ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 152

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
30 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 152/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 152/02

Kawża C-560/17: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 minn Mediaexpert sp z.o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-780/16 – Mediaexpert vs EUIPO

2

2018/C 152/03

Kawża C-8/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Jannar 2018 – TE, UD, YB, ZC vs Luminor Bank AB

2

2018/C 152/04

Kawża C-26/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Jannar 2018 – Federal Express Corporation, Deutsche Niederlassung vs Hauptzollamt Frankfurt am Main

3

2018/C 152/05

Kawża C-32/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Jannar 2018 – Tiroler Gebietskrankenkasse vs Michael Moser

4

2018/C 152/06

Kawża C-42/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Jannar 2018 – Finanzamt Trier vs Cardpoint GmbH, bħala aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH

5

2018/C 152/07

Kawża C-48/18 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2018 minn Toontrack Music AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-771/16 – Toontrack Music AB vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

5

2018/C 152/08

Kawża C-49/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fis-26 ta’ Jannar 2018 – Carlos Escribano Vindel vs Ministerio de Justicia

6

2018/C 152/09

Kawża C-52/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Norderstedt (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Christian Fülla vs Toolport GmbH

7

2018/C 152/10

Kawża C-55/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO) vs Deutsche Bank SAE

8

2018/C 152/11

Kawża C-56/18 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-17 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-263/15, Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

9

2018/C 152/12

Kawża C-57/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Jannar 2018 – AX vs BW

11

2018/C 152/13

Kawża C-68/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Frar 2018 – SC Petrotel-Lukoil SA vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor

12

2018/C 152/14

Kawża C-69/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

13

2018/C 152/15

Kawża C-85/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Oradea (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Frar 2018 – CV vs DU

14

2018/C 152/16

Kawża C-93/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland (ir-Renju Unit) fid-9 ta’ Frar 2018 – Ermira Bajratari vs Secretary of State for the Home Department

14

2018/C 152/17

Kawża C-94/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (Ireland) fit-12 ta’ Frar 2018 – Nalini Chenchooliah vs Minister for Justice and Equality

15

2018/C 152/18

Kawża C-98/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Frar 2018 – T. Boer & Zonen BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken

15

2018/C 152/19

Kawża C-104/18 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2018 minn Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-687/16 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

16

2018/C 152/20

Kawża C-114/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Frar 2018 – Sandoz Ltd, Hexal AG vs G.D. Seale LLC, Janssen Sciences Ireland

17

2018/C 152/21

Kawża C-115/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal correctionnel de Saint-Brieuc – Chambre détachée de Guingamp (Franza) fit-12 ta’ Frar 2018 – Procureur de la République vs Tugdual Carluer et

17

2018/C 152/22

Kawża C-125/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fis-16 ta’ Frar 2018 – Marc Gómez del Moral Guasch vs Bankia S.A.

18

2018/C 152/23

Kawża C-127/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Frar 2018 – A-PACK CZ, s r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

19

2018/C 152/24

Kawża C-164/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

20

2018/C 152/25

Kawża C-165/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

20

2018/C 152/26

Kawża C-181/18 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 mir-Repubblika tal-Polonja mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-849/16, PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2018/C 152/27

Kawża C-188/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 152/28

Kawża T-542/11 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Alouminion tis Ellados vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Tariffa preferenzjali tal-elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt konkluż mal-fornitur eżistenti — Rexissjoni ta’ kuntratt mill-fornitur eżistenti — Sospensjoni ġudizzjarja, fi proċeduri għal miżuri provviżorji, tal-effetti tar-rexissjoni ta’ kuntratt — Annullamment tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni mill-Qorti Ġenerali — Annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja — Portata tal-azzjoni wara r-rinviju — Klassifikzzjoni tad-digriet għal miżuri provviżorji tal-għajnun ġdida — Kompetenza tal-Kummissjoni — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Klassifikazzjoni tat-tariffa preferenzjali bħala għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Aspettattivi leġittimi — Drittijiet tad-difiża tal-benefiċjarju — Obbligu ta’ rkupru — Obbligu ta’ motivazzjoni)

24

2018/C 152/29

Kawża T-507/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (FAEG — Infiq eskluż mill-finanzjament — Regolament (KE) Nru 2200/96, Direttiva 2002/55/KE, Regolamenti (KE) Nru 1432/2003, (KE) Nru 1433/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 885/2006, (KE) Nru 1182/2007, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 1580/2007 u (UE) Nru 1306/2013 — Infiq imġarrab mill-Polonja — Riskju għall-FAEG — Kontrolli fuq il-post — Kriterji għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi — Diverġenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi — Korrezzjoni finanzjarja)

25

2018/C 152/30

Kawża T-533/15 u T-264/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Kim et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Korea ta’ Fuq bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari — Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti — Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista — Obbligu ta’ motivazzjoni)

25

2018/C 152/31

Kawża T-33/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – TestBioTech vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Prodotti ġenetikament immodifikati — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Regolament (KE) Nru 1829/2003 — Fażola tas-sojja ġenetikament immodifikata MON 87769, MON 87705 u 305423 — Ċaħda ta’ talba għal reviżjoni interna tad-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Kunċett ta’ dritt ambjentali — Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006)

26

2018/C 152/32

Kawża T-108/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Naviera Armas vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kundizzjonijiet ta’ użu tal-infrastruttura portwarja ta’ Puerto de Las Nieves minn kumpannija tat-transport marittimu — Użu esklużiv ta’ infrastrutturi ffinanzjati minn fondi pubbliċi, mingħajr kuntratt ta’ konċessjoni — Eżenzjoni ta’ parti mit-taxxi portwarji — Ilment ta’ kompetitur — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għanjuna mill-Istat fi tmiem il-proċedura ta’eżami preliminari — Diffikultajiet serji waqt l-eżami tal-miżuri kkonċernati — Evoluzzjoni tas-sitwazzjoni inkwistjoni matul il-proċedura amministrattiva — Kunċett ta’ vantaġġ mogħti permezz ta’ riżorsi tal-Istat — Żbalji ta’ evalwazzjoni tal-fatti u żbalji ta’ liġi — Deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li tissospendi l-effetti ta’ sejħa għal offerti — Rekwiżit ta’ eżami diliġenti u imparzjali tal-ilment)

27

2018/C 152/33

Kawża T-211/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Caviro Distillerie et vs Il-Kummissjoni (Dumping — Importazzjoni ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina u mmanifatturat minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/176 — Assenza ta’ impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv — Artikolu 3(2), (3) u (5) u Artikolu 17(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Teħid ta’ kampjuni — Assenza ta’ dannu materjali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Determinazzjoni tad-dannu — Profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni)

28

2018/C 152/34

Kawża T-390/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Grupo Osborne vs EUIPO – Ostermann (DONTORO dog friendship) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DONTORO dog friendship — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Kumplimentarità tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

29

2018/C 152/35

Kawża T-424/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Gifi Diffusion vs EUIPO – Crocs (Żraben) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġunijiet għal invalidità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Eżami ex officio ta’ raġuni għal invalidità mill-Bord tal-Appell — Ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Appell — Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002]

29

2018/C 152/36

Kawża T-651/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Crocs vs EUIPO – Gifi Diffusion (Żraben) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Nuqqas ta’ novità — Żvelar qabel id-data ta’ prijorità — Evalwazzjoni ex officio tal-fatti — Provi kumplimentari ppreżentati quddiem il-Bord tal-Appell — Artikoli 5, 7 u Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

30

2018/C 152/37

Kawża T-824/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Kiosked vs EUIPO – VRT (K) Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva K — Trade mark Benelux figurattiva preċedenti K — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]

31

2018/C 152/38

Kawża T-1/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – La Mafia Franchises vs EUIPO – l-Italja (La Mafia SE SIENTA A LA MESA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea La Mafia SE SIENTA A LA MESA — Raġuni assoluta għal rifjut — Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità — Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

31

2018/C 152/39

Kawża T-151/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Marriott Worldwide vs EUIPO – Graf (Rappreżentazzjoni ta’ barri bil-ġwienaħ) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta barri bil-ġwienaħ — Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jirrappreżentaw grifun — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 53(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Drittijiet tal-awtur preċedenti protetti mid-dritt nazzjonali — Artikolu 53(2)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 60(2)(ċ) tar-Regolament 2017/1001] — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001])

32

2018/C 152/40

Kawża T-205/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – SSP Europe vs EUIPO (SECURE DATA SPACE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SECURE DATA SPACE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

33

2018/C 152/41

Kawża T-279/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Hermann Bock vs EUIPO (Push and Ready) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjon għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Push and Ready — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

33

2018/C 152/42

Kawża T-346/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Hotelbeds Spain vs EUIPO – Guidigo Europe (Guidego what to do next) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Guidego what to do next — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea GUIDIGO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

34

2018/C 152/43

Kawża T-482/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – MedSkin Solutions Dr. Suwelack vs EUIPO – Cryo-Save (CryoSafe) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2018/C 152/44

Kawża T-124/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2018 – Estamede vs BĊE (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika ekonomika u monetarja — BĊE — Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg — Involviment ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku Grieg ta’ ġestjoni ta’ fond ta’ pensjoni għall-inġiniera u għall-kuntratturi pubbliċi — Assenza ta’ interess proprju jew ta’ trasferiment tad-dritt għal kumpens — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali — Inammissibbiltà manifesta)

35

2018/C 152/45

Kawża T-196/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Naftogaz of Ukraine vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2009/73/KE — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni għar-regoli tal-Unjoni tal-modalitajiet ta’ tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL dwar l-aċċess minn terzi u r- regolamentazzjoni tariffarja — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà)

36

2018/C 152/46

Kawża T-263/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – SD vs EIGE (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid — Talba għal tiġdid li għandha l-istess suġġett tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Irrecevabilité)

36

2018/C 152/47

Kawża T-84/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 – VG vs Il-Kummissjoni

37

2018/C 152/48

Kawża T-85/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 – Edward William Batchelor vs Il-Kummissjoni

38

2018/C 152/49

Kawża T-100/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Wehrheim vs BĊE

40

2018/C 152/50

Kawża T-101/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2018 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

40

2018/C 152/51

Kawża T-112/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 – Pink Lady America vs CPVO – WAAA (Cripps Pink)

42

2018/C 152/52

Kawża T-113/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)

43

2018/C 152/53

Kawża T-114/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)

43

2018/C 152/54

Kawża T-116/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Darmanin vs EASO

44

2018/C 152/55

Kawża T-124/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Wendel et vs Il-Kummissjoni

45

2018/C 152/56

Kawża T-125/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Associazione – GranoSalus vs Il-Kummissjoni

46

2018/C 152/57

Kawża T-130/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni

47

2018/C 152/58

Kawża T-131/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Deichmann vs Il-Kummissjoni

48

2018/C 152/59

Kawża T-132/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Roland vs Il-Kummissjoni

49

2018/C 152/60

Kawża T-141/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Deichmann-Shoes UK vs Il-Kummissjoni

50

2018/C 152/61

Kawża T-142/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Buffalo – Boots vs Il-Kummissjoni

52

2018/C 152/62

Kawża T-152/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

53

2018/C 152/63

Kawża T-153/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

54

2018/C 152/64

Kawża T-154/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

54

2018/C 152/65

Kawża T-155/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

55

2018/C 152/66

Kawża T-158/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2018 – Scaloni e Figini vs Il-Kummissjoni

56

2018/C 152/67

Kawża T-160/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2018 – Theodorakidi vs EUIPO – Benopoulou (THYREOS VASSILIKI)

57

2018/C 152/68

Kawża T-162/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 – Beko vs EUIPO – Acer (ALTUS)

58

2018/C 152/69

Kawża T-688/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2018 – Deloitte Consulting vs Il-Kummissjoni

59

2018/C 152/70

Kawża T-155/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2018 – CFA Institute vs EUIPO – Bloss et (CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE)

59

2018/C 152/71

Kawża T-156/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2018 – CFA Institute vs EUIPO – Ernst u Häcker (CERTIFIED FINANCIAL MODELER CFM)

59

2018/C 152/72

Kawża T-641/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – Ferri vs BĊE

59


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 152/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 142, 23.4.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 134, 16.4.2018

ĠU C 123, 9.4.2018

ĠU C 112, 26.3.2018

ĠU C 104, 19.3.2018

ĠU C 94, 12.3.2018

ĠU C 83, 5.3.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/2


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 minn Mediaexpert sp z.o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-780/16 – Mediaexpert vs EUIPO

(Kawża C-560/17)

(2018/C 152/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mediaexpert sp. z o.o. (rappreżentant: J. Aftyka, radca prawny)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-13 ta’ Marzu 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell huma inammissibbli.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Jannar 2018 – TE, UD, YB, ZC vs Luminor Bank AB

(Kawża C-8/18)

(2018/C 152/03)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TE, UD, YB, ZC

Konvenuta: Luminor Bank AB

Domandi preliminari

1)

Persuna fiżika li, qabel id-data tal-1 ta’ Novembru 2007 imsemmija fl-Artikolu 70 tad-Direttiva 2004/39/KE (1), kisbet strument finanzjarju derivattiv mingħand bank permezz ta’ self mogħti minn dan l-istess bank u kkostitwixxiet ipoteka favur il-bank bħala garanzija, hija meqjusa bħala konsumatur fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, peress li l-Artikolu 3(3)(d) tad-Direttiva 2011/83/UE (2) jippreċiża li din ma tapplikax għall-kuntratti “għas-servizzi finanzjarji”?

2)

Persuna fiżika li, qabel id-data tal-1 ta’ Novembru 2007 imsemmija fl-Artikolu 70 tad-Direttiva 2004/39/KE (3), kisbet strument finanzjarju derivattiv mingħand bank permezz ta’ self mogħti minn dan l-istess bank u kkostitwixxiet ipoteka favur il-bank bħala garanzija, hija meqjusa bħala klijent mhux professjonali u investitur mhux professjonali fi strumenti finanzjarji fis-sens tad-dritt tal-Unjoni u hemm lok li jiġu applikati f’dan il-każ ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni li jimponu obbligu li l-klijenti jiġu informati u li jipprojbixxu s-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi matul l-offerta u l-bejgħ ta’ strument finanzjarju minn bank, bħal dawk previsti mid-Direttiva 2003/6/KE (4), mid-Direttiva 2003/71/KE (5), mid-Direttiva 2001/34/KE (6), mir-Regolament Nru 809/2004/KE (7) u mid-Direttiva 2014/65/UE (8), kif ukoll ir-regoli l-oħra stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni li jipproteġu d-drittijiet tal-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji?

3)

Id-Direttiva 2003/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) għandha tiġi interpretata fis-sens li n-nuqqas ta’ żvelar tal-fatt li l-fornitur tal-istrument finanzjarju ma huwiex awtorizzat li jipprovdi dan is-servizz finanzjarju, in-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni essenzjali fil-prospett jew fl-anness tal-prospett, kif ukoll ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interessi tal-fornitur tal-istrument finanzjarju matul il-konklużjoni ta’ kuntratti li jirrigwardaw dan l-istrument finanzjarju jistgħu jinfluwenzaw direttament (f’direzzjoni speċifika) il-prezz tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati u li l-parti l-oħra f’dawn il-kuntratti hija għalhekk intitolata li titlob l-annullament jew l-emenda tal-kuntratti jew kumpens għad-dannu sostnut minnha?


(1)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).

(2)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 304, p. 64).

(3)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).

(4)  Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 367).

(5)  Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356).

(6)  Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 24).

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 307).

(8)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU 2014, L 173, p. 349).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Jannar 2018 – Federal Express Corporation, Deutsche Niederlassung vs Hauptzollamt Frankfurt am Main

(Kawża C-26/18)

(2018/C 152/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federal Express Corporation, Deutsche Niederlassung

Konvenut: Hauptzollamt Frankfurt am Main

Domandi preliminari

1)

Importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) u tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) tippreżupponi li l-merkanzija introdotta fit-territorju tal-Unjoni tidħol fis-sistema ekonomika tal-Unjoni jew huwa suffiċjenti li jeżisti sempliċi riskju li din il-merkanzija tidħol f’din is-sistema?

Fil-każ fejn importazzjoni tippreżupponi d-dħul tal-merkanzija fis-sistema ekonomika tal-Unjoni:

2)

Merkanzija introdotta fit-territorju tal-Unjoni tidħol awtomatikament fis-sistema ekonomika tal-Unjoni fil-każ fejn, minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, din ma titqiegħed taħt l-ebda skema fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tad-Direttiva 2006/112 jew, għalkemm tkun ċertament inizjalment tqiegħdet taħt tali skema, minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, sussegwentement ma tibqax suġġetta għal din l-iskema, jew, fil-każ ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, id-dħul fis-sistema ekonomika tal-Unjoni jista’ jkun suġġett għall-kundizzjoni li jista’ jiġi preżunt li, minħabba dan il-ksur, il-merkanzija tkun daħlet fis-sistema ekonomika tal-Unjoni fit-territorju fiskali tal-Istat Membru li fih twettaq il-ksur u setgħet kienet is-suġġett ta’ konsum jew ta’ użu?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Jannar 2018 – Tiroler Gebietskrankenkasse vs Michael Moser

(Kawża C-32/18)

(2018/C 152/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tiroler Gebietskrankenkasse

Konvenut: Michael Moser

Domandi preliminari

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (Regolament Nru 883/2004) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja (l-Awstrija) huwa marbut li jħallas bħala benefiċċju tal-familja, lil ġenitur residenti u li jaħdem fi Stat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza skont l-Artikolu 68(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 (il-Ġermanja), id-differenza bejn l-ammont tal-allowance parentali [Elterngeld] imħallsa fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza u l-allowance għaż-żamma ta’ wild [Betreuungsgeld] fil-varjant tagħha marbut mad-dħul previst fl-Istat Membru l-ieħor, meta ż-żewġ ġenituri jkunu jirrisjedu mal-wild komuni fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza u t-tieni ġenitur biss ikun jeżerċita attività professjonali fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja, bħala ħaddiem transkonfinali?

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

2)

L-allowance għaż-żamma ta’ wild għandha tiġi kkalkolata fil-varjant tagħha marbut mad-dħul skont id-dħul fil-fatt miksub fl-Istat tal-impjieg (il-Ġermanja) jew skont id-dħul ipotetikament miksub fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja (l-Awstrija) għal attività professjonali komparabbli?


(1)  ĠU 2009, L 284, p. 1.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Jannar 2018 – Finanzamt Trier vs Cardpoint GmbH, bħala aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH

(Kawża C-42/18)

(2018/C 152/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent fi proċedura ta’ “Reviżjoni”: Finanzamt Trier

Konvenuta fi proċedura ta’ “Reviżjoni”: Cardpoint GmbH, bħala aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH

Domanda preliminari

Is-servizzi tekniċi u amministrattivi li fornitur ta’ servizzi jipprovdi għal bank bl-użu ta’ distributur awtomatiku ta’ biljetti u għall-ħlasijiet fi flus kontanti minn dan il-bank permezz tad-distributur awtomatiku huma eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont il-punt 3 tal-Artikolu 13B(d) tad-Direttiva 77/388/KEE (1), minkejja li, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Mejju 2016, Bookit, C-607/14, EU:C:2016:355, skont id-dispożizzjoni hawn fuq imsemmija, is-servizzi tekniċi u amministrattivi simili li fornitur ta’ servizzi jipprovdi għall-ħlasijiet b’karta bankarja fil-kuntest tal-bejgħ ta’ biljetti taċ-ċinema ma humiex?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/5


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2018 minn Toontrack Music AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-771/16 – Toontrack Music AB vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-48/18 P)

(2018/C 152/07)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Appellant: Toontrack Music AB (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata

b’mod prinċipali, tiddeċiedi definittivament il-kawża billi tilqa’ t-talbiet ifformulati quddiem il-Qorti Ġenerali;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-motivi invokati mill-appellanti insostenn tat-talbiet tagħha huma li d-deċiżjoni appellata, skont l-ewwel aggravju, hija illegali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (2), skont it-tieni aggravju, tikser l-Artikolu 76 u skont it-tielet aggravju, tikser l-Artikolu 65 u l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (1) [li ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2017, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (2)].

2.

Skont l-ewwel aggravju, is-sentenza appellata hija żbaljata inkwantu l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod żbaljat li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 945 423 “EZMIX”, li tagħha ntalbet ir-reġistrazzjoni, hija deskrittiva fis-sens tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, u li hija nieqsa mill-karattru distintiv meħtieġ mill-Artikolu 7(1)(b) u mill-Artikolu 7(2) ta’ dan l-istess regolament. Peress li s-sintamma EZMIX tikkostitwixxi, b’mod komplessiv, sinjal distintiv, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li kienu jeżistu raġunijiet għal rifjut previsti mir-Regolament Nru 207/2009. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti tal-kawża fir-rigward tat-tifsira, l-użu u l-assoċjazzjonijiet tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni mingħand il-pubbliku rilevanti. Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.

3.

Skont it-tieni aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball proċedurali billi marret kontra l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 billi żnaturat il-provi prodotti. Il-Qorti Ġenerali qieset li l-faċilità hija argument ta’ bejgħ importanti ħafna fis-settur tat-tagħmir u tas-softwer użati għar-reġistrazzjonijiet mużikali u li tikkostitwixxi wieħed mill-fatturi prinċipali meħuda inkunsiderazzjoni. L-analiżi u l-provi li jissostanzjaw dawn il-kunsiderazzjonijiet huma għal kollox żbaljati. Il-Qorti Ġenerali twettaq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 76 inkwantu kien hemm żnaturament tal-provi prodotti fil-kawża. Il-lakuni fl-analiżi wasslu għal konklużjoni mhux ipprovata u żbaljata, li ma hija ssostanzjata minn ebda mill-fatti li ngħataw importanza deċiżiva mill-Qorti Ġenerali għas-soluzzjoni tat-tilwima.

4.

Skont it-tielet aggravju, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 65 u 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u, b’hekk wettqet żball proċedurali billi naqset milli tagħti lill-appellanti l-possibbiltà li tinstema’ fir-rigward ta’ fatt li fuqu hija bbażata s-sentenza kkontestata u tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

5.

Dan il-fatt, li ssemma għall-ewwel darba fid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, ma ġiex ipprovat mill-EUIPO u r-riferiment għalih ħasad lill-appellanti. Il-provi prodotti mir-rikorrenti fl-ewwel istanza sabiex tikkontesta l-eżattezza ta’ dan il-fatt għaldaqstant setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni biss quddiem il-Qorti Ġenerali fejn b’hekk ir-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kinitx f’pożizzjoni li tipproduċi l-provi kompleti, bi ksur tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet.


(1)  ĠU 2009, L 78, p. 1.

(2)  ĠU 2017, L 154, p. 1.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fis-26 ta’ Jannar 2018 – Carlos Escribano Vindel vs Ministerio de Justicia

(Kawża C-49/18)

(2018/C 152/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Carlos Escribano Vindel

Konvenut: Ministerio de Justicia

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens [li] ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġifieri l-Artikolu 31.Uno tal-Ley 39/2010, de 22 de diciembre, de Presupuestos Generales del Estado para el año 2011 (Liġi 39/2010, tat-22 ta’ Diċembru 2010, dwar il-finanzi pubbliċi għas-sena 2011), li tistabbilixxi perċentwali differenti ta’ tnaqqis li rriżultaw iktar onerużi għal dawk il-membri tal-ġudikatura li r-rimunerazzjoni tagħhom hija l-iktar baxxa, li b’hekk ġew issuġġettati għal sagrifiċċju ikbar fil-kuntest tal-kontribuzzjoni lejn il-finanzi pubbliċi (prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)?

2)

Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ preservazzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja permezz ta’ remunerazzjoni ġusta, stabbli u konformi mal-funzjonijiet eżerċitati mill-membri tal-ġudikatura għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkluża fl-Artikolu 31.Uno tal-Ley 39/2010, de 22 de diciembre, de Presupuestos Generales del Estado para el año 2011 (Liġi 39/2010, tat-22 ta’ Diċembru 2010, dwar il-finanzi pubbliċi għas-sena 2011), li la tieħu inkunsiderazzjoni n-natura tal-funzjonijiet eżerċitati, la tal-anzjanità, u lanqas tal-importanza tal-kompiti mwettqa mill-membri ta’ din tal-aħħar u li sabiex tippreżerva l-vijabbiltà tal-ispejjeż pubbliċi, timponi sagrifiċċju iktar oneruż unikament fuq dawk il-membri tal-ġudikatura li r-remunerazzjoni tagħhom hija l-iktar baxxa (prinċipju ta’ indipendenza ġudizzjarja)?


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Norderstedt (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Christian Fülla vs Toolport GmbH

(Kawża C-52/18)

(2018/C 152/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Norderstedt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Fülla

Konvenuta: Toolport GmbH

Domandi preliminari

1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 1999/44/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li konsumatur għandu dejjem iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-imprenditur l-oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod esklużivament fil-post fejn jinsab l-oġġett, għall-finijiet ta’ tiswija jew ta’ sostituzzjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv:

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 1999/44/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li konsumatur għandu dejjem iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-imprenditur l-oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod esklużivament fis-sede kummerċjali tal-imprenditur, għall-finijiet ta’ tiswija jew ta’ sostituzzjoni?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv:

Liema kriterji jirriżultaw mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 1999/44/KE fir-rigward tad-determinazzjoni tal-post fejn il-konsumatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-imprenditur l-oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod għall-finijiet ta’ tiswija jew ta’ sostituzzjoni?

4)

Fil-każ li l-post fejn il-konsumatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-imprenditur l-oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jeżamina l-oġġett u jsewwih ikun – fil-każijiet kollha jew f’dan il-każ speċifiku – is-sede kummerċjali tal-imprenditur:

Huwa konformi mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) flimkien mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 1999/44 li l-konsumatur ikollu jħallas l-ispejjeż tat-trasport lejn u minn is-sede kummerċjali tal-imprenditur jew mill-obbligu “li jsewwi […] mingħajr ħlas” jirriżulta li l-bejjiegħ huwa marbut jagħmel ħlas antiċipat?

5)

Fil-każ li l-post fejn il-konsumatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-imprenditur l-oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jeżamina l-oġġett u jsewwih ikun – fil-każijiet kollha jew f’dan il-każ speċifiku – is-sede kummerċjali tal-imprenditur u fil-każ li huwa konformi mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) flimkien mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 1999/44 li l-konsumatur jagħmel ħlas antiċipat tal-ispejjeż tat-trasport:

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 1999/44/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li konsumatur ma jistax jirrexxindi kuntratt jekk ikun sempliċement innotifika d-difett fl-oġġett lill-imprenditur, mingħajr ma jkun offra li jittrasporta l-imsemmi oġġett fis-sede kummerċjali tal-imprenditur?

6)

Fil-każ li l-post fejn il-konsumatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-imprenditur l-oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jeżamina l-oġġett u jsewwih ikun – fil-każijiet kollha jew f’dan il-każ speċifiku – is-sede kummerċjali tal-imprenditur, iżda ma huwiex konformi mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) flimkien mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 1999/44 li l-konsumatur jagħmel ħlas antiċipat tal-ispejjeż tat-trasport:

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 1999/44/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li konsumatur ma jistax jirrexxindi kuntratt jekk ikun sempliċement innotifika d-difett fl-oġġett lill-imprenditur, mingħajr ma jkun offra li jittrasporta l-imsemmi oġġett fis-sede kummerċjali tal-imprenditur?


(1)  Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223)


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO) vs Deutsche Bank SAE

(Kawża C-55/18)

(2018/C 152/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO)

Konvenuta: Deutsche Bank SAE

Partijiet interessati: Federación Estatal de Servicios de la Unión General de Trabajadores (FES-UGT), Confederación General del Trabajo (CGT), Confederación Solidaridad de Trabajadores Vascos (ELA), Confederación Intersindical Galega (CIG)

Domandi preliminari

1)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jitqies li, permezz tal-Artikoli 34 u 35 tal-Estatuto de los Trabajadores (l-Istatut tal-Ħaddiema) kif interpretati mill-ġurisprudenza [Spanjola], adotta l-miżuri neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-effettività tal-limitazzjoni tal-ħin tax-xogħol u ta’ mistrieħ ta’ darba fil-ġimgħa u ta’ kuljum, prevista fl-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 (1), fir-rigward ta’ ħaddiema full-time li ma aċċettawx espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sigħat addizzjonali u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji?

2)

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 3, 5, 6, 16 u 22 tad-Direttiva 2003/88 [omissis], moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema, li minnha ma jistax jiġi dedott, kif tenfasizza ġurisprudenza [Spanjola] stabbilita, li l-impriż[i] huma obbligati jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum mill-ħaddiema full-time li ma aċċettawx espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sigħat addizzjonali u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji?

3)

Għandu jitqies li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkluża fl-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema, li minnha ma jistax jiġi dedott, kif tenfasizza ġurisprudenza [Spanjola] stabbilita, li l-impriż[i] huma obbligati jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum mill-ħaddiema full-time li ma aċċettawx espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sigħat addizzjonali u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji, tippermetti li jiġi ggarantit, fir-rigward ta’ ħaddiema ordinarji, l-obbligu, impost fuq l-Istati Membri fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 3, 4, 6, 16 u 22 tad-Direttiva 2003/88 [omissis], moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 89/391 [omissis], li jillimitaw il-perijodu ta’ ħin tax-xogħol tal-ħaddiema kollha inġenerali?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/9


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-17 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-263/15, Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-56/18 P)

(2018/C 152/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, D. Recchia u S. Noë, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Gmina Miasto Gdynia, Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o., Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

L-appellanti titlob il-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-263/15, Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o. o.;

tiċħad it-tielet ilment fis-sitt motiv bħala infondat;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-eżami mill-ġdid tal-ħames motivi l-oħra,

sussidjarjament:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-263/15, Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o. o., sa fejn il-punt 1 tad-dispożittiv tagħha jinkludi wkoll deċiżjoni dwar l-għajnuna għall-investiment;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-eżami mill-ġdid tal-ħames motivi l-oħra,

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-263/15 għandha tiġi annullata inkwantu hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi, li l-Kummissjoni kkategorizzat fi tliet aggravji:

1.    Klassifikazzjoni legali żbaljata tad-“dritt tal-partjiet ikkonċernati li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom” u tal-konsegwenzi legali tal-ksur ta’ dan id-dritt, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ferriere Nord SpA v Il-Kummissjoni, C-49/05 P.

Id-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri d-Deċiżjoni 2015/1586/UE (1) il-konstatazzjonijiet li l-għajnuna għat-tħaddim għall-kumpannija PLGK kienet inkompatibbli mas-suq intern kienu bbażati fuq żewġ raġunijiet indipendenti. Ir-raġuni prinċipali kienet l-inkompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna għall-investiment (ara l-premessa 244 tad-deċiżjoni kkontestata). In-nuqqas li jiġi ssodisfat l-ewwel kriterju elenkat fil-Linji Gwida tal-2014, jiġifieri il-kontribut tal-għajnuna għat-tħaddim għal għan iddefinit sew ta’ interess komuni kien biss it-tieni raġuni addizzjonali għad-dikjarazzjoni li tali għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern.

Madankollu, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali fil-punti 71 sa 98 tas-sentenza kien ibbażat fuq il-preżunzjoni li l-inkompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna għat-tħaddim lill-kumpannija PLGK tirriżulta esklużivament mill-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014, u l-Qorti Ġenerali għalhekk wettqet l-evalwazzjoni tagħha fid-dawl tas-sentenza Ferriere Nord, C-54/09 P. Din il-preżunzjoni kienet ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari l-premessi 244 u 245 tagħha (ara t-tieni aggravju iktar ’il quddiem). Li kieku l-Qorti Ġenerali interpretat korrettament id-deċiżjoni kkontestata, kienet tikkonkludi li l-eżami tat-tielet ilment tas-sitt motiv kien ineffettiv, peress li ma setax iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

Fil-punti 69 sa 89 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali wettqet żewġ żbalji ta’ liġi, peress li applikat id-“dritt li jippreżentaw kummenti” tal-partijiet ikkonċernati, previst fl-Artikolu 108(2) TFUE, kuntrarjament għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni, C-49/05 P, punti 78 sa 84. L-ewwel aggravju huwa magħmul minn żewġ partijiet:

i)

żball fil-klassifikazzjoni legali tad-“dritt tal-partijiet interessati li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom” fis-sitwazzjoni li tagħti lok għas-sentenza bħala “formalità essenzjali”, li n-nuqqas ta’ konformità magħha jwassal awtomatikament għall-konstatazzjoni tal-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-effett ta’ dan il-ksur fuq is-sitwazzjoni tal-partijiet u fuq id-dispożittiv tad-deċiżjoni (punti 70, 81 u 83 tas-sentenza appellata).

ii)

madankollu, anki jekk jitqies, kif għamlet il-Qorti Ġenerali, li l-inkompatibbiltà tal-għajnuna għat-tħaddim lill-kumpannija PLGK mas-suq intern kienet ibbażata fuq l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014, li ma huwiex il-każ, il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ferriere Nord, C-54/09 P f’dan ir-rigward. Dan peress li, fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2014 applikati fl-evalwazzjoni tal-għajnuna għat-tħaddim kienu, essenzjalment, identiċi għad-dispożizzjonijiet applikati fid-deċiżjoni ta’ revoka abbażi tal-Linji Gwida tal-2015 u għalhekk l-osservazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati dwar il-Linji Gwida tal-2014 ma setgħux ikollhom effett fuq id-dispożittiv tad-deċiżjoni f’dan ir-rigward.

2.    Interpretazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata u tad-deċiżjoni rrevokata tal-Kummissjoni

Il-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata, fil-punt 89 tas-sentenza tagħha, hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata, fil-punti 84 sa 87 ta’ din is-sentenza, tar-raġuni ta’ inkompatibbiltà tal-għajnuna għat-tħaddim mas-suq intern, stabbilita fil-premessa 244 tad-deċiżjoni kkontestata, fis-sens li tirriżulta mil-Linji Gwida tal-2014 u mid-Deċiżjoni 2014/883/UE (2), li ġiet irrevokata. L-interpretazzjoni żbaljata tal-premessa 244 tad-deċiżjoni kkontestata kienet dovuta għall-interpretazzjoni żbaljata tal-premessa 245 ta’ din id-deċiżjoni.

Fil-premessa 244 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa 227 tad-Deċiżjoni 2014/883/UE rrevokata, u tenniet il-konklużjoni li kienet waslet għaliha f’din id-deċiżjoni li “l-għoti ta’ għajnuna operatorja sabiex jiġi żgurat l-operat ta’ proġett ta’ investiment li jibbenefika minn għajnuna għal investiment inkompatibbli huwa inerentement inkompatibbli mas-suq intern”. Fis-sentenza segwenti tal-premessa 244, il-Kummissjoni tiġġustifika l-konklużjoni kif ġej: “Mingħajr l-għajnuna għall-investiment inkompatibbli, l-ajruport ta’ Gdynia kieku ma jeżistix, peress li huwa ffinanzjat kollu kemm huwa permezz ta’ dik l-għajnuna, u l-għajnuna operatorja ma tistax tingħata għall-infrastruttura tal-ajruport li ma teżistix.”

Madankollu, fil-premessa 245, il-Kummissjoni sostniet li “[d]ik il-konklużjoni skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 hija valida bl-istess mod skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 u biżżejjed biex ikun konstatat li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-operatur tal-ajruport hija inkompatibbli mas-suq intern”.

L-espressjoni “valida […] skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014” fil-premessa 245 tad-deċiżjoni kkontestata ma tfissirx li hija bbażata fuq tali Linji Gwida. Il-punt huwa li din ma tistax tiġi affettwata bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2014. Mill-premessa 245 tad-deċiżjoni kkontestata, iċċitata iktar ’il fuq, jirriżulta li l-inkompatibbiltà tal-għajnuna għat-tħaddim mas-suq intern li tirriżulta mill-inkompatibbiltà mal-għajnuna tal-investiment hija indipendenti (peress li hija bbażata fuq argumentazzjoni oħra) mil-Linji Gwida tal-2014. L-“impreċiżjoni” li semmiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 85 tas-sentenza tagħha fir-rigward tad-deċiżjoni rrevokata ma tistax tikkonfuta l-konklużjoni msemmija iktar ’il fuq tad-deċiżjoni kkontestata.

3.    Natura sproporzjonata tal-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata

Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-aggravji preċedenti, il-Kummissjoni tenfasizza li l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, li jannulla l-Artikoli 2 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħhom, huwa sproporzjonat. Dan imur lil hinn mill-portata tal-konstatazzjoni, fil-punti 71 sa 89 tas-sentenza, li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali fir-rigward tal-għajnuna għat-tħaddim peress li tinkludi deċiżjoni dwar l-għajnuna għall-investiment. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod żbaljat li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex separabbli, billi bbażat ruħha fuq l-Artikolu 2 tagħha. Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kriterju ta’ separazzjoni ta’ att huwa dwar jekk il-konsegwenza tal-annullament ta’ parti minn dan l-att tkunx bidla fil-kontenut tiegħu. L-annullament tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-għajuna għat-tħaddim ma jbiddilx il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, peress li din id-deċiżjoni tissokta tikkonċerna l-għajnuna għat-tħaddim lill-kumpannija PLGK.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586 tas-26 ta’ Frar 2015 dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (eks 13/NN u eks 12/N) — Il-Polonja — It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (notifikata bid-dokument C(2015) 1281) (ĠU 2015, L 250, p. 165)

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2014/883/UE tal-11 ta’ Frar 2015 dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) — Il-Polonja — It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (notifikata bid-dokument C(2014) 759) (ĠU 2014, L 357, p. 51)


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Jannar 2018 – AX vs BW

(Kawża C-57/18)

(2018/C 152/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AX

Konvenuti: BW

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 98/59/KE”) għandu jiġi interpetat fis-sens li, sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ ħaddiema impjegati abitwalment fi stabbiliment, għandu jitqies in-numru ta’ ħaddiema impjegati fil-kors normali tal-attività tal-istabbiliment?

2.

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 98/59/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ ħaddiema impjegati abitwalment fi stabbiliment ta’ impriża utilizzatriċi, jistgħu jitqiesu l-ħaddiema temporanji li jaħdmu fih?

Fil-każ li għat-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

3.

Liema kundizzjonijiet japplikaw għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ħaddiema temporanji sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ ħaddiema abitwalment impjegati fi stabbiliment ta’ impriża utilizzatriċi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Frar 2018 – SC Petrotel-Lukoil SA vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor

(Kawża C-68/18)

(2018/C 152/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Petrotel-Lukoil SA

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-qafas Komunitarju dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1) jipprekludu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 175, fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2010 tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003 (il-Kodiċi Fiskali – Liġi Nru 571/2003) u tal-Artikolu 20616, fis-seħħ mill-1 ta’ April 2010 tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003, kif ukoll ta’ leġiżlazzjonijiet sussegwenti adottati bl-applikazzjoni tagħhom?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku jipprekludu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 175, fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2010 tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003 u tal-Artikolu 20616, fis-seħħ mill-1 ta’ April 2010 tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003, kif ukoll ta’ leġiżlazzjonijiet sussegwenti adottati bl-applikazzjoni tagħhom?

3)

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi lill-Istat milli jżomm is-sisa inizjalment ikkalkolata għall-prodott “nafta” meta jiddeċiedi dwar l-ilment imressaq mill-persuna taxxabbli/mill-kumpannija, u b’dan il-mod jinjora l-fatt li l-kumpannija għaldaqstant kisbet id-deċiżjoni li tipprevedi l-assimilazzjoni tal-prodott “żejt għall-magni nofsu maħdum” mal-prodott “żejt għall-magni” wara kontroll fiskali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/13


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-69/18)

(2018/C 152/14)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk, G. von Rintelen, M. Žebre)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li billi ma adottatx, sas-17 ta’ Ġunju 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (ĠU 2014 L 158, p. 196) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx il-miżuri tagħha lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Repubblika tas-Slovenja, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 260 TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 7 986,60 kuljum b’effett mill-jum li tingħata s-sentenza fil-kawża preżenti;

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, ir-Repubblika tas-Slovenja kellha tadotta u tippubblika, sa mhux iktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2016 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ din id-direttiva. Peress li sal-iskadenza ta’ dan it-terminu r-Repubblika tas-Slovenja ma kinitx informat lill-Kummissjoni bit-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tal-imsemmija direttiva, din tal-aħħar iddeċidiet li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika tas-Slovenja il-pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 7 986,60 kuljum. Meta kkalkolat dan il-pagament ta’ penalità, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-gravità u t-tul tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll l-effett dissważiv b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru, f’dan il-każ ir-Repubblika tas-Slovenja.

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fis-17 ta’ Ġunju 2016.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Oradea (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Frar 2018 – CV vs DU

(Kawża C-85/18)

(2018/C 152/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CV

Konvenuta: DU

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ residenza abitwali tal-minuri, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li din ir-residenza abitwali tikkorrispondi għall-post fejn il-minuri għandu ċertu livell ta’ integrazzjoni fl-ambjent soċjali u tal-familja, indipendentement mill-fatt li teżisti sentenza ta’ qorti mogħtija fi Stat Membru ieħor, wara li l-minuri ċċaqlaq ma’ missieru fit-territorju tal-Istat fejn il-minuri integra fl-ambjent soċjali u tal-familja? Jew, f’dan il-każ, hemm lok li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 2201/2003, li jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni bbażata fuq il-preżenza tal-minuri?

2)

Il-fatt li l-minuri għandu n-nazzjonalità tal-Istat Membru li fih huwa jgħix ma’ missieru, f’ċirkustanzi fejn il-ġenituri tiegħu għandhom biss in-nazzjonalità Rumena, huwa rilevati għad-determinazzjoni tar-residenza abitwali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland (ir-Renju Unit) fid-9 ta’ Frar 2018 – Ermira Bajratari vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-93/18)

(2018/C 152/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal in Northern Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ermira Bajratari

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Domandi preliminari

1)

Id-dħul minn impjieg li huwa illegali taħt id-dritt nazzjonali jista’ jistabbilixxi, totalment jew parzjalment, id-disponibbiltà ta’ biżżejjed riżorsi fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva taċ-Ċittadini (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(b) jistgħu jiġu sodisfatti, jekk l-impjieg jitqies li huwa prekarju sempliċement minħabba n-natura illegali tiegħu?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (Ireland) fit-12 ta’ Frar 2018 – Nalini Chenchooliah vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-94/18)

(2018/C 152/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (Ireland)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nalini Chenchooliah

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

1)

Fil-każ li konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun eżerċita d-drittijiet ta’ moviment liberu taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tkun ġiet irrifjutata d-dritt ta’ residenza taħt l-Artikolu 7 minħabba li ċ-ċittadin tal-Unjoni inkwistjoni ma kienx, jew ma kienx iktar, jeżerċita d-drittijiet ibbażati fuq it-Trattati tal-Unjoni Ewropea fl-Istat Membru ospitanti kkonċernat, u fil-każ li jiġi propost li l-konjuġi għandha titkeċċa minn dak l-Istat Membru, din it-tkeċċija għandha sseħħ skont u konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE, jew din it-tkeċċija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun li t-tkeċċija għandha sseħħ skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE, din it-tkeċċija għandha sseħħ skont u konformement mar-rekwiżiti tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2004/38/KE, u partikolarment l-Artikoli 27 u 28 tagħha, jew l-Istat Membru, f’ċirkustanzi bħal dawn, jista’ jibbaża fuq dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2004/38/KE, b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 15 tagħha?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Frar 2018 – T. Boer & Zonen BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-98/18)

(2018/C 152/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T. Boer & Zonen BV

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

Domandi preliminari

Il-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-laħam għandu jitkessaħ fil-biċċerija anki sabiex it-trasbord tal-laħam ma jseħħx qabel dan ma jkun laħaq temperatura massima ta’ 7 gradi Celsius jew huwa possibbli ukoll li l-imsemmi laħam jitkessaħ ġewwa l-vettura li tkessaħ, sakemm din il-vettura ma titlaqx mill-post tal-biċċerija?


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/16


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2018 minn Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-687/16 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-104/18 P)

(2018/C 152/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ (rappreżentanti: J. Güell Serra, E. Stoyanov Edissonov, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Joaquín Nadal Esteban

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li t-trade mark kontenzjuża Nru 9917436 hija invalida;

tikkundanna lil Joaquín Nadal Esteban u lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali ddikjarat, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), li mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Ġunju 2009, Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli, C-529/07, ECLI:EU:C:2009:361, kien jirriżulta li l-malafede tippreżupponi l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni u li konsegwentement tirrikjedi li l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni kellhom ikunu simili jew identiċi.

L-appellanti ssostni li mis-sentenza Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli ma jirriżultax li l-malafede tal-applikant għal reġistrazzjoni tippreżupponi l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks/sinjali tal-partijiet, iżda li l-eżistenza ta’ tali probabbiltà ta’ konfużjoni hija biss eżempju ta’ fatturi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, u mhux kundizzjoni sine qua non għall-applikazzjoni tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

L-appellanti għalhekk tallega li, billi kkonstatat li l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 kien jippreżupponi jew kien jeħtieġ l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku u għalhekk li l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni jkunu jixtiebħu jew identiċi, il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin is-sentenza Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli u applikat ħażin l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. Konsegwentement hija wettqet żball ta’ liġi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Frar 2018 – Sandoz Ltd, Hexal AG vs G.D. Seale LLC, Janssen Sciences Ireland

(Kawża C-114/18)

(2018/C 152/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sandoz Ltd, Hexal AG

Konvenuti: G.D. Seale LLC, Janssen Sciences Ireland

Domandi preliminari

Meta l-uniku ingredjent is-suġġett ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari maħruġ abbażi tar-[Regolament Nru 469/2009] (1) jagħmel parti minn kategorija ta’ komposti li jaqgħu taħt definizzjoni Markush f’talba tal-privattiva, li jinkorporaw l-avvanz tekniku inventiv ewlieni, huwa suffiċjenti, għall-finijiet tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009, li, fid-dawl tal-istruttura tiegħu, il-kompost huwa immedjatament irrikonoxxut bħala kompost li jaqa’ taħt il-kategorija (u huwa għaldaqstant protett mill-privattiva bis-saħħa tal-liġi nazzjonali dwar il-privattivi) jew għandhom is-sostitwenti speċifiċi neċessarji biex jifformaw l-ingredjent attiv jidhru fost dawk li l-persuna speċjalizzata fil-qasam tista’ tidderivi minn qari tat-talbiet tal-privattiva ibażata fuq il-konjizzjonijiet ġenerali komuni tagħhom?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal correctionnel de Saint-Brieuc – Chambre détachée de Guingamp (Franza) fit-12 ta’ Frar 2018 – Procureur de la République vs Tugdual Carluer et

(Kawża C-115/18)

(2018/C 152/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal correctionnel de Saint-Brieuc – Chambre détachée de Guingamp

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur de la République

Konvenuti: Tugdual Carluer, Yann Latouche, Dominique Legeard, Thierry Leleu, Dimitri Pinschof, Brigitte Plunian, Rozenn Marechal

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament Ewropew Nru 1107/2009 (1) huwa konformi mal-prinċipju ta’ prekawzjoni meta jonqos milli jiddefinixxi preċiżament x’jikkostitwixxi sustanza attiva u jħalli lill-applikant jagħżel dak li huwa jiddeskrivi bħala sustanza attiva fil-prodott tiegħu u jħallilu l-possibbiltà li jorjenta l-fajl tal-applikazzjoni tiegħu kollu fuq sustanza unika minkejja li l-prodott finali kkummerċjalizzat jinkludi diversi sustanzi?

2)

Il-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-imparzjalità tal-awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni huma żgurati meta t-testijiet, l-analiżijiet u l-evalwazzjonijiet neċessarji għall-kumpilazzjoni tal-fajl jitwettqu biss mill-applikanti li jistgħu jkunu parzjali fil-preżentazzjoni tagħhom, mingħajr ebda kontroanaliżi indipendenti?

3)

Il-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-imparzjalità tal-awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni huma żgurati mingħajr pubblikazzjoni tar-rapporti tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni taħt il-pretest tal-protezzjoni tas-sigriet industrijali?

4)

Ir-Regolament Ewropew Nru 1107/2009 huwa konformi mal-prinċipju ta’ prekawzjoni meta ma jiħux inkunsiderazzjoni li jkun hemm diversi sustanzi attivi u l-użu kumulattiv tagħhom, b’mod partikolari meta ma jipprevedi ebda analiżi speċifika kompleta fuq il-livell Ewropew tal-akkumulazzjoni ta’ sustanzi attivi fl-istess prodott?

5)

Ir-Regolament Ewropew Nru 1107/2009 huwa konformi mal-prinċipju ta’ prekawzjoni meta fil-Kapitoli 3 u 4 tiegħu jeżenta mill-analiżijiet ta’ tossiċità (ġenotossiċità, eżami ta’ karċinoġeniċità, eżami tal-perturbazzjonijiet endokrinali …), il-prodotti pestiċidi fil-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom hekk kif imqiegħda fis-suq u hekk kif il-konsmaturi u l-ambjent huma esposti għalihom, u jimponi biss testijiet sommarji li huma dejjem imwettqa mill-applikant?


(1)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, p. 1).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fis-16 ta’ Frar 2018 – Marc Gómez del Moral Guasch vs Bankia S.A.

(Kawża C-125/18)

(2018/C 152/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Il-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Barcelona, Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Gómez del Moral Guasch

Konvenuta: Bankia S.A.

Domandi preliminari

1.

L-indiċi IRPH (1) Cajas, għandu jkun suġġett għal protezzjoni ġudizzjarja fis-sens li jiġi eżaminat jekk dan jinftiehemx mill-konsumatur mingħajr ma jkun prekluż li jiġi rregolat minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi, inkwantu dan ma huwiex previst fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 (2) ġaladarba ma jirrigwardax dispożizzjoni obbligatorja iżda interess varjabbli u remuneratorju li jiġi inkluż b’mod fakultattiv mill-professjonist inkarigat mill-kuntratt?

2.

2.1

Konformement mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, mhux trasposta fl-ordinament ġuridiku [Spanjol], il-fatt li qorti Spanjola tinvoka u tapplika l-Artikolu 4(2) tal-istess direttiva meta din id-dispożizzjoni ma ġietx trasposta fl-ordinament ġuridiku [Spanjol] fuq rieda tal-leġiżlatur, li kellu l-għan li jiggarantixxi livell ta’ protezzjoni sħiħa fir-rigward tal-klawżoli kollha li l-professjonist jista’ jinkludi f’kuntratt sottoskritt minn konsumaturi, inklużi dawk li jħallu effetti fuq l-għan prinċipali tal-kuntratt – anki jekk ikunu ġew redatti b’mod ċar u li jinftiehem, imur kontra d-Direttiva 93/13/KEE u l-Artikolu 8 tagħha?

2.2

Fi kwalunkwe każ, huwa neċessarju li tiġi trażmessa informazzjoni jew reklamar dwar il-fatti jew data li ġejjin, jew uħud minnhom, sabiex tinftiehem il-klawżola essenzjali, b’mod speċifiku tal-IRPH?

(i)

Spjegazzjoni ta’ kif tiġi kkonfigurata r-rata ta’ referenza, jiġifieri, informazzjoni dwar il-fatt li dan l-indiċi jinkludi l-kummissjonijiet u spejjeż oħra minbarra r-rata ta’ interess nominali, li tirrigwarda medja sempliċi mhux ipponderata li l-professjonist kellu jkun jaf filwaqt li kellu jikkomunika l-fatt li kellu japplika differenzjal negattiv u li d-data pprovduta ma hijiex pubblika, meta mqabbel mal-indiċi l-ieħor li jintuża abitwalment, Euribor?

(ii)

Spjegazzjoni ta’ kif dan l-indiċi evolva fil-passat u kif jista’ jevolvi fil-futur, billi tintuża l-grafika fl-informazzjoni u fir-reklamar li tkun tispjega b’mod ċar u li jinftiehem lill-konsumatur l-iżvilupp ta’ din ir-rata speċifika ta’ rata meta mqabbel ma’ Euribor, rata abitwalment użata tas-self b’garanzija ipotekarja.

2.3

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li l-qorti tar-rinviju għandha l-obbligu li teżamina n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali u li għandha tislet il-konsegwenzi kollha konformement mad-dritt nazzjonali tagħha, jeħtieġ li ssir id-domanda li ġejja: in-nuqqas ta’ informazzjoni ta’ dawn l-elementi kollha jagħti lok għal nuqqas ta’ fehim tal-klawżola inkwantu din ma tkunx ċara għall-konsumatur medju skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 jew li l-ommissjoni ta’ din l-informazzjoni tkun ekwiparabbli għal trattament żleali min-naħa tal-professjonist u li, għaldaqstant, li kieku l-konsumatur kien informat korrettament huwa ma kienx jaċċetta r-rata ta’ referenza tal-IRPH għas-self tiegħu?

3.

Fil-każ li tiġi ddikjarata n-nullità tal-IRPH Cajas, liema miż-żewġ konsegwenzi li ġejjin tkun konformi mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13 fin-nuqqas ta’ ftehim jew jekk ftehim kien jirriżulta li huwa iktar dannuż għall-konsumatur?

3.1

Emenda fil-kuntratt billi jiġi applikat l-indiċi ta’ sostituzzjoni abitwali, l-Euribor, inkwantu dan ikun kuntratt essenzjalment ivvinkolat b’interess produttiv favur l-entità [li jkollha l-kwalità ta’] professjonist?

3.2

It-tneħħija tal-interessi, bis-sempliċi obbligu li jitħallas il-kapital misluf fit-termini stipulati min-naħa tal-persuna li tislef jew mid-debitur.


(1)  Índice de Referencia de Préstamos Hipotecarios (Indiċi ta’ Referenza għal Self Ipotekarju).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Frar 2018 – A-PACK CZ, s r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-127/18)

(2018/C 152/23)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A-PACK CZ, s.r.o.

Konvenuti: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jista’ jiġi interpretat, fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu, permezz ta’ leġiżlazzjoni derogatorja, kundizzjonijiet li, għal ċerti każijiet, jeskludu tnaqqis tal-ammont taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas parzjali jew totali?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil persuna taxxabbli għall-VAT tikkorreġi l-ammont tal-VAT jekk ġiet suġġetta għall-obbligu li tiddikjara t-taxxa minħabba li pprovdiet provvista taxxabbli lil persuna taxxabbli oħra li ma ħalsietx, jew ħalset biss parzjalment, il-provvista u li sussegwentement waqfet milli tkun persuna taxxabbli tmur kontra l-għan tal-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  ĠU L 347, 11 ta’ Diċembru 2006, p. 1.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/20


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-164/18)

(2018/C 152/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, E. Sanfrutos Cano u G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li billi ma adottax, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 51(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Renju ta’ Spanja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 61 964,32 dekorribbli mill-jum tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jadotta jew, fi kwalunkwe każ, li jikkomunika lill-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/23/UE;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu indikat għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE fl-ordinament ġuridiku nazzjonali skada fit-18 ta’ April 2016.


(1)  Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU 2014, L 94, p. 1).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/20


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-165/18)

(2018/C 152/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, E. Sanfrutos Cano u G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li billi ma adottax, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 106(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Renju ta’ Spanja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 123 928,64 dekorribbli mill-jum tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jadotta jew, fi kwalunkwe każ, li jikkomunika lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/25/UE;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu indikat għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE fl-ordinament ġuridiku nazzjonali skada fit-18 ta’ April 2016.


(1)  Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU 2014, L 94, p. 243).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/21


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 mir-Repubblika tal-Polonja mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-849/16, PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-181/18 P)

(2018/C 152/26)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna)

Parti oħra fil-proċedura: PGNiG Supply & Trading GmbH, il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017, PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-849/16;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lil kull parti tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ta’ PGNiG Supply & Trading tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali tat-28 ta’ Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarji, fejn iddeċidiet li ma għandhiex locus standi.

Fil-fehma tar-Repubblika tal-Polonja, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat simultanjament fil-punti 6, 10, 11 u 43 tad-digriet appellat tagħha, konstatazzjonijiet fuq il-mertu tat-tilwima li kienet tikkonċerna l-validità tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni. B’konnessjoni ma’ dan, ir-Repubblika tal-Polonja tippreżenta l-aggravji li ġejjin li jikkonċernaw id-digriet appellat.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 130(1) u (7) tar-Regoli tal-Proċedura, kif ukoll kisret id-drittijiet tar-Repubblika tal-Polonja għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u għal dritt għal smigħ xieraq iggarantiti mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll kisret il-prinċipju ta’ kontradittorju, peress li fid-digriet appellat tagħha għamlet konstatazzjonijiet fattwali u legali dwar il-mertu, rigward il-validità tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni, qabel ma setgħet tagħti deċiżjoni dwar il-mertu fil-proċedura fil-Kawża T-883/16, Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni ġuridika tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni, peress li kkunsidrat li din id-deċiżjoni kienet tipprevedi li 50 % tal-kapaċitajiet tal-pipeline tal-gass OPAL bejn Greifswald u Brandov kienu suġġetti għal aċċess minn terzi permezz ta’ bejgħ b’irkant trasparenti u mhux diskriminatorju, sabiex persuni oħra jkunu jistgħu jiksbu dawn il-kapaċitajiet, u fost l-oħrajn, sabiex id-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni ma twassal għal ebda eżenzjoni supplimentari, iżda bil-kontra tannulla eżenzjoni eżistenti. Skont ir-Repubblika tal-Polonja l-evalwazzjoni tan-natura ġuridika u effettiva tad-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata, peress li din id-deċiżjoni sempliċement apparentement tintroduċi soluzzjonijiet ippreżentati bħala trasparenti u mhux diskriminatorji. Effettivament, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tapplika mekkaniżmu li jippermetti impriżi mill-grupp Gazprom li jkollhom l-użu esklużiv ta’ mill-inqas 90 % tal-kapaċitajiet tal-pipeline tal-gass OPAL (50 % minn dawn il-kapaċitajiet huma kompletament eżenti mir-rekwiżiti għal aċċess minn terzi, waqt li 40 % minn dawn il-kapaċitajiet huma dinamiċi u relatati, li Gazprom biss tista’ tirriżerva).

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu li timmotiva b’mod xieraq id-digriet appellat. Hija ma spjegatx fuq liema premessi kienet wettqet il-konstatazzjonijiet dwar il-mertu fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni. Konsegwentement, ma huwiex possibbli li jsiru magħrufa r-raġunijiet li minħabba fihom il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-kapaċitajiet tal-pipeline tal-gass OPAL kienu aċċessibbli għal impriżi li ma kinux konnessi mal-grupp Gazprom, u li ser ikollu effett pożittiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass naturali.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/22


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-188/18)

(2018/C 152/27)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, G. von Rintelen, M. Žebre)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

billi ma adottatx, sat-18 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94 tat-28 ta’ Marzu 2014, p. 1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx il-miżuri tagħha lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 51 tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Repubblika tas-Slovenja, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 260 TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 8 992,32 kuljum b’effett mill-jum li tingħata s-sentenza fil-kawża preżenti;

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja kellha tadotta u tippubblika, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ din id-direttiva. Peress li sal-iskadenza ta’ dan it-terminu r-Repubblika tas-Slovenja ma kinitx informat lill-Kummissjoni bit-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tal-imsemmija direttiva, din tal-aħħar iddeċidiet li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha timponi fuq ir-Repubblika tas-Slovenja il-pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 8 992,32 kuljum. Meta kkalkolat dan il-pagament ta’ penalità, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-gravità u t-tul tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll l-effett dissważiv b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru, f’dan il-każ ir-Repubblika tas-Slovenja.


Il-Qorti Ġenerali

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Alouminion tis Ellados vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-542/11 RENV) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Tariffa preferenzjali tal-elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt konkluż mal-fornitur eżistenti - Rexissjoni ta’ kuntratt mill-fornitur eżistenti - Sospensjoni ġudizzjarja, fi proċeduri għal miżuri provviżorji, tal-effetti tar-rexissjoni ta’ kuntratt - Annullamment tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni mill-Qorti Ġenerali - Annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja - Portata tal-azzjoni wara r-rinviju - Klassifikzzjoni tad-digriet għal miżuri provviżorji tal-għajnun ġdida - Kompetenza tal-Kummissjoni - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Klassifikazzjoni tat-tariffa preferenzjali bħala għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Aspettattivi leġittimi - Drittijiet tad-difiża tal-benefiċjarju - Obbligu ta’ rkupru - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 152/28)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti Alouminion tis Ellados VEAE, anncienement Alouminion AE(Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: G. Dellis, N. Korogiannakis, E. Chrysafis, D. Diakopoulos u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, C. Synodinos, A. Oikonomou u H. Tagaras, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/339/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-istat Nru SA.26117 — C 2/2010 (ex NN 62/2009) implementata mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA (ĠU 2012 L 166, p. 83).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alouminion tis Ellados VEAE għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI).


(1)  ĠU C 370, 17.12.2011.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/15) (1)

((“FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolament (KE) Nru 2200/96, Direttiva 2002/55/KE, Regolamenti (KE) Nru 1432/2003, (KE) Nru 1433/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 885/2006, (KE) Nru 1182/2007, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 1580/2007 u (UE) Nru 1306/2013 - Infiq imġarrab mill-Polonja - Riskju għall-FAEG - Kontrolli fuq il-post - Kriterji għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi - Diverġenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi - Korrezzjoni finanzjarja”))

(2018/C 152/29)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Straś, M. Pawlicka u B. Paziewska, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Stobiecka Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2015) 4076) (ĠU 2015, L 182, p. 39).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Kim et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-533/15 u T-264/16) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Korea ta’ Fuq bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari - Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 152/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-533/15: Il-Su Kim (Pjongjang, il-Korea ta’ Fuq) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: M. Lester, S. Midwinter, QC, T. Brentnall u A. Stevenson, solicitors)

Rikorrenti fil-Kawża T-264/16: Korea National Insurance Corporation (Pjongjang) (rappreżentanti: M. Lester, S. Midwinter, T. Brentnall u A. Stevenson)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. de Elera San Miguel Hurtado u A. Vitro, sussegwentement minn A. Vitro u F. Naert, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-533/15 L. Havas, S. Bartelt u D. Gauci, aġenti u fil-Kawża T-264/16 L. Havas u S. Bartelt, aġenti, sussegwentement fil-Kawża T-533/15 L. Havas u D. Gauci, aġenti, u fil-Kawża T-264/16 L. Havas, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuti fil-Kawża T-533/15: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn V. Kaye, sussegwentment minn S. Brandon, sussegwentement minn S. Brandon u C. Crane, u fl-aħħar nett minn S. Brandon, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-533/15, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066 tat-2 ta’ Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU 2015, L 174, p. 25), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1062 tat-2 ta’ Lulju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU 2015, L 174, p. 16), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/475 tal-31 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU 2016, L 85, p. 34), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/659 tas-27 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU 2016, L 114, p. 9), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU 2016, L 141, p. 79), u kwalunkwe regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill relatat sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti u, fil-Kawża T-264/16, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni 2016/475, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/659, tad-Deċiżjoni 2016/849 u ta’ kwalunkwe regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill relatat, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Fil-Kawża T-533/15, Kim Il-Su u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

3)

Fil-Kawża T-264/16, Korea National Insurance Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

Fil-Kawża T-533/15, ir-Renju Unit għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – TestBioTech vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-33/16) (1)

((“Ambjent - Prodotti ġenetikament immodifikati - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Fażola tas-sojja ġenetikament immodifikata MON 87769, MON 87705 u 305423 - Ċaħda ta’ talba għal reviżjoni interna tad-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Kunċett ta’ ‘dritt ambjentali’ - Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006”))

(2018/C 152/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TestBioTech eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Stein, solicitor, K. Smith, QC, u J. Stevenson, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Tomkin, L. Pignataro-Nolin u C. Valero, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Monsanto Europe (Antwerpen, il-Belġju) u Monsanto Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Pittie, avukat), u Pioneer Overseas Corp. (Johnston, Iowa, l-Istati Uniti) u Pioneer Hi-Bred International, Inc. (Johnston) (rappreżentanti: G. Forwood, avukat, J. Killick, barrister, u S. Nordin, solicitor)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissarju tal-Kummissjoni inkarigat mis-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel tas-16 ta’ Novembru 2015, li tiċħad it-talba għal reviżjoni interna, ibbażata fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13), tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja ġenetikament immodifikata MON 87769, MON 87705 u 305423.

Dispożittiv

1)

L-ittra tal-Kummissarju tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mis-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel tas-16 ta’ Novembru 2015, bir-referenza Ares(2015) 5145741, dwar it-talba għal reviżjoni interna, ibbażata fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nu 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja ġenetikament immodifikata MON 87769, MON 87705 u 305423, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk ta’ TestBioTech eV.

3)

Monsanto Europe, Monsanto Company, Pioneer Overseas Corp. u Pioneer Hi-Bred International, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Naviera Armas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-108/16) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Kundizzjonijiet ta’ użu tal-infrastruttura portwarja ta’ Puerto de Las Nieves minn kumpannija tat-transport marittimu - Użu esklużiv ta’ infrastrutturi ffinanzjati minn fondi pubbliċi, mingħajr kuntratt ta’ konċessjoni - Eżenzjoni ta’ parti mit-taxxi portwarji - Ilment ta’ kompetitur - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għanjuna mill-Istat fi tmiem il-proċedura ta’eżami preliminari - Diffikultajiet serji waqt l-eżami tal-miżuri kkonċernati - Evoluzzjoni tas-sitwazzjoni inkwistjoni matul il-proċedura amministrattiva - Kunċett ta’ vantaġġ mogħti permezz ta’ riżorsi tal-Istat - Żbalji ta’ evalwazzjoni tal-fatti u żbalji ta’ liġi - Deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li tissospendi l-effetti ta’ sejħa għal offerti - Rekwiżit ta’ eżami diliġenti u imparzjali tal-ilment”))

(2018/C 152/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Naviera Armas, SA (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra u Á. Givaja Sanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar, G. Luengo u S. Noë,)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Fred Olsen, SA (Santa Cruz de Tenerife, Spanja) (rappreżentant: F. Marín Riaño, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8655 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2015, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat SA.36628 (2015/NN) (ex 2013/CP) – Spanja – Fred Olsen

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8655 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2015, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat SA.36628 (2015/NN) (ex 2013/CP) – Spanja – Fred Olsen, hija annullata safejn fiha ġie kkonstatat, fi tmiem il-proċedura ta’ eżami preliminari, li l-użu esklużiv tal-infrastruttura portwarja ta’ Puerto de Las Nieves minn Fred Olsen, SA ma kien wassal għall-għoti ta’ ebda għanjuna mill-Istat lil din tal-aħħar.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Naviera Armas, SA għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha, filwaqt li l-ispejjeż rimamenti għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni u Fred Olsen għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Caviro Distillerie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-211/16) (1)

((“Dumping - Importazzjoni ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina u mmanifatturat minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/176 - Assenza ta’ impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv - Artikolu 3(2), (3) u (5) u Artikolu 17(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Teħid ta’ kampjuni - Assenza ta’ dannu materjali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Determinazzjoni tad-dannu - Profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni”))

(2018/C 152/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Caviro Distillerie Srl (Faenza, l-Italja), Distillerie Bonollo SpA (Formigine, l-Italja), Distillerie Mazzari SpA (Sant’Agata sul Santerno, l-Italja), Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (Borgoricco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bochon, avukat u M. R. MacLean, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/176 tad-9 ta’ Frar 2016 li ttemm il-proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li huwa prodott minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd. (ĠU 2016, L 33, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA u Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Grupo Osborne vs EUIPO – Ostermann (DONTORO dog friendship)

(Kawża T-390/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DONTORO dog friendship - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Kumplimentarità tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 152/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Daniel Ostermann (Leipzig, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 (Każ R 2002/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Osborne u D. Ostermann.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupo Osborne, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 03.10.2016.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Gifi Diffusion vs EUIPO – Crocs (Żraben)

(Kawża T-424/16) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Eżami ex officio ta’ raġuni għal invalidità mill-Bord tal-Appell - Ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”])

(2018/C 152/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gifi Diffusion (Villeneuve-sur-Lot, Franza) (rappreżentant: C. de Chassey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Crocs, Inc. (Niwot, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Seymour, L. Cassidy, J. Guise, D. Knight, solicitors, N. Hadjadj Cazier, M. Berger u H. Haouideg, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2016 (Każ R 37/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ April 2016 (Każ R 37/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs, Inc., hija annullata.

2)

L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Gifi Diffusion fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Crocs għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Crocs vs EUIPO – Gifi Diffusion (Żraben)

(Kawża T-651/16) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta’ novità - Żvelar qabel id-data ta’ prijorità - Evalwazzjoni ex officio tal-fatti - Provi kumplimentari ppreżentati quddiem il-Bord tal-Appell - Artikoli 5, 7 u Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))

(2018/C 152/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Crocs, Inc. (Niwot, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Seymour, L. Cassidy, J. Guise u D. Knight, solicitors, N. Hadjadj Cazier, M. Berger u H. Haouideg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gifi Diffusion (Villeneuve-sur-Lot, Franza) (rappreżentant: C. de Chassey, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 853/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Crocs, Inc. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Gifi Diffusion fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 410, 07.11.2016.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Kiosked vs EUIPO – VRT (K)

(Kawża T-824/16) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva K - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti K - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2018/C 152/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kiosked Oy Ab (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: De Vlaamse Radio- en Televisieomroeporganisatie (VRT) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P.-Y. Thoumsin u E. Van Melkebeke, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 (Każ R 279/2016–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VRT u Kiosked.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kiosked Oy Ab għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn De Vlaamse Radio- en Televisieomroeporganisatie (VRT).


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – La Mafia Franchises vs EUIPO – l-Italja (La Mafia SE SIENTA A LA MESA)

(Kawża T-1/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea La Mafia SE SIENTA A LA MESA - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 152/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: La Mafia Franchises, SL (Saragozza, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn D. Del Gaizo, avvocato dello Stato)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 803/2016-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ir-Repubblika Taljana u La Mafia Franchises.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

La Mafia Franchises, SL hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Marriott Worldwide vs EUIPO – Graf (Rappreżentazzjoni ta’ barri bil-ġwienaħ)

(Kawża T-151/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta barri bil-ġwienaħ - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jirrappreżentaw grifun - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 53(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Drittijiet tal-awtur preċedenti protetti mid-dritt nazzjonali - Artikolu 53(2)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 60(2)(ċ) tar-Regolament 2017/1001] - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001]”))

(2018/C 152/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marriott Worldwide Corp. (Bethesda, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Reid, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Johann Graf (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Salomonowitz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2017 (Każ R 165/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Marriott Worldwide u J. Graf.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Jannar 2017 (Każ R 165/2016-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Marriott Worldwide Corp.

3)

Johann Graf għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – SSP Europe vs EUIPO (SECURE DATA SPACE)

(Kawża T-205/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SECURE DATA SPACE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 152/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SSP Europe GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Tóhatí u M. Fischer, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Jannar 2017 (Każ R 2467/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv SECURE DATA SPACE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SSP Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Hermann Bock vs EUIPO (Push and Ready)

(Kawża T-279/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjon għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Push and Ready - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 152/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hermann Bock GmbH (Verl, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Maaßen u V. Schoene, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1279/2016-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzojni tas-sinjal figurattiv Push and Ready bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hermann Bock GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Hotelbeds Spain vs EUIPO – Guidigo Europe (Guidego what to do next)

(Kawża T-346/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Guidego what to do next - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea GUIDIGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 152/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hotelbeds Spain, SL (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guidigo Europe (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Lipovetsky, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 (Każ R 449/2016-4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guidigo Europe u Hotelbeds Spain.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hotelbeds Spain, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – MedSkin Solutions Dr. Suwelack vs EUIPO – Cryo-Save (CryoSafe)

(Kawża T-482/13) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 152/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG (Billerbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cryo-Save AG (Freienbach, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1759/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cryo-Save AG u MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG u Cryo-Save AG għandhom ibatu in solidum l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG u Cryo-Save AG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom skont il-ftehim tagħhom.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2018 – Estamede vs BĊE

(Kawża T-124/17) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - BĊE - Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg - Involviment ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku Grieg ta’ ġestjoni ta’ fond ta’ pensjoni għall-inġiniera u għall-kuntratturi pubbliċi - Assenza ta’ interess proprju jew ta’ trasferiment tad-dritt għal kumpens - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 152/44)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Enosi Syntaxiouchon Tameiou Asfaliseon Michanikon kai Ergolipton Dimosion Ergon (Estamede) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Miliarakis, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Koutsoukou u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li allegatament sostnew l-Eniaios Foreas Koinonikis Asfalisis (EFKA) u, b’mod iktar partikolari, il-fergħa professjonali tagħha tal-inġiniera u tal-kuntratturi pubbliċi, it-Tameio Syntaxeon Michanikon kai Ergolipton Dimosion Ergon (TSMEDE) (Tomeis Michanikon Ergolipton Dimosion Ergon), kif ukoll l-affiljati tagħha rtirati minħabba, b’mod partikolari, l-adozzjoni mill-BĊE tad-Deċiżjoni 2012/153/UE tal-5 ta’ Marzu 2012 dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (ĠU 2012, L 77, p. 19), kif ukoll minħabba miżuri oħra tal-BĊE marbutin mar-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

L-Enosi Syntaxiouchon Tameiou Asfaliseon Michanikon kai Ergolipton Dimosion Ergon (Estamede) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Naftogaz of Ukraine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-196/17) (1)

((“Rikors għal annullament - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni għar-regoli tal-Unjoni tal-modalitajiet ta’ tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL dwar l-aċċess minn terzi u r- regolamentazzjoni tariffarja - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”))

(2018/C 152/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NJSC Naftogaz of Ukraine (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: D. Mjaaland, A. Haga, M. Krakowiak u P. Grzejszczak, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Y. G. Marinova, O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent.

3)

NJSC Naftogaz of Ukraine għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Naftogaz of Ukraine, il-Kummissjoni, OPAL Gastransport GmbH & Co. KG, Gazprom Eksport LLC u Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 151, 15.05.2017.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – SD vs EIGE

(Kawża T-263/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Talba għal tiġdid li għandha l-istess suġġett tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Irrecevabilité”))

(2018/C 152/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SD (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (rappreżentanti: V. Langbakk, aġent, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-EIGE tas-26 ta’ Awwissu 2016 li tiċħad it-talba tar-rikorrent 26 ta’ April 2016 intiża li tikseb it-tieni tiġdid tal-kuntratt ta’ reklutaġġ u, sa fejn meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE tal-20 ta’ Jannar 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq fit-3 ta’ Ottubru 2016 kontra d-deċiżjoni impliċita tal-EIGE tas-26 ta’ Awwissu 2016, u min-naħa l-oħra; sabiex tikseb kumpens għad-danni li ġew allegatament subiti mir-rikorent bħala konsegwenza ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

SD huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE).


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/37


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 – VG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/18)

(2018/C 152/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VG (rappreżentanti: G. Pandey u V. Villante, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

bħala kwistjoni preliminari, jekk ikun il-każ, tiddikjara l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal invalidu u inapplikabbli għal dawn il-proċeduri skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2017 tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti fil-31 ta’ Lulju 2017;

tannulla, it-tieni nett, id-deċiżjoni tal-EPSO tad-19 ta’ April 2017 li tiċħad it-talba tagħha għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-EPSO/tal-Bord tal-Għażla li ma tiġix ammessa għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni;

tannulla, it-tielet nett, id-deċiżjoni tas-6 ta’ Frar 2017 li dehret fuq il-kont diġitali EPSO li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fl-abbozz ta’ lista ta’ kandidati magħżula għall-finijiet tal-kompetizzjoni EPSO/AD/323/16;

tannulla, ir-raba’ nett, l-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/323/16, ippubblikat fis-26 ta’ Mejju 2016 (1);

tannulla, fl-aħħar nett, fl-intier tiegħu, l-abbozz riżultanti ta’ lista ta’ uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni msemmija;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti danni fl-ammont ta’ EUR 50 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-EPSO/mill-Bord tal-Għażla fl-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali tar-rikorrenti u, barra minn hekk, ksur tal-Anness III tal-avviż ta’ kompetizzjoni inkwistjoni li jiddeskrivi fid-dettall l-esperjenza professjonali rikjesta.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti, kif ukoll, barra minn hekk, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv: ksur tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tar-Regolament Nru 1/58 (2), ksur tal-Artikoli 1d u 28 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III ta’ dawn ir-Regolament kif ukoll, barra minn hekk, ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni.


(1)  ĠU 2016, C 187, p. 1.

(2)  Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/38


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2018 – Edward William Batchelor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-85/18)

(2018/C 152/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward William Batchelor (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Hoorelbeke, lawyer, u M. Healy, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 8430 finali tal-5 ta’ Diċembru 2017, li permezz tagħha din tal-aħħar tirrifjuta li tagħti l-aċċess għal dokument li fih l-impenn etika tal-persuna responsabbli ippreżentat fis-sistema ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani Sysper2 tal-Kummissjoni Ewropea u għal dokumenti oħra kkonċernati mit-talba għal aċċess inizjali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 15(3) TFUE, l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 2(1) u 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 (2), minħabba r-rifjut li jingħata aċċess sħiħ jew parzjali għall-impenn etiku.

Fl-ewwel parti tal-ewwel motiv tieghu, ir-rikorrent juri li l-Kummissjoni la aanlizzat u lanqas uriet jekk l-iżvelar tad-dikjararazzjoni ta’ impenn etiku jippreġudikax b’speċifiku u reali l-interess protetti mill-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma wettqitx l-oneru tal-prova impost fuqha u wettqet żball ta’ liġi billi rrifjutat l-aċċess, għall-inqas parzjali, għad-dikjarazzjoni ta’ impenn etiku.

Fit-tieni parti tal-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent juri li l-Kummissjoni wettqet żball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, meta ddikjarat li r-rikorrent ma kienx validament stabbilixxa l-ħtieġa għall-iżvelar tad-dokument ta’ impenn etiku.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Artikolu 15 (3) TFUE u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, minħabba r-rifjut li jingħata l-aċċess għal dokumenti oħra kkonċernati mit-talba għall-aċċess inizjali.

Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent jinvoka provi rilevanti u konkordanti sabiex isostni l-konvinzjoni tiegħu li hemm iktar dokumenti fl-ambitu tat-talba inizjali tiegħu għal aċċess mill-71 dokument identifikati mill-Kummissjoni. Billi rrifjutat l-aċċess għal dawn id-dokumenti l-oħra, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Artikolu 15(3) TFUE u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, b’mod partikolari d-dmir ta’ diliġenza.

Permezz tat-tielet motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret id-dmir taqgħha ta’ premura fis-sens tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, billi ma wettqitx id-dmir tagħha ta’ diliġenza, meta hija qieset li ma kienx hemm dokumenti oħra fl-ambitu tat-talba inizjali għal aċċess. Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent juri li l-Kummissjoni ma tat l-ebda spjegazzjoni dwar kif żgurat li ma kienx hemm dokumenti oħra, peress li ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar il-metodi ta’ riċerka użati.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, skont l-Artikolu 296(2) TFUE.

Fl-ewwel parti tar-raba’ motiv tieghu, ir-rikorrent juri li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE billi ma spjegatx kif l-iżvelar tad-dikjarazzjoni ta’ impenn etiku jippreġudika b’mod speċifiku u reali l-interess protett mill-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, jew kif dan l-iżvelar jippreġudika l-interess leġittimu tal-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001.

Fit-tieni parti tar-raba’ motiv tiegħu, ir-rikorrent juri li d-deċiżjoni kontenzjuża ma tinkludi ebda spjegazzjoni dwar il-fatt li l-ebda dokument supplimetari ma ġie identifikat bħala li jaqa’ fl-ambitu tat-talba inizjali għal aċċess, minkejja l-argumenti tar-rikorrent fit-talba ta’ konferma tiegħu. Konsegwentement, din il-parti tad-deċiżjoni kontenzjuża hija bbażata wkoll fuq motivazzjoni insuffiċjenti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummisjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13. Vol. 26, p. 102)


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/40


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Wehrheim vs BĊE

(Kawża T-100/18)

(2018/C 152/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christine Wehrheim (Offenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

1.

tannulla:

id-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal kumpens għad-dannu mġarrab minħabba l-fatt li neħħielha l-[allowance tal-espatrijazzjoni] tagħha (imressqa fl-10 ta’ Mejju 2017) u datata 3 ta’ Lulju 2017;

sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta’ ċaħda espliċita tal-appell tagħha (ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2017) kontra din id-deċiżjoni, datata 21 ta’ Diċembru 2017;

2.

tikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas kumpens kif mitlub mir-rikorrenti fit-talbiet tagħha:

id-differenza fir-remunerazzjoni sakemm tibqa’ impjegata fi ħdan l-istituzzjoni taħt il-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal permamenti, jiġifieri EUR 700,53 fix-xahar minn April 2017;

l-ispejjeż taċ-ċaqliq addizzjonali għal EUR 1 079,10 diġà aċċettati, jiġifieri EUR 1 000 addizzjonali;

id-dannu psikoloġiku mġarrab fl-ammont ta’ EUR 2 000;

l-ammonti kollha miżjuda bl-interessi bir-rata legali sakemm isir il-ħlas kollu;

3.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt l-amministrazzjoni konvenuta naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ assistenza billi ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ premura u billi ħolqot aspettattiva li tidher b’mod ċar li ma tistax tintlaħaq fil-konfront tar-rikorrenti u li tikkonsisti fl-għoti ta’ allowance tal-espatrijazzjoni filwaqt li hija ma kinitx tissodisfa, mill-bidu, il-kundizzjonijiet meħtieġa mir-Regolamenti tal-Persunal għal dan il-għan. Dan l-iżball ikkawża dannu li għandu rabta kawżali diretta man-nuqqas tal-istituzzjoni.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/40


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2018 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/18)

(2018/C 152/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: G. Hesse)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tas-6 ta’ Marzu 2017 dwar il-miżura/l-iskema ta’ għajnuna/l-għajnuna mill-Istat SA.38454 — 2015/C (ex 2015/N) li l-Ungerija qed tippjana li timplimenta biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II (notifikata bid-dokument C(2017) 1486) ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Diċembru 2017, L 317, p. 45, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ tnedija ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt

Fl-ewwel lok, id-deċiżjoni hija illegali minħabba l-ksur ta’ dispożizzjonijiet fundamentali dwar l-għoti ta’ kuntratt li l-osservanza tagħhom hija inseparabbli mill-għan tal-għajnuna mill-Istat.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – nuqqas ta’ għan ta’ interess ġenerali

Fit-tieni lok, ir-Repubblika tal-Awstrija ssostni li kuntrarjament għal dak sostnut mill-konvenuta ma kienx hemm interess ġenerali skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE neċessarju għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – delimitazzjoni żbaljata tal-parti ekonomika u suppożizzjonijiet żbaljati ta’ fallimenti tas-suq fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE

Fit-tielet lok, il-konvenuta awtorizzat l-għajnuna mill-Istat b’mod żbaljat taħt l-Artikolu 107(3)(c) TFUE sa fejn hija aċċettat b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ suq proprju tal-enerġija nukleari u – b’mod kompletament żbaljat ukoll – li f’dan is-suq hemm falliment tas-suq u tas-suq tal-kapitali.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq n-natura sproporzjonata tal-miżura

Fir-raba’ lok, id-deċiżjoni hija vvizzjata b’nullità minħabba li l-konvenuta naqset milli tagħmel eżami tal-proporzjonalità skont il-liġi fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE: b’mod konkret, l-effetti negattivi jiddominaw.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq distorsjonijiet sproporzjonati tal-kompetizzjoni li skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE huma inkompatibbli mas-suq intern

Fil-ħames lok, id-deċiżjoni inkwistjoni twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni sproporzjonati u għalhekk inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u għal differenzi fit-trattament fid-dawl tad-dritt tal-għajnuna mill-Istat fis-suq intern tal-elettriku.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ “proġett f’diffikultajiet”

Fis-sitt lok, ir-rikorrenti tafferma li għajnuna mill-Istat għal “proġett f’diffikultajiet” fis-suq intern liberalizzat tal-elettriku ma kellhiex tiġi awtorizzata fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq tisħiħ/ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq

Fis-seba’ lok, il-pożizzjoni dominanti tal-Istat Ungeriż – ekonomikament attiv – maħluqa mill-għajnuna mill-Istat teskludi l-kompatibbiltà tal-imsemmija għajnuna mill-Istat mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq ir-riskju ta’ likwidità għas-suq bl-ingrossa

Fit-tmien lok, l-għajnuna mill-Istat ma kellhiex tiġi awtorizzata minħabba r-riskju inerenti ta’ tnaqqis tal-likwidità tas-suq.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq id-determinazzjoni insuffiċjenti tal-għajnuna mill-Istat

Fid-disa’ lok, ir-rikorrenti tibbaża r-rikors tagħha fuq il-fatt li l-konvenuta ma ddetermintax suffiċjentement l-estent tal-għajnuna mill-Istat

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296(2) TFUE

Fl-għaxar lok, il-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u dan b’mod gravi u repetut.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/42


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 – Pink Lady America vs CPVO – WAAA (Cripps Pink)

(Kawża T-112/18)

(2018/C 152/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pink Lady America LLC (Yakima, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Manno u S. Travaglio, avukati)

Konvenut: L-Uffiċju Komunitarju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Western Australian Agriculture Authority (WAAA) (South Perth, l-Awstralja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem is-CPVO

Proprjetarju tal-varjetà tal-pjanti Komunitarjai kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Varjetà tal-pjanti Komunitarja kontenzjuża kkonċernata: Dritt ta’ varjetà tal-pjanti Komunitarja Nru EU1640, varjetà tat-tuffieħ Cripps Pink

Proċedimenti quddiem l-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tal-14 ta’ Settembru 2017 fil-Każ A 007/2016

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla l-varjetà tas-siġra tat-tuffieħ Cripps Pink CPVR Nru 1640 għal nuqqas ta’ novità skont l-Artikolu 10 flimkien mal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2100/94;

tikkundanna lill-CPVO u lil Western Australian Agriculture Authority għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tad-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 10 u 20 tar-Regolament Nru 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 2100/94 u l-prinċipji ġenerali tal-liġi dwar iċ-ċertezza legali u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja flimkien mal-Artikolu 50(3) tar-Regolament Nru 874/2009.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)

(Kawża T-113/18)

(2018/C 152/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Miles-Bramwell Executive Services (Alfreton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Mellor, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FREE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 083 091

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27’ ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2164/2016-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)

(Kawża T-114/18)

(2018/C 152/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Miles-Bramwell Executive Services Ltd (Alfreton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Mellor, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “FREE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 081 508

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2166/2016-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/44


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Darmanin vs EASO

(Kawża T-116/18)

(2018/C 152/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Joanna Darmanin (Sliema, Malta) (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li:

id-Deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (Direttur Eżekuttiv) tas-27 ta’ Ġunju 2017, li permezz tagħha r-rikorrenti tkeċċiet wara perijodu ta’ prova, b’effett mill-15 ta’ Lulju 2017, tiġi annullata;

sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment tad-29 ta’ Jannar 2018 tiġi annullata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 14 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra (iktar ’il quddiem il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg”), u tal-Gwida applikabbli għall-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-membri tal-persunal bi prova interna tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-EASO tat-18 ta’ Jannar 2016 li timplimenta l-Artikoli 43 u 44 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-persunal temporanju.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-Deċiżjoni Nru 11 tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-EASO tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-persunal amministrattiv intermedju.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali.

5.

Il-ħames motiv, sussidjarju, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ksur tad-dritt għal smigħ effettiv.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni legali, ekwa u prevedibbli.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tar-regoli fil-qasam tal-oneru tal-prova.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/45


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Wendel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-124/18)

(2018/C 152/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wendel GmbH & Co. KG Schuhproduktionen International (Detmold, il-Ġermanja), Jana shoes GmbH & Co. KG (Detmold), Novi International GmbH & Co. KG (Detmold), shoe.com GmbH & Co. KG (Detmold), Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen (Detmold) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u C. Zimmermann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30), u

tordna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li meta jaġixxi mingħajr bażi legali valida, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2232 (1) jikser il-prinċipju ta’ attribuzzjoni sanċit fl-Artikolu 5(1) u (2) TUE u, fi kwalunkwe każ, il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali, sanċit fl-Artikolu 13(2) TUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li billi ma ħax il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma (C-659/13 u C-34/14), ir-Regolament 2017/2232 jikser l-Artikolu 266 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ żraben “li seħħew matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (2) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1294/2009 (3)”, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2017/2232 jikser l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 (4) kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali (nuqqas ta’ retroattività).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping mingħajr ma jwettaq evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2232 jikser l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036; fi kwalunkwe każ, ikun manifestament żbaljat li jiġi konkluż li l-impożizzjoni tad-dażju antidumping huwa fl-interess tal-Unjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li billi adotta att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2232 jikser l-Artikolu 5(1) u (4) TUE.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta’ Ottubru 2006 jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU 2008 L 352M, p. 485).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU 2009, L 352, p. 1).

(4)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/46


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Associazione – GranoSalus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/18)

(2018/C 152/56)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Associazione Nazionale Granosalus – Liberi – Cerealicoltori & Consumatori (Associazione – GranoSalus) (Foggia, l-Italja) (rappreżentant: G. Dalfino, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożittiv magħqud tal-Artikoli 168, 169 u 191 TFUE u tal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tar-Regolament (KE) Nru 2009/1107, ir-Regolament (UE) Nru 2016/429 u r-Regolament (UE) Nru 2013/1305, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2017/2393, id-Direttiva 98/83/KE u d-Direttiva (UE) 2015/1787; il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipji ta’ proporzjonalità u raġonevolezza kif ukoll tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, legalità u trasparenza amministrattiva; l-eċċess minħabba żnaturament tal-fatti, istruzzjoni u motivazzjoni insuffiċjenti u dehra ta’ motivazzjoni; in-nuqqas ta’ loġika manifesta, il-fondament żbaljat u ksur tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka:

Il-ksur permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324 tal-prinċipji u l-prekawzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (KE) 2009/1107 sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem, il-konsumaturi, l-annimali u l-ambjent;

Il-ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja;

L-assenza ta’ investigazzjoni dwar l-effetti tal-glifosat, b’mod partikolari fuq l-annimali u l-ilma ta’ taħt l-art u ksur tal-proċeduri imposti bir-Regolament (KE) 2009/1107;

L-illegalità tal-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324 sa fejn huma mħollija għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri mingħajr ma jiġu imposti parametri ta’ riferiment.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324 għal ksur tad-dritt għas-saħħa tal-assoċjati Granosalus u kuntrarju għal-linji gwida ta’ PAK tar-Regolament Nru 1305/2013, kif emendat mir-Regolament (UE) 2017/2393.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka:

Il-fatt li l-preżenza ta’ glifosat fil-prodotti u l-oġġetti ta’ użu ta’ kuljum taffettwa s-saħħa tal-assoċjati Granosalus bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea u bħala konsumaturi;

Il-fatt li l-użu tal-glifosat jaffettwa l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-assoċjati Granosalus assoċjati u l-applikazzjoni tajba tas-sistema tal-kompetizzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/47


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/18)

(2018/C 152/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas International Trading BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u 27 rikorrent ieħor (rappreżentanti: E. Vermulst u J. Cornelis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017 L 319, p. 30); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza legali li tadotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 (1).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura relatata maż-żraben, liema proċedura kienet diġà ntemmet, u l-impożizzjoni retroattiva, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2232, tad-dazju antidumping li kien skada:

huma nieqsa minn bażi legali, huma bbażati fuq żball manifest fl-applikazzjoni tal-Artikolu 266 TFUE u tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 (2) u jiksru l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036;

huma inkompatibbli mal-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi, ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività sa fejn huma kkonċernati r-rikorrenti; u

huma bbażati fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 266 TFUE u fuq abbuż tal-poter mill-Kummissjoni u jiksru l-Artikolu 5(4) TUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju antidumping fuq il-fornituri tar-rikorrenti, li tipprevjeni r-rimbors tar-rikorrenti, tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni abbużat mill-poter tagħha fl-evalwazzjoni tal-ekonomija tas-suq u tal-ipproċessar individwali tat-talbiet tal-fornituri tar-rikorrenti sabiex timponi dazju antidumping retroattiv u kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpanniji elenkati fl-Annessi III u VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 u li tordna ċ-ċaħda tat-talbiet għar-rimbors tad-dazju antidumping li jikkonċernaw importazzjonijiet minn dawn il-kumpanniji hija bbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 266 TFUE u tikser l-obbligu ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017 L 319, p. 30)

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016 L 176, p. 21)


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/48


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Deichmann vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/18)

(2018/C 152/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, Germany) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens, A. Willems u C. Zimmermann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi aġixxa mingħarj bażi ġuridika valida, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2017/2232 (1) jikser il-prinċipju ta’ attribuzzjoni sanċit fl-Artikolu 5(1) u (2) TUE u, f’kull każ, jikser il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali, sanċit fl-Artikolu 13(2) TUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi naqas milli jiħu l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14, C&J Clark International, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2017/2232 jikser l-Artikolu 266 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi jimponi dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ żraben “li saru matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (2) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2009 (3)”, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2017/2232 jikser l-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (4), u l-prinċipju ta’ ċertezza legali (nuqqas ta’ retroattività).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi jimponi dazju antidumping mingħajr ma jagħmel evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2017/2232 jikser l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036; f’kull każ, kien ikun manifestament żbaljat li jiġi deċiż li l-impożizzjoni tad-dazju antidumping kien fl-interess tal-Unjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi jadotta att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2017/2232 jikser l-Artikoli 5(1) u (4) TUE.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal- 5 ta’ Ottubru 2006 jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M , 31.12.2008, p. 485–525 (MT))

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU 2009, L 352, p. 1)

(4)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/49


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Roland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-132/18)

(2018/C 152/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Roland (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. De Knop, A. Willems u C. Zimmermann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30), u

tordna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li meta jaġixxi mingħajr bażi legali valida, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2232 (1) jikser il-prinċipju ta’ attribuzzjoni sanċit fl-Artikolu 5(1) u (2) TUE u, fi kwalunkwe każ, il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali, sanċit fl-Artikolu 13(2) TUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li billi ma ħax il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma (C-659/13 u C-34/14), ir-Regolament 2017/2232 jikser l-Artikolu 266 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ żraben “li seħħew matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (2) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1294/2009 (3)”, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2017/2232 jikser l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 (4) kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali (nuqqas ta’ retroattività).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping mingħajr ma jwettaq evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2232 jikser l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036; fi kwalunkwe każ, ikun manifestament żbaljat li jiġi konkluż li l-impożizzjoni tad-dażju antidumping huwa fl-interess tal-Unjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li billi adotta att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2232 jikser l-Artikolu 5(1) u (4) TUE.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta’ Ottubru 2006 jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU 2008 L 352M, p. 485).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU 2009, L 352, p. 1).

(4)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/50


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Deichmann-Shoes UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-141/18)

(2018/C 152/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deichmann-Shoes UK Ltd (Leicestershire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens, A. Willems u C. Zimmermann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017 L 319, p. 30); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur, min-naħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 (1), tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni stabbilit fl-Artikolu 5(1) u (2) TUE u, fi kwalunkwe każ, tal-prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali taħt l-Artikolu 13(2) TUE, inkwantu dan jipproċedi mingħajr bażi legali valida.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur, min-naħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2232, tal-Artikolu 266 TFUE, inkwantu naqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 C&J Clark International.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur, min-naħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2232, tal-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 (2), kif ukoll tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (nuqqas ta’ retroattività), inkwantu impona dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ żraben “li saru matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (3) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2009 (4)”.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur, min-naħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2232, tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1036, inkwantu impona dazju antidumping mingħajr ma wettaq evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni; fi kwalunkwe każ, kien ikun manifestament żbaljat li jiġi konkluż li l-impożizzjoni tad-dazju antidumping kienet fl-interess tal-Unjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur, min-naħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2232, tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, inkwantu adotta att li jmur lilhinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU 2008, L 352M, p. 485).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU 2009, L 352, p. 1).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/52


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Buffalo – Boots vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-142/18)

(2018/C 152/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Buffalo – Boots GmbH (Hochheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. De Knop, A. Willems u C. Zimmermann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30), u

tordna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li meta jaġixxi mingħajr bażi legali valida, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2232 (1) jikser il-prinċipju ta’ attribuzzjoni sanċit fl-Artikolu 5(1) u (2) TUE u, fi kwalunkwe każ, il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali, sanċit fl-Artikolu 13(2) TUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li billi ma ħax il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma (C-659/13 u C-34/14), ir-Regolament 2017/2232 jikser l-Artikolu 266 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ żraben “li seħħew matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (2) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1294/2009 (3)”, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2017/2232 jikser l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 (4) kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali (nuqqas ta’ retroattività).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping mingħajr ma jwettaq evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2232 jikser l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036; fi kwalunkwe każ, ikun manifestament żbaljat li jiġi konkluż li l-impożizzjoni tad-dażju antidumping huwa fl-interess tal-Unjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li billi adotta att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2232 jikser l-Artikolu 5(1) u (4) TUE.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta’ Ottubru 2006 jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU 2008 L 352M, p. 485).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU 2009, L 352, p. 1).

(4)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/53


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

(Kawża T-152/18)

(2018/C 152/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sona Nutrition Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solgar Holdings, Inc. (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni, bil-kuluri aħdar, kannella ċar, beige, kannella skur u kannella li jxaqleb lejn kulur id-deheb, li tinkludi l-element verbali “SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 781 273

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1322/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u lil Solgar Holdings, Inc. fil-każ li tagħmel intervent, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/54


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

(Kawża T-153/18)

(2018/C 152/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sona Nutrition Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solgar Holdings, Inc. (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kulur aħmar, kannella ċar, beige, kannella skur u kannella bi sfumatura tad-deheb, SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 781 299

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1321/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Solgar Holdings, Inc., għall-ispejjeż, f’każ li din tal-aħħar tintervjeni f’dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/54


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

(Kawża T-154/18)

(2018/C 152/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sona Nutrition Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solgar Holdings, Inc. (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni, bil-kuluri aħdar, kannella ċar, beige, kannella skur u kannella li jxaqleb lejn kulur id-deheb, li tinkludi l-element verbali “SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 781 273

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1322/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u lil Solgar Holdings, Inc. fil-każ li tagħmel intervent, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/55


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

(Kawża T-155/18)

(2018/C 152/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sona Nutrition Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solgar Holdings, Inc. (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kuluri aħdar, kannella ċar, beige, kannella skur, u kannella deheb, SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 781 315

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1323/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Solgar Holdings, Inc., jekk ser tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/56


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2018 – Scaloni e Figini vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/18)

(2018/C 152/66)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mario Scaloni (Ancona, l-Italja), Ennio Figini (Chiaravalle, l-Italja) (rappreżentant: P. Putti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara li l-Unjoni u/jew il-Kummissjoni tagħha, skont l-interpretazzjoni li għandha tingħata tad-Direttiva u tar-Regolament inkwistjoni, jiġu kkundannati jħallsu kumpens ekwivalenti għall-valur fuq il-karta kollu tal-azzjonijiet kif espost fir-rikors u kif jirriżulta mid-dokumenti annessi u tikkundannahom għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jiddikjaraw li wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (1), segwita bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (2), l-Istat Taljan ma kienx awtorizzat jintervjeni favur uħud mill-banek tiegħu, inkluża l-Banca Marche.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq kumpens għad-danni minħabba interpretazzjoni mhux konformi, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-Direttiva 59/2014/UE u tar-Regolament Nru 806/2014, fir-rigward tal-esklużjoni illegali ta’ Banca Marche mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat u fuq il-ksur, b’konsegwenza ta’ dan, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u/jew ta’ nondiskriminazzjoni.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li, għall-għajnuna lill-banek minn diversi Stati Membri, il-Kummissjoni qieset li l-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 107(3)(b) kienu ssodisfatti, u għalhekk kienu meqjusa leġittimi. L-interventi ppjanati mill-Italja kellhom jiġu evalwati abbażi tal-istess regola, li hija l-unika waħda li tirregola l-għajnuna mill-Istat, u mhux skont id-Direttiva u r-Regolament. Dawn iż-żewġ testi legali ma jirrigwardawx l-għajnuna, u ma jistgħux jagħmlu dan għaliex huma atti ta’ dtitt sekondarju. Anki l-għajnuna favur il-banek Taljani kellha tiġi awtorizzata minħabba li kienet ibbażata fuq l-istess raġunijiet li kienu, skont il-Kummissjoni, ġġustifikaw dik diġà mogħtija.

Barra minn dan qed jiġi ppreċiżat li, fil-każ li d-dritt sekondarju jitqies applikabbli, l-ewwel motiv huwa li l-Kummissjoni, billi ma awtorizzatx l-għajnuna, kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ġerarkija tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni mil-leġiżlatur Ewropew.

F’dan ir-rigward, qed jiġi sostnut li jekk il-Qorti Ġenerali kellha tiddeċiedi li l-interpretazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni hija korretta, il-ksur imur lura għall-atti leġiżlattivi u r-responsabbiltà tkun taqa’ fuq l-Unjoni fl-intier tagħha.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji fundamentali tal-ordinament ġuridiku Taljan u fuq in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

F’dan ir-rigward, qed jiġi sostnut li jekk il-Qorti Ġenerali jkollha tiddeċiedi li d-Direttiva u r-Regolament lanqas ma kisru l-prinċipju Komunitarju ta’ ugwaljanza, il-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) għandha tintalab tivverifika l-kompatibbiltà tar-regoli kostituzzjonali Taljani mal-prinċipju ta’ ugwaljanza kif sanċit fl-ordinament kostituzzjonali Taljan. Fin-negattiv, il-leġiżlazzjoni li kisret l-imsemmija regoli ma kinitx f’pożizzjoni li tiġi integrata fl-ordinament ġuridiku Taljan.


(1)  ĠU 2014 L 173, p. 190.

(2)  ĠU 2014 L 225, p. 1.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/57


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2018 – Theodorakidi vs EUIPO – Benopoulou (THYREOS VASSILIKI)

(Kawża T-160/18)

(2018/C 152/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vassiliki Theodorakidi (Veroia, il-Greċja) (rappreżentant: F. Ikonomidou Ikonomou, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vassiliki Benopoulou (Kifissia, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrentil

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “THYREOS VASSILIKI” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 206 963

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 40/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-ora għall-ispejjeż, inklużi dawk imġarrba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bord tal-appell tal-EUIPO u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Il-Bord tal-Appell tal-EUIPO wettaq żball ta’ liġi meta ddikkjara li l-parti l-oħra hija “ferm magħrufa”;

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

Il-Bord tal-Appell tal-EUIPO wettaq żball meta aċċetta li ma għandu jkun hemm ebda restrizzjoni fir-rigward tal-oġġetti/servizzi li għalihom id-dikjarazzjoni tal-invalidità għandha tiġi milqugħa.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/58


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 – Beko vs EUIPO – Acer (ALTUS)

(Kawża T-162/18)

(2018/C 152/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beko plc (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Tritton, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Acer, Inc. (Tajpei, it-Tajwan)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-UE ALTUS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 490 809

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1991/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża lill-EUIPO sabiex jeżamina mill-ġdid it-talba għal sospensjoni;

tordna s-sospensjoni tal-proċeduri;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

L-EUIPO żbalja meta ma laqax it-talba għas-sospensjoni tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni sal-eżitu tal-proċedura Slovakka. B’mod partikolari, ir-raġunament tal-Ħames Bord tal-Appell kien manifestament żbaljat u/jew irraġonevoli u/jew naqas milli jindirizza l-“problema fl-intier tagħha” u għalhekk ma kienx f’pożizzjoni li jqis id-diversi interessi inkwistjoni u/jew kien jammonta għal abbuż tal-poter.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2018 – Deloitte Consulting vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-688/13) (1)

(2018/C 152/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 93, 29.3.2014.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2018 – CFA Institute vs EUIPO – Bloss et (CERTIFIED FINANCIAL ENGINEER CFE)

(Kawża T-155/16) (1)

(2018/C 152/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2018 – CFA Institute vs EUIPO – Ernst u Häcker (CERTIFIED FINANCIAL MODELER CFM)

(Kawża T-156/16) (1)

(2018/C 152/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – Ferri vs BĊE

(Kawża T-641/17) (1)

(2018/C 152/72)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 382, 13.11.2017.