ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 161

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
7 ta' Mejju 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 161/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 161/02

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2018 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

2

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 161/03

Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2018 dwar il-vaganzi ġudizzjarji

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 161/04

Kawżi Magħquda C-52/16 u C-113/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – SEGRO Kft. vs Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala (C-52/16), Günther Horváth vs Vas Megyei Kormányhivatal (C-113/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 63 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Drittijiet ta’ użufrutt fuq art agrikola — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-possibbiltà ta’ akkwist ta’ tali drittijiet fil-futur biss minn membri tal-familja qrib tal-proprjetarju tal-art u li tneħħi, mingħajr ma tipprevedi kumpens, id-drittijiet preċedentement akkwistati minn persuni ġuridiċi jew minn persuni fiżiċi li ma jistgħux jiġġustifikaw rabta parentali mill-qrib mal-imsemmi proprjetarju)

5

2018/C 161/05

Kawża C-127/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 – SNCF Mobilités, li kienet Société nationale des chemins de fer français (SNCF) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur Sernam — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u rikapitalizzazzjoni, garanziji u rinunzja tal-krediti minn SNCF fil-konfront ta’ Sernam — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Bejgħ tal-assi f’daqqa — Kunċett ta’ bejgħ — Konfużjoni bejn is-suġġett u l-prezz tal-bejgħ tal-assi f’daqqa — Proċedura miftuħa u trasparenti — Kriterju ta’ investitur privat — Applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju għal trasferiment tal-assi f’daqqa — Miżuri kumpensatorji)

6

2018/C 161/06

Kawżi magħquda C-274/16, C-447/16 u C-448/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf u tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA (C-274/16), Roland Becker vs Hainan Airlines Co. Ltd (C-447/16), Mohamed Barkan et vs Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA (C-448/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 5(1) — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Il-punt 1 tal-Artikolu 7 — Kunċett ta’ materji kuntrattwali — Kuntratt ta’ provvista ta’ servizz — Titjira b’konnessjoni operata minn trasportaturi bl-ajru differenti — Kunċett ta’ post ta’ eżekuzzjoni — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Dritt tal-passiġġieri bl-ajru għal kumpens fil-każ li ma jitħallewx jimbarkaw u għal dewmien sostanzjali ta’ titjira — Azzjoni għal kumpens intiża kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera mhux iddomiċiljat fuq it-territorju ta’ Stat Membru jew li l-passiġġieri ma għandhom l-ebda rabta kuntrattwali miegħu)

6

2018/C 161/07

Kawża C-284/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Ir-Repubblika Slovakka vs Achmea BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim bilaterali ta’ investiment konkluż fl-1991 bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u li għadu applikabbli bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Slovakka — Dispożizzjoni li tippermetti lil investitur ta’ parti kontraenti jadixxi Tribunal Arbitrali fil-każ ta’ tilwima mal-parti kontraenti l-oħra — Kompatibbiltà mal-Artikoli 18, 267 u 344 TFUE — Kunċett ta’ qorti jew tribunal — Awtonomija tad-dritt tal-Unjoni)

7

2018/C 161/08

Kawża C-395/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – DOCERAM GmbH vs CeramTec GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Disinn Komunitarju — Artikolu 8(1) — Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Eżistenza ta’ disinni alternattivi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perspettiva ta’ osservatur oġġettiv)

8

2018/C 161/09

Kawża C-494/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Trapani – l-Italja) – Giuseppa Santoro vs Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Xogħol għal żmien determinat — Kuntratti konklużi ma’ persuna li timpjega li jaqgħu taħt is-settur pubbliku — Miżuri intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

9

2018/C 161/10

Kawża C-560/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – E.ON Czech Holding AG vs Michael Dědouch, Petr Streitberg, Pavel Suda (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Ġurisdizzjoni esklużiva — Il-punt 2 tal-Artikolu 22 — Validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tal-kumpanniji jew tal-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dan l-Istat Membru — Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija li tordna t-trasferiment obbligatorju tat-titoli tal-azzjonisti minoritarji ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist maġġoritarju tagħha u li tistabbilixxi l-ammont tal-korrispettiv li għandu jitħallas lilhom minn dan tal-aħħar — Proċedura ġudizzjarja li għandha l-għan li tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv)

9

2018/C 161/11

Kawża C-579/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs FIH Holding A/S, FIH Erhvervsbank A/S (Appell — Għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ għajnuna — Kunċett ta’ vantaġġ ekonomiku — Prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq — Kundizzjonijiet għall-applikabbiltà u għall-applikazzjoni — Kriżi finanzjarja — Interventi suċċessivi ta’ salvataġġ ta’ bank — Teħid inkunsiderazzjoni jew le, matul l-evalwazzjoni tat-tieni intervent, tar-riskji li jirriżultaw mill-impenji meħuda mill-Istat Membru matul l-ewwel intervent)

10

2018/C 161/12

Kawża C-651/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – DW vs Valsts sociālās apdrošināšanas aģentūra (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Allowance tal-maternità — Kalkolu tal-ammont fuq il-bażi tad-dħul tal-persuna assigurata matul perijodu ta’ referenza ta’ tnax-il xahar — Persuna li kienet, matul dan il-perijodu, fis-servizz ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iffissar tal-ammont inkwistjoni għal 70 % tal-bażi medja ta’ kontribuzzjoni ta’ assigurazzjoni — Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

11

2018/C 161/13

Kawża C-31/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – Franza) – Cristal Union, venant aux droits de Sucrerie de Toury SA vs Ministre de l'Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Artikolu 14(1)(a) — Prodotti ta’ enerġija użati fil-produzzjoni ta’ elettriku — Obbligu ta’ eżenzjoni — Artikolu 15(1)(ċ) — Prodotti ta’ enerġija użati fil-produzzjoni konġunta ta’ sħana u ta’ enerġija — Fakultà ta’ eżenzjoni jew ta’ tnaqqis tal-livell ta’ tassazzjoni — Gass naturali intiż għall-koġenerazzjoni ta’ sħana u ta’ elettriku)

11

2018/C 161/14

Kawża C-64/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Saey Home & Garden NV/SA vs Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Artikolu 25 — Eżistenza ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni — Ftehim verbali mingħajr konferma bil-miktub — Klawżola inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ imsemmija fil-fatturi — Punt 1(b) tal-Artikolu 7 — Kuntratt ta’ konċessjoni kummerċjali bejn kumpanniji stabbiliti f’żewġ Stati Membri differenti li jikkonċerna s-suq ta’ Stat Membru ieħor — It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) — Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni — Post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligazzjoni karatteristika ta’ tali kuntratt

12

2018/C 161/15

Kawża C-159/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius vs Ministerul Finanţelor Publice – A.N.A.F. – D.G.R.F.P. Galaţi – Serviciul Soluţionare Contestaţii, A.N.A.F – D.G.R.F.P. Galaţi – A.J.F.P. Constanţa – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Fizice 2 Constanţa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Annullament tar-reġistrazzjoni tal-VAT — Obbligu ta’ ħlas tal-VAT miġbura fil-perijodu li matul tiegħu n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT ikun annullat — Nuqqas ta’ rikonoxximent tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT marbuta ma’ akkwisti li saru matul dan il-perijodu)

13

2018/C 161/16

Kawża C-642/17 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2017 minn Arrigoni SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-22 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-454/16 – Arrigoni vs EUIPO – Arrigoni Battista (Arrigoni Valtaleggio)

14

2018/C 161/17

Kawża C-67/18 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 minn Dominique Bilde mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-633/16, Bilde vs Il-Parlament

14

2018/C 161/18

Kawża C-70/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Frar 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs A et

16

2018/C 161/19

Kawża C-72/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona (Spanja) fil-5 ta’ Frar 2018 – Daniel Ustariz Aróstegui vs Departamento de Educación del Gobierno de Navarra

17

2018/C 161/20

Kawża C-84/18 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 minn Sophie Montel mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-634/16, Sophie Montel vs Il-Parlament

17

2018/C 161/21

Kawża C-86/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

19

2018/C 161/22

Kawża C-87/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

20

2018/C 161/23

Kawża C-88/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

20

2018/C 161/24

Kawża C-95/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Frar 2018 – Sociale Verzekeringsbank, partijiet oħra fil-proċedura: F. van den Berg u H.D. Giesen

21

2018/C 161/25

Kawża C-96/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Frar 2018 – Sociale Verzekeringsbank, parti oħra fil-proċedura: C.E. Franzen

22

2018/C 161/26

Kawża C-100/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-12 ta’ Frar 2018 – Línea Directa Aseguradora S.A. vs Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros

23

2018/C 161/27

Kawża C-103/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 8 de Madrid (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Domingo Sánchez Ruiz vs Comunidad de Madrid (Servicio Madrileño de Salud)

23

2018/C 161/28

Kawża C-105/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Asociación Española de la Industria Eléctrica (UNESA) vs Administración General del Estado

25

2018/C 161/29

Kawża C-106/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Energía de Galicia (Engasa) S.A. vs Administración General del Estado

26

2018/C 161/30

Kawża C-107/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Duerocanto S.L. vs Administración General del Estado

27

2018/C 161/31

Kawża C-108/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Corporación Acciona Hidráulica (Acciona) S.L.U. vs Administración General del Estado

28

2018/C 161/32

Kawża C-109/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Associació de Productors i Usuaris d’Energia Elèctrica vs Administración General del Estado

29

2018/C 161/33

Kawża C-110/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – José Manuel Burgos Pérez u María del Amor Guinea Bueno vs Administración General del Estado

30

2018/C 161/34

Kawża C-111/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Endesa Generación S.A. vs Administración General del Estado

30

2018/C 161/35

Kawża C-112/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Asociación de Productores de Energías Renovables (APPA) vs Administración General del Estado

31

2018/C 161/36

Kawża C-113/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Parc del Segre S.A. et vs Administración General del Estado

32

2018/C 161/37

Kawża C-117/18 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 minn PGNiG Supply & Trading GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-849/16, PGNiG Supply & Trading GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

33

2018/C 161/38

Kawża C-119/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Telefónica Móviles España S.A.U. vs Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

34

2018/C 161/39

Kawża C-120/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Orange España S.A.U. vs Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

35

2018/C 161/40

Kawża C-121/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-14 ta’ Frar 2018 – Vodafone España S.A.U. vs Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

36

2018/C 161/41

Kawża C-123/18 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 minn HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-692/15, HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

37

2018/C 161/42

Kawża C-132/18 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-728/16, Tuerck vs Il-Kummissjoni

38

2018/C 161/43

Kawża C-142/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appell de Bruxelles (il-Belġju) fit-23 ta’ Frar 2018 – Skype Communications Sàrl vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

39

2018/C 161/44

Kawża C-145/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Frar 2018 – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

40

2018/C 161/45

Kawża C-149/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fis-26 ta’ Frar 2018 – Agostinho da Silva Martins vs Dekra Claims Services Portugal SA

41

2018/C 161/46

Kawża C-152/18 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 minn Crédit mutuel Arkéa mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-712/15 – Crédit mutuel Arkéa vs Il Bank Ċentrali Ewropew

41

2018/C 161/47

Kawża C-153/18 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 minn Crédit mutuel Arkéa mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-52/16 – Crédit mutuel Arkéa vs Il Bank Ċentrali Ewropew

42

2018/C 161/48

Kawża C-202/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Ilmārs Rimšēvičs vs Ir-Repubblika tal-Latvja

43

2018/C 161/49

Kawża C-238/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2018 – Il-Bank Ċentrali Ewropew vs Ir-Repubblika tal-Latvja

44

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 161/50

Kawża T-540/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – De Capitani vs Il-Parlament (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jirrigwardaw proċedura leġiżlattiva pendenti — Trilogi — Tabelli b’erba’ kolonni li jikkonċernaw il-proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Europol u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess għat-tabelli b’erba’ kolonni stabbiliti fil-kuntest tat-trilogi)

46

2018/C 161/51

Kawża T-242/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Stavytskyi vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Proporzjonalità — Bażi legali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

47

2018/C 161/52

Kawża T-442/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Šroubárna Ždánice vs Il-Kunsill [Talba għar-rimbors tad-dazji antidumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja — Regolament (KE) Nru 91/2009 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 723/2011 — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali]

47

2018/C 161/53

Kawża T-579/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – HJ vs EMA (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat għal kuntratt għal żmien indeterminat — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dmir ta’ premura — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal smigħ — Rapport ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

48

2018/C 161/54

Kawża T-734/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Argyraki vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Kalkolu tas-snin ta’ servizz — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju — Kundizzjonijiet — Bażi legali)

49

2018/C 161/55

Kawża T-60/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Safe Skies vs EUIPO – Travel Sentry (TSA LOCK) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TSA LOCK — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru distintiv — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

50

2018/C 161/56

Kawża T-272/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Webgarden vs EUIPO (Dating Bracelet) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Dating Bracelet — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Prassi preċedenti tal-EUIPO — Ugwaljanza fit-trattament — Ċertezza legali]

50

2018/C 161/57

Kawża T-246/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Aurora Group Danmark vs EUIPO – Retail Distribution (PANZER) (Trade Mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

51

2018/C 161/58

Kawża T-567/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Disney Enterprises vs EUIPO – Di Molfetta (DiSNEY FROZEN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

51

2018/C 161/59

Kawża T-46/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Comune di Milano vs Il-Kunsill (Astensjoni)

52

2018/C 161/60

Kawża T-109/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2018 – VI vs Il-Kummissjoni

53

2018/C 161/61

Kawża T-115/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2018 – Tomasz Kawałko Trofeum vs EUIPO – Ferrero (KINDERPRAMS)

54

2018/C 161/62

Kawża T-129/18: Rikors ippreżentat fil-01 ta’ Marzu 2018 – HMV (Brands) vs EUIPO – Our Price Records (OUR PRICE)

54

2018/C 161/63

Kawża T-140/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – LMP Lichttechnik Vertriebs vs EUIPO (LITECRAFT)

55

2018/C 161/64

Kawża T-143/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Société générale vs BĊE

56

2018/C 161/65

Kawża T-144/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Crédit Agricole et vs BĊE

57

2018/C 161/66

Kawża T-145/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Confédération nationale du Crédit mutuel et vs BĊE

57

2018/C 161/67

Kawża T-146/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – BPCE et vs BĊE

58

2018/C 161/68

Kawża T-149/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Arkéa Direct Bank et vs BĊE

58

2018/C 161/69

Kawża T-150/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – BNP Paribas vs BĊE

59

2018/C 161/70

Kawża T-156/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2018 – Legutko u Poręba vs Il-Parlament

59

2018/C 161/71

Kawża T-163/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill

60

2018/C 161/72

Kawża T-164/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kampete vs Il-Kunsill

61

2018/C 161/73

Kawża T-165/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kahimbi Kasagwe vs Il-Kunsill

61

2018/C 161/74

Kawża T-166/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Ilunga Luvoyo vs Il-Kunsill

62

2018/C 161/75

Kawża T-167/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kanyama vs Il-Kunsill

63

2018/C 161/76

Kawża T-168/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Numbi vs Il-Kunsill

63

2018/C 161/77

Kawża T-169/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kibelisa Ngambasai vs Il-Kunsill

64

2018/C 161/78

Kawża T-170/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill

64

2018/C 161/79

Kawża T-171/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Boshab vs Il-Kunsill

65

2018/C 161/80

Kawża T-172/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Akili Mundos vs Il-Kunsill

65

2018/C 161/81

Kawża T-173/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

66

2018/C 161/82

Kawża T-174/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Mutondo vs Il-Kunsill

67

2018/C 161/83

Kawża T-175/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill

67

2018/C 161/84

Kawża T-176/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Mende Omalanga vs Il-Kunsill

68

2018/C 161/85

Kawża T-177/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill

68

2018/C 161/86

Kawża T-180/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – VJ vs SEAE

69

2018/C 161/87

Kawża T-181/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (TAKE CARE)

70

2018/C 161/88

Kawża T-185/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2018 – Lucchini vs Il-Kummissjoni

70

2018/C 161/89

Kawża T-191/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Vetturi)

71

2018/C 161/90

Kawża T-192/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Vetturi)

72


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 161/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 152, 30.4.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 142, 23.4.2018

ĠU C 134, 16.4.2018

ĠU C 123, 9.4.2018

ĠU C 112, 26.3.2018

ĠU C 104, 19.3.2018

ĠU C 94, 12.3.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/2


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

tat-13 ta’ Marzu 2018

dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

(2018/C 161/02)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,

billi tikkunsidra li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu ffissati d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:

l-1 ta’ Jannar,

it-Tnejn ta’ wara l-Għid,

l-1 ta’ Mejju,

l-Axxensjoni,

it-Tnejn ta’ wara Pentekoste,

it-23 ta’ Ġunju,

il-15 ta’ Awwissu,

l-1 ta’ Novembru,

il-25 ta’ Diċembru,

is-26 ta’ Diċembru.

Artikolu 2

Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2018 u l-31 ta’ Ottubru 2019, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2018: mit-Tnejn 17 ta’ Diċembru 2018 sal-Ħadd 6 ta’ Jannar 2019, biż-żewġ ġranet inklużi,

Għid 2019: mit-Tnejn 15 ta’ April 2019 sal-Ħadd 28 ta’ April 2019, biż-żewġ ġranet inklużi,

Sajf 2019: mit-Tlieta 16 ta’ Lulju 2019 sas-Sibt 31 ta’ Awwissu 2019, biż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Marzu 2018.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

K. LENAERTS


Il-Qorti Ġenerali

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/4


DEĊIŻJONI TAL-QORTI ĠENERALI

tal-21 ta’ Marzu 2018

dwar il-vaganzi ġudizzjarji

(2018/C 161/03)

IL-QORTI ĠENERALI

Wara li rat l-Artikolu 41(2) tar-Regoli tal-Proċedura,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għas-sena ġudizzjarja li tibda fl-1 ta’ Settembru 2018, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 41(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2018: mit-Tnejn 17 ta’ Diċembru 2018 sal-Ħadd 6 ta’ Jannar 2019, iż-żewġ ġranet inklużi;

Għid 2019: mit-Tnejn 15 ta’ April 2019 sal-Ħadd 28 ta’ April 2019, iż-żewġ ġranet inklużi;

Sajf 2019: mit-Tlieta 16 ta’ Lulju 2019 sas-Sibt 31 ta’ Awwissu 2019, iż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Marzu 2018.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – “SEGRO” Kft. vs Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala (C-52/16), Günther Horváth vs Vas Megyei Kormányhivatal (C-113/16)

(Kawżi Magħquda C-52/16 u C-113/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Drittijiet ta’ użufrutt fuq art agrikola - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-possibbiltà ta’ akkwist ta’ tali drittijiet fil-futur biss minn membri tal-familja qrib tal-proprjetarju tal-art u li tneħħi, mingħajr ma tipprevedi kumpens, id-drittijiet preċedentement akkwistati minn persuni ġuridiċi jew minn persuni fiżiċi li ma jistgħux jiġġustifikaw rabta parentali mill-qrib mal-imsemmi proprjetarju))

(2018/C 161/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“SEGRO” Kft. (C-52/16), Günther Horváth (C-113/16)

Konvenuti: Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala (C-52/16), Vas Megyei Kormányhivatal (C-113/16)

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li biha d-drittijiet ta’ użufrutt preċedentement ikkostitwiti fuq art agrikola u li d-detenturi tagħhom ma għandhomx il-kwalità ta’ parentela mill-qrib mal-proprjetarju ta’ dawn l-artijiet jiġu estinti ipso jure u, konsegwentement, imħassra mir-Reġistri tal-Artijiet.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.

ĠU C 211, 13.6.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 – SNCF Mobilités, li kienet Société nationale des chemins de fer français (SNCF) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ

(Kawża C-127/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur Sernam - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u rikapitalizzazzjoni, garanziji u rinunzja tal-krediti minn SNCF fil-konfront ta’ Sernam - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Bejgħ tal-assi f’daqqa - Kunċett ta’ “bejgħ” - Konfużjoni bejn is-suġġett u l-prezz tal-bejgħ tal-assi f’daqqa - Proċedura miftuħa u trasparenti - Kriterju ta’ investitur privat - Applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju għal trasferiment tal-assi f’daqqa - Miżuri kumpensatorji))

(2018/C 161/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: SNCF Mobilités, li kienet Société nationale des chemins de fer français (SNCF) (rappreżentanti P. Beurier, O. Billard, G. Fabre u V. Landes, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u T. Maxian Rusche, aġenti), ir-Repubblika Franċiża, Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ) (rappreżentanti: B. Vatier u F. Loubières, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

SNCF Mobilités għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll minn Mory SA u Mory Team.


(1)  ĠU C 145, 25.04.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf u tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA (C-274/16), Roland Becker vs Hainan Airlines Co. Ltd (C-447/16), Mohamed Barkan et vs Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA (C-448/16)

(Kawżi magħquda C-274/16, C-447/16 u C-448/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 5(1) - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Il-punt 1 tal-Artikolu 7 - Kunċett ta’ “materji kuntrattwali” - Kuntratt ta’ provvista ta’ servizz - Titjira b’konnessjoni operata minn trasportaturi bl-ajru differenti - Kunċett ta’ “post ta’ eżekuzzjoni” - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Dritt tal-passiġġieri bl-ajru għal kumpens fil-każ li ma jitħallewx jimbarkaw u għal dewmien sostanzjali ta’ titjira - Azzjoni għal kumpens intiża kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera mhux iddomiċiljat fuq it-territorju ta’ Stat Membru jew li l-passiġġieri ma għandhom l-ebda rabta kuntrattwali miegħu))

(2018/C 161/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf, Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: flightright GmbH (C-274/16), Roland Becker (C-447/16), Mohamed Barkan, Souad Asbai, Assia Barkan, Zakaria Barkan, Nousaiba Barkan (C-448/16)

Konvenuti: Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA (C-274/16), Hainan Airlines Co. Ltd (C-447/16), Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA (C-448/16)

Dispożittiv

1)

It-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal konvenut iddomiċiljat fi Stat terz, bħall-konvenuta fil-kawża prinċipali.

2)

Il-punt 1(a) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “materji kuntrattwali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ikopri l-azzjoni tal-passiġġieri bl-ajru għal kumpens għal dewmien sostanzjali ta’ titjira b’konnessjoni, mibdija abbażi tar-Regolament Nru 261/2004 kontra trasportatur tal-ajru li jopera li ma huwiex il-parti l-oħra tal-kuntratt tal-passiġġier ikkonċernat.

3)

It-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 u t-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ titjira b’konnessjoni, jikkostitwixxi l-“post ta’ eżekuzzjoni” ta’ din it-titjira, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-post tal-wasla tat-tieni titjira, meta t-trasport fuq iż-żewġ titjiriet ikun operat minn żewġ trasportaturi bl-ajru differenti u li r-rikors għal kumpens għal dewmien sostanzjali ta’ din it-titjira b’konnessjoni abbażi tar-Regolament Nru 261/2004 huwa bbażat fuq fatt li seħħ fuq l-ewwel wieħed mill-imsemmija titjiriet, operat mit-trasportatur bl-ajru li ma huwiex il-parti l-oħra tal-kuntratt tal-passiġġieri kkonċernati.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.

ĠU C 428, 21.11.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Ir-Repubblika Slovakka vs Achmea BV

(Kawża C-284/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim bilaterali ta’ investiment konkluż fl-1991 bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u li għadu applikabbli bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Slovakka - Dispożizzjoni li tippermetti lil investitur ta’ parti kontraenti jadixxi Tribunal Arbitrali fil-każ ta’ tilwima mal-parti kontraenti l-oħra - Kompatibbiltà mal-Artikoli 18, 267 u 344 TFUE - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” - Awtonomija tad-dritt tal-Unjoni))

(2018/C 161/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka

Konvenuti: Achmea BV

Dispożittiv

L-Artikoli 267 u 344 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni inkluża fi ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Istati Membri, bħall-Artikolu 8 tal-Ftehim fuq l-Inċentivazzjoni u l-Protezzjoni Reċiproċi tal-Investimenti bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka, skont liema investitur ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri jista’, fil-każ ta’ tilwima dwar investimenti fl-Istat Membru l-ieħor, iniedi proċedura kontra dan l-Istat Membru tal-aħħar quddiem Tribunal Arbitrali, li dan l-Istat Membru huwa obbligat jaċċetta l-kompetenza tiegħu.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – DOCERAM GmbH vs CeramTec GmbH

(Kawża C-395/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinn Komunitarju - Artikolu 8(1) - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Eżistenza ta’ disinni alternattivi - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perspettiva ta’ “osservatur oġġettiv”))

(2018/C 161/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DOCERAM GmbH

Konvenuta: CeramTec GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott huma esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu, hemm lok li jiġi stabbilit li din il-funzjoni hija l-uniku fattur li ddetermina dawn il-karatteristiċi, peress li l-eżistenza ta’ disinni alternattivi ma hijiex determinanti f’dan ir-rigward.

2)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-karatteristiċi rilevanti tad-dehra ta’ prodott huma esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija l-qorti nazzjonali li għandha tikkunsidra ċ-ċirkustanzi oġġettivi rilevanti kollha ta’ kull każ partikolari. Ma hemmx lok, f’dan ir-rigward, li wieħed jibbaża ruħu fuq il-perċezzjoni ta’ “osservatur oġġettiv”.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Trapani – l-Italja) – Giuseppa Santoro vs Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-494/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Kuntratti konklużi ma’ persuna li timpjega li jaqgħu taħt is-settur pubbliku - Miżuri intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività))

(2018/C 161/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale civile di Trapani

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Giuseppa Santoro

Konvenuti: Comune di Valderice, Presidenza del Consiglio dei Ministri

Dispożittiv

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [għal żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, ma tissanzjonax l-użu abbużiv, minn persuna li timpjega li taqa’ taħt is-settur pubbliku, ta’ sensiela ta’ kuntratti għal żmien determinat bil-ħlas, lill-ħaddiem ikkonċernat, ta’ allowance intiża li tikkumpensa l-assenza ta’ bidla tar-relazzjoni tax-xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, iżda li, min-naħa l-oħra, tipprevedi l-għoti ta’ kumpens inkluż bejn 2,5 u 12-il ħlasijiet mensili tal-aħħar remunerazzjoni tal-imsemmi ħaddiem, flimkien mal-possibbiltà, għal dan tal-aħħar, li jikseb il-kumpens sħiħ tad-dannu billi juri, permezz ta’ preżunzjoni, it-telf ta’ opportunitajiet li jsib xogħol jew li, fil-każ li ġiet organizzata b’mod regolari kompetizzjoni ta’ reklutaġġ, ikun għadda b’suċċess minn din il-kompetizzjoni, sa fejn tali leġiżlazzjoni tinkludi mekkaniżmu ta’ sanzjoni effettiv u dissważiv, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – E.ON Czech Holding AG vs Michael Dědouch, Petr Streitberg, Pavel Suda

(Kawża C-560/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni esklużiva - Il-punt 2 tal-Artikolu 22 - Validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tal-kumpanniji jew tal-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru - Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dan l-Istat Membru - Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija li tordna t-trasferiment obbligatorju tat-titoli tal-azzjonisti minoritarji ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist maġġoritarju tagħha u li tistabbilixxi l-ammont tal-korrispettiv li għandu jitħallas lilhom minn dan tal-aħħar - Proċedura ġudizzjarja li għandha l-għan li tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv))

(2018/C 161/10)

Lingwa tal-kawża: ic-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.ON Czech Holding AG

Konvenuti: Michael Dědouch, Petr Streitberg, Pavel Suda

fil-preżenza ta’: Jihočeská plynárenská, a.s.

Dispożittiv

Il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġ interpretat fis-sens li rikors, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandu bħala suġġett l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali ta’ kumpannija għandu jħallas lill-azzjonisti minoritarji ta’ din fil-każ tat-trasferiment obbligatorju tal-azzjonijiet tagħhom lil dan l-azzjonist prinċipali, jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita din il-kumpannija.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs FIH Holding A/S, FIH Erhvervsbank A/S

(Kawża C-579/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “għajnuna” - Kunċett ta’ “vantaġġ ekonomiku” - Prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq - Kundizzjonijiet għall-applikabbiltà u għall-applikazzjoni - Kriżi finanzjarja - Interventi suċċessivi ta’ salvataġġ ta’ bank - Teħid inkunsiderazzjoni jew le, matul l-evalwazzjoni tat-tieni intervent, tar-riskji li jirriżultaw mill-impenji meħuda mill-Istat Membru matul l-ewwel intervent))

(2018/C 161/11)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar, L. Flynn u K. Blanck-Putz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: FIH Holding A/S, FIH Erhvervsbank A/S (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2016, FIH Holdings u FIH Erhvervsbank vs Il-Kummissjoni (T-386/14, EU:T:2016:474), hija annullata.

2)

L-ewwel motiv tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea huwa miċħud.

3)

Il-kawża qed tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq it-tieni motiv.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – DW vs Valsts sociālās apdrošināšanas aģentūra

(Kawża C-651/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Allowance tal-maternità - Kalkolu tal-ammont fuq il-bażi tad-dħul tal-persuna assigurata matul perijodu ta’ referenza ta’ tnax-il xahar - Persuna li kienet, matul dan il-perijodu, fis-servizz ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iffissar tal-ammont inkwistjoni għal 70 % tal-bażi medja ta’ kontribuzzjoni ta’ assigurazzjoni - Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali))

(2018/C 161/12)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DW

Konvenuta: Valsts sociālās apdrošināšanas aģentūra

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-bażi medja ta’ kontribuzzjoni ta’ assigurazzjoni li sservi għall-kalkolu tal-ammont tal-allowance tal-maternità, tassimila x-xhur tal-perijodu ta’ referenza li matulhom il-persuna kkonċernata ħadmet ma’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u li matulhom ma kinitx ġiet affiljata mal-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru, ma’ perijodu ta’ nuqqas ta’ impjieg u għalihom tapplika bażi medja ta’ kontribuzzjoni stabbilita fl-imsemmi Stat Membru, li jkollu bħala effett li jitnaqqas sostanzjalment l-ammont tal-allowance tal-maternità mogħtija lil din il-persuna meta mqabbel ma’ dak li din tal-aħħar setgħet titlob kieku kienet eżerċitat attività professjonali unikament f’dan l-istess Stat Membru.


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – Franza) – Cristal Union, venant aux droits de Sucrerie de Toury SA vs Ministre de l'Économie et des Finances

(Kawża C-31/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Artikolu 14(1)(a) - Prodotti ta’ enerġija użati fil-produzzjoni ta’ elettriku - Obbligu ta’ eżenzjoni - Artikolu 15(1)(ċ) - Prodotti ta’ enerġija użati fil-produzzjoni konġunta ta’ sħana u ta’ enerġija - Fakultà ta’ eżenzjoni jew ta’ tnaqqis tal-livell ta’ tassazzjoni - Gass naturali intiż għall-koġenerazzjoni ta’ sħana u ta’ elettriku))

(2018/C 161/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cristal Union, venant aux droits de Sucrerie de Toury SA

Konvenut: Ministre de l'Économie et des Finances

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika għall-prodotti ta’ enerġija użati għall-produzzjoni ta’ elettriku meta dawn il-prodotti jintużaw għall-produzzjoni konġunta ta’ dan tal-aħħar u ta’ sħana, fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 112, 10.04.2017.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Saey Home & Garden NV/SA vs Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA

(Kawża C-64/17) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 25 - Eżistenza ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Ftehim verbali mingħajr konferma bil-miktub - Klawżola inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ imsemmija fil-fatturi - Punt 1(b) tal-Artikolu 7 - Kuntratt ta’ konċessjoni kummerċjali bejn kumpanniji stabbiliti f’żewġ Stati Membri differenti li jikkonċerna s-suq ta’ Stat Membru ieħor - It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) - Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni - Post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligazzjoni karatteristika ta’ tali kuntratt”)

(2018/C 161/14)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saey Home & Garden NV/SA

Konvenuti: Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, b’riżerva għal verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, stabbilita f’kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ imsemmija f’fatturi maħruġa minn waħda mill-partijiet kontraenti, ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, skont din id-dispożizzjoni, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża għad-danni marbuta mat-terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ konċessjoni kummerċjali, konkluż bejn żewġ kumpanniji stabbiliti u li joperaw f’żewġ Stati Membri differenti, għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti fis-suq nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, li fit-territorju tiegħu l-ebda minn dawn il-kumpanniji ma għandha sussidjarja jew stabbiliment, hija dik tal-Istat Membru li fih issir il-provvista karatteristika tas-servizzi, li jkun jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll, fin-nuqqas ta’ tali dispożizzjonijiet, mill-eżekuzzjoni effettiva ta’ dan il-kuntratt u, f’każ li din id-determinazzjoni ma tkunx possibbli abbażi ta’ dan, allura tkun il-qorti tad-domiċilju tal-fornitur.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius vs Ministerul Finanţelor Publice – A.N.A.F. – D.G.R.F.P. Galaţi – Serviciul Soluţionare Contestaţii, A.N.A.F – D.G.R.F.P. Galaţi – A.J.F.P. Constanţa – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Fizice 2 Constanţa

(Kawża C-159/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Annullament tar-reġistrazzjoni tal-VAT - Obbligu ta’ ħlas tal-VAT miġbura fil-perijodu li matul tiegħu n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT ikun annullat - Nuqqas ta’ rikonoxximent tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT marbuta ma’ akkwisti li saru matul dan il-perijodu))

(2018/C 161/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius

Konvenuti: Ministerul Finanţelor Publice – A.N.A.F. – D.G.R.F.P. Galaţi – Serviciul Soluţionare Contestaţii, A.N.A.F – D.G.R.F.P. Galaţi – A.J.F.P. Constanţa – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Fizice 2 Constanţa

Dispożittiv

L-Artikoli 167 sa 169 u 179, l-Artikolu 213(1), l-Artikolu 214(1) u l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-amministrazzjoni fiskali tirrifjuta lill-persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fil-każ li jiġi stabbilit li, minħabba nuqqasijiet allegati fil-konfront ta’ din tal-aħħar, l-amministrazzjoni fiskali ma setax ikollha l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġi stabbilit li r-rekwiżiti sostantivi li jagħtu lok għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa mill-imsemmija persuna huma ssodisfatti jew li din tal-aħħar aġixxiet frawdolożament sabiex tibbenefika minn dan id-dritt, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 221, 10.07.2017.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/14


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2017 minn Arrigoni SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-22 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-454/16 – Arrigoni vs EUIPO – Arrigoni Battista (Arrigoni Valtaleggio)

(Kawża C-642/17 P)

(2018/C 161/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Arrigoni SpA (rappreżentant: P. Di Gravio, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Arrigoni Battista SpA

B’digriet tat-22 ta’ Marzu 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Arrigoni SpA tbati l-ispejjeż tagħha stess.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/14


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 minn Dominique Bilde mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-633/16, Bilde vs Il-Parlament

(Kawża C-67/18 P)

(2018/C 161/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Dominique Bilde (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fis-6 ta’ Lulju 2016, li tispeċifika “li l-ammont ta’ EUR 40 320 ġie mħallas indebitament favur Dominique Bilde” u tordna lill-awtorità kompetenti u lill-kontabilista tal-istituzzjoni sabiex jipproċedu bl-irkupru ta’ din is-somma;

Tannulla n-nota ta’debitu Nru 2016-889 kollha ffirmata mill-istess direttur ġenerali tal-finanzi fid-data tad-29 ta’ Ġunju 2016;

Tiddeċiedi skont id-dritt dwar l-ammont li għandu jingħata lill-appellanti bħala kumpens għad-dannu morali li hija sofriet b’riżultat tal-akkużi infondati magħmula qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni, tal-ħsara kkawżata lill-immaġni tagħha u tal-inkwiet kbir ikkawżat fil-ħajja personali u politika tagħha permezz tad-deċiżjoni appellata;

Tiddeċiedi skont id-dritt dwar l-ammont li għandu jingħata lill-appellanti bħala spejjeż tal-proċedura;

Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-apellanti tinvoka 11-il aggravju.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-inkompetenza tal-awtur tal-att

Il-kwistjonijiet finanzjarji huma l-kompetenza tal-Uffiċju tal-Parlament Ewropew u mhux tas-Segretarju Ġenerali

Assenza ta’ delega tas-Segretarju Ġenerali

Eċċezzjoni ta’ illegalità minħabba l-ksur tal-indipendenza tal-parlamentari u tad-dritt għal sentenza imparzjali

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq il-prinċipju ta’ “electa una via

Il-President tal-Parlament adixxa lill-OLAF u nieda proċeduri quddiem il-ġustizzja Franċiża

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża

Ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza mill-President tal-Parlament

L-amministrazzjoni tal-Parlament hija l-qorti u l-parti

Bdil fl-ilmenti invokati mill-Parlament matul il-proċedura

Rifjut tas-Segretarju Ġenerali li jisma lill-appellanti

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova

Il-Parlament obbliga lill-appellanti sabiex tipprova li hija ma kienet wettqet l-ebda nuqqas meta huwa ma kellu ebda element li jippermettilu serjament li jallega l-eżistenza ta’ nuqqas

5.

Il-ħames agrravju bbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

L-unika raġuni invokata hija l-publikazzjoni ta’ organigramma, għalkemm din tal-aħħar ma tipprova xejn

6.

Is-sitt aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettativi leġittimi

L-ebda regola ma tistabbilixxi l-lista tad-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti u għalhekk l-appellanti hija suġġetta għall-arbitrarjetà tal-Parlament

7.

Is-seba’ aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet ċiviċi tal-assistenti parlamentari

Il-Parlament jipprojbixxi l-assistenti milli jkollhom attività politika

8.

It-tmien aggravju bbażat fuq trattament diskriminatorju, fuq “Fumus persecutionis” u fuq użu ħażin ta’ poter

L-appellanti ssubixxiet din il-proċedura minħabba l-ostilità politika murija mill-President tal-Parlament Ewropew

9.

Id-disa’ aggravju bbażat fuq ksur tal-independenza tad-deputati

Ix-xogħol tal-assistent paralmentari ma jillimitax ruħu għax-xogħol leġiżlattiv

10.

L-għaxar aggravju bbażat fuq interpretazzjoni ħażina tal-fatti

Il-Parlament ikkuntenta ruħu billi wieġeb li d-dokumenti kkomunikati mill-appellanti ma pprovaw xejn filwaqt li dawn id-dokumenti kienu jipprovaw ix-xogħol tal-assistent

Il-Parlament ma huwiex kapaċi jipprova l-pretensjonijiet tiegħu

11.

Il-ħdax-il aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

L-organigramma (punt tat-tluq tal-proċeduri mnedija mill-President tal-Parlament) ġiet ippubblikata fi Frar 2015 iżda r-repetizzjoni tal-ammont imħallas b’mod indebitu tmur lura għal Ottubru 2014


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Frar 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs A et

(Kawża C-70/18)

(2018/C 161/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Konvenuti: A, B, P

Domandi preliminari

1)

a.

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2/76 (1) tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, f’termini ġenerali, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ data bijometrika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi Torok, f’sistema ta’ ħażna fis-sens tal-Artikolu 2, initio u (a) u b) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), peress li din il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tal-għan leġittimu, previst minn dan ir-regolament, ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-frodi tal-identità u dokumentali?

b.

Il-fatt li t-tul ta’ ħażna ta’ data bijometrika jkun marbut ma’ dak tar-residenza legali u/jew illegali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi Torok, huwa element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward?

2)

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2/76 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali ma tikkostitwixxix restrizzjoni fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet meta l-effett tagħha fuq l-aċċess għall-impjieg kif previst minnhom huwa wisq inċert u indirett sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li jeżisti ostakolu għal dan l-aċċess?

3)

a.

Jekk hemm lok li t-tieni domanda tiġi risposta fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ terzi ta’ data bijometrika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi Torok, li tinsab f’sistema ta’ ħażna għal għanijiet ta’ prevenzjoni, ta’ sejbien u ta’ investigazzjoni ta’ ksur – terroristiċi jew mhux – tikkostitiwxxi restrizzjoni ġdida, l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 8 ta’ din il-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali?

b.

Il-fatt li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu fuqu, fil-mument meta jiġi miżmum bħala ssuspettat bit-twettiq ta’ ksur, dokument ta’ residenza li jinkludi d-data bijometrika tiegħu huwa element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward?


(1)  Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni imwaqqaf bil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona (Spanja) fil-5 ta’ Frar 2018 – Daniel Ustariz Aróstegui vs Departamento de Educación del Gobierno de Navarra

(Kawża C-72/18)

(2018/C 161/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Daniel Ustariz Aróstegui

Konvenut: Departamento de Educación del Gobierno de Navarra.

Domanda preliminari

1)

Il-Klawżla 4 tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat, approvat mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regola reġjonali, bħal dik ikkontestata fil-kawża prinċipali, li teskludi espressament ir-rikonoxximent u l-ħlas ta’ suppliment ta’ remunerazzjoni speċifiku lill-persunal tal-Amministrazzjonijiet Pubbliċi ta’ Navarra li jaqgħu taħt il-kategorija “impjegati b’kuntratt amministrattiv” – li għandu kuntratt għal żmien determinat – minħabba li dan is-suppliment jikkostitwixxi remunerazzjoni għall-promozzjoni u għall-iżvilupp ta’ karriera professjonali proprja u esklużiva tal-persunal li jaqa’ taħt il-kategorija “uffiċjal pubbliku” – li għandu kuntratt għal żmien indeterminat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/17


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 minn Sophie Montel mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-634/16, Sophie Montel vs Il-Parlament

(Kawża C-84/18 P)

(2018/C 161/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Sophie Montel (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Bdil tas-sentenza appellata, għaldaqstant:

Tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fis-6 ta’ Lulju 2016, li tispeċifika “li ammont ta’ EUR 77 276,42 ġie mħallas indebitament favur Sophie Montel” u tordna lill-awtorità kompetenti u lill-kontabilista tal-istituzzjoni sabiex jipproċedu bl-irkupru ta’ din is-somma.

Tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-897 kollha ffirmata mill-istess direttur ġenerali tal-finanzi fid-data tal-4 ta’ Lulju 2016.

Tiddeċiedi fuq l-ammont li għandu jingħata lill-appellanti bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-akkużi infondati li saru qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni, mill-ħsara magħmula lill-immaġini tagħha u mill-inkwiet kbir ikkawżat fil-ħajja personali u politika tagħha permezz tad-deċiżjoni appellata.

Tiddeċiedi dwar l-ammont li għandu jingħata lill-appellanti bħala spejjeż tal-proċedura.

Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-inkompetenza tal-awtur tal-att

Il-kwistjonijiet finanzjarji huma l-kompetenza tal-Bureau tal-Parlament Ewropew u mhux tas-Segretarju Ġenerali

Assenza ta’ delega tas-Segretarju Ġenerali

Eċċezzjoni ta’ illegalità minħabba l-ksur tal-indipendenza tal-parlamentari u tad-dritt għal sentenza imparzjali

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq il-prinċipju ta’ “electa una via

Il-President tal-Parlament adixxa l-OLAF u l-qorti Franċiża

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża

Ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza mill-President tal-Parlament

L-amministrazzjoni tal-Parlament hija l-qorti u l-parti

Bdil fl-ilmenti invokati mill-Parlament matul il-proċedura

Rifjut li tinstema’ l-appellanti min-naħa tas-Segretarju Ġenerali

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova

Il-Parlament obbliga lill-appellanti sabiex tipprova li hija ma kienet wettqet l-ebda nuqqas filwaqt li hu ma kellu ebda element li jippermettilu serjament li jsostni l-eżistenza ta’ nuqqas

5.

Il-ħames aggravju bbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni

L-unika raġuni invokata hija l-publikazzjoni ta’ organigramma, għalkemm din tal-aħħar ma tipprova xejn

6.

Is-sitt aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u aspettativi leġittimi

L-ebda regola ma tistabbilixxi l-lista ta’ dokumenti li għandhom jiġu pprovduti u għalhekk l-appellanti hija suġġetta għall-arbitrarjetà tal-Parlament

7.

Is-seba’ aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet ċiviċi tal-assistenti parlamentari

Il-Parlament jipprojbixxi l-assistenti milli jkollhom attività politika

8.

It-tmien aggravju bbażat fuq it-trattament diskriminatorju, fuq il-“Fumus persecutionis” u fuq l-użu ħażin ta’ poter

L-appellanti kellha ssostni din il-proċedura minħabba l-ostilità politika magħmula mill-President tal-Parlament Ewropew

9.

Id-disa’ aggravju bbażat fuq ksur tal-independenza tad-deputati

Ix-xogħol tal-assistent parlamentari ma jillimitax ruħu għax-xogħol leġiżlattiv

10.

L-għaxar aggravju bbażat fuq infondatezza fil-fatt

Il-Parlament ikkuntenta ruħu billi wieġeb li d-dokumenti kkomunikati mill-appellanti ma pprovaw xejn għalkemm dawn id-dokumenti kienu jipprovaw ix-xogħol tal-assistent

Il-Parlament ma huwiex kapaċi jipprova l-pretensjonijiet tiegħu

11.

Il-ħdax-il aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

L-organigramma (punt tat-tluq tal-proċeduri mnedija mill-President tal-Parlament) ġiet ippubblikata fi Frar 2015 iżda l-irkupru tal-ammont imħallas indebitament imur lura għal Awwissu 2014


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/19


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-86/18)

(2018/C 161/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, F. Thiran, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

Tikkonstata li, billi ma daħħalx fis-seħħ, mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, p. 1), jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 51 ta’ din id-direttiva;

Timponi fuq il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, konformement mal-Artikolu 260(3) TFUE, il-pagamenti ta’ penalità għal ammont ta’ EUR 12 920 għal kull ġurnata mid-data meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE;

Tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

L-Istati Membri kienu obbligati, skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva 2014/23/UE li jdaħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016. Fl-assenza ta’ komunikazzjoni ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni tad-direttiva mill-Lussemburgu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja.

2.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipproponi pagamenti ta’ penalità għal kull ġurnata ta’ EUR 12 920 imposti fuq il-Lussemburgu. L-ammont tal-pagamenti ta’ penalità ġie kkalkolat b’teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità u tat-tul tal-ksur, kif ukoll tal-effett dissważiv skont il-kapaċità ta’ pagament ta’ dan l-Istat Membru.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/20


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-87/18)

(2018/C 161/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, F. Thiran, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li billi ma daħħalx fis-seħħ, l-iktar tard, fit-18 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonforma mad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, (ĠU L 94, p. 65), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu bis-saħħa tal-Artikolu 90(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, konformement mal-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ pagament ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 11 628 għal kull jum b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għal nuqqas tal-obbligu tal-komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

L-Istati Membri kienu obbligati, bis-saħħa tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2014/24/UE, li jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-direttiva l-iktar tard fit-18 ta’ April 2016. Fin-nuqqas tal-komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-direttiva mil-Lussemburgu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadixxi l-Qorti tal-Ġustizzja.

2.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li pagament ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 11 628 jkun impost fuq il-Lussemburgu. L-ammont tal-pagament ta’ penalità ġie kkalkolat fid-dawl tal-gravità u tat-tul tal-ksur, kif ukoll tal-effett dissważiv skont il-kapaċità ta’ ħlas ta’ dan l-Istat Membru.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/20


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-88/18)

(2018/C 161/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, F. Thiran, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li billi ma daħħalx fis-seħħ, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, p. 243), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 106(1) ta’ din id-direttiva;

timponi fuq il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 11 628 għal kull ġurnata mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża minħabba nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li jikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

L-Istati Membri kienu obbligati, skont l-Artikolu 106(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, li jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016. Fl-assenza ta’ komunikazzjoni ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva mil-Lussemburgu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja.

2.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu imposti fuq il-Lussemburgu pagamenti ta’ penalità għal kull ġurnata ta’ EUR 11 628. L-ammont tal-pagamenti ta’ penalità ġie kkalkolat b’teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità u tat-tul tal-ksur, kif ukoll tal-effett dissważiv abbażi tal-kapaċità ta’ ħlas ta’ dan l-Istat Membru.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Frar 2018 – Sociale Verzekeringsbank, partijiet oħra fil-proċedura: F. van den Berg u H.D. Giesen

(Kawża C-95/18)

(2018/C 161/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sociale Verzekeringsbank (Svb)

Partijiet oħra fil-proċedura: F. van den Berg, H.D. Giesen

Domandi preliminari

1)

a.

L-Artikoli 45 u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu, f’każijiet bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, regola nazzjonali bħall-parti inizjali tal-Artikolu 6a, u l-Artikolu 6a(b), tal-AOW (1)? Din ir-regola timplika li resident tal-Pajjiż l-Pajjiżi ma huwiex assigurat taħt l-iskemi ta’ assigurazzjoni soċjali ta’ dan l-Istat ta’ residenza, jekk jaħdem fi Stat Membru ieħor u huwa suġġett, abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71 (2) għal-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali tal-Istat ta’ impjieg. Il-karatteristika ta’ dawn il-kawżi hija li taħt is-sistema legali tal-Istat ta’ impjieg il-persuni kkonċernati ma humiex eliġibbli għal pensjoni tax-xjuħija minħabba l-volum limitat tal-attività tagħhom f’dan l-Istat.

b.

L-assenza ta’ obbligu, għal resident ta’ Stat mhux kompetenti abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71, li jħallas kontribuzzjonijiet taħt l-iskemi ta’ assigurazzjoni soċjali ta’ dan l-Istat għandha effett fuq ir-risposta għad-domanda 1(a)? Fil-fatt, għall-perijodi ta’ xogħol imwettqa fi Stat Membru ieħor, dan ir-resident jaqa’ esklużivament, abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71, taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat ta’ impjieg u f’tali każ il-leġiżlazzjoni nazzjonali Olandiża lanqas ma tipprevedi obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni.

2)

Il-possibbiltà għall-persuni kkonċernati li jidħlu f’assigurazzjoni volontarja taħt l-AOW, jew li jitolbu lill-Svb li jistabbilixxi ftehim fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1408/71 għandha effett fuq ir-risposta għall-ewwel domanda?

3)

L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludi li persuna bħall-konjuġi ta’ H.D. Giesen li, qabel l-1 ta’ Jannar 1989, kienet, abbażi biss tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, assigurata taħt l-AOW fl-Istat ta’ residenza tagħha, il-Pajjiżi l-Baxxi, takkumula dritt għal benefiċċji tax-xjuħija taħt din l-assigurazzjoni, sa fejn jirrigwarda perijodi li matulhom, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni tar-Regolament, hija kienet taqa’, minħabba l-attività li hija kienet teżerċita fi Stat Membru ieħor, taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat ta’ impjieg? Jew inkella, id-dritt għal benefiċċju taħt l-AOW għandu jitqies bħala dritt għal benefiċċju li, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma huwiex suġġett għal kundizzjonijiet ta’ impjieg jew ta’ assigurazzjoni, b’mod konformi mas-sentenza Bosmann (3), b’tali mod li r-raġunament segwit f’din is-sentenza jista’ japplika fil-każ tagħha?


(1)  Algemene ouderdomswet (liġi dwar l-iskema ġenerali tal-assigurazzjoni għax-xjuħija)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

(3)  EU:C:2008:290


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Frar 2018 – Sociale Verzekeringsbank, parti oħra fil-proċedura: C.E. Franzen

(Kawża C-96/18)

(2018/C 161/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sociale Verzekeringsbank (Svb)

Parti oħra fil-proċedura: C.E. Franzen

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 45 u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu, f’każ bħal dak inkwistjoni, regola nazzjonali bħall-parti inizjali tal-Artikolu 6a, u l-Artikolu 6a(b), tal-AKW (1)? Din ir-regola timplika li resident tal-Pajjiżi l-Baxxi ma huwiex assigurat taħt l-iskemi ta’ assigurazzjonijiet soċjali ta’ dan l-Istat ta’ residenza, jekk huwa jaħdem fi Stat Membru ieħor u huwa suġġett, abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71 (2), għal-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali tal-Istat ta’ impjieg. Il-karatteristika ta’ din il-kawża hija li taħt l-iskema legali legali tal-Istat ta’ impjieg, il-persuna kkonċernata ma hijiex eliġibbli għall-allowances tal-familja minħabba l-volum limitat tal-attività tagħha f’dan l-Istat.

2)

Il-possibbiltà għall-persuna kkonċernata li titlob lill-Svb li jistabbilixxi ftehim fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1408/71 għandha effett fuq ir-risposta għad-domanda preċedenti?


(1)  Algemene Kinderbijslagwet (Il-Liġi Ġenerali dwar l-Allowances tal-Familja).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-12 ta’ Frar 2018 – Línea Directa Aseguradora S.A. vs Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros

(Kawża C-100/18)

(2018/C 161/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Línea Directa Aseguradora S.A.

Konvenuta: Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1), jipprekludi interpretazzjoni li tinkludi fil-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, id-danni kkawżati minn nar f’vettura wieqfa meta dan in-nar joriġina mill-mekkaniżmi neċessarji sabiex il-vettura taqdi l-funzjoni tagħha ta’ trasport?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, jipprekludi interpretazzjoni li tinkludi fil-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, id-danni kkawżati minn nar f’vettura meta ma tkunx tista’ tiġi stabbilita relazzjoni bejn dan in-nar u moviment preċedenti, b’tali mod li ma tkun tista’ tiġi stabbilita ebda konnessjoni ma’ vjaġġ?

3)

F’każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, jipprekludi interpretazzjoni li tinkludi fil-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, id-danni kkawżati minn nar f’vettura meta din tkun ipparkjata f’garaxx privat magħluq?


(1)  ĠU 2009 L 263, p. 11


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 8 de Madrid (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Domingo Sánchez Ruiz vs Comunidad de Madrid (Servicio Madrileño de Salud)

(Kawża C-103/18)

(2018/C 161/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 8 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Domingo Sánchez Ruiz

Konvenuta: Comunidad de Madrid (Servicio Madrileño de Salud)

Domandi preliminari

1)

Sitwazzjoni bħal dik deskritta f’din il-kawża (li fiha l-persuna li timpjega pubblika tonqos milli tosserva l-limiti ratione temporis legali meħtieġa u permezz ta’ dan tippermetti kuntratti temporanji suċċessivi, jew iżżomm in-natura temporanja billi tibdel it-tip ta’ ħatra minn temporanja għal interim jew ta’ sostituzzjoni), tista’ tinftiehem bħala użu suċċessiv ta’ ħatriet abbużivi u għaldaqstant titqies bħala sitwazzjoni deskritta fil-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE (1)?

2)

Id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, li jidhru fl-Anness tad-Direttiva 1999/70, fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regoli proċedurali nazzjonali li jeħtieġu mill-ħaddiem temporanju aġir attiv ta’ kontestazzjoni jew ta’ appell (tal-ħatriet u tal-waqfien suċċessivi kollha), kundizzjoni meħtieġa sabiex dan jista’ jaqa’ taħt id-Direttiva Komunitarja, u jkun jista’ jsostni d-drittijiet mogħija lilu mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni?

3)

B’kunsiderazzjoni tal-fatt li fis-settur pubbliku u fl-eżerċizzju ta’ servizzi essenzjali, in-neċessità li jiġu koperti pożizzjonijiet vakanti, mard, vaganzi hija essenzjalment “permanenti” u minħabba dan ikun neċessarju li jitfassal il-kunċett ta’ “raġuni oġġettiva”” li jiġġustifika r-reklutaġġ temporanju:

(a)

Il-fatt li l-ħaddiem temporanju jwettaq, kuntratti interim suċċessivi mingħajr interruzzjoni billi jaħdem il-ġranet kollha tas-sena jew kważi, permezz ta’ ħatriet/sejħiet konsekuttivi u suċċessivi li jiġu estiżi, fuq bażi kompletament stabbli mal-medda tas-snin, u meta dan iseħħ filwaqt li dejjem tiġi ssodisfatta r-raġuni għalfejn ġie msejjaħ, jista’ jinftiehem li jkun kuntrarju għad-Direttiva 1999/70/KE (klawżola 5(1)(a)) u għalhekk li ma teżistix raġuni oġġettiva?

(b)

Difett li huwa espress fil-perċentwali ta’ kuntratt interim fis-settur inkwistjoni, [u/jew] li fih dawn in-neċessitajiet dejjem u bħala regola jiġu koperti minn ħaddiema temporanji, li jinbidlu b’mod stabbli f’element essenzjali fl-iżvilupp tas-settur pubbliku, għandu jinftiehem bħala neċessità permanenti u mhux temporanja u għaldaqstant li ma jaqax taħt ir-“raġuni oġġettiva” li tinsab fil-klawżola 5(1)(a) b’kunsiderazzjoni lejn il-parametri deskritti, jiġifieri l-eżistenza ta’ numru kbir ta’ ħatriet u ta’ sejħiet, li jiġu estiżi matul is-snin, bħall-eżistenza ta’ difett strutturali?

(c)

Jew jista’ jitqies li, essenzjalment, jeħtieġ sempliċement, sabiex jiġi stabbilit liema huwa l-limitu permess ta’ temporanjetà, li jsir unikament riferiment għas-sens letterali tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-użu ta’ dawn il-ħaddiema temporanji, meta din tipprovdi li jistgħu jiġu maħtura minħabba raġunijiet ta’ neċessità, ta’ urġenza jew għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ natura temporanja, staġonali jew straordinarja, b’mod definittiv, sabiex titqies li teżisti raġuni oġġettiva, l-użu tal-ħaddiema għandu jissodisfa dawn iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali, u li dan jieqaf milli jkun il-każ u għaldaqstant jeżisti abbuż meta l-użu tagħhom ma jibqax iktar speċifiku, okkażjonali jew ċirkostanzjali?

4)

Interpretazzjoni ta’ raġunijiet ta’ neċessità, ta’ urġenza jew għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ natura temporanja, staġonali jew straordinarja bħala raġunijiet oġġettivi għar-reklutaġġ u għat-tiġdid suċċessiv tal-ispeċjalisti informatiċi statutorji temporanji, meta dawn l-impjegati pubbliċi jeżerċitaw b’mod permanenti u stabbli funzjonijiet ordinarji li jsiru mill-impjegati statutorji fissi, mingħajr ma l-Amministrazzjoni li timpjega tistabbilixxi limiti massimi f’dawn il-ħatriet, u mingħajr ma twettaq l-obbligi legali sabiex timla dawn il-pożizzjonijiet u dawn in-neċessitajiet b’uffiċjali fissi, u lanqas ma tistabbilixxi miżura ekwivalenti sabiex tipprevjeni u tevita l-abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol temporanja suċċessiva, fejn jitwettqu s-servizzi pprovduti mill-impjegati li huma speċjalisti informatiċi statutorji temporanji għal perijodi ta’ żmien, f’dan il-każ għal 17-il sena ta’ servizzi kontinwi, hija konformi mal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE?

5)

Id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, li jidhru fl-Anness tad-Direttiva 1999/70 u l-interpretazzjonijiet li tagħti dwaru l-Qorti tal-Ġustizzja, huma kompatibbli mal-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), sa fejn tistabbilixxi, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni kriterji oħra, l-eżistenza ta’ raġunijiet oġġettivi fir-rigward tar-raġuni ta’ ħatra, fil-limitu ratione temporis proprju tagħha, jew tiddetermina li huwa impossibbli li jiġi stabbilit terminu ta’ paragun mal-uffiċjal permanenti, billi tirreferi għall-ordinament ġuridiku differenti, għas-sistema ta’ aċċess, jew għall-permanenza stess fil-funzjonijiet tal-uffiċjali permanenti filwaqt li tirreferi għan-natura temporanja tal-funzjonijiet eżerċitati mill-membri tal-persunal interim?

6)

Peress li l-qorti nazzjonali kkonstatat l-abbuż fir-reklutaġġ suċċessiv tal-impjieg pubbliku statutorju temporanju interim għas-servizz ta’ SERMAS, li huwa intiż sabiex ikopri neċessitajiet permanenti u strutturali tal-provvista ta’ servizzi tal-impjegati statutorji fissi, peress li fl-ordinament ġuridiku nazzjonali ma teżisti ebda miżura effettiva sabiex dan l-abbuż jiġi ssanzjonat u li jiġu eliminati l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt Komunitarju, il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-qorti nazzjonali li tadotta miżuri effettivi u dissważivi li jiggarantixxu l-effett utli tal-Ftehim Qafas, u għaldaqstant, li tissanzjona dan l-abbuż u telimina l-konsegwenzi tal-ksur ta’ din ir-regola Ewropea, u b’hekk tipprekludi milli tiġi applikata r-regola nazzjonali li timpedixxi dan?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, u fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 41 tas-sentenza tagħha tal-14 ta’ Settembru 2016, C-184/15 u C-197/15 (2):

It-trasformazzjoni tar-relazzjoni statutorja ta’ xogħol temporanja interim/eventwali/sostituzzjoni, f’relazzjoni statutorja stabbli, kemm permezz ta’ din il-ħatra bħala impjegat pubbliku fiss kif ukoll għal żmien indeterminat, bl-istess stabbiltà fl-impjieg bħall-impjegati statutorji fissi paragunabbli tkun konformi mal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva 1999/70/KE, bħala miżura għall-prevenzjoni u għall-issanzjonar tal-abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol temporanja suċċessiva u sabiex tiġi eliminata l-konsegwenza tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni?

7)

Fil-każ ta’ abbuż fir-relazzjoni ta’ xogħol temporanja suċċessiva, il-konverżjoni tar-relazzjoni statutorja temporanja interim f’relazzjoni għal żmien indeterminat jew fissa tista’ tinftiehem li titwettaq biss skont l-għanijiet tad-Direttiva 1999/70/KE u tal-Ftehim Qafas tagħha, meta l-impjegat statutorju temporanju li jkun bata l-abbuż igawdi mill-istess kundizzjonijiet identiċi ta’ xogħol fir-rigward tal-persunal statutorju fiss (fil-qasam ta’ protezzjoni soċjali, promozzjoni professjonali, ħruġ ta’ pożizzjonijiet vakanti, taħriġ professjonali, leave mingħajr ħlas, sitwazzjonijiet amministrattivi, leave ta’ tip ieħor, drittijiet għall-pensjoni, u waqfien ta’ pożizzjonijiet ta’ xogħol, kif ukoll il-parteċipazzjoni għall-kompetizzjonijiet organizzati sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti u l-promozzjoni professjonali), konformement mal-prinċipji ta’ permanenza u ta’ irremovibbiltà, bid-drittijiet u obbligi inerenti kollha, fuq livell ta’ ugwaljanza mal-ispeċjalisti informatiċi statutorji fissi?

8)

Id-dritt Komunitarju jobbliga li ssir reviżjoni ta’ sentenzi/atti amministrattivi definittivi f’dawn iċ-ċirkustanzi deskritti kif ġej, meta jiġu ssodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet meħtieġa fis-sentenza tat-13 ta’ Jannar 2004, Kühne & Heitz NV (C-453/00) (3): 1) fid-dritt Spanjol, l-Amministrazzjoni u l-qrati għandhom is-setgħa ta’ reviżjoni, iżda bir-restrizzjonijiet rikonoxxuti li jagħmlu din ir-reviżjoni diffiċli ħafna jew li jkun impossibbli li tintlaħaq; 2) id-deċiżjonijiet ikkontestati saru definittivi bħala konsegwenza ta’ sentenza ta’ qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar/fl-unika istanza; 3) din is-sentenza hija bbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mhux konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u li ġiet adottata mingħajr ma l-Qorti tal-Ġustizzja kienet ġiet adita b’talba għal deċiżjoni preliminari; u 4) il-persuna kkonċernata kienet indirizzat ruħha quddiem korp amministrattiv malli saret taf b’din il-ġurisprudenza?

9)

Il-qrati nazzjonali bħall-qrati Ewropej li għandhom jiggarantixxu l-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri, jistgħu u għandhom jeħtieġu, u jikkundannaw lill-awtorità amministrattiva nazzjonali tal-Istati Membri sabiex – fil-kuntest tal-kompetenzi rispettivi tagħhom – jadottaw id-dispożizzjonijiet rilevanti sabiex jiġu eliminati r-regoli nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod ġenerali, u mad-Direttiva 1999/70/KE, u mal-Ftehim Qafas tagħha, b’mod partikolari?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).

(2)  Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2016, Martínez Andrés u Castrejana López (C-184/15 u C-197/15, EU:C:2016:680).

(3)  Sentenza tat-13 ta’ Jannar 2004, Kühne & Heitz (C-453/00, EU:C:2004:17).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Asociación Española de la Industria Eléctrica (UNESA) vs Administración General del Estado

(Kawża C-105/18)

(2018/C 161/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Española de la Industria Eléctrica (UNESA)

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ambjentali ta’ min iniġġeż iħallas, stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE, u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi l-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża tas-servizzi relatati mal-ilma kif ukoll il-kumpens ekonomiku xieraq għall-użu tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni ta’ tariffa għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni tal-enerġija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkoraġġixxix l-użu effiċjenti tal-ilma, u lanqas tistabbilixxi mekkaniżmi għall-konservazzjoni u għall-protezzjoni taż-żoni għall-pubbliku, li r-rata tagħha ma hija bl-ebda mod marbuta mal-kapaċità li tikkawża ħsara liż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, peress li tiffoka biss u esklużivament fuq il-kapaċità tal-produtturi li jiġġeneraw dħul?

2)

Taxxa bħat-tariffa idrawlika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna esklużivament il-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji iżda mhux il-produtturi li għandhom konċessjonijiet f’ilmijiet intra-Komunitarji u l-produtturi li jużaw teknoloġija idroelettrika iżda mhux dawk li jipproduċu enerġija b’teknoloġiji oħra, hija konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2)?

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ tariffa idrawlika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għad-detriment tal-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, peress li tintroduċi sistema ta’ tassazzjoni asimmetrika fl-istess qasam tat-teknoloġija skont il-post li fih jinsab l-impjant u ma hijiex imposta fuq il-produtturi ta’ enerġija minn sorsi oħra?


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

(2)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Energía de Galicia (Engasa) S.A. vs Administración General del Estado

(Kawża C-106/18)

(2018/C 161/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Energía de Galicia (Engasa) S.A.

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ambjentali ta’ min iniġġeż iħallas, stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE, u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi l-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża tas-servizzi relatati mal-ilma kif ukoll il-kumpens ekonomiku xieraq għall-użu tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni ta’ tariffa għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni tal-enerġija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkoraġġixxix l-użu effiċjenti tal-ilma, u lanqas tistabbilixxi mekkaniżmi għall-konservazzjoni u għall-protezzjoni taż-żoni għall-pubbliku, li r-rata tagħha ma hija bl-ebda mod marbuta mal-kapaċità li tikkawża ħsara liż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, peress li tiffoka biss u esklużivament fuq il-kapaċità tal-produtturi li jiġġeneraw dħul?

2)

Taxxa bħat-tariffa idrawlika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna esklużivament il-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji iżda mhux il-produtturi li għandhom konċessjonijiet f’ilmijiet intra-Komunitarji u l-produtturi li jużaw teknoloġija idroelettrika iżda mhux dawk li jipproduċu enerġija b’teknoloġiji oħra, hija konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2)?

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ tariffa idrawlika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għad-detriment tal-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, peress li tintroduċi sistema ta’ tassazzjoni asimmetrika fl-istess qasam tat-teknoloġija skont il-post li fih jinsab l-impjant u ma hijiex imposta fuq il-produtturi ta’ enerġija minn sorsi oħra?


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

(2)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Duerocanto S.L. vs Administración General del Estado

(Kawża C-107/18)

(2018/C 161/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Duerocanto S.L.

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ambjentali ta’ min iniġġeż iħallas, stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE, u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi l-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża tas-servizzi relatati mal-ilma kif ukoll il-kumpens ekonomiku xieraq għall-użu tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni ta’ tariffa għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni tal-enerġija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkoraġġixxix l-użu effiċjenti tal-ilma, u lanqas tistabbilixxi mekkaniżmi għall-konservazzjoni u għall-protezzjoni taż-żoni għall-pubbliku, li r-rata tagħha ma hija bl-ebda mod marbuta mal-kapaċità li tikkawża ħsara liż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, peress li tiffoka biss u esklużivament fuq il-kapaċità tal-produtturi li jiġġeneraw dħul?

2)

Taxxa bħat-tariffa idrawlika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna esklużivament il-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji iżda mhux il-produtturi li għandhom konċessjonijiet f’ilmijiet intra-Komunitarji u l-produtturi li jużaw teknoloġija idroelettrika iżda mhux dawk li jipproduċu enerġija b’teknoloġiji oħra, hija konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2)?

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ tariffa idrawlika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għad-detriment tal-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, peress li tintroduċi sistema ta’ tassazzjoni asimmetrika fl-istess qasam tat-teknoloġija skont il-post li fih jinsab l-impjant u ma hijiex imposta fuq il-produtturi ta’ enerġija minn sorsi oħra?


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

(2)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Corporación Acciona Hidráulica (Acciona) S.L.U. vs Administración General del Estado

(Kawża C-108/18)

(2018/C 161/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Corporación Acciona Hidráulica (Acciona) S.L.U.

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ambjentali ta’ min iniġġeż iħallas, stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE, u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi l-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża tas-servizzi relatati mal-ilma kif ukoll il-kumpens ekonomiku xieraq għall-użu tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni ta’ tariffa għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni tal-enerġija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkoraġġixxix l-użu effiċjenti tal-ilma, u lanqas tistabbilixxi mekkaniżmi għall-konservazzjoni u għall-protezzjoni taż-żoni għall-pubbliku, li r-rata tagħha ma hija bl-ebda mod marbuta mal-kapaċità li tikkawża ħsara liż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, peress li tiffoka biss u esklużivament fuq il-kapaċità tal-produtturi li jiġġeneraw dħul?

2)

Taxxa bħat-tariffa idrawlika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna esklużivament il-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji iżda mhux il-produtturi li għandhom konċessjonijiet f’ilmijiet intra-Komunitarji u l-produtturi li jużaw teknoloġija idroelettrika iżda mhux dawk li jipproduċu enerġija b’teknoloġiji oħra, hija konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2)?

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ tariffa idrawlika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għad-detriment tal-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, peress li tintroduċi sistema ta’ tassazzjoni asimmetrika fl-istess qasam tat-teknoloġija skont il-post li fih jinsab l-impjant u ma hijiex imposta fuq il-produtturi ta’ enerġija minn sorsi oħra?


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

(2)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Associació de Productors i Usuaris d’Energia Elèctrica vs Administración General del Estado

(Kawża C-109/18)

(2018/C 161/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associació de Productors i Usuaris d’Energia Elèctrica

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 (1) li jistabbilixxi l-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża tas-servizzi relatati mal-ilma kif ukoll il-kumpens ekonomiku xieraq għall-użu tal-ilma, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-introduzzjoni ta’ tariffa għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni tal-enerġija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkoraġġixxix l-użu effiċjenti tal-ilma, u lanqas tistabbilixxi mekkaniżmi għall-konservazzjoni u għall-protezzjoni taż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, li r-rata tagħha ma hija bl-ebda mod marbuta mal-kapaċità li tikkawża ħsara liż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, peress li tiffoka biss u esklużivament fuq il-kapaċità tal-produtturi li jiġġeneraw dħul?

2)

Imposta bħat-tariffa idrawlika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna esklużivament il-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji iżda mhux il-produtturi li għandhom konċessjonijiet f’ilmijiet intra-Komunitarji u l-produtturi li jużaw teknoloġija idroelettrika iżda mhux dawk li jipproduċu enerġija b’teknoloġiji oħra, hija konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2)?

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ ssuġġettar għal tariffa idrawlika tal-produzzjoni tal-enerġija idroelettrika li topera f’ilmijiet intra-Komunitarji u ta’ użu ieħor [li jimplika konsum] tal-ilmijiet jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, peress li din it-tariffa tapplika biss fuq l-użu ta’ ilma fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija?


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

(2)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – José Manuel Burgos Pérez u María del Amor Guinea Bueno vs Administración General del Estado

(Kawża C-110/18)

(2018/C 161/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: José Manuel Burgos Pérez u María del Amor Guinea Bueno

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ambjentali ta’ min iniġġeż iħallas, stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE, u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi l-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża tas-servizzi relatati mal-ilma kif ukoll il-kumpens ekonomiku xieraq għall-użu tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni ta’ tariffa għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni tal-enerġija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkoraġġixxix l-użu effiċjenti tal-ilma, u lanqas tistabbilixxi mekkaniżmi għall-konservazzjoni u għall-protezzjoni taż-żoni għall-pubbliku, li r-rata tagħha ma hija bl-ebda mod marbuta mal-kapaċità li tikkawża ħsara liż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, peress li tiffoka biss u esklużivament fuq il-kapaċità tal-produtturi li jiġġeneraw dħul?

2)

Taxxa bħat-tariffa idrawlika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna esklużivament il-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji iżda mhux il-produtturi li għandhom konċessjonijiet f’ilmijiet intra-Komunitarji u l-produtturi li jużaw teknoloġija idroelettrika iżda mhux dawk li jipproduċu enerġija b’teknoloġiji oħra, hija konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2)?

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ tariffa idrawlika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għad-detriment tal-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, peress li tintroduċi sistema ta’ tassazzjoni asimmetrika fl-istess qasam tat-teknoloġija skont il-post li fih jinsab l-impjant u ma hijiex imposta fuq il-produtturi ta’ enerġija minn sorsi oħra?


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

(2)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Endesa Generación S.A. vs Administración General del Estado

(Kawża C-111/18)

(2018/C 161/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Endesa Generación S.A

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ambjentali ta’ min iniġġeż iħallas, stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE, u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi l-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża tas-servizzi relatati mal-ilma kif ukoll il-kumpens ekonomiku xieraq għall-użu tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni ta’ tariffa għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni tal-enerġija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkoraġġixxix l-użu effiċjenti tal-ilma, u lanqas tistabbilixxi mekkaniżmi għall-konservazzjoni u għall-protezzjoni taż-żoni għall-pubbliku, li r-rata tagħha ma hija bl-ebda mod marbuta mal-kapaċità li tikkawża ħsara liż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, peress li tiffoka biss u esklużivament fuq il-kapaċità tal-produtturi li jiġġeneraw dħul?

2)

Taxxa bħat-tariffa idrawlika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna esklużivament il-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji iżda mhux il-produtturi li għandhom konċessjonijiet f’ilmijiet intra-Komunitarji u l-produtturi li jużaw teknoloġija idroelettrika iżda mhux dawk li jipproduċu enerġija b’teknoloġiji oħra, hija konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2)?

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ tariffa idrawlika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għad-detriment tal-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, peress li tintroduċi sistema ta’ tassazzjoni asimmetrika fl-istess qasam tat-teknoloġija skont il-post li fih jinsab l-impjant u ma hijiex imposta fuq il-produtturi ta’ enerġija minn sorsi oħra?


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

(2)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Asociación de Productores de Energías Renovables (APPA) vs Administración General del Estado

(Kawża C-112/18)

(2018/C 161/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación de Productores de Energías Renovables (APPA)

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ambjentali ta’ min iniġġeż iħallas, stabbilit mill-Artikolu 191(2) TFUE, u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi l-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża tas-servizzi relatati mal-ilma kif ukoll il-kumpens ekonomiku xieraq għall-użu tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni ta’ tariffa għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni tal-enerġija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkoraġġixxix l-użu effiċjenti tal-ilma, u lanqas tistabbilixxi mekkaniżmi għall-konservazzjoni u għall-protezzjoni taż-żoni għall-pubbliku, li r-rata tagħha ma hija bl-ebda mod marbuta mal-kapaċità li tikkawża ħsara liż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, peress li tiffoka biss u esklużivament fuq il-kapaċità tal-produtturi li jiġġeneraw dħul?

2)

Taxxa bħat-tariffa idrawlika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna esklużivament il-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji iżda mhux il-produtturi li għandhom konċessjonijiet f’ilmijiet intra-Komunitarji u l-produtturi li jużaw teknoloġija idroelettrika iżda mhux dawk li jipproduċu enerġija b’teknoloġiji oħra, hija konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2)?

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ tariffa idrawlika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għad-detriment tal-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, peress li tintroduċi sistema ta’ tassazzjoni asimmetrika fl-istess qasam tat-teknoloġija skont il-post li fih jinsab l-impjant u ma hijiex imposta fuq il-produtturi ta’ enerġija minn sorsi oħra?


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

(2)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Parc del Segre S.A. et vs Administración General del Estado

(Kawża C-113/18)

(2018/C 161/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Parc del Segre S.A., Electra Irache S.L., Genhidro Generación Hidroeléctrica S.L., Hicenor, S.L., Hidroeléctrica Carrascosa, S.L., Hidroeléctrica del Carrión, S.L., Hidroeléctrica del Pisuerga, S.L., Hidroeléctrica Santa Marta, S.L., Hyanor, S.L. y Promotora del Rec dels Quatre Pobles, S.A.

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ambjentali ta’ min iniġġeż iħallas, stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE, u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi l-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża tas-servizzi relatati mal-ilma kif ukoll il-kumpens ekonomiku xieraq għall-użu tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni ta’ tariffa għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni tal-enerġija, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkoraġġixxix l-użu effiċjenti tal-ilma, u lanqas tistabbilixxi mekkaniżmi għall-konservazzjoni u għall-protezzjoni taż-żoni għall-pubbliku, li r-rata tagħha ma hija bl-ebda mod marbuta mal-kapaċità li tikkawża ħsara liż-żoni ta’ ilma għall-pubbliku, peress li tiffoka biss u esklużivament fuq il-kapaċità tal-produtturi li jiġġeneraw dħul?

2)

Taxxa bħat-tariffa idrawlika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna esklużivament il-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji iżda mhux il-produtturi li għandhom konċessjonijiet f’ilmijiet intra-Komunitarji u l-produtturi li jużaw teknoloġija idroelettrika iżda mhux dawk li jipproduċu enerġija b’teknoloġiji oħra, hija konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2)?

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ tariffa idrawlika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għad-detriment tal-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’ilmijiet inter-Komunitarji, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita, peress li tintroduċi sistema ta’ tassazzjoni asimmetrika l-istess qasam tat-teknoloġija skont il-post li fih jinsab l-impjant u ma hijiex imposta fuq il-produtturi ta’ enerġija minn sorsi oħra?


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

(2)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/33


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 minn PGNiG Supply & Trading GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-849/16, PGNiG Supply & Trading GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-117/18 P)

(2018/C 161/37)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: PGNiG Supply & Trading GmbH (rappreżentant: M. Jeżewski, adwokat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet ikkontestat tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-849/16, li ċaħad ir-rikors ta’ PGNiG Supply & Trading bħala inammissibbli.

tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tar-rikors ta’ PGNiG Supply & Trading fil-Kawża T-849/16 dwar talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 tat-28 ta’ Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, mir-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja, imressqa skont l-Artikolu 263 TFUE, u tiddikjara r-rikors ammissibbli.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kisret ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, billi assumiet b’mod żbaljat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-sena 2016 ma tikkonċernax lill-appellanti la direttament u lanqas individwalment u ma tikkostitwixxix att regolatorju, liema preżunzjoni tirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tan-natura u tal-effetti ta’ eżenzjoni regolatorja ġdida tas-sena 2016, inkluż ukoll permezz ta’ ksur tal-Artikolu 36(1)(a) sa (e) tad-Direttiva tal-Gass, peress li r-rekwiżiti ta’ eżenzjoni għal “infrastrutturi ġodda tal-gass” ma ġewx applikati, kif ukoll naqset milli twettaq eżami dwar jekk dawn il-kriterji ġewx issodisfatti b’mod li jagħmel possibbli b’mod suffiċjenti, li n-natura u l-istatus tal-eżenzjoni introdotta permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-sena 2016 u l-eżenzjonijiet regolatorji ġodda mis-sena 2016 jiġu evalwati, billi naqset milli tapplika l-paragrafu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-sena 2016, li kienet bidlet il-portata tal-eżenzjoni regolatorja tas-sena 2009. Il-Qorti Ġenerali ma evalwatx in-natura tal-eżenzjoni regolatorja ġdida, li wassalha twettaq evalwazzjoni żbaljata tal-effett tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq l-appellanti.

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 263 TFUE, peress li kkonstatat li l-appellanti ma hijiex direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li l-appellanti ma hijiex direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea hija żbaljata. Il-pożizzjoni sostnuta mill-Qorti Ġenerali ma hijiex konformi mal-ġurisprudenza preċedenti li tindika li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea għandhom effett dirett fuq il-persuni, li ma jkunux awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li lilhom ikunu indirizzati dawn id-deċiżjonijiet.

L-Artikolu 263 TFUE ġie interpretat b’mod żbaljat, peress li ġie kkonstatat li r-rikorrenti ma hijiex individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Il-pożizzjoni fis-suq tal-appellanti tippermetti f’din il-kawża individwalizzazzjoni fis-sens tal-ġurisprudenza dwar l-ammissibbiltà ta’ rikorsi.

Ir-raba’ paragrafu in fine tal-Artikolu 263 TFUE ġie interpretat b’mod żbaljat, peress li ġie kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni ma hijiex att li għandu natura regolatorja. Fil-fehma tal-appellanti, id-deċiżjoni hija ta’ natura regolatorja.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Telefónica Móviles España S.A.U. vs Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

(Kawża C-119/18)

(2018/C 161/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional, Sala de lo Contencioso-Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telefónica Móviles España S.A.U.

Konvenut: Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jimponi fuq l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet kontribuzzjoni finanzjarja annwali bħal dik prevista fl-Artikolu 5 tal-Ley 8/2009, de 28 de agosto, de financiación de la Corporación de Radio y Televisión Española (Liġi Nru 8/2009, tat-28 ta’ Awwissu 2009, dwar il-finanzjament tal-RTVE), sabiex jipparteċipaw fil-finanzjament tal-Corporación de Radio y Televisión Española, fid-dawl tal-effett pożittiv tal-leġiżlazzjoni l-ġdida applikabbli għas-settur televiżiv u awdjoviżiv fuq is-settur tat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari minħabba l-amplifikazzjoni tas-servizzi ta’ broadband fiss u mobbli u t-tneħħija tar-riklami u ta’ kontenut bi ħlas jew bil-ħtieġa li jinkiseb aċċess meta jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li ġejjin:

l-effett pożittiv, dirett jew indirett, fuq dawn l-impriżi la ġie ġġustifikat mil-leġiżlazzjoni l-ġdida u lanqas ma ntwera fis-sena finazjarja kkonċernata,

din il-kontribuzzjoni ġiet stabbilita għal 0.9 % tad-dħul gross tal-operat iffatturat matul is-sena korrispondenti, u la hija kkalkolata fuq id-dħul li jirriżulta mill-provvista ta’ servizzi awdjoviżivi jew mir-reklamar, la fuq iż-żieda li rriżultat minn dawn tal-aħħar u lanqas fuq il-profitti ġġenerati mill-attività. Barra minn dan, din il-kontribuzzjoni tikkostitwixxi taxxa prevista fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 8/2009, fil-verżjoni inizjali tagħha, u tista’ ma tkunx iġġustifikata fir-rigward tas-servizz awdjoviżiv inkwistjoni, sa fejn din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi l-bażi għaċ-ċaħda tat-talbiet tar-rikorrenti għal irkupru ta’ pagament mhux dovut u għal korrezzjoni tal-awtolikwidazzjonijiet permezz tad-deċiżjoni kkontestata fir-rikors amministrattiv odjern?

2)

Il-kontribuzzjoni imposta fuq l-impriżi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fi Spanja u li għandhom kopertura ġeografika li tmur lil hinn minn dik ta’ komunità awtonoma hija propozjonata fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/20/KE, fid-dawl tal-metodi tal-kalkolu stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 8/2009, imsemmija iktar ’il fuq?

3)

Il-kontribuzzjoni imposta mill-Artikolu 5 tal-Ley 8/2009, de 28 de agosto, de financiación de la Corporación de Radio y Televisión Española (Liġi Nru 8/2009, tat-28 ta’ Awwissu 2009, dwar il-finanzjament tal-RTVE) hija trasparenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) u tal-Anness tad-Direttiva 2002/20/KE jekk ma hijiex magħrufa l-attività konkreta mwettqa mill-[Corporación de Radio y Televisión Española] bħala servizz universali jew servizz pubbliku?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Orange España S.A.U. vs Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

(Kawża C-120/18)

(2018/C 161/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional, Sala de lo Contencioso-Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orange España S.A.U.

Konvenut: Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jimponi fuq l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet kontribuzzjoni finanzjarja annwali bħal dik prevista fl-Artikolu 5 tal-Ley 8/2009, de 28 de agosto, de financiación de la Corporación de Radio y Televisión Española (Liġi Nru 8/2009, tat-28 ta’ Awwissu 2009, dwar il-finanzjament tal-RTVE), sabiex jipparteċipaw fil-finanzjament tal-Corporación de Radio y Televisión Española, fid-dawl tal-effett pożittiv tal-leġiżlazzjoni l-ġdida applikabbli għas-settur televiżiv u awdjoviżiv fuq is-settur tat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari minħabba l-amplifikazzjoni tas-servizzi ta’ broadband fiss u mobbli u t-tneħħija tar-riklami u ta’ kontenut bi ħlas jew bil-ħtieġa li jinkiseb aċċess meta jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li ġejjin:

l-effett pożittiv, dirett jew indirett, fuq dawn l-impriżi la ġie ġġustifikat mil-leġiżlazzjoni l-ġdida u lanqas ma ntwera fis-sena finazjarja kkonċernata,

din il-kontribuzzjoni ġiet stabbilita għal 0.9 % tad-dħul gross tal-operat iffatturat matul is-sena korrispondenti, u la hija kkalkolata fuq id-dħul li jirriżulta mill-provvista ta’ servizzi awdjoviżivi jew mir-reklamar, la fuq iż-żieda li rriżultat minn dawn tal-aħħar u lanqas fuq il-profitti ġġenerati mill-attività. Barra minn dan, din il-kontribuzzjoni tikkostitwixxi taxxa prevista fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 8/2009, fil-verżjoni inizjali tagħha, u tista’ ma tkunx iġġustifikata fir-rigward tas-servizz awdjoviżiv inkwistjoni, sa fejn din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi l-bażi għaċ-ċaħda ta’ waħda mit-talbiet tar-rikorrenti għal irkupru ta’ pagament mhux dovut u għal korrezzjoni tal-awtolikwidazzjonijiet permezz tad-deċiżjoni kkontestata fir-rikors amministrattiv odjern?

2)

Il-kontribuzzjoni imposta fuq l-impriżi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fi Spanja u li għandhom kopertura ġeografika li tmur lil hinn minn dik ta’ komunità awtonoma hija propozjonata fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/20/KE, fid-dawl tal-metodi tal-kalkolu stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 8/2009, imsemmija iktar ’il fuq?

3)

Il-kontribuzzjoni imposta mill-Artikolu 5 u 6 tal-Ley 8/2009, de 28 de agosto, de financiación de la Corporación de Radio y Televisión Española (Liġi Nru 8/2009, tat-28 ta’ Awwissu 2009, dwar il-finanzjament tal-RTVE) hija trasparenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) u tal-Anness tad-Direttiva 2002/20/KE jekk ma hijiex magħrufa l-attività konkreta mwettqa mill-[Corporación de Radio y Televisión Española] bħala servizz universali jew servizz pubbliku?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-14 ta’ Frar 2018 – Vodafone España S.A.U. vs Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

(Kawża C-121/18)

(2018/C 161/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional, Sala de lo Contencioso-Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone España S.A.U.

Konvenut: Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jimponi fuq l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet kontribuzzjoni finanzjarja annwali bħal dik prevista fl-Artikolu 5 tal-Ley 8/2009, de 28 de agosto, de financiación de la Corporación de Radio y Televisión Española (Liġi Nru 8/2009, tat-28 ta’ Awwissu 2009, dwar il-finanzjament tal-RTVE), sabiex jipparteċipaw fil-finanzjament tal-Corporación de Radio y Televisión Española, fid-dawl tal-effett pożittiv tal-leġiżlazzjoni l-ġdida applikabbli għas-settur televiżiv u awdjoviżiv fuq is-settur tat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari minħabba l-amplifikazzjoni tas-servizzi ta’ broadband fiss u mobbli u t-tneħħija tar-riklami u ta’ kontenut bi ħlas jew bil-ħtieġa li jinkiseb aċċess meta jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li ġejjin:

l-effett pożittiv, dirett jew indirett, fuq dawn l-impriżi la ġie ġġustifikat mil-leġiżlazzjoni l-ġdida u lanqas ma ntwera fis-sena finazjarja kkonċernata mill-imsemmija impriżi,

din il-kontribuzzjoni ġiet stabbilita għal 0,9 % tad-dħul gross tal-operat iffatturat matul is-sena korrispondenti, u la hija kkalkolata fuq id-dħul li jirriżulta mill-provvista ta’ servizzi awdjoviżivi jew mir-reklamar, la fuq iż-żieda li rriżultat minn dawn tal-aħħar u lanqas fuq il-profitti ġġenerati mill-attività. Barra minn dan, din il-kontribuzzjoni tikkostitwixxi taxxa prevista fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 8/2009, fil-verżjoni inizjali tagħha, u tista’ ma tkunx iġġustifikata fir-rigward tas-servizz awdjoviżiv inkwistjoni, sa fejn din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi l-bażi għaċ-ċaħda tat-talbiet tar-rikorrenti għal irkupru ta’ pagament mhux dovut u għal korrezzjoni tal-awtolikwidazzjonijiet permezz tad-deċiżjoni kkontestata fir-rikors amministrattiv odjern?

2)

Il-kontribuzzjoni imposta fuq l-impriżi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fi Spanja u li għandhom kopertura ġeografika li tmur lil hinn minn dik ta’ komunità awtonoma hija propozjonata fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/20/KE, fid-dawl tal-metodi tal-kalkolu stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 8/2009, imsemmija iktar ’il fuq?

3)

Il-kontribuzzjoni imposta mill-Artikolu 5 tal-Ley 8/2009, de 28 de agosto, de financiación de la Corporación de Radio y Televisión Española (Liġi Nru 8/2009, tat-28 ta’ Awwissu 2009, dwar il-finanzjament tal-RTVE) hija trasparenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) u tal-Anness tad-Direttiva 2002/20/KE jekk ma hijiex magħrufa l-attività konkreta mwettqa mill-[Corporación de Radio y Televisión Española] bħala servizz universali jew servizz pubbliku?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/37


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 minn HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-692/15, HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-123/18 P)

(2018/C 161/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (rappreżentant: M. Schlingmann, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Diċembru 2017 mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-Kawża T-692/15, HTTS Trade Trust & Shipping GmbH vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, sostnut mill-Kummissjoni Ewropea, fl-intier tagħha

u tikkundanna lill-Kunsill

1.

iħallas lill-appellanti danni f’ammont ta’ EUR 2 516 221,50 bħala kumpens għal danni materjali u morali subiti minħabba l-iskrizzjoni ta’ isimha fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (1) u fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 961/2010 (2);

2.

iħallas lill-appellanti interessi moratorji bir-rata ta’ interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti, mis-17 ta’ Ottubru 2015 u sal-pagament sħiħ tas-somma msemmija fil-punt 2;

3.

għall-ispejjeż, b’mod partikolari għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali.

Hija tinvoka b’mod partikolari l-ksur tad-dritt tal-Unjoni li ġej:

Billi ħadet inkunsiderazzjoni favur il-Kunsill ċirkustanzi u informazzjoni li l-Kunsill ippreżenta biss wara l-adozzjoni tal-miżuri illegali u, parzjalment, biss fil-kuntest tal-proċedura tar-rikors, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ħadet data ta’ evalwazzjoni ineżatta.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li kienu jeżistu indizji li kien jidher mill-inqas bħala probabbli li l-appellanti kienet “miżmuma jew ikkontrollata minn entità oħra [f’dan il-każ, IRISL]”. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju ta’ evalwazzjoni żbaljat u inkludiet b’mod żbaljat informazzjoni tal-Kunsill li dan ma kellux fid-data ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, hija ma stabbilietx il-livell tal-(allegat) kontroll u lanqas l-intensità ta’ dan u wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-indizji.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li r-Regolament Nru 668/2010 (3), sa fejn dan kien jikkonċerna lir-rikorrenti, kien leċitu.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-motivazzjoni insuffiċjenti tal-miżuri adottati kontra l-appellanti ma tistax, bħala prinċipju, tippermetti li l-Unjoni tinżamm responsabbli, u wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli teżamina ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU L 335M, p. 969.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, ĠU 2010, L 281, p. 1.

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU 2010, L 195, p. 25.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/38


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-728/16, Tuerck vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-132/18 P)

(2018/C 161/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin, L. Radu Bouyon, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Sabine Tuerck

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-728/16, Tuerck vs Il-Kummissjoni;

Tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza;

Tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-kawża fl-ewwel istanza;

Tikundanna lil S. Tuerck għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fir-rigward tal-proċeduri ta’ trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni kkostitwiti f’fond nazzjonali lejn is-sistema tal-pensjoni tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif previst fl-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni, l-ewwel aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza, mill-Qorti Ġenerali, tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Radek Časta (sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2013, C-166/12, punti 24, 28 u 31) li skontha t-tranżazzjoni li tikkonsisti fil-konverżjoni tal-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba fl-iskema nazzjonali fi snin ta’ servizz biex tiġi kkunsidrata fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, hija rregolata mid-dritt tal-Unjoni. Din it-tranżazzjoni tinkludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-apprezzament tal-kapital bejn l-applikazzjoni u d-data tat-trasferiment attwali previst mir-Regolamenti. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-Kummissjoni ma kellhiex is-setgħa sabiex twettaq tnaqqis tal-apprezzament tal-kapital bejn id-data ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trasferiment u t-trasferiment attwali tal-kapital. Meta qieset li l-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza sabiex twettaq dawn it-tnaqqisijiet, il-Qorti Ġenerali naqset milli tosserva t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, injorat il-kompetenza rrikonoxxuta lill-Kummissjoni minn dan l-artikolu u wettqet żball ta’ liġi.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonsisti fil-kunsiderazzjoni li t-tnaqqis tal-apprezzament tal-kapital seta’ jsir b’rata differenti minn dik prevista mir-Regolamenti tal-Persunal u biss abbażi tal-kapital trasferibbli. Issa, it-tnaqqis tal-apprezzament tal-kapital għandu jsir b’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, u dawn jimponu l-osservanza tal-bilanċ attwarjali u jipprevedu li, sabiex dan isir, għandha tiġi applikata r-rata ta’ 3,1 %. Barra minn hekk, billi rreferiet għall-mument “trasferibbli” filwaqt li l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal isemmi li t-trasformazzjoni tal-ammonti li jirrappreżentaw id-drittijiet għall-pensjoni tal-persuna kkonċernata fi snin ta’ servizz għandha ssir abbażi tat-trasferiment attwali, il-Qorti Ġenerali marret kontra dan it-test u naqset milli tosserva s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fuq appell fit-13 ta’ Ottubru 2015 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergij (T-104/14 P).

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-għoti ta’ prijorità lid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal fuq ir-Regolamenti tal-Persunal stess, li huwa ġerarkikament superjuri għal dawn id-dispożizzjonijiet, u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Permezz tal-ewwel parti tat-tielet aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali tat lid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni interpretazzjoni li tmur kontra l-formulazzjoni tad-dispożizzjoni statutorja li dawn id-DĠI huma intiżi li jimplimentaw, u marret kontra l-prinċipju li skontu r-Regolamenti tal-Persunal, kif interpretati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Radek Časta, ma jippermettux li jiġu ttrasformati fi snin ta’ servizz ammonti li fattwalment ma jirrappreżentawx drittijiet għall-pensjoni. Permezz tat-tieni parti tat-tielet aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, u dan billi permezz ta’ raġunijiet kontradittorji sostniet li l-fond nazzjonali kien wera l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni u dik tat-trasferiment attwali.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali meta identifikat arrikkiment indebitu li ma jeżistix. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tqis li jkun hemm arrikkiment indebitu meta tiġi kkonvertita fi snin ta’ servizz parti biss mill-kapital ittrasferit, filwaqt li dan it-trasferiment għandu jiġi evalwat fid-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u sussegwentement isegwi s-sistema tal-fondi “kunċettwali” bbażata fuq sistema ta’ kapitalizzazzjoni. Permezz tat-tieni parti tar-raba’ aggravju, il-Kummissjoni tinvoka ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni: il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li kien jeżisti arrikkiment indebitu mingħajr ma spjegat il-fondatezza ta’ din il-konklużjoni fid-dawl tal-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-ammont li kien jeċċedi l-applikazzjoni tar-rata ta’ 3,1 % kien ġie rrimborsat lill-uffiċjal ikkonċernat.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appell de Bruxelles (il-Belġju) fit-23 ta’ Frar 2018 – Skype Communications Sàrl vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

(Kawża C-142/18)

(2018/C 161/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skype Communications Sàrl

Konvenut: Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

Domandi preliminari

1)

Id-definizzjoni tas-servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, kif stabbilit fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (1), kif emendata, għandu jinftiehem fis-sens li servizz ta’ voice-over IP, offrut permezz ta’ softwer b’terminazzjoni fuq public switched telephone network lejn numru fiss jew mobbli ta’ pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni (fil-forma E.164) għandu jkun ikklassifikat bħala servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, minkejja l-fatt li s-servizz ta’ aċċess għall-internet li permezz tiegħu utent jaċċeddi għall-imsemmi servizz ta’ voice-over IP jikkostitwixxi diġà fih innifsu servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, iżda filwaqt li l-fornitur tas-softwer jipprovdi dan is-servizz għal remunerazzjoni u jidħol fi ftehimiet mal-fornituri ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet debitament awtorizzati li jitrasmettu u jitterminaw sejħiet lejn il-public switched telephone network li jippermettu t-terminazzjoni tas-sejħiet lejn numru fiss jew mobbli ta’ pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, ir-risposta tibqa’ l-istess jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-funzjonalità tas-softwer li tippermetti li s-sejħiet bil-vuċi hija biss waħda mill-funzjonalitajiet tas-softwer, li jista’ jintuża mingħajr din il-funzjonalità?

3)

Jekk l-ewwel żewġ domandi jingħataw risposta fl-affermattiv, ir-risposta għall-ewwel domanda tibqa’ l-istess jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-fornitur tas-servizz jipprevedi, fil-kundizzjonijiet ġenerali tiegħu, li ma jassumix responsabbiltà lejn il-klijent aħħari għat-trasmissjoni tas-sinjali?

4)

Jekk l-ewwel tliet mistoqsijiet jingħataw risposta fl-affermattiv, ir-risposta għall-ewwel domanda tibqa’ l-istess jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li s-servizz mogħti jissodisfa wkoll id-definizzjoni ta’ “servizz tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni”?


(1)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349)


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Frar 2018 – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-145/18)

(2018/C 161/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Regards Photographiques SARL

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 103 u 311 tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 (1) kif ukoll tal-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jeżiġu biss li r-ritratti jittieħdu mill-artist tagħhom, jiġu stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, jiġu ffirmati u nnumerati u sa massimu ta’ 30 kopja, bid-daqsijiet u montaturi kollha inklużi, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

Fil-każ fejn tingħata risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, l-Istati Membri jistgħu madankollu jeskludi mill-benefiċċju tar-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud ir-ritratti li, barra minn hekk, ma humiex ta’ natura artistika?

Fil-każ fejn tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, ir-ritratti għandhom jissodisfaw liema kundizzjonijiet oħra sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud? B’mod partikolari, dawn ir-ritratti għandhom ikunu ta’ natura artistika?

Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jew inkella dawn jirreferu għad-dritt ta’ kull Stat Membru, b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-qasam tal-proprjetà intellettwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/41


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fis-26 ta’ Frar 2018 – Agostinho da Silva Martins vs Dekra Claims Services Portugal SA

(Kawża C-149/18)

(2018/C 161/45)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Agostinho da Silva Martins

Konvenuta: Dekra Claims Services Portugal SA

Domandi preliminari

a)

Għandu jitqies li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Portugall tipprevali bħala regola imperattiva derogatorja, fis-sens tal-Artikolu 16 tar-Regolament “Ruma II” (1)?

b)

Din l-istess leġiżlazzjoni tista’ tinftiehem bħala dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju li tistabbilixxi regola ta’ kunflitt ta’ liġijiet, fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament “Ruma II”?

c)

Din tista’ tinftiehem fis-sens li fir-rigward ta’ ċittadin Portugiż li ġarrab inċident tat-traffiku fi Spanja, għandha tapplika r-regola ta’ preskrizzjoni prevista fl-Artikolu 498(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż, fis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/103/KE (2)?


(1)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU 2007, L 199, p. 40).

(2)  Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/41


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 minn Crédit mutuel Arkéa mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-712/15 – Crédit mutuel Arkéa vs Il Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-152/18 P)

(2018/C 161/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Crédit mutuel Arkéa (rappreżentant: H. Savoie, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2017 (T-712/15) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba ta’ Crédit mutuel Arkéa intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Ottubru 2015 (ECB/SSM/2015 – 9695000CG7B84NLR5984/28) li tiffissa r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit mutuel.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq:

żball ta’ liġi, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-Artikolu 2(21)(c) tar-Regolament Qafas dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku jippermetti lill-BĊE jorganizza superviżjoni prudenzjali kkonsolidata ta’ stabbilimenti affiljati ma’ organu ċentrali minkejja li dan ma jkollux il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu;

żball fil-klassifikazzjoni legali tal-fatti, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li Crédit mutuel tikkostitwixxi grupp suġġett għas-superviżjoni prudenzjali sa fejn tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013 (1).


(1)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/42


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 minn Crédit mutuel Arkéa mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-52/16 – Crédit mutuel Arkéa vs Il Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-153/18 P)

(2018/C 161/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Crédit mutuel Arkéa (rappreżentant: H. Savoie, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2017 (T-52/16) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba ta’ Crédit mutuel Arkéa intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 (ECB/SSM/2015 – 9695000CG7B84NLR5984/40) li tiffissa r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit mutuel.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq:

żball ta’ liġi, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-Artikolu 2(21)(c) tar-Regolament Qafas dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku jippermetti lill-BĊE jorganizza superviżjoni prudenzjali kkonsolidata ta’ stabbilimenti affiljati ma’ organu ċentrali minkejja li dan ma jkollux il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu;

żball fil-klassifikazzjoni legali tal-fatti, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li Crédit mutuel tikkostitwixxi grupp suġġett għas-superviżjoni prudenzjali sa fejn tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013 (1).


(1)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/43


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Ilmārs Rimšēvičs vs Ir-Repubblika tal-Latvja

(Kawża C-202/18)

(2018/C 161/48)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrent: Ilmārs Rimšēvičs (rappreżentanti: S. Vārpiņš, I. Pazare, M. Kvēps, avukati)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li l-inkarigu ta’ Gvernatur tal-Latvijas Banka (il-Bank Ċentrali tal-Latvja) ġie tterminat b’mod illegali permezz tad-deċiżjoni adottata mill-Korupcijas novēršanas un apkarošanas birojs (l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni) f’isem ir-Repubblika tal-Latvja tad-19 ta’ Frar 2018, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà.

tiddikjara illegali l-miżura ta’ sigurtà għall-projbizzjoni mill-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali speċifiċi, li permezz tagħha ġie pprojbit milli jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Gvernatur tal-Latvijas Banka u d-drittijiet li jirriżultaw minn dan l-inkarigu, li ġiet imposta bis-saħħa tad-deċiżjoni adottata mill-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni f’isem ir-Repubblika tal-Latvja tad-19 ta’ Frar 2018, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà.

tiddikjara illegali r-restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ Membru tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u tad-drittijiet li jirriżultaw minn dan l-inkarigu, li ġew imposti fuqu b’konsegwenza tad-deċiżjoni adottata mill-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni f’isem ir-Repubblika tal-Latvja tad-19 ta’ Frar 2018, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni illegali adottata fid-19 ta’ Frar 2018 mill-awtorità tal-Istat Latvjan inkarigata mill-investigazzjonijiet – l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni, li huwa inkluż fl-istruttura tal-poter eżekuttiv – li permezz tagħha ġie tterminat l-inkarigu tiegħu ta’ Gvernatur tal-Latvijas Banka għal terminu indefinit. Id-deċiżjoni ta’ terminazzjoni ta’ dan l-inkarigu ġiet adottata f’isem l-Istat Latvjan. Mat-terminazzjoni tal-inkarigu tiegħu ta’ Gvernatur tal-Latvijas Banka, ir-rikorrent tilef ukoll ex officio l-inkarigu ta’ Membru tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Bit-terminazzjoni tal-inkarigu tar-rikorrent twettqu minn tal-inqas il-ksur li ser jiġu esposti iktar ’il quddiem.

3.

Fl-ewwel lok, bit-terminazzjoni tal-inkarigu tar-rikorrent ta’ Gvernatur tal-Latvijas Banka u ta’ Membru tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, inkiser l-Artikolu 14.2 tal-Protokoll Nru 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, peress li, fil-mument tat-terminazzjoni tal-inkarigu tiegħu, ma kienet issodisfatta l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-artikolu għat-tneħħija tal-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali (li l-gvernatur ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu jew jekk ikun ħati ta’ mġieba serjament ħażina).

4.

Fit-tieni lok, bit-terminazzjoni tal-inkarigu tar-rikorrent ta’ Gvernatur tal-Latvijas Banka, inkiser ukoll l-Artikolu 2 tal-likums “Par Latvijas Banku” (Liġi dwar il-Latvijas Banka), jiġifieri, l-att ġuridiku li permezz tiegħu jiġi implementat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fil-mument tal-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, ma kienet issodisfatta l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu għat-terminazzjoni tal-inkarigu tal-Gvernatur tal-Latvijas Banka (l-ewwel nett, ir-riżenja tal-persuna kkonċernata; it-tieni nett, il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 14.2 tal-Istatuti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar it-twettiq ta’ mġieba serjament ħażina, f’liema każ il-Parlament ikun jista’ jiddeċiedi dwar it-tneħħija tal-Gvernatur tal-Latvijas Banka wara li tkun saret definittiva s-sentenza ta’ kundanna; jew, it-tielet nett, il-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 14.2). Barra minn dan, għalkemm skont l-imsemmija liġi l-unika entità li tista’ tittermina l-inkarigu ta’ Gvernatur tal-Latvijas Banka huwa l-Parlament tar-Repubblika tal-Latvja, ma kienx dan tal-aħħar li ttermina l-inkarigu tar-rikorrent iżda l-awtorità tar-Repubblika tal-Latvja inkarigata mill-investigazzjonijiet, li hija inkluża fl-istruttura tal-poter eżekuttiv.

5.

Fit-tielet lok, bit-terminazzjoni tal-inkarigu tar-rikorrent ta’ Gvernatur tal-Latvijas Banka, l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni applika interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, inkwantu ddikjara li fi ħdan il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew ir-rikorrent ma kienx jaġixxi b’mod indipendenti u fl-interess tal-Bank Ċentrali Ewropew, iżda li kien jeżerċita l-kompetenzi ta’ Gvernatur tal-Latvijas Banka u kien jaġixxi fl-interess ta’ dan l-aħħar bank. Madankollu, l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Bank Ċentrali Ewropew huwa istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, l-uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biss jistgħu jeżerċitaw il-kompetenzi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jistgħu jaġixxu biss fl-interessi tal-imsemmija istituzzjonijiet. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma għandhiex is-setgħa li tistabbilixxi l-attivitajiet li għandhom jitwettqu mill-uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u, f’dan is-sens, fil-qadi tal-funzjonijiet ta’ uffiċjal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ma huwiex possibbli li jiġu eżerċitati kompetenzi mogħtija permezz ta’ atti ġuridiċi nazzjonali.

L-Artikolu 130 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiggarantixxi l-indipendenza tal-Bank Ċentrali Ewropew, jeskludi li, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta’ Membru tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernatur tal-Latvijas Banka jista’ jaġixxi bħala rappreżentant tal-Latvijas Banka u jaġixxi (strettament) fl-interessi ta’ dan tal-aħħar jew tar-Repubblika tal-Latvja.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/44


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2018 – Il-Bank Ċentrali Ewropew vs Ir-Repubblika tal-Latvja

(Kawża C-238/18)

(2018/C 161/49)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Zilioli, C. Kroppenstedt u K. Kaiser, aġenti, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, advokāts)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tordna lir-Repubblika tal-Latvja, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 62 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, tipproduċi l-informazzjoni kollha rilevanti relatata mal-investigazzjoni pendenti mibdija mill-Korupcijas novēršanas un apkarošanas birojs (l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni) kontra l-Gvernatur tal-Latvijas Banka (il-Bank Ċentrali tal-Latvja).

tikkonstata, skont l-Artikolu 14.2 tal-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, li r-Repubblika tal-Latvja kisret it-tieni paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni:

sa fejn il-mandat tal-Gvernatur tal-Latvijas Banka ġie sospiż qabel ma ngħatat sentenza ta’ kundanna minn qorti indipendenti li eżaminat il-każ fir-rigward tal-mertu u

jekk hekk jikkonfermaw il-fatti prodotti mir-Repubblika tal-Latvja, mingħajr ma jeżistu ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-mandat f’dan il-każ.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Latvja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-BĊE jsostni li r-Repubblika tal-Latvja kisret it-tieni paragrafu tal-Artikolu 14.2 tal-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew sa fejn issospendiet il-mandat tal-Gvernatur tal-Latvijas Banka billi applikat fir-rigward tiegħu miżura ta’ sigurtà provviżorja mingħajr ma kellha sentenza ta’ kundanna mogħtija minn qorti indipendenti li eżaminat il-każ fir-rigward tal-mertu.


Il-Qorti Ġenerali

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – De Capitani vs Il-Parlament

(Kawża T-540/15) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw proċedura leġiżlattiva pendenti - Trilogi - Tabelli b’erba’ kolonni li jikkonċernaw il-proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Europol u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess għat-tabelli b’erba’ kolonni stabbiliti fil-kuntest tat-trilogi”))

(2018/C 161/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Emilio De Capitani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, J. Wolfhagen u E. Raedts, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Görlitz, A. Troupiotis u C. Burgos, sussegwentement N. Görlitz, C. Burgos u I. Anagnostopoulou, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti, B. Driessen u J.-B. Laignelot, aġenti) u Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni A(2015) 4931 tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2015 li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess sħiħ għad-dokumenti LIBE-2013-0091-02 u LIBE-2013-0091-03.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni A(2015) 4931 tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2015 hija annullata sa fejn din tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess sħiħ lil Emilio De Capitani għad-dokumenti LIBE-2013-0091-02 u LIBE-2013-0091-03.

2)

Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn E. De Capitani.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Stavytskyi vs Il-Kunsill

(Kawża T-242/16) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Proporzjonalità - Bażi legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 161/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward Stavytskyi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey u D. Rovetta, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J.-P. Hix, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Paasivirta u S. Bartelt, sussegwentement E. Paasivirta u L. Baumgart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), sa fejn isem ir-rikorrent inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Edward Stavytskyi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Šroubárna Ždánice vs Il-Kunsill

(Kawża T-442/16) (1)

([“Talba għar-rimbors tad-dazji antidumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja - Regolament (KE) Nru 91/2009 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 723/2011 - Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali”])

(2018/C 161/52)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Šroubárna Ždánice a.s. (Kyjov, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Osladil, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile u A. Westerhof Löfflerová, aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avukat)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba intiża għar-rimbors tad-dazji antidumping u tal-interessi li r-rikorrenti ħallset lill-awtoritajiet doganali Ċeki b’mod allegatament indebitu wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2009, L 29, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm kemm iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU 2011, L 194, p. 6), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012 tal-4 ta’ Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament Nru 91/2009 (ĠU 2012, L 275, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud minħabba n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu..

2)

Šroubárna Ždánice a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – HJ vs EMA

(Kawża T-579/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat għal kuntratt għal żmien indeterminat - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Rapport ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 161/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: HJ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: F. Cooney u N. Rampal Olmedo, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu kompriż bejn is-16 ta’ Frar u l-31 ta’ Diċembru 2014, tad-deċiżjoni tal-EMA tal-1 ta’ April 2015 li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti u taż-żewġ deċiżjonijiet tas-26 ta’ Ottubru 2015 li jiċħdu l-ilmenti ta’ din tal-aħħar kontra dawn l-atti kif ukoll, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HJ hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145 tal-25.4.2016 (kawża inizjalment irreġistrat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-8/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Argyraki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-734/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Kalkolu tas-snin ta’ servizz - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju - Kundizzjonijiet - Bażi legali”))

(2018/C 161/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vassilia Argyraki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Berscheid, G. Gattinara u A.-C. Simon, sussegwentement G. Berscheid, G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni, li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad it-talba tar-rikorrenti għall-validazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju bħala perijodi mwettqa bħala membru tal-persunal temporanju fil-kuntest tal-kalkolu tad-drittijiet pensjonabbli tiegħu.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad it-talba ta’ Vassilia Argyraki għall-validazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju bħala perijodi mwettqa bħala membru tal-persuna temporanju fil-kuntest tal-kalkolu tad-drittijiet pensjonabbli tagħha, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Safe Skies vs EUIPO – Travel Sentry (TSA LOCK)

(Kawża T-60/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TSA LOCK - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 161/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Safe Skies LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. Schwepler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Travel Sentry, Inc. (Windermere, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u V. Torelli, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Novembru 2016 (Każ R 233/2016-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Safe Skies u Travel Sentry.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Safe Skies LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Webgarden vs EUIPO (Dating Bracelet)

(Kawża T-272/17) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Dating Bracelet - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Prassi preċedenti tal-EUIPO - Ugwaljanza fit-trattament - Ċertezza legali”])

(2018/C 161/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Webgarden Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Jambrik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2017 (Każ R 658/2016-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Dating Bracelet bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Webgarden Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Aurora Group Danmark vs EUIPO – Retail Distribution (PANZER)

(Kawża T-246/16) (1)

((“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 161/57)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Aurora Group Danmark A/S (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Elmgaard Sørensen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Gaja, sussegwentement T. Frydendahl u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Retail Distribution ApS (Hinnerup, id-Danimarka) (rappreżentant: E. A. Skovbo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 (Każ R 447/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Retail Distribution u Aurora Group Danmark.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Aurora Group Danmark A/S u Retail Distribution ApS għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull wieħed, għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Disney Enterprises vs EUIPO – Di Molfetta (DiSNEY FROZEN)

(Kawża T-567/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 161/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Disney Enterprises, Inc. (Burbank, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Fabio Di Molfetta (Bisceglie, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 (Każ R 2342/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fabio di Molfetta u Disney Enterprises, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors;

2)

Disney Enterprises, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Comune di Milano vs Il-Kunsill

(Kawża T-46/18) (1)

((“Astensjoni”))

(2018/C 161/59)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone u M. Condinanzi, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti, M. Bauer u F. Florindo Gijón, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill adottata fil-marġni tat-3579 laqgħa, fil-formazzjoni “Affarijiet Ġenerali”, tal-20 ta’ Novembru 2017, li tirrigwarda l-għażla tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), sa fejn hija tindika Amsterdam bħala s-sede l-ġdida tal-EMA.

Dispożittiv

1)

Il-Qorti Ġenerali tastjeni ruħha mill-Kawża T-46/18 sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq ir-rikors.

2)

Id-deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mir-Regione Lombardia hija rriżervata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/53


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2018 – VI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-109/18)

(2018/C 161/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VI (rappreżentanti: G. Pandey u V. Villante, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

preliminarjament, fejn huwa xieraq, tiddikjara l-invalidità u n-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal f’din il-kawża skont l-Artikolu 270 TFUE;

tannulla, fl-ewwel lok, id-deċiżjoni tal-EPSO tal-14 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq fit-13 ta’ Lulju 2017, inkluża t-talba tar-rikorrent għal kumpens ta’ EUR 50 000;

tannulla, fit-tieni lok, id-deċiżjoni tal-EPSO tad-19 ta’ April 2017 li tiċħad it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla li ma jdaħħlux fil-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni;

tannulla, fit-tielet lok, id-deċiżjoni tas-6 ta’ Frar 2017 li tidher fil-kont tal-internet tal-EPSO li ma jinkludix l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ kandidati magħżula għall-finijiet tal-kompetizzjoni tal-EPSO/AD/323/16;

tannulla, fir-raba’ lok, l-avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/323/16, ippubblikat fis-26 ta’ Mejju 2016, u, fl-intier tiegħu, l-abbozz tal-lista konsekuttiva ta’ kandidati magħżula biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni ċċitata iktar ’il fuq;

takkorda s-somma ta’ EUR 50 000 lir-rikorrent, bħala kumpens tad-dannu subit li jirriżulta mill-illegalità td-deċiżjonijiet ikkontestati ċċitati iktar ’il fuq; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-EPSO/tal-bord tal-għażla tal-esperjenza professjonali tar-rikorrent, li tirriżulta fi ksur tal-Anness III tal-avviż ta’ kompetizzjoni inkwistjoni li jispeċifika l-esperjenza professjonali meħtieġa.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt għal smigħ tar-rikorrent, kif ukoll tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-Artikolu 296 TFUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tar-Regolament Nru 1/58 (1), tal-ksur tal-Artikoli 1(d) u 28 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.


(1)  Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/54


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2018 – Tomasz Kawałko Trofeum vs EUIPO – Ferrero (KINDERPRAMS)

(Kawża T-115/18)

(2018/C 161/61)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Tomasz Kawałko Trofeum (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: P. Moksa, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero SpA (Alba, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “KINDERPRAMS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 916 961

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1112/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li tintlaqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark KINDERPRAMS;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/54


Rikors ippreżentat fil-01 ta’ Marzu 2018 – HMV (Brands) vs EUIPO – Our Price Records (OUR PRICE)

(Kawża T-129/18)

(2018/C 161/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HMV (Brands) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Hicks, u N. Zweck, Barristers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Our Price Records Ltd (Londra)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “OUR PRICE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 636 998

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 838/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob/jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-Our Price Records Limited għall-ispejjeż (hekk hija tintervjeni fil-kawża)

U JEW

tilqa’ l-oppożizzjoni ta’ HMV fl-intier tagħha

JEW INKELLA

tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO sabiex dan jiddeċiedi fid-dawl tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/55


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – LMP Lichttechnik Vertriebs vs EUIPO (LITECRAFT)

(Kawża T-140/18)

(2018/C 161/63)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LMP Lichttechnik Vertriebs GmbH (Ibbenbüren, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Plegge, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LITECRAFT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 282 635

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 699/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/56


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Société générale vs BĊE

(Kawża T-143/18)

(2018/C 161/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société générale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – O2RNE8IBXP4R0TD8PU41/174 tad-19 ta’ Diċembru 2017 u l-Artikolu 3 tal-Anness A tagħha, sa fejn dawn jistabbilixxu miżuri li għandhom jiġu adottati fuq l-impenji ta’ ħlas irrevokabbli fir-rigward tas-sistemi ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Skont ir-rikorrenti, il-BĊE ma għandux kompetenza li jimponi rekwiżit prudenzjali ta’ portata ġenerali u ma wettaqx evalwazzjoni individwali u dettaljata tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti kif jeżiġu t-testi applikabbli.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi li allegatament jivvizzja lid-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-BĊE interpreta b’mod żbaljat it-testi tal-liġi tal-Unjoni billi stabbilixxa l-possibbiltà lill-istabbilimenti ta’ kreditu li jirrikorru għall-impenji ta’ ħlas irrevokabbli u, għaldaqstant, ċaħad lil dawn id-dispożizzjonijiet mill-effett utli tagħhom.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija allegatament vvizjata minn żball manifest fl-evalwazzjoni tar-riskji li allegatament jirriżultaw mill-impenji ta’ ħlas irrevokabbli fir-rigward tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn il-BĊE huwa suġġett għal obbligu ta’ motivazzjoni msaħħa u d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/57


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Crédit Agricole et vs BĊE

(Kawża T-144/18)

(2018/C 161/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit Agricole SA (Montrouge, Franza) u 69 rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 9 tad-deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/380 tad-19 ta’ Diċembru 2017 u l-Artikolu 3 tal-Anness A tiegħu, sa fejn dawn jistabbilixxu miżuri li għandhom jiġu adottati fuq l-impenji ta’ ħlas irrevokabbli fir-rigward tas-sistema ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-143/18, Societé générale vs BĊE.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/57


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Confédération nationale du Crédit mutuel et vs BĊE

(Kawża T-145/18)

(2018/C 161/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération nationale du Crédit mutuel (Pariġi, Franza) u 37 rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-BĊE NruoECB/SSM/2017 – 9695000CG7B84NLR5984/207 tad-19 ta’ Diċembru 2017, sa fejn dan jistabbilixxu miżuri li għandhom jiġu adottati fuq l-impenji ta’ ħlas irrevokabbli fir-rigward tas-sistemi ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-143/18, Société générale vs BĊE.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/58


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – BPCE et vs BĊE

(Kawża T-146/18)

(2018/C 161/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) u 36 rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – 9695005MSX1OYEMGDF46/338 (meħuda flimkien mal-anness tagħha) tad-19 ta’ Diċembru 2017, sa fejn hija tistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu dwar l-impenji ta’ pagament irrevokabbli rigward is-sistemi ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-143/18, Société générale vs BĊE.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/58


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Arkéa Direct Bank et vs BĊE

(Kawża T-149/18)

(2018/C 161/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Arkéa Direct Bank (Puteaux, Franza), Caisse de Bretagne de Crédit Mutuel Agricole (Le Relecq Kerhuon, Franza), Crédit Mutuel Arkéa (Le Relecq Kerhuon), Crédit foncier et communal d’Alsace et de Lorraine-banque (Strasbourg, Franza), Fédéral Finance (Le Relecq Kerhuon), Arkéa Home Loans SFH (Brest, Franza), Arkéa Banking Services (Pariġi, Franza), Arkéa Public Sector SCF (Le Relecq Kerhuon), Arkéa Banque Entreprises et Institutionnels (Le Relecq Kerhuon), Keytrade Bank Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 8 tad-deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – 9695000CG7B84NLR5984/207 tad-19 ta’ Diċembru 2017, sa fejn jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu dwar l-impenji ta’ pagament irrevokabbli għal dak li jirrigwarda l-iskemi ta’ garanzija għal depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-143/18, Société générale vs BĊE.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/59


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – BNP Paribas vs BĊE

(Kawża T-150/18)

(2018/C 161/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BNP Paribas (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment l-Artikolu 9 tad-deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – 9695000CG7B84NLR5984/207 tad-19 ta’ Diċembru 2017 sa fejn hija timponi tnaqqis tal-impenji ta’ pagament irrevokabbli sottoskritti mal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, mal-fondi ta’ riżoluzzjoni nazzjonali u mal-iskemi nazzjonali ta’ garanzija għal depożiti ta’ kapital tal-grad 1, fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata, u b’mod partikolari l-paragrafi 9.1, 9.2 u 9.3;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija nieqsa minn bażi legali sa fejn il-BĊE uża s-setgħat tiegħu fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali sabiex jimponi miżura ta’ portata ġenerali li taqa’ taħt il-kompetenza tal-leġiżlatur u eċċeda s-setgħat mogħtija lilu mill-Artikolu 4(1)(f) u mill-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn il-BĊE ta interpretazzjoni li tmur kontra l-intenzjoni tal-leġiżlatur tat-testi tad-dritt tal-Unjoni li tawtorizza lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw impenji ta’ pagament irrevokabbli sabiex titħallas parti mill-obbligi tagħhom fir-rigward tal-fondi ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni u tal-iskemi nazzjonali ta’ garanzija għal depożiti, u b’hekk ċaħħad lid-dispożizzjonijiet ikkonċernati mill-effett utli tagħhom. Barra minn hekk, il-BĊE bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq qari żbaljat tal-kuntest ġuridiku Ewropew u nazzjonali ta’ traspożizzjoni applikabbli għall-impenji ta’ pagament irrevokabbli.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żball ta’ evalwazzjoni u tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/59


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2018 – Legutko u Poręba vs Il-Parlament

(Kawża T-156/18)

(2018/C 161/70)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Ryszard Antoni Legutko (Morawica, il-Polonja), Tomasz Piotr Poręba (Mielec, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mataczyński, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-konvenut kiser l-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-istess Regoli, billi naqas milli jibgħat lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea l-mistoqsija bil-miktub, ippreżentata minn xi membri tal-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-proċedura rreġistrata bin-numru ta’ referenza P-003358/17;

tordna lill-Parlament Ewropew jibgħat lill-korp kompetenti, jiġifieri lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-mistoqsija bil-miktub ippreżentata bin-numru ta’ referenza P-003358/17;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi segwenti.

Motiv li jallega nuqqas min-naħa tal-Parlament Ewropew li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ dan tal-aħħar milli jibgħat lill-istituzzjoni kompetenti, kif indikat mir-rikorrenti, il-mistoqsija bil-miktub ippreżentata fis-16 ta’ Mejju 2017 tal-Membri tal-Parlament Ewropew Ryszard Legutko u Tomasz Poręba.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/60


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/18)

(2018/C 161/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo, sa fejn iżżomm lir-rikorrent fil-punt 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fil-punt 2 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK, u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tad-drittijiet tad-difiża, inkluż ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li tippermetti li jiġu ġġustifikati l-miżuri u li tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif ukoll ksur tad-dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent f’atti li jikkostitwixxu ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

3.

It-tielet motiv: ksur tad-dritt għall-ħajja privata, tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv: l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU 2010, L 336, p. 30), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2016, L 336I, p. 7), u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2005, L 193, p. 1).


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/61


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kampete vs Il-Kunsill

(Kawża T-164/18)

(2018/C 161/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ilunga Kampete (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 1 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/61


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kahimbi Kasagwe vs Il-Kunsill

(Kawża T-165/18)

(2018/C 161/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Delphin Kahimbi Kasagwe (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 7 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 7 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(a) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(a) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/62


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Ilunga Luvoyo vs Il-Kunsill

(Kawża T-166/18)

(2018/C 161/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ferdinand Ilunga Luvoyo (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 3 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/63


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kanyama vs Il-Kunsill

(Kawża T-167/18)

(2018/C 161/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Célestin Kanyama (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrenti fin-Nru 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 4 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/63


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Numbi vs Il-Kunsill

(Kawża T-168/18)

(2018/C 161/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: John Numbi (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 5 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 5 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(a) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(a) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/64


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kibelisa Ngambasai vs Il-Kunsill

(Kawża T-169/18)

(2018/C 161/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roger Kibelisa Ngambasai (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 6 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 6 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(a) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(a) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/64


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill

(Kawża T-170/18)

(2018/C 161/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alex Kande Mupompa (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 10 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 10 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/65


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża T-171/18)

(2018/C 161/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Évariste Boshab (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 8 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 8 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/65


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Akili Mundos vs Il-Kunsill

(Kawża T-172/18)

(2018/C 161/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Muhindo Akili Mundos (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 13 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 13 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/66


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

(Kawża T-173/18)

(2018/C 161/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emmanuel Ramazani Shadary (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 15 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 15 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/67


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Mutondo vs Il-Kunsill

(Kawża T-174/18)

(2018/C 161/82)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kalev Mutondo (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 16 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 16 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(c) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(c) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/67


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill

(Kawża T-175/18)

(2018/C 161/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Éric Ruhorimbere (Mbujimayi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 14 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 14 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/68


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Mende Omalanga vs Il-Kunsill

(Kawża T-176/18)

(2018/C 161/84)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Lambert Mende Omalanga (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 12 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 12 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(a) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(a) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/68


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill

(Kawża T-177/18)

(2018/C 161/85)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 11 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 11 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/69


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – VJ vs SEAE

(Kawża T-180/18)

(2018/C 161/86)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VJ (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi

id-dikjarazzjoni ta’ kalkolu li s-SEAE bagħtlu permezz ta’ posta elettronika kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-dikjarazzjoni tas-salarju li permezz tagħha ingħata/ser jingħata l-ħlas tal-allowance tal-edukazzjoni għal uliedu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, in-nota tal-15 ta’ April 2016 li fuqha hija bbażata u l-Guidelines tas-SEAE jiksru r-Regolamenti tal-Persunal u l-Anness X tiegħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni individwali kkontestata. Dan il-motiv huwa kompost minn ħames partijiet.

L-ewwel parti, ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ previdenza, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet kweżiti tar-rikorrent.

It-tieni parti, ibbażata fuq ksur tal-impenji sottoskritti mis-SEAE, fuq amministrazzjoni ħażina kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrent.

It-tielet parti bbażata fuq ksur tad-dritt għall-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni.

Ir-raba’ parti bbażata fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

Il-ħames parti bbażata fuq l-assenza ta’ bbilanċjar tal-interessi u tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-miżura adottata.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/70


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (TAKE CARE)

(Kawża T-181/18)

(2018/C 161/87)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “TAKE CARE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 254 898

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 845/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/70


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2018 – Lucchini vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-185/18)

(2018/C 161/88)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Lucchini SpA (Livorno, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

wara li ħadet konjizzjoni tal-ksur ikkonstatat fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li annullaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar ksur tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit – adozzjoni mill-ġdid), tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tas-17 ta’ Jannar 2018, u fl-istess ħin tordna lill-Kummissjoni tħallas lura lir-rikorrenti l-multa imposta u mħallsa illegalment, kif ukoll l-interessi.

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-9 ta’ Marzu 2018 u tordna lill-Kummissjoni li tawtorizza lir-rikorrenti tieħu sehem fil-proċedura COMP/37.956, li għandha terġa’ tinfetaħ mill-Kummissjoni sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenzi.

sussidjarjament, tikkumpensa lir-rikorrenti somma mhux inqas minn EUR 10 miljuni jew somma oħra li tkun iddeterminata matul il-proċedura jew meqjusa ekwa mill-Qorti Ġenerali sabiex tissanzjona adegwatament il-ksur li seħħ tal-Artikolu 41 tal-Karta.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar ksur tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit) (1) u tispeċifika li minkejja t-termini ta’ dan l-annullament, il-konvenuta rrifjutat li tħallas lura l-multa mħallsa u li tistidinha sabiex tintervjeni fil-proċedura amministrattiva, li fil-frattemp reġgħet infetħet.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2), b’mod partikolari d-dritt tal-parti li tagħmel it-talba għal proċedura li tosserva l-legalità u fl-ewwel lok id-drittijiet tad-difiża tagħha.

Qed jiġi sostnut f’dan ir-rigward, li l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-seduta ma hijiex sempliċi formalità, peress li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jiffurmaw parti mill-kumitat li għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni qabel tiġi adottata kwalunkwe deċiżjoni. L-imsemmija awtoritajiet għandhom dejjem jieħdu sehem fis-seduti plenarji, stadju kruċjali tal-proċedura li matulu il-konvenuti jikkonċentraw l-isforzi tagħhom difensivi fil-kuntest tad-dibattitu kontradittorju mal-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tad-dritt għall-amministrazzjoni tajba.


(1)  Sentenza tal-21 ta’ Settembru 2017, Feralpi vs Il-Kummissjoni (C-85/15 P, EU:C:2017:709); Kawżi magħquda C-85/15 P, C-86/15 P u C-87/15 P, C-88/15 P u C-89/15 P.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/71


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Vetturi)

(Kawża T-191/18)

(2018/C 161/89)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 762851-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1203/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell u tiddikjara l-invalidità tad-disinn Komunitarju Nru 762851-0001;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002.


7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/72


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rietze vs EUIPO – Volkswagen (Vetturi)

(Kawża T-192/18)

(2018/C 161/90)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/073118-3 li tindika l-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1244/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell u tinvalida l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn DM/073118-3 fl-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002.