ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 171

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
25 ta' April 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 171/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 171/02

Kawżi Magħquda C-167/19 P u C-171/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 – Il-Kumissjoni Ewropea vs Freistaat Bayern et (Appell – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna għas-settur tal-ħalib Ġermaniż – Finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib – Artikolu 108(2) TFUE – Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Regolament (KE) Nru 659/1999 – Artikolu 6(1) – Obbligu, għall-Kummissjoni Ewropea, li f’din id-deċiżjoni tiġbor fil-qosor il-punti rilevanti ta’ fatt u ta’ liġi – Portata – Drittijiet tal-partijiet interessati li jkunu involuti fil-proċedura amministrattiva – Ksur ta’ formalità essenzjali – Konsegwenzi fuq il-legalità tad-deċiżjoni finali)

2

2022/C 171/03

Kawża C-213/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 4(3) TUE – Artikolu 310(6) u Artikolu 325 TFUE – Riżorsi proprji – Dazji doganali – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Prinċipju ta’ effettività – Obbligu għall-Istati Membri li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea riżorsi proprji – Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri fil-każ ta’ telf ta’ riżorsi proprji – Importazzjonijiet ta’ prodotti tessili u ta’ żraben li joriġinaw miċ-Ċina – Frodi fuq skala kbira u sistematika – Kriminalità organizzata – Importaturi inadempjenti – Valur għal skopijiet doganali – Sottovalutazzjoni – Valur taxxabbli tal-VAT – Assenza ta’ kontrolli doganali sistematiċi bbażati fuq analiżi tar-riskju u mwettqa qabel ir-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata – Assenza ta’ kostituzzjoni sistematika ta’ garanziji – Metodu użat sabiex jiġi stmat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali relatati mal-importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni – Metodu statistiku bbażat fuq prezzijiet medji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni – Ammissibbiltà)

3

2022/C 171/04

Kawża C-162/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 – WV vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60 – Assenza mhux awtorizzata – Portata – Tnaqqis mit-tul tal-leave annwali – Tnaqqis mir-remunerazzjoni – Uffiċjal li naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu abbażi tal-Artikoli 21 u 55 tar-Regolamenti tal-Persunal)

4

2022/C 171/05

Kawża C-171/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 – WV vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (Appell – Servizz pubbliku – Talba għal assistenza – Talba għal kumpens – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 24(1) u (2) – Artikolu 90(1) u (2) – Eżami mill-ġdid ta’ att amministrattiv li sar definittiv)

5

2022/C 171/06

Kawża C-172/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 – WV vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (Appell – Servizz pubbliku – Talba għal assistenza – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 90(1) u (2) – Ġurnata tal-preżentata tat-talba – Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba – Ilment – Preżentata – Terminu – Żball skużabbli)

5

2022/C 171/07

Kawża C-177/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Győri Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Grossmania Mezőgazdasági Termelő és Szolgáltató Kft vs Vas Megyei Kormányhivatal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipji tad-dritt tal-Unjoni – Supremazija – Effett dirett – Kooperazzjoni leali – Artikolu 4(3) TUE – Artikolu 63 TFUE – Obbligi ta’ Stat Membru li jirriżultaw minn deċiżjoni preliminari – Interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja f’sentenza preliminari ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni – Obbligu li jingħata effett sħiħ lid-dritt tal-Unjoni – Obbligu għal qorti nazzjonali li ma tapplikax leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja – Deċiżjoni amministrattiva li saret definittiva fl-assenza ta’ azzjoni ġudizzjarja – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Responsabbiltà tal-Istat Membru)

6

2022/C 171/08

Kawża C-205/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgerichts Steiermark – l-Awstrija) – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Kollokament ta’ ħaddiema – Direttiva 2014/67/UE – Artikolu 20 – Sanzjonijiet – Proporzjonalità – Effett dirett – Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni)

6

2022/C 171/09

Kawża C-247/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Appeal Tribunal (Northern Ireland) – Ir-Renju Unit) – VI vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Artikolu 21 TFUE – Direttiva 2004/38/KE – Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 16 – Wild li huwa ċittadin ta’ Stat Membru li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor – Dritt idderivat ta’ residenza tal-ġenitur li jiżgura effettivament il-kustodja ta’ dan il-wild – Rekwiżit ta’ assigurazzjoni għall-mard komprensiva – Wild li għandu dritt ta’ residenza permanenti għal parti mill-perijodi kkonċernati)

7

2022/C 171/10

Kawża C-275/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament – Deċiżjoni (UE) 2020/470 – Estensjoni tal-perijodu tad-dritt għal koproduzzjonijiet awdjoviżivi kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra – Bażi legali proċedurali – Artikolu 218(7) TFUE – Proċedura u regola ta’ vot applikabbli)

8

2022/C 171/11

Kawża C-349/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) – ir-Renju Unit) – NB, AB vs Secretary of State for the Home Department (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-immigrazzjoni – Regoli relatati mal-kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2004/83/KE – Artikolu 12 – Esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat – Persuna mingħajr Stat ta’ oriġini Palestinjana rreġistrata mal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib) (UNRWA) – Kundizzjonijiet sabiex wieħed jinvoka ipso facto d-Direttiva 2004/83/KE – Waqfien tal-protezzjoni jew tal-assistenza tal-UNRWA)

9

2022/C 171/12

Kawża C-409/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso Administrativo no 1 de Pontevedra – Spanja) – UN vs Subdelegación del Gobierno en Pontevedra (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Direttiva 2008/115/KE – Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jirrisjedu fil-pajjiż irregolarment – Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ residenza irregolari, l-impożizzjoni ta’ multa flimkien mal-obbligu ta’ tluq mit-territorju – Possibbiltà li r-residenza tiġi rregolarizzata matul terminu stabbilit – Artikolu 7(1) u (2) – Terminu għat-tluq volontarju)

10

2022/C 171/13

Kawża C-421/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Acacia Srl vs Bayerische Moteren Werke AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Disinni Komunitarji – Regolament (KE) Nru 6/2002 – Artikolu 82(5) – Azzjoni ppreżentata quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-fatt ta’ kontrafazzjoni kien twettaq jew fejn teżisti theddida li jitwettaq – Talbiet annessi mal-azzjoni għal kontrafazzjoni – Dritt applikabbli – Artikolu 88(2) – Artikolu 89(1)(d) – Regolament (KE) Nru 864/2007 – Liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali (Ruma II) – Artikolu 8(2) – Pajjiż li fih inkiser id-dritt tal-proprjetà intellettwali)

11

2022/C 171/14

Kawża C-498/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – ZK, fil-kwalità ta’ suċċessur ta’ JM, kuratur fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ BMA Nederland BV vs BMA Braunschweigische Maschinenbauanstalt AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Il-punt 2 tal-Artikolu 7 – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi delitt – Azzjoni mressqa minn kuratur kontra terz fl-interess tal-kredituri – Post fejn seħħ l-avveniment dannuż – Il-punt 2 tal-Artikolu 8 – Talba għal intervent minn persuna li tiddefendi l-interessi kollettivi – Regolament (KE) Nru 864/2007 – Kamp ta’ applikazzjoni – Regola ġenerali)

11

2022/C 171/15

Kawża C-519/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Proċedura mibdija kontra K (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-immigrazzjoni – Direttiva 2008/115/KE – Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija – Artikolu 16(1) – Effett dirett – Faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni – Kunċett – Detenzjoni f’ħabs – Kundizzjonijiet – Artikolu 18 – Sitwazzjoni ta’ emerġenza – Kunċett – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju effettiv)

12

2022/C 171/16

Kawża C-634/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Proċedura mibdija minn A (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Direttiva 2005/36/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Kundizzjonijiet għall-ksib tad-dritt ta’ eżerċizzju awtonomu tal-professjoni ta’ tabib fl-Istat Membru ospitanti – Diploma maħruġa fl-Istat Membru ta’ oriġini – Limitazzjoni tad-dritt ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’ tabib għal perijodu ta’ tliet snin – Superviżjoni ta’ tabib awtorizzat u segwitu konkomitanti tat-taħriġ speċjalizzat fil-mediċina ġenerali għal perijodu ta’ tliet snin – Artikoli 45 u 49 TFUE)

13

2022/C 171/17

Kawża C-60/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 45 TFUE – Artikolu 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea – Moviment liberu tal-ħaddiema – Tassazzjoni diretta – Taxxa fuq id-dħul – Tnaqqis – Pagamenti ta’ manteniment – Ugwaljanza fit-trattament – Diskriminazzjoni bejn kontribwenti residenti u mhux residenti)

14

2022/C 171/18

Kawża C-183/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken – il-Ġermanja) – Maxxus Group GmbH & Co. KG vs Globus Holding GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva (UE) 2015/2436 – Artikolu 19 – Użu ġenwin ta’ trade mark – Oneru tal-prova – Talba għal revoka minħabba nuqqas ta’ użu – Regola proċedurali nazzjonali li tobbliga lill-parti li tressaq it-talba tagħmel riċerka fis-suq dwar l-użu tat-trade mark)

14

2022/C 171/19

Kawża C-821/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no2 de Fuengirola (Spanja) fl-24 ta’ Diċembru 2021 – NM vs Club La Costa (UK) PLC, fergħa fi Spanja, CLC Resort Management LTD, Midmark 2 LTD, CLC Resort Development LTD u European Resorts & Hotels SL

15

2022/C 171/20

Kawża C-35/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Málaga (Spanja) fis-17 ta’ Jannar 2022 – CAJASUR Banco S.A. vs JO u IM

16

2022/C 171/21

Kawża C-42/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fid-19 ta’ Jannar 2022 – Global, Companhia de Seguros SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

17

2022/C 171/22

Kawża C-69/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

17

2022/C 171/23

Kawża C-72/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-4 ta’ Frar 2022 – M.A. vs Valstybės sienos apsaugos tarnyba

18

2022/C 171/24

Kawża C-104/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Frar 2022 – Lännen MCE Oy vs Berky GmbH u Senwatec GmbH & Co. Kg

19

2022/C 171/25

Kawża C-119/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fis-17 ta’ Frar 2022 – Teva B.V. u Teva Finland Oy vs Merck Sharp & Dohme Corp.

19

2022/C 171/26

Kawża C-135/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2022 minn Patrick Breyer mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-158/19, Breyer vs L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka

20

2022/C 171/27

Kawża C-136/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2022 mid-Debrégeas et associés Pharma (D & A Pharma) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-22 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-381/21, Debrégeas & Associés Pharma vs EMA

21

2022/C 171/28

Kawża C-197/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 171/29

Kawża T-834/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kompetizzjoni – Swieq tas-servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE – Konċentrazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern – Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Drittijiet tad-difiża – Ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi – Rabta kawżali)

24

2022/C 171/30

Kawża T-540/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – ASL Aviation Holdings u ASL Airlines (Ireland) vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kompetizzjoni – Swieq tas-servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE – Konċentrazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern – Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Motivi jew ilmenti invokati minn terz f’kawża oħra – Provi prodotti fir-replika – Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni għad-dewmien – Inammissibbiltà – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

24

2022/C 171/31

Kawża T-636/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Chemours Netherlands vs ECHA (REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Deċiżjoni li tidentifika l-aċidu propjoniku 2,3,3,3-tetrafluoro-2-(heptafluoropropoxy), l-imluħ tiegħu and l-aċidi alidi tiegħu bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti għall-inklużjoni fil-lista – Artikolu 57 tar-Regolament Nru 1907/2006 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità)

25

2022/C 171/32

Kawża T-806/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Govern d’Andorra vs EUIPO (Andorra) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Andorra – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

26

2022/C 171/33

Kawża T-134/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Huhtamaki vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati ma’ investigazzjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat – Deċiżjonijiet tat-taxxa bil-quddiem – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, investigazzjoni u awditu – Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità – Assenza ta’ natura inkonfutabbli – Obbligu ta’ motivazzjoni)

26

2022/C 171/34

Kawża T-669/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Pluscard Service vs EUIPO (PLUSCARD) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva PLUSCARD – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

27

2022/C 171/35

Kawża T-671/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – OA vs CESE (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Fastidju morali – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Twissija bil-miktub – Drittijiet tad-difiża – Żball ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà)

28

2022/C 171/36

Kawża T-715/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Degode vs EUIPO – Leo Pharma (Skinovea) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Skinovea – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKINOREN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

28

2022/C 171/37

Kawża T-1/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Fabryki Mebli Forte vs EUIPO – Bog-Fran (għamara) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għamara – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Żvelar tad-disinn preċedenti – Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002 – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti – Awtorità ta’ res judicata)

29

2022/C 171/38

Kawża T-86/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Distintiva Solutions vs EUIPO – Makeblock (Makeblock) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Makeblock – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] – Assenza ta’ trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku – Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament 2017/1001)

30

2022/C 171/39

Kawża T-125/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Banco de Investimento Global vs EUIPO – Banco BIC Português (EUROBIC) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali EUROBIC – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti BiG, BANCO BiG u BiGlobal TRADE – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BANCO BIG u figurattivi preċedenti BANCO BiG – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

30

2022/C 171/40

Kawża T-149/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO – Vitae Health Innovation (VITADHA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali VITADHA – Trade mark Spanjola verbali preċedenti VITANADH – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

31

2022/C 171/41

Kawża T-171/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Ubisoft Entertainment vs EUIPO – Huawei Technologies (FOR HONOR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FOR HONOR – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HONOR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

32

2022/C 171/42

Kawża T-184/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO – Schuju (Хозяин) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Хозяин – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti хозяюшка – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

32

2022/C 171/43

Kawża T-185/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO – Schuju (Хозяйка) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Хозяйка – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti хозяюшка – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

33

2022/C 171/44

Kawża T-192/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Beta Sports (META) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali META – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti METALGIAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

34

2022/C 171/45

Kawża T-198/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Ancor Group vs EUIPO – Cody’s Drinks International (CODE-X) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CODE-X – Trade marks nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti Cody’s – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Cody’s – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

34

2022/C 171/46

Kawża T-209/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Ignacio Carrasco vs EUIPO – Santos Carrasco Manzano (La Hoja del Carrasco) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva La Hoja del Carrasco – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CARRASCO, Guijuelo – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)_ Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Elementi dominanti u distintivi tat-trade marks kunfliġġenti)

35

2022/C 171/47

Kawża T-161/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Frar 2022 – Brinkmann (Steel Trading) et vs Il-Kummissjoni u BĊE (Rikors għad-danni – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà tar-Repubblika ta’ Ċipru – Memorandum ta’ qbil tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika, konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

36

2022/C 171/48

Kawża T-295/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2022 – eSlovensko vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Dispożizzjonijiet finanzjarji – Programm tal-Unjoni għall-promozzjoni ta’ użu iktar sikur tal-Internet – Ksur tar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà)

36

2022/C 171/49

Kawża T-304/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2022 – eSlovensko Bratislava vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Dispożizzjonijiet finanzjarji – Programm tal-Unjoni għall-promozzjoni ta’ użu iktar sikur tal-Internet – Identifikazzjoni tal-konvenut – Inammissibbiltà)

37

2022/C 171/50

Kawża T-425/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2022 – eSlovensko Bratislava vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Dispożizzjonijiet finanzjarji – Programm tal-Unjoni għall-promozzjoni ta’ użu iktar sikur tal-Internet – Ksur tar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà)

37

2022/C 171/51

Kawża T-442/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2022 – Thomas u Julien vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Euratom, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra – Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux leġiżlattiv – Inammissibbiltà)

38

2022/C 171/52

Kawża T-503/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2022 – Lagardère, unité médico-sociale vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Regolament (UE) 2021/953 – Ċertifikat COVID-19 diġitali tal-UE – Moviment liberu tal-persuni – Restrizzjonijiet – Indikazzjoni żbaljata tal-konvenut – Inammissibbiltà)

39

2022/C 171/53

Kawża T-603/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – WO vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Kooperazzjoni msaħħa li tirrigwarda l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Regolament (UE) 2017/1939 – Ħatra tal-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mil-Litwanja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà)

39

2022/C 171/54

Kawża T-635/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2022 – Carlings vs EUIPO – Margarete Steiff (STUHF) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

40

2022/C 171/55

Kawża T-46/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2022 – Esedra vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Servizz għal tfal żgħar – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

40

2022/C 171/56

Kawża T-72/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2022 – Interneto žiniasklaidos asociacija et vs Il-Kummissjoni

41

2022/C 171/57

Kawża T-115/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2022 – Belshyna vs Il-Kunsill

42

2022/C 171/58

Kawża T-116/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2022 – Belavia vs Il-Kunsill

42

2022/C 171/59

Kawża T-126/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2022 – Coinbase vs EUIPO – Coinbase Global (coinbase)

43

2022/C 171/60

Kawża T-129/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2022 – Simba Toys vs EUIPO – Master Gift Import (BIMBA TOYS)

44

2022/C 171/61

Kawża T-130/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2022 – Biologische Heilmittel Heel vs EUIPO – Esi (TRAUMGEL)

44

2022/C 171/62

Kawża T-133/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2022 – Katjes Fassin vs EUIPO (THE FUTURE IS PLANT-BASED)

45

2022/C 171/63

Kawża T-695/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – OG vs BEI

46


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 171/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 165, 19.4.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 158, 11.4.2022

ĠU C 148, 4.4.2022

ĠU C 138, 28.3.2022

ĠU C 128, 21.3.2022

ĠU C 119, 14.3.2022

ĠU C 109, 7.3.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 – Il-Kumissjoni Ewropea vs Freistaat Bayern et

(Kawżi Magħquda C-167/19 P u C-171/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għas-settur tal-ħalib Ġermaniż - Finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib - Artikolu 108(2) TFUE - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 6(1) - Obbligu, għall-Kummissjoni Ewropea, li f’din id-deċiżjoni tiġbor fil-qosor il-punti rilevanti ta’ fatt u ta’ liġi - Portata - Drittijiet tal-partijiet interessati li jkunu involuti fil-proċedura amministrattiva - Ksur ta’ formalità essenzjali - Konsegwenzi fuq il-legalità tad-deċiżjoni finali)

(2022/C 171/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, P. Němečková u T. Maxian Rusche, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Freistaat Bayern (il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész u H. Weiß, Rechtsanwälte) (C-167/19 P), Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns eV, Genossenschaftsverband Bayern eV, Verband der Bayerischen Privaten Milchwirtschaft eV (rappreżentanti: C. Bittner u N. Langhans, Rechtsanwälte) (C-171/19 P)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-213/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 4(3) TUE - Artikolu 310(6) u Artikolu 325 TFUE - Riżorsi proprji - Dazji doganali - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Ġlieda kontra l-frodi - Prinċipju ta’ effettività - Obbligu għall-Istati Membri li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea riżorsi proprji - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri fil-każ ta’ telf ta’ riżorsi proprji - Importazzjonijiet ta’ prodotti tessili u ta’ żraben li joriġinaw miċ-Ċina - Frodi fuq skala kbira u sistematika - Kriminalità organizzata - Importaturi inadempjenti - Valur għal skopijiet doganali - Sottovalutazzjoni - Valur taxxabbli tal-VAT - Assenza ta’ kontrolli doganali sistematiċi bbażati fuq analiżi tar-riskju u mwettqa qabel ir-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata - Assenza ta’ kostituzzjoni sistematika ta’ garanziji - Metodu użat sabiex jiġi stmat l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali relatati mal-importazzjonijiet li jippreżentaw riskju sinjifikattiv ta’ sottovalutazzjoni - Metodu statistiku bbażat fuq prezzijiet medji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni - Ammissibbiltà)

(2022/C 171/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn F. Shibli, S. Brandon, Z. Lavery u S. McCrory, sussegwentement minn F. Shibli u S. McCrory, aġenti, assistiti minn J. Eadie u I. Rogers, QC, u S. Pritchard, T. Sebastian u R. Hill, barristers)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, P. Cottin u S. Baeyens, aġenti), Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: M. Tassopoulou, aġent), Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: inizjalment minn K. Pommere, V. Soņeca u I. Kucina, sussegwentement minn K. Pommere, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża, (rappreżentanti: P. Barros da Costa, S. Jaulino, L. Inez Fernandes u P. Rocha, aġenti), Ir-Repubblika tas-Slovakkja, (rappreżentat: B. Ricziová, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħax inkunsiderazzjoni l-ammonti korretti tad-dazji doganali u billi ma għamilx disponibbli l-ammont korrett tar-riżorsi proprji tradizzjonali relatati ma’ ċerti importazzjonijiet ta’ prodotti tessili u ta’ żraben li joriġinaw miċ-Ċina, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej, l-Artikoli 2, 6, 9, 10, 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi propjri tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/804 tas-17 ta’ Mejju 2016, l-Artikoli 2, 6, 9, 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, kif ukoll taħt l-Artikolu 105(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u l-Artikolu 220(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 325 TFUE, l-Artikolu 46 tar-Regolament Nru 952/2013, l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, l-Artikolu 248(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3254/1994 tad-19 ta’ Diċembru 1994, l-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 952/2013 u kif ukoll l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikoli 85 sa 87 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/69/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009;

u billi ma bagħatx l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tiddetermina l-ammont tat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali u billi ma pprovdiex, kif mitlub, ir-raġunijiet tad-deċiżjonijiet li annullaw id-djun doganali kkonstatati, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) TUE.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għal erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati parti minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha stess.

5)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 – WV vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

(Kawża C-162/20 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60 - Assenza mhux awtorizzata - Portata - Tnaqqis mit-tul tal-leave annwali - Tnaqqis mir-remunerazzjoni - Uffiċjal li naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu abbażi tal-Artikoli 21 u 55 tar-Regolamenti tal-Persunal)

(2022/C 171/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, abogado, u F.-M. Hislaire, avocat)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Jannar 2020, WV vs SEAE (T-471/18, mhux ippubblikat, EU:T:2020:26), huwa annullat.

2)

Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tas-27 ta’ Novembru 2017 li wasslet għal tnaqqis mis-salarju ta’ 72 ġurnata u d-deċiżjoni tas-SEAE tat-2 ta’ Mejju 2018 li ċaħdet l-ilment tal-appellanti mressaq fit-3 ta’ Jannar 2018 huma annullati.

3)

Is-SEAE huwa kkundannat iħallas lura lill-appellanti l-ammonti mnaqqsa indebitament mir-remunerazzjoni tagħha, sa 71,5 ġurnata. Dawn l-ammonti għandhom jiżdiedu bl-interessi bir-rata ta’ 5 % fis-sena mid-data tat-tnaqqis tagħhom.

4)

IS-SEAE għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn WV kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 – WV vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

(Kawża C-171/20 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Talba għal assistenza - Talba għal kumpens - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 24(1) u (2) - Artikolu 90(1) u (2) - Eżami mill-ġdid ta’ att amministrattiv li sar definittiv)

(2022/C 171/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, abogado, u F.-M. Hislaire, avocat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

WV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 – WV vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

(Kawża C-172/20 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Talba għal assistenza - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 90(1) u (2) - Ġurnata tal-preżentata tat-talba - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba - Ilment - Preżentata - Terminu - Żball skużabbli)

(2022/C 171/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, abogado, u F.-M. Hislaire, avocat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

WV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Győri Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – “Grossmania” Mezőgazdasági Termelő és Szolgáltató Kft vs Vas Megyei Kormányhivatal

(Kawża C-177/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji tad-dritt tal-Unjoni - Supremazija - Effett dirett - Kooperazzjoni leali - Artikolu 4(3) TUE - Artikolu 63 TFUE - Obbligi ta’ Stat Membru li jirriżultaw minn deċiżjoni preliminari - Interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja f’sentenza preliminari ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni - Obbligu li jingħata effett sħiħ lid-dritt tal-Unjoni - Obbligu għal qorti nazzjonali li ma tapplikax leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Deċiżjoni amministrattiva li saret definittiva fl-assenza ta’ azzjoni ġudizzjarja - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Responsabbiltà tal-Istat Membru)

(2022/C 171/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Győri Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Grossmania” Mezőgazdasági Termelő és Szolgáltató Kft

Konvenut: Vas Megyei Kormányhivatal

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 267 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali adita b’rikors kontra deċiżjoni li tiċħad talba għal inklużjoni mill-ġdid ta’ drittijiet ta’ użufrutt mitmuma ipso jure u mħassra mir-reġistru tal-artijiet bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mal-Artikolu 63 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’sentenza preliminari, hija marbuta:

li ma tapplikax din il-leġiżlazzjoni u

ħlief għal ostakoli oġġettivi u leġittimi, b’mod partikolari ta’ natura legali, li l-awtorità amministrattiva kompetenti tiġi ordnata tirreġistra mill-ġdid id-drittijiet ta’ użufrutt, minkejja li t-tħassir ta’ dawn id-drittijiet ma jkunx ġie kkontestat ġudizzjarjament fit-termini legali u, konsegwentement, issir definittiva konformement mad-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 279, 24.08.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgerichts Steiermark – l-Awstrija) – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

(Kawża C-205/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Direttiva 2014/67/UE - Artikolu 20 - Sanzjonijiet - Proporzjonalità - Effett dirett - Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni)

(2022/C 171/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NE

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

fil-preżenza ta’: Finanzpolizei Team 91

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), sa fejn jeżiġi li s-sanzjonijiet li huwa jipprevedi jkunu proporzjonati, għandu jkollu effett dirett u jista’ għalhekk jiġi invokat mill-individwi quddiem il-qrati nazzjonali kontra Stat Membru li jkun għamel traspożizzjoni inkorretta tiegħu.

2)

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali l-obbligu li ma japplikawx leġiżlazzjoni nazzjonali li parti minnha tmur kontra r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 biss sa fejn dan ikun neċessarju sabiex jippermetti l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet proporzjonati.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Appeal Tribunal (Northern Ireland) – Ir-Renju Unit) – VI vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-247/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Artikolu 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 16 - Wild li huwa ċittadin ta’ Stat Membru li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor - Dritt idderivat ta’ residenza tal-ġenitur li jiżgura effettivament il-kustodja ta’ dan il-wild - Rekwiżit ta’ assigurazzjoni għall-mard komprensiva - Wild li għandu dritt ta’ residenza permanenti għal parti mill-perijodi kkonċernati)

(2022/C 171/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Appeal Tribunal (Northern Ireland)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VI

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 21 TFUE u l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li la l-wild, ċittadin tal-Unjoni, li kiseb dritt ta’ residenza permanenti, u lanqas il-ġenitur li għandu effettivament il-kustodja tiegħu ma huma obbligati li jkollhom assigurazzjoni għall-mard komprensiva, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva, sabiex iżommu d-dritt ta’ residenza tagħhom fl-Istat ospitanti.

2)

L-Artikolu 21 TFUE u l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fir-rigward tal-perijodi ta’ qabel ma wild, ċittadin tal-Unjoni, kiseb dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat ospitanti, kemm dan il-wild, meta jintalab dritt ta’ residenza għalih fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu 7(1)(b), kif ukoll il-ġenitur li għandu effettivament il-kustodja tiegħu għandhom ikollhom assigurazzjoni għall-mard komprensiva, fis-sens ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 313, 21.9.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-275/20) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni (UE) 2020/470 - Estensjoni tal-perijodu tad-dritt għal koproduzzjonijiet awdjoviżivi kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra - Bażi legali proċedurali - Artikolu 218(7) TFUE - Proċedura u regola ta’ vot applikabbli)

(2022/C 171/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. Afonso u D. Schaffrin, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Plaza García u B. Driessen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Franciza (rappreżentanti: J.-L. Carré, T. Stehelin, E. de Moustier u A. Daniel, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman, C. S. Schillemans u J. Langer, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/470 tal-25 ta’ Marzu 2020 dwar l-estensjoni tal-perjodu tad-dritt għal koproduzzjonijiet awdjoviżivi kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, hija annullata.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2020/470 għandhom jinżammu fis-seħħ, sakemm il-motivi ta’ annullament ikkonstatati jkunu ġew irrimedjati.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

4)

Ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) – ir-Renju Unit) – NB, AB vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-349/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-immigrazzjoni - Regoli relatati mal-kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2004/83/KE - Artikolu 12 - Esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat - Persuna mingħajr Stat ta’ oriġini Palestinjana rreġistrata mal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib) (UNRWA) - Kundizzjonijiet sabiex wieħed jinvoka ipso facto d-Direttiva 2004/83/KE - Waqfien tal-protezzjoni jew tal-assistenza tal-UNRWA)

(2022/C 171/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Immigration and Asylum Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NB, AB

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

fil-preżenza ta’: United Nations High Commissioner for Refugees (UK)

Dispożittiv

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-protezzjoni jew l-assistenza tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib) (UNRWA) waqfitx, b’tali mod li persuna tista’ titlob ipso facto l-“istatus ta’ refuġjat” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni individwali, iċ-ċirkustanzi rilevanti bħalma jkunu mhux biss fil-mument tat-tluq ta’ din il-persuna miż-żona ta’ operazzjoni tal-UNRWA, iżda wkoll fil-mument fejn l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti jeżaminaw applikazzjoni għal għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kkonċernati jiddeċiedu dwar l-azzjoni mibdija kontra deċiżjoni ta’ rifjut ta’ għoti ta’ tali status.

2)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest tal-analiżi intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk il-protezzjoni jew l-assistenza tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib) (UNRWA) waqfitx, b’tali mod li persuna tista’ titlob ipso facto l-“istatus ta’ refuġjat” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-persuna kkonċernata tistabbilixxi li hija kienet imġiegħla titlaq miż-żona ta’ operazzjoni tal-UNRWA għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħha u indipendenti mir-rieda tagħha, huwa l-Istat Membru, jekk iqis li dik il-persuna issa tinsab f’pożizzjoni li tirritorna f’dik iż-żona u li hemmhekk tibbenefika minn dik il-protezzjoni jew minn dik l-assistenza, li għandu jistabbilixxi li dan huwa l-każ.

3)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-protezzjoni jew l-assistenza tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib) (UNRWA) waqfitx, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’mod li persuna li talbet li tibbenefika minn protezzjoni internazzjonali kienet imġiegħla titlaq miż-żona ta’ operazzjoni ta’ dan l-organu, ma huwiex neċessarju li jiġi stabbilit li l-UNRWA jew l-Istat li fit-territorju tiegħu hija topera kellha l-intenzjoni li timponi dannu fuq dik il-persuna jew li ċċaħħadha mill-assistenza, permezz ta’ azzjoni jew ta’ omissjoni. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, huwa biżżejjed li jiġi stabbilit li l-assistenza jew il-protezzjoni tal-UNRWA effettivament waqfet għal kwalunkwe raġuni b’tali mod li dan l-organu ma għadux f’pożizzjoni, għal raġunijiet oġġettivi jew marbuta mas-sitwazzjoni individwali tal-imsemmija persuna, li jiżguralha l-kundizzjonijiet ta’ għajxien konformi mal-missjoni li huwa inkarigat minnha.

4)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83, moqrija flimkien mal-Artikolu 1D tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Genève fit-28 ta’ Lulju 1951, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi vverifikat jekk kienx hemm waqfien tal-protezzjoni jew tal-assistenza tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib) (UNRWA), b’tali mod li persuna tista’ titlob ipso facto l-“istatus ta’ refuġjat”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2004/83, hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni l-assistenza pprovduta lil dik il-persuna minn atturi tas-soċjetà ċivili, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, bil-kundizzjoni li magħhom l-UNRWA jkollha relazzjoni formali ta’ kooperazzjoni ta’ natura stabbli, li fil-kuntest tagħha dawn tal-aħħar jassistu lill-UNRWA fit-twettiq tal-mandat tagħha.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso Administrativo no 1 de Pontevedra – Spanja) – UN vs Subdelegación del Gobierno en Pontevedra

(Kawża C-409/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jirrisjedu fil-pajjiż irregolarment - Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ residenza irregolari, l-impożizzjoni ta’ multa flimkien mal-obbligu ta’ tluq mit-territorju - Possibbiltà li r-residenza tiġi rregolarizzata matul terminu stabbilit - Artikolu 7(1) u (2) - Terminu għat-tluq volontarju)

(2022/C 171/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso Administrativo no 1 de Pontevedra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UN

Konvenut: Subdelegación del Gobierno en Pontevedra

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8(1) tagħha, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 6(4) u mal-Artikolu 7(1) u (2) ta’ din id-direttiva, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissanzjona r-residenza irregolari ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, fl-assenza ta’ ċirkustanzi aggravanti, inizjalment, permezz ta’ multa flimkien ma’ obbligu ta’ tluq mit-territorju tal-imsemmi Stat Membru f’terminu stabbilit sakemm, qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu, ir-residenza ta’ dan iċ-ċittadin ma tkunx irregolarizzata, u, sussegwentement, fl-assenza ta’ regolarizzazzjoni tar-residenza tal-imsemmi ċittadin, permezz ta’ deċiżjoni li tordna b’mod obbligatorju it-tkeċċija tiegħu, sakemm l-imsemmi terminu ikun stabbilit b’mod konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 7(1) u (2) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Acacia Srl vs Bayerische Moteren Werke AG

(Kawża C-421/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Disinni Komunitarji - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 82(5) - Azzjoni ppreżentata quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-fatt ta’ kontrafazzjoni kien twettaq jew fejn teżisti theddida li jitwettaq - Talbiet annessi mal-azzjoni għal kontrafazzjoni - Dritt applikabbli - Artikolu 88(2) - Artikolu 89(1)(d) - Regolament (KE) Nru 864/2007 - Liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali (“Ruma II”) - Artikolu 8(2) - Pajjiż li fih inkiser id-dritt tal-proprjetà intellettwali)

(2022/C 171/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Acacia Srl

Konvenut: Bayerische Moteren Werke AG

Dispożittiv

L-Artikolu 88(2) u l-Artikolu 89(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji, kif ukoll l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qrati tad-disinni Komunitarji aditi b’azzjoni għal kontrafazzjoni skont l-Artikolu 82(5) tar-Regolament Nru 6/2002, intiża għal atti ta’ kontrafazzjoni mwettqa jew fejn teżisti theddida li jitwettqu fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, għandhom jeżaminaw it-talbiet annessi ta’ din l-azzjoni, intiżi għall-għoti ta’ danni, għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni, ta’ dokumenti u ta’ kontijiet, kif ukoll għall-għoti tal-prodotti kontrafatti bl-għan tal-qerda tagħhom, fuq il-bażi tad-dritt tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-atti li jirrigwardaw allegat ksur tad-disinn Komunitarju invokat ikunu twettqu jew fejn teżisti theddida li jitwettqu, li jikkoinċidi, fiċ-ċirkustanzi ta’ azzjoni ppreżentata skont l-imsemmi Artikolu 82(5), mad-dritt tal-Istat Membru li fih jinsabu dawn il-qrati.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – ZK, fil-kwalità ta’ suċċessur ta’ JM, kuratur fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ BMA Nederland BV vs BMA Braunschweigische Maschinenbauanstalt AG

(Kawża C-498/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Il-punt 2 tal-Artikolu 7 - Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi delitt - Azzjoni mressqa minn kuratur kontra terz fl-interess tal-kredituri - Post fejn seħħ l-avveniment dannuż - Il-punt 2 tal-Artikolu 8 - Talba għal intervent minn persuna li tiddefendi l-interessi kollettivi - Regolament (KE) Nru 864/2007 - Kamp ta’ applikazzjoni - Regola ġenerali)

(2022/C 171/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZK, fil-kwalità ta’ suċċessur ta’ JM, kuratur fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ BMA Nederland BV

Konvenut: BMA Braunschweigische Maschinenbauanstalt AG

fil-preżenza ta’: Stichting Belangbehartiging Crediteuren BMA Nederland

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tal-post tal-istabbiliment ta’ kumpannija li d-djun tagħha ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati, minħabba li l-kumpannija “nanna” ta’ din il-kumpannija tkun kisret id-dmir tagħha ta’ diliġenza fir-rigward tal-kredituri tagħha, għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni kollettiva għad-danni li jaqgħu taħt materji ta’ delitt jew kważi delitt, li l-kuratur fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ din il-kumpannija jkun ressaq, fil-kuntest tal-missjoni legali tiegħu ta’ likwidazzjoni tal-assi favur, iżda mhux f’isem, il-kredituri kollha.

2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda preliminari ma hijiex differenti jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-kawża prinċipali, fondazzjoni taġixxi sabiex tiddefendi l-interessi kollettivi tal-kredituri u li l-azzjoni mressqa għal dan il-għan ma tiħux inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi individwali tal-kredituri.

3)

Il-punt 2 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk il-qorti adita bl-azzjoni oriġinali tmur lura fuq id-deċiżjoni tagħha li tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din l-azzjoni, hija titlef minħabba dan il-fatt, ipso jure, ukoll il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tal-azzjonijiet imressqa mill-intervenjenti.

4)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-liġi applikabbli għal obbligu ta’ kumpens skont id-dmir ta’ diliġenza tal-kumpannija “nanna” ta’ kumpannija ddikjarata insolventi hija, bħala prinċipju, dik tal-pajjiż fejn hija stabbilita din tal-aħħar, minkejja li l-preeżistenza ta’ ftehim ta’ finanzjament bejn dawn iż-żewġ kumpanniji, flimkien ma’ klawżola ta’ għażla tal-forum, hija ċirkustanza li tista’ tistabbilixxi rabtiet manifestament iktar stretti ma’ pajjiż ieħor, fis-sens tal-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 443,u 21.12.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Proċedura mibdija kontra K

(Kawża C-519/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-immigrazzjoni - Direttiva 2008/115/KE - Detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija - Artikolu 16(1) - Effett dirett - Faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni - Kunċett - Detenzjoni f’ħabs - Kundizzjonijiet - Artikolu 18 - Sitwazzjoni ta’ emerġenza - Kunċett - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Stħarriġ ġudizzjarju effettiv)

(2022/C 171/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K

fil-preżenza ta’: Landkreis Gifhorn

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqsima speċifika ta’ ħabs li, minn naħa, filwaqt li jkollha d-direttur tagħha stess, hija suġġetta għall-amministrazzjoni ta’ dan l-istabbiliment u hija suġġetta għall-awtorità tal-Ministru li għandu l-awtorità fuq il-ħabsijiet u li fiha, min-naħa l-oħra, jinżammu ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għal finijiet ta’ tneħħija, f’binjiet speċifiċi li jkollhom il-faċilitajiet tagħhom stess u li jkunu iżolati mill-binjiet l-oħra ta’ dik it-taqsima li fihom jinżammu persuni kkundannati kriminalment, tista’ titqies bħala “faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk kemm-il darba l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni applikabbli għal dawk iċ-ċittadini jevitaw, sa fejn possibbli, li din id-detenzjoni tkun tixbah lil qfil f’ambjent ta’ ħabs u jekk kemm-il darba dawn ikunu mfassla b’mod li d-drittijiet iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll id-drittijiet sanċiti fl-Artikolu 16(2) sa (5) u fl-Artikolu 17 ta’ dik id-direttiva jiġu rrispettati.

2)

L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/115, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali li tintalab, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, tordna t-tqegħid f’detenzjoni jew l-estensjoni tad-detenzjoni, f’ħabs, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz għal finijiet ta’ tneħħija għandha tkun tista’ tivverifika l-osservanza tal-kundizzjonijiet li għalihom dan l-Artikolu 18 jissuġġetta l-possibbiltà għal Stat Membru li jipprevedi li dan iċ-ċittadin jkun is-suġġett ta’ detenzjoni f’ħabs.

3)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali għandha teskludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti, b’mod temporanju, li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment jinżammu, għall-finijiet tat-tneħħija tagħhom, f’ħabsijiet, mifrudin mill-priġunieri ordinarji, meta l-kundizzjonijiet li għalihom l-Artikolu 18(1) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva jissuġġettaw il-konformità ta’ tali leġiżlazzjoni mad-dritt tal-Unjoni ma jkunux jew, ma jkunux għadhom, issodisfatti.


(1)  ĠU C 19,18.1.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Proċedura mibdija minn A

(Kawża C-634/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Direttiva 2005/36/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kundizzjonijiet għall-ksib tad-dritt ta’ eżerċizzju awtonomu tal-professjoni ta’ tabib fl-Istat Membru ospitanti - Diploma maħruġa fl-Istat Membru ta’ oriġini - Limitazzjoni tad-dritt ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’ tabib għal perijodu ta’ tliet snin - Superviżjoni ta’ tabib awtorizzat u segwitu konkomitanti tat-taħriġ speċjalizzat fil-mediċina ġenerali għal perijodu ta’ tliet snin - Artikoli 45 u 49 TFUE)

(2022/C 171/16)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Fil-preżenza ta’: Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

Dispożittiv

L-Artikoli 45 u 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tagħti lil persuna, abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, dritt li teżerċita l-professjoni ta’ tabib li jkun limitat għal perijodu ta’ tliet snin u li huwa suġġett għall-kundizzjoni doppja, minn naħa, li l-persuna kkonċernata tissuġġetta ruħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha għad-direzzjoni u għas-superviżjoni ta’ tabib awtorizzat, u, min-naħa l-oħra, fl-istess perijodu, ikollha tikkompleta, b’suċċess, tliet snin ta’ taħriġ speċjali fi prattika medika ġenerali sabiex tikseb awtorizzazzjoni biex teżerċita l-professjoni ta’ tabib b’mod indipendenti fl-Istat Membru ospitanti, fid-dawl tal-fatt li l-persuna kkonċernata, li tkun kisbet kwalifika universitarja tal-ewwel grad fil-mediċina fl-Istat Membru ta’ oriġini, ikollha l-kwalifika ta’ edukazzjoni u/jew taħriġ, f’dak li jirrigwarda r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, imsemmija fil-punt 5.1.1 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), iżda mhux ċertifikat li juri t-tlestija ta’ taħriġ professjonali ta’ sena li hija meħtieġa bħala kundizzjoni addizzjonali sabiex jinkisbu l-kwalifiki professjonali fl-Istat Membru ta’ oriġini.


(1)  ĠU C 44, 08.02.2021


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-60/21) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 45 TFUE - Artikolu 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Moviment liberu tal-ħaddiema - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq id-dħul - Tnaqqis - Pagamenti ta’ manteniment - Ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni bejn kontribwenti residenti u mhux residenti)

(2022/C 171/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u V. Uher, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, P. Cottin u S. Baeyens, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi jirrifjuta t-tnaqqis tal-pagamenti ta’ manteniment jew kapital minflok tali pagamenti u pagamenti komplementari ta’ kull sena mid-dħul taxxabbli lid-debituri mhux residenti tal-Belġju u li jirċievu inqas minn 75 % tad-dħul professjonali tagħhom hemmhekk li ma jistgħux jibbenefikaw mill-istess tnaqqis fl-Istat Membru tagħhom ta’ residenza minħabba s-somma baxxa tad-dħul taxxabbli tagħhom f’dan l-Istat, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 98, 22.3.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken – il-Ġermanja) – Maxxus Group GmbH & Co. KG vs Globus Holding GmbH & Co. KG

(Kawża C-183/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade marks - Direttiva (UE) 2015/2436 - Artikolu 19 - Użu ġenwin ta’ trade mark - Oneru tal-prova - Talba għal revoka minħabba nuqqas ta’ użu - Regola proċedurali nazzjonali li tobbliga lill-parti li tressaq it-talba tagħmel riċerka fis-suq dwar l-użu tat-trade mark)

(2022/C 171/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maxxus Group GmbH & Co. KG

Konvenut: Globus Holding GmbH & Co. KG

Dispożittiv

L-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola proċedurali ta’ Stat Membru li, fi proċedimenti ta’ talba għal revoka minħabba nuqqas ta’ użu ta’ trade mark, timponi fuq il-parti li tressaq it-talba l-obbligu li twettaq riċerka fis-suq dwar l-eventwali użu ta’ din it-trade mark mill-proprjetarju tagħha u li tippreżenta f’dan ir-rigward, sa fejn huwa possibbli, osservazzjonijiet issostanzjati insostenn tat-talba tagħha.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no2 de Fuengirola (Spanja) fl-24 ta’ Diċembru 2021 – NM vs Club La Costa (UK) PLC, fergħa fi Spanja, CLC Resort Management LTD, Midmark 2 LTD, CLC Resort Development LTD u European Resorts & Hotels SL

(Kawża C-821/21)

(2022/C 171/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no2 de Fuengirola

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NM

Konvenuti: Club La Costa (UK) PLC, fergħa fi Spanja, CLC Resort Management LTD, Midmark 2 LTD, CLC Resort Development LTD u European Resorts & Hotels SL

Domandi preliminari

B’riferiment għar-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1):

 

L-ewwel. Fil-każijiet ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi li għalihom japplika l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, huwa konformi mal-imsemmi regolament li jitqies li l-espressjoni “l-parti l-oħra ta’ kuntratt” użata f’din id-dispożizzjoni tinkludi biss lill-persuna li ffirmat il-kuntratt, b’tali mod li ma tistax tinkludi persuni, fiżiċi jew ġuridiċi, differenti minn dawk li effettivament iffirmawh?

 

It-tieni. Fil-każ li jitqies li l-espressjoni “l-parti l-oħra ta’ kuntratt” tinkludi biss lil min effettivament iffirma l-kuntratt, fil-każijiet li fihom kemm il-konsumatur kif ukoll “[i]l-parti l-oħra ta’ kuntratt” għandhom id-domiċilju tagħhom barra minn Spanja, huwa konformi mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 li jitqies li l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Spanjoli ma tistax tiġi ddeterminata mill-fatt li l-grupp ta’ impriżi li tagħmel parti minnu “l-parti l-oħra ta’ kuntratt” jinkludi kumpanniji b’domiċilju fi Spanja li ma kinux involuti fl-iffirmar tal-kuntratt, jew li ffirmaw kuntratti differenti minn dak li hija mitluba n-nullità tiegħu?

 

It-tielet. Fil-każ li “l-parti l-oħra ta’ kuntratt” li jagħmel riferiment għaliha l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, tipprova li għandha d-domiċilju tagħha fir-Renju Unit skont l-Artikolu 63(2) tiegħu, huwa konformi ma’ din id-dispożizzjoni li jitqies li d-domiċilju hekk iddeterminat jiddelimita l-għażla li tista’ tiġi eżerċitata skont l-Artikolu 18(1)? Barra minn hekk, huwa konformi ma’ din id-dispożizzjoni li jitqies li la hija limitata sabiex tistabbilixxi sempliċi “preżunzjoni ta’ fatt”, la li din il-preżunzjoni hija kkonfutata jekk “[i]l-parti l-oħra ta’ kuntratt” twettaq attivitajiet barra mill-ġurisdizzjoni tad-domiċilju tagħha, u lanqas li huwa l-oneru “[ta]l-parti l-oħra ta’ kuntratt” li tipprova li hemm rabta bejn id-domiċilju tagħha ddeterminat skont id-dispożizzjoni msemmija u l-post fejn twettaq l-attivitajiet tagħha?

B’riferiment għar-Regolament (KE) 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (2):

 

Ir-raba’. Fil-każijiet ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi li għalihom japplika r-Regolament Nru 593/2008, huwa konformi mal-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament li jitqies li huma validi u applikabbli l-klawżoli li jiddeterminaw il-liġi applikabbli inklużi fil-“Kundizzjonijiet Ġenerali” tal-kuntratt iffirmat mill-partijiet, jew li huma inklużi f’dokument separat li l-kuntratt jagħmel riferiment espress għalih u li għalih hemm prova tal-wasla tiegħu għand il-konsumatur?

 

Il-ħames. Fil-każijiet ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi li għalihom japplika r-Regolament Nru 593/2008, huwa konformi mal-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament li jitqies li jista’ jiġi invokat kemm mill-konsumatur kif ukoll mill-parti kontraenti l-oħra?

 

Is-sitt. Fil-każijiet ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi li għalihom japplika r-Regolament Nru 593/2008, huwa konformi mal-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament li jitqies li, jekk ir-rekwiżiti tiegħu jkunu ssodisfatti, il-liġi indikata f’din id-dispożizzjoni fi kwalunkwe każ tapplika bi prijorità fuq dik imsemmija fl-Artikolu 6(3), anki jekk din tal-aħħar tista’ tirriżulta iktar favorevoli għall-konsumatur fil-każ konkret?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.

(2)  ĠU 2008, L 177, p. 6, u rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Málaga (Spanja) fis-17 ta’ Jannar 2022 – CAJASUR Banco S.A. vs JO u IM

(Kawża C-35/22)

(2022/C 171/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Málaga

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CAJASUR Banco S.A.

Konvenuti: JO u IM

Domandi preliminari

1.

Huwa kuntrarju għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u għall-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jiġi meħtieġ li l-konsumatur, qabel il-proċedura ġudizzjarja, ikun l-ewwel ressaq ilment ekstraġudizzjarju sabiex id-dikjarazzjoni ta’ invalidità minħabba kundizzjoni ġenerali speċifika inġusta tal-kuntratt tagħti lok għall-effetti kollha ta’ kumpens (inklużi l-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja) relatati ma’ din l-invalidità, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1)?

2.

Huwa konformi mad-dritt għal kumpens sħiħ u mal-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, li jiġi ddeterminat kriterju ta’ impożizzjoni tal-ispejjeż (inklużi spejjeż ġudizzjarji) li jiddependi mill-eżistenza ta’ lment ekstraġudizzjarju minn qabel imressaq mill-konsumatur quddiem l-entità finanzjarja sabiex titneħħa l-imsemmija klawżola?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fid-19 ta’ Jannar 2022 – Global, Companhia de Seguros SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-42/22)

(2022/C 171/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Global, Companhia de Seguros SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) u, konsegwentement, l-attwali Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni” għandu jinkludi, għall-iskopijiet tal-eżenzjoni mill-VAT, attivitajiet relatati jew addizzjonali bħax-xiri u l-bejgħ ta’ relitti ta’ vetturi?

2)

Il-punt (ċ) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva tal-VAT u, konsegwentement, l-Artikolu 136(a) sussegwenti tad-Direttiva dwar il-VAT, għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xiri u l-bejgħ ta’ relitti ta’ vetturi għandhom jitqiesu li jistgħu jitwettqu esklużivament minn entità eżentata inkwantu tali oġġetti ma kinux suġġetti għal dritt ta’ tnaqqis tal-VAT?

3)

In-nuqqas ta’ eżenzjoni tal-VAT fuq il-bejgħ tar-relitti ta’ vetturi mill-assiguraturi, fil-każ fejn ma hemmx dritt għal tnaqqis tal-VAT, huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

(2)  ĠU 2006, L 347, p. 1, u r-rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/17


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-69/22)

(2022/C 171/22)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers u M. Ioan, aġenti)

Konvenut: Ir-Rumanija

Talbiet

tikkonstata li, peress li naqset milli tadotta u naqset milli tissottometti lill-Kummissjoni Ewropea Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) u taħt l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (1);

tikkundanna lir-Rumanija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li d-Direttiva (UE) 2016/2284 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi stabbilixxiet impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal ħames sustanzi ewlenin li jniġġsu l-arja għall-perijodu 2020 sa 2029 u mill-2030 ’il quddiem. Sabiex jintlaħqu dawn l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, l-Artikolu 6(1) jimponi li l-Istati Membri jadottaw Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (PNKTA).

Bis-saħħa tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, ir-Rumanija kellha tissottometti PNKTA lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-1 ta’ April 2019, u l-azzjonijiet previsti mill-awtoritajiet Rumeni kellhom jibdew qabel dik id-data.

Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni li billi ma adottatx u ma ssottomettietx il-PNKTA lill-Kummissjoni sad-data ta’ dan ir-rikors, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) u taħt l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284.


(1)  ĠU 2016, L 344, p. 1.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-4 ta’ Frar 2022 – M.A. vs Valstybės sienos apsaugos tarnyba

(Kawża C-72/22)

(2022/C 171/23)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.A.

Konvenut: Valstybės sienos apsaugos tarnyba

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1), moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regoli tad-dritt nazzjonali bħal dawk applikabbli f’dan il-każ, li abbażi tagħhom, f’każ ta’ dikjarazzjoni tal-istat ta’ gwerra jew tal-istat ta’ emerġenza jew f’każ ta’ proklamazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza minħabba fluss massiv ta’ barranin, barrani li jkun daħal u jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru ma għandux, essenzjalment, il-possibbiltà li jippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali?

2)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola tad-dritt nazzjonali li tgħid li, f’każ ta’ dikjarazzjoni tal-istat ta’ gwerra jew tal-istat ta’ emerġenza jew f’każ ta’ proklamazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza minħabba fluss massiv ta’ barranin, applikant għall-ażil jista’ jitqiegħed f’detenzjoni għall-unika raġuni li jkun daħal fit-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja billi qasam illegalment il-fruntiera tagħha?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 60.

(2)  ĠU 2011, L 337, p. 9.

(3)  ĠU 2013, L 180, p. 96.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Frar 2022 – Lännen MCE Oy vs Berky GmbH u Senwatec GmbH & Co. Kg

(Kawża C-104/22)

(2022/C 171/24)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lännen MCE Oy

Konvenuti: Berky GmbH u Senwatec GmbH & Co. Kg

Domandi preliminari

Il-kumpannija A hija stabbilita fl-Istat Membru X, fejn hija għandha s-sede tagħha, u għamlet użu fuq sit internet, f’reklamar jew bħala kelma prinċipali, minn sinjal li huwa identiku għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tal-kumpannija B.

1)

Fis-sitwazzjoni msemmija hawn fuq, jista’ jitqies li r-reklamar huwa intiż għal konsumaturi jew kummerċjanti fl-Istat Membru Y, li fit-territorju tiegħu l-kumpannija B għandha s-sede tagħha, u l-qorti għat-trade marks tal-Unjoni fl-Istat Membru Y għandha ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 125(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (1), sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni għall-kontrafazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni meta r-reklamar ippubblikat elettronikament, jew is-sit internet ta’ min jirreklama li jinkludi l-link li jwassal għar-reklamar, ma jispeċifikawx – mill-inqas mhux b’mod espliċitu – iż-żona ġeografika tal-kunsinna tal-prodotti, jew ma jeskludux b’mod espliċitu Stat Membru miż-żona ta’ kunsinna? Jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura tal-prodotti li għalihom jirreferi r-reklamar, kif ukoll l-argument ibbażat fuq il-fatt li s-suq għall-prodotti tal-kumpannija A huwa allegatament dinji u, għaldaqstant, allegatament ikopri t-territorju kollu tal-Unjoni, inkluż l-Istat Membru Y?

2)

Jista’ jitqies li r-reklamar imsemmi hawn fuq huwa intiż għal konsumaturi jew kummerċjanti fl-Istat Membru Y meta dan ikun ippubblikat fuq is-sit internet ta’ magna tat-tiftix li jopera taħt id-dominju nazzjonali tal-ogħla livell ta’ dan l-Istat Membru Y?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda, liema huma l-elementi l-oħra li, fejn xieraq, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk ir-reklamar huwiex intiż għal konsumaturi jew kummerċjanti fl-Istat Membru Y?


(1)  ĠU 2017, L 154, p. 1.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fis-17 ta’ Frar 2022 – Teva B.V. u Teva Finland Oy vs Merck Sharp & Dohme Corp.

(Kawża C-119/22)

(2022/C 171/25)

Lingwa tal-kawża: il-Finalndiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus (il-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi, il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Teva B.V. u Teva Finland Oy

Konvenut: Merck Sharp & Dohme Corp.

Domandi preliminari

1)

Liema huma l-kriterji li għandhom jiġu applikati sabiex jiġi deċiż meta prodott ma jkunx diġà kien is-suġġett ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fis-sens tal-Artikolu 3(c) tar-Regolament Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (1)?

2)

Għandu jitqies li l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament Nru 469/2009 għandha tiġi evalwata b’mod differenti minn dik tal-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament u, jekk dan ikun il-każ, sa liema punt?

3)

Dak li ntqal fis-sentenzi Teva UK et (2) u Royalty Pharma Collection Trust (3) fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jitqies li huwa rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni prevista fl-Aritkolu 3(c) ta’ dan ir-regolament u, jekk dan ikun il-każ, sa liema punt? F’dan ir-rigward, tinġibed attenzjoni partikolari fuq dak li ġie deċiż f’dawn is-sentenzi dwar l-Artikolu 3(a) tal-imsemmi regolament, f’dak li jikkonċerna:

l-importanza essenzjali tal-pretensjonijiet u

l-evalwazzjoni tal-kawża mill-perspettiva tal-persuna tas-sengħa u fuq il-bażi tal-istat tat-teknika fid-data tal-preżentata jew ta’ prijorità tal-privattiva bażika.

4)

Il-kunċetti ta’ “attività inventiva ċentrali”, ta’ “qalba tal-attività inventiva” u/jew ta’ “suġġett tal-invenzjoni” tal-privattiva bażika huma rilevanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(c) tar-Regolament Nru 469/2009 u, jekk dan ikun il-każ għal wieħed jew diversi fosthom, kif għandhom jinftiehmu fil-kuntest tal-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni? Teżiti xi differenza għall-applikazzjoni ta’ dawn il-kunċetti bejn il-każ ta’ prodott ikkostitwit minn sustanza attiva waħda (“monoprodott”) u dak ta’ prodott ikkostitwit minn kompożizzjoni ta’ sustanzi attivi (“prodott kompost”) u, jekk dan ikun il-każ, sa liema punt? Kif għandha tiġi evalwata din il-kwistjoni fil-każ fejn il-privattiva bażika tkun tinkludi, minn naħa, pretensjoni għal monoprodott u, min-naħa l-oħra, pretensjoni għal prodott kompost u fejn din l-aħħar pretensjoni tkun tirrigwarda kompożizzjoni ta’ sustanzi attivi kkonstitwita mis-sustanza attiva tal-monoprodott u, barra minn hekk, minn sustanza attiva jew diversi mill-istat ta’ teknika magħrufa?


(1)  ĠU 2009, L 152, p. 1.

(2)  Sentenza tal-25 ta’ Lulju 2018, Teva UK et (C-121/17, EU:C:2018:585).

(3)  Sentenza tat-30 ta’ April 2020, Royalty Pharma Collection Trust (C-650/17, EU:C:2020:327).


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/20


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2022 minn Patrick Breyer mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-158/19, Breyer vs L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka

(Kawża C-135/22 P)

(2022/C 171/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Patrick Breyer (rappreżentant: J. Breyer, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-158/19, Breyer vs REA u d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA) tas-17 ta’ Jannar 2019 (ARES [2019] 266593) fl-intier tagħha;

2.

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-qosor, l-appellant isostni li għandu dritt għall-aċċess sħiħ tad-dokumenti dwar l-implimentazzjoni tal-proġett ta’ riċerka Orizzont 2020, “iBorderCtrl: Intelligent Portable Border Control System” skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1). L-interess pubbliku fit-trasparenza dwar l-iżvilupp, iffinanzjat minn fondi pubbliċi, tas-sistemi ta’ intelliġenza artifiċjali (AI) intiżi li jintużaw kif previst mill-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-fruntiera bħala makkinarju tal-verità jew sabiex jiġi evalwat ir-riskju ta’ min jidħol fit-territorju, jipprevali fuq interessi kummerċjali privati.

Fid-dawl tal-implikazzjonijiet etiċi, soċjali u dawk relatati mad-drittijiet tal-bniedem tat-teknoloġija b’riskju għoli inkwistjoni, l-interess pubbliku għall-aċċess għall-informazzjoni jinbet diġà mal-bidu tal-fażi ta’ riċerka u ma jistax jiġi leġittimament pospost għall-fażi ta’ wara t-tkomplija tal-proġett ta’ riċerka.

Is-sistema ta’ diffużjoni tar-riżultati prevista fir-Regolament Nru 1290/2013 (2) u fil-Grant Agreement (ftehim tal-għoti) ma hijiex adatta sabiex tissodisfa l-interess xjentifiku, l-interess tax-xandir u l-interess tal-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-proġett.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU 2013, L 347, p. 81).


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/21


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2022 mid-Debrégeas et associés Pharma (D & A Pharma) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-22 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-381/21, Debrégeas & Associés Pharma vs EMA

(Kawża C-136/22 P)

(2022/C 171/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Debrégeas & associés Pharma (D & A Pharma) (rappreżentanti: N. Viguié, avukat, D. Krzisch, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-381/21, Debrégeas & Associés Pharma vs EMA;

Konsegwentement

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea bil-għan li l-EMA tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-mertu u sabiex il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi fuq il-mertu;

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fajl kien lest u ddeċidiet li ma tibgħatx lura lill-Qorti Ġenerali

tilqa’ t-talbiet ippreżentati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza;

tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) neħħiet il-grupp konsultattiv xjentifiku “Scientific Advisory Group on Psychiatry” tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (iktar ’il quddiem iċ-“CHMP”), żvelat mis-sejħa pubblika għal espressjoni ta’ interess għall-esperti sabiex isiru membri tal-gruppi konsultattivi permanenti (SAG) tal-EMA tal-5 ta’ Mejju 2021 u mill-istqarrija għall-istampa tal-EMA tal-5 ta’ Mejju 2021;

Fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-EMA għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tiddeċiedi, mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi flimkien ma’ żball manifest ta’ evalwazzjoni, li D & A ma jkollha ebda interess ġuridiku li tressaq azzjoni kontra d-deċiżjoni kkontestata, peress li annullament eventwali tad-deċiżjoni kkontestata ma jipprovdilha l-ebda benefiċċju, filwaqt li n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni ta’ D & A u b’mod partikolari għad-drittijiet proċedurali tagħha huwa diġà ċert, kif ukoll il-benefiċċju li hija tallega li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, sa fejn:

D & A appellat mid-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2020 li ċaħdet it-talba tagħha għall-ATS, minħabba b’mod partikolari l-irregolarità tal-proċedura li wasslet għall-opinjoni taċ-CHMP minħabba n-nuqqas ta’ konsultazzjoni tas-SAG Psikjatrija, matul proċedura ta’ reviżjoni (rikors Nru T-556-20);

It-tneħħija ta’ SAG Psikjatrija ċaħħadha minn garanzija proċedurali bħala applikant għall-ATS għal prodott mediċinali;

2.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tiddeċiedi, mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi flimkien ma’ żball manifest ta’ evalwazzjoni, li l-kawża ta’ D & A ma hijiex attwali u ċerta, iżda biss futura u ipotetika, filwaqt li D & A appellat mid-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2020 li ċaħdet l-applikazzjoni tagħha għall-ATS, minħabba b’mod partikolari l-irregolarità tal-proċedura li wasslet għall-opinjoni taċ-CHMP minħabba n-nuqqas ta’ konsultazzjoni tas-SAG Psikjatrija, matul il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid (rikors NruoT-556-20).


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/22


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-197/22)

(2022/C 171/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1)

tikkonstata li, billi ma għandhiex miżuri adatti biex tiżgura l-osservanza tal-valuri indikati fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90):

fir-rigward tal-livell ta’ konċentrazzjoni tal-arseniku, fil-Comune di Bagnoregio sa mill-2018 ’il quddiem, fil-Comune di Civitella d’Agliano fl-ewwel semestru tal-2018, fit-tieni semestru tal-2019 u mill-2020 ’il quddiem għajr għat-tieni semestru tal-2021, fil-Comune di Fabrica di Roma fl-2013 u mill-2015 ’il quddiem, fil-Comune di Farnese fl-2013 u sussegwentement mill-2018 ’il quddiem, fil-Comune di Ronciglione fl-2013 u sussegwentement fl-ewwel semestru tal-2018 u fl-ewwel semestru tal-2019 u sussegwentement mill-2020 ’il quddiem, fil-Comune di Tuscania mill-2018 ’il quddiem għajr għall-ewwel semestru tal-2019, u

fir-rigward tal-livell ta’ konċentrazzjoni tal-fluworidu, fil-Comune di Bagnoregio mill-2018 sal-ewwel semestru tal-2019 u fil-Comune di Fabrica di Roma fl-2018, fl-ewwel semestru tal-2019 u fit-tieni semestru tal-2021,

ir-Repubblika Taljana naqqset mill-obbligi li ġejjin mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 4(1) u tal-Anness I, Parti B tad-Direttiva 98/83/KE,

2)

u li, billi ma addottatx malajr kemm jista’ jkun il-miżuri neċessarji biex tirkupra l-kwalità tal-ilma fil-Comuni ta’ Bagnoregio, Civitella d’Agliano, Fabrica di Roma, Farnese, Ronciglione u Tuscania fir-rigward tal-livell ta’ konċentrazzjoni tal-arseniku u fil-Comuni ta’ Bagnoregio u ta’ Fabrica di Roma fir-rigward tal-livell ta’ konċentrazzjoni tal-fluworidu, ir-Repubblika Taljana naqqset mill-obbligu tagħha skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 98/83/KE;

3)

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Bl-ewwel motiv tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, billi ma żguratx l-osservanza tal-valuri indikati fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva għall-arseniku u l-fluworidu, ir-Repubblika Taljana naqqset mill-obbligu li ġej mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 4(1) u tal-Anness I, Parti B tad-Direttiva 98/83/KE. B’mod iktar preċiż, fir-rigward tal-valur tal-konċentrazzjoni tal-arseniku dan il-ksur jirrigwarda il-Comune di Bagnoregio sa mill-2018 ’il quddiem, fil-Comune di Civitella d’Agliano fl-ewwel semestru tal-2018, fit-tieni semestru tal-2019 u mill-2020 ’il quddiem għajr li fit-tieni semestru tal-2021, fil-Comune di Fabrica di Roma fl-2013 u mill-2015 ’il quddiem, fil-Comune di Farnese fl-2013 u sussegwentement mill-2018 ’il quddiem, fil-Comune di Ronciglione fl-2013 u sussegwentement fl-ewwel semestru tal-2018 u fl-ewwel semestru tal-2019 u sussegwentement mill-2020 ’il quddiem, fil-Comune di Tuscania mill-2018 sal-lum ħlief għall-ewwel semestru tal-2019. Dan il-ksur għadu għaddej. Fir-rigward tal-valur ta’ konċentrazzjoni tal-fluworidu bi ksur tal-obbligu mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 4(1) u tal-Anness I tad-direttiva jirrigwarda l- Comune di Bagnoregio mill-2018 sal-ewwel semestru tal-2019 u fil-Comune di Fabrica di Roma fl-2018, fl-ewwel semestru tal-2019 u fit-tieni semestru tal-2021.

Bit-tieni motiv tar-rikors, il-Kummissjoni tikkunsidra li, billi ma addottatx malajr kemm jista’ jkun il-miżuri neċessarji biex tirkupra l-kwalità tal-ilma fil-Comuni ta’ Bagnoregio, Civitella d’Agliano, Fabrica di Roma, Farnese, Ronciglione u Tuscania fir-rigward tal-livell ta’ konċentrazzjoni tal-arseniku u fil-Comuni ta’ Bagnoregio u ta’ Fabrica di Roma fir-rigward tal-livell ta’ konċentrazzjoni tal-fluworidu, ir-Repubblika Taljana naqqset mill-obbligu tagħha skont l-Artikolu 8(2) tad-direttiva.


Il-Qorti Ġenerali

25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-834/17) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kompetizzjoni - Swieq tas-servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE - Konċentrazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern - Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Drittijiet tad-difiża - Ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi - Rabta kawżali”)

(2022/C 171/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: United Parcel Service, Inc. (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Ryan, solicitor, F. Hoseinian, W. Knibbeler, A. Pliego Selie u F. Roscam Abbing, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, P. Berghe, M. Farley u R. Leupold Henning, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament imġarrba mir-rikorrenti minħabba l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431 tat-30 ta’ Jannar 2013, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/M.6570 – UPS/TNT Express).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal terz tal-ispejjeż sostnuti minn United Parcel Service, Inc.

3)

United Parcel Service hija kkundannata għal żewġ terzi tal-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 72, 26.2.2018.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – ASL Aviation Holdings u ASL Airlines (Ireland) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/18) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kompetizzjoni - Swieq tas-servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE - Konċentrazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern - Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra - Motivi jew ilmenti invokati minn terz f’kawża oħra - Provi prodotti fir-replika - Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni għad-dewmien - Inammissibbiltà - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

(2022/C 171/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ASL Aviation Holdings DAC (Swords, l-Irlanda), ASL Airlines (Ireland) Ltd (Swords) (rappreżentanti: N. Travers, SC, H. Kelly, K. McKenna u R. Scanlan, solicitors)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, P. Berghe, M. Farley u R. Leupold Henning, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni mġarrba mir-rikorrenti minħabba l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431 tat-30 ta’ Jannar 2013, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/M.6570 – UPS/TNT Express).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ASL Aviation Holdings DAC u ASL Airlines (Ireland) Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Chemours Netherlands vs ECHA

(Kawża T-636/19) (1)

(“REACH - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Deċiżjoni li tidentifika l-aċidu propjoniku 2,3,3,3-tetrafluoro-2-(heptafluoropropoxy), l-imluħ tiegħu and l-aċidi alidi tiegħu bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti għall-inklużjoni fil-lista - Artikolu 57 tar-Regolament Nru 1907/2006 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2022/C 171/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Chemours Netherlands BV (Dordrecht, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Cana u E. Mullier, avukati)

Konvenut: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: W. Broere, N. Herbatschek u M. Heikkilä, aġenti, assisiti minn S. Raes, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, J. Langer u C. Schillemans, aġenti), ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju), ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit), CHEM Trust Europe eV (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Angelet, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ED/71/2019 tal-ECHA tal-4 ta’ Lulju 2019, li daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019, sa fejn din tinkludi l-aċidu propjoniku 2,3,3,3-tetrafluoro-2-(heptafluoropropoxy), l-imluħ tiegħu and l-aċidi alidi tiegħu (kif ukoll l-iżomeru individwali u taħlitiet tagħhom) fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22, u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chemours Netherlands BV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u minn ClientEarth AISBL, ClientEarth u CHEM Trust Europe eV.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Govern d’Andorra vs EUIPO (Andorra)

(Kawża T-806/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Andorra - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 171/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Govern d’Andorra (Andorra-la-Vella, Andorra) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Crawcour, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 737/2018-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Andorra bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Govern d’Andorra huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Huhtamaki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/20) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ investigazzjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat - Deċiżjonijiet tat-taxxa bil-quddiem - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, investigazzjoni u awditu - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Assenza ta’ natura inkonfutabbli - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 171/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Huhtamaki Sàrl (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Struys u F. Pili, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 9417 final tat-18 ta’ Diċembru 2019 li tiċħad it-talba konfermattiva tar-rikorrenti għal aċċess għal dokumenti relatati ma’ investigazzjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat imressqa mir-rikorrenti abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 9417 final tat-18 ta’ Diċembru 2019, li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti relatati ma’ investigazzjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat imressqa minn Huhtamaki Sàrl abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Pluscard Service vs EUIPO (PLUSCARD)

(Kawża T-669/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva PLUSCARD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 171/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pluscard Service-Gesellschaft für Kreditkarten-Processing mbH (Sarrebruck, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Dury, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2020 (Każ R 638/2020-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva PLUSCARD.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pluscard Service-Gesellschaft für Kreditkarten-Processing mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – OA vs CESE

(Kawża T-671/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju morali - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Twissija bil-miktub - Drittijiet tad-difiża - Żball ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà”)

(2022/C 171/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OA (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u M. Aboudi, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino, X. Chamodraka, A. Carvajal García-Valdecasas u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn de B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni Nru 293/19 tal-KESE tal-5 ta’ Diċembru 2019 li timponi sanzjoni ta’ twissija bil-miktub fil-konfront tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu materjali u morali mġarrab mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni Nru 293/19 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) tal-5 ta’ Diċembru 2019 li timponi sanzjoni ta’ twissija bil-miktub fil-konfront ta’ OA hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-KESE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Degode vs EUIPO – Leo Pharma (Skinovea)

(Kawża T-715/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Skinovea - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKINOREN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 171/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Degode-Dermago Development GmbH (Strausberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Capostagno u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Leo Pharma A/S (Ballerup, id-Danimarka)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2020 (Każ R 337/2020-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Leo Pharma u Degode-Dermago Development.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Degode-Dermago Development GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Fabryki Mebli “Forte” vs EUIPO – Bog-Fran (għamara)

(Kawża T-1/21) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għamara - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Żvelar tad-disinn preċedenti - Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Awtorità ta’ res judicata”)

(2022/C 171/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fabryki Mebli “Forte” S.A. (Ostrów Mazowiecka, il-Polonja) (rappreżentant: H. Basiński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bog-Fran sp. z o.o. sp.k. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Mikosza u E. Guissart, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 595/2020-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bog-Fran u Fabryki Mebli “Forte”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fabryki Mebli “Forte” S.A. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Bog-Fran sp. z o. o. sp.k.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Distintiva Solutions vs EUIPO – Makeblock (Makeblock)

(Kawża T-86/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Makeblock - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] - Assenza ta’ trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku - Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament 2017/1001”)

(2022/C 171/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Distintiva Solutions S. Coop. Pequeña (Vitoria-Gasteiz, Spanja) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Makeblock Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina) (rappreżentant: C. Sueiras Villalobos, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2020 (Każ R 988/2020-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà bejn Distintiva Solutions u Makeblock.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Distintiva Solutions S. Coop. Pequeña hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 110, 29.3.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Banco de Investimento Global vs EUIPO – Banco BIC Português (EUROBIC)

(Kawża T-125/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali EUROBIC - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti BiG, BANCO BiG u BiGlobal TRADE - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BANCO BIG u figurattivi preċedenti BANCO BiG - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 171/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Banco de Investimento Global, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: N. Lucas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Banco BIC Português, SA (Lisbona) (rappreżentanti: P. Sousa u Silva, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Novembru 2020 (Każ R 607/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Banco de Investimento Global u Banco BIC Português.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Banco de Investimento Global, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 26.4.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO – Vitae Health Innovation (VITADHA)

(Kawża T-149/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali VITADHA - Trade mark Spanjola verbali preċedenti VITANADH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 171/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UGA Nutraceuticals Srl (Gubbio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Riva, J. Graffer u A. Ottolini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vitae Health Innovation, SL (Montmeló, Spanja) (rappreżentant: E. Torner Lasalle, avukata)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 2719/2019-4, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vitae Health Innovation u UGA Nutraceuticals.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

UGA Nutraceuticals Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Ubisoft Entertainment vs EUIPO – Huawei Technologies (FOR HONOR)

(Kawża T-171/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FOR HONOR - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HONOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 171/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ubisoft Entertainment (Carentoir, Franza) (rappreżentant: J.-B. Bourgeois, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Jannar 2021 (Każ R 1297/2020-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Huawei Technologies u Ubisoft Entertainment.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ubisoft Entertainment hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO – Schuju (Хозяин)

(Kawża T-184/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Хозяин - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti хозяюшка - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 171/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Peter Schuju (Borchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Borstel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2020 (Każ R 2729/2019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn P. Schuju u Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO – Schuju (Хозяйка)

(Kawża T-185/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Хозяйка - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti хозяюшка - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 171/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Peter Schuju (Borchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Borstel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2020 (Każ R 2717/2019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn P. Schuju u Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Beta Sports (META)

(Kawża T-192/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali META - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti METALGIAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 171/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Beta Sports LLC (Coconut Creek, Floride, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2021 (Każ R 1152/2020-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern u Beta Sports.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorios Ern, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Ancor Group vs EUIPO – Cody’s Drinks International (CODE-X)

(Kawża T-198/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CODE-X - Trade marks nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti Cody’s - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Cody’s - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 171/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ancor Group GmbH (Igersheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachsmuth u W. Berlit, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Cody’s Drinks International GmbH (Bremen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2021 (Każ R 208/2020-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cody’s Drinks International u Ancor Group.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Frar 2021 (Każ R 208/2020-5) hija annullata.

2)

L-oppożizzjoni mressqa minn Cody’s Drinks International GmbH hija miċħuda.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – Ignacio Carrasco vs EUIPO – Santos Carrasco Manzano (La Hoja del Carrasco)

(Kawża T-209/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva La Hoja del Carrasco - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CARRASCO, Guijuelo - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)_ Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Elementi dominanti u distintivi tat-trade marks kunfliġġenti”)

(2022/C 171/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ignacio Carrasco SL (Guijuelo, Spanja) (rappreżentant: J. Donoso Romero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Santana Davies u D. Gája, agenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Santos Carrasco Manzano SA (Guijuelo) (rappreżentant: F. Marín Riaño, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2021 (Każ R 175/2020-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Santos Carrasco Manzano u Ignacio Carrasco.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Ignacio Carrasco SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Frar 2022 – Brinkmann (Steel Trading) et vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-161/15) (1)

(“Rikors għad-danni - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà tar-Repubblika ta’ Ċipru - Memorandum ta’ qbil tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika, konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 171/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brinkmann (Steel Trading) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u 18-il rappreżentant ieħor li isimhom jinsab fl-anness għad-digriet (rappreżentant: R. Nowinski, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis u S. Delaude, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Laurinavičius u M. Szablewska, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti sostnew minħabba d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u tal-BĊE li tissuġġetta għal ċerti kundizzjonijiet l-għoti ta’ faċilità ta’ assistenza finanzjarja lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brinkmann (Steel Trading) Ltd u l-partijiet l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż sostnuti minnhom, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2022 – eSlovensko vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Dispożizzjonijiet finanzjarji - Programm tal-Unjoni għall-promozzjoni ta’ użu iktar sikur tal-Internet - Ksur tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)

(2022/C 171/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: eSlovensko (Lučenec, is-Slovakkja) (rappreżentant: B. Fridrich, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u S. Romoli, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2021) 1955613 tat-18 ta’ Marzu 2021, dwar ordni ta’ rkupru fir-rigward tal-proġett SI-2010-SIC-1231002 (“Safer Internet SK SIC”).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

eSlovensko Bratislava hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2022 – eSlovensko Bratislava vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-304/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Dispożizzjonijiet finanzjarji - Programm tal-Unjoni għall-promozzjoni ta’ użu iktar sikur tal-Internet - Identifikazzjoni tal-konvenut - Inammissibbiltà”)

(2022/C 171/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: eSlovensko Bratislava (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: B. Fridrich, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u S. Romoli, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2021) 1953853 tat-30 ta’ Marzu 2021 li ttemm l-ftehim ta’ sussidju konkluż mar-rikorrenti li jirrigwarda l-proġett 2015-SK-IA-0038 (“Slovak Safer Internet Centre IV”).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

eSlovensko Bratislava hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2022 – eSlovensko Bratislava vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Dispożizzjonijiet finanzjarji - Programm tal-Unjoni għall-promozzjoni ta’ użu iktar sikur tal-Internet - Ksur tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)

(2022/C 171/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: eSlovensko Bratislava (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: B. Fridrich, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u S. Romoli, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7415 final tal-21 ta’ Ottubru 2020, li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2018) 6712 dwar l-għażla u l-għoti ta’ sussidji abbażi tal-iskema għal Ewropea konnessa fis-settur tat-telekomunikazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

eSlovensko Bratislava hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2022 – Thomas u Julien vs Il-Kunsill

(Kawża T-442/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Euratom, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att mhux leġiżlattiv - Inammissibbiltà”)

(2022/C 171/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rhiannon Thomas (Londra, ir-Renju Unit), Michaël Julien (Weybridge, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, J. Ciantar u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, li huma ċittadini tar-Renju Unit u li jirrisjedu fir-Renju Unit, jitolbu l-annullament parzjali, l-ewwel, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU 2021, L 149, p. 10) u, it-tieni, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU 2021, L 149, p. 2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Rhiannon Thomas u Michaël Julien huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talba għal intervent.

4)

Rhiannon Thomas u Michaël Julien, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 412, 11.10.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2022 – Lagardère, unité médico-sociale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-503/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Regolament (UE) 2021/953 - Ċertifikat COVID-19 diġitali tal-UE - Moviment liberu tal-persuni - Restrizzjonijiet - Indikazzjoni żbaljata tal-konvenut - Inammissibbiltà”)

(2022/C 171/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Lagardère, unité médico-sociale (Ghlin, il-Belġju) rappreżentant: P. Vanlangendonck, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Montaguti, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, espliċitament intiż kontra l-Kummissjoni Ewropea u bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU 2021, L 211, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent ippreżentati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Lagardère, unité médico-sociale, hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

Il-Parlament u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/39


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – WO vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(Kawża T-603/21 R)

(“Miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Kooperazzjoni msaħħa li tirrigwarda l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Regolament (UE) 2017/1939 - Ħatra tal-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mil-Litwanja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)

(2022/C 171/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: WO (rappreżentant: V. Vitkovskis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni Nru 28/2021 tal-Kulleġġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, tal-21 ta’ April 2021, li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-funzjoni ta’ Prosekutur Delegat Ewropew.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2022 – Carlings vs EUIPO – Margarete Steiff (STUHF)

(Kawża T-635/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 171/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carlings AS (Billingstad, in-Norveġja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u J. Haesemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bosse u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Margarete Steiff GmbH (Giengen/Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Hildebrandt, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2021 (Każ R 2024/2020-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Margarete Steiff u Carlings.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Carlings AS et Margarete Steiff GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/40


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2022 – Esedra vs Il-Parlament

(Kawża T-46/22 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Servizz għal tfal żgħar - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 171/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Esedra SRL (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. Vastmans, avukata)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Pencheva u M. Kazek, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-26 ta’ Novembru 2021 li tagħti l-kuntratt pubbliku għal servizzi għall-“Ġestjoni sħiħa taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar tal-Parlament Ewropew fi Brussell, li jinsab f’rue Wayenberg” lil offerent ieħor u tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Parlament jiġi ordnat jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jissospendi l-effetti tad-deċiżjoni tal-għoti jew tal-kuntratt konkluż wara din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2022 – Interneto žiniasklaidos asociacija et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-72/22)

(2022/C 171/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Interneto žiniasklaidos asociacija (Vilnjus, il-Litwanja), All Media Lithuania UAB (Vilnjus), All Media Radijas UAB (Vilnjus) (rappreżentant: K. Kačerauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla, fit-totalità tagħha, l-Ittra kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motiv u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ evalwazzjoni mhux xierqa ta’ informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti u nuqqas li jiġu investigati ċirkustanzi deskritti fl-ilment, li fil-21 ta’ Ġunju 2020 intbagħat mir-rikorrenti lill-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat illegali mogħtija lix-xandar tas-servizz pubbliku Litwan – VšĮ “Lietuvos Nacionalinis Radijas ir Televizija”, b’diliġenza dovuta, li rriżultat f’nuqqas totali ta’ osservanza ta’ sitwazzjoni fattwali u żbalji ta’ liġi fl-Ittra adottata mill-Kummissjoni. Tali nuqqas wassal għal ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali u dispożizzjonijiet sostantivi li jirregolaw il-mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ għajnuna mill-Istat stabbilit fl-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni mhux xierqa tal-Kummissjoni hija evidenti min-nuqqasijiet li ġejjin li jivvizzjaw l-Ittra:

(i)

il-Kummissjoni naqset milli tqis u tqabbel il-kompatibbiltà tal-iskema eżistenti qabel l-10 ta’ Diċembru 1994 mal-iskema eżistenti wara l-bidliet tal-2015 u l-2020 tal-Lietuvos Respublikos nacionalinio radijo ir televizijos įstatymo (il-Liġi dwar ir-Radju u t-Televiżjoni Nazzjonali Litwan tar-Repubblika tal-Litwanja) (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-LRT”) bid-diliġenza dovuta meħtieġa u l-istandard legali meħtieġ u, għalhekk, għamlet ksur proċedurali essenzjali;

(ii)

il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE billi naqset milli tirrikonoxxi li l-bidliet tal-2015 u tal-2020 tal-Liġi dwar il-LRT jikkostitwixxu alterazzjonijiet għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat, li għandhom jiġu kkoordinati mal-Kummissjoni;

(iii)

il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE billi naqset milli tirrikonoxxi li l-bidliet tal-2020 tal-Liġi dwar il-LRT jikkostitwixxu alterazzjonijiet għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat, li għandhom jiġu kkoordinati mal-Kummissjoni.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/42


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2022 – Belshyna vs Il-Kunsill

(Kawża T-115/22)

(2022/C 171/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Belshyna AAT (Bobruisk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (2) (iktar ’il quddiem il-“Miżuri kkontestati”); u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi inkluda lir-rikorrenti fl-annessi tal-Miżuri kkontestati, il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Jiġifieri, ir-rikorrenti ssostni li l-Miżuri kkontestati jipprovdu raġunijiet mhux sostanzjati, fattwalment żbaljati u infondati għall-inklużjoni tagħha. Barra minn hekk, ir-raġunijiet karenti pprovduti ma jurux rabta sostantiva suffiċjenti mal-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Miżuri kkontestati ma jissodisfawx il-livell ta’ prova meħtieġ għall-adozzjoni ta’ sanzjonijiet individwali. Billi pprova juża miżuri individwali sabiex jintlaħaq l-għan li jiġu ristretti l-attivitajiet tan-negozju u l-profitti ta’ impriża barranija proprjetà tal-Istat, il-Kunsill applika miżura ta’ natura illegali.


(1)  ĠU 2021, L 430 I, p. 16.

(2)  ĠU 2021, L 430 I, p. 1.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/42


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2022 – Belavia vs Il-Kunsill

(Kawża T-116/22)

(2022/C 171/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliz

Partijiet

Rikorrent: Belavia – Belarusian Airlines AAT (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (2) (iktar ’il quddiem il-“Miżuri kkontestati”); u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi bbaża ruħu fuq ir-raġunijiet fattwalment żbaljati previsti fil-Miżuri kkontestati għall-inklużjoni tar-rikorrenti, il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Dan huwa msaħħaħ mill-fatt li r-rikorrenti nnifisha effettivament ipprovdiet lill-Kunsill b’informazzjoni dettaljata li tikkonfuta r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-inklużjoni tagħha qabel din l-inklużjoni, hekk kif saret taf bil-pubblikazzjoni ta’ rapporti ta’ aħbarijiet foloz li kienu jinkludu tali informazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Miżuri kkontestati ma jissodisfawx il-livell ta’ prova meħtieġ għall-adozzjoni ta’ sanzjonijiet individwali. Billi pprova juża miżuri individwali sabiex jintlaħaq l-għan li jiġu ristretti l-attivitajiet tan-negozju u l-profitti ta’ impriża barranija proprjetà tal-Istat, il-Kunsill applika miżura ta’ natura illegali.


(1)  ĠU 2021, L 430 I, p. 16.

(2)  ĠU 2021, L 430 I, p. 1.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/43


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2022 – Coinbase vs EUIPO – Coinbase Global (coinbase)

(Kawża T-126/22)

(2022/C 171/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Coinbase, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coinbase Global OÜ (Tallinn, l-Estonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea coinbase – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 090 762

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 1097/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/44


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2022 – Simba Toys vs EUIPO – Master Gift Import (BIMBA TOYS)

(Kawża T-129/22)

(2022/C 171/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Master Gift Import, SLU (Ronda, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “BIMBA TOYS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 846 486

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 629/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/44


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2022 – Biologische Heilmittel Heel vs EUIPO – Esi (TRAUMGEL)

(Kawża T-130/22)

(2022/C 171/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biologische Heilmittel Heel GmbH (Baden-Baden, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Künzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Esi Srl (Albisola Superiore, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “TRAUMGEL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 289 712

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 813/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-ordni Nru 3 tad-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell – R 813/2021-4 tal-20 ta’ Diċembru 2021;

tannulla l-ordni Nru 1 tad-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell – R 813/2021-4 tal-20 ta’ Diċembru 2021;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-6 ta’ April 2021 minbarra l-oġġetti fl-ordni Nru 1 sa fejn l-oppożizzjoni ġiet miċħuda għall-oġġetti fil-Klassi 3;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/45


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2022 – Katjes Fassin vs EUIPO (THE FUTURE IS PLANT-BASED)

(Kawża T-133/22)

(2022/C 171/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u S. Stolzenburg-Wiemer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE FUTURE IS PLANT-BASED – Applikazzjoni Nru 18 310 582

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 1023/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – OG vs BEI

(Kawża T-695/20) (1)

(2022/C 171/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.