ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 222

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
6 ta' Lulju 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 222/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 222/02

Kawżi Magħquda C-370/17 u C-37/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de grande instance de Bobigny, Cour de cassation – Franza) – Caisse de retraite du personnel navigant professionnel de l’aéronautique civile (CRPNPAC) vs Vueling Airlines SA (C-370/17), Vueling Airlines SA vs Jean-Luc Poignant (C-37/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ħaddiema migranti – Sigurtà soċjali – Regolament (KEE) Nru 1408/71 – Leġiżlazzjoni applikabbli – Il-punt 1(a) tal-Artikolu 14 – Ħaddiema kkollokati – Il-punt 2(a)(i) tal-Artikolu 14 – Persuna li normalment teżerċita attività bħala persuna impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew ta’ iktar u hija impjegata minn fergħa jew rappreżentanza permanenti li l-impriża għandha fit-territorju ta’ Stat Membru barra minn dak li fih għandha s-sede tagħha – Regolament (KEE) Nru 574/72 – Artikolu 11(1)(a) – Artikolu 12a(1a) – Ċertifikat E 101 – Effett vinkolanti – Ċertifikat miksub jew invokat b’mod frawdolenti – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru ospitanti sabiex tikkonstata l-frodi u tinjora ċ-ċertifikat – Artikolu 84a(3) tar-Regolament Nru 1408/71 – Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kompetenti – Awtorità ta’ res judicata minn qorti kriminali fuq il-qorti ċivili – Supremazija tad-dritt tal-Unjoni)

2

2020/C 222/03

Kawża C-715/17, C-718/17 u C-719/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka, (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Deċiżjonijiet (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601 – Artikolu 5(2) u (4) sa (11) ta’ kull waħda minn dawn id-deċiżjonijiet – Miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Taljana – Sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ ċerti Stati Membri – Rilokazzjoni ta’ dawn iċ-ċittadini fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra – Proċedura ta’ rilokazzjoni – Obbligu għall-Istati Membri li jindikaw f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, in-numru ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali li jistgħu jiġu rrilokati malajr fit-territorju tagħhom – Obbligi konsekuttivi li jwasslu għar-rilokazzjoni effettiva – Interessi tal-Istati Membri marbuta mas-sigurtà nazzjonali u l-ordni pubbliku – Possibbiltà għal Stat Membru li jinvoka l-Artikolu 72 TFUE minħabba li ma japplikax atti tad-dritt tal-Unjoni ta’ natura vinkolanti)

3

2020/C 222/04

Kawżi magħquda C-103/18 u C-429/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no8 de Madrid, Juzgado Contencioso-Administrativo no 14 de Madrid – Spanja) – Domingo Sánchez Ruiz (C-103/18), Berta Fernández Álvarez et (C-429/18) vs Comunidad de Madrid (Servicio Madrileño de Salud) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP – Klawżola 5 – Kunċett ta’ kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi – Nuqqas ta’ osservanza mill-persuna li timpjega tat-terminu legali mogħti sabiex timtela pożizzjoni okkupata provviżorjament mill-ħaddiem għal żmien determinat – Proroga impliċita ta’ sena b’sena tar-relazzjoni ta’ xogħol – Okkupazzjoni minn ħaddiem għal żmien determinat tal-istess pożizzjoni fil-kuntest ta’ żewġ ħatriet konsekuttivi – Kunċett ta’ raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet tal-impjieg suċċessivi għal żmien determinat – Osservanza tal-motivi ta’ reklutaġġ previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali – Eżami konkret li jirrileva li t-tiġdid suċċessiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat huwa intiż li jkopri bżonnijiet permanenti u sostenibbli tal-persuna li timpjega fir-rigward tal-persunal – Miżuri intiżi li li jipprevjenu u, skont il-każ, jissanzjonaw l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat – Proċeduri ta’ selezzjoni intiżi sabiex jimtlew b’mod definitiv pożizzjonijiet okkupati provviżorjament minn ħaddiema għal żmien determinat – Konverżjoni tal-istatut ta’ ħaddiema għal żmien determinat f’persunal għal żmien determinat mhux permanenti – Għoti lill-ħaddiem ta’ kumpens ekwivalenti għal dak mogħti fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva – Applikabbiltà tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat minkejja l-fatt li l-ħaddiem ikun ta l-kunsens tiegħu għat-tiġdid suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat – Klawżola 5(1) – Nuqqas ta’ obbligu għall-qrati nazzjonali li ma japplikawx leġiżlazzjoni nazzjonali kunfliġġenti)

5

2020/C 222/05

Kawża C-228/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Gazdasági Versenyhivatal vs Budapest Bank Nyrt. et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Akkordji – Artikolu 101(1) TFUE – Sistema ta’ ħlas bil-kards – Ftehim interbankarju li jistabbilixxi l-livell tat-tariffi ta’ interkambju – Ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni kemm minħabba l-għan kif ukoll minħabba l-effett – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan)

6

2020/C 222/06

Kawża C-234/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – Komisia za protivodeystvie na koruptsiyata i za otnemane na nezakonno pridobitoto imushtestvo vs BP, AB, PB, Тrast B ООD, Agro In 2001 EOOD, ACounT Service 2009 EOOD, Invest Management OOD, Estate OOD, Bromak OOD, Bromak Finance EAD, Viva Telekom Bulgaria EOOD, Balgarska Telekomunikationna Kompania AD, Hedge Investment Bulgaria AD, Kemira OOD, Dunarit AD, Technologichen Zentar-Institut Po Mikroelektronika AD, Еvrobild 2003 EOOD, Тechnotel Invest AD, Ken Trade EAD, Konsult Av EOOD, Louvrier Investments Company 33 SA, EFV International Financial Ventures Ltd, Interv Investment SARL, LIC Telecommunications SARL, V Telecom Investment SCA, V2 Investment SARL, Empreno Ventures Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Proċedura ta’ konfiska tal-assi miksuba illegalment fl-assenza ta’ kundanna kriminali – Direttiva 2014/42/UE – Kamp ta’ applikazzjoni – Deċiżjoni Kwadru 2005/212/ĠAI)

7

2020/C 222/07

Kawża C-406/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – PG vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni fil-qasam ta’ ażil u ta’ protezzjoni sussidjarja – Proċeduri komuni għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 46(3) – Eżami sħiħ u ex nunc – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal rimedju effettiv – Setgħat u dmirijiet tal-qorti tal-ewwel istanza – Assenza ta’ setgħa ta’ bidla tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ protezzjoni internazzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li tingħata deċiżjoni f’terminu ta’ 60 jum)

8

2020/C 222/08

Kawża C-458/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad- il-Bulgarija) – GVC Services (Bulgaria) EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti – Direttiva 2011/96/UE – Artikolu 2(a)(i) u (iii), il-punt (ab) tal-Parti A u t-tielet inċiż tal-Parti B tal-Anness I – Kunċetti ta’ kumpanniji inkorporati taħt id-dritt tar-Renju Unit u ta’ corporation tax fir-Renju Unit – Kumpanniji rreġistrati f’Ġibiltà u li huma suġġetti hemmhekk għat-taxxa fuq il-kumpanniji)

9

2020/C 222/09

Kawża C-500/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Cluj – ir-Rumanija) – AU vs Reliantco Investments LTD, Reliantco Investments LTD Limassol Sucursala Bucureşti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Swieq ta’ strumenti finanzjarji – Direttiva 2004/39/KE – Kunċetti ta’ klijent tax-xiri bl-imnut u ta’ konsumatur – Kundizzjonijiet sabiex tiġi invokata l-kwalità ta’ konsumatur – Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni sabiex tittieħed konjizzjoni tat-talba)

9

2020/C 222/10

Kawża C-564/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – LH vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-ażil – Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Artikolu 33(2) – Raġunijiet ta’ inammissibbiltà – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-inammissibbiltà tal-applikazzjoni jekk l-applikant wasal fl-Istat Membru kkonċernat minn pajjiż fejn ma huwiex espost għall-persekuzzjoni jew għar-riskju ta’ ħsara serja, jew jekk dan il-pajjiż jagħti protezzjoni suffiċjenti – Artikolu 46 – Dritt għal rimedju effettiv – Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet amministrattivi dwar l-inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali – Terminu ta’ tmint ijiem sabiex tingħata deċiżjoni – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

10

2020/C 222/11

Kawża C-567/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Amazon Services Europe Sàrl, Amazon FC Graben GmbH, Amazon Europe Core Sàrl, Amazon EU Sàrl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 9 – Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 9 – Dritt mogħti mit-trade mark – Użu – Żamma ta’ prodotti sabiex jiġu offruti jew imqegħda fil-kummerċ – Ħażna sabiex jiġu mibgħuta l-prodotti bi ksur tad-dritt ta’ trade marks mibjugħa fuq suq online)

11

2020/C 222/12

Kawża C-612/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) u Artikolu 4(6) – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess – Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali – Dokumenti mfassla mis-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-Istati kif ukoll is-sistema legali tal-investimenti fil-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea – Rifjut parzjali ta’ aċċess)

12

2020/C 222/13

Kawża C-753/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim), Svenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI) vs Fleetmanager Sweden AB, Nordisk Biluthyrning AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29/KE – Artikolu 3(1) – Direttiva 2006/115/KE – Artikolu 8(2) – Kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku – Impriża ta’ kiri ta’ vetturi kollha mgħammra b’radju bħala apparat standard)

12

2020/C 222/14

Kawża C-765/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Koblenz – il-Ġermanja) – Stadtwerke Neuwied GmbH vs RI (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/55/KE – Regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali – Protezzjoni tal-konsumaturi – Artikolu 3(3) u l-punt (b) tal-Anness A – Trasparenza tal-kundizzjonijiet kuntrattwali – Obbligu li l-konsumatur jiġi informat b’żieda fit-tariffa fi żmien xieraq u direttament)

13

2020/C 222/15

Kawża C-802/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil supérieur de la Sécurité sociale – il-Lussemburgu) – Caisse pour l’avenir des enfants vs FV, GW (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 45 TFUE – Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 1(i) – Moviment liberu tal-ħaddiema – Ugwaljanza fit-trattament – Vantaġġi soċjali – Direttiva 2004/38/KE – Punt 2 tal-Artikolu 2 – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 7(2) – Allowance tal-familja – Kunċett ta’ membri tal-familja – Esklużjoni tal-wild tal-konjuġi ta’ ħaddiema mhux residenti – Differenza fit-trattament mal-wild tal-konjuġi ta’ ħaddiema residenti – Ġustifikazzjoni)

14

2020/C 222/16

Kawża C-45/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 2 de A Coruña – Spanja) – Compañía de Tranvías de La Coruña, SA vs Ayuntamiento de A Coruña (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq – Artikolu 8 – Sistema tranżitorja – Artikolu 8(3) – Skadenza tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku – Kalkolu tat-tul massimu tal-kuntratti ffissat għal 30 sena – Determinazzjoni tad-data li minnha jibda jiddekorri t-tul massimu ta’ 30 sena)

15

2020/C 222/17

Kawża C-329/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Condominio di Milano, via Meda vs Eurothermo SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Artikolu 1(1) u Artikolu 2(b) – Kunċett ta’ konsumatur – Condominium ta’ proprjetà immobbli)

15

2020/C 222/18

Kawża C-897/19 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovni sud – il-Kroazja) – Proċeduri kriminali kontra I.N. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Ftehim ŻEE – Nondiskriminazzjoni – Artikolu 36 – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Kamp ta’ applikazzjoni – Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen – Ftehim dwar il-proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u l-Islanda u n-Norveġja, min-naħa l-oħra – Estradizzjoni ta’ ċittadin Islandiż lejn Stat terz – Protezzjoni taċ-ċittadini ta’ Stat Membru kontra l-estradizzjoni – Assenza ta’ protezzjoni ekwivalenti għaċ-ċittadini ta’ Stat ieħor – Ċittadin Islandiż li kien kiseb l-ażil bis-saħħa tad-dritt nazzjonali qabel akkwista ċ-ċittadinanza Islandiża – Restrizzjoni tal-moviment liberu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità – Proporzjonalità – Verifika tal-garanziji previsti fl-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

16

2020/C 222/19

Kawża C-141/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2020 – Finanzamt Kiel vs Norddeutsche Gesellschaft für Diakonie mbH

17

2020/C 222/20

Kawża C-160/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Marzu 2020 – Stichting Rookpreventie Jeugd et vs Staatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport

17

2020/C 222/21

Kawża C-175/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fl-14 ta’ April 2020 – SIA SS vs Valsts ieņēmumu dienests

19

2020/C 222/22

Kawża C-181/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fl-24 ta’ April 2020 – VYSOČINA WIND a.s. vs Česká republika – Ministerstvo životního prostředí

20

2020/C 222/23

Kawża C-186/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fid-29 ta’ April 2020 – HYDINA SK s.r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

20

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 222/24

Kawża T-282/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2020 – Bernis et vs SRB (Rikors għal annullament – Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Kumpannija omm u sussidjarja – Dikjarazzjoni mill-BĊE ta’ sitwazzjoni ta’ falliment li qed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ – Deċiżjoni tas-SRB li ma jadottax skema ta’ riżoluzzjoni – Assenza ta’ interess pubbliku – Stralċ konformi mad-dritt nazzjonali – Azzjonisti – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà)

22

2020/C 222/25

Kawża T-141/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2020 – Sabo et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Ambjent – Enerġija – Direttiva (UE) 2018/200 – Inklużjoni tal-bijomassa mill-foresti fost is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà)

23

2020/C 222/26

Kawża T-278/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Aurora vs CPVO – SESVanderhave (M 02205) (Rikors għal annullament – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Varjetà ta’ pitrava ħelwa M 02205 – Deċiżjoni ta’ riferiment għad-dipartiment kompetenti taċ-CPVO għal azzjoni sussegwenti – Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 – Assenza ta’ interess ġuridiku – Setgħa ta’ bidla – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

24

2020/C 222/27

Kawża T-308/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Assenza ta’ lment – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbli)

24

2020/C 222/28

Kawża T-757/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – HB vs EIB

25

2020/C 222/29

Kawża T-217/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2020 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

26

2020/C 222/30

Kawża T-247/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – JP vs Il-Kummissjoni

27

2020/C 222/31

Kawża T-258/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – Klymenko vs Il-Kunsill

28

2020/C 222/32

Kawża T-261/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)

29

2020/C 222/33

Kawża T-262/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)

30

2020/C 222/34

Kawża T-267/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Arbuzov vs il-Kunsill

31

2020/C 222/35

Kawża T-268/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Pšonka vs Il-Kunsill

32

2020/C 222/36

Kawża T-269/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Pšonka vs Il-Kunsill

33

2020/C 222/37

Kawża T-278/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2020 – Zhejiang Hangtong Machinery Manufacture u Ningbo Hi-Tech Zone Tongcheng Auto Parts vs Il-Kummissjoni

34

2020/C 222/38

Kawża T-279/20: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2020 – CWS Powder Coatings vs Il-Kummissjoni

35

2020/C 222/39

Kawża T-284/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Klaus Berthold vs EUIPO – Thomann (HB Harley Benton)

36

2020/C 222/40

Kawża T-285/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – MCM Products vs EUIPO – The Nomad Company (NOMAD)

37

2020/C 222/41

Kawża T-286/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – Capella vs EUIPO – Cobi.bike (GOBI)

38

2020/C 222/42

Kawża T-287/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta Mejju 2020 – Eggy Food vs EUIPO (EGGY FOOD)

38

2020/C 222/43

Kawża T-288/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Brillux u Daw vs Il-Kummissjoni

39

2020/C 222/44

Kawża T-290/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean)

40

2020/C 222/45

Kawża T-291/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Yanukovych vs Il-Kunsill

41

2020/C 222/46

Kawża T-292/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Yanukovych vs Il-Kunsill

42

2020/C 222/47

Kawża T-293/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2020 – Ruiz-Ruiz vs Il-Kummissjoni

43


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 222/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 215, 29.6.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 209, 22.6.2020

ĠU C 201, 15.6.2020

ĠU C 191, 8.6.2020

ĠU C 175, 25.5.2020

ĠU C 162, 11.5.2020

ĠU C 161, 11.5.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de grande instance de Bobigny, Cour de cassation – Franza) – Caisse de retraite du personnel navigant professionnel de l’aéronautique civile (CRPNPAC) vs Vueling Airlines SA (C-370/17), Vueling Airlines SA vs Jean-Luc Poignant (C-37/18)

(Kawżi Magħquda C-370/17 u C-37/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ħaddiema migranti - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Il-punt 1(a) tal-Artikolu 14 - Ħaddiema kkollokati - Il-punt 2(a)(i) tal-Artikolu 14 - Persuna li normalment teżerċita attività bħala persuna impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew ta’ iktar u hija impjegata minn fergħa jew rappreżentanza permanenti li l-impriża għandha fit-territorju ta’ Stat Membru barra minn dak li fih għandha s-sede tagħha - Regolament (KEE) Nru 574/72 - Artikolu 11(1)(a) - Artikolu 12a(1a) - Ċertifikat E 101 - Effett vinkolanti - Ċertifikat miksub jew invokat b’mod frawdolenti - Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru ospitanti sabiex tikkonstata l-frodi u tinjora ċ-ċertifikat - Artikolu 84a(3) tar-Regolament Nru 1408/71 - Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kompetenti - Awtorità ta’ res judicata minn qorti kriminali fuq il-qorti ċivili - Supremazija tad-dritt tal-Unjoni)

(2020/C 222/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Bobigny, Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse de retraite du personnel navigant professionnel de l’aéronautique civile (CRPNPAC) C-370/17), Vueling Airlines SA (C-37/18)

Konvenuti: Vueling Airlines SA (C-370/17, Jean-Luc Poignant (C-37/18)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu minn post għal ieħor ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati ta’ Stat Membru, aditi fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja mnedija kontra persuna li timpjega għal fatti ta’ natura li jiżvelaw kisba jew użu frawdolenti ta’ ċertifikati E 101 maħruġa skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu minn post għal ieħor ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, fil-konfront ta’ ħaddiema li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom f’dan l-Istat Membru, jistgħu jikkonstataw l-eżistenza ta’ frodi u konsegwentement jinjoraw dawn iċ-ċertifkati biss wara li jkunu żguraw:

minn naħa, li l-proċedura prevista fl-Artikolu 84a(3) ta’ dan ir-regolament ġiet imnedija fil-pront u li l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru emittenti għaldaqstant kienet f’pożizzjoni li teżamina mill-ġdid il-fondatezza tal-ħruġ tal-imsemmija ċertifikati fid-dawl tal-punti konkreti sottomessi mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li jagħtuhom x’jaħsbu li l-istess ċertifikati inkisbu jew ġew invokati b’mod frawdolenti, u

min-naħa l-oħra, li l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru emittenti naqset milli tipproċedi għal tali eżami mill-ġdid u li tieħu pożizzjoni, f’terminu raġonevoli, fuq dawn il-punti, skont il-każ, billi tannulla jew billi tirtira ċ-ċertifikati inkwistjoni.

2)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 574/72, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 647/2005, u l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu, fil-każ li persuna li timpjega kienet is-suġġett, fl-Istat Membru ospitanti, ta’ kundanna kriminali bbażata fuq konstatazzjoni definittiva ta’ frodi magħmula bi ksur ta’ dan id-dritt, li qorti ċivili ta’ dan l-Istat Membru, marbuta bil-prinċipju ta’ dritt nazzjonali tal-awtorità ta’ res judicata, minn qorti kriminali fuq il-qorti ċivili, tikkundanna lil din il-persuna li timpjega, minħabba l-fatt biss ta’ din il-kundanna kriminali, tħallas danni intiżi li jikkumpensaw lill-ħaddiema jew lil organizzazzjoni tal-irtirar ta’ dan l-istess Stat Membru vittmi ta’ din il-frodi.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017

ĠU C 112, 26.3.2018.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka,

(Kawża C-715/17, C-718/17 u C-719/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Deċiżjonijiet (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601 - Artikolu 5(2) u (4) sa (11) ta’ kull waħda minn dawn id-deċiżjonijiet - Miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Taljana - Sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ ċerti Stati Membri - Rilokazzjoni ta’ dawn iċ-ċittadini fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra - Proċedura ta’ rilokazzjoni - Obbligu għall-Istati Membri li jindikaw f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, in-numru ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali li jistgħu jiġu rrilokati malajr fit-territorju tagħhom - Obbligi konsekuttivi li jwasslu għar-rilokazzjoni effettiva - Interessi tal-Istati Membri marbuta mas-sigurtà nazzjonali u l-ordni pubbliku - Possibbiltà għal Stat Membru li jinvoka l-Artikolu 72 TFUE minħabba li ma japplikax atti tad-dritt tal-Unjoni ta’ natura vinkolanti)

(2020/C 222/03)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek, l-Ungeriż u l-Pollakk

Partijiet

(Kawża C-715/17)

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, A. Stobiecka-Kuik, G. Wils u A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Reppublika tal-Polonja (rappreżentanti: E. Borawska-Kędzierska u B. Majczyna, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-Republikka tal-Polonja: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, J. Pavliš u A. Brabcová, aġenti), L-Ungerija, (rappreżentant: M. Z. Fehér, aġent)

(Kawża C-718/17)

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, A. Stobiecka-Kuik, G. Wils u A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-Ungerija: Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, J. Pavliš u A. Brabcová, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja, (rappreżentant: E. Borawska-Kędzierska u B. Majczyna, aġenti)

(Kawża C-719/17)

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, A. Stobiecka-Kuik, G. Wils u A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u J. Pavliš kif ukoll minn A. Brabcová, bħala aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-Repubblika Ċeka: L-Ungerija (rappreżentant: M. Z. Fehér, aġent), Ir-Repubblika tal-Polonja, (rappreżentant: E. Borawska-Kędzierska u B. Majczyna, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi C-715/17, C-718/17 u C-719/17 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Billi ma indikatx f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, numru xieraq ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali li jistgħu jiġu rrilokati malajr fit-territorju tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja, mis-16 ta’ Marzu 2016, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja, u taħt l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja, kif ukoll, konsegwentement, milli twettaq l-obbligi sussegwenti ta’ rilokazzjoni li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(4) sa (11) ta’ kull waħda minn dawn iż-żewġ deċiżjonijiet..

3)

Billi ma indikatx f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, numru xieraq ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali li jistgħu jiġu rrilokati malajr fit-territorju tagħha, l-Ungerija, mill-25 ta’ Diċembru 2015, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2015/1601 kif ukoll, konsegwentement, milli twettaq l-obbligi sussegwenti ta’ rilokazzjoni li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(4) sa (11) ta’ din id-deċiżjoni.

4)

Billi ma indikatx f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, numru xieraq ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali li jistgħu jiġu rrilokati malajr fit-territorju tagħha, ir-Repubblika Ċeka, mit-13 ta’ Awwissu 2016, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2015/1523 u taħt l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2015/1601 kif ukoll, konsegwentement, milli twettaq l-obbligi sussegwenti ta’ rilokazzjoni li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(4) sa (11) ta’ kull waħda minn dawn iż-żewġ deċiżjonijiet.

5)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess fil-Kawżi C-715/17, C-718/17 u C-719/17, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża C-715/17.

6)

L-Ungerija għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess fil-Kawżi C-715/17, C-718/17 u C-719/17, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża C-718/17.

7)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess fil-Kawżi C-715/17, C-718/17 u C-719/17, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża C-719/17.


(1)  ĠU C 112, 26.03.2018.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no8 de Madrid, Juzgado Contencioso-Administrativo no 14 de Madrid – Spanja) – Domingo Sánchez Ruiz (C-103/18), Berta Fernández Álvarez et (C-429/18) vs Comunidad de Madrid (Servicio Madrileño de Salud)

(Kawżi magħquda C-103/18 u C-429/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 5 - Kunċett ta’ “kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi” - Nuqqas ta’ osservanza mill-persuna li timpjega tat-terminu legali mogħti sabiex timtela pożizzjoni okkupata provviżorjament mill-ħaddiem għal żmien determinat - Proroga impliċita ta’ sena b’sena tar-relazzjoni ta’ xogħol - Okkupazzjoni minn ħaddiem għal żmien determinat tal-istess pożizzjoni fil-kuntest ta’ żewġ ħatriet konsekuttivi - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet tal-impjieg suċċessivi għal żmien determinat - Osservanza tal-motivi ta’ reklutaġġ previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Eżami konkret li jirrileva li t-tiġdid suċċessiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat huwa intiż li jkopri bżonnijiet permanenti u sostenibbli tal-persuna li timpjega fir-rigward tal-persunal - Miżuri intiżi li li jipprevjenu u, skont il-każ, jissanzjonaw l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat - Proċeduri ta’ selezzjoni intiżi sabiex jimtlew b’mod definitiv pożizzjonijiet okkupati provviżorjament minn ħaddiema għal żmien determinat - Konverżjoni tal-istatut ta’ ħaddiema għal żmien determinat f’“persunal għal żmien determinat mhux permanenti” - Għoti lill-ħaddiem ta’ kumpens ekwivalenti għal dak mogħti fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva - Applikabbiltà tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat minkejja l-fatt li l-ħaddiem ikun ta l-kunsens tiegħu għat-tiġdid suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Klawżola 5(1) - Nuqqas ta’ obbligu għall-qrati nazzjonali li ma japplikawx leġiżlazzjoni nazzjonali kunfliġġenti)

(2020/C 222/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qrati tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no8 de Madrid, Juzgado Contencioso-Administrativo n 14 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Domingo Sánchez Ruiz (C-103/18), Berta Fernández Álvarez et (C-429/18)

Konvenut: Comunidad de Madrid (Servicio Madrileño de Salud)

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali ma jistgħux jeskludu mill-kunċett ta’ “kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni li fiha ħaddiem irreklutat fuq il-bażi ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat, jiġifieri sakemm il-pożizzjoni vakanti li fir-rigward tagħha jkun ġie rreklutat timtela b’mod definittiv, ikun okkupa, fil-kuntest ta’ diversi ħatriet, l-istess pożizzjoni ta’ xogħol b’mod interrott matul diversi snin u jkun eżerċita, b’mod kostanti u kontinwu, l-istess funzjonijiet, bil-konsegwenza tkun iż-żamma b’mod kontinwu ta’ dan il-ħaddiem f’din il-pożizzjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-persuna li timpjega tal-obbligu legali tagħha li torganizza fit-terminu stabbilit proċedura ta’ selezzjoni intiża li timtela l-imsemmija pożizzjoni vakanti b’mod definittiv b’mod li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun ġiet impliċitament estiża sena b’sena.

2)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li jipprovdu li t-tiġdid suċċessiv ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat jitqies bħala ġġustifikat minn “raġunijiet oġġettivi”, fis-sens tal-punt 1(a) ta’ din il-klawżola, abbażi tar-raġuni unika li dan it-tiġdid ikun jissodisfa r-raġunijiet ta’ reklutaġġ li hemm riferiment għalihom f’din il-leġiżlazzjoni, jiġifieri raġunijiet ta’ neċessità, ta’ urġenza jew l-iżvilupp ta’ programmi ta’ natura temporanja, staġonali jew straordinarja sa fejn tali leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali ma jipprekludux lill-persuna li timpjega kkonċernata milli tirrispondi, fil-prattika, b’tali tiġdid, għal bżonnijiet permanenti u sostenibbli ta’ persunal.

3)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, konformement mar-regoli kollha tad-dritt nazzjonali tagħha applikabbli, jekk l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni intiżi li jimtlew b’mod definittiv il-pożizzjonijiet okkupati provviżorjament minn ħaddiema impjegati fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat, il-konverżjoni tal-istatus ta’ dawn il-ħaddiema f’“persunal għal żmien indeterminat mhux permanenti” u l-għoti ta’ kumpens ekwivalenti għal dak imħallas fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva jikkostitwixxux miżuri adegwati għall-prevenzjoni u, skont il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi jew miżuri legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

4)

Il-klawżola 2, il-klawżola 3(1) u l-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ użu abbużiv, minn persuna pubblika li timpjega, ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, il-fatt li l-ħaddiem ikkonċernat ikun ta l-kunsens tiegħu għall-istabbiliment u/jew għat-tiġdid ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol ma jistax ineħħi, minn din il-perspettiva, in-natura inġusta tal-aġir ta’ din il-persuna li timpjega, b’mod li dan il-ftehim qafas ma jkunx applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ dan il-ħaddiem.

5)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq qorti nazzjonali adita b’kawża bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah pubblika li ma tapplikax leġiżlazzjoni nazzjonali li ma hijiex konformi mal-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70.


(1)  ĠU C 161, 07.05.2018

ĠU C 373, 15.10.2018


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Gazdasági Versenyhivatal vs Budapest Bank Nyrt. et

(Kawża C-228/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 101(1) TFUE - Sistema ta’ ħlas bil-kards - Ftehim interbankarju li jistabbilixxi l-livell tat-tariffi ta’ interkambju - Ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni kemm minħabba l-għan kif ukoll minħabba l-effett - Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan”)

(2020/C 222/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gazdasági Versenyhivatal

Konvenuti: Budapest Bank Nyrt., ING Bank NV Magyarországi Fióktelepe, OTP Bank Nyrt., Kereskedelmi és Hitelbank Zrt., Magyar Külkereskedelmi Bank Zrt., ERSTE Bank Hungary Nyrt., Visa Europe Ltd, MasterCard Europe SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-istess aġir antikompetittiv jiġi kkunsidrat bħala li għandu fl-istess ħin l-għan u l-effett li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim interbankarju li jistabbilixxi għall-istess ammont it-tariffa ta’ interkambju li jirċievu, meta ssir tranżazzjoni ta’ ħlas bil-kard, il-banek li ħarġu tali kards proposti mill-kumpanniji ta’ servizzi ta’ ħlas bil-kard attivi fuq is-suq nazzjonali kkonċernat, jista’ jiġi kkwalifikat bħala ftehim li għandu “l-għan” li jipprevjeni, jirrestrinġi jew joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm dan il-ftehim, fid-dawl tat-termini tiegħu, tal-għanijiet u tal-kuntest tiegħu, jista’ jiġi kkunsidrat li għandu grad ta’ dannu suffiċjenti fir-rigward tal-kompetizzjoni sabiex jiġi hekk ikkwalifikat, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – Komisia za protivodeystvie na koruptsiyata i za otnemane na nezakonno pridobitoto imushtestvo vs BP, AB, PB, “Тrast B” ООD, “Agro In 2001” EOOD, “ACounT Service 2009” EOOD, “Invest Management” OOD, “Estate” OOD, “Bromak” OOD, “Bromak Finance” EAD, “Viva Telekom Bulgaria” EOOD, “Balgarska Telekomunikationna Kompania” AD, “Hedge Investment Bulgaria” AD, “Kemira” OOD, “Dunarit” AD, “Technologichen Zentar-Institut Po Mikroelektronika” AD, “Еvrobild 2003” EOOD, “Тechnotel Invest” AD, “Ken Trade” EAD, “Konsult Av” EOOD, Louvrier Investments Company 33 SA, EFV International Financial Ventures Ltd, Interv Investment SARL, LIC Telecommunications SARL, V Telecom Investment SCA, V2 Investment SARL, Empreno Ventures Ltd

(Kawża C-234/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Proċedura ta’ konfiska tal-assi miksuba illegalment fl-assenza ta’ kundanna kriminali - Direttiva 2014/42/UE - Kamp ta’ applikazzjoni - Deċiżjoni Kwadru 2005/212/ĠAI)

(2020/C 222/06)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Komisia za protivodeystvie na koruptsiyata i za otnemane na nezakonno pridobitoto imushtestvo

Konvenuti: BP, AB, PB, “Тrast B” ООD, “Agro In 2001” EOOD, “ACounT Service 2009” EOOD, “Invest Management” OOD, “Estate” OOD, “Bromak” OOD, “Bromak Finance” EAD, “Viva Telekom Bulgaria” EOOD, “Balgarska Telekomunikationna Kompania” AD, “Hedge Investment Bulgaria” AD, “Kemira” OOD, “Dunarit” AD, “Technologichen Zentar-Institut Po Mikroelektronika” AD, “Еvrobild 2003” EOOD, “Тechnotel Invest” AD, “Ken Trade” EAD, “Konsult Av” EOOD, Louvrier Investments Company 33 SA, EFV International Financial Ventures Ltd, Interv Investment SARL, LIC Telecommunications SARL, V Telecom Investment SCA, V2 Investment SARL, Empreno Ventures Ltd,

Fil-preżenza ta’: Corporate Commercial Bank, fi stralċ

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-konfiska ta’ rikavati, mezzi strumentali u proprjetà konnessi mal-kriminalità għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-konfiska ta’ assi miksuba illegalment tiġi ordnata minn qorti nazzjonali fi tmiem proċedura li la hija suġġetta għall-konstatazzjoni ta’ ksur kriminali u lanqas, a fortiori, għall-kundanna tal-awturi preżunti ta’ tali ksur.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – PG vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-406/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni fil-qasam ta’ ażil u ta’ protezzjoni sussidjarja - Proċeduri komuni għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46(3) - Eżami sħiħ u ex nunc - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv - Setgħat u dmirijiet tal-qorti tal-ewwel istanza - Assenza ta’ setgħa ta’ bidla tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ protezzjoni internazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li tingħata deċiżjoni f’terminu ta’ 60 jum)

(2020/C 222/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PG

Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-qrati biss is-setgħa li jannullaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ protezzjoni internazzjonali, bl-esklużjoni tas-setgħa li jbiddluhom. Madankollu, fil-każ li l-fajl jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva kompetenti, deċiżjoni ġdida għandha tiġi adottata f’terminu qasir u għandha tkun konformi mal-evalwazzjoni mwettqa fis-sentenza ta’ annullament. Barra minn hekk, meta qorti nazzjonali tkun ikkonstatat, wara li tkun wettqet eżami sħiħ u ex nunc tal-punti ta’ fatt u ta’ dritt rilevanti kollha ppreżentati mill-applikant għal protezzjoni internazzjonali, li, b’applikazzjoni tal-kriterji previsti mid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, dan l-applikant għandu jiġi rrikonoxxut tali protezzjoni għar-raġuni li huwa jinvoka insostenn tal-applikazzjoni tiegħu, iżda meta awtorità amministrattiva sussegwentement tadotta deċiżjoni li jkollha sens oppost, mingħajr ma tistabbilixxi f’dan ir-rigward l-okkorrenza ta’ elementi ġodda li jiġġustifikaw evalwazzjoni ġdida tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant ikkonċernat, din il-qorti għandha, meta d-dritt nazzjonali ma jagħtiha ebda mezz li jippermettilha tinforza l-osservanza tad-deċiżjoni tagħha, tbiddel din id-deċiżjoni mhux konformi mad-deċiżjoni preċedenti tagħha u tissostitwixxiha bid-deċiżjoni tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, filwaqt li ma tapplikax, jekk ikun meħtieġ, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludiha milli tagħmel dan.

2)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-qorti adita b’rikors kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali terminu ta’ 60 jum sabiex tingħata deċiżjoni, bil-kundizzjoni li din il-qorti tkun f’pożizzjoni li tiżgura, f’dan it-terminu, l-effettività tar-regoli sostantivi u tal-garanziji proċedurali rrikonoxxuti lill-applikant mid-dritt tal-Unjoni. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-imsemmija qorti hija obbligata li ma tapplikax il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi t-terminu għall-għoti ta’ ġudizzju u, meta dan it-terminu jinqabeż, li tagħti d-deċiżjoni tagħha malajr kemm jista’ jkun.


(1)  ĠU C 311, 03,09,2018.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad- il-Bulgarija) – “GVC Services (Bulgaria)” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-458/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 2011/96/UE - Artikolu 2(a)(i) u (iii), il-punt (ab) tal-Parti A u t-tielet inċiż tal-Parti B tal-Anness I - Kunċetti ta’ “kumpanniji inkorporati taħt id-dritt tar-Renju Unit” u ta’ “corporation tax fir-Renju Unit” - Kumpanniji rreġistrati f’Ġibiltà u li huma suġġetti hemmhekk għat-taxxa fuq il-kumpanniji)

(2020/C 222/08)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“GVC Services (Bulgaria)” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Dispożittiv

L-Artikolu 2(a)(i) u (iii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, moqri flimkien mal-punt (ab) tal-Parti A u mat-tielet inċiż tal-Parti B tal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċetti ta’ “kumpanniji inkorporati taħt id-dritt tar-Renju Unit” u ta’ “corporation tax fir-Renju Unit”, li jinsabu f’dawn id-dispożizzjonijiet, ma jipprevedux il-kumpanniji inkorporati f’Ġibiltà u li huma hemmhekk suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji.


(1)  ĠU C 341, 24.9.2018.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Cluj – ir-Rumanija) – AU vs Reliantco Investments LTD, Reliantco Investments LTD Limassol Sucursala Bucureşti

(Kawża C-500/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Direttiva 2004/39/KE - Kunċetti ta’ “klijent tax-xiri bl-imnut” u ta’ “konsumatur” - Kundizzjonijiet sabiex tiġi invokata l-kwalità ta’ konsumatur - Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni sabiex tittieħed konjizzjoni tat-talba)

(2020/C 222/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AU

Konvenuti: Reliantco Investments LTD, Reliantco Investments LTD Limassol Sucursala Bucureşti

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li, skont kuntratt bħal kuntratt finanzjarju għad-differenzi konkluż ma’ kumpannija finanzjarja, twettaq tranżazzjonijiet finanzjarji permezz ta’ din il-kumpannija tista’ tiġi kklassifikata bħala “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk il-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt ma taqax taħt l-attività professjonali ta’ din il-persuna, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Għall-finijiet ta’ din il-klassifikazzjoni, minn naħa, fatturi bħall-fatt li l-imsemmija persuna wettqet numru għoli ta’ tranżazzjonijiet fuq perijodu relattivament qasir jew li hija investiet somom kbar f’dawn it-tranżazzjonijiet huma, inkwantu tali, bħala prinċipju irrilevanti u, min-naħa l-oħra, il-fatt li din l-istess persuna hija “klijent tax-xiri bl-imnut”, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(12) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, huwa, inkwantu tali, bħala prinċipju mingħajr effett.

2)

Ir-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni, azzjoni għal responsabbiltà ċivili delittwali mressqa minn konsumatur taqa’ taħt it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament jekk din tkun indissoċjabbilment marbuta ma’ kuntratt effettivament konkluż bejn dan tal-aħħar u l-professjonist, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – LH vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-564/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-ażil - Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Artikolu 33(2) - Raġunijiet ta’ inammissibbiltà - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-inammissibbiltà tal-applikazzjoni jekk l-applikant wasal fl-Istat Membru kkonċernat minn pajjiż fejn ma huwiex espost għall-persekuzzjoni jew għar-riskju ta’ ħsara serja, jew jekk dan il-pajjiż jagħti protezzjoni suffiċjenti - Artikolu 46 - Dritt għal rimedju effettiv - Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet amministrattivi dwar l-inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali - Terminu ta’ tmint ijiem sabiex tingħata deċiżjoni - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”)

(2020/C 222/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LH

Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiġi miċħuda għaliex inammissibbli minħabba li l-applikant wasal fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat minn Stat li fih ma huwiex espost għal persekuzzjonijiet jew għal riskju ta’ ħsara serja, jew li fih huwa ggarantit livell xieraq ta’ protezzjoni.

2)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-qorti adita b’rikors kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għaliex inammissibbli terminu ta’ tmint ijiem sabiex tingħata deċiżjoni, meta din il-qorti ma tkunx f’pożizzjoni li tiżgura, f’dan it-terminu, l-effettività tar-regoli sostantivi u tal-garanziji proċedurali rrikonoxxuti lill-applikant mid-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 436, 03,12,2018.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Amazon Services Europe Sàrl, Amazon FC Graben GmbH, Amazon Europe Core Sàrl, Amazon EU Sàrl

(Kawża C-567/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9 - Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 9 - Dritt mogħti mit-trade mark - Użu - Żamma ta’ prodotti sabiex jiġu offruti jew imqegħda fil-kummerċ - Ħażna sabiex jiġu mibgħuta l-prodotti bi ksur tad-dritt ta’ trade marks mibjugħa fuq suq online)

(2020/C 222/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Coty Germany GmbH

Konvenuti: Amazon Services Europe Sàrl, Amazon FC Graben GmbH, Amazon Europe Core Sàrl, Amazon EU Sàrl

Dispożittiv

L-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] u l-Artikolu 9(3)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li taħżen għal terzi persuni prodotti li jiksru d-dritt ta’ trade mark mingħajr ma tkun taf b’dan il-ksur, għandha tiġi kkunsidrata li ma hijiex qegħda żżomm dawn il-prodotti bil-għan li jiġu offruti jew mqegħda għall-bejgħ fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jekk din il-persuna ma għandhiex hija stess dawn il-għanijiet.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-612/18 P) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) u Artikolu 4(6) - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess - Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali - Dokumenti mfassla mis-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-Istati kif ukoll is-sistema legali tal-investimenti fil-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea - Rifjut parzjali ta’ aċċess)

(2020/C 222/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth (rappreżentanti: O. W. Brouwer u E. M. Raedts, advocaten, u N. Frey, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, F. Clotuche-Duvieusart u C. Ehrbar, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ClientEarth hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 93, 11.03.2019.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim), Svenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI) vs Fleetmanager Sweden AB, Nordisk Biluthyrning AB

(Kawża C-753/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 8(2) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Impriża ta’ kiri ta’ vetturi kollha mgħammra b’radju bħala apparat standard)

(2020/C 222/13)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim), Svenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI)

Konvenuti: Fleetmanager Sweden AB, Nordisk Biluthyrning AB

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, kif ukoll l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kiri ta’ vetturi bil-mutur mgħammra b’settijiet tar-radju ma jikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 65, 18.2.2019.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Koblenz – il-Ġermanja) – Stadtwerke Neuwied GmbH vs RI

(Kawża C-765/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/55/KE - Regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali - Protezzjoni tal-konsumaturi - Artikolu 3(3) u l-punt (b) tal-Anness A - Trasparenza tal-kundizzjonijiet kuntrattwali - Obbligu li l-konsumatur jiġi informat b’żieda fit-tariffa fi żmien xieraq u direttament)

(2020/C 222/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadtwerke Neuwied GmbH

Konvenut: RI

Dispożittiv

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, moqri flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jsiru bidliet tariffarji mhux innotifikati personalment lill-klijenti minn fornitur tal-gass li jkun l-aħħar għażla disponibbli bl-uniku għan li ż-żieda fl-ispiża tal-akkwist tal-gass naturali tiġi mgħoddija mingħajr tfittxija għal profitt, l-osservanza, minn dan il-fornitur, tal-obbligi ta’ trasparenza u ta’ informazzjoni msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet ma hijiex kundizzjoni għall-validità tal-bidliet tariffarji inkwistjoni, sakemm il-klijenti jkunu jistgħu jxolju l-kuntratt fi kwalunkwe ħin u jkollhom rimedji xierqa sabiex jiksbu kumpens għad-dannu li jkunu setgħu ġarrbu minħabba l-assenza ta’ notifika personali tal-bidliet.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil supérieur de la Sécurité sociale – il-Lussemburgu) – Caisse pour l’avenir des enfants vs FV, GW

(Kawża C-802/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 1(i) - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Direttiva 2004/38/KE - Punt 2 tal-Artikolu 2 - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Allowance tal-familja - Kunċett ta’ “membri tal-familja” - Esklużjoni tal-wild tal-konjuġi ta’ ħaddiema mhux residenti - Differenza fit-trattament mal-wild tal-konjuġi ta’ ħaddiema residenti - Ġustifikazzjoni)

(2020/C 222/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil supérieur de la Sécurité sociale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caisse pour l’avenir des enfants

Konvenuti: FV, GW

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li allowance tal-familja marbuta mal-eżerċizzju, minn ħaddiem fruntalier, ta’ attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru tikkostitwixxi vantaġġ soċjali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

2)

L-Artikolu 1(i) u l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, moqrija flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 u mal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li abbażi tagħhom il-ħaddiema fruntalieri jistgħu jirċievu allowance tal-familja marbuta mal-eżerċizzju, minn dawn tal-aħħar, ta’ attività bħala persuna impjegata f’dan l-Istat Membru biss għall-ulied tagħhom stess, bl-esklużjoni ta’ dawk tal-konjuġi tagħhom li magħhom huma ma għandhom ebda rabta ta’ filjazzjoni, madankollu jipprovdu għall-manteniment tagħhom, filwaqt li l-ulied kollha li jirrisjedu fl-imsemmi Stat Membru għandhom id-dritt li jirċievu din l-allowance.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 2 de A Coruña – Spanja) – Compañía de Tranvías de La Coruña, SA vs Ayuntamiento de A Coruña

(Kawża C-45/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq - Artikolu 8 - Sistema tranżitorja - Artikolu 8(3) - Skadenza tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku - Kalkolu tat-tul massimu tal-kuntratti ffissat għal 30 sena - Determinazzjoni tad-data li minnha jibda jiddekorri t-tul massimu ta’ 30 sena)

(2020/C 222/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 2 de A Coruña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compañía de Tranvías de La Coruña, SA

Konvenuta: Ayuntamiento de A Coruña

Dispożittiv

It-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tul massimu ta’ 30 sena previst f’din id-dispożizzjoni, għall-kuntratti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-regolament, jibda jiddekorri mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Condominio di Milano, via Meda vs Eurothermo SpA

(Kawża C-329/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 1(1) u Artikolu 2(b) - Kunċett ta’ “konsumatur” - Condominium ta’ proprjetà immobbli)

(2020/C 222/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Condominio di Milano, via Meda

Konvenuta: Eurothermo SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux ġurisprudenza nazzjonali li tinterpreta l-liġi intiża sabiex tittrasponi fid-dritt intern din id-direttiva b’mod li r-regoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li hija tinkludi japplikaw ukoll għal kuntratt konkluż minn suġġett tad-dritt, bħall-condominio fid-dritt Taljan, ma’ bejjiegħ jew fornitur, anki fejn tali suġġett tad-dritt ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovni sud – il-Kroazja) – Proċeduri kriminali kontra I.N.

(Kawża C-897/19 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ŻEE - Nondiskriminazzjoni - Artikolu 36 - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kamp ta’ applikazzjoni - Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen - Ftehim dwar il-proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u l-Islanda u n-Norveġja, min-naħa l-oħra - Estradizzjoni ta’ ċittadin Islandiż lejn Stat terz - Protezzjoni taċ-ċittadini ta’ Stat Membru kontra l-estradizzjoni - Assenza ta’ protezzjoni ekwivalenti għaċ-ċittadini ta’ Stat ieħor - Ċittadin Islandiż li kien kiseb l-ażil bis-saħħa tad-dritt nazzjonali qabel akkwista ċ-ċittadinanza Islandiża - Restrizzjoni tal-moviment liberu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità - Proporzjonalità - Verifika tal-garanziji previsti fl-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

(2020/C 222/18)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Vrhovni sud

Partijiet fil-kawża prinċipali

I.N.

fil-preżenza ta’: Ruska Federacija

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta’ Mejju 1992 u l-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru, li fih ikun mar ċittadin ta’ Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA), Parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u li miegħu l-Unjoni Ewropea kkonkludiet ftehim dwar il-konsenja, issirlu talba għal estradizzjoni minn Stat terz fuq il-bażi tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, ffirmata f’Pariġi fit-13 ta’ Diċembru 1957, u meta dan iċ-ċittadin kien ingħata l-ażil minn dan l-Istat tal-EFTA, qabel akkwista n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat, preċiżament minħabba l-proċeduri li kien is-suġġett tagħhom fl-Istat li ħareġ it-talba għal estradizzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest għandha tivverifika li l-estradizzjoni ma hijiex ser tippreġudika d-drittijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fejn l-għoti tal-ażil jikkostitwixxi element partikularment serju fil-kuntest ta’ din il-verifika. Qabel jikkunsidra li jeżegwixxi t-talba għal estradizzjoni, l-Istat Membru rikjest huwa, fi kwalunkwe każ, obbligat jinforma lil dan l-istess Stat tal-EFTA u, jekk ikun il-każ, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, jikkonsenjalu l-imsemmi ċittadin, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar il-konsenja, bil-kundizzjoni li l-imsemmi Stat tal-EFTA jkollu l-kompetenza, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, li jiftaħ proċeduri kontra dan iċ-ċittadin fir-rigward ta’ fatti mwettqa barra mit-territorju nazzjonali tiegħu.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2020 – Finanzamt Kiel vs Norddeutsche Gesellschaft für Diakonie mbH

(Kawża C-141/20)

(2020/C 222/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Kiel

Konvenuta: Norddeutsche Gesellschaft für Diakonie mbH

Domandi preliminari

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) flimkien mal-Artikolu 21(1)(a) u (3) tad-Direttiva 77/388/KEE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lil Stat Membru jinnomina bħala persuna taxxabbli membru tal-grupp tal-VAT (l-impriża li teżerċita kontroll) minflok dan il-grupp tal-VAT (l-impriża taxxabbli)?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) flimkien mal-Artikolu 21(1)(a) u (3) tad-Direttiva 77/388 jistgħu jiġu invokati f’dan ir-rigward?

3)

Fil-kuntest tal-eżami li għandu jsir skont il-punt 46 tas-sentenza Larentia + Minerva (2), meta jiġi eżaminat jekk ir-rekwiżit ta’ integrazzjoni finanzjarja li jinsab fl-ewwel sentenza tal-punt 2 tal-Artikolu 2(2) tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar id-Dħul mill-Bejgħ) jikkostitwixxix miżura ammissibbli li hija meħtieġa u xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ prevenzjoni ta’ prattiki jew aġir abbużivi u ta’ evażjoni tat-taxxa jew ta’ frodi fiskali, huwa meħtieġ li jiġi applikat standard iktar strett jew ġeneruż?

4)

L-Artikolu 4(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 77/388 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lil Stat Membru jqis persuna bħala mhux indipendenti fis-sens tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva permezz ta’ kwalifika dwar jekk din il-persuna hijiex integrata finanzjarjament, ekonomikament u organizzazzjonalment fin-negozju ta’ impriża oħra (l-impriża li teżerċita kontroll) b’tali mod li l-kumpanija li teżerċita l-kontroll tista’ tinforza r-rieda tagħha fir-rigward ta’ din il-persuna u b’hekk tipprevjeni lil din il-persuna milli jkollha rieda differenti?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2015 (C-108/14 u C-109/14, EU:C:2015:496).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Marzu 2020 – Stichting Rookpreventie Jeugd et vs Staatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport

(Kawża C-160/20)

(2020/C 222/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Rotterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Rookpreventie Jeugd et

Konvenut: Staatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport

Parti oħra fil-proċedura: Vereniging Nederlandse Sigaretten- en Kerftakfabrikanten (VSK)

Domandi preliminari

1)

Il-ħolqien tal-metodu ta’ kejl previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 (1), ibbażat fuq standards ISO li ma humiex aċċessibbli liberament, huwa konformi mal-Artikolu 297(1) TFUE [u mar-Regolament (UE) Nru 216/2013 (2)] kif ukoll mal-prinċipju ta’ trasparenza li huwa l-bażi ta’ dan?

2)

L-istandards ISO 4387, 10315, 8454 u 8243, li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, għandhom jiġu interpretati u applikati fis-sens li, fil-kuntest tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva, l-emissjonijiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mhux biss għandhom jitkejlu (u jiġu vverifikati) permezz tal-metodu stabbilit, iżda dawn l-emissjonijiet jistgħu jew għandhom jitkejlu (u jiġu vverifikati) ukoll b’mezzi oħra u b’intensità differenti?

3)

a)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva jmur kontra l-prinċipji bażiċi tad-Direttiva kif ukoll kontra l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva u l-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk għaliex l-industrija tat-tabakk kellha rwol fl-istabbiliment tal-istandards ISO msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva?

b)

L-Artikolu 4(1) imur kontra l-prinċipji bażiċi tad-Direttiva, l-Artikolu 114(3) TFUE, il-portata tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk u l-Artikoli 24 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għaliex il-metodu ta’ kejl li huwa stabbilit fih ma jkejjilx l-emissjonijiet li huma prodotti mis-sigaretti bil-filtru waqt l-użu previst ta’ dawn, u dan, minħabba li l-imsemmi metodu ma jiħux inkunsiderazzjoni l-effett tal-mikro-toqob ta’ ventilazzjoni preżenti fil-filtri, li, waqt l-użu previst, fil-biċċa l-kbira jingħalqu mix-xofftejn u mis-swaba’ tal-persuna li tpejjep?

4)

a)

Liema metodu ta’ kejl (u metodu ta’ verifika) alternattiv jista’ jew għandu jintuża fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi:

għall-ewwel domanda, fin-negattiv?

għat-tieni domanda, fl-affermattiv?

għall-punti (a) u/jew (b) tat-tielet domanda fl-affermattiv?

b)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx tista’ tirrispondi għall-punt (a) tar-raba’ domanda: hija din, fil-każ ta’ assenza temporanja ta’ metodu ta’ kejl disponibbli, sitwazzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 24(3) tad-Direttiva?


(1)  Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 150, p. 24).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 69, p. 1).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fl-14 ta’ April 2020 – SIA “SS” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-175/20)

(2020/C 222/21)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “SS”

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

Ir-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li talba għal komunikazzjoni li toriġina mill-amministrazzjoni fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinvolvi kwantità sinjifikattiva ta’ data personali, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (b’mod partikolari, mal-Artikolu 5(1))?

2)

Ir-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali tista’ tidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, minkejja li hija ma tingħatax dan id-dritt mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Repubblika tal-Latvja?

3)

Fid-dawl tar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jeżisti għan leġittimu li jiġġustifika l-obbligu impost minn talba għal komunikazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha mitluba fi kwantità illimitata u matul perijodu indeterminat, mingħajr ma tkun iffissata data ta’ tmiem għall-eżekuzzjoni tat-talba għal komunikazzjoni?

4)

Fid-dawl tar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jeżisti għan leġittimu li jiġġustifika l-obbligu impost minn talba għal komunikazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiġi pprovduta d-data kollha mitluba, minkejja li t-talba għal komunikazzjoni ma tispeċifikax l-għan tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni (jew tagħmel dan b’mod inkomplet)?

5)

Fid-dawl tar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jeżisti għan leġittimu li jiġġustifika l-obbligu impost minn talba għal komunikazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiġi pprovduta d-data kollha mitluba, minkejja li, fil-prattika, din it-talba tirrigwarda assolutament il-persuni kollha kkonċernati li ppubblikaw avviżi fir-rubrika intitolata “karozzi privati” ta’ portal?

6)

Liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġi vverifikat li l-amministrazzjoni fiskali, inkwantu kontrollur, tiżgura b’mod xieraq li l-ipproċessar (inkluż il-ġbir ta’ informazzjoni) huwa konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data?

7)

Liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk talba għal komunikazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hijiex debitament immotivata u ta’ natura okkażjonali?

8)

Liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġi vverifikat li pproċessar ta’ data personali jitwettaq sa fejn ikun neċessarju u b’mod kompatibbli mar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data?

9)

Liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġi vverifikat li l-amministrazzjoni fiskali, inkwantu kontrollur, tiżgura li pproċessar ta’ data huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (Responsabbiltà)?


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fl-24 ta’ April 2020 – VYSOČINA WIND a.s. vs Česká republika – Ministerstvo životního prostředí

(Kawża C-181/20)

(2020/C 222/22)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VYSOČINA WIND a.s.

Konvenuta: Česká republika – Ministerstvo životního prostředí

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2012/19/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jimponi l-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, għat-trattament, għall-irkupru u għar-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE li jirriżulta minn pannelli fotovoltajċi mqiegħda fuq is-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2013 lill-utenti tagħhom, u mhux lill-produtturi?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda magħmula, iċ-ċirkustanza, bħal dik f’dan il-każ, li Stat Membru rregola huwa stess il-modalitajiet ta’ finanzjament tal-iskart li jirriżulta minn pannelli fotovoltajċi saħansitra qabel l-adozzjoni tad-direttiva, li għadha kemm inkludiet il-pannelli fotovoltajċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u imponiet il-finanzjament tal-ispejjeż lill-produtturi, u dan anki għall-pannelli li tqiegħdu fis-suq qabel l-iskadenza tat-terminu tat-traspożizzjoni tad-direttiva (u l-adozzjoni stess ta’ leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni), għandha effett għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-responsabbiltà tal-Istat Membu għad-dannu kkawżat lill-individwu bi ksur tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU 2012, L 197, p. 38.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fid-29 ta’ April 2020 – HYDINA SK s.r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

(Kawża C-186/20)

(2020/C 222/23)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HYDINA SK s.r.o.

Konvenut: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Domandi preliminari

1)

L-espressjoni, li tinsab fil-premessa 25 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (1) tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, “[i]l-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament għall-għoti ta’ informazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala perijodi massimi li m’għandhomx jinqabżu” għandha tiġi interpretata fis-sens li dawn huma termini li ma jistgħux jinqabżu u fis-sens li qbiż tat-terminu jwassal għall-illegalità tas-sospensjoni tal-kontroll fiskali?

2)

Teżisti konsegwenza (sanzjoni) għall-awtorità rikjesta jew għall-awtorità rikjedenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ eżekuzzjoni tal-iskambju internazzjonali ta’ informazzjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud?

3)

Skambju internazzjonali ta’ informazzjoni li jaqbeż it-termini stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud jista’ jiġi kklassifikat bħala ksur illegali tad-drittijiet tal-persuna taxxabbli?


(1)  ĠU 2010, L 268, p. 1.


Il-Qorti Ġenerali

6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2020 – Bernis et vs SRB

(Kawża T-282/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Unjoni ekonomika u monetarja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 - Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli - Kumpannija omm u sussidjarja - Dikjarazzjoni mill-BĊE ta’ sitwazzjoni ta’ falliment li qed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ - Deċiżjoni tas-SRB li ma jadottax skema ta’ riżoluzzjoni - Assenza ta’ interess pubbliku - Stralċ konformi mad-dritt nazzjonali - Azzjonisti - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2020/C 222/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ernests Bernis (Jurmala, il-Latvja), Oļegs Fiļs (Jurmala), OF Holding SIA (Riga, il-Latvja), Cassandra Holding Company SIA (Jurmala) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. De Carpentier, M. Meijer Timmerman Thijssen, A. Valavanidou, H. Ehlers u E. Muratori, aġenti, assistiti minn A. Rivas, avukat, u B. Heenan, solicitor)

Intervenjent insostenn tal-komvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: G. Marafioti, E. Koupepidou u J. Rodríguez Cárcamo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-SRB tat-23 ta’ Frar 2018 li permezz tagħhom iddeċieda li ma jadottax skemi ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ ABLV Bank AS u tas-sussidjarja tagħha ABLV Bank Luxembourg SA, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ernests Bernis u Oļegs Fiļs, OF Holding SIA u Cassandra Holding Company SIA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2020 – Sabo et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-141/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Ambjent - Enerġija - Direttiva (UE) 2018/200 - Inklużjoni tal-bijomassa mill-foresti fost is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)

(2020/C 222/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Peter Sabo (Tulčik, is-Slovakkja) u d-disa’ rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher anness mad-digriet (rappreżentanti: R. Smith, A. Dews, C. Day, solicitors, u D. Wolfe, QC, P. Lockley u B. Mitchell, barristers)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. McDowell, C. Ionescu Dima u A. Tamás, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lo Monaco u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU 2018, L 328, p. 82), en sa fejn din tinkludi l-bijomassa mill-foresti fost is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mill-Kummissjoni, minn U. S. Industrial Pellet Association, minn Stichting Dutch Biomass Certification u minn Stichting RBCN (Rotterdam Biomass Commodities Network).

3)

Peter Sabo u l-partijiet l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk esposti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni, U. S. Industrial Pellet Association, Stichting Dutch Biomass Certification u Stichting RBCN (Rotterdam Biomass Commodities Network) għandhom ibatu kull waħda l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Aurora vs CPVO – SESVanderhave (M 02205)

(Kawża T-278/19) (1)

(Rikors għal annullament - Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Varjetà ta’ pitrava ħelwa M 02205 - Deċiżjoni ta’ riferiment għad-dipartiment kompetenti taċ-CPVO għal azzjoni sussegwenti - Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 - Assenza ta’ interess ġuridiku - Setgħa ta’ bidla - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

(2020/C 222/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aurora Srl (Padova, l-Italja) (rappreżentant: L.-B. Buchman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentanti: M. Ekvad, F. Mattina, M. Garcia Monco-Fuente u A. Weitz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell taċ-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SESVanderhave NV (Tienen, il-Belgju) (rappreżentant: P. de Jong, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tas-27 ta’ Frar 2019 (Każ A 10/2013-RENV) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aurora u SESVanderhave.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aurora Srl, l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) u SESVanderhave NV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-308/19) (1)

(Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Assenza ta’ lment - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbli)

(2020/C 222/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Arnaldo Lucaccioni (San Benedetto del Tronto, l-Italja) (rappreżentant: E. Bonanni, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tal-att tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2019 dwar il-mandat ta’ kummissjoni medika ġdida fil-kuntest ta’ rikonoxximent tal-aggravament ta’ marda professjonali magħmula mir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni li r-rikorrent allegatament sostna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbli.

2)

Arnaldo Lucaccioni huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 230, 8.7.2019


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/25


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – HB vs EIB

(Kawża T-757/19)

(2020/C 222/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HB (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Ġunju 2019, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar fastidju psikoloġiku;

tordna lill-konvenut iħallas ammont ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-danni morali, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tas-sentenza;

tordna lill-konvenut iħallas ammont ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għat-telf ta’ opportunità, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tas-sentenza sal-ħlas komplet;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega ksur tad-dritt li l-kwistjonijiet ta’ persuna jiġu pproċessati b’mod imparzjali, ġust u b’attenzjoni, u nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn (i) il-bord li investiga l-allegazzjonijiet ta’ fastidju u ta’ intimidizzazzjoni tagħha (a) naqas milli jitratta l-każ b’mod imparzjali, ġust u b’attenzjoni, billi wera jew ta l-impressjoni ta’ parzjalità lejn il-persuni li allegatament taw fastidju u billi interpreta ħażin jew injora fatti u provi, u (b) naqas milli jagħti raġunijiet, u (ii) meta approva r-rapport tal-Bord, il-President tal-BEI ivvizzja d-deċiżjoni kkontestata bl-istess difetti.

2.

It-tieni motiv, li jallega żball ta’ evalwazzjoni u ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta u tal-Politika ta’ Dinjità fix-Xogħol tal-BEI, sa fejn (i) il-kondotta tal-persuni li allegatament taw fastidju lir-rikorrenti kienet fil-forma ta’ atti mitkellma jew miktuba, ma kinitx xierqa, seħħet matul żmien twil u kienet ripetuta, u kienet degradanti, (ii) meta naqas milli jikkategorizza l-atti kkontestati bħala fastidju psikoloġiku, kemm individwalment kif ukoll flimkien, il-bord wettaq żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti u kiser il-Kodiċi ta’ Kondotta u tal-Politika ta’ Dinjità fix-Xogħol u (iii) meta approva r-rapport tiegħu, il-President tal-BEI iddeċieda b’mod żbaljat li r-rikorrenti ma kinitx ġiet iffastidjata; u

3.

It-tielet motiv, li jallega ksur tad-dritt għal smigħ u ksur tal-kunfidenzjalità, sa fejn (i) ir-rikorrenti ma ngħatatx l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar (a) il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuni li allegatament taw fastidju u mix-xhieda quddiem il-bord jew (b) id-dokumenti l-oħra li ntużaw mill-bord fir-rapport tiegħu sabiex jagħti rakkomandazzjonijiet lill-President tal-Bank u (ii) il-bord adotta l-konklużjonijiet tiegħu u qasamhom ma’ terzi persuni qabel ma ta lir-rikorrenti l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fuqhom, jiġifieri qabel ma allegatament iffinalizza r-rapport tiegħu, u (iii) meta approva r-rapport tal-Bord, il-President tal-BEI ivvizzja d-deċiżjoni kkontestata bl-istess difetti.

Insostenn tat-talba għad-danni tagħha, ir-rikorrenti targumenta li:

sofriet danni morali li ma jistgħux jiġu kkumpensati mill-annullament tad-deċiżjoni kkontestata;

meta ċaħad illegalment it-talba għal konċiljazzjoni tagħha, il-konvenut ċaħħadha minn opportunità li ssolvi l-kwistjoni b’mod bonarju u tevita proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/26


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2020 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-217/20)

(2020/C 222/29)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Tsaousi, A. Vasilopoulou u E. Krompa)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata (1) sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerti spejjeż tar-Repubblika Elleniku mill-ammont gross totali ta’ EUR 9 657 608,85, jiġifieri ammont nett notali ta’ EUR 9 590 402,53, li saru u ġew iddikkjarati fil-kuntest tal-FEAŻR relatati mal-miżuri 123A, 125A, 321 u 322 tal-programm ta’ żvilupp rurali għall-perijodu 2007-2013 u għall-miżuri 4.2, 4.3, 7.2 u 7.4 tal-programm ta’ żvilupp rurali għall-perijodu 2014-2020, għas-snin finanzjarji mill-2011 sal-2018; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Ellenika.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 34(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 (2), minħabba li l-korrezzjonijiet finanzjarji huma illegali peress li l-Kummissjoni marret lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u li din hija vvizzjata b’motivazzjoni insuffiċjenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali għall-impożizzjoni ta’ korrezzjoni f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż magħmula iktar minn 24 xahar qabel il-komunikazzjoni tal-ewwel konstatazzjonijiet, tal-ksur tal-Artikolu 52(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (3) u li l-Kummissjoni marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha ratione temporis meta imponiet il-korrezzjonijiet finanzjarji inkwistjoni.

3.

It-tielet motiv, relatat, speċifikatament, mal-korrezzjoni imposta għal dak li jikkonċerna l-miżuri 125A u 123A, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ne bis in idem, ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ aspettattivi leġittimi tal-Istati Membri u ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv relatat speċifikatament mal-korrezzjoni għall-miżura 125A, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 24(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 (4), tal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 u tad-dispożizzjonijiet tal-programm ta’ żvilupp rurali nazzjonali li l-Kummissjoni approvat għall-perijodu 2007-2013, fuq motivazzjoni insuffiċjenti rigward il-bażi legali tal-korrezzjoni kif ukoll l-assenza ta’ bażi legali u ta’ motivazzjoni u fuq żball ta’ fatt f’dak li jikkonċerna l-korrezzjoni finanzjarja imposta u r-rata tagħha (10 %).

5.

Il-ħames motiv relatat speċifikatament mal-korrezzjoni tal-miżura 125A, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, tal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 908/2014 u tal-Linji Gwida C(2015)3675, tat-8 ta’ Ġunju 2015, tad-dritt għal smiegħ minn qabel u tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll tal-prinċipji ta’ aspettativi leġittimi u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Huwa wkoll allegat li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni hija insuffiċjenti u li hija vvizzjata bi żball ta’ fatt.

6.

Is-sitt motiv, relatat, speċifikatament, mal-korrezzjoni imposta f’dak li jikkonċerna l-miżuri 321 u 322, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 24(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 u tal-Linji Gwida C(2015)3675, tat-8 ta’ Ġunju 2015, fuq żball ta’ fatt, fuq motivazzjoni difettuża u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

7.

Is-seba’ motiv relatat speċifikatament mal-korrezzjoni għall-miżura 123A, ibbażat fuq li l-korrezzjoni inkwistjoni ġiet imposta bi ksur tal-Artikolu 24(1) u (2), tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, tal-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 u tal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 908/2014, minħabba żball ta’ fatt u abbażi ta’ motivazzjoni insuffiċjenti. Huwa allegat ukoll il-ksur tad-dritt għal smiegħ u tad-drittjiet tad-difiża tar-Repubblika Ellenika kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/201 tat-12 ta’ Frar 2020 li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2020) 541) (JO 2020, L 42, p. 17).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU 2014, L 255, p. 59).

(3)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, 347, p. 549).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU 2011, L 25, p. 8).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/27


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – JP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-247/20)

(2020/C 222/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JP (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 1195 final tal-24 ta’ Frar 2020 li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti konformement mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 – GESTDEM 2019/5394 sa 2019/5399; u

tikkundanna lill-konvenuta tħallas EUR 1 simboliku bħala kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent, kif ukoll l-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1)(b) u tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess parzjali u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/28


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2020 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-258/20)

(2020/C 222/31)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: M. Phelippeau, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ta’ Oleksandr Viktorovytch Klymenko bħala ammissibbli;

sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-atti kkontestati. Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma osservax l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti kkontestati kemm fir-rigward tal-fondatezza tal-miżura kif ukoll fir-rigward tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll tal-protezzjoni legali effettiva u tal-verifiki mwettqa għal dan il-għan.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żball ta’ evalwazzjoni tal-każ inkwistjoni u ta’ abbuż ta’ poter. Ir-rikorrent isostni li, fid-dawl tal-provi li ġew ippreżentati lilu, il-Kunsill seta’ biss jikkonstata n-nuqqas ta’ bażi fattwali suffiċjenti li tibbaża proċedura kriminali. Ir-rikorrent irrileva wkoll diversi ċirkustanzi ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, li minnhom il-Kunsill ma wasal għal ebda konsegwenza.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali, sa fejn dawn l-atti ma ttiħdux b’osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif ukoll tad-dritt għal opportunitajiet ugwali għall-partijiet.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali, sa fejn l-Artikolu 29 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea ma jistax ikun bażi legali ammissibbli għall-miżura restrittiva adottata kontra r-rikorrent.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt fundamentali għall-osservanza tad-dritt tal-proprjetà.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/29


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)

(Kawża T-261/20)

(2020/C 222/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rochem Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rochem Marine Srl (Genova, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ROCHEM – Reġistrazzjoni Internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 151 485

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1547/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO jadotta deċiżjoni ġdida li permezz tagħha jiċħad ir-rikors għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 1 151 485, anki fir-rigward tal-Klassijiet 11 u 40;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, fil-każ li l-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tidher quddiem il-Qorti Ġenerali, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) b’rabta mal-Artikolu 198 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/30


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)

(Kawża T-262/20)

(2020/C 222/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rochem Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rochem Marine Srl (Genova, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali ROCHEM – Reġistrazzjoni Internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 151 545

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1546/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO jadotta deċiżjoni ġdida li permezz tagħha jiċħad ir-rikors għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 1 151 545, anki fir-rigward tal-Klassijiet 11 u 40;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, fil-każ li l-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tidher quddiem il-Qorti Ġenerali, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) b’rabta mal-Artikolu 198 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/31


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Arbuzov vs il-Kunsill

(Kawża T-267/20)

(2020/C 222/34)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jargumenta b’mod partikolari li, meta adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 (3), il-Kunsill ma weriex id-diliġenza meħtieġa, peress li, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma eżaminax id-dikjarazzjonijiet lanqas il-provi prodotti mir-rikorrent, li jimmilitaw favur tiegħu, u li huwa bbaża biss fuq il-preżentazzjoni qasira tal-Prokuratur Ġenerali tal-Ukraina u ma talab ebda informazzjoni supplementari dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjoni fl-Ukraina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-proprjetà tar-rikorrent

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet li huma adottati kontrih huma sproporzjonati, inutli u jippreġudikaw il-garanziji internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent li ngħataw lilu mill-Kunvenzjoni Ewropea għal Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontrih ippreġudikaw id-dritt tiegħu għal proċess xieraq, għall-preżunzjoni ta’ innoċenza kif ukoll għall-protezzjoni tal-proprjetà privata.


(1)  ĠU 2020, L 71, p. 10.

(2)  ĠU 2020, L 71, p. 1.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 7; rettifika ĠU 2019, L 86, p. 118).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/32


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Pšonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-268/20)

(2020/C 222/35)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Artem Viktorovyč Pšonka (Kramatorsk, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent; tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrent.

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jargumenta b’mod partikolari li, meta adotta d-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill ma weriex id-diliġenza meħtieġa, peress li, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma eżaminax id-dikjarazzjonijiet lanqas il-provi prodotti mir-rikorrent, li jimmilitaw favur tiegħu, u li huwa bbaża biss fuq il-preżentazzjoni qasira tal-Prokuratur Ġenerali tal-Ukraina u ma talab ebda informazzjoni supplementari dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjoni fl-Ukraina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-proprjetà tar-rikorrent

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet li huma adottati kontrih huma sproporzjonati, inutli u jippreġudikaw il-garanziji internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent li ngħataw lilu mill-Kunvenzjoni Ewropea għal Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontrih ippreġudikaw id-dritt tiegħu għal proċess xieraq, għall-preżunzjoni ta’ innoċenza kif ukoll għall-protezzjoni tal-proprjetà privata.


(1)  ĠU 2020, L 71, p. 10.

(2)  ĠU 2020, L 71, p. 1.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/33


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Pšonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-269/20)

(2020/C 222/36)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Viktor Pavlovyč Pšonka (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent; tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrent.

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jargumenta b’mod partikolari li, meta adotta d-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill ma weriex id-diliġenza meħtieġa, peress li, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma eżaminax id-dikjarazzjonijiet lanqas il-provi prodotti mir-rikorrent, li jimmilitaw favur tiegħu, u li huwa bbaża biss fuq il-preżentazzjoni qasira tal-Prokuratur Ġenerali tal-Ukraina u ma talab ebda informazzjoni supplementari dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjoni fl-Ukraina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-proprjetà tar-rikorrent

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet li huma adottati kontrih huma sproporzjonati, inutli u jippreġudikaw il-garanziji internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent li ngħataw lilu mill-Kunvenzjoni Ewropea għal Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontrih ippreġudikaw id-dritt tiegħu għal proċess xieraq, għall-preżunzjoni ta’ innoċenza kif ukoll għall-protezzjoni tal-proprjetà privata.


(1)  ĠU 2020, L 71, p 10.

(2)  ĠU 2020, L 71, p. 1.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/34


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2020 – Zhejiang Hangtong Machinery Manufacture u Ningbo Hi-Tech Zone Tongcheng Auto Parts vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/20)

(2020/C 222/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Hangtong Machinery Manufacture Co. Ltd (Taizhou, iċ-Ċina), Ningbo Hi-Tech Zone Tongcheng Auto Parts Co. Ltd (Ningbo, iċ-Ċina) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u P. Billiet, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-regolament ikkontestat sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/353 tat-3 ta’ Marzu 2020 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (1).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ liġi u fl-evalwazzjoni tal-fatti kif ukoll adottat raġunament ċikliku billi (1) ikkonkludiet li r-rikorrenti naqsu b’mod persistenti milli jikkooperaw b’mod sostantiv mal-Kummissjoni u, għalhekk, tuża l-Artikolu 17(4) tar-Regolament Bażiku (2), (2) sabet li r-rikorrenti kienu talbu marġni individwali ta’ dumping minflok ma kienet kampjun ta’ produttur esportatur taħt l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Bażiku, u għalhekk tikser ukoll l-Artikolu 6 tar-Regolament Bażiku u (3) timponi fuq ir-rikorrenti d-dazju antidumping residwu punittiv massimu intiż għall-partijiet li ma jikkooperawx jew partijiet li naqsu milli jippreżentaw ruħhom, u b’hekk kisret ukoll l-Artikoli 2, 3 u 9(4) tar-Regolament Bażiku u l-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ liġi u fl-evalwazzjoni tal-fatti, kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, naqset milli tipprovdi raġunament adegwat u offriet raġunament żbaljat u kontradittorju billi (1) applikat il-kunċett “fatti disponibbli” għar-rikorrenti u (2) naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-prezz normali ta’ valur u ta’ esportazzjoni tar-rikorrenti fil-kalkoli tal-marġni ta’ dumping tagħhom, kuntrarjament għall-Artikoli 2(6a), (8), (10) u (11), 3, 6, 9(4) u 18(1) u (3) tar-Regolament Bażiku; u l-Artikoli 2, 3, 6(6) u (8) kif ukoll l-Anness II(3) tal-Ftehim tal-WHO dwar l-antidumping.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti meta rrifjutat li tikkalkola u tiżvela l-valur normali tagħhom kuntrarjament għall-Artikoli 20(2) u (4) tar-Regolament Bażiku; u l-Artikolu 12.2 tal-Ftehim tal-WHO dwar l-antidumping, u billi ma żvelatx l-informazzjoni li użat għall-kalkolu tad-danu tad-dumping tar-rikorrenti.


(1)  ĠU 2020 L 65, p. 9.

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016 L 76, p. 21).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/35


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2020 – CWS Powder Coatings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/20)

(2020/C 222/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CWS Powder Coatings GmbH (Düren, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 (1), sa fejn jikkonċerna l-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tad-dijossidu tat-titanju; u

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv: Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 53c tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) billi adottat att wieħed għal diversi oqsma regolatorji.

2.

It-tieni motiv: Il-klassifikazzjoni tad-dijossidu tat-titanju fir-regolament ikkontestat tikser il-kundizzjonijiet tal-klassifikazzjoni previsti fl-Artikoli 53a, 37(5) u 3(1) flimkien mal-punt 3.6.2.2 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008.

3.

It-tielet motiv: L-emenda għall-Anness II tar-Regolament Nru 1272/2008 dwar taħlitiet likwidi li jkun fihom dijossidu tat-titanju ma tistax tkun ibbażata fuq l-Artikolu 53(1) flimkien mal-Artikolu 53a ta’ dan ir-regolament.

4.

Ir-raba’ motiv: L-emenda għall-Anness II tar-Regolament Nru 1272/2008 dwar taħlitiet solidi li jkun fihom dijossidu tat-titanju ma tistax tkun ibbażata fuq l-Artikolu 53(1) flimkien mal-Artikolu 53a ta’ dan ir-regolament.

5.

Il-ħames motiv: Il-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li twettaq evalwazzjoni tal-impatt qabel ma tadotta r-regolament ikkontestat.

6.

Is-sitt motiv: Ir-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi l-klassifikazzjoni ta’ ċerti partiċelli ta’ dijossidu tat-titanju u l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ ttikkettjar ma humiex xierqa sabiex jintlaħaq l-għan (il-protezzjoni tas-saħħa) u hemm disponibbli mezzi oħra inqas restrittivi.

7.

Is-seba’ motiv: Il-Kummissjoni wettqet bosta żbalji sinjifikattivi ta’ evalwazzjoni meta adottat ir-regolament ikkontestat.

8.

It-tmien motiv: Meta adottat ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat mogħtija lilha.

9.

Id-disa’ motiv: Fil-każ li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-Kummissjoni, meta adottat ir-regolament ikkontestat, setgħat tiddefinixxi hija stess il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni jew is-suġġett tal-klassifikazzjoni jew ma kellhiex il-possibbiltà li twettaq evalwazzjoni tal-impatt jew applikazzjoni proporzjonata, l-Artikoli 37(5), 53(1) u 53a tar-Regolament Nru 1272/2008 jiksru l-Artikolu 290(1) u (2) TFUE. F’dan il-każ, ikun kuntrarju għall-Artikolu 290 TFUE li jintuża l-att bażiku (ir-Regolament Nru 1272/2008) għar-regolament ikkontestat.


(1)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU 2020, L 44, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta‘ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2011, L 16, p. 1, fil-ĠU 2016, L 349, p. 1, u fil-ĠU 2019, L 117, p. 8), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE) 2019/1243 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2019, L 198, p. 241).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/36


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Klaus Berthold vs EUIPO – Thomann (HB Harley Benton)

(Kawża T-284/20)

(2020/C 222/39)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Klaus Berthold Besitzgesellschaft GmbH & Co. KG (Thalhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Strauß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thomann GmbH (Burgebrach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva HB Harley Benton li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 380 752

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1359/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 380 752 fl-Unjoni Ewropea għall-prodotti fil-klassi 25;

tordna lill-EUIPO jirrifjuta r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 380 752 fl-Unjoni Ewropea għall-prodotti fil-klassi 25;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO u, skont il-każ, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura ġudizzjarja.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/37


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – MCM Products vs EUIPO – The Nomad Company (NOMAD)

(Kawża T-285/20)

(2020/C 222/40)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MCM Products AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Eichhammer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Nomad Company BV (Zevenaar, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “NOMAD” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 742 089

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 854/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna l-prodotti rreġistrati fil-klassi 18;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/38


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2020 – Capella vs EUIPO – Cobi.bike (GOBI)

(Kawża T-286/20)

(2020/C 222/41)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Capella EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: R. Klenke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cobi.bike GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni GOBI – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 168 089

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1685/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/38


Rikors ippreżentat fil-15 ta Mejju 2020 – Eggy Food vs EUIPO (EGGY FOOD)

(Kawża T-287/20)

(2020/C 222/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eggy Food GmbH & Co. KG (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Eberhardt u R. Böhm, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea EGGY FOOD – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 795 2953

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1316/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 1 795 2953;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/39


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Brillux u Daw vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/20)

(2020/C 222/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brillux GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) u Daw SE (Ober-Ramstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 (1) sa fejn dan jikkonċerna l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tad-diossidu tat-titanju; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq disa’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T 279/20, CWS Powder Coatings vs Il-Kummissjoni.


(1)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU 2020, L 44, p. 1).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean)

(Kawża T-290/20)

(2020/C 222/44)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cermanica Flaminia SpA (Civita Castellana, l-Italja) (rappreżentanti: A. Improda u R. Arista, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ceramica Cielo SpA (Fabrica di Roma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarja tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva golean – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 270 046

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 991/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tbiddel d-deċiżjoni kkontestata;

u konsegwentement

tirrikonoxxi l-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 270 046 b’riferiment għall-prodotti kollha jew parti minnhom fil-klassi 11;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew Ceramica Cielo SpA, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, kif ukoll taż-żewġ fażijiet preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell, favur Ceramica Flaminia SpA.

Motivi invokati

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Interpretazzjoni tal-karattru distintiv skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Nuqqas ta’ fondatezza tal-klassifikazzjoni tat-trade mark bħala slogan;

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 95(1) b’rabta mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 59(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-291/20)

(2020/C 222/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Fedorovych Yanukovych (Rostov on Don, ir-Russja) (rappreżentant: M. Anderson, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 (1), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (EU) 2020/370 (2), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ma kienx jissodisfa l-kriterji indikati biex persuna tiġi elenkata fiż-żmien rilevanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta inkluda lir-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Il-Kunsill naqas milli jiżgura li kien hemm bażi fattwali soda biżżejjed għall-inklużjoni tar-rikorrent u naqas milli jivverifika li d-deċiżjonijet tal-awtoritajiet tal-Ukrajna li huwa bbaża ruħu fuqhom ittieħdu b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jidentifika r-raġunijiet konkreti u speċifiċi għall-inklużjoni tar-rikorrent. Il-Kunsill naqas ukoll milli jidentifika r-raġunijiet għalfejn huwa jikkunsidra li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Ukrajna li huwa jibbaża ruħu fuqhom ġew adottati b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrent inkisru u/jew li huwa ġie nnegat protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Il-Kunsill naqas milli jikkonsulta lir-rikorrent qabel l-inklużjoni mill-ġdid, naqas milli jipprovdi lir-rikorrent il-materjal kollu li huwa bbaża ruħu fuqu, u naqas milli jagħti lir-rikorrent opportunità xierqa u ġusta sabiex jikkoreġi żbalji u jipproduċi informazzjoni. F’ebda stadju r-rikorrent ma ġie pprovdut b’evidenza serja, kredibbli jew konkreta u raġunijiet biex tiġi ġġustifikata l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi u ma teżisti l-ebda indikazzjoni li l-Kunsill ħa inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tar-rikorrent qabel t-teħid tad-deċiżjoni tiegħu.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma kellux bażi legali xierqa għat-Tmien Strumenti li jemendaw.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill għamel użu ħażin mill-poteri tiegħu.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà taħt l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkisru sa fejn, fost oħrajn, il-miżuri ristrettivi huma restrizzjoni mhux iġġustifikata u sproporzjonata fuq dawk id-drittijiet, għaliex inter alia: (i) ma hemm xejn li jindika li xi fondi allegatament approprjati indebitament mir-rikorrent jitqiesu li ġew ittrasferiti barra mill-Ukrajna; u (ii) ma huwa la neċessarju u lanqas xieraq li l-assi kollha tar-rikorrent jiġu ffriżati billi l-awtoritajiet tal-Ukrajna issa kkwantifikaw il-valur tat-telf li allegatament mitlub f’kawżi kriminali sottostanti kontra r-rikorrent.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESKdwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 10).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 1).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/42


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2020 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-292/20)

(2020/C 222/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Sankt-Peterburg, ir-Russja) (rappreżentant: M. Anderson, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 (1), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (EU) 2020/370 (2), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ma kienx jissodisfa l-kriterji indikati biex persuna tiġi elenkata fiż-żmien rilevanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta inkluda lir-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Il-Kunsill naqas milli jiżgura li kien hemm bażi fattwali soda biżżejjed għall-inklużjoni tar-rikorrent u naqas milli jivverifika li d-deċiżjonijet tal-awtoritajiet tal-Ukrajna li huwa bbaża ruħu fuqhom ittieħdu b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jidentifika r-raġunijiet konkreti u speċifiċi għall-inklużjoni tar-rikorrent. Il-Kunsill naqas ukoll milli jidentifika r-raġunijiet għalfejn huwa jikkunsidra li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Ukrajna li huwa jibbaża ruħu fuqhom ġew adottati b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrent inkisru u/jew li huwa ġie nnegat protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Il-Kunsill naqas milli jikkonsulta lir-rikorrent qabel l-inklużjoni mill-ġdid, naqas milli jipprovdi lir-rikorrent il-materjal kollu li huwa bbaża ruħu fuqu, u naqas milli jagħti lir-rikorrent opportunità xierqa u ġusta sabiex jikkoreġi żbalji u jipproduċi informazzjoni. F’ebda stadju r-rikorrent ma ġie pprovdut b’evidenza serja, kredibbli jew konkreta u raġunijiet biex tiġi ġġustifikata l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi u ma teżisti l-ebda indikazzjoni li l-Kunsill ħa inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tar-rikorrent qabel t-teħid tad-deċiżjoni tiegħu.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma kellux bażi legali xierqa għas-Sitt Strumenti li jemendaw.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill għamel użu ħażin mill-poteri tiegħu.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà taħt l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkisru sa fejn, fost oħrajn, il-miżuri ristrettivi huma restrizzjoni mhux iġġustifikata u sproporzjonata fuq dawk id-drittijiet, għaliex inter alia: (i) ma hemm xejn li jindika li xi fondi allegatament approprjati indebitament mir-rikorrent jitqiesu li ġew ittrasferiti barra mill-Ukrajna; u (ii) ma huwa la neċessarju u lanqas xieraq li l-assi kollha tar-rikorrent jiġu ffriżati billi l-awtoritajiet tal-Ukrajna issa kkwantifikaw il-valur tat-telf li allegatament mitlub f’kawżi kriminali sottostanti kontra r-rikorrent.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESKdwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 10).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 1).


6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/43


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2020 – Ruiz-Ruiz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/20)

(2020/C 222/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vanesa Ruiz-Ruiz (Alkmaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla:

Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2019 li teskludiha mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19 minħabba nuqqas ta’ esperjenza professjonali;

Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba ta’ eżami mill-ġdid tal-esklużjoni mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19;

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ Frar 2020 li tiċħad l-ilment magħmul abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq il-ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni.

Huwa sostnut f’dan ir-rigward li, minkejja ż-żewġ rimedji interni mfittxija (talba ta’ reviżjoni mill-bord tal-għażla u lment amministrattiv abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kriterju speċifiku li ma huwiex soddisfatt fil-livell tal-esperjenza professjonali għadu ma huwiex ċar.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza

Huwa sostnut f’dan ir-rigward li l-bord ta’ kompetizzjoni għandu l-obbligu li jiggarantixxi li l-evalwazzjonijiet tiegħu fuq il-kandidati kollha jsiru f’kundizzjonijiet ta’ ugwaljanza u ta’ oġġettività u li l-kriterji ta’ evalwazzjoni jkunu uniformi. Issa, billi mar lil hinn mill-avviż, il-bord ma żgurax l-oġġettività u l-imparzjalità tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, li saret barra mil-lex specialis tal-kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju konness ta’ ugwaljanza tal-partijiet fil-proċess (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

Huwa sostnut f’dan ir-rigward li l-bord tal-kompetizzjoni mmotiva b’mod estremament konċiż id-deċiżjoni kkontestata li tiċħad it-talba ta’ eżami mill-ġdid tar-rikorrenti. Fil-fatt, minbarra l-affermazzjonijiet ta’ natura ġenerali u l-indikazzjonijiet li kienu stabbilew kriterji ta’ għażla mingħajr ma kien speċifikat il-kontenut tagħhom, ebda spjegazzjoni preċiża ma ġiet ipprovduta lir-rikorrenti li tippermettilha li tifhem ir-raġunijiet li wassluha għad-deċiżjoni meħuda fil-konfronti tagħha. Konsegwentement, minn dan jista’ jiġi dedott, skont ir-rikorrenti, li l-eżami mill-ġdid fil-verità ma seħħx, li jippreġudika d-drittijiet ta’ difiża tagħha kif ukoll l-avviż stess li jipprevedi l-eżami mill-ġdid bħala mekkaniżmu ta’ protezzjoni għall-kandidat.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-20 ta’ Settembru 2019 hija wkoll nieqsa mill-motivazzjoni sa fejn għal darb’oħra, il-kriterji supplementari stabbiliti mill-bord b’żieda mal-avviż ma humiex spjegati, lanqas ma jinkludu ebda riferiment għall-esperjenza professjonali konkreta tar-rikorrenti, u dan minkejja d-deskrizzjoni preċiża fl-att ta’ kandidatura. Barra minn hekk, l-Awtorità tal-Ħatra lanqas ma bbażat ruħha fuq kuntest ġuridiku komplet għaliex ħadet inkunsiderazzjoni biss id-deċiżjoni inizjali tat-23 ta’ Mejju 2019, filwaqt li omettiet kwalunkwe anlaiżi u evalwazzjoni rigward l-eżami mill-ġdid.