ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 244

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
28 ta' Lulju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 244/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8516 — EPH/Centrica Language and Centrica SHB) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 244/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

L-Awtorità Bankarja Ewropea

2017/C 244/03

Deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li temenda d-Deċiżjoni tal-EBA li tikkonferma li l-valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ ċerti ECAIs ma jvarjawx fil-kwalità mill-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba minnhom (2016/C 266/05)

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 244/04

Sejħa għal proposti — GR/001/17 — Appoġġ għall-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-valur tal-Proprjetà Intellettwali u d-danni tal-falsifikazzjoni u tal-piraterija

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 244/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8530 — Brookfield/Engie/FHHGL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8516 — EPH/Centrica Language and Centrica SHB)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 244/01)

Fl-20 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8516. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Lulju 2017

(2017/C 244/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1694

JPY

Yen Ġappuniż

130,32

DKK

Krona Daniża

7,4362

GBP

Lira Sterlina

0,88978

SEK

Krona Żvediża

9,5820

CHF

Frank Żvizzeru

1,1232

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2978

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,045

HUF

Forint Ungeriż

304,75

PLN

Zloty Pollakk

4,2541

RON

Leu Rumen

4,5650

TRY

Lira Turka

4,1303

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4617

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4603

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1330

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5553

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5890

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 303,38

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,1600

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8811

HRK

Kuna Kroata

7,4148

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 576,40

MYR

Ringgit Malażjan

5,0033

PHP

Peso Filippin

59,104

RUB

Rouble Russu

69,6779

THB

Baht Tajlandiż

38,953

BRL

Real Brażiljan

3,6836

MXN

Peso Messikan

20,6146

INR

Rupi Indjan

75,0230


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


L-Awtorità Bankarja Ewropea

28.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/3


Deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li temenda d-Deċiżjoni tal-EBA li tikkonferma li l-valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ ċerti ECAIs ma jvarjawx fil-kwalità mill-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba minnhom (2016/C 266/05)

(2017/C 244/03)

IL-BORD TAS-SUPERVIŻURI TAL-AWTORITÀ BANKARJA EWROPEA

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (1) (ir-“Regolament tal-EBA” u l-“EBA”),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

BILLI:

(1)

L-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti l-użu ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (“ECAI”) għad-determinazzjoni tal-piżijiet tar-riskju li jridu jiġu assenjati għall-assi u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għall-iskop tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, soġġetti għall-konferma mill-EBA li valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ dik l-ECAI ma jvarjawx fil-kwalità mill-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba ta’ dik l-istess ECAI. Skont l-istess Artikolu, l-EBA teħtieġ li tirrifjuta jew tirrevoka din il-konferma b’mod partikolari jekk l-ECAI użat valutazzjoni tal-kreditu mhux mitluba biex tagħmel pressjoni fuq l-entità klassifikata biex tordna valutazzjoni tal-kreditu jew servizzi oħrajn. B’riżultat ta’ dan, id-deċiżjoni 2016/C 266/05 tal-EBA li tikkonferma li l-valutazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba ta’ ċerti ECAIs ma jvarawx fil-kwalità mill-valutazzjonijiet tal-kreditu mitluba minnhom (3) ġiet ippubblikata fit-22 ta’ Lulju 2016.

(2)

Ġew irreġistrati jew iċċertifikati ECAIs ġodda wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni 2016/C 266/05 tal-EBA li għaliha huwa meħtieġ ukoll li titwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Barra minn hekk, ECAI waħda li kienet diġà rreġistrata meta nħarġet id-Deċiżjoni 2016/C 266/05, bdiet toħroġ klassifikazzjonijiet mhux mitluba wara l-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni dwar klassifikazzjonijiet mhux mitluba. Finalment, mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni 2016/C 266/05, ir-reġistrazzjoni CRA tal-Feri EuroRating Services AG ECAI (4) ġiet irtirata, peress li din m’għadhiex tissodisfa d-definizzjoni tal-ECAI msemmija fl-Artikolu 4(1)(98) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. B’riżultat tal-iżviluppi t’hawn fuq, huwa meħtieġ li titwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 anke għall-ECAIs li għadhom kemm ġew irreġistrati jew iċċertifikati u għal dik l-ECAI li għadha kemm bdiet toffri valutazzjonijiet ta’ kreditu mhux mitluba u li jitneħħew referenzi għall-korp li ma baqax jikkwalifika bħala ECAI mill-ħruġ tad-Deċiżjoni 2016/C 266/05.

(3)

L-ECAIs ikkonċernati ġew infurmati bl-intenzjoni tal-EBA li tadotta din id-deċiżjoni u jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehimiet tagħhom dwarha.

(4)

Id-Deċiżjoni 2016/C 266/05 għandha tiġi emendata skont dan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea Nru 2016/C 266/05 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness, l-ECAIs li ġejjin huma miżjuda mal-lista:

Creditreform Rating AG

Egan-Jones Ratings Co.

HR Ratings de México, S.A. de C.V.

INC Rating Sp. z o.o.

modeFinance S.r.l.

Rating-Agentur Expert RA GmbH

(2)

Fl-Anness, l-ECAI li ġejja hija mħassra mil-lista:

 

Feri EuroRating Services AG.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul f’Londra, it-18 ta’ Lulju 2017.

Għall-Bord tas-Superviżuri

Andrea ENRIA

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  ĠU C 266, 22.7.2016, p. 4.

(4)  Stqarrija għall-istampa ESMA71-99-376 tad-29 ta’ Marzu 2017.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/5


SEJĦA GĦAL PROPOSTI

GR/001/17

Appoġġ għall-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-valur tal-Proprjetà Intellettwali u d-danni tal-falsifikazzjoni u tal-piraterija

(2017/C 244/04)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

L-għan ġenerali tas-sejħa għal proposti huwa li titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-valur, il-benefiċċji tal-Proprjetà Intellettwali (IP) kif ukoll id-danni kkawżati minn ksur tad-drittijiet tal-IP.

Din għandha l-għan li żżid l-għarfien u tinvolvi l-udjenzi prijoritarji sabiex jinħoloq rispett għall-IP, bl-għan li eventwalment tinbidel l-imġiba tan-nies billi jitnaqqas ix-xiri ta’ falsifikazzjoni tagħhom u l-aċċess tagħhom għall-kontenut diġitali minn sorsi illegali.

L-għanijiet speċifiċi tas-sejħa huma li:

1.

Jiżdied l-għarfien tal-valur tal-IP bħala għodda li tipproteġi l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija billi tipprovdi għarfien konkret u objettiv dwar l-IP f’dan il-kuntest u jiżdied l-għarfien dwar id-danni ta’ ksur.

2.

Jiġu involuti l-udjenzi prijoritarji f’dawn il-kwistjonijiet billi jitqiesu l-possibbiltajiet ta’ ingranaġġ rilevanti u speċjalment kif l-udjenzi jistennew li jiġu indirizzati dwar dawn il-kwistjonijiet (mhux patronizzanti, objettivi u newtrali) bl-għan li tinbidel l-imġiba, titnaqqas l-attrazzjoni tal-falsifikazzjoni u tal-piraterija u/jew jitnaqqsu l-possibbiltajiet għall-falsifikaturi u l-pirati.

Ir-riżultati mistennija huma li:

Jintlaħqu ċ-ċittadini tal-UE u speċjalment il-gruppi fil-mira ta’ prijorità bħat-tfal fl-iskejjel, il-ġenerazzjoni żagħżugħa u ċ-ċittadini (ta’ bejn il-15-30 sena) u dawk li jfasslu l-politika u l-opinjonisti dwar l-IP u kwistjonijiet relatati mal-IP.

Jinħoloq impenn ta’ influwenzaturi jew multiplikaturi rilevanti li kapaċi jilħqu l-udjenzi fil-mira permezz ta’ proċess definit b’mod ċar.

Jiġu żgurati s-sostenibbiltà u l-iskalabbiltà tar-riżultati tal-proġett u finalment tinbidel l-imġiba.

2.   L-applikanti eliġibbli

L-applikanti kkunsidrati eliġibbli biex iwieġbu għal din is-sejħa għandhom:

ikunu entità legali, pubblika jew privata, pereżempju:

organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, assoċċjazzjoni tal-NGO;

korp pubbliku fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;

fondazzjoni tal-università;

kumpanija privata;

ikunu rreġistrati f’wieħed mit-28 Stat Membru u jipprovdu evidenza mill-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tagħhom billi jiċċertifikaw li l-applikant ilu stabbilit u rreġistrat b’mod korrett għal aktar minn sentejn.

L-entitajiet pubbliċi li jirċievu fondi jew appoġġ mill-EUIPO permezz ta’ miżuri finanzjarji oħrajn bħal programmi ta’ kooperazzjoni, li għandhom l-għan li jsegwu l-istess għanijiet bħal din is-sejħa, mhumiex eliġibbli (eż. l-uffiċċji nazzjonali u reġjonali tal-IP jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali).

F’każ li jaġixxu ma’ sħab assoċjati li jkunu qed jipparteċipaw fi proposta irrispettivament mir-rwol tagħhom fil-proġett, kull sieħeb għandu jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà bħala applikabbli għall-applikant innifsu u għandu jiffirma ittra ta’ intenzjoni.

Applikazzjoni tista’ tkun ikkoordinata u ppreżentata biss — f’isem il-parteċipanti kollha — minn applikant wieħed, li huwa r-rappreżentant ġuridiku tal-organizzazzjoni tal-applikant.

Il-persuni fiżiċi ma jistgħux japplikaw għal għotja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

It-tul massimu (perjodu ta’ eliġibbiltà) huwa ta’ 12-il xahar mid-data tal-firma tal-ftehim ta’ għotja. Estensjoni għall-massimu ta’ 6 xhur addizzjonali tista’ tingħata.

Is-setturi jew it-temi speċifiċi li magħhom għandhom jirrelataw l-azzjonijiet huma proprjetà intellettwali u kwistjonijiet relatati mad-drittijiet ta’ falsifikazzjoni u piraterija tal-IP.

L-azzjonijiet għandhom isiru fi Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE.

Ser jiġu kkunsidrati biss l-azzjonijiet li jinsabu taħt it-3 lottijiet ta’ hawn taħt, filwaqt li jitqiesu t-tipi speċifiċi ta’ azzjonijiet definiti. Entità tista’ tapplika fil-lottijiet differenti u konsegwentement ser tingħata għotja fil-lottijiet differenti b’mod awtomatiku:

 

Lott 1: Komunikazzjoni mat-tfal permezz ta’ attivitajiet edukattivi għall-iskejjel

 

Lott 2: Komunikazzjoni mal-ġenerazzjoni żagħżugħa u maċ-ċittadini

 

Lott 3: Komunikazzjoni ma’ dawk li jfasslu l-politika u l-opinjonisti permezz ta’ konferenzi u fora

Il-benefiċjarju jeħtieġ li jinkludi stima tal-kejl kwantitattiva u kwalitattiva tar-riżultati fil-bidu tal-azzjoni sabiex jiżgura l-effettività tal-għanijiet ippjanati. Iċ-ċifra reali ser tingħata fl-aħħar.

It-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin huma ineliġibbli:

proġetti kkonċernati biss jew prinċipalment minn sponsorizzazzjoni individwali għall-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni jew ta’ taħdit f’sessjonijiet ta’ ħidma, seminars, konferenzi u kungressi jew kwalunkwe avveniment ieħor;

proġetti kkonċernati biss jew prinċipalment minn boroż ta’ studju individwali għall-istudji jew korsijiet ta’ taħriġ.

L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt din is-sejħa jkopru pereżempju (mhux eżawrjenti):

Għal-lottijiet 1 u 2

attivitajiet tal-midja u tal-midja soċjali,

produzzjoni u disseminazzjoni ta’ materjal awdjoviżiv, pubblikazzjonijiet jew komunikazzjonijiet elettroniċi,

organizzazzjoni ta’ avvenimenti, fieri, wirjiet jew attivitajiet ta’ taħriġ,

inforikreazzjoni (dibattiti, programmi għaż-żgħażagħ, kwiżżijiet, logħob tal-vidjo jew programmi tal-mużika),

għodod, attivitajiet u soluzzjonijet ibbażati fuq l-internet.

Għal-lott 3:

Konferenzi internazzjonali fil-kuntest tal-UE

Fora

Dibattiti

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 6 tal-Linji gwida għall-applikanti.

4.   Kriterji ta’ esklużjoni

L-applikanti ma għandhomx ikunu f’sitwazzjoni li teskludihom milli jipparteċipaw u/jew milli jingħataw għotja kif definit mir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli tal-applikazzjoni tiegħu.

5.   Kriterji tal-għażla

L-applikanti għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, mimlija u ffirmata, li tiċċertifika l-istatus tagħhom bħala persuna ġuridika u l-kapaċità finanzjarja u operattiva tagħhom biex ilestu l-attivitajiet proposti.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 10 tal-Linji gwida għall-applikanti.

6.   Kriterji tal-għotja

Il-kriterji tal-għotja għall-valutazzjoni ta’ proposta huma allokati minn total ta’ 100 abbażi tal-kriterji li ġejjin:

 

Limitu minimu

Punteġġ massimu

1.

Rilevanza u interess ġenerali tal-proġett

25

35

2.

Komunikazzjoni u impatt

25

35

3.

Sostenibbiltà u Metodoloġija

14

20

4.

Kosteffettività

6

10

Total

70

100

Sabiex il-proposti jiġi kkunsidrati għall-finanzjament, dawn għandhom iġibu l-punteġġ ta’:

mill-inqas 70 punt b’mod ġenerali

kif ukoll

mill-inqas il-punti minimi f’kull wieħed mis-sub-kriterji.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 11 tal-Linji gwida għall-applikanti.

7.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 1 000 000.

Din is-sejħa għal proposti hija soġġetta għad-disponibbiltà tal-fondi wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2018 mill-awtorità baġitarja tal-EUIPO.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EUIPO ma tistax taqbeż it-80 % tal-kostijiet totali eliġibbli ppreżentati mill-applikant u għandha tkun bejn l-ammonti minimi u massimi li ġejjin, f’konformità mat-3 lottijiet differenti disponibbli:

Għal-lott 1: Komunikazzjoni mat-tfal permezz ta’ attivitajiet edukattivi fl-iskejjel (baġit disponibbli ta’ EUR 400 000)

Ammont minimu: EUR 20 000

Ammont massimu: EUR 60 000

Għal-lott 2: Komunikazzjoni mal-ġenerazzjoni żagħżugħa permezz ta’ influwenzaturi u multiplikaturi (baġit disponibbli ta’ EUR 400 000)

Ammont minimu: EUR 20 000

Ammont massimu: EUR 60 000

Għal-lott 3: Komunikazzjoni ma’ dawk li jfasslu l-politika u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-opinjonisti permezz ta’ konferenzi u fora (baġit disponibbli EUR 200 000)

Ammont minimu: EUR 15 000

Ammont massimu: EUR 40 000

L-EUIPO għandu d-dritt li ma jqassamx il-fondi kollha disponibbli.

8.   Data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-pakkett ta’ applikazzjoni huwa disponibbli fuq l-Internet fuq l-indirizz li ġej: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/grants

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-EUIPO bl-użu ta’ formola ta’ applikazzjoni onlajn (formola elettronika) mhux aktar tard mill-25 ta’ Settembru 2017 fis-13:00 (ħin lokali).

Mhu ser jiġi aċċettat l-ebda metodu ieħor ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.

L-applikanti għandhom jiżguraw li d-dokumenti kollha mitluba u msemmija fil-formola elettronika jiġu pprovduti.

L-applikazzjonijiet li ma jinkludux l-annessi kollha stipulati u li ma jiġux ippreżentati qabel id-data ta’ skadenza mhux ser jiġu kkunsidrati.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 16 tal-Linji gwida għall-applikanti.

9.   Id-dettalji kollha

It-test kollu tal-linji gwida għall-applikanti huwa disponibbli fuq l-indirizz tal-Internet li ġej: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/grants

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini kollha tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.

10.   Kuntatt

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja l-kaxxa postali elettronika li ġejja: grants@euipo.europa.eu


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8530 — Brookfield/Engie/FHHGL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 244/05)

1.

Fl-20 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Brookfield Renewable UK Hydro Limited, ultimament ikkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield” tal-Kanada) u IP Karugamo Holdings Limited (UK), ultimament ikkontrollata minn Engie S.A. (“Engie” ta’ Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża FHH (Guernsey) Limited kollha kemm hi (“FHHGL”, Guernsey), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Brookfield: ġestjoni ta’ assi dinjija li l-portafoll tiegħu huwa ffukat fuq il-proprjetà, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata;

—   għal Engie: protagonista dinjija attiva tul il-katina kollha tal-valur tal-enerġija fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u s-servizzi tal-enerġija;

—   għal FHHGL: hija s-sid u tħaddem żewġ proprjetajiet ta’ ħażna bil-pompi tal-elettriċità f’Wales (ir-Renju Unit) u hija attiva fil-fornitura bl-ingrossa tal-elettriċità. Bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Engie u Mitsui Power Ventures Limited.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8530 — Brookfield/Engie/FHHGL, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.