ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 481

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
29 ta' Novembru 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 481/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 481/02

Opinjoni 1/19: Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Il-Parlament Ewropew (Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE – Konvenzjoni dwar il Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) – Iffirmar mill-Unjoni Ewropea – Abbozz dwar il-konklużjoni mill-Unjoni – Kunċett ta’ ftehim maħsub, fis-sens tal-Artikolu 218(11) TFUE – Kompetenzi esterni tal-Unjoni – Bażi legali sostantiva – Artikolu 78(2) TFUE – Artikolu 82(2) TFUE – Artikolu 83(1) TFUE – Artikolu 84 TFUE – Artikolu 336 TFUE – Artikoli 1 sa 4a tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Parteċipazzjoni parzjali mill-Irlanda fil-konklużjoni mill-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul – Possibbiltà li l-att dwar il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali jinqasam f’żewġ deċiżjonijiet distinti skont il-bażijiet legali applikabbli – Prassi ta’ qbil komuni – Kompatibbiltà mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE)

2

2021/C 481/03

Kawża C-50/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Sigma Alimentos Exterior SL vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

3

2021/C 481/04

Kawżi magħquda C-51/10 P u C-64/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C-51/19 P), Ir-Renju ta’ Spanja (C-64/19 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, L-Irlanda (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

3

2021/C 481/05

Kawża C-52/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Banco Santander SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

4

2021/C 481/06

Kawżi magħquda C-53/19 P u C-65/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-53/19 P), Ir-Renju ta’ Spanja (C-65/19 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, L-Irlanda (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

5

2021/C 481/07

Kawża C-54/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Axa Mediterranean Holding SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

5

2021/C 481/08

Kawża C-55/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Prosegur Compañía de Seguridad SA vs Il-Kumissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

6

2021/C 481/09

Kawża C-130/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-30 ta’ Settembru 2021 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Karel Pinxten (Artikolu 286(6) TFUE – Ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kariga ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri – Tneħħija tad-dritt għall-pensjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Regolarità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) – Proċedura interna għall-Qorti tal-Awdituri – Attività inkompatibbli mal-funzjonijiet ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Spejjeż tal-missjoni u allowances ta’ kuljum – Spejjeż ta’ rappreżentanza u ta’ ospitalità – Użu tal-karozza uffiċjali – Użu tas-servizz ta’ xufier – Kunflitt ta’ interessi – Proporzjonalità tas-sanzjoni)

6

2021/C 481/10

Kawżi magħquda C-174/19 P u C-175/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Scandlines Danmark ApS, Scandlines Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka, Föreningen Svensk Sjöfart, Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV (C-174/19 P), Stena Line Scandinavia AB vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka, Föreningen Svensk Sjöfart (C-175/19 P) (Appell – Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni bil-ferrovija u bit-triq fl-Istrett ta’ Fehmarn – Għajnuna individwali – Għajnuna nnotifikata ddikjarata kompatibbli mas-suq intern – Twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Monopolju – Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ)

7

2021/C 481/11

Kawża C-458/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 ClientEarth vs Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Appell – Rikors għal annullament – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3549 final – Awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis (2-etileksil) ftalat (DEHP) – Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Artikoli 60 u 62 – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Talba għal eżami mill-ġdid intern – Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 8454 final – Ċaħda tat-talba)

8

2021/C 481/12

Kawża C-487/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy. – il-Polonja) – Proċedura mibdija minn W.Ż. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Stat tad-dritt – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Prinċipji ta’ impediment ta’ tneħħija u ta’ indipendenza tal-imħallfin – Trasferiment mingħajr kunsens ta’ mħallef ta’ qorti ordinarja – Rikors – Digriet ta’ inammissibbiltà adottat minn imħallef tas-Sąd Najwyższy (Izba Kontroli Nadzwyczajnej i Spraw Publicznych) (il-Qorti Suprema (l-Awla ta’ Stħarriġ Straordinarju u Affarijiet Pubbliċi), il-Polonja) – Imħallef maħtur mill-President tar-Repubblika tal-Polonja abbażi ta’ riżoluzzjoni mogħtija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Maġistratura minkejja deċiżjoni ġudizzjarja li tordna s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni sakemm tingħata sentenza dwar deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja – Imħallef li ma jikkostitwixxix qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi – Supremazija tad-dritt tal-Unjoni – Possibbiltà li tali digriet ta’ inammissibbiltà jiġi kkunsidrat li huwa ineżistenti)

9

2021/C 481/13

Kawża C-538/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – TS, UT, VU vs Casa Naţională de Asigurări de Sănătate, Casa de Asigurări de Sănătate Constanţa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-mard – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 20(1) u (2) – Kura medika rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tal-persuna assigurata – Awtorizzazzjoni minn qabel – Kundizzjonijiet – Rekwiżit ta’ rapport maħruġ minn tabib li jagħmel parti mis-sistema pubblika ta’ assigurazzjoni għall-mard nazzjonali li jippreskrivi trattament – Preskrizzjoni, għall-finijiet tat-tieni opinjoni medika, maħruġa fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tal-persuna assigurata, ta’ trattament alternattiv li għandu l-vantaġġ li ma jikkawżax diżabbiltà – Rimbors sħiħ tal-ispejjeż mediċi relatati ma’ dan it-trattament alternattiv – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Artikolu 56 TFUE)

10

2021/C 481/14

Kawża C-544/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Blagoevgrad – il-Bulgarija) – ЕCOTEX BULGARIA EOOD vs Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Sofia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 63 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Direttiva (UE) 2015/849 – Kamp ta’ applikazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li jsiru pagamenti li jaqbżu ċertu ammont esklużivament permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ depożitu f’kont ta’ pagament – Artikolu 65 TFUE – Ġustifikazzjoni – Ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali – Proporzjonalità – Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali – Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege u ta’ proporzjonalità ta’ delitti u ta’ pieni)

10

2021/C 481/15

Kawża C-561/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Portata tal-obbligu tal-qrati nazzjonali li jiddeċiedu fl-aħħar istanza li jagħmlu rinviju – Eċċezzjonijiet minn dan l-obbligu – Kriterji – Domanda dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mqajma mill-partijiet fil-proċedura nazzjonali wara li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat sentenza preliminari f’dik il-proċedura – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Inammissibbiltà parzjali tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

11

2021/C 481/16

Kawża C-598/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Confederación Nacional de Centros Especiales de Empleo (Conacee) vs Diputación Foral de Guipúzcoa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 20 – Kuntratti rriżervati – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva d-dritt ta’ parteċipazzjoni f’ċerti proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għaċ-ċentri speċjali għall-impjiegi ta’ inizjattiva soċjali – Kundizzjonijiet addizzjonali mhux previsti fid-Direttiva – Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità)

12

2021/C 481/17

Kawża C-186/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – HYDINA SK s.r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni amministrattiva u ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Regolament (UE) Nru 904/2010 – Artikoli 10 sa 12 – Skambju ta’ informazzjoni – Kontroll fiskali – Termini – Sospensjoni tal-proċedura ta’ verifika fiskali fil-każ ta’ skambju ta’ informazzjoni – Qbiż tat-terminu impost għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni – Effett fuq il-legalità tas-sospensjoni tal-proċedura ta’ verifika fiskali)

13

2021/C 481/18

Kawża C-285/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nruo883/2004 – Artikolu 65(2) u (5) – Kamp ta’ applikazzjoni – Ħaddiem f’qgħad sħiħ – Benefiċċji tal-qgħad – Ħaddiem li jirrisjedi u jeżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti – Trasferiment tar-residenza tiegħu fi Stat Membru ieħor – Persuna li effettivament ma teżerċitax attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti qabel ma tkun f’qgħad sħiħ – Persuna li waqfet mix-xogħol minħabba mard u li, fuq din il-bażi, tirċievi benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti – Eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata – Sitwazzjonijiet legali paragunabbli)

13

2021/C 481/19

Kawża C-296/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-SittAwla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Commerzbank AG vs E.O. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet – Materji ċivili u kummerċjali – Konvenzjoni ta’ Lugano II – Artikolu 15(1)(ċ) – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi – Trasferiment tad-domiċilju tal-konsumatur fi Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni)

14

2021/C 481/20

Kawża C-299/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Icade Promotion SAS, li kienet Icade Promotion Logement SAS vs Ministère de l’Action et des Comptes Publiques (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 392 – Skema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni – Kamp ta’ applikazzjoni – Trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli u ta’ artijiet għall-iżvilupp mixtrija bil-għan li jinbiegħu mill-ġdid – Persuna taxxabbli li ma kellhiex id-dritt għal tnaqqis meta akkwistat il-proprjetajiet immobbli – Bejgħ mill-ġdid suġġett għall-VAT – Kunċett ta’ artijiet għall-iżvilupp)

15

2021/C 481/21

Kawża C-451/21 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2021 mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-12 ta’ Mejju 2021 fil-Kawżi magħquda T-516/18 u T-525/18, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u Engie Global LNG Holding et vs Il-Kummissjoni

15

2021/C 481/22

Kawża C-489/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Awwissu 2021 – Banka DSK EAD vs M. V.

17

2021/C 481/23

Kawża C-491/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Awwissu 2021 – WA vs Direcţia pentru Evidenţa Persoanelor şi Administrarea Bazelor de Date din Ministerul Afacerilor Interne

18

2021/C 481/24

Kawża C-572/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis-16 ta’ Settembru 2021 – CC vs VO

18

2021/C 481/25

Kawża C-574/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Settembru 2021 – QT vs 02 Czech Republic a. s.

19

2021/C 481/26

Kawża C-579/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Itä-Suomen hallinto (il-Finlandja) fit-22 ta’ Settembru 2021 – J.M.

19

2021/C 481/27

Kawża C-419/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Admministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Irideos SpA vs Poste Italiane SpA, fil-prezenza ta’: Fastweb SpA, Tim SpA

20

2021/C 481/28

Kawża C-442/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi Baxxi) – Stichting Brein vs News-Service Europe BV

20

2021/C 481/29

Kawża C-705/19: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Axpo Trading Ag vs GSE, fil-prezenza ta’: Fallimento Esperia SpA

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 481/30

Kawża T-518/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Sipcam Oxon vs Il-Kummissjoni (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva klorotalonil – Nuqqas ta’ tiġdid tal-inklużjoni fl-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 – Proċedura ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Proposta ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza attiva – Ċertezza legali – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ prekawzjoni)

22

2021/C 481/31

Kawża T-254/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Kondyterska korporatsiia Roshen vs EUIPO – Krasnyj Octyabr (Rappreżentazzjoni ta’ awwista) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta awwista – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l – Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Dritt għal smigħ – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)

22

2021/C 481/32

Kawża T-342/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Indo European Foods vs EUIPO – Chakari (Abresham Super Basmati Selaa Grade One World’s Best Rice) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Abresham Super Basmati Selaa Grade One World’s Best Rice – Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata BASMATI – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom – Perijodu ta’ tranżizzjoni – Interess ġuridiku – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) – Sistema tal-azzjoni tal-common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) – Riskju ta’ preżentazzjoni qarrieqa – Probabbiltà ta’ dilwizzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni)

23

2021/C 481/33

Kawża T-372/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVEDERM – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark – Użu bil-kunsens tal-proprjetarju – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

24

2021/C 481/34

Kawża T-397/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Allergan Holdings France vs EUIPO – Dermavita Company (JUVEDERM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVEDERM – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

24

2021/C 481/35

Kawża T-404/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Global Translation Solutions vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi ta’ servizz – Proċedura ta’ sejħa għall-offerti – Servizzi ta’ traduzzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ għoti – Metodu ta’ evalwazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dmir ta’ premura – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

25

2021/C 481/36

Kawża T-417/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottuburu 2021 – Esteves Lopes Granja vs EUIPO – IVDP (PORTWO GIN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORTWO GIN – Denominazzjoni ta’ oriġini preċedenti Porto – Kunċetti ta’ użu u ta’ sfruttament ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta – Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

26

2021/C 481/37

Kawża T-505/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Guo vs EUIPO – Sand Cph (sandriver) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni figurattiva sandriver – Trade mark tal-Unjoni verbali preċedenti SAND – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

26

2021/C 481/38

Kawża T-635/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VYBRANCE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VYBRANCE – Pagament tardiv tat-tariffa tal-appell – Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 – Restitutio in integrum)

27

2021/C 481/39

Kawża T-636/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLUMA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VOLUMA – Ħlas tardiv tal-ispejjeż tar-rikors – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 – Restitutio in integrum)

27

2021/C 481/40

Kawża T-637/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLITE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VOLITE – Ħlas tardiv tal-ispejjeż tar-rikors – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 – Restitutio in integrum)

28

2021/C 481/41

Kawża T-3/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Power Horse Energy Drinks vs EUIPO – Robot Energy Europe (UNSTOPPABLE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea UNSTOPPABLE – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001]]

29

2021/C 481/42

Kawża T-511/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2021 – TB v ENISA

29

2021/C 481/43

Kawża T-560/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2021 – TB vs ENISA

30

2021/C 481/44

Kawża T-585/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2021 – Zásilkovna vs Il-Kummissjoni

31

2021/C 481/45

Kawża T-589/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2021 – Serrano Velázquez vs Il-Parlament

32

2021/C 481/46

Kawża T-600/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2021 – WS et vs Frontex

32

2021/C 481/47

Kawża T-601/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2021 – Pharmadom vs EUIPO – Wellstat Therapeutics (WELLMONDE)

33

2021/C 481/48

Kawża T-610/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2021 – L’Oréal vs EUIPO – Heinze (K K WATER)

34

2021/C 481/49

Kawża T-614/21: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2021 – KPMG Advisory SpA vs Il-Kummissjoni

35

2021/C 481/50

Kawża T-624/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2021 – Primagran vs EUIPO – Primagaz (prımagran)

36

2021/C 481/51

Kawża T-638/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Apart vs EUIPO – S. Tous (Rappreżentazzjoni tal-kontorn ta’ ors)

37

2021/C 481/52

Kawża T-639/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – CB vs EUIPO – China Construction Bank (CCB)

38

2021/C 481/53

Kawża T-643/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2021 – Foodwatch vs Il-Kummissjoni

38

2021/C 481/54

Kawża T-645/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2021 – Bloom vs Il-Parlament u l-Kunsill

39

2021/C 481/55

Kawża T-647/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2021 – Sberbank Europe vs BĊE

40

2021/C 481/56

Kawża T-651/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2021 – Saure vs Il-Kummissjoni

41

2021/C 481/57

Kawża T-652/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2021 – L. Oliva Torras vs EUIPO – Mecánica del Frío (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi)

42


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 481/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 471, 22.11.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 462, 15.11.2021

ĠU C 452, 8.11.2021

ĠU C 431, 25.10.2021

ĠU C 422, 18.10.2021

ĠU C 412, 11.10.2021

ĠU C 401, 4.10.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/2


Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Il-Parlament Ewropew

(Opinjoni 1/19) (1)

(Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE - Konvenzjoni dwar il Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) - Iffirmar mill-Unjoni Ewropea - Abbozz dwar il-konklużjoni mill-Unjoni - Kunċett ta’ “ftehim maħsub”, fis-sens tal-Artikolu 218(11) TFUE - Kompetenzi esterni tal-Unjoni - Bażi legali sostantiva - Artikolu 78(2) TFUE - Artikolu 82(2) TFUE - Artikolu 83(1) TFUE - Artikolu 84 TFUE - Artikolu 336 TFUE - Artikoli 1 sa 4a tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Parteċipazzjoni parzjali mill-Irlanda fil-konklużjoni mill-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul - Possibbiltà li l-att dwar il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali jinqasam f’żewġ deċiżjonijiet distinti skont il-bażijiet legali applikabbli - Prassi ta’ “qbil komuni” - Kompatibbiltà mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE)

(2021/C 481/02)

Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin, A. Neergaard u O. Hrstková Šolcová, aġenti)

Dispożittiv

1)

Bla ħsara għall-osservanza sħiħa, f’kull mument, tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 218(2), (6) u (8) TFUE, it-Trattati ma jipprekludux lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jkun qiegħed jaġixxi b’mod konformi mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, milli jistenna, qabel ma jadotta d-deċiżjoni dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropea dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), il-“qbil komuni” min-naħa tal-Istati Membri li jkunu marbuta b’din il-konvenzjoni fl-oqsma tagħha li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom. Għall-kuntrarju, it-Trattati jipprekludu lill-Kunsill milli jżid stadju addizzjonali mal-proċedura ta’ konklużjoni prevista f’dan l-artikolu billi jissuġġetta l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-imsemmija konvenzjoni għall-konstatazzjoni minn qabel ta’ tali “qbil komuni”.

2)

Il-bażi legali sostantiva xierqa għall-adozzjoni tal-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Unjoni tal-parti tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul li hija s-suġġett tal-ftehim maħsub, fis-sens tal-Artikolu 218(11) TFUE, hija komposta mill-Artikolu 78(2) TFUE, mill-Artikolu 82(2) TFUE, kif ukoll mill-Artikoli 84 TFUE u 336 TFUE.

3)

Il-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE u l-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE jiġġustifikaw li l-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Unjoni tal-parti tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul li hija s-suġġett tal-ftehim maħsub jinqasam f’żewġ deċiżjonijiet distinti u dan biss sa fejn tali qsim ikun intiż li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Irlanda jew ir-Renju tad-Danimarka ma jipparteċipawx fil-miżuri meħuda fil-kuntest tal-konklużjoni ta’ dan il-ftehim li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-protokolli, meqjusa fl-intier tagħhom.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Sigma Alimentos Exterior SL vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-50/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

(2021/C 481/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Sigma Alimentos Exterior SL (rappreżentanti: inizjalment minn M. Linares-Gil u M. Muñoz Pérez, abogados, sussegwentement minn M. Muñoz Pérez, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: R. Kanitz u J. Möller, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sigma Alimentos Exterior SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C-51/19 P), Ir-Renju ta’ Spanja (C-64/19 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, L-Irlanda

(Kawżi magħquda C-51/10 P u C-64/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

(2021/C 481/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados (C-51/19 P), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Rubio González u A. Sampol Pucurull, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u S. Jiménez García, aġenti (C-64/19 P)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz, aġenti), L-Irlanda

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

World Duty Free Group SA u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Banco Santander SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-52/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

(2021/C 481/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Banco Santander SA (rappreżentanti: J.L. Buendía Sierra, Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Banco Santander SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-53/19 P), Ir-Renju ta’ Spanja (C-65/19 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, L-Irlanda

(Kawżi magħquda C-53/19 P u C-65/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

(2021/C 481/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Banco Santander SA, Santusa Holding SL (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados (C-53/19 P)), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Rubio González u A. Sampol Pucurull, susegwentement minn S. Centeno Huerta u S. Jiménez García, aġenti (C-65/19 P))

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz, aġenti), l-Irlanda

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Banco Santander SA, Santusa Holding SL u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Axa Mediterranean Holding SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-54/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

(2021/C 481/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Axa Mediterranean Holding SA (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Axa Mediterranean Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Prosegur Compañía de Seguridad SA vs Il-Kumissjoni Ewropea

(Kawża C-55/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

(2021/C 481/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Prosegur Compañía de Seguridad SA (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Prosegur Compañía de Seguridad SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-30 ta’ Settembru 2021 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Karel Pinxten

(Kawża C-130/19) (1)

(Artikolu 286(6) TFUE - Ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kariga ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri - Tneħħija tad-dritt għall-pensjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Regolarità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) - Proċedura interna għall-Qorti tal-Awdituri - Attività inkompatibbli mal-funzjonijiet ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri - Spejjeż tal-missjoni u allowances ta’ kuljum - Spejjeż ta’ rappreżentanza u ta’ ospitalità - Użu tal-karozza uffiċjali - Użu tas-servizz ta’ xufier - Kunflitt ta’ interessi - Proporzjonalità tas-sanzjoni)

(2021/C 481/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (rappreżentanti: inizjalment C. Lesauvage, J. Vermer u É. von Bardeleben, sussegwentement C. Lesauvage, aġenti)

Konvenut: Karel Pinxten (rappreżentant: L. Levi, avocate)

Dispożittiv

1.

It-talba ta’ Karel Pinxten għas-sospensjoni tal-għoti tas-sentenza sakemm jiġu konklużi l-proċeduri kriminali mibdija mill-awtoritajiet Lussemburgiżi b’reazzjoni għall-komunikazzjoni, lil dawn l-awtoritajiet, tar-rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) marbut mal-Każ Nru OC/2016/0069/A 1 hija miċħuda.

2.

It-talba ta’ Karel Pinxten sabiex il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tiġi ordnata tikkomunika rapport redatt fi tmiem awditu intern u l-miżuri meħuda b’reazzjoni għal dan ir-rapport kif ukoll kull nota ta’ dik l-istituzzjoni dwar eventwali preġudizzju għall-indipendenza tal-awditur intern hija miċħuda.

3.

L-ittra elettronika mibgħuta fit-13 ta’ Frar 2019 mill-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri lill-Membri l-oħra ta’ dik l-istituzzjoni u lis-Segretarju Ġenerali tagħha, prodotta minn Karel Pinxten fl-Anness B.10 tar-risposta tiegħu, hija rtirata mill-proċess.

4.

Karel Pinxten kiser l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tiegħu ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fis-sens tal-Artikolu 286(6) TFUE f’dak li jirrigwarda:

l-eżerċizzju mhux iddikjarat u illegali ta’ attività fi ħdan il-korp ta’ tmexxija ta’ partit politiku;

l-użu abbużiv tar-riżorsi tal-Qorti tal-Awdituri sabiex jiffinanzja attivitajiet mhux marbuta mal-funzjonijiet ta’ Membru ta’ dik l-istituzzjoni sa fejn ikkonstatat fil-punti 387 sa 799 ta’ din is-sentenza;

l-użu ta’ karta tal-fjuwil għax-xiri ta’ fjuwil intiż li jintuża f’vetturi li jappartjenu lil terzi, u

il-ħolqien ta’ kunflitt ta’ interessi fil-kuntest ta’ relazzjoni mal-kap ta’ entità awditjata.

5.

Karel Pinxten qiegħed jiġi ddikjarat li tneħħewlu żewġ terzi mid-dritt għall-pensjoni tiegħu b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza.

6.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

7.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex kompetenza sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal kumpens imressqa minn Karel Pinxten.

8.

Karel Pinxten huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Scandlines Danmark ApS, Scandlines Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka, Föreningen Svensk Sjöfart, Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV (C-174/19 P), Stena Line Scandinavia AB vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka, Föreningen Svensk Sjöfart (C-175/19 P)

(Kawżi magħquda C-174/19 P u C-175/19 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni bil-ferrovija u bit-triq fl-Istrett ta’ Fehmarn - Għajnuna individwali - Għajnuna nnotifikata ddikjarata kompatibbli mas-suq intern - Twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Monopolju - Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ)

(2021/C 481/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

(Kawża C-174/19 P)

Appellanti: Scandlines Danmark ApS, Scandlines Deutschland GmbH (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, advokat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, S. Noë u L. Armati, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment J. Nymann-Lindegren, sussegwentement V. Jørgensen, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, advokat), Föreningen Svensk Sjöfart (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, abogado), Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV (rappreżentanti: T. Hohmuth, Rechtsanwalt, u L. Sandberg-Mørch, advokat)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Aktionsbündnis gegen eine feste Fehmarnbeltquerung eV (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch, advokat, u W. Mecklenburg, Rechtsanwalt), Rederi Nordö-Link AB (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u A. Godsk Fallesen, advokater), Trelleborg Hamn AB (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch, advokat, u J. L. Buendía Sierra, abogado)

(Kawża C-175/19 P)

Appellant: Stena Line Scandinavia AB (rappreżentanti L. Sandberg-Mørch, advokat, u P. Alexiadis, solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, S. Noë u L. Armati, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment J. Nymann-Lindegren, sussegwentement V. Jørgensen, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, advokat), Föreningen Svensk Sjöfart (rappreżentant: J. L. Buendía Sierra, abogado)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Aktionsbündnis gegen eine feste Fehmarnbeltquerung eV (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch, advokat, u W. Mecklenburg, Rechtsanwalt), Rederi Nordö-Link AB (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u A. Godsk Fallesen, advokater), Trelleborg Hamn AB (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch, advokat, u J. L. Buendía Sierra, abogado)

Dispożittiv

1)

L-appelli prinċipali u l-appelli inċidentali huma miċħuda.

2)

Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH kif ukoll Stena Line Scandinavia AB huma kkundannati jbatu, minbarra l ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea b’rabta mal-appelli prinċipali.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess marbuta mal-appelli inċidentali.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka, Föreningen Svensk Sjöfart u Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

5)

Rederi Nordö Link AB, Trelleborg Hamn AB u Aktionsbündnis gegen eine feste Fehmarnbeltquerung eV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 ClientEarth vs Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Kawża C-458/19 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3549 final - Awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis (2-etileksil) ftalat (DEHP) - Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Artikoli 60 u 62 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Talba għal eżami mill-ġdid intern - Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 8454 final - Ċaħda tat-talba)

(2021/C 481/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: ClientEarth (rappreżentanti: A. Jones, Solicitor, J. Stratford, BL)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti), L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u F. Becker, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ClientEarth hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy. – il-Polonja) – Proċedura mibdija minn W.Ż.

(Kawża C-487/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Stat tad-dritt - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Prinċipji ta’ impediment ta’ tneħħija u ta’ indipendenza tal-imħallfin - Trasferiment mingħajr kunsens ta’ mħallef ta’ qorti ordinarja - Rikors - Digriet ta’ inammissibbiltà adottat minn imħallef tas-Sąd Najwyższy (Izba Kontroli Nadzwyczajnej i Spraw Publicznych) (il-Qorti Suprema (l-Awla ta’ Stħarriġ Straordinarju u Affarijiet Pubbliċi), il-Polonja) - Imħallef maħtur mill-President tar-Repubblika tal-Polonja abbażi ta’ riżoluzzjoni mogħtija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Maġistratura minkejja deċiżjoni ġudizzjarja li tordna s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni sakemm tingħata sentenza dwar deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja - Imħallef li ma jikkostitwixxix qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi - Supremazija tad-dritt tal-Unjoni - Possibbiltà li tali digriet ta’ inammissibbiltà jiġi kkunsidrat li huwa ineżistenti”)

(2021/C 481/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: W.Ż.

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny zastępowany przez Prokuraturę Krajową, anciennement Prokurator Prokuratury Krajowej Bożena Górecka, Rzecznik Praw Obywatelskich

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, u l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti nazzjonali adita b’talba għal rikuża bbażata fuq rikors li permezz tiegħu mħallef fil-kariga fi ħdan qorti li tista’ tinterpreta u tapplika d-dritt tal-Unjoni jikkontesta deċiżjoni li biha huwa ġie ttrasferit, mingħajr il-kunsens tiegħu, għandha, meta tali konsegwenza tkun indispensabbli fid-dawl tas-sitwazzjoni proċedurali inkwistjoni sabiex tiġi ggarantita s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, tqis bħala ineżistenti digriet li permezz tiegħu istanza, li tiddeċiedi fl-aħħar istanza u fil-formazzjoni ta’ mħallef uniku, ċaħdet l-imsemmi rikors, jekk jirriżulta mill-kundizzjonijiet u miċ-ċirkustanzi kollha li fihom żvolġa l-proċess ta’ ħatra ta’ dan l-imħallef uniku, li din il-ħatra seħħet bi ksur manifest ta’ regoli fundamentali li jagħmlu parti integrali mill-istabbiliment u mill-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja kkonċernata u li l-integrità tar-riżultat li wassal għalih il-proċess ġiet ipperikolata bil-ħolqien ta’ dubji leġittimi, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, fir-rigward tal-indipendenza u tal-imparzjalità tal-imħallef ikkonċernat, b’tali mod li l-imsemmi digriet ma jistax jitqies li ngħata minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi, fis-sens tal-imsemmi tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – TS, UT, VU vs Casa Naţională de Asigurări de Sănătate, Casa de Asigurări de Sănătate Constanţa

(Kawża C-538/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-mard - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 20(1) u (2) - Kura medika rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tal-persuna assigurata - Awtorizzazzjoni minn qabel - Kundizzjonijiet - Rekwiżit ta’ rapport maħruġ minn tabib li jagħmel parti mis-sistema pubblika ta’ assigurazzjoni għall-mard nazzjonali li jippreskrivi trattament - Preskrizzjoni, għall-finijiet tat-tieni opinjoni medika, maħruġa fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tal-persuna assigurata, ta’ trattament alternattiv li għandu l-vantaġġ li ma jikkawżax diżabbiltà - Rimbors sħiħ tal-ispejjeż mediċi relatati ma’ dan it-trattament alternattiv - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 56 TFUE)

(2021/C 481/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TS, UT, VU

Konvenuti: Casa Naţională de Asigurări de Sănătate, Casa de Asigurări de Sănătate Constanţa

Dispożittiv

L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009, moqri flimkien mal-Artikolu 56 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna assigurata li tkun irċeviet, fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tagħha, trattament li jinsab fost il-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, għandha dritt għar-rimbors sħiħ tal-ispejjeż ta’ dan it-trattament, taħt il-kundizzjonijiet previsti minn dan ir-regolament, meta din il-persuna ma tkunx setgħet tikseb awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni kompetenti, konformement mal-Artikolu 20(1) tal-imsemmi regolament, għar-raġuni li, minkejja li d-dijanjosi u n-neċessità li t-trattament jingħata b’urġenza jkunu ġew ikkonfermati minn tabib li jagħmel parti mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat Membru tar-residenza tagħha, dan it-tabib ikun ippreskrivielha trattament differenti minn dak li l-imsemmija persuna tkun għażlet, konformement mat-tieni opinjoni medika mogħtija minn tabib ta’ Stat Membru ieħor, liema trattament, b’differenza mill-ewwel wieħed, ma jikkawżax diżabbiltà.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Blagoevgrad – il-Bulgarija) – “ЕCOTEX BULGARIA” EOOD vs Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Sofia

(Kawża C-544/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Direttiva (UE) 2015/849 - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li jsiru pagamenti li jaqbżu ċertu ammont esklużivament permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ depożitu f’kont ta’ pagament - Artikolu 65 TFUE - Ġustifikazzjoni - Ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali - Proporzjonalità - Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali - Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege u ta’ proporzjonalità ta’ delitti u ta’ pieni)

(2021/C 481/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Blagoevgrad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“ЕCOTEX BULGARIA” EOOD

Konvenut: Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Sofia

fil-preżenza ta’: Prokuror ot Okrazhna prokuratura – Blagoevgrad

Dispożittiv

1)

Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, għall-pagament fit-territorju nazzjonali ta’ ammont daqs jew ogħla mil-livell stabbilit, tipprojbixxi lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi milli jħallsu fi flus kontanti u teħtieġ li dawn tal-aħħar jagħmlu trasferiment jew ħlas f’kont ta’ pagament ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE.

2)

L-Artikolu 63 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex tiġġieled kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, minn naħa, tipprojbixxi lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi milli jwettqu fit-territorju nazzjonali pagament fi flus kontanti meta l-ammont tiegħu jkun daqs jew ogħla minn limitu stabbilit u teħtieġ, għal dan l-għan, li jsir trasferiment jew ħlas f’kont ta’ pagament, inkluż meta dan jirrigwarda d-distribuzzjoni ta’ dividendi ta’ kumpannija, u li, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ ksur ta’ din il-projbizzjoni, tipprevedi sistema ta’ sanzjonijiet li fil-kuntest tagħha l-ammont tal-multa li tista’ tiġi imposta jiġi kkalkolat abbażi ta’ perċentwali stabbilit applikabbli għall-ammont totali tal-pagament magħmul bi ksur tal-imsemmija projbizzjoni, mingħajr ma din il-multa tkun tista’ tiġi varjata minħabba ċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ, sakemm l-imsemmija leġiżlazzjoni tkun xierqa sabiex tiżgura t-twettiq tal-imsemmija għanijiet u ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex tilħaqhom.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA

(Kawża C-561/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Portata tal-obbligu tal-qrati nazzjonali li jiddeċiedu fl-aħħar istanza li jagħmlu rinviju - Eċċezzjonijiet minn dan l-obbligu - Kriterji - Domanda dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mqajma mill-partijiet fil-proċedura nazzjonali wara li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat sentenza preliminari f’dik il-proċedura - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà parzjali tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2021/C 481/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA

Konvenut: Rete Ferroviaria Italiana SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali għandha tikkonforma ruħha mal-obbligu tagħha li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’domanda dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mqajma quddiemha, sakemm din ma tikkonstatax li din id-domanda ma hijiex rilevanti jew li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni diġà kienet is-suġġett ta’ interpretazzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja jew li l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni hija tant ovvja li ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli.

L-eżistenza ta’ tali possibbiltà għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-karatteristiċi proprji tad-dritt tal-Unjoni, id-diffikultajiet partikolari li tagħti lok għalihom l-interpretazzjoni ta’ dan tal-aħħar u r-riskju ta’ diverġenzi fil-ġurisprudenza fi ħdan l-Unjoni.

Tali qorti ma tistax tinħeles mill-imsemmi obbligu għas-sempliċi raġuni li hija diġà ressqet talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-istess kawża nazzjonali. Madankollu, hija tista’ tastjeni milli tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja għal raġunijiet ta’ inammissibbiltà speċifiċi għall-proċedura quddiem dik il-qorti, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Confederación Nacional de Centros Especiales de Empleo (Conacee) vs Diputación Foral de Guipúzcoa

(Kawża C-598/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 20 - Kuntratti rriżervati - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva d-dritt ta’ parteċipazzjoni f’ċerti proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għaċ-ċentri speċjali għall-impjiegi ta’ inizjattiva soċjali - Kundizzjonijiet addizzjonali mhux previsti fid-Direttiva - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità)

(2021/C 481/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Confederación Nacional de Centros Especiales de Empleo (Conacee)

Konvenut: Diputación Foral de Guipúzcoa

Dispożittiv

L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jimponi kundizzjonijiet supplimentari fil-konfront ta’ dawk stabbiliti f’din id-dispożizzjoni, u li b’hekk jeskludi, mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi rriżervati, lil ċerti operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmija dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li dan l-Istat Membru josserva l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – HYDINA SK s.r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

(Kawża C-186/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni amministrattiva u ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Regolament (UE) Nru 904/2010 - Artikoli 10 sa 12 - Skambju ta’ informazzjoni - Kontroll fiskali - Termini - Sospensjoni tal-proċedura ta’ verifika fiskali fil-każ ta’ skambju ta’ informazzjoni - Qbiż tat-terminu impost għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni - Effett fuq il-legalità tas-sospensjoni tal-proċedura ta’ verifika fiskali)

(2021/C 481/17)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HYDINA SK s.r.o.

Konvenut: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, moqri fid-dawl tal-premessa 25 ta’ dan tal-aħħar, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprevedix termini li l-iskadenza tagħhom tista’ taffettwa l-legalità tas-sospensjoni ta’ verifika fiskali prevista mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti fl-istennija tal-komunikazzjoni, mill-Istat Membru rikjest, tal-informazzjoni mitluba fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni amministrattiva stabbilit minn dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 222, 06.07.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

(Kawża C-285/20) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nruo883/2004 - Artikolu 65(2) u (5) - Kamp ta’ applikazzjoni - Ħaddiem f’qgħad sħiħ - Benefiċċji tal-qgħad - Ħaddiem li jirrisjedi u jeżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti - Trasferiment tar-residenza tiegħu fi Stat Membru ieħor - Persuna li effettivament ma teżerċitax attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti qabel ma tkun f’qgħad sħiħ - Persuna li waqfet mix-xogħol minħabba mard u li, fuq din il-bażi, tirċievi benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti - Eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata - Sitwazzjonijiet legali paragunabbli”)

(2021/C 481/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni li fiha, qabel ma kienet f’qgħad sħiħ, il-persuna kkonċernata kienet tirrisjedi fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti u ma kinitx effettivament teżerċita attività bħala persuna impjegata, iżda kienet waqfet mix-xogħol minħabba mard u kienet tirċievi, fuq din il-bażi, benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti, bil-kundizzjoni, madankollu, li skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti, l-intitolament għal tali benefiċċji jkun assimilat għall-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata.

2)

L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat mir-Regolament Nru 465/2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet, b’mod partikolari ta’ natura familjari, li għalihom il-persuna kkonċernata ttrasferixxiet ir-residenza tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 313, 21.9.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-SittAwla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Commerzbank AG vs E.O.

(Kawża C-296/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet - Materji ċivili u kummerċjali - Konvenzjoni ta’ Lugano II - Artikolu 15(1)(ċ) - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Trasferiment tad-domiċilju tal-konsumatur fi Stat ieħor marbut bil-Konvenzjoni)

(2021/C 481/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Commerzbank AG

Konvenut: E.O.

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1)(ċ) tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE tas-27 ta’ Novembru 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tiddetermina l-ġurisdizzjoni fil-każ fejn il-bejjiegħ jew fornitur u l-konsumatur, li huma partijiet f’kuntratt ta’ konsum, kienu, fid-data tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, iddomiċiljati fl-istess Stat marbut b’din il-konvenzjoni, u fejn element barrani tar-relazzjoni legali dehret biss wara l-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt, minħabba trasferiment ulterjuri tad-domiċilju tal-konsumatur fi Stat ieħor marbut mill-imsemmija konvenzjoni.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Icade Promotion SAS, li kienet Icade Promotion Logement SAS vs Ministère de l’Action et des Comptes Publiques

(Kawża C-299/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 392 - Skema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni - Kamp ta’ applikazzjoni - Trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli u ta’ artijiet għall-iżvilupp mixtrija bil-għan li jinbiegħu mill-ġdid - Persuna taxxabbli li ma kellhiex id-dritt għal tnaqqis meta akkwistat il-proprjetajiet immobbli - Bejgħ mill-ġdid suġġett għall-VAT - Kunċett ta’ “artijiet għall-iżvilupp”)

(2021/C 481/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Icade Promotion SAS, li kienet Icade Promotion Logement SAS

Konvenut: Ministère de l’Action et des Comptes Publiques

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li l-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni tiġi applikata għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp kemm meta l-akkwist tagħhom ġie suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), mingħajr ma l-persuna taxxabbli li tbigħhom kellha d-dritt li tnaqqas din it-taxxa, kif ukoll meta l-akkwist tagħhom ma ġiex suġġett għall-VAT filwaqt li l-prezz li bih il-persuna taxxabbli bejjiegħ mill-ġdid akkwistat dawn il-proprjetajiet jinkludi ammont ta’ VAT tal-input li tħallas mill-bejjiegħ inizjali. Madankollu, barra minn din l-ipoteżi, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp li l-akkwist inizjali tagħhom ma ġiex suġġett għall-VAT, jew minħabba li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jew minħabba li huwa eżenti minnha.

2)

L-Artikolu 392 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn l-artijiet akkwistati mhux mibnija jkunu saru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-iżvilupp, iżda ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom bħad-diviżjoni tagħhom f’lottijiet jew it-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ żvilupp li jippermettu l-installazzjoni ta’ networks li jservu l-imsemmija artijiet, bħal, b’mod partikolari, networks tal-gass jew tal-elettriku.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/15


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2021 mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-12 ta’ Mejju 2021 fil-Kawżi magħquda T-516/18 u T-525/18, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u Engie Global LNG Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-451/21 P)

(2021/C 481/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: A. Germeaux, T. Uri, aġenti, D. Waelbroeck, J. Bracker, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Irlanda

Talbiet

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 2021 fil-Kawżi magħquda T-516/18 u T-525/18, Il-Lussemburgu u Engie Global LNG Holding et vs Il-Kummissjoni;

prinċipalment, tagħti deċiżjoni finali fuq il-mertu, konformement mal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u tilqa’ t-talbiet mressqa mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu fl-ewwel istanza billi tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/421 tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar għajnuna mill-Istat SA.44888 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentata mil-Lussemburgu favur Engie (ĠU 2019, L 78, p. 1);

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju jinvoka ksur tal-Artikolu 107 TFUE sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonfermat li ż-żewġ sensiliet ta’ deċiżjonijiet fiskali bil-quddiem inkwistjoni jagħtu vantaġġ “selettiv” fid-dawl tal-qafas ta’ riferiment “strett” użat mill-Kummissjoni. (i) Billi kkonstatat l-eżistenza ta’ qafas ta’ riferiment “strett” (jiġifieri r-regoli tas-sistema Lussemburgiża għat-tassazzjoni ta’ kumpanniji marbuta mal-eżenzjoni tad-dħul minn holdings u mat-tassazzjoni tat-tqassim ta’ profitti), il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi. Il-Qorti Ġenerali mhux biss ikkonfermat qafas ta’ riferiment inkomplet u limitat b’mod artifiċjali, iżda żnaturat ukoll id-dritt Lussemburgiż billi kkonfermat interpretazzjoni contra legem tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni. Barra minn hekk, is-sentenza appellata tikkonferma diskriminazzjoni bejn it-tranżazzjonijiet transkonfinali u dawk purament nazzjonali sa fejn teskludi mill-qafas ta’ riferiment lill-kumpanniji Lussemburgiżi li għandhom holdings f’kumpanniji ta’ Stati Membri oħra. (ii) Il-konstatazzjoni dwar l-eżistenza ta’ deroga fil-qafas ta’ riferiment “strett” hija żbaljata. Din il-konstatazzjoni hija bbażata fuq formulazzjoni mill-ġdid tad-dritt nazzjonali u tikser il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-analiżi tan-natura selettiva u b’mod partikolari l-ġurisprudenza li teżiġi li tiġi stabbilita diskriminazzjoni fil-konfront ta’ impriżi f’sitwazzjoni paragunabbli.

It-tieni aggravju jallega ksur tal-Artikolu 107 TFUE sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-eżistenza ta’ vantaġġ “selettiv” minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni Lussemburgiża dwar l-abbuż ta’ dritt u, sussidjarjament, ksur tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1) u tad-drittijiet tad-difiża. (i) Il-klassifikazzjoni legali bħala “ta’ natura selettiva”, magħmula mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-fatt li ma kinitx applikata d-dispożizzjoni Lussemburgiża dwar l-abbuż ta’ dritt, kienet ibbażata fuq premessa żbalajta u fuq żnaturament tad-dritt nazzjonali. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Qorti Ġenerali, l-użu dirett ta’ self mingħajr interessi konvertibbli b’mod obbligatorju f’ishma ddenominati bħala “ZORA” kien jippermetti li jinkiseb l-istess riżultat taxxabbli. (ii) Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar id-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment kien ivvizzjat b’diversi żbalji ta’ liġi u nuqqasijiet ta’ motivazzjoni. (iii) Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar l-eżistenza ta’ deroga kien żbaljat. Il-konstatazzjoni li l-kriterji neċessarji għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni dwar l-abbuż ta’ dritt kienu ġew issodisfatti f’dan il-każ kienet ibbażata fuq il-premessa żbaljata li l-użu ta’ ZORA “dirett” ma kienx ser iwassal għall-istess riżultat taxxabbli. Is-sentenza appellata tikser ukoll l-Artikolu 107 TFUE sa fejn tippreżumi l-eżistenza ta’ abbuż ta’ dritt u b’mod partikolari l-assenza ta’ motivi li jmorru lil hinn mill-qasam fiskali. Għal darba oħra, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u naqset milli twettaq eżami sħiħ tal-fatti billi injorat ċerti fatti li jikkonfermaw li abbuż ta’ dritt ma setax jiġi kkonstatat fid-dritt Lussemburgiż. Fl-aħħar nett, hija kisret l-Artikolu 107 TFUE sa fejn naqset milli tistabbilixxi l-eżistenza ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni favur Engie fil-konfront ta’ impriżi f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli. (iv) Fl-aħħar nett, b’mod sussidjarju, is-sentenza appellata tikser id-drittijiet tad-difiża tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

It-tielet aggravju jqajjem ksur tal-Artikoli 4 u 5 TUE. Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jsostni li s-sentenza appellata tillimita l-awtonomija tal-awtoritajiet fiskali nazzjonali f’qasam irriżervat għall-kompetenza tal-Istati Membri, u b’hekk tikser l-Artikoli 4 u 5 TUE u l-prinċipji li jirregolaw it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea.

Ir-raba’ aggravju jinvoka ksur tal-Artikolu 296 TFUE sa fejn il-Qorti Ġenerali ma osservatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Awwissu 2021 – “Banka DSK” EAD vs M. V.

(Kawża C-489/21)

(2021/C 481/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Banka DSK” EAD

Konvenut: M. V.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), ikkunsidrat flimkien mal-punt 1(e) u (f) tal-Anness tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta’ bona fide u joħolqu obbligi għall-konsumatur, klawżoli li jżidu b’mod kunsiderevoli l-ispejjeż għall-konsumatur taħt kuntratt ta’ kreditu fil-każ li l-konsumatur ma jagħmilx trasferiment mensili tas-salarju tiegħu lill-bank kreditur, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, skont il-kuntratt, il-konsumatur huwa obbligat jistabbilixxi rahan fuq is-salarju tiegħu?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, ikkunsidrat flimkien mal-punt 1(e) u (f) tal-Anness tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta’ bona fide u joħolqu obbligi għall-konsumatur, klawżoli li jobbligaw lill-konsumatur juża effettivament servizzi oħra tan-negozjant li jipprovdi l-kreditu minbarra t-trasferiment tas-salarju tiegħu lil dan in-negozjant?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun bħala prinċipju fl-affermattiv, fuq liema kriterji għandha tibbaża ruħha l-qorti nazzjonali meta tevalwa n-natura inġusta? B’mod partikolari, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-livell ta’ rabta bejn is-suġġett tal-kuntratt ta’ kreditu u s-servizzi addizzjonali li l-konsumatur huwa obbligat juża, in-numru ta’ servizzi kif ukoll ir-regoli nazzjonali dwar ir-restrizzjoni ta’ bejgħ abbinat?

4)

Il-prinċipju li d-dritt nazzjonali għandu jiġi interpretat b’mod konformi mal-atti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, stabbilit fil-punt 26 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ April 1985, von Colson (14/83, EU:C:1984:153), għandu jiġi applikat ukoll għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jirregolaw suġġett legali distint minn dak irregolat mid-dritt tal-Unjoni (f’dan il-każ, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni żleali) iżda relatat mas-suġġett tal-att tad-dritt tal-Unjoni applikat mill-qorti nazzjonali fil-kawża li jkollha quddiemha (f’dan il-każ, id-Direttiva 93/13, dwar il-klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumatur) u, fl-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, għandhom jiġu applikati l-istandards previsti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

5)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (2), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 6(1)(d) tal-istess direttiva u mal-Artikolu 10(2)(f) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi l-indikazzjoni ta’ rata ta’ interessi iktar baxxa fit-test prinċipali tal-kuntratt ta’ kreditu mal-konsumatur jekk l-għoti tal-kreditu fuq il-bażi ta’ din ir-rata jiddependi minn jekk ikunux issodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-anness tal-kuntratt? Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-formulazzjoni tal-kundizzjonijiet dwar it-tnaqqis tar-rata tal-interessi, dwar meta ma japplikax dan it-tnaqqis u dwar kif jista’ jerġa jinkiseb dan it-tnaqqis?

6)

L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-evalwazzjoni tal-possibbiltà li tinħoloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika tal-konsumatur, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni s-sehem fis-suq tal-bank li jagħti krediti lill-konsumaturi fid-dawl tal-bżonnijiet tal-konsumaturi għal dawn il-prodotti?

7)

L-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż tal-kuntratt marbuta mal-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, li l-eżekuzzjoni tiegħu tagħti lok għal tnaqqis fl-interessi marbuta mal-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, jagħmlu parti mir-rata perċentwali annwali ta’ imposta tal-kreditu u għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ta’ din tal-aħħar?

8)

L-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ nuqqas li jitwettqu obbligi previsti fil-kuntratti marbuta mal-kuntratt ta’ kreditu, liema nuqqas iwassal għal żieda fil-perċentwali tal-interessi tal-kreditu, ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta tal-kreditu għandha tiġi kkalkolata wkoll fid-dawl tar-rata perċentwali annwali applikabbli minħabba dan in-nuqqas?

9)

L-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-indikazzjoni inkorretta tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta fil-kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn negozjant u konsumatur, hawnhekk il-persuna li tissellef, għandha titqies daqslikieku ma ġietx indikata r-rata perċentwali annwali ta’ imposta fil-kuntratt ta’ kreditu u l-qorti nazzjonali għandha tapplika l-konsegwenzi previsti fid-dritt nazzjonali tagħha għall-każ li ma tkunx ġiet indikata r-rata perċentwali annwali ta’ imposta fil-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur?

10)

L-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sanzjoni ta’ nullità tal-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, prevista fid-dritt nazzjonali, li twassal sabiex ikollu jiġu rrimborsat biss il-kapital tal-kreditu, hija proporzjonata fil-każijiet fejn il-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur ma jindikax b’mod preċiż ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86.

(3)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Awwissu 2021 – WA vs Direcţia pentru Evidenţa Persoanelor şi Administrarea Bazelor de Date din Ministerul Afacerilor Interne

(Kawża C-491/21)

(2021/C 481/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WA

Konvenut: Direcţia pentru Evidenţa Persoanelor şi Administrarea Bazelor de Date din Ministerul Afacerilor Interne

Domanda preliminari

L-Artikolu 26(2) TFUE, l-Artikolu 20, l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 45(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix il-ħruġ ta’ karta tal-identità, li tkun tista’ tintuża bħala dokument għall-ivvjaġġar fl-Unjoni Ewropea, lil ċittadin ta’ Stat Membru bħala riżultat tal-istabbiliment tad-domiċilju tiegħu fi Stat Membru ieħor?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis-16 ta’ Settembru 2021 – CC vs VO

(Kawża C-572/21)

(2021/C 481/24)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CC

Konvenut: VO

Domanda preliminari

Qorti ta’ Stat Membru żżomm il-ġurisdizzjoni tagħha abbażi tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1) jekk il-wild ikkonċernat mill-proċedura jittrasferixxi fil-mori tal-kawża r-residenza abitwali tiegħu minn Stat Membru lejn Stat terz li huwa parti għall-Konvenzjoni Den Haag tal-1996 (ara l-Artikolu 61 tal-imsemmi regolament)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Settembru 2021 – QT vs 02 Czech Republic a. s.

(Kawża C-574/21)

(2021/C 481/25)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QT

Konvenut: 02 Czech Republic a. s.

Domandi preliminari

1)

L-espressjoni “kommissjoni mitlufa mill-aġent kummerċjali” fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE (1) tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkostitwixxi wkoll tali kommissjoni, kommissjoni għall-konklużjoni ta’ kuntratti li l-aġent kummerċjali kien jikkonkludi, li kieku l-kuntratt ta’ aġenzija ma ġiex xolt, mal-klijenti li huwa jkun sab għall-individwu rrappreżentat jew li magħhom żied b’mod sinjifikattiv id-dħul mill-bejgħ kummerċjali?

2)

Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet din il-konklużjoni tirreferi anki għall-hekk imsejħa kommissjonijiet ta’ darba għall-konklużjoni ta’ kuntratt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Itä-Suomen hallinto (il-Finlandja) fit-22 ta’ Settembru 2021 – J.M.

(Kawża C-579/21)

(2021/C 481/26)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Itä-Suomen hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.M.

Partijiet oħra: Assistent Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data, Pankki S

Domandi preliminari

1)

Id-dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1), moqri flimkien mal-[kunċett ta’] “data personali” fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni miġbura mill-kontrollur li tiżvela min ipproċessa d-data personali tas-suġġett tad-data, meta ġiet ipproċessata u l-finalità li għaliha ġiet ipproċessata, ma tikkostitwixxix informazzjoni li fir-rigward tagħha s-suġġett tad-data għandu dritt ta’ aċċess, b’mod partikolari, peress li din tikkonċerna l-impjegati tal-kontrollur?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u s-suġġett tad-data ma jkollu ebda dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni msemmija f’din id-domanda abbażi tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament 2016/679, peress li din ma tistax titqies bħala “data personali” tas-suġġett tad-data skont il-punt 1 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, huwa neċessarju wkoll f’dan il-każ li tiġi ppreċiżata l-kwistjoni dwar l-informazzjoni li għandu aċċess għaliha s-suġġett tad-data skont l-Artikolu 15(1)[(a) sa (h)] tal-imsemmi regolament?

a.

Kif għandha tiġi interpretata l-“finalità tal-ipproċessar” fis-sens tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament 2016/679 fir-rigward tal-portata tad-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-data, fi kliem ieħor, tali finalità tal-ipproċessar tista’ tiġġustifika dritt ta’ aċċess għad-data miġbura mill-kontrollur mill-fajl storiku tal-utent, bħal informazzjoni dwar id-data personali tal-persuni li pproċessaw id-data personali tas-suġġett tad-data, il-mument li fih ġiet ipproċessata d-data u l-finalità li għaliha ġiet ipproċessata d-data?

b.

Il-persuni li pproċessaw id-data klijentali ta’ J. M jistgħu, f’dan il-kuntest u taħt kriterji speċifiċi, jitqiesu li huma “destinatarji” ta’ data personali fis-sens tal-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament 2016/679, li fir-rigward tagħhom is-suġġett tad-data għandu d-dritt ikun informat?

3)

Huwa rilevanti għall-proċedura inkwistjoni l-fatt li huwa bank li jwettaq attività regolatorja jew li J. M ħadem ma’ dan il-bank u kien klijent tiegħu fl-istess ħin?

4)

Huwa rilevanti għall-eżami tad-domandi msemmija iktar ’il fuq li d-data ta’ J. M ġiet ipproċessata qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament 2016/679?


(1)  ĠU 2016 L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018 L 127, p. 2.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Admministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Irideos SpA vs Poste Italiane SpA, fil-prezenza ta’: Fastweb SpA, Tim SpA

(Kawża C-419/19) (1)

(2021/C 481/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi Baxxi) – Stichting Brein vs News-Service Europe BV

(Kawża C-442/19) (1)

(2021/C 481/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/21


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Axpo Trading Ag vs GSE, fil-prezenza ta’: Fallimento Esperia SpA

(Kawża C-705/19) (1)

(2021/C 481/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019.


Il-Qorti Ġenerali

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Sipcam Oxon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/19) (1)

(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva klorotalonil - Nuqqas ta’ tiġdid tal-inklużjoni fl-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Proposta ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza attiva - Ċertezza legali - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ prekawzjoni”)

(2021/C 481/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sipcam Oxon SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u P. Sellar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, A. Dawes u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/677 tad-29 ta’ April 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2019, L 114, p. 15).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sipcam Oxon SpA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għall-miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Kondyterska korporatsiia “Roshen” vs EUIPO – Krasnyj Octyabr (Rappreżentazzjoni ta’ awwista)

(Kawża T-254/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta awwista - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l – Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Dritt għal smigħ - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 481/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: I. Lukauskienė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AO Moscow Confectionery Factory “Krasnyj Octyabr” (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Geitz u J. Stock, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1916/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” u PAO Moscow Confectionery Factory “Krasnyj Octyabr”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Indo European Foods vs EUIPO – Chakari (Abresham Super Basmati Selaa Grade One World’s Best Rice)

(Kawża T-342/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Abresham Super Basmati Selaa Grade One World’s Best Rice - Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata BASMATI - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom - Perijodu ta’ tranżizzjoni - Interess ġuridiku - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Sistema tal-azzjoni tal-common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - Riskju ta’ preżentazzjoni qarrieqa - Probabbiltà ta’ dilwizzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni”)

(2021/C 481/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Indo European Foods Ltd (Harrow, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Norris, barrister, u N. Welch, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hamid Ahmad Chakari (Vjenna, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 (Każ R 1079/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Indo European Foods u H. A. Chakari.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tat-2 ta’ April 2020 (Każ R 1079/2019 4) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inkluż għall-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Indo European Foods Ltd għall-finijiet tal proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM)

(Kawża T-372/20) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVEDERM - Użu ġenwin tat-trade mark - Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark - Użu bil-kunsens tal-proprjetarju - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

(2021/C 481/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert, J. Crespo Carrillo u V. J. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2020 (Każ R 877/2019-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dermavita Company S.a.r.l. hija kkundannata għall-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Allergan Holdings France vs EUIPO – Dermavita Company (JUVEDERM)

(Kawża T-397/20) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVEDERM - Użu ġenwin tat-trade mark - Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

(2021/C 481/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert u V. J. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2020 (Każ R 877/2019-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Allergan Holdings France SAS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) kif ukoll iż-żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Dermavita Company S.a.r.l. relatati ma’ din il-proċedura.

4)

Dermavita Company S.a.r.l. għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha relatati ma’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Global Translation Solutions vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-404/20) (1)

(“Kuntratti pubbliċi ta’ servizz - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Servizzi ta’ traduzzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għoti - Metodu ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2021/C 481/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Global Translation Solutions ltd. (Valletta, Malta) (rappreżentant: C. Mifsud-Bonnici, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou, L. André u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tas-17 ta’ April 2020, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti għal-Lott Nru 22 (EN>MT) fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti TRAD 19 u li tagħti dan il-lott lil offerent ieħor, kif ukoll id-“deċiżjonijiet kollha relatati”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Global Translation Solutions ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottuburu 2021 – Esteves Lopes Granja vs EUIPO – IVDP (PORTWO GIN)

(Kawża T-417/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORTWO GIN - Denominazzjoni ta’ oriġini preċedenti ‘Porto’ - Kunċetti ta’ użu u ta’ sfruttament ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta - Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”)

(2021/C 481/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Joaquim José Esteves Lopes Granja (Vila Nova de Gaia, il-Portugall) (rappreżentant: O. Santos Costa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP (IVDP) (Peso da Régua, il-Portugall) (rappreżentant: P. Sousa e Silva, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2020 (Każ R 993/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP u Joaquim Jósé Esteves Lopes Granja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Joaquim José Esteves Lopes Granja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Guo vs EUIPO – Sand Cph (sandriver)

(Kawża T-505/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni figurattiva sandriver - Trade mark tal-Unjoni verbali preċedenti SAND - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 481/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Xiuling Guo (Shanghai, iċ-Ċina) (rappreżentant: L. Le Stanc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Mrozowski, A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sand Cph A/S (Kopenħaġen, id-Danimarka)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2019/2019-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sand Cph u X. Guo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Xiuling Guo hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VYBRANCE)

(Kawża T-635/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VYBRANCE - Pagament tardiv tat-tariffa tal-appell - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Restitutio in integrum”)

(2021/C 481/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2020 (Każ R 1014/2020-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dermavita Company S.a.r.l.hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 443, 21.12.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLUMA)

(Kawża T-636/20) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VOLUMA - Ħlas tardiv tal-ispejjeż tar-rikors - Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Restitutio in integrum)

(2021/C 481/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2020 (Każ R 1016/2020-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dermavita Company S.a.r.l. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 443, 21.12.2020.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLITE)

(Kawża T-637/20) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VOLITE - Ħlas tardiv tal-ispejjeż tar-rikors - Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Restitutio in integrum)

(2021/C 481/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Awwissu 2020 (Każ R 1015/2020-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dermavita Company S.a.r.l. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 443 21.12.2020


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Power Horse Energy Drinks vs EUIPO – Robot Energy Europe (UNSTOPPABLE)

(Kawża T-3/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea UNSTOPPABLE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001]”)

(2021/C 481/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Power Horse Energy Drinks GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Woller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Robot Energy Europe (Mijas, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 232/2020-2) dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Power Horse Energy Drinks u Robot Energy Europe.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Power Horse Energy Drinks GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/29


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2021 – TB v ENISA

(Kawża T-511/21)

(2021/C 481/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TB (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-ENISA sabiex iġġedded il-kuntratt tax-xogħol tar-rikorrenti, sa fejn din tassenja lir-rikorrenti għal pożizzjoni b’funzjonijiet mhux maniġerjali, b’din id-deċiżjoni tiġi fformalizzata permezz tal-verżjoni ffirmata tad-dokument mibgħuta mill-ENISA fit-13 ta’ Ottubru 2020 u ippreżentata bħala emenda tal-kuntratt tagħha u bil-firma ta’ tali dokument kemm mir-rikorrenti kif ukoll mill-ENISA fis-26 ta’ Ottubru 2020;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-12 ta’ Mejju 2021, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjoni ta’ tiġdid;

tordna l-kumpens tad-danni materjali u morali sostnuti mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ta’ tiġdid hija illegali, sa fejn tirriżulta mill-proċess ta’ riorganizzazzjoni mniedi mill-ENISA, li, huwa allegat, ma twettaqx fl-interessi tas-servizz – ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, u ksur tal-Artikoli 18(1) u 20(2)(a) tad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija MB/2018/14.

Il-proċess ta’ riorganizzazzjoni huwa vvizzjat b’nuqqas ta’ ċarezza u trasparenza, bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, bi żball manifest ta’ evalwazzjoni u bi ksur tal-prinċipju 6 tad-Deċiżjoni MB/2020/5.

Il-proċess ta’ riorganizzazzjoni huwa vvizzjat b’nuqqas ta’ motivazzjoni.

Il-proċess ta’ riorganizzazzjoni twettaq bi ksur tal-Anness 1 tal-Avviż Amministrattiv.

Il-proċess ta’ riorganizzazzjoni twettaq bi ksur tal-prinċipji 7 u 8 tad-Deċiżjoni MB/2020/5, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u bi ksur tad-dmir ta’ diliġenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ta’ tiġdid hija illegali sa fejn il-kuntratt tar-rikorrenti ma ġġeddidx permezz ta’ proċess trasparenti u ġust – ksur tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ED 38/2017, u tal-punt 5.1 tal-Proċedura Operattiva Standard, u ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/30


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2021 – TB vs ENISA

(Kawża T-560/21)

(2021/C 481/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TB (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla tal-ENISA sabiex ma tqegħidx isem ir-rikorrenti fil-lista tal-kandidati li għaddew għall-pożizzjoni kariga ta’ Kap ta’ Diviżjoni tal-Uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv (TA/AD 9) – Ref. ENISA-TA-70-AD-2020-04;

tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla tal-ENISA sabiex ma tqegħidx isem ir-rikorrenti fil-lista tal-kandidati li għaddew għall-pożizzjoni kariga ta’ Kap ta’ Diviżjoni tas-Servizzi ta’ Sostenn għall-Impriżi (TA/AD 9) – Ref. ENISA-TA-71-AD-2020-05;

tannulla wkoll, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-konvenuta tat-8 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjonijiet fuq imsemmija;

tordna l-kumpens tad-danni morali sostnuti mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv (EDO) u tas-Servizzi ta’ Sostenn għall-Impriżi (CSS) huma illegali, sa fejn jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-5 ta’ Awwissu 2020 li tippubblika żewġ avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti għall-karigi ta’ Kap ta’ Diviżjoni EDO u ta’ Kap ta’ Diviżjoni CSS li huwa wkoll hija illegali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjonijiet EDO u CSS.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni EDO hija vvizzjata minn nuqqas ta’ imparzjalità tal-Bord tal-Għażla u minn illegalità – ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ksur tal-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-ENISA MB/2013/6.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2021 – Zásilkovna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-585/21)

(2021/C 481/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zásilkovna s. r. o (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: R. Kubáč, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.55208 (2020/C) – Kumpens USO lill-Posta Ċeka għall-perijodu bejn l-2018 u l-2022, fil-forma ta’ ittra bid-data (i) tad-9 ta’ Lulju 2021 u (ii) tal-31 ta’ Awwissu 2021, li tiċħad parzjalment l-ilment tar-rikorrenti tat-8 ta’ Novembru 2019 fir-rigward tas-sussidju trażversali minn Česká pošta s.p. tal-attivitajiet kummerċjali tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-Kummissjoni wettqet żball manifest meta kkonkludiet li s-sussidju trażversali ta’ Česká pošta ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE.

B’mod partikolari, qiegħed jiġi argumentat li s-sussidju trażversali ta’ Česká pošta jikkostitwixxi, fih innifsu, għajnuna mill-Istat inkompatibbli taħt l-Artikolu 107(1) TFUE, li kienet diġà fis-seħħ minn tal-inqas fil-perijodu bejn 2013 u l-2017 (u probabbilment anki qabel), għajnuna li l-Kummissjoni kellha għalhekk tinvestiga fid-dettall permezz ta’ proċedimenti amministrattivi separati, u mhux bħala kwistjoni anċillari fil-kuntest tal-proċedimenti fil-Każ SA.55208 (2020/C), li kienu jkopru biss il-perijodu bejn 2018 u l-2022. Dan huwa ssostanzjat mid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li s-sussidju trażversali bl-ebda mod ma jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

2.

It-tieni motiv: il-Kummissjoni kisret rekwiżit formali essenzjali peress li d-deċiżjoni tagħha li ma tqisx li s-sussidju trażversali ta’ Česká pošta jikkostitwixxi, fih innifsu, għajnuna mill-Istat ma hijiex debitament motivata.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni naqset milli tagħti motivazzjoni adegwata fid-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kisret dritt proċedurali essenzjali tar-rikorrenti sa fejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma obbligati jagħtu motivazzjoni għall-miżura inkwistjoni sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tiġi mistħarrġa quddiem il-qrati.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/32


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2021 – Serrano Velázquez vs Il-Parlament

(Kawża T-589/21)

(2021/C 481/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: María Teresa Serrano Velázquez (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: F. Vázquez Sánchez, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-Petizzjoni 0242/21 minn María Teresa Serrano Velásquez u tinvestiga l-fatti allegati fiha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem motiv wieħed ibbażat fuq li d-deċiżjoni meħuda ma kinitx motivata b’mod korrett skont l-Artikolu 296 TFUE.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2021 – WS et vs Frontex

(Kawża T-600/21)

(2021/C 481/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: WS u 5 rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. van Eik u L.-M. Komp, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-Aġenzija hija responsabbli taħt l-Artikolu 268 u l-Artikolu 340(2) TFUE għad-danni kkawżati minnha lir-rikorrenti;

tiddikjara li hemm ksur suffiċjentement serju tal-obbligi tal-Aġenzija skont l-Artikoli 16, 22, 26, 28, 34 u 72 tar-Regolament 2016/1624, tal-istadji 1-5 tal-Proċeduri Operattivi Standard, u tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta’ Kondotta, li jagħti lir-rikorrenti drittijiet li huma stabbiliti fl-Artikoli 1, 4, 18, 19, 24, 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u ksur suffiċjentement serju tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti stabbiliti fl-Artikoli 1, 4, 18, 19, 24, 41 u 47 tal-Karta min-naħa tal-Aġenzija, liema ksur kien il-kawża diretta tad-danni sostnuti mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Aġenzija għar-rimbors tad-danni sostnuti mir-rikorrenti bħala konsegwenza diretta tal-aġir illegali tal-Aġenzija, stmati fl-intier tagħhom għal EUR 96 212,55 f’Settembru 2021 bħala danni materjali flimkien mal-interessi dovuti fid-data tal-ħlas, u EUR 40,000 bħala danni morali flimkien mal-interessi dovuti fid-data tal-ħlas, kif indikat iktar ’il fuq, jew kif eventwalment stabbilit mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Aġenzija għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri, flimkien mal-interessi;

tordna li tali ammonti għandhom jitħallsu fi żmien ġimgħatejn mill-għoti tas-sentenza, flimkien mal-interessi għal kull ġurnata ta’ dewmien.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Aġenzija naqset mit-twettiq ta’ evalwazzjoni tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 34 tar-Regolament 2016/1624 (1), mill-Artikoli 18 u 19 tal-Karta, u mill-istadji 1 u 2 tal-Proċeduri Operattivi Standard (2).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Aġenzija naqset milli tadotta miżuri li setgħu b’mod raġonevoli jittieħdu sabiex itaffu riskji serji għad-drittijiet fundamentali kif meħtieġ mill-Artikolu 34 tar-Regolament 2016/1624, mill-Artikoli 18 u 19 tal-Karta, u mill-istadju 1(2) tal-Proċeduri Operattivi Standard.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Aġenzija naqset milli tfassal Pjan Operazzjonali (suffiċjentement iddettaljat) kif meħtieġ mill-Artikoli 16 u 34 tar-Regolament 2016/1624, mill-Artikoli 18 u 19 tal-Karta u mill-istadju 2 tal-Proċeduri Operattivi Standard.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Aġenzija wettqet l-operazzjoni ta’ ritorn b’tali mod li ksur tad-drittijiet fundamentali ma setax jiġi rrilevat jew senjalat bi ksur tal-Artikoli 22, 25, 28 u 34 tar-Regolament 2016/1624, tal-Artikoli 18 u 19 tal-Karta, tal-istadju 3 tal-Proċeduri Operattivi Standard u tal-Artikolu 4(3)(a) tal-Kodiċi ta’ Kondotta (3).

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Aġenzija naqset milli tieħu kwalunkwe miżura bħala rispons ta’ ksur ċar u manifest tal-Artikoli 1, 4 u 24 tal-Karta, bi ksur tal-Artikoli 22 u 34 tar-Regolament 2016/1624 u tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta’ Kondotta.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Aġenzija naqset milli tiżgura sorveljanza effettiva tal-operazzjoni konġunta ta’ ritorn kif meħtieġ mill-Artikoli 28 u 34 tar-Regolament 2016/1624.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Aġenzija naqset milli tevalwa l-operazzjoni ta’ ritorn kif meħtieġ mill-Artikoli 26 u 28 tar-Regolament 2016/1624 u mill-istadji 4 u 5 tal-Proċeduri Operattivi Standard.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Aġenzija naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ilment tar-rikorrenti skont il-mekkaniżmu tal-ilmenti individwali kif meħtieġ mill-Artikoli 34 u 72 tar- Regolament 2016/1624, mill-Artikolu 10 tar-Regoli dwar il-Mekkaniżmu tal-Ilmenti (4), mill-Artikoli 41 u 47 tal-Karta.


(1)  Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU 2016, L 251, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv Nru 2012/87 dwar l-adozzjoni tal-Proċeduri Operattivi Standard tal-Frontex sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali f’operazzjonijiet konġunti u proġetti piloti tal-Frontex tad-19 ta’ Lulju 2012.

(3)  Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv Nru 2013/67 dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta għal operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn ikkoordinati minn Frontex, tas-7 ta’ Ottubru 2013.

(4)  Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv No R-ED-2016-106 dwar il-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tas-6 ta’ Ottubru 2016.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/33


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2021 – Pharmadom vs EUIPO – Wellstat Therapeutics (WELLMONDE)

(Kawża T-601/21)

(2021/C 481/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) rappreżentant: M.-P. Dauquaire, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wellstat Therapeutics Corp. (Rockville, Maryland, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WELLMONDE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 152 803

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1776/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/34


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2021 – L’Oréal vs EUIPO – Heinze (K K WATER)

(Kawża T-610/21)

(2021/C 481/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arne-Patrik Heinze (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K K WATER – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 092 777

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2327/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi mir-rikorrenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/35


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2021 – KPMG Advisory SpA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-614/21)

(2021/C 481/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: KPMG Advisory SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Roberti, I. Perego u R. Fragale, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

i) tannulla, totalment jew parzjalment, abbażi tal-Artikolu 263(4) TFUE, id-decision of 13th July 2021 on the exclusion of KPMG Advisory S.p.A. from participating in award procedures governed by Regulation (EU, Euratom) 2018/1046 of the European Parliament and of the Council or from being selected for implementing Union funds [Ref. Ares(2021)4544873], innotifikata fl-14 ta’ Lulju 2021 (id-deċiżjoni kkontestata);

ii) sussidjarjament, abbażi tal-Artikolu 261 TFUE u tal-Artikolu 143(9) tar-Regolament Finanzjarju 2018, tannulla jew tnaqqas is-sanzjoni ta’ esklużjoni u/jew tannulla s-sanzjoni ta’ pubblikazzjoni imposta bid-deċiżjoni kkontestata;

iii) jekk ikun il-każ, tiddikjara, abbażi tal-Artikolu 277 TFUE, l-illegalità tal-Artikolu 73(3) tar-Regolament 2018/1046 (1) u/jew tal-Artikolu 146(6) tar-Regolament 2018/1046;

iv) u, f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tal-prinċipju ta’ kolleġġjalità

Ir-rikorrenti ssotni, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni hija vvizzjata minn ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tal-prinċipju ta’ kolleġjalità, sa fejn din ma ġietx adottata mill-Kummissjoni iżda mid-Direttur Ġenerali, bi ksur tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ delega previsti fl-Artikoli 1 u 4 tar-regoli interni tal-Kummissjoni.

Hija ssostni wkoll l-illegalità tal-Artikolu 73(3) tar-Regolament 2018/1046.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba.

Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni hija vvizzjata sa fejn ir-rikorrenti ma kellhiex il-possibbiltà li teżerċità b’mod sħiħ id-dritt tagħha għal kontradittorju, b’mod partikolari quddiem il-mandatarju responsabbli mill-adozzjoni tad-deċiżjoni.

Hija ssostni wkoll il-ksur tal-obbligu ta’ eżami imparzjali u diliġenti sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta.

Hija ssostni wkoll l-illegalità tal-Artikolu 136(6) tar-Regolament 2018/1046.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-2015 (2) u tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament 2018/1046 – żball ta’ motivazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni hija vvizzjata sa fejn fid-deċiżjoni l-mandatarju messu vverifika, evalwa u mmotiva, fid-dawl tal-elementi kollha rilevanti, l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ ta’ nuqqas professjonali serju.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 136(6) u (7) tar-Regolament 2018/1046 – żball ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni hija vvizzjata sa fejn il-mandatarju, minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni u żball ta’ evalwazzjoni, qies li l-miżuri korrettivi adottati mir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 136(6) u (7) tar-Regolament 2018/1046 ma kinux adegwati.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni tas-setgħa ta’ esklużjoni ta’ operatur ekonomiku abbażi tal-Artikolu 136 tar-Regolament 2018/1046 u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward, li s-setgħa tal-mandatarju li jeskludi lir-rikorrenti u li jimponi l-pubblikazzjoni tal-esklużjoni hija preskritta.

L-impożizzjoni tal-esklużjoni u tal-pubblikazzjoni tagħha jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, bir-Rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).

(2)  Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 286, p. 1)


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/36


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2021 – Primagran vs EUIPO – Primagaz (prımagran)

(Kawża T-624/21)

(2021/C 481/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Primagran sp. z o.o. (Stegna, il-Polonja) (rappreżentant: E. Jaroszyńska-Kozłowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie des gaz de pétrole Primagaz (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “prımagran” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 051 750

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 2486/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu ċaħdet l-appell tar-rikorrenti R 2486/2020-4 ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 051 750 u ordnat lil kull parti tbati l-ispejjeż tagħha stess għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-EUIPO, u, fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjenti fil-proċedura, lill-intervenjent.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ reformatio in pejus;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Apart vs EUIPO – S. Tous (Rappreżentazzjoni tal-kontorn ta’ ors)

(Kawża T-638/21)

(2021/C 481/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Apart sp. z o.o. (Suchy Las, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: S. Tous, SL (Manresa, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni tal-kontorn ta’ ors – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 127 144

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1437/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tbiddel id-deċiżjoni bir-revoka tat-trade mark inkwistjoni;

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tirriferi l-każ lura lejn il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO u lil S. TOUS S.L. għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell u dawk tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) flimkien mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta’ nuqqas ta’ raġunijiet li fuqhom huma bbażati s-suppożizzjonijiet dwar il-karattru tat-trade mark ikkontestat;

Ksur tal-Artikolu 20 u tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) u (ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari id-dritt għal smigħ, l-obbligu tal-amministrazzjoni li tagħti l-motivi għad-deċiżjonijiet tagħha, il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ċertezza legali u ugwaljanza fit-trattament.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/38


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – CB vs EUIPO – China Construction Bank (CCB)

(Kawża T-639/21)

(2021/C 481/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Groupement des cartes bancaires (CB) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Herissay-Ducamp, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: China Construction Bank Corp. (Beijing, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “CCB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 359 609

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1305/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 13 359 609;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/38


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2021 – Foodwatch vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-643/21)

(2021/C 481/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Foodwatch eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Klinger, C. Douhaire u S. Ernst, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [C(2021)5963 final] tal-5 ta‘ Awwissu 2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li permezz tagħha l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar l-aċċess sħiħ għad-dokument “Briefing for the EU RCF co-chair for the Regulatory Cooperation Forum meeting on 3-4 February 2020” [Ares(2021)1264866] ġiet miċħuda, sa fejn iċ-ċaħda hija bbażata fuq ir-raġuni ta’ rifjut imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021)5963 final tal-5 ta’ Awwissu 2021, li permezz tagħha ġie rrifjutat l-aċċess mingħajr restrizzjoni għal dokument dwar il-preparazzjoni ta’ laqgħa tal-Forum għal Kooperazzjoni Regolatorja (RCF) dwar il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada (CETA), ir-rikorrenti tressaq il-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) minħabba applikazzjoni żbaljata tal-liġi.

Hija żbaljata s-suppożizzjoni ta’ ħsara għar-relazzjonijiet internazzjonali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni abbażi li l-iżvelar ta’ kunsiderazzjonijiet strateġiċi interni jista’ jippreġudika l-konklużjoni b’suċċess tal-iskambju kontinwu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ftehim.

Hija żbaljata s-suppożizzjoni ta’ ħsara għar-relazzjonijiet internazzjonali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni abbażi li l-informazzjoni użata tista’ tintuża minn Stati terzi kontra l-Unjoni Ewropea.

Hija wkoll żbaljata s-suppożizzjoni ta’ ħsara għar-relazzjonijiet internazzjonali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni abbażi li f’każ kuntrarju, il-kooperazzjoni mal-Kanada tista’ tiġi kompromessa.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba d-deċiżjoni żbaljata li jiġu żvelati biss partijiet mid-dokumenti inkwistjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba l-assenza ta’ limitu ratione temporis tar-rifjut ta’ aċċess.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit mill-Artikolu 296 TFUE u mill-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/39


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2021 – Bloom vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T-645/21)

(2021/C 481/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bloom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: C. Saynac u L. Chovet-Ballester, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, parzjalment ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU 2021, L 247, p. 1), b’mod partikolari l-Artikoli 17, 18 u 19 tiegħu;

tikkundanna lill-Parlament u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-għanijiet ta’ protezzjoni għolja tal-ambjent u ta’ żvilupp sostenibbli. Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament FEAMPA”) jerġgħu jintroduċu sussidji ta’ ħsara għall-ambjent marittimu bi ksur tal-għanijiet ta’ protezzjoni għolja tal-ambjent u ta’ żvilupp sostenibbli kkonfermati ripetutament mit-testi Ewropej.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew ta’ prekawzjoni u ta@ proporzjonalità. Skont ir-rikorrenti, l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament FEAMPA imorru kontra l-prinċipju ta’ prekawzjoni sanċit fl-Artikolu 191(2) TFUE. Barra minn hekk, l-effetti tal-artikoli msemmija iktar ’il fuq huma f’kontradizzjoni mal-prinċipju ta’ proporzjonalità applikabbli fil-qasam tas-sajd.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-Dritt tal-Baħar, tal-10 ta’ Diċembru 1982, tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Marin u ż-Żona Kostali tal-Mediterran tad-9 ta’ Lulju 2004 u tal-prinċipju ta’ eżekuzzjoni bona fide tal-konvenzjonijiet. Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament FEAMPA imorru kontra l-obbligi fil-qasam ta’ ġlieda kontra s-sajd żejjed u ta’ preżervazzjoni tar-riżorsi tal-baħar previsti mill-konvenzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq. Il-Parlament u l-Kunsill allegatament kisru l-prinċipju ta’ eżekuzzjoni bona fide tal-konvenzjonijiet billi adottaw l-artikoli kkontestati.


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/40


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2021 – Sberbank Europe vs BĊE

(Kawża T-647/21)

(2021/C 481/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sberbank Europe AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Fellner, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-2 ta’ Awwissu 2021 (1) u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tnax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser il-projbizzjoni tal-piena doppja stabbilita fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u fl-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“KEDB”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser l-Artikolu 49 tal-Karta u l-Artikolu 7 tal-KEDB billi impona piena li teċċedi l-limiti tal-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (2).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser l-Artikolu 17 tal-Karta u l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-KEDB.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser il-prinċipju ta’ bona fide, peress li mar kontra l-metodu għall-istabbiliment ta’ sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji skont l-Artikoli 18(1) u (7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser l-Artikolu 6 tal-KEDB.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser l-ammont ta’ limiti għas-sanzjonijiet skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-Artikolu 97 tal-Liġi Bankarja Awstrijaka (iktar ’il quddiem il-“BWG”) ma huwiex applikabbli jekk ma jinkiseb ebda vantaġġ jew ma jiġix evitat telf billi jinqabeż il-limitu ta’ riskju kbir.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq li l-abbiltà tal-konvenut li jimponi interessi ta’ rkupru fuq ir-rikorrenti hija preskritta skont l-Artikolu 97 tal-BWG b’konnessjoni mal-Artikolu 395 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-konvenut applika b’mod żbaljat l-Artikolu 97(1) tal-BWG u l-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq li r-rikorrent ma kellu ebda intenzjoni li jaqbeż il-limitu ta’ riskju kbir skont l-Artikolu 395 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (3).

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq li r-rikorrent ma kiseb ebda vantaġġ jew ma evita ebda telf li kellu jiġi assorbit billi jinqabżu l-limiti ta’ espożizzjoni wiesgħa fil-perijodu kkontestat.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq li l-konvenut uża b’mod indovut id-diskrezzjoni tiegħu billi ma kkonċediex lir-rikorrenti l-eċċezzjoni taħt l-Artikolu 396(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.


(1)  Nru ECB-SSM-2021-ATSBE-7 – ESA-2020-00000051

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013 L 287, p. 63).

(3)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013 L 176, p. 1).


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/41


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2021 – Saure vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-651/21)

(2021/C 481/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Wilhelm Saure (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Partsch, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2021 u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Awwissu 2021 billi tipproduċi kopji tal-komunikazzjonijiet kollha mill-Kummissjoni;

a)

mal-kumpannija BioNTech SE,

b)

mal-Kanċellerija Federali tal-Ġermanja rigward il-kumpannija BioNTech SE u l-prodotti tagħha,

c)

mal-Ministru Federali għas-Saħħa tal-Ġermanja dwar ix-xiri ta’ vaċċini għall-ġlieda kontra l-pandemija tal-Coronavirus,

mill-1 ta’ April 2020 u b’mod partikolari dwar il-kwantità ta’ vaċċini offruti minn BioNTech u d-dati tal-kunsinna tagħhom, sa fejn dan ma jagħtix aċċess lir-rikorrent jew jagħti biss aċċess parzjali lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent għandu d-dritt li jaċċessa d-dokumenti inkwistjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma jipprekludix id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni kontenzjuża. L-informazzjoni mitluba hija meħtieġa għas-sigurtà nazzjonali, għall-paċi u għall-ordni pubbliku, għall-benesseri ekonomiku tal-pajjiż, għad-difiża tal-ordni pubbliku u għall-protezzjoni tas-saħħa. Għalhekk, interferenza possibbli mal-privatezza u mal-integrità tal-individwu hija permissibbli. Fl-aħħar, l-iżvelar tal-informazzjoni mitluba huwa ta’ interess pubbliku sinjifikattiv.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma jipprekludix id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni kontenzjuża. Ma hemm l-ebda raġuni għal esklużjoni minn din id-dispożizzjoni, peress li tipprovdi raġuni għal esklużjoni li hija limitata fiż-żmien u tirrelata biss ma’ deliberazzjonijiet li għaddejjin. It-talba għall-informazzjoni tar-rikorrent, madankollu, tirrigwarda esklużivament tranżazzjonijiet kompluti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma jipprekludix id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni kontenzjuża. Id-dispożizzjoni tipproteġi biss il-proċess kontinwu tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Madankollu, is-suġġett tat-talba għal aċċess tal-fajl mir-rikorrent huma dokumenti relatati man-negozjati tal-konvenuta dwar il-kunsinni tal-vaċċin. Dawn in-negozjati diġà ġew konklużi. Barra minn hekk, hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tal-informazzjoni kontenzjuża, peress li l-UE ilha ġimgħat tiddiskuti u tirrapporta dwar l-akkwist tal-vaċċini madwar l-Ewropa.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma jipprekludix id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni kontenzjuża. It-tixrid tal-informazzjoni ma jippreġudikax l-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika. L-informazzjoni mitluba ma fiha l-ebda sigriet kummerċjali fis-sens tad-Direttiva (UE) 2016/943 (2).

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tad-dokumenti mitluba.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU 2016, L 157, p. 1).


29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/42


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2021 – L. Oliva Torras vs EUIPO – Mecánica del Frío (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi)

(Kawża T-652/21)

(2021/C 481/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: L. Oliva Torras, SA (Manresa, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mecánica del Frío, SL (Cornellá de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi) – Disinn tal-Unjoni Nru 002217588-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 1306/2020-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew

temenda d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż, jekk il-parti l-oħra tkun talbet dan.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 4(2) u (3) u tal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikoli 5, 6 u7 tar-Regolament Nru 6/2002.