiciaire – Bobigny – Franza) – BNP Paribas Personal Finance SA vs ZD

(Kawża C-288/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija (frank Svizzeru) - Klawżoli li jesponu lil min jissellef għal riskju tal-kambju - Artikolu 4(2) - Rekwiżiti ta’ intelliġibbiltà u ta’ trasparenza - Oneru tal-prova - Artikolu 3(1) - Żbilanċ sinjifikattiv - Artikolu 5 - Formulazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ klawżola)

(2022/C 359/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judiciaire – Bobigny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BNP Paribas Personal Finance SA

Konvenut: ZD

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kwistjoni prinċipali tal-kuntratt”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ikopri l-klawżoli tal-kuntratt ta’ self li jipprevedu li l-munita barranija hija l-munita tal-kont u li l-euro hija l-munita tal-ħlas u li għandhom l-effett li jitfgħu r-riskju tal-kambju fuq min jissellef, meta dawn il-klawżoli jistabbilixxu element essenzjali li jikkaratterizza l-imsemmi kuntratt.

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija, ir-rekwiżit ta’ trasparenza tal-klawżoli ta’ dan il-kuntratt, li jipprevedu li l-munita barranija hija l-munita tal-kont u li l-euro hija l-munita tal-ħlas u li għandhom l-effett li jitfgħu r-riskju tal-kambju fuq min jissellef, huwa ssodisfatt meta l-bejjiegħ jew fornitur ikun ipprovda lill-konsumatur b’informazzjoni suffiċjenti u eżatta li tippermetti lil konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, li tippermettilu jifhem il-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu finanzjarju inkwistjoni u li b’hekk jevalwa r-riskju tal-konsegwenzi ekonomiċi negattivi, potenzjalment sinjifikattivi, ta’ tali klawżoli fuq l-obbligi finanzjarji tiegħu matul l-imsemmi kuntratt kollu.

3)

Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-oneru tal-prova tan-natura ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali, fis-sens tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, jaqa’ fuq il-konsumatur.

4)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self, li jipprevedu li l-munita barranija hija l-munita tal-kont u li l-euro hija l-munita tal-ħlas u li għandhom l-effett li jitfgħu r-riskju tal-kambju, mingħajr ma jipprovdu għal limitu, fuq min jissellef, jistgħu joħolqu żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-imsemmi kuntratt għad-detriment tal-konsumatur, meta l-bejjiegħ jew fornitur ma jkunx seta’ raġonevolment jistenna, filwaqt li josserva r-rekwiżit ta’ trasparenza fir-rigward tal-konsumatur, li dan tal-aħħar jaċċetta riskju sproporzjonat tal-kambju li jirriżulta minn tali klawżoli.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Lukovit – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra AZ

(Kawża C-454/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport - Direttiva 1999/37/KE - Dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi - Direttiva 2014/45/UE - Kontroll tekniku perijodiku ta’ vetturi bil-mutur - Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità tar-reati u tal-pieni - Sewqan ta’ vettura li ma tkunx debitament irreġistrata - Sanzjonijiet - Assenza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2022/C 359/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Lukovit

Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

AZ

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mir-Rayonen sad Lukovit (il-Qorti Distrettwali ta’ Lukovit, il-Bulgarija) permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Settembru 2020.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – J.P. vs B.d.S.L.

(Kawża C-521/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 1999/62/KE - Taxxa fuq vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi - Tariffi tat-triq - Nuqqas ta’ ħlas - Sanzjonijiet - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura - Assenza ta’ preċiżjoni suffiċjenti - Assenza ta’ rabta bejn l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni u r-realtà jew is-suġġett tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta)

(2022/C 359/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.P.

Konvenut: B.d.S.L.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Oberösterreich, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Ottubru 2020, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Efeteio Athinon – il-Greċja) – VP, CX, RG, TR, et vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-133/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kuntratti suċċessivi għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza fit-trattament fil-qasam tar-remunerazzjoni bejn il-ħaddiema impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat u dawk impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat - Assenza ta’ ġustifikazzjoni - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”)

(2022/C 359/17)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Efeteio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VP, CX, RG, TR, et

Konvenut: Elliniko Dimosio

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ħaddiem għal żmien determinat, li l-kuntratt tiegħu jkun kklassifikat bħala kuntratt ta’ xogħol, ma jkollux dritt li jirċievi remunerazzjoni ekwivalenti għal dik imħallsa lil ħaddiem għal żmien indeterminat għar-raġuni li jkun wettaq ix-xogħol tiegħu fl-ambitu ta’ kuntratt għal żmien determinat bl-għarfien tal-fatt li dan il-kuntratt kien intiż sabiex jirrispondi għal ħtiġijiet permanenti u fit-tul tal-persuna li timpjegah.


(1)  ĠU C 206, 31.05.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fis-27 ta’ Jannar 2022 – MP vs Consejería de Presidencia

(Kawża C-59/22)

(2022/C 359/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MP

Konvenut: Consejería de Presidencia

Domandi preliminari

A)

Għall-finijiet tal-Klawżola 2 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (1), ħaddiem għal żmien indeterminat mhux permanenti, fis-sens deskritt f’din ir-riżoluzzjoni, għandu jitqies bħala “ħaddiem għal terminu fiss” u jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Qafas u, b’mod partikolari, tal-Klawżola 5 tiegħu?

B)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70, għandu jitqies li kien hemm “użu […] [suċċessiv]” ta’ kuntratti temporanji jew relazzjonijiet suċċessivi fil-każ li ħaddiem marbut ma’ amministrazzjoni permezz ta’ kuntratt għal żmien indeterminat mhux permanenti meta l-imsemmi kuntratt ma jistabbilixxix terminu ta’ żmien, filwaqt li huwa suġġett fil-validità tiegħu għal sejħa għal kandidaturi u li l-pożizzjoni timtela, li jagħti lok għax-xoljiment tiegħu, meta ma saret ebda sejħa għal kandidaturi bejn id-data tal-bidu tar-relazzjoni tax-xogħol u l-ewwel semestru tas-sena 2021?

C)

Il-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70 għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu15(5) tal-Estatuto de los Trabajadores (l-Istatut tal-Ħaddiema) (li għandu l-għan li jimplimenta d-Direttiva 1999/70 u għal dan jistabbilixxi tul massimu ta’ 24 xahar akkumulat tal-kuntratti temporanji suċċessivi tal-ħaddiema fuq perijodu ta’ riferiment ta’ 30 xahar), skont liema huma esklużi mill-kalkolu l-perijodi ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti, għar-raġuni li, f’dan il-każ, għal dawn il-kuntratti ma jkun hemm ebda limitazzjoni applikabbli, la għat-tul, għan-numru jew għar-raġuni għat-tiġdid tagħhom u lanqas għall-inkatenament tagħhom ma’ kuntratti oħrajn?

D)

Il-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70 tipprekludi leġiżlazzjoni tal-Istat li ma tiffissa ebda limitu (kemm jekk bħala numru, kif ukoll jekk bħala tul jew raġunijiet) għat-tiġdid espress jew taċitu ta’ tip partikolari ta’ kuntratt għal żmien determinat, bħal dak għal żmien indeterminat mhux permanenti tas-settur pubbliku, iżda sempliċement tiffissa limitu għaż-żmien tal-inkatenament ta’ tali kuntratt ma’ kuntratti temporanji oħrajn?

E)

Peress li l-leġiżlatur Spanjol ma adotta ebda regola li tillimita t-tiġdid espress jew taċitu tal-kuntratti tal-ħaddiema għal żmien indeterminat mhux permanenti, għandu jitqies li sitwazzjoni bħal dik f’din il-kawża, li fiha ħaddiem tas-settur pubbliku li għandu kuntratt għal żmien indeterminat mhux permanenti li t-tul previst tiegħu qatt ma ġie espress u lanqas ippreċiżat u li huwa estiż sal-2021 mingħajr ma ġiet organizzata ebda proċedura ta’ selezzjoni sabiex timtela l-pożizzjoni tiegħu u tintemm is-sitwazzjoni ta’ temporanjetà, tikser il-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70?

F)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi biss kumpens b’rata fissa u oġġettiv (ta’ 20 jum ta’ salarju għal kull sena xogħol, bil-limitu ta’ sena salarju), iżda ma tipprevedi ebda kumpens addizzjonali li jippermetti l-kumpens sħiħ għad-dannu mġarrab fil-każ li dan l-ammont jinqabeż, tista’ titqies bħala li tinkludi miżuri dissważivi biżżejjed għall-użu ta’ kuntratti jew tat-tiġdid ta’ kuntratti temporanji suċċessivi bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, konformi mar-rekwiżiti dwar il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-ħaddiem permezz tar-restitutio in integrum, stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C-494/16) (2) u tat-8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C-494/17) (3)?

G)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi biss kumpens dovut max-xoljiment tal-kuntratt minħabba li timtela l-pożizzjoni, iżda ma tipprevedi ebda kumpens meta l-kuntratt huwa fis-seħħ, bħala alternattiva għal li jiġi ddikjarat bħala għal żmien indeterminat, tista’ titqies bħala li tinkludi miżuri dissważivi biżżejjed għall-użu ta’ kuntratti jew tat-tiġdid ta’ kuntratti temporanji suċċessivi bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, konformi mar-rekwiżiti dwar il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-ħaddiem stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C-494/16) u tat-8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C-494/17)? Meta tilwima tirrigwarda biss il-permanenza tal-ħaddiem iżda l-kuntratt ma jkunx ġie xolt, hemm lok li jingħata kumpens għad-dannu kkawżat mit-temporanjetà, bħala alternattiva għad-dikjarazzjoni ta’ permanenza?

H)

Leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ titqies bħala li tinkludi miżuri dissważivi biżżejjed, fil-konfront tal-amministrazzjoni pubbliċi u entitajiet tas-settur pubbliku, għall-użu ta’ kuntratti jew ta’ tiġdid ta’ kuntratti temporanji suċċessivi bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, intiżi sabiex jiġi evitat u ssanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat min-naħa tal-entità li timpjega fil-konfront ta’ ħaddiema oħra u fil-futur, konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C-494/16) u tat-8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C-494/17), meta dawn il-miżuri huma dispożizzjonijiet legali introdotti mill-2017 (disposición adicional 34.a de la Ley 3/2017, de 27 de junio, de Presupuestos Generales del Estado para el año 2017 (id-dispożizzjoni addizzjonali Nru 34 tal-Liġi 3/2017 tas-27 ta’ Ġunju 2017 dwar il-baġit ġenerali tal-Istat għall-2017) u d-disposición adicional 43.a de la Ley 6/2018, de 3 de julio, de Presupuestos Generales del Estado para el año 2018 (id-dispożizzjoni addizzjonali 43 tal-Liġi 6/2018 tat-3 ta’ Lulju 2018 dwar il-baġit ġenerali tal-Istat għall-2018)) li jipprevedu li l-“atti irregolari” jagħtu lok għal responsabbiltà, iżda jidentifikaw din ir-responsabbiltà biss permezz ta’ riferiment ġeneriku għal leġiżlazzjoni li ma tispeċifikahomx, u mingħajr l-eżistenza ta’ xi każ speċifiku ta’ rekwiżit ta’ responsabbiltà, fil-kuntest ta’ eluf ta’ deċiżjonijiet li jiddikjaraw li ħaddiema għandhom kuntratti mhux permanenti għal żmien indeterminat minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet dwar kuntratti temporanji?

I)

Fil-każ li dawn ir-regoli kellhom jitqiesu bħala dissważivi biżżejjed, u peress li ġew introdotti għall-ewwel darba fl-2017, dawn jistgħu jiġu applikati sabiex tiġi evitata t-trasformazzjoni ta’ kuntratti f’kuntratti għal żmien indeterminat meta r-rekwiżiti għall-imsemmija trasformazzjoni, li tirriżulta minn ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, kienu preċedenti għad-dħul fis-seħħ tagħhom, jew, għall-kuntrarju, dan jissupponi applikazzjoni retroattiva u ta’ esproprjazzjoni tal-imsemmija regoli?

J)

Fil-każ li jitqies li ma jeżistux mezzi dissważivi biżżejjed fil-leġiżlazzjoni Spanjola, il-konsegwenza tal-ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70 minn persuna pubblika li timpjega għandha tkun li l-kuntratt jitqies bħala kuntratt għal żmien indeterminat mhux permanenti jew għandu l-ħaddiem jiġi rrikonoxxut bħala permanenti totalment?

K)

Il-konverżjoni tal-kuntratt f’kuntratt permanenti, skont il-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpretaha, għandha ssir anki jekk din titqies kuntrarja għall-Artikoli 23(2) u 103(3) tal-Kostituzzjoni Spanjola, jekk dawn ir-regoli kostituzzjonali jiġu interpretati fis-sens li jimponu li kandidat jista’ jaċċedi għal kwalunkwe impjieg fis-servizz pubbliku, inkluż fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol, biss wara li jkun ipparteċipa b’suċċess fi proċedura kompetittiva ta’ selezzjoni li fiha japplikaw il-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ mertu, ta’ kompetenza u ta’ pubbliċità?

L)

Il-fatt li l-liġi tipprevedi t-tnedija ta’ proċedura sabiex impjieg temporanju jsir permanenti, permezz ta’ sejħa pubblika sabiex il-pożizzjoni okkupata mill-ħaddiem timtela, jimponi li ma tibqax tiġi applikata l-konverżjoni tal-kuntratt tal-imsemmi ħaddiem f’kuntratt permanenti, fid-dawl tal-fatt li din il-proċedura għandha tiżgura “l-osservanza tal-prinċipji ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ ugwaljanza, ta’ mertu, ta’ kompetenza u ta’ pubbliċità” u tal-fatt li l-ħaddiem li kien is-suġġett tal-użu suċċessiv ta’ kuntratti jew ta’ tiġdid ta’ kuntratti temporanji jista’ għalhekk ma jagħmilx il-pożizzjoni tiegħu permanenti jekk din tingħata lil persuna oħra, f’liema każ il-kuntratt tiegħu jiġi xolt flimkien ma’ kumpens li jikkorrispondi għal 20 jum salarju għal kull sena ta’ xogħol sal-limitu ta’ sena salarju?

M)

Il-ħaddiem, anki jekk ma jitkeċċiex, għandu dritt għal kumpens daqs din is-somma, jew ogħla minnha, li jiġi ddeterminat mill-qrati fil-każ li dan ma jkunx ikkwantifikat legalment, minħabba l-użu suċċessiv ta’ kuntratti jew ta’ tiġdid tal-kuntratt tiegħu bi ksur tal-Klawżola 5?

N)

Il-fatt li inkwistjoni hemm relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux kontinwa, jista’ ikollu xi effett fuq dan kollu preċedenti, u f’dan il-każ, ta’ liema natura, meta dan irriżulta f’serje ta’ kuntratti temporanji, staġun wara staġun, bħalma tindika r-rikorrenti fir-rikors tagħha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.

(2)  EU:C:2018:166.

(3)  EU:C:2019:387.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fis-17 ta’ Frar 2022 – IP vs Universidad Nacional de Educación a Distancia (UNED)

(Kawża C-110/22)

(2022/C 359/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IP

Konvenut: Universidad Nacional de Educación a Distancia (UNED)

Domandi preliminari

A)

Għall-finijiet tal-Klawżola 2 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (1), ħaddiem għal żmien indeterminat mhux permanenti, fis-sens deskritt f’din ir-riżoluzzjoni, għandu jitqies bħala “ħaddiem għal terminu fiss” u jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Qafas u, b’mod partikolari, tal-Klawżola 5 tiegħu?

B)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70, għandu jitqies li kien hemm “użu […] [suċċessiv]” ta’ kuntratti temporanji jew relazzjonijiet suċċessivi fil-każ li ħaddiem marbut ma’ amministrazzjoni permezz ta’ kuntratt għal żmien indeterminat mhux permanenti meta l-imsemmi kuntratt ma jistabbilixxix terminu ta’ żmien, filwaqt li huwa suġġett fil-validità tiegħu għall-fatt li fil-futur ikun hemm sejħa għal kandidaturi u li l-pożizzjoni timtela, meta ma saret ebda sejħa għal kandidaturi bejn l-2002 u l-ewwel semestru tas-sena 2021?

C)

Il-Klawżola 5 [tal-Ftehim Qafas anness mad-]Direttiva 1999/70 għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu15(5) tal-Estatuto de los Trabajadores (l-Istatut tal-Ħaddiema) (li għandu l-għan li jimplimenta d-Direttiva 1999/70 u għal dan jistabbilixxi tul massimu ta’ 24 xahar akkumulat tal-kuntratti temporanji suċċessivi tal-ħaddiema fuq perijodu ta’ riferiment ta’ 30 xahar), skont liema huma esklużi mill-kalkolu l-perijodi ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti, għar-raġuni li, f’dan il-każ, għal dawn il-kuntratti ma jkun hemm ebda limitazzjoni applikabbli, la għat-tul, la għan-numru jew għar-raġuni għat-tiġdid tagħhom u lanqas għall-inkatenament tagħhom ma’ kuntratti oħrajn?

D)

Il-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70 tipprekludi leġiżlazzjoni tal-Istat li ma tiffissa ebda limitu (kemm jekk bħala numru, kif ukoll jekk bħala tul jew raġunijiet) għat-tiġdid espress jew taċitu ta’ tip partikolari ta’ kuntratt temporanju, bħal dak għal żmien indeterminat mhux permanenti tas-settur pubbliku, iżda sempliċement tiffissa limitu għaż-żmien tal-inkatenament ta’ tali kuntratt ma’ kuntratti temporanji oħrajn?

E)

Peress li l-leġiżlatur Spanjol ma adotta ebda regola li tillimita t-tiġdid espress jew taċitu tal-kuntratti tal-ħaddiema għal żmien indeterminat mhux permanenti, għandu jitqies li sitwazzjoni bħal dik f’din il-kawża, li fiha ħaddiem tas-settur pubbliku li għandu kuntratt għal żmien indeterminat mhux permanenti li t-tul previst tiegħu qatt ma ġie espress u lanqas ippreċiżat u li kien estiż minn tal-inqas mill-2002 (dħul mill-ġdid wara tkeċċija) sal-2021 mingħajr ma ġiet organizzata ebda proċedura ta’ selezzjoni sabiex timtela l-pożizzjoni tiegħu u tintemm is-sitwazzjoni ta’ temporanjetà, tikser il-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70?

F)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi biss kumpens b’rata fissa u oġġettiv (ta’ 20 jum salarju għal kull sena xogħol, bil-limitu ta’ sena salarju), iżda ma tipprevedi ebda kumpens addizzjonali li jippermetti l-kumpens sħiħ għad-dannu mġarrab fil-każ li dan l-ammont jinqabeż, tista’ titqies bħala li tinkludi miżuri dissważivi biżżejjed għall-użu ta’ kuntratti jew tat-tiġdid ta’ kuntratti temporanji suċċessivi bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, konformi mar-rekwiżiti dwar il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-ħaddiem permezz tar-restitutio in integrum, stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C-494/16) (2) u tat-8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C-494/17) (3)?

G)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi biss kumpens dovut max-xoljiment tal-kuntratt minħabba li timtela l-pożizzjoni, iżda ma tipprevedi ebda kumpens meta l-kuntratt huwa fis-seħħ, bħala alternattiva għal li jiġi ddikjarat bħala għal żmien indeterminat, tista’ titqies bħala li tinkludi miżuri dissważivi biżżejjed għall-użu ta’ kuntratti jew tat-tiġdid ta’ kuntratti temporanji suċċessivi bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, konformi mar-rekwiżiti dwar il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-ħaddiem stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C-494/16) u tat-8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C-494/17)? Meta tilwima tirrigwarda biss il-permanenza tal-ħaddiem iżda l-kuntratt ma jkunx ġie xolt, hemm lok li jingħata kumpens għad-dannu kkawżat mit-temporanjetà, bħala alternattiva għad-dikjarazzjoni ta’ permanenza?

H)

Leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ titqies bħala li tinkludi miżuri dissważivi biżżejjed, fil-konfront tal-amministrazzjoni pubbliċi u entitajiet tas-settur pubbliku, għall-użu ta’ kuntratti jew ta’ tiġdid ta’ kuntratti temporanji suċċessivi bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, intiżi sabiex jiġi evitat u ssanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat min-naħa tal-entità li timpjega fil-konfront ta’ ħaddiema oħra u fil-futur, konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C-494/16) u tat-8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C-494/17), meta dawn il-miżuri huma dispożizzjonijiet legali introdotti mill-2017 (disposición adicional 34.a de la Ley 3/2017, de 27 de junio, de Presupuestos Generales del Estado para el año 2017 (id-dispożizzjoni addizzjonali Nru 34 tal-Liġi 3/2017 tas-27 ta’ Ġunju 2017 dwar il-baġit ġenerali tal-Istat għall-2017), disposición adicional 43.a de la Ley 6/2018, de 3 de julio, de Presupuestos Generales del Estado para el año 2018 (id-dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 6/2018 tat-3 ta’ Lulju 2018 dwar il-baġit ġenerali tal-Istat għall-2018) u r-Real Decreto-ley 14/2021, de 6 de Julio (id-Digriet-Liġi Rjali 14/2021 tas-6 ta’ Lulju)) li jipprevedu li l-“atti irregolari” jagħtu lok għal responsabbiltà, iżda jidentifikaw din ir-responsabbiltà biss permezz ta’ riferiment ġeneriku għal leġiżlazzjoni li ma tispeċifikahomx, u mingħajr l-eżistenza ta’ xi każ speċifiku ta’ rekwiżit ta’ responsabbiltà, fil-kuntest ta’ eluf ta’ deċiżjonijiet li jiddikjaraw li ħaddiema għandhom kuntratti għal żmien indeterminat mhux permanenti minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet dwar kuntratti temporanji?

I)

Fil-każ li dawn ir-regoli kellhom jitqiesu bħala dissważivi biżżejjed, u peress li ġew introdotti għall-ewwel darba fl-2017, dawn jistgħu jiġu applikati sabiex tiġi evitata t-trasformazzjoni ta’ kuntratti f’kuntratti għal żmien indeterminat meta r-rekwiżiti għall-imsemmija trasformazzjoni, li tirriżulta minn ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, kienu preċedenti għad-dħul fis-seħħ tagħhom, jew, għall-kuntrarju, dan jissupponi applikazzjoni retroattiva u ta’ esproprjazzjoni tal-imsemmija regoli?

J)

Fil-każ li jitqies li ma jeżistux mezzi dissważivi biżżejjed fil-leġiżlazzjoni Spanjola, il-konsegwenza tal-ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70 minn persuna pubblika li timpjega għandha tkun li l-kuntratt jitqies bħala kuntratt għal żmien indeterminat mhux permanenti jew għandu l-ħaddiem jiġi rrikonoxxut bħala permanenti totalment, mingħajr kwalifiki?

K)

Il-konverżjoni tal-kuntratt f’kuntratt permanenti, skont il-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpretaha, għandha ssir, skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, anki jekk din titqies kuntrarja għall-Artikoli 23(2) u 103(3) tal-Kostituzzjoni Spanjola, jekk dawn ir-regoli kostituzzjonali jiġu interpretati fis-sens li jimponu li kandidat jista’ jaċċedi għal kwalunkwe impjieg fis-servizz pubbliku, inkluż fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol, biss wara li jkun ipparteċipa b’suċċess fi proċedura kompetittiva ta’ selezzjoni li fiha japplikaw il-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ mertu, ta’ kompetenza u ta’ pubbliċità? Peress li interpretazzjoni oħra hija possibbli, li hija dik segwita mit-Tribunal Constitucional ((il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja)), il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi għandu jiġi applikat għar-regoli kostituzzjonali tal-Istat, b’mod li jkun obbligatorju li tintagħżel l-interpretazzjoni li tagħmilhom kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ filwaqt li huwa mifhum li l-Artikoli 23(2) u 103(3) tal-Kostituzzjoni ma jeħtiġux l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ mertu u ta’ kompetenza għall-proċeduri ta’ għażla tal-membri tal-persunal?

L)

Il-konverżjoni tal-kuntratt f’kuntratt permanenti skont il-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70 u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpretaha, tista’ ma tiġix applikata jekk, qabel din il-konverżjoni tiġi ddekretata ġudizzjarjament, jiġi stabbilit proċess ta’ konsolidazzjoni jew ta’ stabilizzazzjoni tal-impjieg temporanju permezz ta’ liġi, li għandu jiġi żviluppat fis-snin li ġejjin, u li jinvolvi t-tnedija ta’ sejħiet pubbliċi sabiex il-pożizzjoni okkupata mill-ħaddiem timtela, fid-dawl tal-fatt li f’din il-proċedura għandha tiġi żgurata “l-osservanza tal-prinċipji ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ ugwaljanza, ta’ mertu, ta’ kompetenza u ta’ pubbliċità” u għalhekk il-ħaddiem li kien is-suġġett tal-użu suċċessiv ta’ kuntratti jew ta’ tiġdid ta’ kuntratti temporanji jista’ għalhekk jagħmel il-pożizzjoni tiegħu permanenti, imma wkoll ma jagħmilx dan jekk din tingħata lil persuna oħra, f’liema każ il-kuntratt tiegħu jiġi xolt flimkien ma’ kumpens li jikkorrispondi għal 20 jum salarju għal kull sena xogħol sal-limitu ta’ sena salarju?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.

(2)  EU:C:2018:166.

(3)  EU:C:2019:387.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fit-3 ta’ Marzu 2022 – IK vs Agencia Madrileña de Atención Social de la Comunidad de Madrid

(Kawża C-159/22)

(2022/C 359/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IK

Konvenut: Agencia Madrileña de Atención Social de la Comunidad de Madrid

Domandi preliminari

A)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi biss kumpens b’rata fissa u oġġettiv (ta’ 20 jum ta’ salarju għal kull sena xogħol, bil-limitu ta’ sena salarju), iżda ma tipprevedi ebda kumpens addizzjonali li jippermetti l-kumpens sħiħ għad-dannu mġarrab fil-każ li dan l-ammont jinqabeż, tista’ titqies bħala li tinkludi miżuri dissważivi biżżejjed għall-użu ta’ kuntratti jew tat-tiġdid ta’ kuntratti temporanji suċċessivi bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, konformi mar-rekwiżiti dwar il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-ħaddiem permezz tar-restitutio in integrum, stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C-494/16) (1) u tat-8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C-494/17) (2)?

B)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi biss kumpens dovut max-xoljiment tal-kuntratt minħabba li timtela l-pożizzjoni, iżda ma tipprevedi ebda kumpens meta l-kuntratt huwa fis-seħħ, bħala alternattiva għal li jiġi ddikjarat bħala għal żmien indeterminat, tista’ titqies bħala li tinkludi miżuri dissważivi biżżejjed għall-użu ta’ kuntratti jew tat-tiġdid ta’ kuntratti temporanji suċċessivi bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, konformi mar-rekwiżiti dwar il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-ħaddiem stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C-494/16) u tat-8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C-494/17)? Meta tilwima tirrigwarda biss il-permanenza tal-ħaddiem iżda l-kuntratt ma jkunx ġie xolt, hemm lok li jingħata kumpens għad-dannu kkawżat mit-temporanjetà, bħala alternattiva għad-dikjarazzjoni ta’ permanenza?

C)

Leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ titqies bħala li tinkludi miżuri dissważivi biżżejjed, fil-konfront tal-amministrazzjoni pubbliċi u entitajiet tas-settur pubbliku, għall-użu ta’ kuntratti jew ta’ tiġdid ta’ kuntratti temporanji suċċessivi bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, intiżi sabiex jiġi evitat u ssanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat min-naħa tal-entità li timpjega fil-konfront ta’ ħaddiema oħra u fil-futur, konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C-494/16) u tat-8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C-494/17), meta dawn il-miżuri huma dispożizzjonijiet legali introdotti mill-2017 (disposición adicional 34.a de la Ley 3/2017, de 27 de junio, de Presupuestos Generales del Estado para el año 2017 (id-dispożizzjoni addizzjonali Nru 34 tal-Liġi 3/2017 tas-27 ta’ Ġunju 2017 dwar il-baġit ġenerali tal-Istat għall-2017) u d-disposición adicional 43.a de la Ley 6/2018, de 3 de julio, de Presupuestos Generales del Estado para el año 2018 (il-Liġi 6/2018 tat-3 ta’ Lulju 2018 dwar il-baġit ġenerali tal-Istat għall-2018)) li jipprevedu li l-“atti irregolari” jagħtu lok għal responsabbiltà, iżda jidentifikaw din ir-responsabbiltà biss permezz ta’ riferiment ġeneriku għal leġiżlazzjoni li ma tispeċifikahomx, u mingħajr l-eżistenza ta’ xi każ speċifiku ta’ rekwiżit ta’ responsabbiltà, fil-kuntest ta’ eluf ta’ deċiżjonijiet li jiddikjaraw li ħaddiema għandhom kuntratti għal żmien indeterminat mhux permanenti minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet dwar kuntratti temporanji?

D)

Fil-każ li jitqies li ma jeżistux mezzi dissważivi biżżejjed fil-leġiżlazzjoni Spanjola, il-konsegwenza tal-ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (3) minn persuna pubblika li timpjega għandha tkun li l-kuntratt jitqies bħala kuntratt mhux permanenti għal żmien indeterminat jew il-ħaddiem għandu jiġi rrikonoxxut bħala permanenti totalment, mingħajr kwalifiki?

E)

Il-konverżjoni tal-kuntratt f’kuntratt permanenti, skont il-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70 u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpretaha, għandha ssir, skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjon, anki jekk din titqies kuntrarja għall-Artikoli 23(2) u 103(3) tal-Kostituzzjoni Spanjola, jekk dawn ir-regoli kostituzzjonali jiġu interpretati fis-sens li jimponu li kandidat jista’ jaċċedi għal kwalunkwe impjieg fis-servizz pubbliku, inkluż fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol, biss wara li jkun ipparteċipa b’suċċess fi proċedura kompetittiva ta’ selezzjoni li fiha japplikaw il-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ mertu, ta’ kompetenza u ta’ pubbliċità? Peress li interpretazzjoni oħra hija possibbli, li hija dik segwita mit-Tribunal Constitucional ((il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja)), il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi għandu jiġi applikat għar-regoli kostituzzjonali tal-Istat, b’mod li jkun obbligatorju li tintgħażel l-interpretazzjoni li tagħmilhom kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ filwaqt li huwa mifhum li l-Artikoli 23(2) u 103(3) tal-Kostituzzjoni ma jeħtiġux l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ mertu u ta’ kompetenza għall-proċeduri ta’ għażla tal-membri tal-persunal?

F)

Il-konverżjoni tal-kuntratt f’kuntratt permanenti skont il-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70 u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpretaha, tista’ ma tiġix applikata jekk, qabel din il-konverżjoni tiġi ddekretata ġudizzjarjament, jiġi stabbilit proċess ta’ konsolidazzjoni jew ta’ stabilizzazzjoni tal-impjieg temporanju permezz ta’ liġi, li għandu jiġi żviluppat fis-snin li ġejjin, u li jinvolvi t-tnedija ta’ sejħiet pubbliċi sabiex il-pożizzjoni okkupata mill-ħaddiem timtela, fid-dawl tal-fatt li f’din il-proċedura għandha tiġi żgurata “l-osservanza tal-prinċipji ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ ugwaljanza, ta’ mertu, ta’ kompetenza u ta’ pubbliċità” u għalhekk il-ħaddiem li kien is-suġġett tal-użu suċċessiv ta’ kuntratti jew ta’ tiġdid ta’ kuntratti temporanji jista’ għalhekk jagħmel il-pożizzjoni tiegħu permanenti, imma wkoll ma jagħmilx dan jekk din tingħata lil persuna oħra, f’liema każ il-kuntratt tiegħu jiġi xolt flimkien ma’ kumpens li jikkorrispondi għal 20 jum salarju għal kull sena xogħol sal-limitu ta’ sena salarju?


(1)  EU:C:2018:166.

(2)  EU:C:2019:387.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, parti oħra fil-proċedura: Dow AgroScience BV (Dow)

(Kawża C-308/22)

(2022/C 359/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe)

Konvenut: College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden

Parti oħra fil-proċedura: Dow AgroScience BV (Dow)

Domandi preliminari

1)

L-Istat Membru kkonċernat, li jieħu deċiżjoni li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1) għandu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex ma jiħux inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tal-Istat Membru relatur għaż-żona li abbażi tal-Artikolu 36(1) tal-istess regolament ikun eżamina l-applikazzjoni, u, fl-affermattiv, liema hija din il-marġni?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li l-Istat Membru kkonċernat ma għandu ebda marġni ta’ diskrezzjoni jew li għandu biss marġni ta’ diskrezzjoni limitata, kif għandu jiġi implimentat id-dritt għal rimedju effettiv stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea? Il-fondatezza tal-evalwazzjoni tal-Istat Membru relatur għaż-żona tista’ għalhekk tiġi għal kollox ikkontestata quddiem il-qrati nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat?

3)

Jekk l-Istat Membru kkonċernat, jew qorti ta’ dan l-Istat Membru, jaslu għall-konklużjoni li l-evalwazzjoni tal-Istat Membru relatur għaż-żona hija bbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti, sa fejn l-Istat Membru kkonċernat għandu l-obbligu li jinvolvi lill-Istat Membru relatur għaż-żona kkonċernata mat-tfassil ta’ evalwazzjoni suffiċjentement motivata?

4)

Huwa suffiċjenti għal Stat Membru relatur għaż-żona li jibbaża ruħu unikament fuq evalwazzjoni abbażi ta’ linji gwida adottati, anki jekk l-għarfien xjentifiku u tekniku li jinsab fihom ma huwiex iktar kompletament attwali?

5)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, l-Istat Membru relatur għaż-żona jista’ jibbaża ruħu minbarra dan fuq l-għarfien xjentifiku u tekniku li jinsab f’linji gwida diġà mfassla iżda li għadhom mhux adottati, jew għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-għarfien xjentifiku u tekniku disponibbli kollu, inkluż dak li ma huwiex fil-linji gwida?


(1)  ĠU 2009, L 309, p. 1.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, parti oħra fil-proċedura: Adama Registrations BV (Adama)

(Kawża C-309/22)

(2022/C 359/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe)

Konvenut: College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden

Parti oħra fil-proċedura: Adama Registrations BV (Adama)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (1) jimplika li l-awtorità kompetenti għandha tapplika wkoll il-kriterji ġodda ta’ determinazzjoni ta’ proprjetajiet ta’ tfixkil endokrinali fil-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ deċiżjoni dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li kienu għadhom fis-seħħ fl-10 ta’ Novembru 2018, fir-rigward ukoll tal-Artikolu 29(1)initio u (e), flimkien mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2)?

2)

Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta fin-negattiv, hija l-awtorità kompetenti li għandha l-obbligu li tissospendi l-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ deċiżjoni dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni sakemm jingħataw konklużjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-konsegwenzi tar-Regolament 2018/605 għal kull proċedura fis-seħħ fil-kuntest tar-Regolament Nru 1107/2009, fid-dawl tal-premessa 8 tar-Regolament 2018/605?

3)

Jekk it-tieni domanda teħtieġ risposta fin-negattiv, l-awtorità kompetenti tista’ tikkuntenta ruħha b’evalwazzjoni magħmula abbażi biss tad-data magħrufa fil-mument tal-applikazzjoni, anki jekk l-għarfien xjentifiku u tekniku inklużi fiha ma jkunux iktar attwali fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni kkontestata?


(1)  ĠU 2018, L 101, p. 33, rettifika fil-ĠU 2018, L 111, p. 10.

(2)  ĠU 2009, L 309, p. 1.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Mejju 2022 – Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, parti oħra fil-proċedura: BASF Nederland BV (BASF)

(Kawża C-310/22)

(2022/C 359/23)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe)

Konvenut: College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden

Parti oħra fil-proċedura: BASF Nederland BV (BASF)

Domandi preliminari

1)

Mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), moqri flimkien mal-punt 3.6.5 tal-Anness II tal-istess regolament, jirriżulta li l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrina li sustanza attiva jista’ jkollha ma għandhomx jiġu iktar evalwati waqt l-evalwazzjoni fil-livell nazzjonali ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti?

2)

Jekk l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv, dan ifisser li l-għarfien xjentifiku u tekniku fuq il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrina, bħal pereżempju dak li huwa l-bażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 283/2013 tal-1 ta’ Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (3) ma jitteħidx inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti? Dan kif jirrelata ruħu mar-rekwiżit tal-Artikolu 29(1)(e) tar-Regolament Nru 1107/2009, fejn skont dan l-evalwazzjoni għandha titwettaq fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku attwali?

3)

Jekk l-ewwel domanda għandha tiġi risposta fl-affermattiv, kif organizzazzjoni mhux governattiva bħall-appellanti għandha rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sabiex tissuġġetta approvazzjoni ta’ sustanza attiva għall-istħarriġ ta’ qorti?

4)

Jekk l-ewwel domanda għandha tiġi risposta fin-negattiv, dan ifisser li, fl-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni huwa t-tagħrif xjentifiku u tekniku attwali dwar dawn il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrina li huwa determinanti?


(1)  ĠU 2009, L 309, p. 1.

(2)  ĠU 2013, L 93, p. 1.

(3)  ĠU 2018, L 101, p. 33, rettifika fil-ĠU 2018, L 111, p. 10.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-12 ta’ Mejju 2022 – E. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-322/22)

(2022/C 359/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: E.

Appellat: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ effettività u ta’ kooperazzjoni leali kif ukoll ta’ ekwivalenza msemmija fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe prinċipju validu ieħor previst mid-dritt tal-Unjoni, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-punti 1 u 2 tal-Artikolu 78(5) tal-ustawa z 29 sierpnia 1997 r. Ordynacja podatkowa (il-Liġi tad-29 ta’ Awwissu 1997 li tistabbilixxi l-Kodiċi tat-Taxxa) (test ikkonsolidat, Dz.U. 2021, pożizzjoni 749, kif emendata), li tipprevedi li l-interessi fuq taxxa eċċessiva mħallsa, miġbura mill-aġent li jħallas b’mod kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni, ma humiex dovuti lill-persuna taxxabbli wara li jiddekorru 30 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali, tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tikkonstata l-inkompatibbiltà tal-ġbir tat-taxxa mad-dritt [tal-Unjoni] fejn it-talba għall-konstatazzjoni ta’ dan il-ħlas eċċessiv tressqet mill-persuna taxxabbli wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-ġbir tat-taxxa, minkejja s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ April 2014, C-190/12 (ECLI:EU:C:2014:249) xorta jibqgħu inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona (Spanja) fis-17 ta’ Mejju 2022 – KT vs Departamento de Justicia de la Generalitat de Catalunya

(Kawża C-331/22)

(2022/C 359/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KT

Konvenut: Departamento de Justicia de la Generalitat de Catalunya

Domandi preliminari

1.

Il-Ley 20/2021 (il-Liġi 20/2021) tipprevedi bħala unika miżura ta’ sanzjoni l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni kif ukoll kumpens esklużivament favur il-vittmi tal-abbuż li ma jgħaddux minn dawn il-kompetizzjonijiet. Din il-liġi tmur kontra l-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (1), għaliex hija ma tissanzjonax l-abbużi li seħħew fir-rigward ta’ impjegati temporanji tas-settur pubbliku li ma għaddewx minn dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni, meta s-sanzjoni hija dejjem indispensabbli u meta l-fatt li persuna tgħaddi minn din il-kompetizzjoni ma jikkostitwixxix miżura ta’ sanzjoni li tosserva r-rekwiżiti tad-Direttiva, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fid-digriet tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2021, SUSH u CGT Sanidad de Madrid (2)?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, u jekk il-Liġi 20/2021 ma tipprevedix miżuri effettivi oħra sabiex tissanzjona l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi jew l-estensjoni abbużiva ta’ kuntratt temporanju, il-fatt li l-Liġi tonqos milli tipprevedi l-konverżjoni f’kuntratt għal żmien indeterminat ta’ sensiela ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat jew l-estensjoni abbużiva ta’ kuntratt temporanju jmur kontra l-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas tad-Direttiva 1999/70, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fid-digriet tagħha tat-30 ta’ Settembru 2020, Câmara Municipal de Gondomar (3)?

3.

It-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) stabbilixxiet fis-sentenzi tagħha 1425/2018 u 1426/2018, tas-26 ta’ Settembru 2018, il-ġurisprudenza, ikkonfermata permezz tas-sentenza tagħha 1534/2021 tal-20 ta’ Diċembru 2021, li tgħid li l-miżura li għandha tiġi adottata f’sitwazzjoni ta’ abbuż ta’ kuntratti temporanji tista’ tkun limitata għas-sempliċi fatt li l-impjegat tas-settur pubbliku vittma ta’ abbuż fl-iskema ta’ prekarjetà jinżamm fil-pożizzjoni tiegħu, sakemm l-amministrazzjoni li timpjegah tistabbilixxi jekk teżistix neċessità strutturali u sakemm hija torganizza l-proċeduri ta’ selezzjoni korrispondenti – miftuħa għall-kandidati li ma kinux is-suġġett ta’ dan l-abbuż ta’ kuntratti temporanji – sabiex timla l-pożizzjoni b’uffiċjali tas-settur pubbliku permanenti jew ta’ karriera. Din il-ġurisprudenza tmur kontra l-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas tad-Direttiva 1999/70 meta l-organizzazzjoni ta’ proċedura ta’ selezzjoni miftuħa u l-fatt li wieħed jgħaddi minn din il-kompetizzjoni ma hijiex miżura ta’ sanzjoni li tosserva r-rekwiżiti tad-Direttiva, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fid-digriet tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2021, SUSH u CGT Sanidad de Madrid?

4.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti u jekk il-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ma tipprevedix miżuri effettivi oħra sabiex tissanzjona l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi jew l-estensjoni abbużiva ta’ kuntratt temporanju, il-fatt li din il-ġurisprudenza ma tipprevedix il-konverżjoni f’kuntratt għal żmien indeterminat ta’ sensiela ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat jew l-estensjoni abbużiva ta’ kuntratt temporanju jmur kontra l-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas tad-Direttiva 1999/70, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fid-digriet tagħha tat-30 ta’ Settembru 2020, Câmara Municipal de Gondomar (C-135/20)?

5.

Jekk il-leġiżlazzjoni adottata sabiex tittrasponi l-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas tad-Direttiva 1999/70 tikser id-dritt Komunitarju billi ma tipprevedi l-ebda miżura ta’ sanzjoni speċifika li tista’ tiżgura l-osservanza tal-għanijiet ta’ din in-norma Komunitarja u li ttemm il-prekarjetà tal-impjegati tas-settur pubbliku,

f’tali sitwazzjoni, l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali għandhom jaċċettaw li jibdlu r-relazzjoni temporanja abbuża f’relazzjoni permanenti differenti minn dik ta’ uffiċjal ta’ karriera, iżda li tiżgura l-istabbiltà tal-impjieg lill-vittma tal-abbuż sabiex jiġi evitat li dan l-abbuż jibqa’ mhux issanzjonat u li jiġu ppreġudikati l-għanijiet tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, anki jekk din il-konverżjoni ma hijiex prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, sakemm din ir-relazzjoni temporanja tkun ġiet ippreċeduta minn proċedura ta’ selezzjoni permezz ta’ kompetizzjoni pubblika u b’osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ mertu u ta’ kapaċità?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.

(2)  C-103/19, EU:C:2021:460.

(3)  C-135/20, EU:C:2020:760.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fl-24 ta’ Mejju 2022 – Cofidis vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-340/22)

(2022/C 359/26)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cofidis

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tipprekludi t-tassazzjoni, fi Stat Membru, tas-sussidjarji ta’ istituzzjonijiet finanzjarji residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ leġiżlazzjoni bħar-regime doméstico português do Adicional de Solidariedade sobre o Sector Bancário (ir-Regoli Interni Portugiżi ta’ Solidarjetà Addizzjonali fuq is-Settur Bankarju) fil-każ fejn din it-tassazzjoni tkun dovuta fuq il-passiv aġġustat u fuq il-valur nazzjonali tal-istrumenti finanzjarji dderivati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali u li d-dħul tagħhom ma jiġix allokat lill-mekkaniżmi nazzjonali ta’ finanzjament tal-miżuri ta’ riżoluzzjoni u għall-finanzjament tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni?

2)

Il-libertà ta’ stabbiliment prevista fl-Artikolu 49 TFUE tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal din inkwistjoni tar-Regoli Interni Portugiżi ta’ Solidarjetà Addizzjonali fuq is-Settur Bankarju, li tippermetti li jitnaqqsu mill-passiv iddeterminat u approvat ċerti elementi tal-passiv li huma neċessarji għall-kalkolu tal-fondi proprji ta’ livell 1 u tal-fondi proprji ta’ livell 2, konformement mal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tranżitorji previsti fil-Parti IX tal-istess regolament, li jistgħu jinħarġu biss minn entitajiet b’personalità ġuridika, jiġifieri li ma jistgħux jinħarġu minn sussidjarji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux residenti?


(1)  ĠU 2014, L 173, p. 190.

(2)  ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 1, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 2017, p. 2.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-31 ta’ Mejju 2022 – NM vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-349/22)

(2022/C 359/27)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NM

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-Artikolu 110 TFUE jipprekludi li regola tad-dritt nazzjonali – li tikkonsisti fl-Artikolu 8(1)(d) tal-Código do Imposto sobre Veículos (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Vetturi, “CISV”) – li tnaqqas il-piż fiskali billi titlob biss 25 % tat-taxxa fuq ir-rilaxx għall-konsum ta’ vetturi bil-mutur (Imposto sobre Veículos, “ISV”), favur vetturi ħfief ta’ passiġġieri li jissodisfaw kriterji ambjentali speċifiċi, tidħol fis-seħħ u tkun suġġetta għal applikazzjoni, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2021, iktar restrittiva mill-verżjoni li kienet fis-seħħ sa dak il-mument, kemm għal vetturi nazzjonali ġodda kif ukoll għal vetturi użati bi provenjenza minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, irreġistrati għall-ewwel darba fil-Portugall minn din id-data, li tagħti trattament fiskali ugwali bejn dawn il-vetturi, iżda li tagħti lok għal sitwazzjoni li tista’ titqies bħala waħda ta’ nuqqas ta’ ugwaljanza, bejn vetturi użati, bl-istess żmien ta’ użu, li jissodisfaw il-kriterji ambjentali inqas eżiġenti li kienu fis-seħħ preċedentement, iżda li ma jissodisfawx dawk tal-liġi l-ġdida, fejn (a) ġew ikkummerċjalizzati u rreġistrati oriġinarjament fil-Portugall qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-verżjoni ġdida, fejn f’dan il-każ ikunu ntalbu jħallsu biss 25 % tal-valur tat-taxxa, li jista jinftiehem fis-sens li jirrifletti ruħu fil-prezz rispettiv ta’ tranżazzjoni bħala vetturi użati, jew (b) ġew irreġistrati fi Stat Membru ieħor f’data li fiha kienet fis-seħħ il-verżjoni preċedenti u ġew irrilaxxati għall-konsum fil-Portugall wara dik l-istess data, fil-każ li jħallsu 100 % tal-ammont tat-taxxa?


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Hamm (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Ġunju 2022 – Proċeduri kriminali kontra A.

(Kawża C-352/22)

(2022/C 359/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Hamm

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Proċeduri mressqa kontra: A.

Proċeduri mressqa minn: Generalstaatsanwaltschaft Hamm

Domanda preliminari

L-Artikolu 9(2) u (3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rikonoxximent definittiv ta’ persuna bħala refuġjat fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Genève dwar l-Istatus tar-Refuġjati fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea huwa, bis-saħħa tal-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikolu 4(3) TUE), vinkolanti fir-rigward tal-proċedura ta’ estradizzjoni mmexxija fl-Istat Membru rikjest għall-finijiet tal-estradizzjoni ta’ tali persuna fis-sens li l-estradizzjoni tal-persuna lejn il-pajjiż terz jew lejn il-pajjiż ta’ oriġini hija obbligatorjament eskluża sakemm ir-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat ma jkunx ġie rrevokat jew ma jkunx skada ratione temporis?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 60

(2)  ĠU 2011, L 337, p. 9.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ġunju 2022 – Pro Rauchfrei e.V. vs JS e.K.

(Kawża C-356/22)

(2022/C 359/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pro Rauchfrei e.V.

Konvenut: JS e.K.

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ tqegħid fis-suq fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1) jinkludi l-offerta għall-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk permezz ta’ distributuri awtomatiċi li fihom il-pakketti individwali tas-sigaretti, għalkemm ikollhom fuqhom it-twissijiet meħtieġa mil-liġi, jitqiegħdu b’tali mod li dawn it-twissijiet ma jkunux inizjalment viżibbli għall-konsumatur iżda dawn it-twissijiet li jkun hemm fuq il-pakketti individwali jsiru viżibbli biss meta d-distributur awtomatiku, li jkollu jinfetaħ minn qabel mill-persunal li jaħdem fuq il-cash register, jiġi attivat mill-klijent sabiex imbagħad il-pakkett individwali jaqa’ fuq it-tapit tal-cash register qabel ma l-klijent jgħaddi biex iħallas?

2)

Il-ħabi komplet tal-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk li jkunu jinsabu f’distributur jaqa’ taħt il-projbizzjoni li t-twissijiet jiġu “moħbija […] permezz ta’ […] oġġetti oħrajn”, prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40?


(1)  ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 150, p. 24.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-8 ta’ Ġunju 2022 – G sp. z o.o. vs W S.A.

(Kawża C-371/22)

(2022/C 359/30)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: G sp. z o.o.

Appellat: W S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(5) u (7) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (1), li jeżiġi li l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumatur tal-enerġija (impriża żgħira) fil-każ ta’ bidla fil-fornitur tal-enerġija jseħħ konformement mal-prinċipju li jiggarantixxi lill-klijenti eliġibbli l-possibbiltà effettiva li jbiddlu faċilment lill-fornitur, u li jeżiġi li din il-bidla sseħħ b’mod mhux diskriminatorju, fir-rigward ta’ spejjeż, investiment jew żmien, għandu jiġi interpretat b’mod tali li jipprekludi l-possibbiltà li tiġi imposta penalità kuntrattwali fuq il-konsumatur tal-enerġija minħabba xoljiment ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ enerġija konkluż għal żmien determinat fil-każ li l-konsumatur ikollu l-intenzjoni li jbiddel il-fornitur tal-enerġija, u dan mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-ammont tad-dannu mġarrab (Artikoli 483(1) u 484(1) u (2) tal-ustawa z dnia 23 kwietnia 1964 r. kodeks cywilny (il-Liġi tat-23 ta’ April 1964 li jintroduċi l-Kodiċi Ċivili)) kif ukoll mingħajr ma l-ustawa prawo energetyczne (Artikolu 4j(3a) tal-ustawa z dnia 10 kwietnia 1997 r. prawo energetyczne (il-Liġi tal-10 ta’ April 1997 dwar l-Enerġija) tkun tiddetermina xi tip ta’ kriterju għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż u liema tnaqqis għandu jiġu applikat għalihom?

2)

L-Artikolu 3(5) u (7) tad-Direttiva 2009/72, li jeżiġi li l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumatur tal-enerġija (impriża żgħira) fil-każ ta’ bidla fil-fornitur tal-enerġija jseħħ b’mod mhux diskriminatorju fir-rigward ta’ spejjeż, investiment jew żmien, kif ukoll konformement mal-prinċipju li jiggarantixxi lill-klijenti eliġibbli l-possibbiltà effettiva li jbiddlu faċilment lill-fornitur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali li, fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt ta’ forniment tal-enerġija qabel l-iskadenza tat-terminu tiegħu konkluż mal-fornitur għal żmien determinat, tippermetti l-ġbir mingħand il-konsumaturi (impriżi żgħar) ta’ spejjeż li de facto jikkorrispondu għall-prezz tal-enerġija mhux użata sat-tmiem [inizjali] tal-kuntratt konformament mal-prinċipju ta’ “take or pay”?


(1)  ĠU 2009, L 211, p. 55.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Lussemburgu) fid-9 ta’ Ġunju 2022 – CM vs DN

(Kawża C-372/22)

(2022/C 359/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’arrondissement de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CM

Konvenut: DN

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1), japplika:

a.

fir-rigward ta’ talba għall-modifika tad-drittijiet ta’ aċċess fis-sens tal-Artikolu 2(10) tal-imsemmi regolament, imressqa mid-detentur tal-imsemmija drittijiet ta’ aċċess skont deċiżjoni ġudizzjarja li għandha effett differit motivata bl-interessi tat-tfal, iżda li saret definittiva u li għandha saħħa ta’ res judicata, mogħtija fl-Istat tar-residenza abitwali preċedenti tat-tfal iktar minn erba’ xhur qabel it-tressiq tat-talba quddiem il-qorti skont l-Artikolu 9(1),

b.

u dan b’mod esklużiv, bl-esklużjoni tal-ġurisdizzjoni ġenerali prevista fl-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament,

minkejja li l-premessa 12 tal-imsemmi regolament tispeċifika li “ir-raġunijiet ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija [;d]an ifisser li l-ġurisdizzjoni għandha toqgħod l-ewwelnett ma’ l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ l-minuri, ħlief għal ċerti każijiet fejn hemm tibdil fir-residenza ta’ l-minuri […]”?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-ġurisdizzjoni hekk eżistenti skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, prevista “skond eċċezzjoni għall-Artikolu 8” tal-imsemmi regolament, tipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tal-istess regolament, previst “b’mod ta’ eċċezzjoni” u “fejn dan huwa fl-aħjar interessi għall-minuri”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Proċeduri kriminali kontra NE

(Kawża C-373/22)

(2022/C 359/32)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

NE

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2, l-Artikolu 6(1) u (3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma hijiex qorti indipendenti u imparzjali fis-sens tad-dritt tal-Unjoni qorti li teżamina kawża kriminali jekk, fl-istess ħin, din il-qorti tkun ukoll konvenuta fil-kuntest ta’ azzjoni għad-danni mressqa mill-persuna akkużata fil-kawża kriminali, liema azzjoni tkun ibbażata fuq allegazzjonijiet ta’ ksur imwettaq fil-kuntest tal-attività ta’ din il-qorti jew ta’ qorti li tagħha hija s-suċċessura, fil-kuntest tal-eżami ta’ din l-istess kawża jew ta’ kawża kriminali oħra, jew li r-responsabbiltà patrimonjali tagħha tkun stabbilita jekk tintlaqa’ l-azzjoni għad-danni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li tali qorti ma tistax tmexxi l-eżami tal-kawża kriminali u ma tistax tieħu deċiżjoni fuq il-mertu, u liema huma l-konsegwenzi għall-atti proċedurali u l-atti fil-mertu meħuda minn din il-qorti fil-każ li tiddeċiedi li ma tirrikużax ruħha mill-kawża?

3)

L-Artikolu 2, l-Artikolu 6(1) u (3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretat fis-sens li jkun hemm preġudizzju għall-indipendenza ta’ qorti, li tkun tneħħiet permezz ta’ emenda adottata fiż- Zakon za sadebnata vlast (il-Liġi dwar il-Poter Ġudizzjarju) (DV Nru 32, tas-26 ta’ April 2022, li l-implimentazzjoni tagħha ġie pospost għas-27 ta’ Lulju 2022) iżda li l-imħallfin sedenti fiha għandhom ikomplu jeżaminaw sa dik id-data l-kawżi li jkunu ġew assenjati lilhom, kif ukoll, wara din id-data, il-kawżi ta’ din l-istess istituzzjoni, li fihom ikunu żammew seduti preliminari, sa fejn il-qorti tneħħiet għaliex dan jippermetti li jiġu ggarantiti l-prinċipju kostituzzjonali ta’ indipendenza tal-poter ġudizzjarju u l-protezzjoni tad-drittijiet kostituzzjonali taċ-ċittadini, mingħajr ma ġew debitament esposti argumenti dwar il-fatti li jwasslu għall-konklużjoni li kien hemm ksur ta’ dawn il-prinċipji?

4)

Dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk previsti fil-Liġi dwar il-Poter Ġudizzjarju, li jwasslu għat-tneħħija kompleta bħala awtorità awtonoma tal-poter ġudizzjarju Bulgaru (tal-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata)), għar-raġunijiet indikati, u għall-assenjazzjoni mill-ġdid tal-imħallfin (inklużi dawk tal-kulleġġ ġudikanti li qiegħed jeżamina din il-kawża) ta’ din il-qorti lejn diversi qrati, li wħud minnhom jinsabu ferm il-bogħod mill-post fejn attwalment ipoġġu dawn l-imħallfin, madwar il-pajjiż kollu, mingħajr identifikazzjoni minn qabel ta’ dan il-post, mingħajr il-kunsens tal-imħallfin u b’restrizzjonijiet dwar in-numru massimu minn fosthom li jistgħu jinħatru f’awtorità tal-poter ġudizzjarju, li ma humiex fil-liġi ħlief fir-rigward ta’ dawn il-membri tal-ġudikatura?

5)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, u fid-dawl tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, liema għandhom ikunu l-atti proċedurali tal-membri tal-ġudikatura tal-qrati li tneħħew? Liema huma l-konsegwenzi għad-deċiżjonijiet fil-mertu mogħtija fil-kawżi pendenti quddiem il-qorti li tneħħiet li l-eżami tagħhom għandu jitwaqqaf u għall-atti li jagħlqu dawn il-kawżi?


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Ġunju 2022 – Google Ireland Limited, Tik Tok Technology Limited, Meta Platforms Ireland Limited vs Kommunikationsbehörde Austria (Komm Austria)

(Kawża C-376/22)

(2022/C 359/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google Ireland Limited, Tik Tok Technology Limited, Meta Platforms Ireland Limited.

Konvenut: Kommunikationsbehörde Austria (Komm Austria).

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 3(4)(a)(ii) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “miżuri meħuda kontra servizz partikolari tas-soċjetà tal-informazzjoni” jista’ jinkludi miżuri leġiżlattivi li jikkonċernaw kategorija ta’ servizzi partikolari tas-soċjetà tal-informazzjoni deskritta b’termini ġenerali (bħalma huma l-“pjattaformi ta’ komunikazzjoni”), jew l-eżistenza ta’ tali miżuri timplika t-teħid ta’ deċiżjoni każ b’każ (pereżempju fir-rigward ta’ pjattaforma ta’ komunikazzjoni identifikata b’isimha)?

2.

L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/31 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ urġenza, il-fatt li tali miżuri ma jiġux innotifikati (a posteriori) “fl-iqsar żmien possibbli” lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun stabbilit il-fornitur tas-servizz, kif tipprevedi din id-dispożizzjoni, jimplika, mal-iskadenza ta’ terminu suffiċjenti sabiex titwettaq din in-notifika (a posteriori), in-nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ dawn il-miżuri għal servizz partikolari?

3.

L-Artikolu 28a(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (2), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (3), jipprekludi l-applikazzjoni ta’ miżuri, fis-sens tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/31, li la jikkonċernaw il-programmi u lanqas il-videos maħluqa mill-utenti pprovduti fuq pjattaforma għall-kondiviżjoni ta’ videos?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.

(2)  ĠU 2010, L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15.

(3)  ĠU 2018, L 303, p. 69.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-10 ta’ Ġunju 2022 – LR vs Ministero dell’Istruzione, Ufficio scolastico regionale Lombardia, Ufficio scolastico regionale Friuli Venezia Giulia

(Kawża C-377/22)

(2022/C 359/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LR.

Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, Ufficio scolastico regionale Lombardia, Ufficio scolastico regionale Friuli Venezia Giulia.

Domanda preliminari

Mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjoni tas-servizzi akkumulati mir-rikorrent fir-Renju Unit taħt id-dritt Komunitarju, minkejja l-irtirar ta’ dan tal-aħħar mill-parteċipazzjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 45(1) u (2) TFUE u l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Ewropew Nru 492/2011 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 1(6) tad-decreto legge n. 126/2019 (id-Digriet Liġi Nru 126/2019), ikkonvertit b’emendi bil-legge n. 159/2019 (il-Liġi Nru 159/2019), li jgħid li, għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni straordinarja għar-reklutaġġ għal żmien indeterminat ta’ għalliema fl-iskola sekondarja Taljana, is-servizz determinat biss ipprovdut minn kandidati fl-iskejjel sekondarji nazzjonali tal-Istat huwa kkunsidrat validu, u mhux anki dak fl-istituzzjonijiet tal-istess livell preżenti f’pajjiżi Ewropej oħra, fid-dawl tal-għan partikolari tal-proċedura inkwistjoni sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-prekarjetà nazzjonali, u, fejn il-leġiżlazzjoni Taljana ma titqiesx mill-Qorti tal-Ġustizzja li hija b’mod astratt b’kuntrast mal-qafas leġiżlattiv Ewropew, il-miżuri kkontemplati minnha jistgħu jitqiesu proporzjonati, fil-prattika, fir-rigward tal-għan ta’ interess ġenerali msemmi iktar 'il fuq li jrid jintlaħaq?


(1)  ĠU 2011, L 141, p. 1.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-392/22)

(2022/C 359/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-premessi 3, 32 u 39 tiegħu u moqri flimkien mal-Artikoli 1, 4, 18, 19 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Dublin”) (1) għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li l-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati huwa indiviżibbli b’tali mod li ksur serju u sistematiku tad-dritt tal-Unjoni, imwettaq qabel it-trasferiment mill-Istat Membru probabbilment responsabbli fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li (għadhom) ma humiex is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn taħt dan l-istess regolament, jipprekludi b’mod assolut trasferiment lejn dan l-Istat Membru?

2)

Jekk id-domanda preċedenti tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Dublin moqri flimkien mal-Artikoli 1, 4, 18, 19 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk l-Istat Membru eventwalment responsabbli jikser b’mod serju u sistematiku d-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru li jwettaq it-trasferiment taħt ir-Regolament Dublin ma jistax jibbaża ruħu fuq il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati iżda għandu jneħħi kull dubju jew jistabbilixxi b’mod suffiċjenti li r-rikorrent mhux ser jitqiegħed, wara t-trasferiment, f’sitwazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?

3)

Liema huma l-provi li r-rikorrent għandu jipproduċi insostenn tal-argumenti tiegħu li l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Dublin jipprekludi t-trasferiment tiegħu u liema livell ta’ prova għandu jkun applikabbli f’dan ir-rigward? Fid-dawl tar-riferimenti li r-Regolament ta’ Dublin jagħmel għall-acquis tal-Unjoni fil-premessi tiegħu, l-Istat Membru li jwettaq it-trasferiment għandu obbligu ta’ kooperazzjoni u/jew obbligu ta’ verifika jew, fil-każ ta’ ksur serju u sistematiku tad-drittijiet fundamentali fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, huwa neċessarju li jinkisbu mill-Istat Membru responsabbli garanziji individwali li d-drittijiet fundamentali tar-rikorrent (effetivament) ser jiġu rrispettati wara t-trasferiment? Ir-risposta għal din id-domanda tkun differenti jekk ir-rikorrent ma jkunx jista’ jsostni d-dikjarazzjonijiet konsistenti u ddettaljati tiegħu permezz ta’ dokumenti, meta, fid-dawl tan-natura ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, dan ma jkunx jista’ jiġi mistenni minnu?

4)

Ir-risposta għad-domandi preċedenti magħmula fit-tielet domanda tkun differenti jekk l-applikant jistabbilixxi b’mod suffiċjenti li lmenti quddiem l-awtoritajiet u/jew użu ta’ rimedji ġudizzjarji fl-Istat Membru responsabbli mhux ser ikunu possibbli u/jew effettivi?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky fil-15 ta’ Ġunju 2022 – EXTÉRIA, s.r.o. vs Spravíme, s. r. o.

(Kawża C-393/22)

(2022/C 359/36)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EXTÉRIA, s.r.o.

Konvenut: Spravíme, s. r. o.

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi” jkopri wkoll kuntratt preliminari (pactum de contrahendo) li fil-kuntest tiegħu il-partijiet impenjaw ruħhom li jikkonkludu kuntratt futur li jkun kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Antwerpen (il-Belgju) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Oilchart International NV vs O.W. Bunker (Netherlands) BV, ING Bank NV

(Kawża C-394/22)

(2022/C 359/37)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Oilchart International NV

Konvenuti: O.W. Bunker (Netherlands) BV, ING Bank NV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (Brussell Ibis) tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “falliment, proċedimenti relatati mal-istralċ ta’ kumpanniji insolventi jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, ftehimiet u proċedimenti analogu” li jinsab fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 proċedura li fiha l-azzjoni hija ppreżentata fiċ-ċitazzjoni bħala sempliċi riċevibbli tan-negozju, mingħajr ma tirreferi għall-istat ta’ falliment diġà miftuħ preċedenti tal-konvenut, filwaqt li l-vera bażi legali ta’ din l-azzjoni tirriżulta mid-dispożizzjonijiet derogatorji speċifiċi tad-dritt tal-falliment Olandiż (l-Artikolu 25(2) tal-Wet van 30 september 1983 op het faillissement en de surséance van betaling (il-Liġi Olandiża tat-30 ta’ Settembru 1893 dwar il-falliment u s-sospensjoni tal-ħlas, il-Pajjiżi l-Baxxi, iktar ’il quddiem in-“NFW”) u li fiha:

hemm lok li jiġi deċiż jekk tali azzjoni għandhiex titqies bħala azzjoni li tista’ tiġi vverifikata (Artikolu 26 moqri flimkien mal-Artikolu 110 tan-NFW) jew bħala azzjoni li ma tistax tiġi vverifikata (Artikolu 25(2) tan-NFW);

il-kwistjoni jekk dawn iż-żewġ azzjonijiet jistgħux jinbdew fl-istess waqt u jekk azzjoni ma tidhirx li teskludi l-oħra, fid-dawl tal-konsegwenzi legali speċifiċi li jirriżultaw minn kull waħda minnhom (b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-possibbiltà li jintalab il-ħlas ta’ garanzija bankarja maħruġa wara l-falliment) tidher li hija deċiża skont ir-regoli speċifiċi tad-dritt Olandiż tal-falliment?

Kif ukoll

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(2) tan-NFW jistgħu jitqiesu bħala konformi mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, sa fejn din id-dispożizzjoni leġiżlattiva tippermetti li tiġi ppreżentata tali azzjoni (Artikolu 25(2) tan-NFW) quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor minflok ma tiġi ppreżentata quddiem il-qorti tal-insolvenza tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ falliment?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Ġunju 2022 – “Trade Express-L” OOD vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia “Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi”

(Kawża C-395/22)

(2022/C 359/38)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Trade Express-L” OOD

Konvenut: Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia “Darzhaven rezerv i voennovremenni zapasi”

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (1), kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (2) u fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, irrikonoxxut fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiddefinixxi l-persuni li jkunu wettqu wasliet intra-Komunitarji ta’ żjut tal-lubrifikazzjoni, fis-sens tal-punt 3.4.20 tal-Anness tar-Regolament Nru 1099/2008 (jew, jekk ikun il-każ, l-importaturi ta’ dawn iż-żjut) bħala l-persuni obbligati jistabbilixxu ħażniet ta’ emerġenza?

2)

Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2009/19 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 17 tagħha, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita t-tipi ta’ prodotti li l-ħażniet ta’ emerġenza tagħhom għandhom jiġu stabbiliti u miżmuma għal parti biss mit-tipi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 2(i) ta’ din id-direttiva, ikkunsidrat flimkien mal-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008?

3)

Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2009/19 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 17 tagħha, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li t-twettiq ta’ wasliet intra-Komunitarji, jew ta’ importazzjonijiet, ta’ tip ta’ prodott kopert mill-Artikolu 2(i) ta’ din id-direttiva, ikkunsidrat flimkien mal-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament Nru 1099/2008 minn persuna partikolari jagħti lok għall-obbligu għal din il-persuna li tistabbilixxi u li żżomm ħażniet ta’ emerġenza ta’ tip ieħor ta’ prodott differenti?

4)

Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2009/19 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 17 tagħha, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq persuna partikolari l-obbligu li tistabbilixxi u li żżomm ħażna ta’ prodott li hija ma tużax fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha u li ma għandu ebda rabta magħha, obbligu dan li barra minn hekk jissuġġettaha għal piż finanzjarju sinjifikattiv (li jagħmel l-osservanza ta’ dan l-obbligu impossibbli fil-prattika) minħabba li hija ma għandhiex il-prodott inkwistjoni u minħabba li hija ma hijiex importatur u/jew depożitant?

5)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiva għal xi waħda minn dawn id-domandi, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2009/19 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 17 tagħha, il-premessa 33, l-Artikolu 1, l-Artikolu 3, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 2(i) u (j) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li wettqet wasliet intra-Komunitarji jew importazzjonijiet ta’ tip ta’ prodott partikolari tista’ tkun suġġetta għall-obbligu li tistabbilixxi u li żżomm ħażniet ta’ emerġenza biss tal-istess tip ta’ prodott li kien is-suġġett tal-imsemmija wasliet/importazzjonijiet intra-Komunitarji?


(1)  ĠU 2009, L 265, p. 9.

(2)  ĠU 2008, L 304, p. 1.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Generalstaatsanwaltschaft Berlin

(Kawża C-396/22)

(2022/C 359/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Generalstaatsanwaltschaft Berlin

Domandi preliminari

1)

Deċiżjoni li tinvolvi kumulu a posteriori tal-pieni tibqa’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Qafas 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (2), meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet permezz ta’ sentenza mogħtija fi tmiem seduta, iżda l-qorti ma tkunx tista’, fl-ambitu ta’ din is-sentenza, la teżamina mill-ġdid id-dikjarazzjoni ta’ ħtija u lanqas temenda l-pieni imposti abbażi tar-reati differenti?

2)

Il-fatt li l-leġiżlatur Ġermaniż, fil-punt 3 tal-Artikolu 83(1) tal-Gesetz über die internationale Rechtshilfe in Strafsachen (il-Liġi dwar l-Assistenza Legali Reċiproka Internazzjonali fil-Qasam Kriminali), stabbilixxa l-kundanna fil-kontumaċja bħala ostakolu assolut għall-konsenja minkejja li l-Artikolu 4a(1) tad-Deċizjoni Qafas 2002/584/ĠAI, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI, jipprevedi biss f’dan ir-rigward raġuni fakultattiva għal rifjut, huwa kompatibbli mas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009 L 17, p. 45.

(2)  ĠU 2009, L 81, p. 24.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Generalstaatsanwaltschaft Berlin

(Kawża C-397/22)

(2022/C 359/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Generalstaatsanwaltschaft Berlin

Parti oħra fil-proċedura: LM

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4a(1)(a)(i) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Qafas 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (2), għandu jibqa’ jiġi interpretat fis-sens li, meta t-taħrika tiġi nnotifikata billi tingħata lil persuna adulta li tgħix mal-parti kkonċernata, hija l-awtorità ġudizzjarja emittenti li għandha tipproduċi l-prova li l-parti kkonċernata tkun fil-fatt irċeviet it-taħrika, jew l-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li n-notifika f’idejn persuna adulta li tgħix mal-parti kkonċernata tistabbilixxi li l-parti kkonċernata kellha fil-fatt għarfien tat-taħrika, sakemm din tal-aħħar ma turix b’mod plawżibbli li dan ma huwiex il-każ u għaliex?

2)

Il-kunċett ta’ “proċess” użat fl-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn ikun sar appell, dan jipprevedi l-proċess li ppreċeda d-deċiżjoni tal-ewwel istanza fil-każ li l-persuna mħarrka biss tkun ressqet appell u dan ġie miċħud mingħajr eżami fil-mertu?

3)

Il-fatt li, fil-punt 3 tal-Artikolu 83(1) tal-Gesetz über die internationale Rechtshilfe in Strafsachen (il-Liġi dwar l-Assistenza Legali Reċiproka Internazzjonali fil-Qasam Kriminali), il-leġiżlatur Ġermaniż stabbilixxa l-kundanna fil-kontumaċja bħala ostakolu assolut għall-konsenja minkejja li l-Artikolu 4a(1) tad-Deċizjoni Qafas 2002/584/ĠAI, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI, jipprevedi biss f’dan ir-rigward raġuni fakultattiva għal rifjut, huwa kompatibbli mas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009 L 17, p. 45.

(2)  ĠU 2009, L 81, p. 24.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Generalstaatsanwaltschaft Berlin

(Kawża C-398/22)

(2022/C 359/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Generalstaatsanwaltschaft Berlin

Parti oħra fil-proċedura: RQ

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “proċess” użat fl-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Qafas 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn ikun sar appell, dan jipprevedi l-proċess li ppreċeda d-deċiżjoni tal-ewwel istanza fil-każ li l-persuna mħarrka biss tkun ressqet appell u dan jew ikun ġie miċħud mingħajr eżami fil-mertu jew is-sentenza tal-ewwel istanza tkun ġiet irriformata f’sens favorevoli għall-persuna mħarrka?

2)

Il-fatt li fil-punt 3 tal-Artikolu 83(1) tal-Gesetz über die internationale Rechtshilfe in Strafsachen (il-Liġi dwar l-Assistenza Legali Reċiproka Internazzjonali fil-Qasam Kriminali), il-leġiżlatur Ġermaniż stabbilixxa l-kundanna fil-kontumaċja bħala ostakolu assolut għall-konsenja minkejja li l-Artikolu 4a(1) tad-Deċizjoni Qafas 2002/584/ĠAI, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI, jipprevedi biss f’dan ir-rigward raġuni fakultattiva għal rifjut, huwa kompatibbli mas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009 L 17, p. 45.

(2)  ĠU 2009, L 81, p. 24.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-15 ta’ Ġunju 2022 – Confédération paysanne vs Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire, Ministère de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

(Kawża C-399/22)

(2022/C 359/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Confédération paysanne

Konvenuti: Ministère de l’Agriculture et de la Souveraineté alimentaire, Ministère de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (3) u tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (4) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw lil Stat Membru li jadotta miżura nazzjonali li tipprojbixxi l-importazzjonijiet, minn pajjiż speċifiku, ta’ frott u ħaxix li jiksru l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 1169/2011 u l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 1308/2013 minħabba li ma jindikawx il-pajjiż jew it-territorju li minnu dawn effettivament joriġinaw, b’mod partikolari meta dan in-nuqqas ikun sinjifikattiv u meta jkun diffiċli li jiġi kkontrollat ladarba l-prodotti jkunu daħlu fit-territorju tal-Unjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2019, li temenda l-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju tas-26 ta’ Frar 1996 li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Marokk, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-applikazzjoni tal-Artikoli 9 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u tal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, minn naħa, il-frott u l-ħaxix maħsud fit-territorju tas-Saħara tal-Punent għandhom il-Marokk bħala l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Marokkini huma kompetenti sabiex joħorġu ċ-ċertifikati ta’ konformità previsti mir-Regolament Nru 543/2011 għall-frott u għall-ħaxix maħsud f’dan it-territorju?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2019 li tapprova dan il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri hija konformi mal-Artikolu 3(5) TUE, mal-Artikolu 21 TUE u mal-prinċipju konswetudinarju ta’ awtodeterminazzjoni mfakkar b’mod partikolari fl-Artikolu 1 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti?

4)

L-Artikoli 9 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li fl-istadju tal-importazzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur, l-imballaġġ tal-frott u tal-ħaxix maħsud fit-territorju tas-Saħara tal-Punent ma jistax isemmi l-Marokk bħala l-pajjiż ta’ oriġini iżda għandu jsemmi t-territorju tas-Saħara tal-Punent?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 18, rettifiki fil-ĠU 2014, L 331, p. 40, fil-ĠU 2016, L 266, p. 7, u fil-ĠU 2022, L 35, p. 26.

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 195, p. 106.

(3)  ĠU 2011, L 157, p. 1.

(4)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Dioikitiko Protodikeio Athinon (Il-Greċja) fis-16 ta’ Ġunju 2022 – Ethnikos Organismos Pistopoiisis Prosonton & Epaggelmatikou Prosanatolismou (EOPPEP) vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-404/22)

(2022/C 359/43)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ethnikos Organismos Pistopoiisis Prosonton & Epaggelmatikou Prosanatolismou (EOPPEP)

Konvenut: Elliniko Dimosio

Domandi preliminari

1)

(a)

Xi jfisser il-kunċett ta’ impriża li teżerċita “attività ekonomika”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/14/KE (1)?

(b)

Persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt privat, bħalma ma hi l-EOPPEP, li fl-eżerċizzju tal-kompetanza tagħha ta’ ċertifikazzjoni tal-organi ta’ taħriġ professjonali, taġixxi bħala persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku u teżerċita prerogattiva ta’ awtorità pubblika, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett iċċitat iktar ’il fuq meta (i) għal uħud ċerti mill-attivitajiet tagħha, bħalma huma, b’mod partikolari, il-provvista ta’ kull tip u kull forma ta’ servizzi ta’ gwida professjonali lill-organi ministerjali kompetenti, liċ-ċentri u lil organi ta’ tagħlim u ta’ taħriġ professjonali, lill-impriżi kif ukoll lill-organizzazzjonijiet ta’ persuni li jimpjegaw u tal-ħaddiema, (Artikolu 14(2)(l), tal-Liġi 4115/2013, Il-Gazzetta tal-Gvern A’ 24), ma jistax jiġi eskluż, kif jirriżulta mil-Artikolu 14(2)(o) tal-Liġi 4115/2013 – dispożizzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijonijiet għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza u gwida professjonali minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fil-Greċja – li jeżisti suq li fih joperaw kumpanniji kummerċjali li huma kompetituri tar-rikorrent; (ii) skont l-Artikolu 23(1)(d), ta’ din l-istess liġi, ir-riżorsi tar-rikorrent jinkludu dħul li jirriżulta mit-twettiq ta’ xogħlijiet u servizzi li lilu ġew attribwiti mill-Ministru [tal-Edukazzjoni], jew li twettqu f’isem terzi bħalma huma, b’mod partikolari, dipartimenti tal-gvern, organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku jew privat u individwi; u (iii) l-Artikolu 20 tal-Liġi 4115/2013 jipprevedi l-ħlas ta’ tariffi għall-attivitajiet l-oħra tar-rikorrent?

(ċ)

Il-fatt li parti biss mill-attivitajiet (imsemmija fl-Artikolu 14(2) tal-Liġi 4115/2013) tar-rikorrent, li huwa persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat, huma eżerċitati f’kundizzjonijiet ta’ suq, għandu inċidenza fuq it-tweġiba tad-domanda preċedenti? U jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, huwa suffiċjenti li l-leġiżlatur kien ippreveda – fl-Artikolu 14(2)(1) u fl-Artikolu 23(1)(d) tal-Liġi 4115/2013 – li r-rikorrent jaġixxi, għall-inqas parzjalment, bħala operatur tas-suq, jew inkella huwa neċessarju li jintwera li, għal attività speċifika, l-operatur jaġixxi effettivament fil-kundizzjonijiet ta’ suq?

2)

(a)

Xi jfissru, fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva 2002/14/KE, il-kunċetti ta’ “sitwazzjoni”, ta’ “l-istruttura” u ta’ “l-iżvilupp probabbli ta’ l-impjieg fi ħdan l-impriża”, li huma kollha elementi li fir-rigward tagħhom jeżisti obbligu li l-ħaddiema jiġu informati u kkonsultati?

(b)

Il-fatt li, wara l-adozzjoni tar-regoli interni l-ġodda tagħha, persuna ġuridika — f’dan il-każ l-EOPPEP — tneħħi minn ċerti pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà, mingħajr it-tħassir tal-imsemmija pożizzjonijiet, ħaddiema li kienu maħtura f’dawn il-pożizzjonijiet b’mod temporanju wara l-assorbiment minn dan l-organu tal-persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt privat EKEPIS u EKEP, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċetti ċċitati iktar ’il fuq, b’tali mod li jinħoloq obbligu li l-ħaddiema jiġu informati u kkonsultati qabel it-tneħħija tagħhom?

(ċ)

Ir-risposta għad-domanda preċedenti hija influwenzata mill-: (i) fatt li sabiex impjegat jitneħħa minn pożizzjoni ta’ responsabbiltà, l-organu invoka n-neċessità tal-funzjonament tajjeb u l-ħtiġijiet statutorji tiegħu, sabiex il-persuna ġuridika tkun tista’ tilħaq l-għanijiet li għalihom inħolqot, jew inkella mill-fatt li t-tneħħija saret minħabba nuqqasijiet fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-impjegat bħala kap ta’ servizz temporanju? (ii) fatt li l-ħaddiema mneħħija mill-postijiet ta’ responsabbiltà baqgħu impjegatimill-persuna ġuridika? jew (iii) fatt li, permezz tal-istess deċiżjoni tal-korp kompetenti tal-persuna ġuridika li tneħħi minn postijiet ta’ responsabbiltà lil ċerti ħaddiema tagħha, ħatret temporanjament persuni oħra għal pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà?


(1)  Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Ġunju 2022 – CV vs Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky

(Kawża C-406/22)

(2022/C 359/44)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Brně

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CV

Konvenuti: Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky

Domandi preliminari

1)

Il-kriterju ta’ indikazzjoni bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet tal-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, li jinsab fl-Anness I(b) ta’ din id-direttiva (jiġifieri li pajjiż partikolari joffri protezzjoni mill-persekuzzjoni u t-trattament ħażin bis-saħħa tal-mod li bih jiġu rrispettati d-drittijiet u l-libertajiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, b’mod partikolari drittijiet li għalihom ma tista’ tiġi awtorizzata l-ebda deroga konformement mal-Artikolu 15(2) tal-imsemmija konvenzjoni Ewropea), għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk pajjiż jidderoga mill-obbligi previsti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali fil-każ ta’ stat ta’ emerġenza fis-sens tal-Artikolu 15 ta’ din il-konvenzjoni, huwa ma jibqax jissodisfa l-imsemmi kriterju sabiex jiġi indikat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu?

2)

L-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru milli jindika biss parzjalment pajjiż bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu, b’eċċezzjonijiet territorjali speċifiċi li fihom ma tapplikax il-preżunzjoni tan-natura bla periklu tal-imsemmija parti tal-pajjiż għall-applikant, u li jekk Stat Membru jindika bħala bla periklu pajjiż b’tali eċċezzjonijiet territorjali, l-imsemmi pajjiż ma jkunx jista’ jitqies fl-intier tiegħu bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet ta’ din id-direttiva?

3)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għal waħda miż-żewġ domandi preliminari ta’ hawn fuq, l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti adita b’rikors li jirrigwarda deċiżjoni li tikkonstata n-natura manifestament infondata ta’ applikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 32(2) ta’ din id-direttiva, deċiżjoni mogħtija fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 31(8)(b) ta’ din id-direttiva, għandha ex officio, anki fl-assenza ta’ oġġezzjonijiet imqajma mill-applikant, tieħu inkunsiderazzjoni l-kontradizzjoni bejn l-indikazzjoni ta’ pajjiż bħala pajjiż bla periklu u d-dritt tal-Unjoni għar-raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 60.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – UA vs “EUROBANK BULGARIA” AD

(Kawża C-409/22)

(2022/C 359/45)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad – Sofia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UA

Konvenut:“EUROBANK BULGARIA” AD

Domandi preliminari

1)

Il-prokura li permezz tagħha l-mandatarju jwettaq att li jaqa’ taħt id-dritt ta’ proprjetà f’isem min iħallas permezz ta’ ordni ta’ ħlas jikkostitwixxi strument ta’ ħlas fis-sens tal-punt 23 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (1)?

2)

Il-postilla maħruġa minn awtorità barranija kompetenti taħt il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-5 ta’ Ottubru 1961 li telimina r-rekwiżit tal-legalizzazzjoni tal-atti pubbliċi barranin tagħmel parti mill-proċedura ta’ awtentikazzjoni kemm tal-istrument ta’ ħlas u kemm tat-tranżazzjoni ta’ ħlas fis-sens tal-punt 19 tal-Artikolu 4, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 59(1) tad-Direttiva 2007/64?

3)

Meta l-istrument ta’ ħlas (inkluż strument ta’ ħlas li jawtorizza lil terz iwettaq atti li jaqgħu taħt id-dritt ta’ proprjetà f’isem min iħallas) ikun regolari minn perspettiva formali (esterna), il-qorti nazzjonali tista’ tqis li t-tranżazzjoni ta’ ħlas hija awtorizzata, jiġifieri li min iħallas ta l-kunsens tiegħu sabiex titwettaq din it-tranżazzjoni?


(1)  ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – Thermalhotel Fontana Hotelbetriebsgesellschaft m.b.H.

(Kawża C-411/22)

(2022/C 359/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thermalhotel Fontana Hotelbetriebsgesellschaft m.b.H.

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Südoststeiermark

Domandi preliminari

1)

L-ammont ta’ kumpens dovut lill-ħaddiema matul l-iżolament tagħhom bħala persuni ikkontaminati bil-COVID-19 jew issuspettati li huma kkontaminati bil-COVID-19, għad-dannu pekunjarju kkawżat mill-fatt li ma setgħux iwettqu l-attività professjonali tagħhom, u li jitħallas inizjalment mill-persuna li timpjega lill-ħaddiema, fejn id-dritt għall-kumpens mingħand l-Istat Federali jiġi sussegwentement ittrasferit lill-persuna li timpjega meta jsir il-ħlas, tikkostitwixxi benefiċċju marbut mal-mard fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1)?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

2)

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-għoti ta’ kumpens għal telf ta’ dħul imġarrab mill-ħaddiema minħabba l-iżolament tagħhom ordnat mill-awtoritajiet tas-saħħa fil-każ ta’ test pożittiv tal-COVID-19 (fejn il-kumpens jitħallas inizjalment mill-persuna li timpjega lill-ħaddiema u d-dritt għall-kumpens mingħand l-Istat Federali jiġi sussegwentement ittrasferit lill-persuna li timpjega) huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-iżolament jiġi ordnat minn awtorità interna abbażi ta’ dispożizzjonijiet epidemjoloġiċi tad-dritt nazzjonali, bil-konsegwenza li l-ħaddiema fruntaliera li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor u li l-iżolament tagħhom (“kwarantina”) jiġi ordnat mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, ma jingħatawx tali kumpens?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  ĠU 2011 L 141, p. 1.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/41


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs NT

(Kawża C-412/22)

(2022/C 359/47)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Autoridade Tributária e Aduaneira

Konvenut: NT

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/78 tas-26 ta’ Frar 2016 li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (1), jista’ jiġi interpretat fis-sens li t-tħassir tad-dazju antidumping, minbarra li japplika għal data futura, mit-28 ta’ Frar 2016, ikopri, ukoll, importazzjonijiet ta’ qfieli suġġetti għal dawn id-dazji, li seħħew sas-27 ta’ Frar 2016, iżda li l-likwidazzjoni (ta’ dazji antidumping u ħlasijiet oħra) sseħħ f’data wara t-28 ta’ Frar 2016 (irkupru a posteriori)?

2)

Is-sens tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda jista’ jkun differenti li kieku kellu jitqies li l-irkupru a posteriori joriġina minn ċertifikat, li l-estrazzjoni tiegħu ġie ordnat, permezz ta’ digriet tal-21 ta’ April 2017, mill-proċedura ta’ investigazzjoni kriminali bbażata fuq il-provi prodotti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni OLAF CASE OF/2010/0697, AM 2010/016-(2012)S01, fejn jiġi konkluż li l-merkanzija esportata lejn il-Komunità Ewropea stivata fil-kontenituri […] u […] fit-3 ta’ April 2010 u fil-kontenituri […] u […] fl-24 ta’ April 2010, kienu ta’ oriġini mhux preferenzjali Ċiniża?


(1)  ĠU 2016, L 52, p. 24.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/42


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – DocLX Travel Events GmbH vs Verein für Konsumenteninformation

(Kawża C-414/22)

(2022/C 359/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof (l-Awstrija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DocLX Travel Events GmbH

Konvenut: Verein für Konsumenteninformation

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjaġġatur għandu f’kull każ id-dritt li jxolji l-kuntratt mingħajr ħlas – indipendentement mid-data li fiha huwa jiddikjara x-xoljiment tal-kuntratt – jekk iċ-ċirkustanzi inevitabbli u eċċezzjonali li għandhom konsegwenzi sinjifikattivi fuq l-eżekuzzjoni tal-pakkett tal-ivvjaġġar effettivament seħħew fid-data (prevista) tal-bidu tal-vjaġġ?

2)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjaġġatur jista’ jinvoka d-dritt li jxolji l-kuntratt mingħajr ħlas meta, fid-data li fiha huwa jiddikjara x-xoljiment tal-kuntratt, ikun mistenni li jseħħu ċirkustanzi inevitabbli u eċċezzjonali?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/42


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fl-20 ta’ Ġunju 2022 – JD vs Acerta – Caisse d’assurances sociales ASBL, Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), État belge

(Kawża C-415/22)

(2022/C 359/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JD

Konvenuti: Acerta – Caisse d’assurances sociales ASBL, Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), État belge

Domanda preliminari

Il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni Ewropea bbażat fuq l-uniċità tal-iskema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għall-ħaddiema, impjegati jew dawk li jaħdmu għal rashom, attivi jew irtirati, jipprekludi jew le lill-Istat Membru ta’ residenza milli jimponi, bħal f’dan il-każ, l-issuġġettar ta’ uffiċjal irtirat tal-Kummissjoni Ewropea, li jeżerċita attività indipendenti, għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ residenza u l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet soċjali purament abbażi ta’ “solidarjetà”, filwaqt li dan l-uffiċjal irtirat huwa suġġett għall-iskema obbligatorja ta’ sigurtà soċjali tal-Unjoni u ma jieħu ebda benefiċċju, la f’termini ta’ benefiċċji kontributorji, u lanqas f’termini ta’ benefiċċji mhux kontributorji, mill-iskema nazzjonali li għaliha huwa suġġett b’mod obbligatorju?


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/43


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance du Luxembourg (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – SA Cezam vs État belge

(Kawża C-418/22)

(2022/C 359/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance du Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SA Cezam

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

1)

It-tieni punt tal-Artikolu 62, l-Artikoli 63, 167, 206, 250 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif interpretat, b’mod partikolari, fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2019 EN.SA (C-712/17), moqri flimkien mal-prinċipju ta’ newtralità, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 70, § 1 tal-Code de la TVA (il-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud), l-Artikolu 1 u l-Intestatura V tat-Tabella G annessa mal-arrêté royal no 41 fixant le montant des amendes fiscales proportionnelles en matière de taxe sur la valeur ajoutée (id-Digriet Irjali Nru 41 li Jistabbilixxi l-Ammont tal-Multi Fiskali Proporzjonali fil-Qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud), li bis-saħħa tagħha fil-każ ta’ ineżattezzi kkonstatati waqt il-verifika tal-kontabbiltà fir-rigward tal-kontenut tagħha, sabiex jiġu ssanzjonati t-tranżazzjonijiet taxxabbli li ma ġewx irreġistrati, kompletament jew parzjalment, u fir-rigward ta’ ammont ogħla minn EUR 1 250, il-ksur huwa ssanzjonat b’multa fil-forma ta’ somma f’daqqa mnaqqsa b’20 % tat-taxxa dovuta, mingħajr ma huwa possibbli, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, li titnaqqas minnha t-taxxa tal-input, minħabba li din tal-aħħar ma tnaqqsitx peress li ma ġietx iddikjarata u meta skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Digriet Irjali Nru 41, l-iskala ta’ tnaqqis prevista fit-Tabelli A sa J tal-anness għal dan id-digriet hija applikabbli biss sakemm il-ksur issanzjonat ikun twettaq mingħajr l-intenzjoni ta’ evażjoni jew li tiġi ffaċilitata l-evażjoni tat-taxxa?

2)

Ir-risposta għad-domanda hija affettwata mill-fatt li l-persuna taxxabbli tkun ħallset l-ammont tat-taxxa dovuta, b’mod volontarju jew le, sussegwentement għall-verifika sabiex tirregolarizza l-pagament insuffiċjenti tat-taxxa u, għaldaqstant, mill-fatt li jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-ġbir eżatt tagħha?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/43


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2022 mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-750/20, Correia vs KESE

(Kawża C-423/22 P)

(2022/C 359/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, A. Carvajal García-Valdecasas, L. Camarena Januzec, aġenti, u B. Wägenbaur, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Paula Correia

Talbiet

1.

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 sa fejn tiddikjara t-talba għal kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera ammissibbli u tiċħad il-konklużjonijiet tal-appellant fl-ewwel istanza;

2.

Tikkundanna lill-parti l-oħra fil-kawża tbati l-ispejjeż tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-appell tiegħu, il-KESE jsostni ksur tal-kunċett ta’ terminu raġonevoli biex tiġi ppreżentata talba għal kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera, kif ukoll tal-ġurisprudenza dwar il-provi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk it-terminu huwiex raġonevoli.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq klassifikazzjoni legali żbaljata. Il-Qorti Ġenerali żnaturat parti mill-kontenut tar-risposta u tal-kontroreplika u wettqet klassifikazzjoni inkompleta tal-fatti kif ukoll klassifikazzjoni legali inkompleta.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/44


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta’ Ġunju 2022 – Scuola europea di Varese vs PD e LC, bħala persuni li jeżerċitaw l-awtorità ta’ ġenituri fuq il-wild NG

(Kawża C-431/22)

(2022/C 359/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Scuola europea di Varese

Konvenuti: PD u LC, bħala persuni li jeżerċitaw l-awtorità ta’ ġenituri fuq il-wild NG

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, magħmula fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1994, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Bord ta’ l-Ilmenti imsemmi hemmhekk għandu kompetenza esklużiva tal-ewwel u l-aħħar istanza sabiex jiddeċiedi, wara l-eżawriment tal-proċedura amministrattiva prevista mir-Regoli Ġenerali [tal-Iskejjel Ewropej], dwar kwalunkwe tilwima relatata mad-deċiżjoni tar-ripetizzjoni ta’ sena meħuda mill-kunsill tal-klassi fir-rigward ta’ student taċ-ċiklu sekondarju?


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/44


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fit-30 ta’ Ġunju 2022 – AS “Latvijas valsts meži” vs Dabas aizsardzības pārvalde, Vides pārraudzības valsts birojs, il-parti l-oħra fil-kawża hija Valsts meža dienests

(Kawża C-434/22)

(2022/C 359/53)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AS “Latvijas valsts meži”

Konvenuti: Dabas aizsardzības pārvalde, Vides pārraudzības valsts birojs

Parti oħra fil-proċedura: Valsts meža dienests

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “proġett” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) jinkludi wkoll l-attivitajiet imwettqa f’żona forestali sabiex tiġi żgurata l-manutenzjoni tal-infrastrutturi ta’ protezzjoni tal-foresti min-nirien f’din iż-żona, konformement mar-rekwiżiti previsti mil-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nirien?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-attivitajiet imwettqa f’żona forestali sabiex tiġi żgurata l-manutenzjoni tal-infrastrutturi ta’ protezzjoni tal-foresti min-nirien f’din iż-żona, konformement mar-rekwiżiti previsti mil-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nirien, għandhom jitqiesu, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2), bħala proġett direttament marbut [jew] neċessarju għall-ġestjoni tas-sit inkwistjoni, b’tali mod li dawn l-attivitajiet ma humiex suġġetti għall-proċedura ta’ evalwazzjoni taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni ta’ importanza għall-Komunità (Natura 2000)?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 jinkludi wkoll l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni tal-pjanijiet u proġetti (attivitajiet) li, filwaqt li ma humiex direttament marbuta jew neċessarji għall-ġestjoni taż-żona speċjali ta’ konservazzjoni inkwistjoni, jista’ jkollhom impatt sinjifikattiv fuq iż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni ta’ importanza għall-Komunità (Natura 2000), iżda li madankollu jitwettqu b’osservanza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti fil-qasam tal-protezzjoni u tal-ġlieda kontra n-nirien forestali?

4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, tali attività tista’ titwettaq u tiġi konkluża qabel l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ evalwazzjoni ex post taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni ta’ importanza għall-Komunità (Natura 2000)?

5)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, sabiex jiġu evitati effetti sinjifikattivi possibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu l-kumpens għad-dannu u jadottaw miżuri, jekk il-portata tal-effetti ma jkunx ġie evalwat matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni ta’ importanza għall-Komunità (Natura 2000)?


(1)  ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/45


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fl-1 ta’ Lulju 2022 – Asociación para la Conservación y Estudio del Lobo Ibérico (ASCEL) vs Administración de la Comunidad Autónoma de Castilla y León

(Kawża C-436/22)

(2022/C 359/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Asociación para la Conservación y Estudio del Lobo Ibérico (ASCEL)

Konvenut: Administración de la Comunidad Autónoma de Castilla y León

Domandi preliminari

Sa fejn kull miżura meħuda minn Stat Membru abbażi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-habitat”) għandu jkollha bħala għan, skont l-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva, li jiġu żgurati ż-żamma jew l-istabbiliment mill-ġdid, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-ispeċi ta’ annimali ta’ interess Komunitarju, bħalma huwa l-lupu (canis lupus),

1)

id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2), kif ukoll tal-Artikoli 4, 11, 12, 14, 16 u 17 tad-Direttiva dwar il-habitat jipprekludu li, skont liġi ta’ komunità awtonoma (il-Ley 4/1996 de Caza de Castilla y León (il-Liġi Nru 4/1996 ta’ Castilla y León dwar il-Kaċċa), tat-12 ta’ Lulju 1996, u sussegwentement il-Ley 4/2021 de Caza y de Gestión Sostenible de los Recursos Cinegéticos de Castilla y León (il-Liġi Nru 4/2021 ta’ Castilla y León dwar il-Kaċċa u l-Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi tal-Kaċċa), tal-1 ta’ Lulju 2021), il-lupu huwa identifikat bħala speċi li tista’ tkun is-suġġett tal-kaċċa, b’tali mod li l-isfruttament lokali tal-lupu fit-territorji miftuħa għall-kaċċa kien ġie awtorizzat matul l-istaġuni 2019/2020, 2020/2021 u 2021/2022, u dan filwaqt li, skont ir-rapport għall-perijodu ta’ sitt snin bejn l-2013 u l-2018, li r-Renju ta’ Spanja bagħat lill-Kummissjoni Ewropea fl-2019, l-istat ta’ konservazzjoni tal-lupu huwa “sfavorevoli u inadegwat”, li wassal lill-Istat (l-Istat Membru, Artikolu 4 tad-Direttiva dwar il-habitat) sabiex jinkludi l-popolazzjonijiet Spanjoli kollha tal-lupu fil-lista tal-ispeċi selvaġġi li huma s-suġġett ta’ sistema ta’ protezzjoni speċjali u fir-reġistru Spanjol ta’ speċi mhedda, b’mod li ta protezzjoni stretta anki lill-popolazzjoni li jinsabu fit-Tramuntana tax-xmara Duero?

2)

huwa kompatibbli ma’ dan l-għan li l-lupu jingħata protezzjoni differenti skont jekk jinsabx fit-Tramuntana jew fin-Nofsinhar tax-xmara Duero, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni (i) il-fatt li, minn perspettiva xjentifika, din id-distinzjoni llum il-ġurnata titqies li hija inadegwata, (ii) l-evalwazzjoni sfavorevoli tal-istat ta’ konservazzjoni tal-lupu fit-tliet reġjuni fejn jinsab fi Spanja, jiġifieri fir-reġjun tal-Alpi, tal-Atlantiku u tal-Mediterran, matul il-perijodu bejn l-2013 u l-2018, (iii) il-fatt li din hija speċi li tgawdi minn protezzjoni stretta prattikament fl-Istati Membri kollha u, b’mod partikolari, fil-Portugall, li miegħu huwa kondiviż wieħed minn dawn ir-reġjuni, u (iv) il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-firxa naturali u l-portata territorjali li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat l-istat ta’ konservazzjoni tal-lupu, u dan filwaqt li jitqies li jkun iktar konformi mad-Direttiva dwar il-habitat u li ma jkunx hemm ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tagħha jekk il-lupu jiġi inkluż fl-Annessi II u IV mingħajr ma ssir distinzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tax-xmara Duero, b’tali mod li l-qbid u l-qtil tal-lupu jkunu possibbli biss meta ma jkun hemm ebda soluzzjoni sodisfaċenti oħra fis-sens tal-Artikolu 16 u konformement mar-rekwiżiti ta’ dan l-artikolu?

Fil-każ li jitqies li din id-distinzjoni hija ġġustifikata,

3)

il-kelma “sfruttament” li tinsab fl-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-habitat tinkludi l-isfruttament fil-kuntest tal-kaċċa tal-lupu fid-dawl tal-importanza partikolari ta’ din l-ispeċi (li għandha prijorità fiż-żoni territorjali l-oħra), u fid-dawl tal-fatt li l-kaċċa għal-lupu kienet awtorizzata sal-lum il-ġurnata u tal-fatt li ġie kkonstatat li s-sitwazzjoni tiegħu għall-perijodu bejn l-2013 u l-2018 kienet sfavorevoli?

4)

l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-habitat jipprekludi l-identifikazzjoni, permezz ta’ leġiżlazzjoni, tal-lupu fit-Tramuntana tax-xmara Duero bħala speċi li tista’ tkun is-suġġett tal-kaċċa (Artikolu 7 u Anness I tal-Liġi Nru 4/1996 ta’ Castilla y León dwar il-Kaċċa, tat-12 ta’ Lulju 1996, u Artikolu 6 u Anness I tal-Liġi Nru 4/2021 ta’ Castilla y León dwar il-Kaċċa u l-Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi tal-Kaċċa, tal-1 ta’ Lulju 2021), kif ukoll l-adozzjoni ta’ pjan ta’ sfruttament lokali tal-lupu fit-territorji territorji miftuħa għall-kaċċa li jinsabu fit-Tramuntana tax-xmara Duero fir-rigward tal-istaġuni 2019/2020, 2020/2021 u 2021/2022 mingħajr ma tkun ippreżentata d-data li tippermetti li jiġi evalwat jekk is-sorveljanza prevista fl-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva kinitx ġiet implimentata, mingħajr it-twettiq, sa mill-2012/2013, ta’ ċensimenti u mingħajr ma tingħata informazzjoni suffiċjenti, oġġettiva, xjentifika u aġġornata fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-lupu fil-fajl li fuqu kienet ibbażata l-adozzjoni tal-pjan ta’ sfruttament lokali, u dan filwaqt li, għall-perijodu bejn l-2013 u l-2018, fit-tliet reġjuni fejn il-lupu jinsab fi Spanja, jiġifieri fir-reġjun tal-Alpi, tal-Atlantiku u tal-Mediterran, l-evalwazzjoni tal-istat ta’ konservazzjoni tiegħu hija sfavorevoli?

5)

skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 11 u 17 tad-Direttiva dwar il-habitat, ir-rapporti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-istat ta’ konservazzjoni tal-lupu (il-livelli ta’ popolazzjoni attwali u reali, it-tqassim ġeografiku attwali, ir-rata ta’ riproduzzjoni, eċċ), jiġu stabbiliti mill-Istat Membru kull sitt snin jew, jekk ikun meħtieġ, f’perijodu iqsar, permezz ta’ kumitat xjentifiku bħalma huwa dak maħluq permezz tar-Real Decreto 139/2011 (id-Digriet Irjali Nru 139/2011), fid-dawl tal-fatt li l-popolazzjonijiet tal-ispeċi kkonċernata jinsabu fit-territorju ta’ diversi komunitajiet awtonomi u tal-ħtieġa li jiġu evalwati “fuq livell ikbar” il-miżuri li jikkonċernaw popolazzjoni lokali, konformement mas-sentenza tal-10 ta’ Ottubru 2019, Luonnonsuojeluyhdistys Tapiola (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

(2)  C-674/17, EU:C:2019:851.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/47


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 mir-Repubblika tas-Slovenja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-392/20, Petra Flašker vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-447/22 P)

(2022/C 359/55)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: B. Jovin Hrastnik)

Partijiet oħra fil-proċedura: Petra Flašker, il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla għal kollox is-sentenza tal-Qorti Ġenerali,

tiċħad ir-rikors, u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza tbati l-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla għal kollox is-sentenza tal-Qorti Ġenerali u

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 108(2) u (3) TFUE u l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), iddefinixxiet b’mod ħażin il-firxa tal-obbligi li jaqgħu fuq il-Kummissjoni waqt il-fażi tal-eżami preliminari tal-miżura nnotifikata u evalwat b’mod ħażin l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li l-Kummissjoni ffaċċjat fl-evalwazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, jiġifieri l-attivi taħt il-ġestjoni li Lekarna Ljubljana p.o. u Lekarna Ljubljana akkwistaw wara l-1979.

2.

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod ħażin il-liġi billi klassifikat b’mod żbaljat fil-liġi l-fatti u billi kkonkludiet b’mod żbaljat li, fir-rigward tal-attivi li ngħataw taħt ġestjoni lil Lekarna Ljubljana p.o. fl-1979 u li ġew ittrasferiti lil Lekarna Ljubljana fl-1997, il-Kummissjoni kienet qiegħda taffaċċja diffikultajiet serji u għalhekk kellha tibda f’din il-kawża il-proċedura ta’ eżami prevista mill-Artikolu 108(2) TFUE.

3.

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod ħażin il-liġi billi ma pprovdietx raġunijiet suffiċjenti għas-sentenza.

4.

Il-Qorti Ġenerali kisret il-proċedura billi ħadet inkunsiderazzjoni, minn naħa, l-ilmenti ġenerali tal-rikorrenti, iżda billi min-naħa l-oħra ma ħaditx inkunsiderazzjoni tal-indikazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-risposta tagħha. Billi għamlet dan, id-dritt tal-Kummissjoni għal rikors effettiv u għal qorti imparzjali ġie miksur, u dan affettwa fl-istess ħin l-interessi tal-appellanti.


(1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/48


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 minn Stiftung für Forschung und Lehre (SFL) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno u SFL vs SRB

(Kawża C-448/22 P)

(2022/C 359/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Stiftung für Forschung und Lehre (SFL) (rappreżentanti: R. Pelayo Jiménez u A. Muñoz Aranguren, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), Ir-Renju ta’ Spanja, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Banco Santander, SA, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, it-Tielet Awla Estiża, tal-1 ta’ Jannar 2022, kif ukoll id-deċiżjoni tas-sessjoni eżekuttiva tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, S.A.;

2.

sussidjarjament, u fil-każ li tqis li l-istat tal-proċedura ma jippermettix li tingħata deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-mertu tal-kawża, tannulla s-sentenza appellata, u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tagħti sentenza ġdida konformement mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja;

3.

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura, kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikors għal annullament sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali, u tikkundanna lil BANCO SANTANDER għall-ispejjeż rispettivi tiegħu fiż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur fis-sentenza appellata tad-dritt għal rimedju effettiv (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), kif ukoll tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikoli 76(d) u 103(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, kif ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti EDB dwar id-dritt għal smigħ xieraq (użu ta’ provi rilevanti u aċċess għall-ġustizzja).

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur fis-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tad-dritt għal rimedju effettiv (Artikolu 47 tal-Karta), tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 103(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ prudenza applikat għall-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-riżoluzzjoni tas-SRB, li ma ġiex irrimedjat mis-sentenza appellata, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet (Artikolu 47 tal-Karta).

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur mis-sentenza appellata tal-Artikoli 17 u 52 tal-Karta, kif ukoll fuq interpretazzjoni contra legem tal-Artikolu 20(16) tar-Regolament 806/2014 (1).

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament 806/2014, sa fejn is-sentenza appellata tikkonstata li l-eżistenza ta’ miżuri ta’ intervent bikrija li setgħu jevitaw il-falliment ta’ Banco Popular kienu jimplikaw in-nullità tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn ma ġietx iddikjarata l-eżistenza ta’ linja ta’ likwidità ta’ urġenza suffiċjenti sabiex tiġi affrontata l-kriżi ta’ likwidità tal-Banco Popular, approvata mill-Banco de España u mill-BĊE. Ksur tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 20(1) u 20(5)(b) tar-Regolament 806/2014, sa fejn is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tikkonstata li Deloitte kienet tissodisfa l-kundizzjoni ta’ “espert indipendenti”.

It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament 806/2014 u tal-Artikolu 39(2)(b), (d) u (f) tad-Direttiva 2014/59 (2) fis-sentenza appellata minħabba nuqqas ta’ osservazzjoni tal-obbligu li jiġi mmassimizzat il-prezz tal-bejgħ fil-proċess ta’ riżoluzzjoni u li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ trasparenza fir-rigward tal-offerenti kkonċernati.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/49


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgeright Ravensburg (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Lulju 2022 – VX u AT vs Gemeinde Ummendorf

(Kawża C-456/22)

(2022/C 359/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgeright Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VX, AT

Konvenut: Gemeinde Ummendorf

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ dannu mhux materjali previst fl-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rikonoxximent ta’ ta’ dannu mhux materjali jeħtieġ żvantaġġ sinjifikattiv u preġudizzju li jista’ jiġi kkonstatat b’mod oġġettiv ta’ interessi personali jew għal dan il-għan huwa biżżejjed li s-suġġett tad-data jitlef, anki għal żmien qasir, kontroll fuq id-data personali tiegħu minħabba l-pubblikazzjoni ta’ data personali fuq l-internet għal perijodu ta’ ftit jiem, li ma twassal għal ebda konsegwenza sinjifikattiva jew żvantaġġjuża għas-suġġett tad-data?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/49


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-459/22)

(2022/C 359/58)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: W. Roels, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħoġobha:

tikkonstata li, billi adotta u billi żamm fis-seħħ il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ kapital ta’ pensjoni kif previsti fl-Artikoli 19a(1)(d) u 19b(1) u (2) tal-Wet op de Loonbelasting 1964 (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Pagi tal-1964), fl-Artikolu 40c tal-Uitvoeringsregeling Invorderingswet (id-Digriet li Jimplimenta l-Liġi dwar il-Ġbir tat-Taxxi), fl-Artikolu 10d(3) tal-Uitvoeringsbesluit Loonbelasting 1965 (id-Deċiżjoni li Timplimenta l-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Pagi tal-1965) kif ukoll fl-Anness IV tal-besluit DGB2012/7010M inzake internationale aspecten van pensioenen (id-Deċiżjoni DGB2012/7010M dwar l-Aspetti Internazzjonali tal-Pensjonijiet), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas mill-obbligi imposti fuqu permezz tal-Artikoli 45, 56 u 63 TFUE;

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi rigward il-kundizzjonijiet għal trasferiment ta’ kapital ta’ pensjoni akkumulat fl-hekk imsejjaħ “tieni pilastru”, jiġifieri l-kumulu tal-pensjoni supplimentari permezz tal-persuna li timpjega, hija inkompatibbli mal-moviment liberu tal-ħaddiema, mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u mal-moviment liberu tal-kapital. Minkejja li dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għat-trasferimenti nazzjonali u barranin, huma ssodisfatti iktar faċilment mill-fornituri nazzjonali ta’ servizzi ta’ pensjoni milli mill-fornituri barranin ta’ servizzi ta’ pensjoni li jixtiequ joffru servizzi ta’ pensjoni fl-Istat Membru ta’ stabbiliment proprju tagħhom lil ħaddiema li huma impjegati hemmhekk u li preċedentement akkumulaw kapital ta’ pensjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi. Jekk il-kundizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ma jiġux issodisfatti, il-kapital ta’ pensjoni akkumulat fil-Pajjiżi l-Baxxi jiġi suġġett għat-taxxa.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/50


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Lulju 2022 – BM vs LO

(Kawża C-462/22)

(2022/C 359/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BM

Konvenut: LO

Domanda preliminari

Il-perijodu ta’ stennija ta’ sena jew ta’ sitt xhur imsemmi fil-ħames u s-sitt inċiżi tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1), jibda jiddekorri għall-applikant biss minn meta huwa jkun stabbilixxa r-residenza abitwali tiegħu fl-Istat Membru tal-qorti adita jew huwa biżżejjed li fil-bidu tal-perijodu ta’ stennija rilevanti jkun hemm biss sempliċi residenza tal-applikant fl-Istat tal-qorti adita u li r-residenza tiegħu, biss wara dan, issir residenza abitwali matul il-perijodu sal-preżentata tal-applikazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/51


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2022 minn Finanziaria d'investimento Fininvest SpA (Fininvest) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fil-11 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-913/16, Finanziaria d’investimento Fininvest SpA (Fininvest), Silvio Berlusconi vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża C-512/22 P)

(2022/C 359/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Finanziaria d'investimento Fininvest SpA (Fininvest) (rappreżentanti: M. Carpinelli, R. Vaccarella, A. Baldaccini, A. Saccucci, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea, Silvio Berlusconi

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1)

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju 2022;

2)

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2016;

3)

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma tistax tagħti deċiżjoni f’dan l-istadju, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju 2022 u tibgħat il-kawża lura quddiem awla oħra ta’ din l-istess Qorti Ġenerali;

4)

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż tal-istanza, inkluż fir-rigward tal-ewwel istanza;

5)

bħala miżura istruttorja, jekk dan jitqies neċessarju, tordna l-miżuri ta’ organizzazzjoni jew ta’ istruzzjoni xierqa għad-depożitu tal-proċess verbal tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali tas-16 ta’ Settembru 2021 u r-reġistrazzjoni awdjo tas-seduta.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju. Żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-effetti tal-kontroll eżerċitat mill-appellanti fuq Banca Mediolanum – Żball manifest ta’ evalwazzjoni u żnaturament tal-fatti fir-rigward tal-akkwist ta’ holding kwalifikanti – Sostituzzjoni leġittima tal-motivi tal-miżura kkontestata – Ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju – Żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatt ta’ “akkwist” ta’ holding kwalifikanti fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt nazzjonali – Nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Kontradizzjoni tal-motivi – Eċċess ta’ poter.

Il-motiv huwa maqsum f’sitt partijiet, li jirrigwardaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

(A)

il-konstatazzjoni tal-kontroll konġunt fuq Banca Mediolanum eżerċitat, “qabel l-amalgamazzjoni inkwistjoni”, mill-appellanti permezz ta’ patt parasoċjali stuplat ma’ Fin. Prog. L-Italja: Evalwazzjoni żbaljata tal-konsegwenzi;

(B)

Berlusconi bħala detentur ta’ holding kwalifikanti f’Banca Mediolanum: rikostruzzjoni żbaljata tas-sekwenza “miżura tal-Banca d’Italia tas-7.10.2014” – “amalgamazzjoni” – “sentenza tal-Consiglio di Stato tat-3.03.2016”; Żnaturament tal-fatti u żball ta’ liġi manifest;

(C)

is-sostituzzjoni, mill-Qorti Ġenerali, ta’ motivazzjoni speċifika għal dik tal-awtur tal-att ikkontestat: Ksur tal-Artikoli 263 u 264 TFUE;

(D)

il-kunċett ġdid Ewropew ta’ akkwist ta’ holding kwalifikanti: Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali;

(E)

il-ħolqien mill-Qorti Ġenerali ta’ sitwazzjoni mhux prevista mil-leġiżlazzjoni Ewropea;

(F)

id-distinzjoni bejn holding kwalifikanti indiretta u holding kwalifikanti diretta: Ksur tal-Artikolu 22 tad-DRK IV u tal-Artikolu 22 tat-Test Uniku tal-Liġi dwar il-Banek u l-Kreditu (TUB).

It-tieni aggravju. Żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-preżunta leġittimità tad-Direttiva 2013/36/UE (1) – Ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti u tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali – Natura kontradittorja manifesta tal-motivazzjoni.

It-tielet aggravju. Żball ta’ liġi – Ksur tal-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata u tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali – Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (riferiment għad-disa’ aggravju) – Nuqqas ta’ motivazzjoni

Ir-raba’ aggravju. Żbalji ta’ liġi dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni interna li tittrasponi d-Direttiva 2013/36/UE – Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatt deċiżiv li seħħ fil-mori tal-kawża (riabilitazzjoni) li jwassal awtomatikament għar-rijabilitazzjoni tar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni.

L-aggravju jinqasam f’erba’ partijiet, li jirrigwardaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

(A)

in-nuqqas ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tal-Artikolu 23(1) tad-DRK IV u, fi kwalunkwe każ, l-illegalità tad-Digriet Ministerjali Nru 144/1998;;

(B)

in-nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-lista (ta’ dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati għall-finijiet ta’ awtorizzazzjoni) prevista fl-Artikolu 23(4) tad-DRK IV;

(C)

in-nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-Guidelines tal-2008;

D)

Id-digriet ta’ riabilitazzjoni miksub minn Silvio Berlusconi: Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatt deċiżiv li seħħ fil-mori tal-kawża li jwassal awtomatikament għar-rijabilitazzjoni tar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni.

Il-ħames aggravju. Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2013/36/UE f’dak li jirrigwarda r-rilevanza tal-kundizzjoni ta’ influwenza possibbli tal-kandidat għall-akkwist f’każ ta’ telf tar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba stabbiliti mil-leġiżlazzjoni interna.

Is-sitt aggravju. Żbalji ta’ liġi dwar ir-rilevanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE f’dak li jirrigwarda l-allegat awtomatiżmu li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni interna ta’ traspożizzjoni – Projbizzjoni ta’ awtomatiżmu – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni.

Is-seba’ aggravju. Żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (2) u tal-Artikolu 32(1) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (3)– Ksur tad-dritt intern applikabbli – Ksur tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta – Motivazzjoni manifestament illoġika u kontradittorja.

It-tmien aggravju. Illegalità tat-terminu mqassar (3 ijiem) previst fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet – Ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt korrispondenti li jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri – Motivazzjoni kontradittorja u manifestament illoġika – Nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ta’ raġonevolezza u proporzjonalità tat-terminu u n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li teżerċita ġurisdizzjoni f’dan ir-rigward

Id-disa’ aggravju. Żbalji ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 84 tar-Regoli tal-Proċedura fir-rigward tal-motivi l-ġodda ppreżentati wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2018 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ “punt ta’ liġi ġdid”, motivazzjoni insuffiċjenti u manifestament illoġika – Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta – Nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ eżami ex officio tal-motivi

L-għaxar aggravju. Żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-motiv ibbażat fuq il-konklużjoni pożittiva tal-probation lis-servizzi soċjali – Motivazzjoni manifestament illoġika – Ksur tad-dritt intern – Ksur tal-Artikolu 84. Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta – Nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ eżami ex officio tal-motiv.

Il-ħdax-il aggravju. Ksur tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament Nru 10355/2021 dwar l-inammissibbiltà tal-provi ġodda – Żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tar-rilevanza għad-deċiżjoni, tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2018 u tas-sentenza tal-Awli magħquda tal-Corte di Cassazione (il-Qorti tal-Kassazzjoni) Nru 10355/2021 – Nuqqas ta’ eżami ta’ dokument deċiżiv għall-ammissibbiltà tal-motivi l-ġodda – Ksur tad-drittijiet tad-difiża u b’mod partikolari tal-Artikolu 47 tal-Karta.


(1)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU 2013, L 176, p. 338, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 73, ĠU 2017, L 20, u l-ĠU 2020, L 203, p. 95).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

(3)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU 2014, L 141, p. 1).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/53


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2022 minn Silvio Berlusconi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fil-11 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-913/16, Finanziaria d’investimento Fininvest SpA (Fininvest), Silvio Berlusconi vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża C-513/22 P)

(2022/C 359/61)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Silvio Berlusconi (rappreżentant: A. Di Porto, N. Ghedini, B. Nascimbene, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea, Finanziaria d'investimento Fininvest SpA (Fininvest)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju 2022;

2.

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2016;

3.

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma tistax tagħti deċiżjoni f’dan l-istadju, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju 2022 u tibgħat il-kawża lura quddiem awla oħra ta’ din l-istess Qorti Ġenerali;

4.

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż tal-istanza, inkluż fir-rigward tal-ewwel istanza;

5.

bħala miżura istruttorja,

(a)

tordna li jiddaħħlu fil-proċess id-dokumenti ddikjarati inammissibbli jew irriċevibli mill-Qorti Ġenerali; u

(b)

jekk dan jitqies neċessarju, tordna l-miżuri ta’ organizzazzjoni jew ta’ istruzzjoni xierqa għad-depożitu tal-proċess verbal tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali tas-16 ta’ Settembru 2021 u r-reġistrazzjoni awdjo tas-seduta.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju. Żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-effetti tal-kontroll eżerċitat mill-appellant fuq Banca Mediolanum – Żball manifest ta’ evalwazzjoni u żnaturament tal-fatti fir-rigward tal-akkwist ta’ holding kwalifikanti – Sostituzzjoni leġittima tal-motivi tal-miżura kkontestata – Ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju – Żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatt ta’ “akkwist” ta’ holding kwalifikanti fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt nazzjonali – Nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Kontradizzjoni tal-motivi – Eċċess ta’ poter.

Il-motiv huwa maqsum f’sitt partijiet, li jirrigwardaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

(A)

il-konstatazzjoni tal-kontroll konġunt fuq Banca Mediolanum eżerċitat, “qabel l-amalgamazzjoni inkwistjoni”, minn Fininvest u minn Silvio Berlusconi permezz ta’ patt parasoċjali stuplat ma’ Fin. Prog. L-Italja: Evalwazzjoni żbaljata tal-konsegwenzi;

(B)

S. Berlusconi bħala detentur ta’ holding kwalifikanti f’Banca Mediolanum: rikostruzzjoni żbaljata tas-sekwenza “miżura tal-Banca d’Italia tas-7.10.2014” – “amalgamazzjoni” – “sentenza tal-Consiglio di Stato tat-3.03.2016”; Żnaturament tal-fatti u żball ta’ liġi manifest;

(C)

is-sostituzzjoni, mill-Qorti Ġenerali, ta’ motivazzjoni speċifika għal dik tal-awtur tal-att ikkontestat: Ksur tal-Artikoli 263 u 264 TFUE;

(D)

il-kunċett ġdid Ewropew ta’ akkwist ta’ holding kwalifikanti: Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali;

(E)

il-ħolqien mill-Qorti Ġenerali ta’ sitwazzjoni mhux prevista mil-leġiżlazzjoni Ewropea;

(F)

id-distinzjoni bejn holding kwalifikanti indiretta u holding kwalifikanti diretta: Ksur tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/36/UE u tal-Artikolu 22 tat-Test Uniku tal-Liġi dwar il-Banek u l-Kreditu (TUB).

It-tieni aggravju. Żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-preżunta leġittimità tad-Direttiva 2013/36/UE (1) – Ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti u tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali – Natura kontradittorja manifesta tal-motivazzjoni.

It-tielet aggravju. Żball ta’ liġi – Ksur tal-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata u tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali – Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (riferiment għad-disa’ aggravju) – Nuqqas ta’ motivazzjoni

Ir-raba’ aggravju. Żbalji ta’ liġi dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni interna li tittrasponi d-Direttiva 2013/36/UE – Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatt deċiżiv li seħħ fil-mori tal-kawża (riabilitazzjoni) li jwassal awtomatikament għar-rijabilitazzjoni tar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni.

L-aggravju jinqasam f’erba’ partijiet, li jirrigwardaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

(A)

in-nuqqas ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u, fi kwalunkwe każ, l-illegalità tad-Digriet Ministerjali Nru 144/1998;

(B)

in-nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-lista (ta’ dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati għall-finijiet ta’ awtorizzazzjoni) prevista fl-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(C)

in-nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-Guidelines tal-2008;

(D)

Id-digriet ta’ riabilitazzjoni miksub minn Silvio Berlusconi: Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatt deċiżiv li seħħ fil-mori tal-kawża li jwassal awtomatikament għar-rijabilitazzjoni tar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni.

Il-ħames aggravju. Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2013/36/UE f’dak li jirrigwarda r-rilevanza tal-kundizzjoni ta’ influwenza possibbli tal-kandidat għall-akkwist f’każ ta’ telf tar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba stabbiliti mil-leġiżlazzjoni interna.

Is-sitt aggravju. Żbalji ta’ liġi dwar ir-rilevanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE f’dak li jirrigwarda l-allegat awtomatiżmu li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni interna ta’ traspożizzjoni – Projbizzjoni ta’ awtomatiżmu – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni.

Is-seba’ aggravju. Żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (2) u tal-Artikolu 32(1) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (3)– Ksur tad-dritt intern applikabbli – Ksur tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta – Motivazzjoni manifestament illoġika u kontradittorja.

It-tmien aggravju. Illegalità tat-terminu mqassar (3 ijiem) previst fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet – Ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt korrispondenti li jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri – Motivazzjoni kontradittorja u manifestament illoġika – Nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ta’ raġonevolezza u proporzjonalità tat-terminu u n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li teżerċita ġurisdizzjoni f’dan ir-rigward.

Id-disa’ aggravju. Żbalji ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 84 tar-Regoli tal-Proċedura fir-rigward tal-motivi l-ġodda ppreżentati wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2018 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ “punt ta’ liġi ġdid”, motivazzjoni insuffiċjenti u manifestament illoġika – Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta – Nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ eżami ex officio tal-motivi

L-għaxar aggravju. Żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-motiv ibbażat fuq il-konklużjoni pożittiva tal-probation lis-servizzi soċjali – Motivazzjoni manifestament illoġika – Ksur tad-dritt intern – Ksur tal-Artikolu 84. Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta – Nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ eżami ex officio tal-motiv.

Il-ħdax-il aggravju. Ksur tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament Nru 10355/2021 dwar l-inammissibbiltà tal-provi ġodda – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni dwar ir-raġunijiet ġustifikattivi għad-dewmien – Żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tar-rilevanza għad-deċiżjoni tad-dokumenti dwar ir-rikorsi quddiem il-Qorti EDB, tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2018 u tas-sentenza tal-Awli magħquda tal-Corte di Cassazione (il-Qorti tal-Kassazzjoni) Nru 10355/2021 – Nuqqas ta’ eżami ta’ dokument deċiżiv għall-ammissibbiltà tal-motivi l-ġodda – Ksur tad-drittijiet tad-difiża u b’mod partikolari tal-Artikolu 47 tal-Karta.


(1)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU 2013, L 176, p. 338, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 73, ĠU 2017, L 20, u l-ĠU 2020, L 203, p. 95).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

(3)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU 2014, L 141, p. 1).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/55


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 minn Tirrenia di navigazione SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-593/20, Tirrenia di navigazione SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-514/22 P)

(2022/C 359/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Tirrenia di navigazione SpA (rappreżentanti: B. Nascimbene, F. Rossi Dal Pozzo, A. Moriconi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha::

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022, Kawża T-593/20.

2.

tiddikjara n-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1412 tat-2 ta’ Marzu 2020, limitatament għall-Artikoli 2, 3 u 4, u sussidjarjament għall-Artikoli 6 u 7 li jordnaw l-irkupru tal-allegata għajnuna billi tiddikjara dan l-irkupru immedjat u effettiv;.

3.

sussidjarjament għat-talba Nru 2 li l-kawża tiġi rrinvijata quddiem awla oħra tal-Qorti Ġenerali.

4.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-593/20, Tirrenia di Navigazione SpA vs Il-Kummissjoni, li ċaħdet it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni (UE) 2020/1412 tat-2 ta’ Marzu 2020, fir-rigward tal-Artikoli 2, 3 u 4, u sussidjarjament tal-Artikoli 6 u 7, li permezz tagħhom il-Kummissjoni kkonkludiet li ċerti miżuri relatati mal-appellanti kellhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli.

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti tikkritika l-ksur tal-Artikoli 107.1 u 108.2 tat-TFUE, kif ukoll tal- Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-2004.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u d-deċiżjoni tagħha hija nieqsa minn motivazzjoni peress li ssostni li l-appellanti naqset milli tiżgura l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 25(ċ) tal-Linji Gwida tal-2004.

L-appellanti, għall-kuntrarju, issostni li l-gvern Taljan kien (a) informa kif dovut lill-Kummissjoni bil-pjan ta’ privatizzazzjoni tal-fergħa tal-azjenda; (b) ikkonferma l-intenzjoni li jħallas lura l-għajnuna ta’ salvataġġ qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur bl-użu tar-rikavat tal-privatizzazzjoni; (ċ) ippubblika l-pjan ta’ stralċ fuq is-sit tal-internet tiegħu. Għalhekk, hija kien ippermetta lill-Kummissjoni tkun perfettament konxja mill-pjanijiet tiegħu li jipproċedi bil-privatizzazzjoni, bħala parti mill-pjan ta’ stralċ u, imbagħad, li jħallas lura l-għajnuna ta’ salvataġġ.

Skont l-appellanti, l-approċċ formalistiku adottat mill-Kummissjoni u kondiviż mill-Qorti Ġenerali jmur kontra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minqux fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll kuntrarju għall-prinċipju ta’ effettività.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti tikkritika l-ksur tal-Artikolu 107.1 TFUE u l-Artikolu 108.2 TFUE b’riferiment għal eżenzjonijiet mill-ħlas ta’ ċerti taxxi.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u d-deċiżjoni tagħha hija nieqsa minn raġunament fil-parti li fiha, fir-rigward tat-“taxxi indiretti”, hija tqis li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni fir-risposta tagħha hija fondata.

Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta evalwat l-applikabbiltà tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE għall-miżura kkontestata mill-appellanti u li għandha bħala suġġett l-eżenzjoni minn ċerti taxxi, u l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward huma nieqsa minn motivazzjoni.

Din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul tal-kumpanniji hija, fil-fatt, radikalment ikkundizzjonata għall-okkorrenza ta’ avvenimenti futuri u inċerti tali li s’issa żammew il-konsolidazzjoni ta’ kwalunkwe vantaġġ għall-appellanti u li jagħmluha kompletament possibbli, kif irrikonoxxut mid-deċiżjoni, li tali vantaġġ jista’ jseħħ fil-futur.

L-appellanti tqis ukoll li, minbarra n-nuqqas ta’ vantaġġ, huma neqsin ukoll elementi kostitwenti oħra tal-kunċett ta’ għajnuna: l-impatt tal-miżura fuq il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u d-dannu għall-kompetizzjoni.

Għalhekk, din l-eżenzjoni tmur lil hinn mill-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u għalhekk ma hijiex għajnuna mill-Istat.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti tikkritika l-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tat-tul tal-proċedura, kif ukoll il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u li d-deċiżjoni tagħha hija nieqsa minn motivazzjoni fil-parti li fiha ssostni li, b’mod ġenerali, il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1412 ma kellhiex tul ta’ żmien eċċessiv u li, għalhekk, il-prinċipji taċ-ċertezza legali, l-amministrazzjoni tajba u l-proporzjonalità ma ġewx miksura. B’riferiment għall-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-Qorti Ġenerali tqis li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni fir-risposta tagħha hija fondata u, meta tagħmel dan, tkun qiegħda twettaq żball ta’ liġi.

L-appellanti tqis ukoll li d-Deċiżjoni (UE) 2020/1412, f'konformità mal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u b'konformità mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ma setgħetx timponi l-irkupru tal-miżuri ta’ għajnuna kkontestati minn Tirrenia AS.

Għall-appellanti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tikkonstata ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji ġenerali msemmija qabel, kif ukoll tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti tikkritika n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li tinkludi prova fil-fajl ta’ investigazzjoni tagħha.

L-appellanti tilmenta li ma setgħetx tippreżenta fil-proċess tal-kawża, skont l-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2021, dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) li għalihom l-Italja u r-Reġjun ta’ Sardegna wettaq favur Saremar (C (2021) 6990 final), li l-appellanti rċeviet mingħand il-Kummissjoni wara talba għal aċċess għad-dokumenti.

Għall-appellanti, fid-dawl tar-rilevanza tad-deċiżjoni Saremar, in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ dawn il-provi addizzjonali fil-proċess ivvizzjat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, kemm minħabba l-fatt li seħħet bi ksur tar-Regoli tal-Proċedura tal-istess Qorti Ġenerali u l-obbligu ta’ motivazzjoni impost fuq kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea; u talli involva ksur ċar tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/57


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 minn Tirrenia di navigazione SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-601/20, Tirrenia di navigazione SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-515/22 P)

(2022/C 359/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Tirrenia di navigazione SpA (rappreżentanti: B. Nascimbene, F. Rossi Dal Pozzo, A. Moriconi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022, Kawża T-601/20.

2.

tiddikjara n-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020, limitatament għall-Artikoli 1(3) moqri flimkien mal-Artikolu 2.

3.

sussidjarjament għat-talba Nru 2 li l-kawża tiġi rrinvijata quddiem awla oħra tal-Qorti Ġenerali.

4.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022, fil-Kawża T-601/20, Tirrenia di Navigazione SpA vs Il-Kummissjoni, li ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020, limitata għall-Artikolu 1(3) moqri flimkien mal-Artikolu 2, li biha l-Kummissjoni ddikjarat “l-għajnuna lil Adriatica għall-perjodu minn Jannar 1992 sa Lulju 1994 fir-rigward tal-konnessjoni Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras”, li “daħlet fis-seħħ illegalment bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, hija inkompatibbli mas-suq intern” tat-TFUE.

Permezz tal-ewwel motiv, l-appellanti tilmenta dwar ksur proċedurali fir-rigward tat-terminu ta’ preskrizzjoni għall-irkupru tal-imgħax fuq għajnuna meqjusa illegali u inkompatibbli.

Għall-appellanti, il-Qorti Ġenerali ripetutament żbaljat: (a) meta emmnet li, fir-rigward tal-kontestazzjoni speċifika tan-nuqqas ta’ rkupru tal-imgħax relatat mal-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u s-26 ta’ Marzu 2007, il-preskrizzjoni ta’ għaxar snin ma skadietx; (b) billi tafferma li n-nuqqas ta’ kontestazzjoni ta’ dan il-ksur, li jirriżulta fi ksur ċar tal-prinċipju tal-kontradittorju u, għalhekk, tad-drittijiet tad-difiża, ma jistax jiġi kkritikat mill-appellanti, peress li jikkonċerna lill-Istat Membru kkonċernat.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti tikkritika l-klassifikazzjoni żbaljata tal-għajnuna bħala ġdida, l-illegalità tad-deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat bħala ġdida u inkompatibbli, kif ukoll il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Il-Qorti Ġenerali ma wrietx kif il-Kummissjoni, bid-deċiżjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020, irrimedjat id-difett li kien ikkontestat, bis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2009, Kawżi magħquda T-265/04, T-292/04 u T-504/04, kontra d-deċiżjoni tal-2004 (2005/163/KE).

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li l-Kummissjoni mliet in-nuqqas ta’ motivazzjoni misjuba fl-2009 u wriet bid-Deċiżjoni (UE) 2020/1411 li l-għotjiet tal-PSO mogħtija lil Adriatica huma għajnuna ġdida.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u li d-deċiżjoni tagħha hija nieqsa minn motivazzjoni fil-parti li fiha ssostni li l-Kummissjoni kklassifikat korrettament l-għotjiet tal-PSO mogħtija lil Adriatica għall-perijodu Jannar 1992 Lulju 1994, fir-rigward tar-rabta Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras, inkompatibbli mas-suq intern.

L-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali kellha neċessarjament tivverifika jekk il-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni (UE) 2020/1411, (a) iddefinixxietx is-sitwazzjoni fis-suq f’termini konkreti; (b) qabblitx b’mod korrett is-suġġett tal-miżura tal-għajnuna u dak tal-ftehim; (ċ) spjegatx b’mod korrett kif id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-miżura ta’ għajnuna ġiet amplifikata bil-kombinazzjoni ta’ din il-miżura (inkella meqjusa kompatibbli) u l-parteċipazzjoni f’akkordju u, għalhekk, (d) iġġustifikat ir-relazzjoni tal-kawża u l-effett fir-rigward tal-eżistenza ta’ ostakli konsegwenti għall-kummerċ intra-Komunitarju

Barra minn hekk, l-appellanti tqis li l-konklużjonijiet milħuqa mill-Qorti Ġenerali jmorru kontra l-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti tikkritika l-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tat-tul tal-proċeduri, kif ukoll il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u li d-deċiżjoni tagħha hija nieqsa minn raġunament fil-parti li fiha tiddikjara li, b’mod ġenerali, il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020 ma damitx eċċessivament u li, għalhekk, il-prinċipji taċ-ċertezza legali, l-amministrazzjoni tajba u l-proporzjonalità ma ġewx miksura.

L-appellanti tqis ukoll, bis-saħħa tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u b’konformità mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li d-deċiżjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020 ma setgħetx timponi l-irkupru tal-għajnuna.

Għall-appellanti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tikkonstata ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji ġenerali msemmija qabel, kif ukoll tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti tikkritika n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li tinkludi prova fil-fajl ta’ investigazzjoni tagħha.

L-appellanti tilmenta li ma setgħetx tippreżenta fil-proċess tal-kawża, skont l-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2021, dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) li għalihom l-Italja u r-Reġjun ta’ Sardegna wettaq favur Saremar (C (2021) 6990 final), li l-appellanti rċeviet mingħand il-Kummissjoni wara talba għal aċċess għad-dokumenti.

Għall-appellanti, fid-dawl tar-rilevanza tad-deċiżjoni Saremar, in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ dawn il-provi addizzjonali fil-proċess ivvizzjat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, kemm minħabba l-fatt li seħħet bi ksur tar-Regoli tal-Proċedura tal-istess Qorti Ġenerali u tal-obbligu ta’ motivazzjoni impost fuq kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea; u talli wettqet ksur ċar tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/59


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – IP vs Tribunal Económico-Administrativo Regional de Cataluña (TEAR de Cataluña)

(Kawża C-330/20) (1)

(2022/C 359/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 359, 26.10.2020.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/59


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – CZ vs Tribunal Económico-Administrativo Regional de Catalunya (TEAR de Catalunya)

(Kawża C-366/20) (1)

(2022/C 359/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 359, 26.10.2020.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/59


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – EUROBANK BULGARIA vs NI, RZ, DMD DEVELOPMENTS

(Kawża C-445/21) (1)

(2022/C 359/66)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 412, 11.10.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/59


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – Laudamotion GmbH vs TG, QN, AirHelp Germany GmbH

(Kawża C-517/21) (1)

(2022/C 359/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/60


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats 's-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – G vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-614/21) (1)

(2022/C 359/68)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 2, 03.01.2022.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/60


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – YV vs Stadtverkehr Lindau (B) GmbH

(Kawża C-685/21) (1)

(2022/C 359/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 84, 21.02.2022.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/60


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – Proċedura mibdija minn MK

(Kawża C-709/21) (1)

(2022/C 359/70)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 31.1.2022.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/60


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich – il-Polonja) – Provident Polska S.A. vs VF

(Kawża C-717/21) (1)

(2022/C 359/71)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 128, 21.3.2022.


Il-Qorti Ġenerali

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/61


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – AI et vs ECDC

(Kawża T-864/19) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-ECDC - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Twissijiet bil-quddiem - Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Portata tad-dmir ta’ assistenza - Dmir ta’ premura - Ftuħ ta' investigazzjoni - Terminu raġonevoli - Responsabbiltà - Illegalità)

(2022/C 359/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AI, HV, HW, HY (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim, aġent, assistita minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-17 ta’ Diċembru 2019, ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-danni li ġarrbu minħabba, essenzjalment, l-assenza ta’ risposta adegwata taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) quddiem l-aġir ta’ A (kap ta’ unità) fir-rigward tagħhom bejn l-2012 u l-2018, li skonthom jikkostitwixxi, fastidju psikoloġiku.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/61


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – JC vs EUCAP Somalia

(Kawża T-165/20) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Membru tal-persunal bil-kuntratt internazzjonali ta’ EUCAP Somalia - Missjoni li taqa’ taħt il-politika estera u ta’ sigurtà komuni - Xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat matul il-perijodu ta’ prova - Komunikazzjoni tax-xoljiment tal-kuntratt permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta - Bgħit lil indirizz inkomplet - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu tar-rimedju intern qabel azzjoni ġudizzjarja - Determinazzjoni tad-dritt applikabbli - Dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt nazzjonali industrijali - Nullità tal-klawżola ta’ perijodu ta’ prova - Komunikazzjoni irregolari tal-avviż tat-temm ta’ impjieg - Allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg - Ħlas retroattiv tar-remunerazzjoni - Kontrotalba”)

(2022/C 359/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: JC (rappreżentant: A. Van Himst, avukat)

Konvenut: EUCAP Somalia (rappreżentant: E. Raoult, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, li jiġu ddikjarati nulli l-ittra tal-4 ta’ Novembru 2019 u l-ittra tat-3 ta’ Diċembru 2019 li permezz tagħhom EUCAP Somalia kkomunikatlu d-deċiżjoni tagħha li xxolji l-kuntratt ta’ xogħol tiegħu kif ukoll, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2020 li permezz tagħha hija ċaħdet ir-rimedju intern mhux dixxiplinari tiegħu kontra d-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu kif ikkomunikata mill-ittra tat-3 ta’ Diċembru 2019 u, min-naħa l-oħra, li EUCAP Somalia tiġi kkundannata tħallsu retroattivament ir-remunerazzjoni tiegħu sad-data tat-tmiem definittiv, regolari u legali tar-relazzjoni kuntrattwali ta’ xogħol tagħhom.

Dispożittiv

1)

Il-komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg li jinsab fl-ittra tal-4 ta’ Novembru 2019 hija nulla.

2)

Ix-xoljiment tal-kuntratt konkluż bejn EUCAP Somalia u JC fil-21 ta’ Awwissu 2019 huwa regolari, validu u vinkolanti għal dan tal-aħħar mid-data tal-5 ta’ Diċembru 2019 u jieħu effett definittiv fit-tmiem tal-avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ xahar mid-9 ta’ Diċembru 2019 skont l-Artikolu 18.1 ta’ dan il-kuntratt.

3)

EUCAP Somalia hija kkundannata tħallas lil JC, minn naħa, somma korrispondenti għar-remunerazzjoni tiegħu, kif stabbilita fl-Artikolu 12.2 tal-imsemmi kuntratt, bl-esklużjoni tal-allowances ta’ kuljum previsti fl-Artikolu 15 tal-kuntratt, fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn is-26 ta’ Novembru u t-8 ta’ Diċembru 2019 inklużi, u min-naħa l-oħra, somma korrispondenti għal allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ xahar ugwali għal din ir-remunerazzjoni, fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn id-9 ta’ Diċembru 2019 u d-9 ta’ Jannar 2020, fejn dawn is-somom huma miżjuda bl-interessi bir-rata legali skont id-dritt Belġjan.

4)

Mill-bqija r-rikors huwa miċħud.

5)

Il-kontrotalba ta’ EUCAP Somalia hija miċħuda.

6)

EUCAP Somalia hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/62


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – JF vs EUCAP Somalia

(Kawża T-194/20) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Membru tal-persunal bil-kuntratt internazzjonali ta’ EUCAP Somalia - Missjoni li taqa’ taħt il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ xogħol wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni - Dritt għal smigħ - Ugwaljanza fit-trattament - Nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità - Perijodu ta’ tranżizzjoni previst mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Atti indissoċjabbli mill-kuntratt - Inammissibbiltà”)

(2022/C 359/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JF (rappreżentant: A. Kunst, avukata)

Konvenut: EUCAP Somalia (rappreżentant: E. Raoult, avukata)

Suġġett

Bir-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, prinċipalment, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tan-nota ta’ EUCAP Somalia tat-18 ta’ Jannar 2020 u tal-ittra tad-29 ta’ Jannar 2020 li permezz tagħha din iddeċidiet li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, kumpens għad-danni li allegatament sofra minħabba dawn l-atti u, sussidjarjament, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, li l-atti kontenzjużi jiġu ddikjarati illegali kif ukoll kumpens għad-dannu li allegatament sofra minħabba dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JF huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/63


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – VeriGraft vs Eismea

(Kawża T-457/20) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni ‘Orizzont 2020’ (2014-2020) - Ftehim ta’ sussidju ‘Personalized Tissue-Engineered Veins as a first Cure for Patients with Chronic Venous Insufficiency – P-TEV’ - Spejjeż ta’ subappalt mhux previsti - Proċedura ta’ approvazzjoni ssemplifikata - Subappalt imsemmi fir-rapporti tekniċi perjodiċi - Rapporti tekniċi perjodiċi approvati - Spejjeż eliġibbli”)

(2022/C 359/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VeriGraft AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: P. Hansson u M. Persson, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (Eismea) (rappreżentanti: A. Galea, aġent, assistita minn D. Waelbroeck, u A. Duron, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrenti, VeriGraft AB, titlob il-konstatazzjoni, l-ewwel, li l-ispejjeż ta’ subappalt miċħuda mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli skont il-ftehim ta’ sussidju dwar il-proġett “Vini personalizzati li joriġinaw mill-inġinerija tat-tessuti umani bħala l-ewwel kura għall-pazjenti milquta minn insuffiċjenza venuża kronika – P-TEV” (Personalized Tissue-Engineered Veins as the first Cure for Patients with Chronic Venous Insufficiency-P-TEV) (iktar ’il quddiem il-“proġett P-TEV”), bir-referenza 778620 (iktar ’il quddiem il-“ftehim ta’ sussidju”), it-tieni, li n-nota ta’ debitu Nru 3242004635 maħruġa mill-EASME għal ammont ta’ EUR 106 928,74 hija wkoll infondata u, it-tielet, li l-irkupru tas-somma ta’ EUR 109 230,19 maħruġa mill-fond ta’ garanzija stabbilita skont il-ftehim ta’ sussidju hija wkoll infondata.

Dispożittiv

1)

It-talba ta’ VeriGraft AB intiża sabiex tikkonstata li l-ispejjeż ta’ subappalt miċħuda mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għal ammont ta’ EUR 258 588,80 jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli skont il-ftehim ta’ sussidju “Personalized Tissue-Engineered Veins as a first Cure for Patients with Chronic Venous Insufficiency-P-TEV”, bir-referenza 778620, hija milqugħa.

2)

It-talba ta’ VeriGraft intiża sabiex tikkonstata l-infondatezza tan-nota tan-nota ta’ debitu Nru 3242004635 maħruġa mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għal ammont ta’ EUR 106 928,74 hija milqugħa.

3)

It-talba ta’ VeriGraft intiża sabiex tikkonstata l-infondatezza tal-irkupru tas-somma ta’ EUR 109 230,19 mill-fond ta’ garanzija stabbilit mill-ftehim ta’ sussidju “Personalized Tissue-Engineered Veins as a first Cure for Patients with Chronic Venous Insufficiency-P-TEV”, bir-referenza 778620, hija milqugħa.

4)

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (Eismea) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/64


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Delifruit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-629/20) (1)

(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva klorpirifos - Determinazzjoni tal-livelli massimi ta’ residwu ta’ klorpirifos preżenti fi jew fuq il-banana - Regolament (KE) Nru 396/2005 - Tagħrif xjentifiku u tekniku disponibbli - Fatturi oħra leġittimi”)

(2022/C 359/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Delifruit, SA (Guayaquil, l-Ekwador) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, P. Sellar u S. Abdel-Qader, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, A. Dawes u M. ter Haar, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, titlob l-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1085 tat-23 ta’ Lulju 2020 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-klorpirifos u l-klorpirifos-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU 2020, L 239, p. 7, rettifika fil-ĠU 2020, L 245, p. 32, iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”), sa fejn dan jiffissa l-livell massimu ta’ residwu (iktar ’il quddiem il-“MRL”) għall-klorpirifos preżenti fi jew fuq il-banana għal 0,01 mg/kg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Delifruit, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/64


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Standard International Management vs EUIPO – Asia Standard Management Services (The Standard)

(Kawża T-768/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea The Standard - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Post tal-użu tat-trade mark - Reklami u offerti fuq il-bejgħ intiżi għall-konsumaturi tal-Unjoni - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 359/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Standard International Management LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, S. Wickenden, barrister, u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Asia Standard Management Services Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina)

Suġġett

Bir-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Novembru 2020 (Każ R 828/2020-5).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Novembru 2020 (Każ R 828/2020-5) hija annullata fir-rigward tas-servizzi fil-Klassijiet 38, 39, 41, 43 u 44.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti minn Standard International Management LLC, inklużi dawk esposti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/65


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Gugler France vs EUIPO – Gugler (GUGLER)

(Kawża T-147/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GUGLER - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Assenza ta’ mala fide - Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 359/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gugler France (Auxons, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Diċembru 2020 (Każ R 893/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gugler France hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 163, 3.5.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/66


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – CCTY Bearing Company vs EUIPO – CCVI International (CCTY)

(Kawża T-176/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CCTY - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CCVI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Abbuż ta’ dritt - Artikolu 71 tar-Regolament 2017/1001”)

(2022/C 359/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CCTY Bearing Company (Zhenjiang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: L. Genz u C. Stadler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Capostagno u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: CCVI International Srl (Vicenza, l-Italja) (rappreżentanti: D. Demarinis, R. Covelli u M. Theisen, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Frar 2021 (Każ R 779/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CCTY Bearing Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 206, 31.5.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/66


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Illumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/21) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-industrija farmaċewtika - Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Talba għal rinviju minn awtorità tal-kompetizzjoni mhux kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex teżamina l-konċentrazzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżamina l-konċentrazzjoni - Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li bihom tilqa’ t-talbiet ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra tal-kompetizzjoni li jingħaqdu mat-talba għal rinviju - Kompetenza tal-Kummissjoni - Terminu għall-preżentata tat-talba għal rinviju - Kunċett ta’ “komunikazzjoni” - Terminu raġonevoli - Aspettattivi leġittimi - Kummenti pubbliċi tal-Viċi President tal-Kummissjoni - Ċertezza legali)

(2022/C 359/80)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Illumina, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Beard, barrister, u P. Chappatte, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: N. Khan, G. Conte u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Grail LLC anciennement Grail, Inc. (Menlo Park, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Little, solicitor, J. Ruiz Calzado, J. M. Jiménez-Laiglesia Oñate u A. Giraud, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: K. Boskovits, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stéhelin, P. Dodeller, J.-L. Carré u E. Leclerc, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u P. Huurnink, aġenti), L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżentanti: C. Simpson, M. Sánchez Rydelski u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2847 finali tad-19 ta’ April 2021 li tilqa’ t-talba tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Franċiża sabiex teżamina l-amalgamazzjoni mmirata lejn l-akkwist minn Illumina, Inc. ta’ kontroll esklużiv ta’ Grail, Inc. (Kawża COMP/M.10188 – Illumina vs Grail), fit-tieni lok, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2021) 2848 final, C(2021) 2849 final, C(2021) 2851 final, C(2021) 2854 final u C (2021) 2855 final, tad-19 ta’ April 2021, li bihom tilqa' t-talbiet tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni Griegi, Belġjani, Norveġiżi, Iżlandiżi u Olandiżi biex jingħaqdu ma’ din it-talba għal rinviju, u, fit-tielet lok, tal-ittra mill-Kummissjoni bid-data tal-11 ta’ Marzu 2021 li tinforma lil Illumina u lil Grail bl-imsemmija talba għal rinviju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Illumina, Inc. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u Grail LLC għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/67


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Unimax Stationery vs EUIPO – Mitsubishi Pencil (uni)

(Kawża T-369/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea uni - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Sinjali jew indikazzjonijiet li saru komuni - Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament 2017/1001]”)

(2022/C 359/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Unimax Stationery (Daman, l-Indja) (rappreżentant: E. Amoah, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mitsubishi Pencil Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Suġġett

Bir-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ April 2021 (Każ R 1909/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Unimax Stationery hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 338, 23.8.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/68


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – TL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-438/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Fastidju psikoloġiku - Responsabbiltà”)

(2022/C 359/82)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TL (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u M. Brauhoff, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ottubru 2020 li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ xogħol tagħha u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2021 li tiċħad l-ilment tagħha ppreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea kontra l-imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li hija allegatament sostniet minħabba dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/68


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Purasac vs EUIPO – Prollenium Medical Technologies (Rejeunesse)

(Kawża T-543/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Rejeunesse - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea REVANESSE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 359/83)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Purasac Co. Ltd (Anyang-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: P. Lee, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti E. Sliwinska u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Prollenium Medical Technologies, Inc. (Aurora, Ontario, il-Kanada) (rappreżentant: R. Lyxell, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Lulju 2021 (Każ R 146/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Purasac Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/69


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Brand Energy Holdings vs EUIPO (RAPIDGUARD)

(Kawża T-573/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea RAPIDGUARD - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Dritt għal smigħ”)

(2022/C 359/84)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Brand Energy Holdings BV (Vlaardingen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Hönninger u F. Dechent, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 294/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brand Energy Holdings BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/70


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Rimini Street vs EUIPO (WE DO SUPPORT)

(Kawża T-634/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali WE DO SUPPORT - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001”)

(2022/C 359/85)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rimini Street, Inc. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Ratjen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: R. Raponi u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 710/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rimini Street, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 502, 13.12.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/70


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – dennree vs EUIPO (BioMarkt)

(Kawża T-641/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BioMarkt - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 359/86)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: dennree GmbH (Töpen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Röttgen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 783/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

dennree GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/71


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – TL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2019 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Stabbiliment ta’ objettivi - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà”)

(2022/C 359/87)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TL (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Hohenecker, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha għas-sena 2019 jew, sussidjarjament, l-annullament parzjali tiegħu u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Lulju 2021 li tiċħad l-ilment tagħha ppreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea kontra l-imsemmi rapport u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu morali li hija allegatament sostniet minħabba l-illegalità ta’ dan ir-rapport.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 502, 13.12.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/71


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2022 – Fersher Developments u Lisin vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-200/18) (1)

(“Rikors għad-danni - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ appoġġ għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Memorandum ta’ qbil tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 359/88)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fersher Developments LTD (Nikosija, Ċipru), Vladimir Lisin (Lipetsk, ir-Russja) (rappreżentant: R. Nowinski, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, T. Materne u S. Delaude, aġenti), Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: O. Heinz, P. Papapaschalis, G. Várhelyi u M. Szablewska, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Suġġett

Bir-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti jitlobu kumpens għad-dannu li huma allegatament sofrew minħabba d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li tissuġġetta għal ċerti kundizzjonijiet l-għoti ta’ faċilità ta’ assistenza finanzjarja lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fersher Developments LTD u Vladimir Lisin huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/72


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Lulju 2022 – Armadora Parleros vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/21) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika komuni tas-sajd - Nuqqas ta’ eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-kompetenzi ta’ stħarriġ imsemmija fir-regolament applikabbli - Qawwa tal-magna tal-bastimenti - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dannu - Rabta kawżali - Terminu ta’ preskrizzjoni - Rikors manifestament inammissibbli”)

(2022/C 359/89)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Armadora Parleros, SL (Santa Eugenia de Ribeira, Spanja) (rappreżentant: J. Navas Marqués, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Morales Puerta u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-danni kkawżati mit-telf ta’ qligħ li hija allegatament ġarrbet insegwitu għall-ħsara fil-magna tal-bastiment tas-sajd tagħha, il-Vianto Tercero, fl-2005. Hija tattribwixxi l-oriġini ta’ din il-ħsara fil-magna, għall-monitoraġġ difettuż mill-Kummissjoni tal-istħarriġ mir-Renju ta’ Spanja tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Majjistral tal-Baħar Cantábrico. Fil-fehma tagħha, il-ħsara fil-magna kienet ikkawżata minn użu eċċessiv tal-magna minħabba l-espożizzjoni tar-rikorrenti għal kompetizzjoni inġusta minn bastimenti tas-sajd li l-magni tagħhom qabżu l-qawwa awtorizzata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, manifestament infondat fid-dritt.

2)

Armadora Parleros, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/73


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2022 – El Corte Inglés vs EUIPO – Brito & Pereira (TINTAS BRICOR)

(Kawża T-317/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 359/90)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Brito & Pereira (Vizela, il-Portugall)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Marzu 2021 (Każ R 882/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn El Corte Inglés, SA.


(1)  ĠU C 289, 19.7.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/73


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2022 – Anglofranchise vs EUIPO – Bugrey (BOY LONDON)

(Kawża T-439/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 359/91)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Anglofranchise Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi, N. Parrotta u R. Perotti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yuliya Bugrey (Milano, l-Italja) rappreżentant: D. Russo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2021 (Każ R 459/2020-5), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Yuliya Bugrey u Anglofranchise.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Anglofranchise Ltd u Yuliya Bugrey huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/74


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2022 – Sanoptis vs EUIPO – Synoptis Pharma (SANOPTIS)

(Kawża T-30/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 359/92)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sanoptis Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Rost, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Synoptis Pharma sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Novembru 2021 (Każ R 850/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Sanoptis Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 119, 14.3.2022.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/74


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2022 – Aziz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/22)

(2022/C 359/93)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ahmad Aziz (Pietà, Malta) (rappreżentant: L. Cuschieri, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Numru Ares(2022)3227480 tas-26 ta’ April 2021, li ma tikkoreġix id-data personali tar-rikorrent skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

tiddikjara li hemm ksur tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta l-awtoritajiet bdew żewġ proċeduri kriminali u ċivili paralleli kontra r-rikorrent, bil-preżentazzjoni tad-data personali tiegħu stess, bl-istess fatti allegati, meta r-rikorrent diġà ġie lliberat minn qorti Pakistana ta’ proċess bl-istess fatti allegati;

tiddikjara li hemm ksur tal-Artikolu 17 għal nuqqas ta’ provvista ta’ data meta l-Kummissjoni Ewropea pproċessat id-data personali tar-rikorrent. Ir-rikorrent isostni li l-Qorti Ġenerali għandha tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Numru Ares(2022)2457760 tal-1 ta’ April 2022 għal nuqqas ta’ provvista ta’ data skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2018/1725 billi naqset milli tikkoreġi d-data personali tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725 billi ma pprovdietx lir-rikorrent bid-data personali tiegħu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kisret il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ trasparenza u żvelar billi naqset milli tagħti aċċess lir-rikorrent għad-data personali tiegħu, meta jkunu pendenti proċeduri kriminali u ċivili paralleli kontrih. Ir-rikorrent kellu d-dritt li jiġi pprovdut bid-data personali tiegħu f’proċeduri kriminali u ċivili paralleli pendenti.


(1)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/75


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2022 – Aziz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/22)

(2022/C 359/94)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ahmad Aziz (Pietà, Malta) (rappreżentant: L. Cuschieri, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Mejju 2022, għal nuqqas ta’ provvista ta’ data fit-terminu mogħti fl-Artikoli 14(3) u 17 tar-tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

tiddikjara li hemm ksur tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta l-awtoritajiet bdew żewġ proċeduri kriminali u ċivili paralleli bl-istess fatti allegati kontra r-rikorrent, bil-preżentazzjoni tad-data personali tiegħu stess, meta r-rikorrent diġà ġie lliberat minn qorti Pakistana ta’ proċess bl-istess fatti allegati;

tiddikjara li hemm ksur tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725 meta l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tagħti aċċess lir-rikorrent għad-data personali tiegħu fit-terminu mogħti, li kien ta’ tliet xhur, u l-Kummissjoni Ewropea estendiet iktar minn tliet xhur għat-talba tar-rikorrent għall-provvista tad-data personali tiegħu;

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kisret il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ trasparenza u żvelar meta l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tagħti aċċess lir-rikorrent għad-data personali tiegħu fit-terminu mogħti, li kien ta’ tliet xhur, meta jkunu pendenti proċeduri kriminali u ċivili paralleli kontrih.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725 billi naqset milli tipprovdi lir-rikorrent bid-data personali tiegħu fit-terminu mogħti ta’ tliet xhur.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725 billi ma pprovdietx lir-rikorrent bid-data personali tiegħu fit-terminu mogħti ta’ tliet xhur u billi estendiet l-imsemmi limitu meta l-Kummissjoni Ewropea ma tistax testendih. In-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li twieġeb għal talba għal aċċess għal data personali fil-limitu stipulat fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725 jammonta għal deċiżjoni li tirrifjuta tali aċċess. Tali termini, stabbiliti fl-interess pubbliku, ma jistgħux jiġu mmodifikati mill-partijiet. Skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725, li huwa l-espressjoni speċifika tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja, kull rifjut ta’ aċċess għad-data personali mitluba mill-amministrazzjoni jista’ jkun suġġett għal kontestazzjoni permezz ta’ proċeduri ġudizzjarji.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kisret il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ trasparenza u żvelar billi naqset milli tagħti aċċess lir-rikorrent għad-data personali tiegħu fit-terminu mogħti ta’ tliet xhur, meta jkunu pendenti proċeduri kriminali u ċivili paralleli kontrih bl-istess fatti allegati. Fil-każ tal-ipproċessar ta’ data personali, huwa d-dritt fundamentali ta’ persuna li tikseb il-kopja tad-data personali tagħha fi proċeduri kriminali pendenti.


(1)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/76


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA

(Kawża T-388/22)

(2022/C 359/95)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (APO) (Thessaloníki, il-Greċja) (rappreżentant: B. Christianos, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara infondata l-pretensjoni tal-konvenuta, inkluża fin-nota ta’ debitu Nru 3242201592/28.1.2022, li abbażi tagħha r-rikorrenti għandha tirrimborsa parti mis-sussidju rċevut għall-proġett MINATRAN, ekwivalenti għall-ammont ta’ EUR 184 224,21, u tiddikjara li tali ammont jikkostitwixxi spejjeż c;

tikkundanna lill-ERCEA tirrimborsa lill-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis is-somma ta’ EUR 184 224,21, sa fejn imħallsa indebitament, flimkien mal-interessi moratorji; u

tikkundanna lill-ERCEA għall-ispejjeż tal-.Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors l-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis tikkontesta n-nota ta’ debitu maħruġa mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) relatata mal-implimentazzjoni tal-proġett MINATRAN. Permezz ta’ tali nota ta’ debitu, l-ERCEA talbet lill-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis tirrimborsa l-ammont ta’ EUR 184 224,21, ekwivalenti għal parti tas-sussidju rċevut għall-proġett MINATRAN u għal pagament ta’ somma f’daqqa lill-ERCEA.

F’dan il-kuntest, l-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis titlob lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE tiddikjara li l-imsemmi ammont ikkontestat mill-ERCEA jikkostitwixxi spejjeż ammissibbli u li l-ERCEA għandha tirrimborsa dan l-ammont lill-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis bħala pagament indebitu.

L-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis issostni li:

1.

Fl-ewwel lok, l-ERCEA, sabiex tikkontesta l-ispejjeż iddikjarati għar-riċerkaturi internazzjonali bħala mhux ammissibbli, tibbaża ruħha fuq dikjarazzjonijiet kompletament infondati u mhux stabbiliti. Konsegwentement, it-talba mingħand l-ERCEA għal EUR 184 224,21, relatata mal-ispejjeż tal-persunal u tal-ivvjaġġar, mal-ispejjeż indiretti u għall-impożizzjoni ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa, hija infondata. Barra minn hekk, l-ammissibbiltà tal-ispejjeż hija stabbilita anki mill-provi prodotti mill-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis.

2.

Fit-tieni lok, bit-talba għal kumpens tas-somma ta’ EUR 184 224,21 fuq il-bażi ta’ dokumenti u informazzjoni inkompleta u inaffidabili, l-ERCEA naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, peress li kisret id-dritt għal smigħ tal-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis u, min-naħa l-oħra, peress li pprekludiet lill-Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis tikseb protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

3.

Fit-tielet lok, l-ERCEA kisret il-prinċipju ta’ eżekuzzjoni bona fide tal-kuntratti.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/77


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2022 – UniCredit Bank vs SRB

(Kawża T-405/22)

(2022/C 359/96)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: UniCredit Bank AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Schäfer, H. Großerichter u F. Kruis, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18) inklużi l-annessi tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv: id-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2022 u l-Annessi I sa III tagħha jiksru r-rekwiżiti formali essenzjali fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u d-dritt għal amministrazzjoni tajba peress li ma għandhomx motivazzjoni suffiċjenti skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”).

2.

It-tieni motiv: id-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2022 u l-Annessi I u II tagħha jiksru d-dritt għal rimedju effettiv skont l-Artikolu 47(1) tal-Karta peress li huwa prattikament impossibbli li l-eżattezza materjali tad-deċiżjoni tiġi suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv.

3.

It-tielet motiv: id-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2022 u l-annessi tagħha huma illegali peress li l-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 806/2014 (1) u l-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59 (2) huma illegali. Dawn id-dispożizzjonijiet jiksru d-dritt għal protezzjoni legali effettiva sa fejn iwasslu għal deċiżjonijiet intrinsikament mhux trasparenti abbażi tagħhom. Dawn għandhom għalhekk jiġu ddikjarati inapplikabbli.

4.

Ir-raba’ motiv: id-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2022 hija illegali peress li tikser l-Artikolu 6, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (3) sa fejn il-konvenut ma ħax inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-kalkolu tal-multiplikatur ta’ aġġustament fuq il-bażi tal-profil tar-riskju, l-indikatur tar-riskju tal-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett (“NSFR”), l-indikatur tar-riskju tar-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji u tal-impenji eliġibbli (“MREL”) jew l-indikaturi tar-riskju tal-kumplessità (“complexity”) u tas-solvenza (“resolvability”).

5.

Il-ħames motiv: id-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2022 hija illegali wkoll peress li s-SRB ikkalkola materjalment b’mod żbaljat il-kontribuzzjonijiet tar-rikorrenti.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/78


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2022 – Norddeutsche Landesbank – Girozentrale vs SRB

(Kawża T-407/22)

(2022/C 359/97)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Norddeutsche Landesbank – Girozentrale (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Seitz, D. Flore u C. Marx, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-11 ta’ Arpil 2022 (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha, b’mod partikolari l-Anness I dwar ir-“Riżultati tal-kalkolu għall-istituzzjonijiet kollha suġġetti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2022 stabbiliti separatament (għal kull istituzzjoni) fl-annessi armonizzati” – sa fejn dawn huma rilevanti għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv: ksur tad-dritt għal smigħ

Il-konvenut naqas milli jisma’ lir-rikorrenti qabel ma adotta d-deċiżjoni kkontestata u b’hekk kiser l-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”).

2.

It-tieni motiv: ksur tar-regoli proċedurali

Id-deċiżjoni kkontestata hija nulla peress li ġiet adottata bi ksur tar-rekwiżiti proċedurali ġenerali li jirriżultaw mill-Artikolu 41 tal-Karta, mill-Artikolu 298 TFUE, mill-prinċipji ġenerali tad-dritt u mir-regoli proċedurali tal-konvenut.

3.

It-tielet motiv: nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

B’mod kuntrarju għall-Artikolu 296 TFUE, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex motivata biżżejjed; b’mod partikolari ma tinkludix rabta mal-każ partikolari u kunsiderazzjonijiet essenzjali fil-kuntest tal-proporzjonalità u tas-setgħa ta’ evalwazzjoni.

Barra minn hekk, il-kalkolu tal-kontribuzzjoni annwali ma jinftehimx, b’mod partikolari minħabba l-użu ta’ kunċetti eteroġeni u l-assenza ta’ preżentazzjoni tal-passi intermedji importanti.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva minħabba n-nuqqas tal-possibbiltà ta’ stħarriġ tad-deċiżjoni kkontestata

In-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tirrendi ferm diffiċli għar-rikorrenti l-istħarriġ ġudizzjarju.

Il-konvenut jikser b’mod partikolari l-prinċipju ta’ kontradittorju li permezz tiegħu l-partijiet għandhom ikunu jistgħu jeżaminaw b’mod kontradittorju ċ-ċirkustanzi materjali u ġuridiċi deċiżivi għall-eżitu tal-proċedura.

5.

Il-ħames motiv: l-applikazzjoni tal-indikatur IPS (Institutional Protection Scheme) tikser ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (1) li għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-dritt ta’ livell ogħla

Fl-ambitu tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ Delega, il-konvenut kellu jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti żżomm prodotti dderivati qabelxejn sabiex tkopri u tiġġestixxi r-riskji.

Fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-indikatur IPS, is-sinjifikat tal-kwalità ta’ membru tar-rikorrenti fis-sistema ta’ protezzjoni istituzzjonali tal-grupp tal-banek tat-tfaddil ġie injorat.

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament ta’ Delega, il-konvenut kellu jieħu inkunsiderazzjoni l-probabbiltà baxxa tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata u għalhekk tal-użu tal-Fond uniku ta’ riżoluzzjoni, u kellu josserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv: l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-MREL (Minimum Requirements for own funds and Eligible Liabilities) fil-kuntest tal-pilastru tal-“Espożizzjoni għar-Riskju” tikser ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63

Il-konvenut kellu, skont l-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament ta’ Delega, jieħu inkunsiderazzjoni r-rata MREL ogħla mill-medja ta’ 47,17 % tar-rikorrenti li ċċediet b’mod sinjifikattiv ir-rata minima ta’ 8 % stabbilita mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

7.

Is-seba’ motiv: l-applikazzjoni tal-multiplikatur ta’ aġġustament fuq il-bażi tal-profil tar-riskju tikser ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 li għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-dritt ta’ livell ogħla

Il-konvenut kellu, fl-istabbiliment tal-multiplikatur ta’ aġġustament fuq il-bażi tal-profil tar-riskju, jieħu inkunsiderazzjoni l-probabbiltà baxxa ta’ inadempjenza u tar-rata MREL ogħla mill-medja tar-rikorrenti skont il-prinċipju ta’ orjentazzjoni mal-profil tar-riskju kif ukoll id-dritt fundamentali għal-liberta’ ta’ intrapriża taħt l-Artikolu 16 tal-Karta.

8.

It-tmien motiv (sussidjarjament): it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 jikser id-dritt ta’ livell ogħla

Billi jipprevedi evalwazzjoni relattiva tal-indikatur IPS, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza previst fl-Artikolu 20 tal-Karta u l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn l-istituzzjonijiet li huma suġġetti għall-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali u għandhom għalhekk l-istess probabbiltà ta’ inadempjenza jistgħu jiġu ttrattati b’mod differenti.

9.

Id-disa’ motiv: il-mekkaniżmu ta’ klassifikazzjoni tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 jikser id-dritt ta’ livell ogħla

Il-klassifikazzjoni tar-riskju skont il-Pass 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Delega twassal għal riżultati manifestament inġusti u konsegwentement tikser il-prinċipju ta’ orjentazzjoni fuq il-bażi tal-profil tar-riskju kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/80


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 – Max Heinr. Sutor vs SRB

(Kawża T-423/22)

(2022/C 359/98)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Max Heinr. Sutor OHG (Hamburg, il-Germanja) (rappreżentanti: A. Glos, M. Rätz, T. Kreft u H.-U. Klöppel, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (1) peress li l-konvenut ma eskludiex il-fondi tal-klijenti miżmuma fuq bażi fiduċjarja mir-rikorrenti mill-kalkolu tal-imposta bankarja għall-2022. L-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 japplika għal dawn il-fondi ta’ klijenti protetti mill-insolvenza, sa fejn dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti fattwali skont il-kliem ċar tal-istandard.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 806/2014 (2) moqri flimkien mal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE (3), sa fejn id-deċiżjoni tistabbilixxi imposta bankarja diversi drabi ogħla biss abbażi tal-passiv fiduċjarju mingħajr riskju muri mir-rikorrenti fil-karta tal-bilanċ tagħha. Id-deċiżjoni la hija xierqa u lanqas neċessarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija mill-imposta bankarja u l-iżvantaġġi kkawżati mid-deċiżjoni ma humiex proporzjonati fil-kuntest tal-għanijiet imfittxija.

3.

It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, peress li d-deċiżjoni tittratta lir-rikorrenti b’mod mhux ugwali, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, meta mqabbla mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-istandards ta’ kontabbiltà nazzjonali tagħhom ma jeżiġux li jintwera l-passiv fiduċjarju jew li jippreparaw il-kontijiet tagħhom skont l-IFRS (International Financial Reporting Standards), kif ukoll mal-impriżi tal-investiment li ma humiex awtorizzati jaġixxu wkoll bħala istituzzjoni ta’ kreditu u li jiġġestixxu l-fondi tal-klijenti tagħhom.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), sa fejn l-inklużjoni tal-passiv fiduċjarju mingħajr riskju fil-bażi ta’ evalwazzjoni twassal għal żieda sinjifikattiva fl-imposta bankarja tar-rikorrenti għas-sena 2022.

5.

Il-ħames motiv: ksur tal-Artikolu 49 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, sa fejn id-deċiżjoni tirrestrinġi l-libertà tar-rikorrenti li teżerċita l-attività professjonali tagħha fl-Istat Membru fejn għandha s-sede prinċipali tagħha, sa fejn din ir-restrizzjoni hija sproporzjonata u sa fejn ir-rikorrenti hija suġġetta għal diskriminazzjoni meta mqabbla mal-impriżi tal-investiment ta’ Stati Membri oħra li huma awtorizzati jaġixxu wkoll bħala stabbiliment ta’ kreditu.

6.

Is-sitt motiv: ksur tad-dritt ta’ smigħ skont l-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta, sa fejn il-konvenut impona fuq ir-rikorrenti terminu għal konsultazzjoni insuffiċjenti, ta’ ħdax-il jum ta’ xogħol biss, sabiex teżamina l-abbozz ta’ deċiżjoni u tagħmel osservazzjonijiet fl-ambitu tal-konsultazzjoni.

7.

Is-seba’ motiv: Ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(c) tal-Karta kif ukoll tal-Artikolu 296(2) TFUE, sa fejn il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix lir-rikorrenti tivverifika b’mod xieraq l-ammont tal-kontribuzzjoni tagħha.

8.

It-tmien motiv: ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġuridika effettiva previst fl-Artikolu 47(1) tal-Karta, sa fejn in-nuqqas ta’ motivazzjoni ma jippermettix lir-rikorrenti tifhem jew tikkontesta korrettament ir-regolarità tad-deċiżjoni.

9.

Id-disa’ motiv (sussidjarjament): nullità tal-bażi ta’ evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 14(2), fil-punt 11 tal-Artikolu 3, moqrija flimkien mal-Artikolu 5(1)(e) u mal-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, fil-każ li din tiġi interpretata fis-sens li l-passiv fiduċjarju ta’ impriżi tal-investiment li huma awtorizzati jaġixxu wkoll bħala istituzzjoni ta’ kreditu għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-imposta bankarja, minħabba ksur tal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE kif ukoll tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, tal-Artikolu 16 tal-Karta u tal-Artikolu 49 TFUE moqrija flimkien mal-Artikolu 54 TFUE.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(3)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/81


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2022 – Nordea Kiinnitysluottopankki vs SRB

(Kawża T-431/22)

(2022/C 359/99)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nordea Kiinnitysluottopankki Oyj (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-SRB tal-11 ta’ April 2022, dokument Nru SRB/ES/2022/18, inkluż Annessi I, II u III, sa fejn tikkonċerna kontribuzzjonijiet ex-ante tar-rikorrenti; u

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li s-SRB kiser l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-15 ta’ Lulju 2014 (1) u l-Artikoli 16, 17, 41 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi ħa approċċ dinamiku sabiex jiddetermina livell fil-mira għall-kontribuzzjonijiet ex-ante.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-determinazzjoni tal-livell fil-mira mis-SRB fid-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tar-rata ta’ tkabbir mistennija għal depożiti koperti u l-evalwazzjoni taċ-ċiklu tan-negozju attwali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li s-SRB kiser l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikoli 16, 17 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi ma applikax il-limitu vinkolanti ta’ 12,5 % għal-livell fil-mira meta ddetermina l-livell fil-mira annwali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiksru l-prinċipju ta’ ffissar orjentat lejn ir-riskju tal-kontribuzzjonijiet u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, u għalhekk jiksru l-Artikoli 16, 17 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jekk il-livell fil-mira għandu jiġi ddeterminat b’mod dinamiku u l-limitu skont l-Artikolu 70(2) ta’ dak ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 ma għandux jiġi applikat, kif ikun il-każ jekk id-deċiżjoni kkontestata tiġi kkonfermata.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/82


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2022 – Nordea Rahoitus Suomi vs SRB

(Kawża T-432/22)

(2022/C 359/100)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nordea Rahoitus Suomi Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-SRB tal-11 ta’ April 2022, dokument Nru SRB/ES/2022/18, inkluż Annessi I, II u III, sa fejn tikkonċerna kontribuzzjonijiet ex-ante tar-rikorrenti; u

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li s-SRB kiser l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-15 ta’ Lulju 2014 (1) u l-Artikoli 16, 17, 41 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi ħa approċċ dinamiku sabiex jiddetermina livell fil-mira għall-kontribuzzjonijiet ex-ante.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-determinazzjoni tal-livell fil-mira mis-SRB fid-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tar-rata ta’ tkabbir mistennija għal depożiti koperti u l-evalwazzjoni taċ-ċiklu tan-negozju attwali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li s-SRB kiser l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikoli 16, 17 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi ma applikax il-limitu vinkolanti ta’ 12,5 % għal-livell fil-mira meta ddetermina l-livell fil-mira annwali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiksru l-prinċipju ta’ ffissar orjentat lejn ir-riskju tal-kontribuzzjonijiet u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, u għalhekk jiksru l-Artikoli 16, 17 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jekk il-livell fil-mira għandu jiġi ddeterminat b’mod dinamiku u l-limitu skont l-Artikolu 70(2) ta’ dak ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 ma għandux jiġi applikat, kif ikun il-każ jekk id-deċiżjoni kkontestata tiġi kkonfermata.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/83


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2022 – UIV Servizi vs REA

(Kawża T-440/22)

(2022/C 359/101)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Unione Italiana Vini Servizi (UIV Servizi) Soc. coop. arl (Milano, l-Italja) rappreżentanti: B. Bonafini, D. Rovetta u V. Villante, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata l-invalidità tal-ittra ta’ konferma (Ares (2022)3368330 – 2 ta’ Mejju 2022) tas-sospensjoni tal-ftehim ta’ sussidju (Artikolu 33.2) kif ukoll tas-sospensjoni tal-kuntratt innifsu minħabba ksur tal-obbligi kuntrattwali u tal-prinċipji ġenerali rilevanti tad-dritt tal-Unjoni invokati f’dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA) tneħħi s-sospensjoni tal-ftehim ta’ sussidju 874904 – European Quality Wines: Taste The Difference (iktar ’il quddiem “TTD.EU”);

tikkundanna lir-REA tħallas ammont li għandu jiġi ffissat għal EUR 500 000 bħala kumpens għad-danni materjali u morali mġarrba mir-rikorrenti – kif hija turi permezz tad-dokumenti ta’ sostenn;

tikkundanna lir-REA għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-natura illegali tal-ittra ta’ konferma tas-sospensjoni tal-ftehim ta’ sussidju – applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 33.2.1(a) tal-ftehim ta’ sussidju 874904-TTD.EU (definizzjoni tat-termini “żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi”)

Ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u tal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-dritt tal-Unjoni – ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi – ksur tal-prinċipju ta’ bona fide fid-dritt tal-Unjoni u fid-dritt Belġjan – ksur tal-applikazzjoni konġunta tal-Artikoli 1134 u 1156 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mir-REA.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq in-natura illegali tal-ittra ta’ konferma tas-sospensjoni tal-ftehim ta’ sussidju – in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 33.2.1(b) tal-ftehim ta’ sussidju 874904-TTD.EU – “impatt materjali” tal-allegati “żbalji sistemiċi jew rikorrenti, irregolaritajiet jew frodi” fuq il-ftehim ta’ sussidju TTD.EU.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba previsti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296(2) TFUE.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/84


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2022 – HB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-444/22)

(2022/C 359/102)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HB (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2022, ikkomunikata fis-16 ta’ Mejju 2022, li permezz tagħha l-konvenuta wettqet tpaċija bejn, minn naħa, il-kreditu li r-rikorrenti għandha fil-konfront tal-konvenuta fir-rigward tal-ispejjeż li għalihom il-Kummissjoni ġiet ikkundannata mis-sentenzi tal-21 ta’ Diċembru 2021, HB vs Il-Kummissjoni (T-795/19, mhux ippubblikata, EU:T:2021:917) u tal-21 ta’ Diċembru 2021, HB vs Il-Kummissjoni (T-796/19, mhux ippubblikata, EU:T:2021:918) u, min-naħa l-oħra, il-kreditu li l-Kummissjoni tallega li għandha fil-konfront tar-rikorrenti skont id-deċiżjoni ta’ rkupru tal-15 ta’ Ottubru 2019 ta’ EUR 1 197 055,86 (kuntratt CARDS/2008/166-429) (ammont prinċipali);

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens għad-dannu materjali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni li tadotta d-deċiżjoni kkontestata u n-nuqqas ta’ bażi legali għaliha.

2.

It-tieni motiv ibbażat, minn naħa, fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex, taħt ir-Regolament Finanzjarju, kreditu likwidu fil-konfront tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 266 TUE.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/85


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2022 – NV vs BEI

(Kawża T-447/22)

(2022/C 359/103)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: NV (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ Novembru 2021 li tikklassifika bħala irregolaritajiet l-assenzi tar-rikorrent matul il-perijodu tat-13 ta’ Settembru 2021 sal-13 ta’ Diċembru 2021;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2022 li tiċħad l-appell amministrattiv ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2022 kontra d-deċiżjoni tal-10 ta’ Novembru 2021;

tikkundanna lill-BEI iħallas ir-remunerazzjoni relatata mal-perijodu mit-13 ta’ Settembru 2021 sat-13 ta’ Diċembru 2021, ir-remunerazzjoni għandha tiżdied bl-interessi moratorji li huma ffissati bir-rata ta’ interess tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 2.3, 3.3, 3.4 u 3.6 tal-Anness X tad-dispożizzjonijiet amministrattivi, ksur tal-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea moqrija jew le flimkien mal-Artikoli 2.3, 3.3, 3.4 u 3.6 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi, żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tad-dmir ta’ premura u abbuż ta’ dritt.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu u tad-dmir ta’ diliġenza, ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 33b tar-Regoli tal-Persunal u 11 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/85


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-455/22)

(2022/C 359/104)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:

il-ħlas tas-somom kollha dovuti lir-rikorrent skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Water Supply Sweida Region Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self għall-Provvista ta’ Ilma fir-Reġjun ta’ Sweida) bin-Nru 80212 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mill-25 ta’ Awwissu 2017, li jinkludi:

EUR 652 218,70, li huwa l-ammont dovut lir-rikorrent fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa kollu kapital ta’ EUR 559 287,10, interessi ta’ EUR 38 925,60 u interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2022) ta’ EUR 54 006,00.

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, li jakkumula b’rata annwali ta’ 3,5 % (350 punt bażi), sakemm isir il-ħlas.

il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mill-25 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/86


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-456/22)

(2022/C 359/105)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:

il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Port of Tartous Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self għall-Port ta’ Tartus) bin-Nru 22057 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mid-9 ta’ Awwissu 2017 flimkien mad-dritt tiegħu ta’ surroga li jinkludi:

EUR 18 440 034,97, l-ammont dovut lill-Unjoni fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa kapital ta’ EUR 13 942 526,00, interessi ta’ EUR 2 589 128,20 u interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2022) ta’ EUR 1 908 380,77.

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, li jakkumula b’rata annwali ugwali għall-ogħla (għal kull perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata tal-EURIBOR flimkien ma’ 2 % (200 punt bażi) jew (ii) ir-rata fissa pagabbli taħt l-Artikolu 3.01 flimkien ma’ 0,25 % (25 punt bażi), sakemm isir il-ħlas.

il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Bank skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self mid-9 ta’ Awwissu 2017 inkluż EUR 5 405,54, l-ammont dovut lill-Bank fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa l-interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tal-14 ta’ Ġunju 2022 (li hija d-data li fiha l-Unjoni ħallset il-pagamenti relatati tal-kapital u l-interessi taħt il-Garanzija tal-2000)).

il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mid-9 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self lill-Unjoni (issurrogat għall-pretensjonijiet tal-Bank) u l-ammonti dovuti lill-Bank taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self bħala interessi moratorji kuntrattwali.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/87


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-457/22)

(2022/C 359/106)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:

l-ordni għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tas-Syrian Healthcare Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self għall-Protezzjoni tas-Saħħa tas-Sirja) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mid-9 ta’ Awwissu 2017 flimkien mad-dritt tiegħu ta’ surroga li jinkludi:

EUR 50 880 189,61 u 2 897 002,31 dollaru Amerikan (USD), l-ammont dovut lill-Unjoni fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa kapital ta’ EUR 40 744 064,86 u USD 2 223 971,84, interessi ta’ EUR 5 161 649,64 u USD 341 462,46 u interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2022) ta’ EUR 4 974 475,11 u USD 331 568,01.

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, li jakkumula b’rata annwali ugwali għall-ogħla (għal kull perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata tal-EURIBOR flimkien ma’ 2 % (200 punt bażi) (ħlief għal kwalunkwe ħlas f’USD, tapplika rata ugwali għar-rata LIBOR flimkien ma’ 2 % (200 punt bażi) jew (ii) ir-rata fissa pagabbli taħt l-Artikolu 3.01 flimkien ma’ 0,25 % (25 punt bażi), sakemm isir il-ħlas.

l-ordni għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Bank skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self mid-9 ta’ Awwissu 2017 inkluż EUR 11 416,23 u USD 760,94, l-ammonti dovuti lill-Bank fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huma l-interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tad-29 ta’ Ġunju 2022 (li hija d-data li fiha l-Unjoni ħallset il-pagamenti relatati tal-kapital u l-interessi taħt il-Garanzija tal-2000)).

l-ordni għall-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mid-9 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self lill-Unjoni (issurrogat għall-pretensjonijiet tal-Bank) u l-ammonti dovuti lill-Bank taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self bħala interessi moratorji kuntrattwali.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/88


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-465/22)

(2022/C 359/107)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:

il-ħlas tas-somom kollha dovuti lir-rikorrent skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Special Term Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self b’Dispożizzjonijiet Speċifiċi għall-Proġett tat-Triq Aleppo – Tall Kojak) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mill-25 ta’ Awwissu 2017, li jinkludi:

EUR 233 051,96, li huwa l-ammont dovut lir-rikorrent fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa kollu kapital ta’ EUR 200 900,30, interessi ta’ EUR 2 014,25 u interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2022) ta’ EUR 30 137,41.

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, li jakkumula b’rata annwali ta’ 3,5 % (350 punt bażi), sakemm isir il-ħlas.

il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mill-25 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/89


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-466/22)

(2022/C 359/108)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart, u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:

il-ħlas tas-somom kollha dovuti lir-rikorrent skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Water Supply Deir Ez-Zor Region Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self għall-Provvista ta’ Ilma fir-Reġjun ta’ Deir Ez-Zor) bin-Nru 80310 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mill-25 ta’ Awwissu 2017, li jinkludi:

EUR 363 150,97, li huwa l-ammont dovut lir-rikorrent fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa kollu kapital ta’ EUR 301 679,16, interessi ta’ EUR 34 100,36 u interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2022) ta’ EUR 27 371,45.

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, li jakkumula b’rata annwali ta’ 3,5 % (350 punt bażi), sakemm isir il-ħlas.

il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mill-25 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/89


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-467/22)

(2022/C 359/109)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:

il-ħlas tas-somom kollha dovuti lir-rikorrent skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Euphrates Drainage and Irrigation Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self għad-Drenaġġ u għat-Tisqija tal-Euphrates) bin-Nru 80211 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mill-25 ta’ Awwissu 2017, li jinkludi:

EUR 1 959 745,31, li huwa l-ammont dovut lir-rikorrent fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa kollu kapital ta’ EUR 1 680 510,04, interessi ta’ EUR 116 961,48 u interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2022) ta’ EUR 162 273,79.

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, li jakkumula b’rata annwali ta’ 3,5 % (350 punt bażi), sakemm isir il-ħlas.

il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mis-27 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/90


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-468/22)

(2022/C 359/110)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:

il-ħlas tas-somom kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Electricity Transmission Project Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self għall-Proġett ta’ Trażmissjoni ta’ Elettriku) bin-Nru 20868 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mid-9 ta’ Awwissu 2017 flimkien mad-dritt tiegħu ta’ surroga li jinkludi:

1 984 763,43 frank Svizzeru (CHF) u EUR 22 856 655,23, li huwa l-ammont dovut lir-rikorrent fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa kollu kapital ta’ CHF 1 716 822,98 u EUR 18 655 393,62, interessi ta’ CHF 51 915,64 u EUR 1 040 629,74 u interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2022) ta’ CHF 216 024,81 u EUR 3 160 631,87.

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, li jakkumula b’rata annwali ugwali għall-aggregat ta’ (i) 2,5 % (250 punt bażi) u (ii) ir-rata pagabbli taħt l-Artikolu 3.01, sakemm isir il-ħlas.

il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mid-9 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self lir-rikorrent (issurrogat għall-pretensjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/91


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2022 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-469/22)

(2022/C 359/111)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: D. Arts u E. Paredis, avukati, T. Gilliams, R. Stuart u F. de Borja Oxangoiti Briones, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika Għarbija Sirjana:

il-ħlas tas-somom kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Electricity Distribution Project Loan Agreement (il-Ftehim ta’ Self għall-Proġett ta’ Distribuzzjoni ta’ Elettriku) bin-Nru 20948 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Self”) mid-9 ta’ Awwissu 2017 flimkien mad-dritt tiegħu ta’ surroga li jinkludi:

EUR 28 777 508,71, li huwa l-ammont dovut lil-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Ġunju 2022, li huwa kollu kapital ta’ EUR 27 388 963,40, interessi ta’ EUR 116 091,27 u interessi moratorji kuntrattwali (akkumulati mid-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Ġunju 2022) ta’ EUR 1 272 454,04.

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, li jakkumula b’rata annwali ugwali għall-ogħla (għal kull perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) ir-rata interbankarja rilevanti flimkien ma’ 2 % (200 punt bażi) jew (ii) ir-rata pagabbli taħt l-Artikolu 3.01 flimkien ma’ 0,25 % (25 punt bażi), sakemm isir il-ħlas.

il-ħlas tas-somom kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li r-Repubblika Għarbija Sirjana kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha taħt l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self li tagħmel il-ħlas tal-pagamenti ulterjuri taħt il-Ftehim ta’ Self hekk kif kienu dovuti, mid-9 ta’ Awwissu 2017 u taħt l-Artikolu 3.02 tal-Ftehim ta’ Self sabiex isir ħlas ta’ interessi moratorji fuq kull wieħed mill-pagamenti dovuti u mhux imħallsa, li jakkumula bir-rata annwali fih. Konsegwentement, ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti taħt l-Artikoli 3.01, 3.02 u 4.01 tal-Ftehim ta’ Self lir-rikorrent (issurrogat għall-pretensjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/92


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 – QM vs Il-Kunsill

(Kawża T-471/22)

(2022/C 359/112)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: QM (rappreżentant: St. Koev, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli u fondat fl-intier tiegħu u tiddikjara li l-motivi kollha invokati fir-rikors huma fondati;

tikkonferma li l-atti kkontestati jistgħu jiġu parzjalment annullati;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/849 tat-30 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/840 tat-30 ta’ Mejju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2) sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali tar-rikorrent, għall-ispejjeż, għall-onorarji u għal spejjeż oħra marbuta mad-difiża tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur serju tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill.

3.

It-tielet motiv: ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

4.

Ir-raba’ motiv: żball ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill.

5.

Il-ħames motiv: ksur tad-dritt għall-proprjetà, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-libertà ekonomika.

6.

Is-sitt motiv: ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet ta’ għajxien normali.

7.

Is-seba’ motiv: ksur serju tad-dritt għal reputazzjoni tajba.


(1)  ĠU 2022, L 148, p. 52.

(2)  ĠU 2022, L 148, p. 8.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/93


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 – Mocom Compounds vs EUIPO – Centemia Conseils (Near-to-Prime)

(Kawża T-472/22)

(2022/C 359/113)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mocom Compounds GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bornholdt, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Centemia Conseils (Angevillers, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Near-to-Prime” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 448 524

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 2178/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tbiddel d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li d-Deċiżjoni Nru 47 561 C tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-12 ta’ Novembru 2021 tiġi annullata u li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Nru 16 448 524 tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/93


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2022 – Gürok Turizm ve Madencilik vs EUIPO – Darvas and Pap (LAAVA)

(Kawża T-473/22)

(2022/C 359/114)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gürok Turizm ve Madencilik Anonim Sirketi (Kütahya, it-Turkija) (rappreżentanti: M. López Camba u A. Lyubomirova Geleva, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gábor Darvas (Budapest, l-Ungerija), Dorina Pap (Kiskunhalas, l-Ungerija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikanti għat-trade mark kontenzjuża: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LAAVA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 209 861

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1745/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din iżżomm iċ-ċaħda tal-oppożizzjoni u tordna lill-opponenti/appellanti tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti minn Gürok Turizm ve Madencilik Anonim Sirketi;

tikkundanna lil Gábor Darvas u lil Dorina Pap għall-ispejjeż sostnuti minn Gürok Turizm ve Madencilik Anonim Sirketi.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/94


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2022 – Panicongelados-Massas Congeladas vs EUIPO – Seder (panidor)

(Kawża T-480/22)

(2022/C 359/115)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Panicongelados-Massas Congeladas, SA (Leiria, il-Portugall) (rappreżentant: I. Monteiro Alves, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seder Establishment Ltd. (L-Imrieħel, Birkirkara, Malta)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “panidor” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 214 675

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1946/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat l-applikazzjoni għal trade mark lura lill-EUIPO sabiex titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/95


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2022 – Thomas Henry vs EUIPO (MATE MATE)

(Kawża T-482/22)

(2022/C 359/116)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Henry GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, D. Mienert u J. Si-Ha Selbmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MATE MATE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 091 934

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 406/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(g) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/96


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Kaufdas.online vs EUIPO – Kaufland (KAUFDAS ONLINE)

(Kawża T-488/22)

(2022/C 359/117)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kaufdas.online sp. z o.o. (Gubin, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kurcman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kaufland Dienstleistung GmbH & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “KAUFDAS ONLINE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 113 140

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1972/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-28 ta’ Settembru 2021 fil-Każ Nru B 106 146 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha li għalihom ġiet milqugħa l-oppożizzjoni;

tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO sabiex ibiddel id-deċiżjoni fuq il-mertu u jirreġistra t-trade mark tal-Unjoni Nru 18 113 140 għall-prodotti u għas-servizzi kollha kkonċernati, bla ħsara għal dawk li ma humiex ikkontestati;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/96


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2022 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/22)

(2022/C 359/118)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cathay Pacific Airways Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Rees u E. Estellon, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea (irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea) tħallas:

kumpens finanzjarju li jikkorrispondi għall-interessi moratorji fuq is-somma ta’ EUR 10 080 000 bir-rata tal-interessi tal-BĊE għat-tranżazzjonijiet tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid fl-1 ta’ Marzu 2017 (jiġifieri 0,0 punt perċentwali), miżjud b’rata ta’ 3,5 punti perċentwali fis-sena, għall-perijodu bejn il-21 ta’ Ġunju 2017 u l-14 ta’ Lulju 2022 li jirriżulta f’ammont ta’ EUR 1 758 488,24 jew, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata tal-interessi jew fl-ammont li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xieraq; u

interessi komposti fuq l-ammont ta’ interessi moratorji taħt is-subparagrafu preċedenti għall-perijodu bejn il-15 ta’ Lulju 2022 (jew, fin-nuqqas ta’ dan, mid-data li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xierqa) u d-data tal-ħlas attwali mill-Kummissjoni Ewropea tal-ammont mitlub f’dak is-subparagrafu preċedenti bir-rata tal-interessi tal-BĊE għat-tranżazzjonijiet tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’rata tal-interessi ta’ 3,5 punti perċentwali fis-sena jew, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata tal-interessi jew fl-ammont li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xieraq;

barra minn hekk jew sussidjarjament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2022)5454770 tad-29 ta’ Lulju 2022 u tordnalha tagħmel dan bl-istess ammonti mitluba fil-punt preċedenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż kollha tar-rikorrenti fil-kawża preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-Artikolu 266 TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mid-deċiżjoni kkontestata tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni Nru 1268/2012 (1) interpretat skont l-Artikolu 266 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-bżonn ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata minħabba li ma hijiex suffiċjentement motivata.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362, p. 1).


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/97


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2022 – CiviBank vs BĊE

(Kawża T-220/22) (1)

(2022/C 359/119)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 237, 20.6.2022.


19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/97


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2022 – PQ vs SEAE

(Kawża T-358/22) (1)

(2022/C 359/120)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 294, 1.8.2022.