ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 424

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
11 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 424/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 424/02

Kawża C-531/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Elda Otero Ramos vs Servicio Galego de Saúde, Instituto Nacional de la Seguridad Social (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 92/85/KEE — Artikolu 4(1) — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Ħaddiema li treddgħa — Evalwazzjoni tar-riskji preżenti fuq il-post tax-xogħol — Kontestazzjoni mill-ħaddiema kkonċernata — Direttiva 2006/54/KE — Artikolu 19 — Ugwaljanza fit-trattament — Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess — Oneru tal-prova)

2

2017/C 424/03

Kawża C-65/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Istanbul Lojistik Ltd vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Artikolu 9 — Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija — Artikoli 4, 5 u 7 — Unjoni doganali — Trasport bit-triq — Taxxa fuq il-karozzi — Impożizzjoni ta’ taxxi fir-rigward ta’ vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati fit-Turkija li jaqsmu l-Ungerija fi tranżitu)

3

2017/C 424/04

Kawża C-101/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – SC Paper Consult SRL vs Direcţia Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Bistriţa Năsăud (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għal tnaqqis — Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju — Artikolu 273 — Miżuri nazzjonali — Ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali — Fattura maħruġa minn persuna taxxabbli ddikjarata inattiva mill-amministrazzjoni fiskali — Riskju ta’ frodi — Rifjut tad-dritt għal tnaqqis — Proporzjonalità — Rifjut ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi tal-assenza ta’ frodi jew ta’ telf fiskali — Limitazzjoni tal-effetti ratione temporis tas-sentenza li tingħata — Assenza)

3

2017/C 424/05

Kawża C-194/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – Bolagsupplysningen OÜ, Ingrid Ilsjan vs Svensk Handel AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Artikolu 7(2) — Ġurisdizzjoni speċjali f’materji ta’ delitt jew kważi delitt — Dannu għad-drittijiet ta’ persuna ġuridika, permezz tal-pubblikazzjoni, fuq l-internet, ta’ informazzjoni allegatament ineżatta li tikkonċernaha u minħabba li ma tħassrux il-kummenti dwarha — Post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu — Ċentru tal-interessi ta’ din il-persuna)

4

2017/C 424/06

Kawża C-198/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Agriconsulting Europe SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — Kuntratt pubbliku għal servizzi — Assistenza teknika operattiva bil-għan li jiġi stabbilit u ġestit mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Offerta anormalment baxxa — Proċedura kontradittorja)

5

2017/C 424/07

Kawża C-200/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA vs ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA, Arthur George Resendes et Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Artikolu 1(1) — Trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Obbligu tat-teħid lura tal-ħaddiema miċ-ċessjonarju — Provvista ta’ servizzi ta’ viġilanza u ta’ sigurtà eżegwiti minn impriża — Sejħa għal offerti — Għoti tal-kuntratt lil impriża oħra — Nuqqas ta’ teħid lura tal-persunal — Dispożizzjoni nazzjonali li teskludi mill-kunċett ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju it-telf ta’ klijent minn operatur wara l-għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi lil operatur ieħor

5

2017/C 424/08

Kawża C-231/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Merck KGaA vs Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme Corp, MSD Sharp & Dohme GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 109(1) — Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea u ta’ trade marks nazzjonali — Lis alibi pendens — Kunċett ta’ l-istess fatti — Użu tat-terminu Merck f’ismijiet ta’ dominji u fuq pjattaformi ta’ midja soċjali fuq l-internet — Azzjoni bbażata fuq trade mark nazzjonali segwita b’azzjoni bbażata fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea — Rinunzja tal-ġurisdizzjoni — Portata)

6

2017/C 424/09

Kawża C-281/16: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Ir–Raba’Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar–Raad van State – il–Pajjiżi l–Baxxi) – Vereniging Hoekschewaards Landschap vs Staatssecretaris van Economische Zaken (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/72 — Listi ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku — Tnaqqis ta’ superfiċji ta’ sit — Żball xjentifiku — Validità)

7

2017/C 424/10

Kawża C-295/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo de Murcia – Spanja) – Europamur Alimentación SA vs Dirección General de Comercio y Protección del Consumidor de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva — Bejgħ minn bejjiegħ bl-ingrossa lil bejjiegħa bl-imnut — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod ġenerali l-bejgħ b’telf — Eċċezzjonijiet ibbażati fuq kriterji mhux previsti mill-imsemmija direttiva)

8

2017/C 424/11

Kawża C-303/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Solar Electric Martinique vs Ministre des Finances et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Direttiva 2006/112/KE — Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni — Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej — Dispożizzjonijiet magħmula applikabbli bid-dritt nazzjonali — Tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u ta’ installazzjoni fuq immobbli — Klassifikazzjoni bħala tranżazzjoni unika — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)

8

2017/C 424/12

Kawża C-383/16: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (It–Tielet Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il–Pajjiżi l–Baxxi) – Vion Livestock BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Regolament (UE) Nru 817/2010 — Regolament (KE) Nru 1/2005 — Obbligu li tiġi aġġornata kopja tal-ktieb tal-vjaġġ sal-wasla tal-annimali fil-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali — Irkuprar ta’ ammonti mħallsin indebitament]

9

2017/C 424/13

Kawża C-409/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton vs Maria-Eleni Kalliri (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 76/207/KEE — Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess — Kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija ta’ Stat Membru — Leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru li timponi fuq il-kandidati kollha rekwiżit ta’ tul minimu għall-ammissjoni f’din il-kompetizzjoni)

10

2017/C 424/14

Kawża C-425/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Hansruedi Raimund vs Michaela Aigner (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 96(a) — Azzjoni għal vjolazzjoni — Artikolu 99(1) — Preżunzjoni ta’ validità — Artikolu 100 — Kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Relazzjoni bejn azzjoni għal vjolazzjoni u kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Awtonomija proċedurali)

10

2017/C 424/15

Kawża C-522/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni Doganali u Tariffa Doganali Komuni — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 201(3), it-tieni subparagrafu, kif ukoll Artikolu 221(3) u (4) — Regolament (KEE) Nru 2777/75 — Regolament (KE) Nru 1484/95 — Dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni — Arranġament artifiċjali intiż sabiex jiġu evitati d-dazji addizzjonali dovuti — Dikjarazzjoni doganali bbażata fuq informazzjoni ta’ natura falza — Persuni li jistgħu jitqiesu responsabbli għad-dejn doganali — Terminu ta’ preskrizzjoni)

11

2017/C 424/16

Kawża C-556/16: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Id–Disa’Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–Finanzgericht Hamburg – il–Ġermanja) – Lutz GmbH vs Hauptzollamt Hannover (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Unjoni doganali — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi tariffarji — Subintestatura 6212 20 00 (Ċinet ta’ qliezet ta’ taħt) — Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda — Noti ta’ spjega tas-sistema armonizzata)

12

2017/C 424/17

Kawża C-573/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Air Berlin plc vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi indiretti — Ġbir tal-kapital — Impożizzjoni ta’ dazju ta’ 1,5 % fuq it-trasferiment, lil servizz ta’ clearance ta’ tranżazzjonijiet (clearance service), ta’ azzjonijiet ġodda jew azzjonijiet intiżi għall-iskrizzjoni fil-lista tal-Borża ta’ Stat Membru)

13

2017/C 424/18

Kawża C-598/16 P: Sentenza tal–Qorti tal-Ġustizzja (It–Tmien Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 – Viktor Fedorovych Yanukovych vs Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea, Il–Kummissjoni Ewropea, Ir–Repubblika tal–Polonja (Appell — Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent)

13

2017/C 424/19

Kawża C-599/16 P: Sentenza tal–Qorti tal-Ġustizzja (It–Tmien Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 – Oleksandr Viktorovych Yanukovych vs Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea, Il–Kummissjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent)

14

2017/C 424/20

Kawża C-192/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – (ir-Renju Unit)– Stephen Fisher, Anne Fisher, Peter Fisher vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 355, punt 3, TFUE — L-istatus ta’ Ġibiltà — Artikolu 49 TFUE — Artikolu 63 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Sitwazzjoni purament interna)

14

2017/C 424/21

Kawża C-549/16: Digriet tal–Qorti tal–Ġustizzja (L–Għaxar Awla) tat–12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano – l–Italja) Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano vs Palais Kaiserkron Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 401 — Kunċett ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ — Kiri ta’ beni immobbli użati għall-attività kummerċjali — Suġġettar għal taxxa ta’ reġistrazzjoni u għall-VAT)

15

2017/C 424/22

Kawża C-640/16P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Greenpeace Energy eG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Artikolu 263 TFUE — Ammissibbiltà — Għajnuna ppjanata mir-renju Unit favur l-unità C taċ-ċentrali nukleari ta’ Hinkley Point — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Locus standi — Appellant li ma huwiex ikkonċernat individwalment)

16

2017/C 424/23

Kawża C-166/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd vs Santa Casa da Misericórdia de Lisboa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Operat ta’ logħob tal-ażżard permezz ta’ siti internet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi monopolju tal-Istat — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domanda identika għal domanda li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwarha jew li r-risposta għaliha tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza — Artikolu 102 u Artikolu 106(1) TFUE — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar għal logħob tal-ażżard minbarra dak organizzat minn operatur uniku suġġett għal kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi li lilu jkun ingħata d-dritt esklużiv li jorganizza tali logħob — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domanda manifestament inammissibbli)

16

2017/C 424/24

Kawża C-519/17: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-181/16 – L-Oreal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

17

2017/C 424/25

Kawża C-522/17: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-179/16 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

17

2017/C 424/26

Kawża C-523/17 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-180/16 – L-Oréal vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

18

2017/C 424/27

Kawża C-524/16: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-182/16 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

19

2017/C 424/28

Kawża C-525/17 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-183/16 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

19

2017/C 424/29

Kawża C-533/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Settembru 2017 – Anja Oehlke u Wolfgang Oehlke vs TUIfly GmbH

20

2017/C 424/30

Kawża C-534/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Settembru 2017 – Ursula Kaufmann u Viktor Schay vs TUIfly GmbH

20

2017/C 424/31

Kawża C-537/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Settembru 2017 – Claudia Wegener vs Royal Air Maroc SA

21

2017/C 424/32

Kawża C-563/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Settembru 2017 – Associação Peço a Palavra et vs Conselho de Ministros

22

2017/C 424/33

Kawża C-568/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Settembru 2017 – Staatssecretaris van Financiën vs L. W. Geelen

23

2017/C 424/34

Kawża C-579/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeits- und Sozialgericht Wien (l-Awstrija) fit-3 ta’ Ottubru 2017 – BUAK Bauarbeiter-, Urlaubs- u. Abfertigungskasse vs Gradbeništvo Korana d.o.o.

23

2017/C 424/35

Kawża C-582/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs H.

24

2017/C 424/36

Kawża C-583/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs R.

25

2017/C 424/37

Kawża C-592/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id–Danimarka) fit–12 ta’ Ottubru 2017 – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S

25

2017/C 424/38

Kawża C-611/17: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2017 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 424/39

Kawża T-704/14: Sentenza tal–Qorti Ġenerali tas–26 ta’ Ottubru 2017 – Marine Harvest vs Il–Kummissjoni [Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li timponi multa għall-istabbiliment ta’ konċentrazzjoni qabel in-notifika u l-awtorizzazzjoni tagħha — Artikolu 4(1), Artikolu 7(1) u (2) u Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — Negliġenza — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Serjetà tal-ksur — Ammont tal-multa]

28

2017/C 424/40

Kawża T-394/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – KPN vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq Olandiż tas-servizzi televiżivi u tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE — Impenji — Obbligu ta’ motivazzjoni — Suq inkwistjoni — Effetti vertikali — Stħarriġ ġudizzjarju)

28

2017/C 424/41

Kawża T-685/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Sulayr Global Service vs EUIPO – Sulayr Calidad (sulayr GLOBAL SERVICE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni sulayr GLOBAL SERVICE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SULAYR — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ xebh tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

29

2017/C 424/42

Kawża T-26/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta Ottubru 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Irregolaritajiet fil-konstatazzjoni tal-ammont tad-djun — Dewmien fil-proċedura ta’ rkupru tad-djun — Assenza ta’ kumpens bejn fondi — Determinazzjoni tal-ammont tal-interessi — Proporzjonalità — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa — Artikoli 31 sa 33 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Każijiet individwali)

30

2017/C 424/43

Kawża T-330/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Hello Media Group vs EUIPO – Hola (#hello digitalmente diferentes) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea #hello digitalmente diferentes — Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELLO! — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar0Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Sostituzzjoni ta’ parti fil-kawża]

30

2017/C 424/44

Kawża T-331/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Hello Malta Group vs EUIPO – Hola (#hello media group) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea #hello media group — Trade marks figurattivi u trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELLO! — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

31

2017/C 424/45

Kawża T-431/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – VIMC vs Il-Kumissjoni [Kompetizzjoni — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Suq ta’ kura tas-saħħa privata — Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment — Trattament tal-każ minn awtorità ta’ kompetizzjoni ta’ Stat Membru]

31

2017/C 424/46

Kawża T-551/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra — Marda kkaġunata mix-xogħol — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol — Artikolu 14 — Artikolu 266 TFUE — Użu ħażin ta’ poter — Kumitat Mediku — Prinċipju ta’ kolleġjalità — Ksur tal-mandat tal-Kumitat Mediku — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rikors għad-danni — Tul tal-proċedura — Danni morali)

32

2017/C 424/47

Kawża T-601/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Paraskevaidis vs Cedefop (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Cedefop — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2015 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 — Artikoli 44 u 45 tar-Regolamenti tal-Personal — Paragun tal-merti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ċaħda impliċita tal-ilment — Responsabbiltà)

33

2017/C 424/48

Kawża T-706/16 P: Sentenza tal–Qorti Ġenerali tas–26 ta’ Ottubru 2017 – HB vs Il–Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Eżami komparattiv tal-merti — Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess — Żball ta’ liġi)

33

2017/C 424/49

Kawża T-844/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Alpirsbacher Klosterbräu Glauner vs EUIPO (Klosterstoff) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Klosterstoff — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku — Artikolu 7(1)(b), (c), u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Prassi preċedenti tal-EUIPO)

34

2017/C 424/50

Kawża T-857/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Erdinger Weißbräu Werner Brombach vs EUIPO (Forma ta’ tazza kbira) Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea — Trade mark tridimensjonali — Forma ta’ tazza kbira — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]

35

2017/C 424/51

Kawża T-109/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni (Rikors għal anullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm Interreg II /C Għargħar Rhin – Meuse — Nuqqas ta’ osservanza tat – terminu għall – adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal – forom proċedurali sostanzjali — Rikors manifestament fondat)

35

2017/C 424/52

Kawża T-119/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm Interreg II /C Għargħar Rhin-Meuse — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Rikors manifestament fondat)

36

2017/C 424/53

Kawża T-746/16: Digriet tal–Qorti Ġenerali tas–17 ta’ Ottubru 2017 – Andreassons Åkeri et vs Il–Kummissjoni (Rikors għal annullament — Sigurtà soċjali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura EU Pilot — Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fuq ilment — Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Nuqqas ta’ effett dirett — Inammissibbiltà manifesta — Talba intiża għall-ħruġ ta’ ordni — Nuqqas manifest ta’ kompetenza)

37

2017/C 424/54

Kawża T-528/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Ballesté Torralba et vs SRB

37

2017/C 424/55

Kawża T-538/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2017 – Jess Liberty vs SRB

38

2017/C 424/56

Kawża T-545/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Afectados Banco Popular vs SRB

38

2017/C 424/57

Kawża T-555/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – TW et vs SRB

39

2017/C 424/58

Kawża T-613/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – La Guirigaña et vs BĊE u SRB

40

2017/C 424/59

Kawża T-640/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Escriba Serra et vs Il-Kummissjoni u SRB

40

2017/C 424/60

Kawża T-643/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Euroways vs Il-Kummissjoni u SRB

41

2017/C 424/61

Kawża T-659/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Vallina Fonseca vs SRB

42

2017/C 424/62

Kawża T-660/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Miralla Inversiones vs Il-Kummissjoni u SRB

42

2017/C 424/63

Kawża T-661/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – Fundación Agustín de Betancourt vs SRB

43

2017/C 424/64

Kawża T-662/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Link Flexible et vs SRB

44

2017/C 424/65

Kawża T-663/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Sahece et vs SRB

44

2017/C 424/66

Kawża T-664/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – eSlovensko vs Il-Kummissjoni

45

2017/C 424/67

Kawża T-670/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – LG Vaquero Aviación et vs SRB

46

2017/C 424/68

Kawża T-671/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Turbo-K International vs EUIPO – Turbo-K (TURBO-K)

46

2017/C 424/69

Kawża T-675/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – Aplicacions de Servei Monsan et vs SRB

47

2017/C 424/70

Kawża T-678/17: Rikors ippreżentat fit–3 ta’ Ottubru 2017 – Minera Catalano Aragonesa u Luengo Martínez vs Il–Kummissjoni u SRB

48

2017/C 424/71

Kawża T-679/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2017 – Grupo Villar Mir vs SRB

48

2017/C 424/72

Kawża T-680/17: Rikors ippreżentat fl–4 ta’ Ottubru 2017 – Helibética vs SRB

49

2017/C 424/73

Kawża T-685/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Miralla Inversiones vs SRB

50

2017/C 424/74

Kawża T-686/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Policlínico Centro Médico de Seguros u Medicina Asturiana vs SRB

50

2017/C 424/75

Kawża T-695/17: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

51

2017/C 424/76

Kawża T-702/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2017 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (Papouis Halloumi)

53

2017/C 424/77

Kawża T-704/17: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

53

2017/C 424/78

Kawża T-705/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Temes Rial et vs SRB

54

2017/C 424/79

Kawża T-707/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Euroways vs SRB

55

2017/C 424/80

Kawża T-718/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

55

2017/C 424/81

Kawża T-721/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2017 – Topor-Gilka vs Il-Kunsill

56

2017/C 424/82

Kawża T-722/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2017 – WO Technopromexport vs Il-Kunsill

57

2017/C 424/83

Kawża T-243/17: Digriet tal–Qorti Ġenerali tat–18 ta’ Ottubru 2017 – Ecolab Deutschland u Lysoform Dr. Hans Rosemann vs ECHA

59


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 424/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 412, 4.12.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 402, 27.11.2017

ĠU C 392, 20.11.2017

ĠU C 382, 13.11.2017

ĠU C 374, 6.11.2017

ĠU C 369, 30.10.2017

ĠU C 357, 23.10.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Elda Otero Ramos vs Servicio Galego de Saúde, Instituto Nacional de la Seguridad Social

(Kawża C-531/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/85/KEE - Artikolu 4(1) - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Ħaddiema li treddgħa - Evalwazzjoni tar-riskji preżenti fuq il-post tax-xogħol - Kontestazzjoni mill-ħaddiema kkonċernata - Direttiva 2006/54/KE - Artikolu 19 - Ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Oneru tal-prova))

(2017/C 424/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elda Otero Ramos

Konvenuti: Servicio Galego de Saúde, Instituto Nacional de la Seguridad Social

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ħaddiema li treddgħa tikkontesta, quddiem qorti nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru kkonċernat, l-evalwazzjoni tar-riskji li jeżistu fuq il-post tax-xogħol tagħha sa fejn din ma tkunx saret konformement mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu.

2)

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f'sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija l-ħaddiema kkonċernata li għandha tistabbilixxi fatti ta’ natura li jissuġġerixxu li l-evalwazzjoni tar-riskji li jinsabu fil-post tax-xogħol tagħha ma saritx konformement mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/85 u li b’hekk jippermettu li tiġi preżunta l-eżistenza ta' diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess, fis-sens tad-Direttiva 2006/54, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. Għalhekk, huwa l-konvenut li għandu jipprova li l-evalwazzjoni tar-riskji msemmija saret konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni u li b’hekk ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.


(1)  ĠU C 429, 21.12.2015.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Istanbul Lojistik Ltd vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-65/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija - Artikolu 9 - Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija - Artikoli 4, 5 u 7 - Unjoni doganali - Trasport bit-triq - Taxxa fuq il-karozzi - Impożizzjoni ta’ taxxi fir-rigward ta’ vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati fit-Turkija li jaqsmu l-Ungerija fi tranżitu))

(2017/C 424/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Istanbul Lojistik Ltd

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Dispożittiv

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar l-implementazzjoni tal-fażi definittiva tal-Unjoni Doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali, fis-sens ta’ dan l-artikolu, taxxa fuq il-karozzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha titħallas mid-detenturi tal-vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati fit-Turkija li jaqsmu mit-territorju Ungeriż.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – SC Paper Consult SRL vs Direcţia Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Bistriţa Năsăud

(Kawża C-101/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju - Artikolu 273 - Miżuri nazzjonali - Ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali - Fattura maħruġa minn persuna taxxabbli ddikjarata “inattiva” mill-amministrazzjoni fiskali - Riskju ta’ frodi - Rifjut tad-dritt għal tnaqqis - Proporzjonalità - Rifjut ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi tal-assenza ta’ frodi jew ta’ telf fiskali - Limitazzjoni tal-effetti ratione temporis tas-sentenza li tingħata - Assenza))

(2017/C 424/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Paper Consult SRL

Konvenuti: Direcţia Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Bistriţa Năsăud

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bis-saħħa ta’ liema d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli għar-raġuni li l-operatur li pprovdielha servizz b’fattura li fuqha jinsabu b’mod distint l-ispiża u t-taxxa fuq il-valur miżjud ġie ddikjarat inattiv mill-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, u fid-dawl tal-fatt li din id-dikjarazzjoni ta’ inattività hija pubblika u aċċessibbli fuq l-internet għal kull persuna taxxabbli f’dan l-Istat, meta dan ir-rifjut tad-dritt għal tnaqqis ikun sistematiku u definittiv, li ma jippermettix li tinġab il-prova tal-assenza ta’ frodi jew ta’ telf ta’ dħul fiskali.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – Bolagsupplysningen OÜ, Ingrid Ilsjan vs Svensk Handel AB

(Kawża C-194/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 7(2) - Ġurisdizzjoni speċjali f’materji ta’ delitt jew kważi delitt - Dannu għad-drittijiet ta’ persuna ġuridika, permezz tal-pubblikazzjoni, fuq l-internet, ta’ informazzjoni allegatament ineżatta li tikkonċernaha u minħabba li ma tħassrux il-kummenti dwarha - Post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu - Ċentru tal-interessi ta’ din il-persuna))

(2017/C 424/05)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bolagsupplysningen OÜ, Ingrid Ilsjan

Konvenuta: Svensk Handel AB

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika, li tallega li d-drittijiet tal-personalità tagħha ġew miksura bil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ineżatta dwarha fuq l-internet u minħabba li ma tħassrux il-kummenti fil-konfront tagħha, tista’ tippreżenta rikors intiż għar-rettifika ta’ din l-informazzjoni, għat-tħassir ta’ dawn il-kummenti u għall-għoti ta’ kumpens għat-totalità tad-dannu subit quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn jinsab iċ-ċentru tal-interessi tagħha.

Meta l-persuna ġuridika kkonċernata teżerċita l-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha fi Stat Membru differenti minn dak tas-sede tagħha, din il-persuna tista’ tħarrek lill-allegat awtur tad-dannu abbażi tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu f’dan l-Istat Membru l-ieħor.

2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li tallega li d-drittijiet tal-personalità tagħha ġew miksura bil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ineżatta dwarha fuq l-internet u minħabba li ma tħassrux il-kummenti fil-konfront tagħha ma tistax, quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu hija jew kienet aċċessibbli l-informazzjoni ppubblikata fuq l-internet, tippreżenta rikors intiż għar-rettifika ta’ din l-informazzjoni u għat-tħassir ta’ dawn il-kummenti.


(1)  ĠU C 211, 13.06.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Agriconsulting Europe SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-198/16 P) (1)

((Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Kuntratt pubbliku għal servizzi - Assistenza teknika operattiva bil-għan li jiġi stabbilit u ġestit mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni “Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura” - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Offerta anormalment baxxa - Proċedura kontradittorja))

(2017/C 424/06)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Agriconsulting Europe SA (rappreżentant: R. Sciaudone, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u F. Moro, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Agriconsulting Europe SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA vs ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA, Arthur George Resendes et

(Kawża C-200/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Artikolu 1(1) - Trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Obbligu tat-teħid lura tal-ħaddiema miċ-ċessjonarju - Provvista ta’ servizzi ta’ viġilanza u ta’ sigurtà eżegwiti minn impriża - Sejħa għal offerti - Għoti tal-kuntratt lil impriża oħra - Nuqqas ta’ teħid lura tal-persunal - Dispożizzjoni nazzjonali li teskludi mill-“kunċett ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju” it-telf ta’ klijent minn operatur wara l-għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi lil operatur ieħor)

(2017/C 424/07)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA

Konvenuti: ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA, Arthur George Resendes et

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “trasferiment ta’ impriża [jew] ta’ stabbiliment”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni fejn persuna li tat ordni temmet il-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi ta’ sorveljanza u ta’ viġilanza tal-proprjetà tagħha konkluż ma’ impriża, u imbagħad ikkonkludiet, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ din il-provvista, kuntratt ġdid ma’ impriża oħra, li tirrifjuta li tieħu lura l-ħaddiema tal-ewwel, meta t-tagħmir indispensabbli għat-twettiq tal-imsemmija provvista jkun ittieħed mit-tieni impriża.

2)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “trasferiment ta’ impriża [jew] ta’ negozju”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 1(1), it-telf ta’ klijent minn operatur wara l-għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi lil operatur ieħor.


(1)  ĠU C 211, 13.06.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Merck KGaA vs Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme Corp, MSD Sharp & Dohme GmbH

(Kawża C-231/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 109(1) - Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea u ta’ trade marks nazzjonali - Lis alibi pendens - Kunċett ta’ “l-istess fatti” - Użu tat-terminu “Merck” f’ismijiet ta’ dominji u fuq pjattaformi ta’ midja soċjali fuq l-internet - Azzjoni bbażata fuq trade mark nazzjonali segwita b’azzjoni bbażata fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea - Rinunzja tal-ġurisdizzjoni - Portata))

(2017/C 424/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Merck KGaA

Konvenuti: Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme Corp, MSD Sharp & Dohme GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni stipulata fih, relatata mal-eżistenza ta’ “l-istess fatti”, tkun issodisfatta meta azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati fuq trade mark nazzjonali u fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea, rispettivament, ikunu ppreżentati bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, sa fejn biss dawn l-azzjonijiet ikunu jirrigwardaw vjolazzjoni allegata ta’ trade mark nazzjonali u ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea identiċi fit-territorju tal-istess Stati Membri.

2)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati, l-ewwel waħda, fuq trade mark nazzjonali, dwar allegata vjolazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, u, it-tieni waħda, fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea, dwar allegata vjolazzjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, imressqa bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, il-qorti adita t-tieni għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-parti mit-tilwima relatata mat-territorju tal-Istat Membru previst mill-azzjoni għal vjolazzjoni mressqa quddiem il-qorti adita l-ewwel.

3)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni stipulata fih, relatata mal-eżistenza ta’ “l-istess fatti”, lanqas ma tkun issodisfatta meta, wara rinunzja parzjali minn rikorrent, sa fejn din tkun saret validament, ta’ azzjoni għal vjolazzjoni bbażata fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea intiża inizjalment sabiex tipprekludi l-użu ta’ din it-trade mark fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, meta tali rinunzja tirrigwarda t-territorju tal-Istat Membru previst mill-azzjoni mressqa quddiem l-ewwel qorti adita, ibbażata fuq trade mark nazzjonali intiża sabiex tipprekludi l-użu ta’ din it-trade mark fit-territorju nazzjonali, l-azzjonijiet inkwistjoni ma jkunux jirrigwardaw iktar allegata vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali u ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea identiċi fit-territorju tal-istess Stati Membri.

4)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li t-trade marks ikunu identiċi, il-qorti adita t-tieni għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni favur il-qorti adita l-ewwel sa fejn biss dawn it-trade marks huma validi għal prodotti jew servizzi identiċi.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/7


Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Ir–Raba’Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar–Raad van State – il–Pajjiżi l–Baxxi) – Vereniging Hoekschewaards Landschap vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-281/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/72 - Listi ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku - Tnaqqis ta’ superfiċji ta’ sit - Żball xjentifiku - Validità))

(2017/C 424/09)

Lingwa tal-kawża: l–Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging Hoekschewaards Landschap

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/72, tat-3 ta’ Diċembru 2014, li tadotta t-tmien aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku hija invalida sa fejn, permezz ta’ din id-deċiżjoni, is-sit Haringvliet (NL 1000015) ġie inkluż f’din il-lista mingħajr l-inklużjoni tal-Leenheerenpolder.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo de Murcia – Spanja) – Europamur Alimentación SA vs Dirección General de Comercio y Protección del Consumidor de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia

(Kawża C-295/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi - Kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva - Bejgħ minn bejjiegħ bl-ingrossa lil bejjiegħa bl-imnut - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod ġenerali l-bejgħ b’telf - Eċċezzjonijiet ibbażati fuq kriterji mhux previsti mill-imsemmija direttiva))

(2017/C 424/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Murcia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Europamur Alimentación SA

Konvenuti: Dirección General de Comercio y Protección del Consumidor de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia

Dispożittiv

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinkludi projbizzjoni ġenerali li jiġu offruti għall-bejgħ jew li jinbiegħu oġġetti b’telf u li tipprevedi raġunijiet ta’ deroga minn din il-projbizzjoni bbażati fuq kriterji li ma jinsabux f’din id-direttiva.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Solar Electric Martinique vs Ministre des Finances et des Comptes publics

(Kawża C-303/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Direttiva 2006/112/KE - Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni - Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej - Dispożizzjonijiet magħmula applikabbli bid-dritt nazzjonali - Tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u ta’ installazzjoni fuq immobbli - Klassifikazzjoni bħala tranżazzjoni unika - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni))

(2017/C 424/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Solar Electric Martinique

Konvenut: Ministre des Finances et des Comptes publics

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domanda magħmula mill-Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-20 ta’ Mejju 2016.


(1)  ĠU C 287, 8.8.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/9


Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (It–Tielet Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il–Pajjiżi l–Baxxi) – Vion Livestock BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-383/16) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Regolament (UE) Nru 817/2010 - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Obbligu li tiġi aġġornata kopja tal-ktieb tal-vjaġġ sal-wasla tal-annimali fil-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali - Irkuprar ta’ ammonti mħallsin indebitament])

(2017/C 424/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vion Livestock BV

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2010, tas-16 ta’ Settembru 2010, li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport għall-għoti tal-ħlas lura għall-esportazzjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 817/2010, kif ukoll il-punti 3, 7 u 8 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rimbors ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni skont ir-Regolament Nru 817/2010 jistgħu jkunu meħtieġa meta t-trasportatur ta’ annimali tal-ifrat ma żammx aġġornat il-ktieb tal-vjaġġ previst fl-Anness II tar-Regolament Nru 1/2005 sal-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton vs Maria-Eleni Kalliri

(Kawża C-409/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 76/207/KEE - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija ta’ Stat Membru - Leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru li timponi fuq il-kandidati kollha rekwiżit ta’ tul minimu għall-ammissjoni f’din il-kompetizzjoni))

(2017/C 424/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton

Konvenuta: Maria-Eleni Kalliri

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ammissjoni tal-kandidati għall-kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija ta’ dan l-Istat Membru, irrispettivament mis-sess tagħhom, għal rekwiżit ta’ tul minimu ta’ 1,70 m, peress li din il-leġiżlazzjoni tiżvantaġġa numru ħafna ogħla ta’ persuni ta’ sess femminil meta mqabbla ma’ persuni ta’ sess maskil u li l-imsemmija leġiżlazzjoni la tidher li hija xierqa u lanqas meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu mfittex minnha, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Hansruedi Raimund vs Michaela Aigner

(Kawża C-425/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 96(a) - Azzjoni għal vjolazzjoni - Artikolu 99(1) - Preżunzjoni ta’ validità - Artikolu 100 - Kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Relazzjoni bejn azzjoni għal vjolazzjoni u kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Awtonomija proċedurali))

(2017/C 424/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hansruedi Raimund

Konvenuta: Michaela Aigner

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 99(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal vjolazzjoni ppreżentata quddiem qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 96(a) ta’ dan ir-regolament, ma tistax tiġi miċħuda minħabba raġuni ta’ invalidità assoluta, bħal dik prevista fl-Artikolu 52(1)(b) tal-imsemmi regolament, mingħajr ma din il-qorti tkun laqgħet il-kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, imressqa mill-konvenut f’din l-azzjoni għal vjolazzjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 100(1) tal-istess regolament, u bbażata fuq din l-istess raġuni ta’ invalidità.

2)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux il-fatt li l-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea tista’ tiċħad l-azzjoni għal vjolazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 96(a) ta’ dan ir-regolament, minħabba raġuni ta’ invalidità assoluta, bħal dik prevista fl-Artikolu 52(1)(b) tal-imsemmi regolament, filwaqt li d-deċiżjoni dwar il-kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, imressqa konformement mal-Artikolu 100(1) tal-istess regolament, u bbażata fuq din l-istess raġuni ta’ invalidità, ma tkunx saret definittiva.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-522/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali u Tariffa Doganali Komuni - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 201(3), it-tieni subparagrafu, kif ukoll Artikolu 221(3) u (4) - Regolament (KEE) Nru 2777/75 - Regolament (KE) Nru 1484/95 - Dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni - Arranġament artifiċjali intiż sabiex jiġu evitati d-dazji addizzjonali dovuti - Dikjarazzjoni doganali bbażata fuq informazzjoni ta’ natura falza - Persuni li jistgħu jitqiesu responsabbli għad-dejn doganali - Terminu ta’ preskrizzjoni))

(2017/C 424/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dokumenti li l-produzzjoni tagħhom hija meħtieġa mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95, tat-28 ta’ Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/1999, tad-29 ta’ Marzu 1999, jikkostitwixxu informazzjoni neċessarja għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni doganali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201(3) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “debitur” ta’ dejn doganali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-persuna fiżika li tkun strettament u konsapevolment involuta fit-tfassil u fil-ħolqien artifiċjali ta’ struttura ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li kellha bħala effett li tnaqqas l-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni legalment dovuti, għalkemm ma kkomunikatx hija stess l-informazzjoni li serviet ta’ bażi għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni doganali, meta jirriżulta miċ-ċirkustanzi li din il-persuna kellha jew kellu raġonevolment ikollha għarfien tal-fatt li t-tranżazzjonijiet ikkonċernati minn din l-istruttura twettqu mhux fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali normali, iżda biss bil-għan li jinkisbu abbużivament il-vantaġġi previsti mid-dritt tal-Unjoni. Il-fatt li l-imsemmija persuna ma tkunx issoktat bit-tfassil u bil-ħolqien artifiċjali ta’ din l-istruttura, wara li tkun kisbet, min-naħa ta’ esperti tad-dritt doganali, l-assigurazzjoni tal-legalità tagħha, ma huwiex rilevanti f’dan ir-rigward.

3)

L-Artikolu 221(4) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat fi-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li d-dejn doganali fuq l-importazzjoni jitnissel, konformement mal-Artikolu 201(1) tiegħu, mir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera ta’ beni suġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni ma huwiex ta’ natura, fih innifsu, li jeskludi l-possibbiltà li ssir komunikazzjoni lid-debitur tal-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni dovuti għal tali beni wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 221(3) ta’ dan ir-regolament, kif emendat.


(1)  ĠU C 86, 20.03.2017


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/12


Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Id–Disa’Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–Finanzgericht Hamburg – il–Ġermanja) – Lutz GmbH vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-556/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi tariffarji - Subintestatura 6212 20 00 (Ċinet ta’ qliezet ta’ taħt) - Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda - Noti ta’ spjega tas-sistema armonizzata))

(2017/C 424/16)

Lingwa tal-kawża: il–Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lutz GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hannover

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li qalziet ta’ taħt ikkaratterizzat minn elastiċità ristretta fis-sens orizzontali, li madankollu ma jinkludix elementi mhux elastiċi f’dan is-sens, jista’ jiġi kklassifikat fis-subintestatura 6212 20 00 tan-Nomenklatura Magħquda jekk eżami tiegħu juri li dan għandu elastiċità orizzontali kunsiderevolment ristretta sabiex jappoġġja l-ġisem uman bl-għan li joħloq effett ta’ siluwett irqaq.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Air Berlin plc vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-573/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi indiretti - Ġbir tal-kapital - Impożizzjoni ta’ dazju ta’ 1,5 % fuq it-trasferiment, lil servizz ta’ clearance ta’ tranżazzjonijiet (clearance service), ta’ azzjonijiet ġodda jew azzjonijiet intiżi għall-iskrizzjoni fil-lista tal-Borża ta’ Stat Membru))

(2017/C 424/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Air Berlin plc

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-intaxxar ta’ trasferiment ta’ azzjonijiet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu l-proprjetà legali tal-azzjonijiet kollha ta’ kumpannija tkun ġiet ittrasferita lil servizz ta’ clearance bl-uniku skop tal-iskrizzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet f’Borża, mingħajr ma tkun inbidlet il-proprjetà effettiva ta’ dawn l-azzjonijiet;

2)

L-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-intaxxar ta’ trasferiment ta’ azzjonijiet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu l-proprjetà legali ta’ azzjonijiet ġodda maħruġin waqt żieda fil-kapital tkun ġiet ittrasferita lil servizz ta’ clearance bl-uniku skop li dawn l-azzjonijiet ġodda jiġu offruti għall-bejgħ.

3)

Ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda ma tkunx differenti fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun tippermetti lill-operatur ta’ servizz ta’ clearance, wara approvazzjoni tal-awtorità tat-taxxa, jagħżel li ma titħallas ebda taxxa tal-boll fuq it-trasferiment inizjali ta’ azzjonijiet lis-servizz ta’ clearance, peress li minflok tinġabar taxxa addizzjonali għat-taxxa tal-boll fuq kull bejgħ sussegwenti ta’ azzjonijiet.


(1)  ĠU C 22, 23.01.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/13


Sentenza tal–Qorti tal-Ġustizzja (It–Tmien Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 – Viktor Fedorovych Yanukovych vs Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea, Il–Kummissjoni Ewropea, Ir–Repubblika tal–Polonja

(Kawża C-598/16 P) (1)

((Appell - Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent))

(2017/C 424/18)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Viktor Fedorovych Yanukovych (rappreżentant: T. Beazley QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u M. J.-P. Hix, aġenti), Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Bartelt u J. Norris-Usher, sussegwentement E. Paasivirta u Norris-Usher, aġenti), Ir–Repubblika tal–Polonja

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Viktor Fedorovych Yanukovych huwa kkundannat li jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/14


Sentenza tal–Qorti tal-Ġustizzja (It–Tmien Awla) tad–19 ta’ Ottubru 2017 – Oleksandr Viktorovych Yanukovych vs Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea, Il–Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-599/16 P) (1)

((Appell - Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent))

(2017/C 424/19)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (rappreżentant: T. Beazley QC)

Partijet oħra fil-proċedura: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u M. J.-P. Hix, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Bartelt u J. Norris-Usher, sussegwentement E. Paasivirta u Norris-Usher, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Oleksandr Viktorovych Yanukovych huwa kkundannat li jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – (ir-Renju Unit)– Stephen Fisher, Anne Fisher, Peter Fisher vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-192/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 355, punt 3, TFUE - L-istatus ta’ Ġibiltà - Artikolu 49 TFUE - Artikolu 63 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Sitwazzjoni purament interna))

(2017/C 424/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stephen Fisher, Anne Fisher, Peter Fisher

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

L-Artikolu 355, punt 3, TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 49 TFUE jew l-Artikolu 63 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew tal-libertà għall-moviment liberu tal-kapital minn ċittadini Brittaniċi bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà jikkostitwixxi, fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati għal Stat Membru wieħed.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/15


Digriet tal–Qorti tal–Ġustizzja (L–Għaxar Awla) tat–12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano – l–Italja) Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano vs Palais Kaiserkron Srl

(Kawża C-549/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 401 - Kunċett ta’ “taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ” - Kiri ta’ beni immobbli użati għall-attività kummerċjali - Suġġettar għal taxxa ta’ reġistrazzjoni u għall-VAT))

(2017/C 424/21)

Lingwa tal-kawża: it–Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano

Konvenuta: Palais Kaiserkron Srl

Dispożittiv

L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-ġbir ta’ taxxa proporzjonali ta’ reġistrazzjoni li jaffettwa l-kiri ta’ bini kummerċjali, bħal dak previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, anki meta dan il-bini huwa suġġett ukoll għat-taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Greenpeace Energy eG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-640/16P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà - Għajnuna ppjanata mir-renju Unit favur l-unità C taċ-ċentrali nukleari ta’ Hinkley Point - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Locus standi - Appellant li ma huwiex ikkonċernat individwalment))

(2017/C 424/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Greenpeace Energy eG (rappreżentanti: D. Fouquet, J. Nysten u S. Michaels, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck-Putz, , P. Němečková u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Bousin, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: D. Robertson, aġent)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud.

2.

Greenpeace Energy eG hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 38, 06.02.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd vs Santa Casa da Misericórdia de Lisboa

(Kawża C-166/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Operat ta’ logħob tal-ażżard permezz ta’ siti internet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi monopolju tal-Istat - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda identika għal domanda li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwarha jew li r-risposta għaliha tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza - Artikolu 102 u Artikolu 106(1) TFUE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar għal logħob tal-ażżard minbarra dak organizzat minn operatur uniku suġġett għal kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi li lilu jkun ingħata d-dritt esklużiv li jorganizza tali logħob - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda manifestament inammissibbli))

(2017/C 424/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd

Konvenuta: Santa Casa da Misericórdia de Lisboa

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 56 TFUE ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lil operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħra milli joffru logħob tal-ażżard permezz ta’ sit internet, filwaqt li hija tagħti esklużività għall-operat ta’ tali logħob favur operatur uniku suġġett għal kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi.

2)

L-Artikolu 56 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi r-reklamar għal logħob tal-ażżard minbarra l-logħob organizzat minn operatur uniku li lilu jkun ingħata d-dritt esklużiv li jorganizza tali logħob.

3)

L-ewwel, il-ħames, is-sitt kif ukoll it-tmien sal-għaxar domandi magħmula mis-Supremo Tribunal de Justiça (Qorti Suprema, il-Portugall) huma manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 202, 26.6.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/17


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-181/16 – L-Oreal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-519/17)

(2017/C 424/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L’Oréal (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali, tas-26 ta’ Ġunju 2017, fil-Kawża T-181/16, EU:T:2017:447;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; u

tirriserva l-ispejjeż; sussidjarjament, tikkundanna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll ma’ dik tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-argumenti mressqa minnha quddiemha u kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/17


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-179/16 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-522/17)

(2017/C 424/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L’Oréal (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali, tas-26 ta’ Ġunju 2017, fil-Kawża T-179/16, EU:T:2017:445;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; u

tirriserva l-ispejjeż; sussidjarjament, tikkundanna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll ma’ dik tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-argumenti mressqa minnha quddiemha u kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/18


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-180/16 – L-Oréal vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-523/17 P)

(2017/C 424/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L’Oréal (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali, tas-26 ta’ Ġunju 2017, fil-Kawża T-180/16, EU:T:2017:451;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; u

tirriserva l-ispejjeż; sussidjarjament, tikkundanna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll ma’ dik tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-argumenti mressqa minnha quddiemha u kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/19


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-182/16 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-524/16)

(2017/C 424/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L'Oréal (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali, tas-26 ta’ Ġunju 2017, fil-Kawża T-182/16, EU:T:2017:448;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; u

tirriserva l-ispejjeż; sussidjarjament, tikkundanna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll ma’ dik tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-argumenti mressqa minnha quddiemha u kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/19


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-183/16 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-525/17 P)

(2017/C 424/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L’Oréal (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali, tas-26 ta’ Ġunju 2017, fil-Kawża T-183/16, EU:T:2017:449;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; u

tirriserva l-ispejjeż; sussidjarjament, tikkundanna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll ma’ dik tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-argumenti mressqa minnha quddiemha u kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Settembru 2017 – Anja Oehlke u Wolfgang Oehlke vs TUIfly GmbH

(Kawża C-533/17)

(2017/C 424/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anja Oehlke, Wolfgang Oehlke

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1), moqri fid-dawl tal-premessa 15 tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru li jopera jista’ jinħall mill-obbligu tiegħu li jagħti kumpens biss billi jinvoka ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew biss fil-jum tat-titjira, jew anki ċirkustanzi straordinarji li jkunu diġà seħħew fil-jum ta’ qabel jistgħu jiġġustifikaw kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira l-għada?

2)

Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jkunu diġà seħħew fil-jum ta’ qabel ikunu jistgħu wkoll jiġġustifikaw il-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil ta’ titjira l-għada, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-miżuri raġonevoli li huwa obbligat li jieħu sabiex jevita dawn iċ-ċirkustanzi straordinarji, trasportatur tal-ajru għandu jieħu, minn qabel, il-miżuri raġonevoli sabiex jevita tali eventwalitajiet u, fi kwalunkwe każ, iżomm ukoll għad-dispożizzjoni tiegħu numru xieraq ta’ ajruplani ta’ sostituzzjoni fl-ajruport ta’ bażi tiegħu?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Settembru 2017 – Ursula Kaufmann u Viktor Schay vs TUIfly GmbH

(Kawża C-534/17)

(2017/C 424/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ursula Kaufmann, Viktor Schay

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1), moqri fid-dawl tal-premessa 15 tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru li jopera jista’ jinħall mill-obbligu tiegħu li jagħti kumpens biss billi jinvoka ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew biss fil-jum tat-titjira, jew anki ċirkustanzi straordinarji li jkunu diġà seħħew fil-jum ta’ qabel jistgħu jiġġustifikaw kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira l-għada?

2)

Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jkunu diġà seħħew fil-jum ta’ qabel ikunu jistgħu wkoll jiġġustifikaw il-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil ta’ titjira l-għada, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-miżuri raġonevoli li huwa obbligat li jieħu sabiex jevita dawn iċ-ċirkustanzi straordinarji, trasportatur tal-ajru għandu jieħu, minn qabel, il-miżuri raġonevoli sabiex jevita tali eventwalitajiet u, fi kwalunkwe każ, iżomm ukoll għad-dispożizzjoni tiegħu numru xieraq ta’ ajruplani ta’ sostituzzjoni fl-ajruport ta’ bażi tiegħu?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Settembru 2017 – Claudia Wegener vs Royal Air Maroc SA

(Kawża C-537/17)

(2017/C 424/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Claudia Wegener

Konvenuta: Royal Air Maroc SA

Domanda preliminari

Ikun hemm titjira fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, meta l-operazzjoni ta’ trasport ta’ trasportatur tal-ajru tkun tinkludi interruzzjonijiet ippjanati (waqfiet) barra mit-territorju tal-[Unjoni] Ewropea bi bdil tal-ajruplan?


(1)  Regolament (KE) Nruo 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Settembru 2017 – Associação Peço a Palavra et vs Conselho de Ministros

(Kawża C-563/17)

(2017/C 424/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associação Peço a Palavra, João Carlos Constantino Pereira Osório, Maria Clara Marques Pires Sarmento Franco, Sofia da Silva Santos Arauz u Maria João Galhardas Fitas

Konvenut: Conselho de Ministros

Parti oħra: PARPÚBLICA – Participações Públicas, SGPS, SA

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 49 u 54 TFUE u l-prinċipji li jirriżultaw minnhom, jippermetti li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju ta’ kumpannija pubblika b’kapital azzjonarju u li għandha bħala oġġett l-attività tat-trasport bl-ajru, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit ta’ żamma tas-sede u tal-amministrazzjoni effettiva ta’ din il-kumpannija fl-Istat Membru fejn tkun ġiet ikkostitwita bħala kriterju ta’ selezzjoni tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali tagħha u ta’ għażla tal-offerti?

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 56 u 57 TFUE u l-prinċipji li jirriżultaw minnhom u, barra minn hekk, il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ neċessità, jippermetti li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju tal-istess kumpannija, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit li jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ servizz pubbliku min-naħa tal-entità li takkwista bħala kriterju ta’ selezzjoni tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali tagħha u ta’ għażla tal-offerti?

3)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 56 u 57 TFUE u l-prinċipji li jirriżultaw minnhom, jippermetti li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju tal-istess kumpannija, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit ta’ żamma u ta’ żvilupp tal-hub nazzjonali attwali min-naħa tal-entità li takkwista bħala kriterju ta’ għażla tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali u ta’ għażla tal-offerti?

4)

Fid-dawl tal-attività żviluppata mill-istess kumpannija, li t-trasferiment tal-kapital azzjonarju tagħha huwa suġġett għal proċedura ta’ reprivatizzazzjoni, din għandha titqies li hija servizz fis-suq intern suġġett għad-Direttiva 2006/123/KE (1), fid-dawl tal-eċċezzjoni, prevista fl-Artikolu 2(2)(d) ta’ din id-direttiva, dwar is-servizzi fil-qasam tat-trasport, u, konsegwentement, din il-proċedura hija wkoll suġġetta għall-imsemmija direttiva?

5)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 4), l-Artikoli 16 u 17 tal-imsemmija direttiva jippermettu li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju tal-istess kumpannija, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit li jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ servizz pubbliku min-naħa tal-entità li takkwista bħala kriterju ta’ selezzjoni tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali tagħha u ta’ għażla tal-offerti?

6)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 4), l-Artikoli 16 u 17 tal-imsemmija direttiva jippermettu li, fil-kuntest ta’ proċedura relatata mal-proċess ta’ reprivatizzazzjoni indiretta tal-kapital azzjonarju tal-istess kumpannija, jiġi inkluż, fid-dokumenti li jirrigwardaw din il-proċedura, ir-rekwiżit ta’ żamma u ta’ żvilupp tal-hub nazzjonali attwali min-naħa tal-entità li takkwista bħala kriterju ta’ għażla tal-intenzjonijiet ta’ akkwist tal-investituri potenzjali u ta’ għażla tal-offerti?


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36)


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Settembru 2017 – Staatssecretaris van Financiën vs L. W. Geelen

(Kawża C-568/17)

(2017/C 424/33)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: L. W. Geelen

Domandi preliminari

1

a)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) tas-Sitt Direttiva (1) flimkien mal-Artikolu 52(a) tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (2) (verżjoni applikabbli sal-1 ta’ Jannar 2010) għandhom jiġu interpretati fis-sens li taħt dawn id-dispożizzjonijiet jaqa’ wkoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni bi ħlas ta’ sessjonijiet webcam erotiċi interattivi diretti?

b)

Jekk il-parti (a) tal-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, il-frażijiet “il-post fejn dawk is-servizzi jingħataw materjalment” u “il-post fejn is-servizzi huma fiżikament imwettqa” li jinsabu rispettivament fl-Artikolu 9(2)(ċ) tas-Sitt Direttiva u fil-parti introduttiva tal-Artikolu 52 tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-post determinanti huwa dak fejn il-mudelli jidhru quddiem il-webcam, jew fis-sens li l-post determinanti huwa dak fejn il-viżitaturi jħarsu lejn l-immaġni, jew għandu jiġi kkunsidrat post ieħor?

2)

It-tnax-il inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 56(1)(k) tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (verżjoni applikabbli sal-1 ta’ Jannar 2010), flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-VAT tal-2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni bi ħlas ta’ sessjonijiet webcam erotiċi interattivi diretti jista’ jiġi kkunsidrat bħala “[s]ervizzi provduti elettronikament”?

3)

Fil-każ li kemm il-parti (a) tal-ewwel domanda kif ukoll it-tieni domanda jingħataw risposta affermattiva u fil-każ li d-dispożizzjonijiet tad-direttivi rilevanti jwasslu għal riżultati differenti fir-rigward tal-postijiet fejn jiġu pprovduti s-servizzi, kif għandu, għalhekk, jiġi stabbilit il-post fejn jiġu pprovduti s-servizzi?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeits- und Sozialgericht Wien (l-Awstrija) fit-3 ta’ Ottubru 2017 – BUAK Bauarbeiter-, Urlaubs- u. Abfertigungskasse vs Gradbeništvo Korana d.o.o.

(Kawża C-579/17)

(2017/C 424/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeits- und Sozialgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BUAK Bauarbeiter-, Urlaubs- u. Abfertigungskasse

Konvenuta: Gradbeništvo Korana d.o.o.

Domandi preliminari

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt “kwistjonijiet ċivili u kummerċjali” proċeduri li jinvolvu pretensjonijiet mill-Bauarbeiter-Urlaubs und Abfertigungskasse (fond għal leave mħallas u għal allowances ta’ waqfien mix-xogħol għall-ħaddiema tal-kostruzzjoni) għal supplimenti salarjali kontra persuni li jimpjegaw minħabba l-kollokament fl-Awstrija għal twettiq ta’ xogħol ta’ ħaddiema mingħajr post tax-xogħol abitwali fl-Awstrija jew fil-kuntest ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema fl-Awstrija, jew kontra persuni li jimpjegaw li huma stabbiliti barra minn Awstrija minħabba l-ingaġġ ta’ ħaddiema li għandhom il-post tax-xogħol abitwali tagħhom fl-Awstrija, anki meta tali pretensjonijiet mill-BUAK għal supplimenti salarjali jikkonċernaw relazzjonijiet ta’ xogħol irregolati mid-dritt privat u jkopru d-drittijiet għal leave u allowances ta’ leave annwali u jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ xogħol ma’ persuni li jimpjegaw, minkejja li

kemm l-ammont tal-pretensjonijiet tal-ħaddiema kontra l-BUAK għall-allowances ta’ leave annwali kif ukoll l-ammont tal-pretensjonijiet tal-BUAK kontra persuni li jimpjegaw għal supplimenti salarjali huma ddeterminati mhux b’kuntratt jew bi ftehim kollettiv, iżda permess ta’ digriet tal-Ministru Federali,

is-supplimenti salarjali dovuti minn persuni li jimpjegaw lill-BUAK iservu mhux biss sabiex ikopru l-ispejjeż għall-ħlas tal-allowances ta’ leave annwali lill-ħaddiema iżda wkoll sabiex ikopru l-ispejjeż amministrattivi tal-BUAK u

fir-rigward tal-implementazzjoni u tal-eżekuzzjoni tal-pretensjonijiet għal tali supplimenti salarjali, il-BUAK għandu poteri iktar estensivi minn dawk ta’ persuna privata, sa fejn

il-persuni li jimpjegaw għandhom, taħt piena ta’ multa, jagħmlu dikjarazzjonijiet lill-BUAK f’okkażjonijiet speċifiċi u fuq bażi mensili, billi jużaw il-mezzi ta’ komunikazzjoni stabbiliti mill-BUAK, jikkooperaw u jaċċettaw il-miżuri ta’ kontroll tal-BUAK, jagħtu aċċess lill-BUAK għal dokumenti salarjali, imprenditorjali u oħra, u jipprovdu lil dan tal-aħħar b’informazzjoni u,

fil-każ li l-persuni li jimpjegaw ma josservawx l-obbligi tagħhom ta’ komunikazzjoni, il-BUAK huwa awtorizzat jikkalkola s-supplimenti salarji dovuti mill-persuni li jimpjegaw fuq il-bażi tal-investigazzjoni tiegħu stess, u f’dan il-każ l-ammont tal-pretensjoni tas-suppliment salarjali tal-BUAK huwa dak stabbilit mill-BUAK, irrispettivament miċ-ċirkustanzi effettivi tal-kollokament jew tal-impjieg ikkonċernat?


(1)  ĠU L 351, p. 1


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs H.

(Kawża C-582/17)

(2017/C 424/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Konvenut: H.

Domanda preliminari

Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biss l-Istat Membru li fih tressqet għall-ewwel darba l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li għandu l-kompitu li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, b’mod li ċittadin barrani għandu rimedju biss f’dan l-Istat Membru, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament ta’ Dublin, kontra applikazzjoni żbaljata ta’ wieħed mill-kriterji ta’ responsabbiltà stabbiliti mill-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament (fosthom l-Artikolu 9)?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 31; iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Dublin”.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs R.

(Kawża C-583/17)

(2017/C 424/36)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Konvenuta: R.

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biss l-Istat Membru li fih tressqet għall-ewwel darba l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li għandu l-kompitu li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, b’mod li ċittadin barrani għandu rimedju biss f’dan l-Istat Membru, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament ta’ Dublin, kontra applikazzjoni żbaljata ta’ wieħed mill-kriterji ta’ responsabbiltà stabbiliti mill-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament (fosthom l-Artikolu 9)?

2)

Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda, sa fejn huwa rilevanti l-fatt li l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru fejn din tressqet għall-ewwel darba jew il-fatt li ċ-ċittadin barrani rtira din l-applikazzjoni b’mod prematur?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 31; iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Dublin”.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id–Danimarka) fit–12 ta’ Ottubru 2017 – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S

(Kawża C-592/17)

(2017/C 424/37)

Lingwa tal-kawża: id–Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet

Konvenuta: Baby Dan A/S

Domandi preliminari

1)

Il-pernijiet li għandhom il-karatteristiċi speċifiċi kif deskritti għandhom jitqiesu li huma parti mix-xatba ta’ sigurtà għat-tfal?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fis-sens li l-pernijiet għandhom jitqiesu li huma parti mix-xatba ta’ sigurtà għat-tfal, il-pernijiet għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 9403 90 10 jew taħt l-intestaturi 7326 u 4421 tan-Nomenklatura Magħquda?

Jekk tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, fis-sens li l-pernijiet ma għandhomx jitqiesu li huma parti mix-xatba ta’ sigurtà għat-tfal, il-pernijiet għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 7318 15 90 jew l-intestatura 7318 19 00 tan-Nomenklatura Magħquda?

2)

Jekk il-pernijiet li għandhom il-karatteristiċi speċifiċi kif deskritti għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 7318 15 90 tan-Nomenklatura Magħquda, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tirrispondi għad-domanda preliminari li ġejja:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009 (1) li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa invalidu b’riżultat tal-fatt li — skont il-Korp tal-Appell tad-WTO — il-Kummissjoni u l-Kunsill ibbażaw ruħhom fuq proċess li rabat id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni Ewropea mar-rieda tajba tal-produtturi tal-Unjoni li aċċettaw li jkunu parti minn kampjun u jiġu spezzjonati, li wassal għal proċess ta’ awtoselezzjoni fl-industrija li rriżulta f’riskju materjali ta’ distorsjoni tal-investigazzjoni u tar-riżultat tagħha?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2009 L 29, p. 1).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/26


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2017 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-611/17)

(2017/C 424/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avukat tal-Istat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament (UE) 2017/1398 tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd, ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Lulju 2017, Nru L 199, u b’mod partikolari l-punt 2 tal-Artikolu 1, li jemenda l-Anness I D tar-Regolament (UE) 2017/127, il-punt 3 kollu tal-anness tar-regolament ikkontestat (li jinkludi l-emenda tal-Anness I D tar-Regolament (UE) 2017/127), u l-premessi sħaħ 9, 10, 11, 12.

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 86/238/KEE dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku.

Ma kienx hemm l-obbligu ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni ICCAT dwar il-kwoti tas-sajd tal-pixxispad.

It-tieni motiv: nuqqas ta’ motivazzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE).

Din id-deċiżjoni hija hekk jew hekk mhux motivata.

It-tielet motiv: ksur tal-Artikoli 17 TUE u 16 tar-Regolament 1380/2013.

Id-deċiżjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ stabbiltà relattiva u l-interessi tal-Unjoni.

Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipji ta’ nonretroattività, ċertezza legali u ta’ kustodja.

F’kull każ, id-deċiżjoni ma setgħetx tiġi applikata għall-istaġun tas-sajd kurrenti.

Il-ħames motiv: nuqqas ta’ motivazzjoni (ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE).

Id-deċiżjoni ma hijiex motivata fil-parti li fiha tadotta, bħala perijodu ta’ riferiment sabiex tqassam il-kwota tat-TAC bejn l-Istati Membri, il-kwadriennju 2012-2015.

Is-sitt motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5 TUE) u evalwazzjoni żbaljata tal-fatti.

L-esklużjoni tal-perijodu ta’ riferiment tas-snin 2010 u 2011 hija eċċessiva u żbaljata fid-dawl tal-għan, li jiġi inkluż mad-data fuq il-qbid, il-qbid regolari biss.

Is-seba’ motiv: ksur tal-Artikoli 258 u 260 TFUE. Inkompetenza.

Il-Kunsill ma huwiex kompetenti li jissanzjona l-Italja fir-rigward tal-użu tax-xbieki tal-għeżula tat-tisqif.

It-tmien motiv: ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) u tal-Artikolu 16 tar-Regolament 1380/2013.

L-adozzjoni tal-perijodu ta’ riferiment 2012-2015 ippenalizzat l-Italja, għaliex naqqsitilha l-opportunitajiet tas-sajd, bi ksur tal-prinċipju ta’ stabbiltà relattiva u mingħajr indikazzjonijiet adegwati.

Id-disa’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni (Artikolu 18 TFUE).

Dan it-tnaqqis jiddiskrimina inġustament kontra s-sajjieda Taljani.

L-għaxar motiv: ksur tal-prinċipji ta’ nonretroattività, ċertezza legali, u ta’ kustodja.

F’kull każ, it-tnaqqis ma kellux jiġi applikat għall-istaġun tas-sajd kurrenti.


Il-Qorti Ġenerali

11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/28


Sentenza tal–Qorti Ġenerali tas–26 ta’ Ottubru 2017 – Marine Harvest vs Il–Kummissjoni

(Kawża T-704/14) (1)

([“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li timponi multa għall-istabbiliment ta’ konċentrazzjoni qabel in-notifika u l-awtorizzazzjoni tagħha - Artikolu 4(1), Artikolu 7(1) u (2) u Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Negliġenza - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Serjetà tal-ksur - Ammont tal-multa”])

(2017/C 424/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marine Harvest ASA (Bergen, in–Norveġja) (rappreżentant: R. Subiotto, QC)

Konvenuta: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Farley, C. Giolito u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża prinċipalment għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5089 finali, tat-23 ta’ Lulju 2014, li timponi multa għall-istabbiliment ta’ konċentrazzjoni bi ksur tal-Artikolu 4(1), u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (Każ COMP/M.7184 – Marine Harvest/Morpol), u, sussidjarjament, għall-annullament jew it-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marine Harvest ASA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – KPN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-394/15) (1)

((“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq Olandiż tas-servizzi televiżivi u tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE - Impenji - Obbligu ta’ motivazzjoni - Suq inkwistjoni - Effetti vertikali - Stħarriġ ġudizzjarju”))

(2017/C 424/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KPN BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree, C. van der Hoeven u G. Hakopian, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari, J. Szczodrowski, H. van Vliet u F. van Schaik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7241 final, tal-10 ta’ Ottubru 2014, li tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li tikkonċerna l-akkwist minn Liberty Global plc tal-kontroll esklużiv ta’ Ziggo NV (Każ COMP/M.7000 – Libety Global/Ziggo) (ĠU 2015, C 145, p. 7).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7241 final li tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li tikkonċerna l-akkwist minn Liberty Global plc tal-kontroll esklużiv ta’ Ziggo NV (Każ COMP/M.7000 – Libety Global/Ziggo) hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Sulayr Global Service vs EUIPO – Sulayr Calidad (sulayr GLOBAL SERVICE)

(Kawża T-685/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni sulayr GLOBAL SERVICE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SULAYR - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 424/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sulayr Global Service, SL (Valle del Zalabi, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sulayr Calidad, SL (Granada, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Bayo de Gispert u G. Hinarejos Mulliez, sussegwentement G. Hinarejos Mulliez u I. Valdelomar Serrano, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2015 (Każ R 149/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sulayr Calidad u Sulayr Global Service.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)tat-23 ta’ Settembru 2015 (Każ R 149/2015-1) hija annullata sa fejn hija tilqa’ l-oppożizzjoni mressqa kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għas-servizzi fil-klassi 40.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Sulayr Global Service, SL, għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Sulayr Calidad, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll l-ispejjeż indispensabbli esposti minn Sulayr Global Service għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta Ottubru 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-26/16) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Irregolaritajiet fil-konstatazzjoni tal-ammont tad-djun - Dewmien fil-proċedura ta’ rkupru tad-djun - Assenza ta’ kumpens bejn fondi - Determinazzjoni tal-ammont tal-interessi - Proporzjonalità - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Artikoli 31 sa 33 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Każijiet individwali”))

(2017/C 424/42)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, O. Tsirkinidou u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat 13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, 20.11.2015, p. 35), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Hello Media Group vs EUIPO – Hola (#hello digitalmente diferentes)

(Kawża T-330/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea #hello digitalmente diferentes - Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELLO! - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar0Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Sostituzzjoni ta’ parti fil-kawża”])

(2017/C 424/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hello Media Group, SL (Madrid, Spanja), ammessa sabiex tissostitwixxi lil Hello Media, SL (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti(jiet) oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hola, SL (Madrid) (rappreżentant: F. Arroyo Álvarez de Toledo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Borda tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2016 (Każ R 1979/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hola u Hello Media.

Dispożittiv

1)

Hello Media Group, SL, hija ammessa sabiex tissostitwixxi lil Hello Media, SL, bħala rikorrenti.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Hello Media Group hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Hello Malta Group vs EUIPO – Hola (#hello media group)

(Kawża T-331/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea #hello media group - Trade marks figurattivi u trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELLO! - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 424/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hello Media Group, SL (Madrid, Spanja), awtorizzata tissostitwixxi lil Hello Media, SL (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hola, SL (Madrid) (rappreżentant: F. Arroyo Álvarez de Toledo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2016 (Każ R 2012/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hola u Hello Media.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hello Media Group, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – VIMC vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-431/16) (1)

([“Kompetizzjoni - Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti - Suq ta’ kura tas-saħħa privata - Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment - Trattament tal-każ minn awtorità ta’ kompetizzjoni ta’ Stat Membru”])

(2017/C 424/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VIMC – Vienna International Medical Clinic GmbH (Kulmbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Bramerdorfer u H. Grubmüller, avukati)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Vollrath, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3351 finali, tas-27 ta’ Mejju 2016, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti dwar ksur tal-Artikolu 102 TFUE allegatament imwettaq mill-Wirtschaftskammer Österreich (WKO, Kamra ekonomika tal-Awstrija) jew il-Fachverband der Gesundheitsbetriebe (assoċjazzjoni professjonali ta’ impriżi fil-qasam tas-saħħa, l-Awstrija) (Każ AT.40231 – VIMC/WK&FGB).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

VIMC – Vienna International Medical Clinic GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra - Marda kkaġunata mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikolu 14 - Artikolu 266 TFUE - Użu ħażin ta’ poter - Kumitat Mediku - Prinċipju ta’ kolleġjalità - Ksur tal-mandat tal-Kumitat Mediku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rikors għad-danni - Tul tal-proċedura - Danni morali”))

(2017/C 424/46)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Arnaldo Lucaccioni (San Benedetto del Tronto, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalemnt minn M. Velardo, sussegwentement minn L. Gialluca, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: T. Bohr u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni li tingħata biss żieda tal-kumpens ta’ 20 % skont l-Artikolu 14 tar-regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, insegwitu għat-talba tar-rikorrent tas-7 ta’ Ġunju 2000, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni morali allegatament subiti mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Ġunju 2014, li tagħti lil Arnaldo Lucaccioni żieda tal-kumpens ta’ 20 % skont l-Artikolu 14 tar-regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil A. Lucaccioni kumpens ta’ EUR 5 000 għad-danni moral subiti.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-74/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Paraskevaidis vs Cedefop

(Kawża T-601/16) (1)

((“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Cedefop - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 - Artikoli 44 u 45 tar-Regolamenti tal-Personal - Paragun tal-merti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ċaħda impliċita tal-ilment - Responsabbiltà”))

(2017/C 424/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Georges Paraskevaidis (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop) (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn A. Duron, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur taċ-Cedefop tal-4 ta’ Novembru 2015 li ma jiġix promoss ir-rikorrent għal grad AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li allegatament ġarrab ir-rikorrent minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tad-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop) tal-4 ta’ Novembru 2015 li ma jiġix promoss Georges Paraskevaidis għal grad AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2015 hija annullata.

2)

Iċ-Cedefop huwa kkundannat iħallas lil Georges Paraskevaidis is-somma ta’ EUR 2 000 bħala kumpens għad-dannu li huwa ġarrab.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Iċ-Cedefop huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-31/06 u ttrasferita quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016)


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/33


Sentenza tal–Qorti Ġenerali tas–26 ta’ Ottubru 2017 – HB vs Il–Kummissjoni

(Kawża T-706/16 P) (1)

((“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Eżami komparattiv tal-merti - Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Żball ta’ liġi”))

(2017/C 424/48)

Lingwa tal-kawża: il–Franċiż

Partijiet

Appellant: HB (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, HB vs Il-Kummissjoni (F-125/15, EU:F:2016:164), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

HB għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

3)

L-ispejjeż relattivi għall-proċedura tal-ewwel istanza jibqgħu maqsuma skont il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, HB vs Il-Kummissjoni (F-125/15).


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Alpirsbacher Klosterbräu Glauner vs EUIPO (Klosterstoff)

(Kawża T-844/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Klosterstoff - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku - Artikolu 7(1)(b), (c), u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Prassi preċedenti tal-EUIPO”))

(2017/C 424/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alpirsbacher Klosterbräu Glauner GmbH & Co. KG (Alpirsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Göpfert u S. Hofmann, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2064/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Klosterstoff bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alpirsbacher Klosterbräu Glauner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Erdinger Weißbräu Werner Brombach vs EUIPO (Forma ta’ tazza kbira)

(Kawża T-857/16) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea - Trade mark tridimensjonali - Forma ta’ tazza kbira - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2017/C 424/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erdinger Weißbräu Werner Brombach GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Hayn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2016 (Każ R 659/2016-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea tat-trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma ta’ tazza kbira.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Erdinger Weißbräu Werner Brombach GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-109/10) (1)

((“Rikors għal anullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Interreg II /C ‘Għargħar Rhin – Meuse’ - Nuqqas ta’ osservanza tat – terminu għall – adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal – forom proċedurali sostanzjali - Rikors manifestament fondat”))

(2017/C 424/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: inizjalment C. Schiltz, sussegwentement P. Frantzen, sussegwentement L. Delvaux u D. Holderer u fl-aħħar nett D. Holderer, aġenti, assistiti minn P. Kinsch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Steiblytė, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment M. Jacobs u T. Materne, sussegwentement M. Jacobs u fl-aħħar nett M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u B. Messmer, sussegwentement G. de Bergues u fl-aħħar nett J. Bousin u D. Colas, aġenti) u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment C. Wissels, M. Noort u Y. de Vries, sussegwentement M Noort, M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Franċiża, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu u lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997, (FEŻR Nru 970010008), sa fejn tapplika għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Franċiża, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu u lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997, (FEŻR Nru 970010008), hija annullata, sa fejn tapplika għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

3)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 134, 22.5.2010.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-119/10) (1)

((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Interreg II /C ‘Għargħar Rhin-Meuse’ - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Rikors manifestament fondat”))

(2017/C 424/52)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment minn Y. De Vries, J. Langer u C. Wissels, sussegwentement minn J. Langer u M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Steiblytė, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment minn M. Jacobs u T. Materne, sussegwentement minn M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti) u Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn G. de Bergues, u B. Messmer, sussegwentement minn J. Bousin u D. Colas, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008), hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea, minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tbati l-ispejjeż tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

3)

Ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/37


Digriet tal–Qorti Ġenerali tas–17 ta’ Ottubru 2017 – Andreassons Åkeri et vs Il–Kummissjoni

(Kawża T-746/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Sigurtà soċjali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura EU Pilot - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fuq ilment - Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta’ effett dirett - Inammissibbiltà manifesta - Talba intiża għall-ħruġ ta’ ordni - Nuqqas manifest ta’ kompetenza”))

(2017/C 424/53)

Lingwa tal-kawża: l–Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Andreassons Åkeri i Veddige AB (Veddige, l–Isvezja), Luke Transport AB (Laholm, l–Isvezja), Zimit Transportförmedling AB (Veddige) (rappreżentant: C. von Quitzow, professur)

Konvenuta: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u K. Simonsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Awwissu 2016 dwar l-eżitu tal-proċedura EU Pilot 7504/15/EMPL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Andreassons Åkeri i Veddige AB, Luke Transport AB u Zimit Transportförmedling AB huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/37


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Ballesté Torralba et vs SRB

(Kawża T-528/17)

(2017/C 424/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: María Ballesté Torralba (Alcarrás, Spanja), David Lozano Jiménez (Alcarrás), María Carmen Estruch Martínez (Alcarrás) u Ramón Ribes Jové (Alcarrás) (rappreżentant: E. Silva Pacheco, avukat)

Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla “ex tunc” ir-riżoluzzjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 sabiex b’hekk twassal għan-nullità tal-validità u tal-effetti tagħha;

tikkumpensa lir-rikorrenti 1 fl-ammont ta’ EUR 37 877, lir-rikorrenti 2 fl-ammont ta’ EUR 11 000 u lil Doña María Ballesté Torralba fl-ammont ta’ EUR 1 309,14.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/38


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2017 – Jess Liberty vs SRB

(Kawża T-538/17)

(2017/C 424/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jess Liberty, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Aguirre de Cárcer Moreno, avukat)

Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español S.A, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010; u li tippermetti aċċess preliminari għad-dokumentazzjoni sħiħa tal-fajl u l-possibbiltà li tagħmel talbiet addizzjonali, li tannulla jew tirrevoka d-deċiżjoni kkontestata, li tagħti lura lir-rikorrenti b’mod sħiħ l-effettività tad-drittijiet patrimonjali tagħha, filwaqt li tirrispetta r-rekwiżiti ta’ kumpens sħiħ.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/38


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Afectados Banco Popular vs SRB

(Kawża T-545/17)

(2017/C 424/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Afectados Banco Popular (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Ferrer-Bonsoms Millet, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; tqis bħala mingħajr effett l-operazzjonijiet imwettqa u trodd lura l-proprjetà ta’ Banco Popular Español, S.A. lill-azzjonisti u lid-detenturi tal-bonds affettwati, fis-sitwazzjoni li kienu fiha qabel l-intervent tagħhom;

fil-każ li dan ma jkunx possibbli, fi kwalunkwe każ tqis bħala mingħajr effett il-konverżjoni tal-bonds f’azzjonijiet, u tħalli lid-detenturi tal-bonds fl-istess sitwazzjoni kif kienu fis-6 ta’ Ġunju 2017. Tikkumpensa lid-detenturi tal-azzjonijiet fil-ħlas tal-valur reali tal-bank u, għalhekk, tal-azzjonijiet, fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2016.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/39


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – TW et vs SRB

(Kawża T-555/17)

(2017/C 424/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: TW, TY, UA u UB (rappreżentant: L. Chen Chen, avukat)

Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tikkunsidra bħala ppreżentat dan ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni li tnaqqas it-total tal-kapital azzjonarju ta’ Banco Popular Español S.A., għal EUR 0 u li tapprova l-bejgħ sussegwenti tiegħu lil Banco de Santander S.A. għal EUR 1, u ladarba d-dokumentazzjoni kollha uffiċjalment disponibbli tkun ġiet eżaminata u r-raġunijiet mogħtija jiġu evalwati, tikkonstata n-nullità jew tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ippublikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-7 ta’ Ġunju 2017.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – La Guirigaña et vs BĊE u SRB

(Kawża T-613/17)

(2017/C 424/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: La Guirigaña, S.L. (Madrid, Spanja) u 7 rikorrenti oħra (rappreżentant: J. Díaz-Patón Porras, avukat)

Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkonstata l-preżentata tat-talba tagħha għar-responsabbiltà patrimonjali tal-Unjoni Ewropea għal atti u ommissjonijiet attribwibbli lill-Bank Ċentrali Ewropew u tikkonstata, b’mod kumulattiv, il-preżentata tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 u, wara l-proċeduri legali xierqa, tagħti s-sentenza li fiha:

tiddikjara r-responsabbiltà patrimonjali tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tar-rikorrenti;

tirrevoka d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017, sabiex din tkun mingħajr effett;

sussidjarjament, fil-każ li t-talbiet preċedenti ma jkunux milqugħa, tikkumpensa lir-rikorrenti mill-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/40


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Escriba Serra et vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-640/17)

(2017/C 424/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Juan Escriba Serra (Girona, Spanja) u 7 rikorrenti oħra, (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u C. Iglesias Megías, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Prinċipalment, u għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju:

tannulla (tirrevoka) parzjalment id-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español, S.A., sa fejn din tordna l-konverżjoni u t-tniżżil fil-valur tal-obbligi ssubordinati tal-Banco Popular; u

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A., sa fejn din tordna l-konverżjoni tal-obbligi ssubordinati tal-Banco Popular.

Sussidjarjament:

tannulla kompletament id-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español, S.A.,; u

tannulla kompletament id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A..

Skont il-każ, tiddikjara inapplikabbli l-Artikoli 15, 18, 20, 21, 22 u/jew 24 tar-Regolament 806/2014, skont l-Artikolu 277 TFUE; u

Tikkundanna lill-Bord u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/41


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Euroways vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-643/17)

(2017/C 424/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Euroways, SL (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u C. Iglesias Megías, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español, S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.,

skont il-każ, tiddikjara inapplikabbli l-Artikoli 15, 18, 20, 21, 22 u/jew 24 tar-Regolament 806/2014, skont l-Artikolu 277 TFUE; u

tikkundanna lill-Bord u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Vallina Fonseca vs SRB

(Kawża T-659/17)

(2017/C 424/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José Antonio Vallina Fonseca (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit minn José Antonio Vallina Fonseca bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduh mill-bonds ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A. li kienu proprjetà tiegħu;

tikkundanna lill-Bord iħallas EUR 50 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”):

tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, permezz tad-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, tal-prinċipju nemo auditur turpitudinem oporpiam allegans, u tal-Artikolu 88 tar-Regolament 806/2014, sa fejn din tadotta att li jikkawża dannu lill-Banco Popular u lill-azzjonisti tiegħu b’riżultat ta’ kriżi li l-Bord innifsu kkawża.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Bord, permezz tal-adozzjoni tar-riżoluzzjoni, tad-dmir ta’ diliġenza, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-Artikolu 296 TFUE, tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ arbitrarjetà u tal-prinċipju nemo auditur turpitudinem suam allegans.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 17 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-rikorrent ġie mġiegħel jirrinunzja għall-proprjetà tiegħu mingħajr ma nstema’ qabel jew wara.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Bord tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-rikorrent ġie mċaħħad mill-proprjetà tiegħu, minkejja l-eżistenza ta’ miżuri oħra inqas restrittivi.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Miralla Inversiones vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-660/17)

(2017/C 424/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Miralla Inversiones, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español, S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.,

skont il-każ, tiddikjara inapplikabbli l-Artikoli 15, 18, 20, 21, 22 u/jew 24 tar-Regolament 806/2014, skont l-Artikolu 277 TFUE; u

tikkundanna lill-Bord u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – Fundación Agustín de Betancourt vs SRB

(Kawża T-661/17)

(2017/C 424/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fundación Agustín de Betancourt (Madrid, Spanja) (rappreżentant: I. Salama Salama, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-ammont eżatt tiegħu jiġi ddeterminat ladarba l-informazzjoni kollha mitluba tiġi pprovduta u, b’mod partikolari, ir-rapport provviżorju maħruġ minn Deloitte u dawk magħmula minn esperti indipendenti skont ir-Regolament UE 806/2014, li nitolbu li ningħataw aċċess għalihom.

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/44


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Link Flexible et vs SRB

(Kawża T-662/17)

(2017/C 424/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Link Flexible Sicav, SA (Madrid, Spanja) u 20 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-ammont eżatt tiegħu jiġi ddeterminat ladarba l-informazzjoni kollha mitluba tiġi pprovduta u, b’mod partikolari, ir-rapport provviżorju maħruġ minn Deloitte u dawk magħmula minn esperti indipendenti skont ir-Regolament UE 806/2014, li nitolbu li ningħataw aċċess għalihom.

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/44


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Sahece et vs SRB

(Kawża T-663/17)

(2017/C 424/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sahece, SA (Carrión de los Céspedes, Spanja) u 20 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-ammont eżatt tiegħu jiġi ddeterminat ladarba l-informazzjoni kollha mitluba tiġi pprovduta u, b’mod partikolari, ir-rapport provviżorju maħruġ minn Deloitte u dawk magħmula minn esperti indipendenti skont ir-Regolament UE 806/2014, li nitolbu li ningħataw aċċess għalihom.

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/45


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – eSlovensko vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-664/17)

(2017/C 424/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: eSlovensko (Lučenec, is-Slovakkja) (rappreżentant: F. Branislav, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ARES(2017)3107844 tal-Kummissjoni Ewropea, tal-21 ta’ Ġunju 2017, li teskludi lir-rikorrenti milli tipparteċipa fil-proċeduri kollha tal-għoti ta’ kuntratti u tal-għoti ta’ sussidji rregolati mir-Regolament Nru 966/2012 u mill-għoti ta’ fondi rregolati mir-Regolament 2015/323;

torda li l-konvenuta għandha twettaq verifika ġdida sabiex tirrevedi l-konklużjonijiet tagħha dwar l-ispejjeż ammissibbli;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq użu ħżain ta’ poter, b’mod partikolari evalwazzjoni legali żbaljata tal-fatti u tal-konstatazzjonijiet.

Ir-rikorrenti ssostni li ma kienet teżisti l-ebda bażi raġjonevoli għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata.

Evidentement, il-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod debitu u imparzjali ċ-ċirkustanzi tal-kawża.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/46


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – LG Vaquero Aviación et vs SRB

(Kawża T-670/17)

(2017/C 424/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: LG Vaquero Aviación, S.L. (Alcorcón, Spanja) u 15-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)

Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-ammont eżatt tiegħu jiġi ddeterminat ladarba l-informazzjoni kollha mitluba tiġi pprovduta u, b’mod partikolari, ir-rapport provviżorju maħruġ minn Deloitte u dawk magħmula minn esperti indipendenti skont ir-Regolament UE 806/2014, li nitolbu li ningħataw aċċess għalihom.

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/46


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Turbo-K International vs EUIPO – Turbo-K (TURBO-K)

(Kawża T-671/17)

(2017/C 424/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Turbo-K International Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Norris, A. Muir Wood, Barristers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Turbo-K Ltd (Winchester, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TURBO-K” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 458 039

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2135/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark fl-intier tagħha;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti inkonnessjoni ma’ dan l-appell.

Motiv invokat

ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/47


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – Aplicacions de Servei Monsan et vs SRB

(Kawża T-675/17)

(2017/C 424/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aplicacions de Servei Monsan, SLU (Mollet del Vallés, Spanja), u 79 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, f’dawn l-ammonti:

i.

Azzjonisti: il-valur patrimonjali nett ta’ kull azzjoni tal-Banco Popular, li ser ikun ikkwantifikat bi preċiżjoni permezz ta’ estensjoni tar-rapport tal-espert tagħna, li huwa mehmuż bħala l-Anness A.5, meta nirċievu l-evalwazzjonijiet provviżorji u finali mwettqa minn “esperti indipendenti” kif meħtieġ mill-Artikolu 20 tar-Regolament tal-UE 806/2014 (konklużjonijiet tar-rapport tal-espert, Anness A.5.1, paġna 106);

ii.

Detenturi ta’ strumenti azzjonarji ta’ livell 1: l-ammont li jikkorrispondi mal-valur nominali tal-bonds, aġġornat fid-data tar-riżoluzzjoni, flimkien mal-interessi moratorji dovuti minn din id-data sal-mument li fih isir ir-rimbors korrispondenti (rapport tal-espert, Anness A.5.2, paġna 105);

iii.

Detenturi ta’ strumenti azzjonarji ta’ livell 2: l-ammont li jikkorrispondi mal-valur nominali tal-bonds, aġġornat fid-data tar-riżoluzzjoni, flimkien mal-interessi korrispondenti dovuti minn din id-data sal-mument li fih isir ir-rimbors korrispondenti (rapport tal-espert, Anness A.5-3, paġna 12);

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/48


Rikors ippreżentat fit–3 ta’ Ottubru 2017 – Minera Catalano Aragonesa u Luengo Martínez vs Il–Kummissjoni u SRB

(Kawża T-678/17)

(2017/C 424/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Minera Catalano Aragonesa, SA (Ariñoteruel, Spanja) u Ángel Luengo Martínez (Zaragoza, Spanja) (rappreżentanti: R. Montejo Pérez, F. Ferrara u F. Banti, avukati)

Konvenuti: Il–Kummissjoni Ewropea u Il–Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla r-Riżoluzzjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 u r-Riżoluzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru 1246, it-tnejn li huma tas-7 ta’ Ġunju 2017;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/48


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2017 – Grupo Villar Mir vs SRB

(Kawża T-679/17)

(2017/C 424/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Villar Mir, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-ammont eżatt tiegħu jiġi ddeterminat ladarba l-informazzjoni kollha mitluba tiġi pprovduta u, b’mod partikolari, ir-rapport provviżorju maħruġ minn Deloitte u dawk magħmula minn esperti indipendenti skont ir-Regolament UE 806/2014, li nitolbu li ningħataw aċċess għalihom.

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/49


Rikors ippreżentat fl–4 ta’ Ottubru 2017 – Helibética vs SRB

(Kawża T-680/17)

(2017/C 424/72)

Lingwa tal-kawża: l–Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Helibética S.L. (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ Banco Popular Español, S.A. li kienu proprjetà tagħha;

tikkundanna lill-Bord iħallas EUR 50 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”):

prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 1 010 677,50 f’azzjonijiet tal-Banco Popular; jew, alternattivament

sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 514 957 għall-azzjonijiet;

tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/50


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Miralla Inversiones vs SRB

(Kawża T-685/17)

(2017/C 424/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Miralla Inversiones, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tikkunsidra bħala mressqa din it-talba u bħala ppreżentat dan ir-rikors għal annullament kontra d-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar ir-riżoluzzjoni tal-Banco Popular, kif ukoll l-evalwazzjoni li fuqha hija bbażata; u li, ladarba jitwettqu l-verifiki meħtieġa tilqa’ r-rikors bħala ammissibbli u tkompli bil-proċedura stabbilita fl-Artikoli 120 et seq tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tordna lill-SRB sabiex jipprovdi mill-iktar fis l-evalwazzjoni provviżorja mwettqa minn DELOITTE skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 806/2014, hekk kif mitlub fir-rikors, sabiex tkun tista’ teżerċita b’mod adegwat id-dritt għad-difiża; u li ladarba l-evalwazzjoni msemmija iktar ’il fuq tkun ġiet ipprovduta, il-Qorti Ġenerali tistabbilixxi perijodu speċifiku sabiex din tkun tista’ tiġi analizzata u studjata bid-dettall xieraq, sabiex tkun tista’ tiġi kkontestata fir-replika;

Fil-każ li ma jingħatax aċċess għal dak mitlub fil-punt preċedenti u li l-proċedura titkompla, taqta’ u tiddeċiedi li d-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar ir-riżoluzzjoni tal-Banco Popular, kif ukoll l-evalwazzjoni li fuqha hija bbażata, jiksru d-dritt Ewropew.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/50


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Policlínico Centro Médico de Seguros u Medicina Asturiana vs SRB

(Kawża T-686/17)

(2017/C 424/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Policlínico Centro Médico de Seguros, SA (Oviedo, Spanja) u Medicina Asturiana, SA (Oviedo) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduhom mill-bonds ta’ Banco Popular Español, S.A. li kienu proprjetà tagħhom;

tikkundanna lill-Bord iħallas EUR 1 850 000, flimkien mal-interessi dovuti mhux imħallsa fuq il-bonds sad-data tar-rimbors lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”);

tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/51


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-695/17)

(2017/C 424/75)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa – EPSO/AD/343/17 – Tradutturi (AD 5) tal-lingwa Ġermaniża (DE) – EPSO/AD/344/17 – Tradutturi (AD 5) tal-lingwa Franċiża (FR) – EPSO/AD/345/17 – Tradutturi (AD 5) tal-lingwa Taljana (IT) – EPSO/AD/346/17 – Tradutturi tal-lingwa (AD 5) Olandiża (NL), ippubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-13 ta’ Lulju 2017, Nru C 224 A.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 263, 264, 266 TFUE.

Il-Kummissjoni kisret l-awtorità tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-66/10 P u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 fil-Kawżi T-124/13 u T-191/13, li tiddikjara illeġittimi l-avviżi li jillimitaw għall-Ingliż, għall-Franċiż u għall-Ġermaniż biss, il-lingwi li l-kandidati fil-kompetizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni Ewropea jistgħu jindikaw bħala t-tieni lingwa.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 342 TFUE u l-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li, billi llimitat għal tliet lingwi dawk eliġibbli bħala t-tieni lingwa tal-kandidati fil-kompetizzjonijiet miftuħa tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni prattikament iddettat regolament lingwistika ġdid tal-istituzzjonijiet, li jidħol fuq il-kompetenza esklużiva tal-Kunsill f’din il-kwistjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 12 KE, issa l-Artikolu 18 TFUE; l-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni; l-Artikolu 6(3) UE; 1-Artikoli 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal; l-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58; u l-Artikoli 1d(1) u (6), 27(2) u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li r-restrizzjoni lingwistika magħmula mill-Kummissjoni hija diskriminatorja għaliex ir-regoli ċċitati jipprekludu li jiġi impost fuq iċ-ċittadini Ewropew u l-istess uffiċjali tal-istituzzjonijiet restrizzjonijiet lingwistiċi mhux previsti b’mod ġenerali u oġġettiv fir-regoli interni tal-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament 1/58, u sa issa mhux adottati, u jipprojbixxu l-introduzzjoni tal-imsemmija restrizzjonijiet fl-assenza ta’ interess speċifiku, u interess motivat tas-servizz.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(3) UE sa fejn jistabbilixxi l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi bħala dritt fundamentali li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni kisret l-aspettattiva taċ-ċittadini fil-possibbiltà li jagħżlu kemm it-tieni lingwa kwalunkwe lingwa tal-Unjoni Ewropea, kif konsistentement seħħ sal-2007 u kif awtorevolment ikkonfermat mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-566/10 P.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter u ksur tar-regoli sostantivi li jirrigwardaw in-natura u l-iskop tal-avviżi ta’ kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 1d(1) u (6), 28(f), 27(2), 34(3) u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li, billi rrestrinġiet bil-quddiem u b’mod ġenerali għal tlieta l-lingwi eliġibbli bħala t-tieni lingwa, il-Kummissjoni effettivament antiċipat il-fażi tal-avviż u r-rekwiżiti ta’ ammissjoni tal-verifika tal-kompetenzi lingwistiċi tal-kandidati, li għandu jsir minflok fil-kuntest tal-kompetizzjoni. B’dan il-mod, l-għarfien tal-lingwa jsir iktar determinati mill-għarfien professjonali.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 18 u 24(4) TFUE; l-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/58; u l-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li, billi tipprovdi li t-talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom neċessarjament jintbagħtu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, u li bl-istess lingwa l-EPSO tibgħat lill-kandidati avviżi relatati mal-iżvolġiment tal-kompetizzjoni, inkiser id-dritt taċ-ċittadini Ewropej li jikkomunikaw bil-lingwa tagħhom stess mal-istituzzjonijiet, u introduċiet diskriminazzjoni ulterjuri kontra dawk mingħajr għarfien fil-fond ta’ dawn it-tliet lingwi.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament 1/58; l-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal; u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE (nuqqas ta’ motivazzjoni), kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ żnaturament tal-fatti.

Ir-rikorrenti ssotni, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni mmotivat ir-restrizzjoni għat-tliet lingwi bir-rekwiżit li r-rekluti ġodda jkunu immedjatament jistgħu jikkomunikaw fi ħdan l-istituzzjonijiet. Din il-motivazzjoni tiżnatura l-fatti għaliex ma jidhirx li t-tliet lingwi inkwistjoni huma dawk l-iktar użati għall-komunikazzjoni bejn gruppi lingwistiċi differenti fi ħdan l-istituzzjonijiet; u hija sproporzjonata għar-restrizzjoni ta’ dritt fundamentali bħal dak li ma jkunx hemm diskriminazzjoniijiet lingwsitiċi, meta hemm sistemi inqas restrittivi sabiex jiżguraw komunikazzjoni interna effettiva fi ħdan l-istituzzjonijiet.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/53


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2017 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (Papouis Halloumi)

(Kawża T-702/17)

(2017/C 424/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nicosia, Ċipru) (rappreżentanti: V. Marsland, Solicitor u S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Papouis Dairies LTD (Nicosia, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “Papouis Halloumi” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 176 344

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ R 2782/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrent.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/53


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-704/17)

(2017/C 424/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li s-sistema ta’ komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidat hija limitata biss għall-Ingliż, għall-Franċiż u għall-Ġermaniż, inkluż f’dak li jirrigwarda l-att ta’ kandidatura.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal, minħabba li l-għażla tat-tieni lingwa hija limitata bla bżonn biss għal tliet lingwi, li huma l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, bl-esklużjoni tal-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea, u minħabba li fil-kuntest tal-għażla 1, il-lingwa 3 hija limitata għall-Ingliż, għall-Franċiż u għall-Ġermaniż bl-esklużjoni tal-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-għażla tal-Ingliż, tal-Franċiż u tal-Ġermaniż hija arbitrarja u tagħti lok għal diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa pprojbita mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1/58, mill-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/54


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Temes Rial et vs SRB

(Kawża T-705/17)

(2017/C 424/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Enrique Manuel Temes Rial (Vilagarcía de Arousa, Spanja), Jon Nuñes Baracaldo (Erandio Astraburua, Spanja), Maria Luisa Muniente Pallas (Madrid, Spanja), Alfonso Velasco Nieto (Madrid) u Gloria María Zarco Martínez (Guarnizo el Astillero, Spanja) (rappreżentant: P. Rúa Sobrino, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/EES/2017/08) u l-evalwazzjoni tal-espert indipendenti li fuqha din id-deċiżjoni hija bbażata skont l-Artikolu 20(15) tar-Regolament 806/2014.

tiddikjara l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/55


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Euroways vs SRB

(Kawża T-707/17)

(2017/C 424/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Euroways, SL (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u C. Iglesias Megías, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A. li kienu proprjetà tagħha;

tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”);

prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 543 242,11 f’azzjonijiet tal-Banco Popular; jew, alternattivament;

sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 44 055,19 għall-azzjonijiet;

tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/55


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-718/17)

(2017/C 424/80)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa — Amministraturi u assistenti fis-settur tal-bini — EPSO/AD/342/17 (AD 6) — Inġiniera tal-ġestjoni tal-bini (inklużi l-inġiniera ambjentali u tas-servizzi) — EPSO/AST/141/17 (AST 3) — Profil 1. Tekniċi/koordinaturi tal-kostruzzjoni tal-bini — Profil 2. Koordinaturi/tekniċi tal-bini fl-arja kondizzjonata u l-inġinerija elettromekkanika u elettrika — Profil 3. Assistenti fis-sigurtà tal-bini/fis-sigurtà okkupazzjonali ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Lulju 2017, Nru C 242 A;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-695/17, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni.


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/56


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2017 – Topor-Gilka vs Il-Kunsill

(Kawża T-721/17)

(2017/C 424/81)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Sergey Topor-Gilka (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Meyer, Rechtsanwalt)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kunsill (PESK) 2017/1418 (1) tal-4 ta’ Awwissu 2017;

sussidjarjament, u f’kull każ, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata tal-Kunsill (PESK) 2017/1418 sa fejn, b’din id-deċiżjoni, ir-rikorrent ġie inkluż taħt in-Nru 160 fil-lista ta’ persuni u organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni; u

tgħaqqad din il-proċedura mal-proċedura parallela rigward OOO WO Technopromexport skont l-Artikolu 68(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni

Invokazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1351/2014 (2).

Dan ir-regolament jikkonċerna kategorija ta’ persuni li ma jagħmilx parti minnha r-rikorrent, u għaldaqstant ma huwiex xieraq sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista inkwistjoni.

Allegazzjoni ta’ ksur ta’ kuntratt

Il-Kunsill jibbaża d-deċiżjoni li jżid lir-rikorrent fil-lista inkwistjoni, fost l-oħrajn, fuq il-fatt li S. Topor-Gilka kien mexxa n-negozjati tal-kuntratt ma’ Siemens Gas Turbine Technology OOO rigward il-kuntratt ta’ provvista oriġinali, u iktar tard id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt ta’ provvista oriġinali nkisru. L-evalwazzjoni dwar jekk hemmx effettivament ksur ta’ kuntratt għandha ssir taħt id-dritt Russu. Il-partijiet fil-kuntratt ta’ provvista ressqu l-kwistjoni quddiem it-tribunal ta’ arbitraġġ ta’ Moska. Qabel ma dan it-tribunal ta’ arbitraġġ jiddeċiedi dwar il-kawża, l-allegazzjoni ta’ ksur ta’ kuntratt ma tikkostitwixxix bażi fattwali suffiċjentement solida u għaldaqstant ma hijiex xierqa bħala motivazzjoni għad-Deċiżjoni 2017/1418 (PESK).

Trasport ta’ turbini ta’ gass lejn il-Krimea

L-allegazzjoni kontra r-rikorrent hija li huwa responsabbli għat-trasport ulterjuri ta’ turbini ta’ gass lejn il-Krimea. L-istqarrijiet għall-istampa ppubblikati ma humiex ċari u huma bbażati fuq sorsi anonimi. Huma l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni li għandhom jistabbilixxu li l-motivi huma fondati, u mhux l-impriża kkonċernata li għandha tipproduċi l-prova negattiva, jiġifieri li dawn il-motivi ma humiex fondati.

Ksur tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali umanitarju

Ir-Russja hija obbligata, taħt id-dritt internazzjonali, li terġa’ tistabbilixxi u żżomm l-ordni pubbliku fil-Krimea, u f’dawn iż-żminijiet dan jinkludi l-garanzija u l-konsistenza tal-provvista ta’ enerġija. Il-bżonnijiet umanitarji għal tali provvista ta’ enerġija ma humiex ikkunsidrati fil-motivazzjoni għad-Deċiżjoni 2017/1418 (PESK), bħalma lanqas ma huma r-regoli tad-dritt internazzjonali umanitarju.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

Id-Deċiżjoni 2017/1418 tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Il-motivazzjoni msemmija fin-Nru 160 tal-Anness tad-Deċiżjoni hija, b’mod ġenerali, vaga u mhux suffiċjentement iddettaljata. Hija ma ssemmiex il-motivi konkreti għalfejn il-Kunsill iddeċieda, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, li japplika l-miżuri restrittivi għar-rikorrent u konsegwentement, meħuda b’mod sħiħ, ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet għad-difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

Peress li l-Kunsill ma ssodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, huwa kiser id-drittijiet tar-rikorrent għad-difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, għaliex ir-rikorrent, peress li ma kellux għarfien tal-motivi prinċipali li għalihom huwa ġie miżjud fil-lista inkwistjoni, ma setax jifformula l-aħjar difiża possibbli.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1418, tal-4 ta’ Awwissu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2017, L 203I, p. 5).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1351/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 692/2014 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU 2014, L 365, p. 46).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/57


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2017 – WO Technopromexport vs Il-Kunsill

(Kawża T-722/17)

(2017/C 424/82)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: OOO WO Technopromexport (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Meyer, Rechtsanwalt)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kunsill (PESK) 2017/1418 (1) tal-4 ta’ Awwissu 2017;

sussidjarjament, u f’kull każ, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kunsill (PESK) 2017/1418 sa fejn, b’din id-deċiżjoni, ir-rikorrenti ġiet inkluża taħt in-Nru 39 fil-lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni; u

tgħaqqad din il-proċedura mal-proċedura parallela rigward S. Topor-Gilka skont l-Artikolu 68(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni

Invokazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1351/2014 (2).

Dan ir-regolament jikkonċerna kategorija ta’ persuni li ma tagħmilx parti minnha r-rikorrenti, u għaldaqstant ma huwiex xieraq sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista inkwistjoni.

Allegazzjoni ta’ ksur ta’ kuntratt

Il-Kunsill jibbaża d-deċiżjoni li jżid lir-rikorrenti fil-lista inkwistjoni, fost l-oħrajn, fuq il-fatt li ġew ikkunsinnati turbini ta’ gass lill-Krimea, b’tali mod li nkisru d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta’ provvista oriġinali ma’ Siemens Gas Turbine Technology OOO. L-evalwazzjoni dwar jekk hemmx effettivament ksur ta’ kuntratt għandha ssir taħt id-dritt Russu. Il-partijiet fil-kuntratt ta’ provvista ressqu l-kwistjoni quddiem it-tribunal ta’ arbitraġġ ta’ Moska. Qabel ma dan it-tribunal ta’ arbitraġġ jiddeċiedi dwar il-kawża, l-allegazzjoni ta’ ksur ta’ kuntratt ma tikkostitwixxix bażi fattwali suffiċjentement solida u għaldaqstant ma hijiex xierqa bħala motivazzjoni għad-Deċiżjoni 2017/1418 (PESK).

Trasport ta’ turbini ta’ gass lejn il-Krimea

L-allegazzjoni kontra r-rikorrenti hija li hija kkunsinnat turbini ta’ gass lejn il-Krimea. L-istqarrijiet għall-istampa ppubblikati ma humiex ċari u huma bbażati fuq sorsi anonimi. Huma l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni li għandhom jistabbilixxu li l-motivi huma fondati, u mhux l-impriża kkonċernata li għandha tipproduċi l-prova negattiva, jiġifieri li dawn il-motivi ma humiex fondati.

Ksur tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali umanitarju

Ir-Russja hija obbligata, taħt id-dritt internazzjonali, li terġa’ tistabbilixxi u żżomm l-ordni pubbliku fil-Krimea, u f’dawn iż-żminijiet dan jinkludi l-garanzija u l-konsistenza tal-provvista ta’ enerġija. Il-bżonnijiet umanitarji għal tali provvista ta’ enerġija ma humiex ikkunsidrati fil-motivazzjoni għad-Deċiżjoni 2017/1418 (PESK), bħalma lanqas ma huma r-regoli tad-dritt internazzjonali umanitarju.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

Id-Deċiżjoni 2017/1418 tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Il-motivazzjoni msemmija fin-Nru 39 tal-Anness tad-Deċiżjoni hija, b’mod ġenerali, vaga u mhux suffiċjentement iddettaljata. Hija ma ssemmiex il-motivi konkreti għalfejn il-Kunsill iddeċieda, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, li japplika l-miżuri restrittivi għar-rikorrenti u konsegwentement, meħuda b’mod sħiħ, ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet għad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

Peress li l-Kunsill ma ssodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, huwa kiser id-drittijiet tar-rikorrenti għad-difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, għaliex ir-rikorrenti, peress li ma kellhiex għarfien tal-motivi prinċipali li għalihom hija ġiet miżjuda fil-lista inkwistjoni, ma setgħetx tifformula l-aħjar difiża possibbli.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1418, tal-4 ta’ Awwissu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2017, L 2031, p. 5).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1351/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 692/2014 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU 2014, L 365, p. 46).


11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/59


Digriet tal–Qorti Ġenerali tat–18 ta’ Ottubru 2017 – Ecolab Deutschland u Lysoform Dr. Hans Rosemann vs ECHA

(Kawża T-243/17) (1)

(2017/C 424/83)

Lingwa tal-kawża: l–Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.