ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 243

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
4 ta' Lulju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 243/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 243/02

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 243/03

Kawża C-128/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - l-Olanda) – Staatssecretaris van Financiën vs Het Oudeland Beheer BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — VAT — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Użu għall-iskopijiet tan-negozju ta’ oġġetti akkwistati matul in-negozju — Assimilazzjoni ma’ provvista mwettqa bi ħlas — Valur taxxabbli)

5

2016/C 243/04

Kawżi magħquda C-191/14, C-192/14, C-295/14, C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Niederösterreich, tar-Raad van State, tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Italja) – Borealis Polyolefine GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft (C-191/14), OMV Refining & Marketing GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft (C-192/14), DOW Benelux BV et vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu (C-295/14), Esso Italiana Srl, Eni SpA, Linde Gas Italia Srl vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-389/14), Api Raffineria di Ancona SpA vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico (C-391/14), Lucchini in Amministrazione Straordinaria SpA vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico (C-392/14), Dalmine SpA vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico (C-393/14) [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a(5) — Metodu tal-allokazjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti — Mod ta’ kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi — Deċiżjoni 2011/278/UE — Artikolu 15(3) — Deċiżjoni 2013/448/UE — Artikolu 4 — Anness II — Validità]

6

2016/C 243/05

Kawża C-346/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija [Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 4(3) TUE — Artikolu 288 TFUE — Direttiva 2000/60/KE — Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma — Artikolu 4(1) — Prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ — Artikolu 4(7) — Deroga mill-projbizzjoni ta’ deterjorazzjoni — Interess pubbliku maġġuri — Awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ impjant idroelettriku fuq ix-xmara Schwarze Sulm (l-Awstrija) — Deterjorazzjoni tal-istat tal-ilma]

8

2016/C 243/06

Kawża C-358/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2014/40/UE — Artikolu 2.25, l-Artikolu 6(2)(b), l-Artikolu 7(1) sa (5), l-ewwel sentenza tal-paragrafu (7), u (12) sa (14), u l-Artikolu 13(1)(c) — Validità — Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk — Projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk b’togħma karatterizzanti — Prodotti tat-tabakk li fihom il-mentol — Bażi legali — Artikolu 114 TFUE — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ sussidjarjetà)

8

2016/C 243/07

Kawża C-477/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – Pillbox 38 (UK) Ltd vs Secretary of State for Health (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2014/40/UE — Artikolu 20 — Sigaretti elettroniċi u kontenituri ta’ rikarika — Validità — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali — Prinċipju ta’ sussidjarjetà — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 16 u 17)

9

2016/C 243/08

Kawża C-520/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajiżi l-Baxxi) – Gemeente Borsele vs Staatssecretaris van Financiën, Staatssecretaris van Financiën vs Gemeente Borsele [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(ċ) u Artikolu 9(1) — Persuni taxxabbli — Attivitajiet ekonomiċi — Kunċett — Trasport skolastiku]

10

2016/C 243/09

Kawża C-528/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Regolament (KE) Nru 1186/2009 — Artikolu 3 — Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni — Proprjetà personali — Trasferiment ta’ residenza minn pajjiż terz għal Stat Membru — Kunċett ta’ residenza normali — Impossibbiltà li wieħed ikollu fl-istess ħin residenza normali fi Stat Membru u f’pajjiż terz — Kriterji ta’ determinazzjoni tal-post ta’ residenza normali)

10

2016/C 243/10

Kawżi magħquda C-532/414 u C-533/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajjiżi l-Baxxi) – Toorank Productions BV vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestatura tariffarja 2206 — Intestatura tariffarja 2208 — Xarbiet alkoħoliċi miksuba minn fermentazzjoni segwita b’purifikazzjoni — Żieda ta’ addittivi max-xarbiet alkoħoliċi miksuba minn fermentazzjoni segwita b’purifikazzjoni — Xarbiet li tilfu l-proprjetajiet ta’ xarbiet li jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 2206)

11

2016/C 243/11

Kawża C-547/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 [talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit] – The Queen, Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Ltd, British American Tobacco UK Limited vs Secretary of State for Health [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2014/40/UE — Artikoli 7, 18 u 24(2) u (3) — Artikoli 8(3), 9(3), 10(1)(a), (c), u (g), 13 u 14 — Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk — Validità — Bażi legali — Artikolu 114 TFUE — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ sussidjarjetà — Drittijiet fundamentali tal-Unjoni — Libertà ta’ espressjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 11]

12

2016/C 243/12

Kawża C-233/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – SIA Oniors Bio vs Valsts ieņēmumu dienests [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi 1517 90 91 u 1518 00 31 — Taħlita fluwida veġetali, mhux ipproċessata, mhux volatili, komposta minn żejt tal-kolza (88 %) u żejt tal-ġirasol (12 %)]

13

2016/C 243/13

Kawża C-358/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nruo945/2012 — Bażi legali — Kriterju bbażat fuq l-appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran — Parti mill-profitti ta’ kumpannija statali mogħtija lill-Istat tal-Iran)

14

2016/C 243/14

Kawża C-384/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no44 de Barcelona – Spanja) – Alta Realitat SL vs Erlock Film ApS, Ulrich Thomsen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Artikolu 8 — Assenza ta’ traduzzjoni tal-att — Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta att — Konoxxenzi lingwistiċi tad-destinatarju tal-att — Stħarriġ mill-qorti li quddiemha tressqet il-kawża fl-Istat Membru ta’ oriġini)

14

2016/C 243/15

Kawża C-607/15 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2015 minn Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-10 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-453/14, Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament Ewropew

15

2016/C 243/16

Kawża C-146/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Verband Sozialer Wettbewerb e.V. vs DHL Paket GmbH

15

2016/C 243/17

Kawża C-186/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fl-1 ta’ April 2016 – Ruxandra Paula Andriciuc et vs Banca Românească SA

16

2016/C 243/18

Kawża C-215/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-18 ta’ April 2016 – Elecdey Carcelén S.A. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

17

2016/C 243/19

Kawża C-216/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-18 ta’ April 2016 – Energías Eólicas de Cuenca S.A. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

18

2016/C 243/20

Kawża C-220/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-20 ta’ April 2016 – Iberenova Promociones S.A.U. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

19

2016/C 243/21

Kawża C-221/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-20 ta’ April 2016 – Iberdrola Renovables Castilla La Mancha S.A. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

20

2016/C 243/22

Kawża C-222/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-20 ta’ April 2016 – MIP-TS OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna

21

2016/C 243/23

Kawża C-224/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ April 2016 – Asotsiatsiya na balgarskite predpriyatiya za mezhdunarodni prevozi i patishtata (AEBTRI) vs Nachalnik na Mitnitsa Burgas bħala s-suċċessur ta’ Mitnitsa Svilengrad

22

2016/C 243/24

Kawża C-251/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Edward Cussens, John Jennings, Vincent Kingston vs T. G. Brosman

23

2016/C 243/25

Kawża C-263/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn Schenker Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-265/12, Schenker Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

24

2016/C 243/26

Kawża C-264/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd, Schenker International (H.K.) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-267/12, Deutsche Bahn AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

2016/C 243/27

Kawża C-271/16 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 minn Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG, Panalpina China Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-270/12: Panalpina World Transport (Holding) Ltd et vs Il-Kummissjoni Ewropea

27

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 243/28

Kawżi magħquda T-423/13 u T-64/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2016 – Good Luck Shipping vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari fl-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Żball ta’ liġi — Bażi legali — Żball ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ provi)

28

2016/C 243/29

Kawża T-226/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni vs McCarron Poultry [Klawżola ta’ arbitraġġ — Il-Ħames Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002) — Kuntratt li jikkonċerna l-qasam tal-Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli — Xoljiment ta’ kuntratt — Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja]

29

2016/C 243/30

Kawża T-753/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Etyam (ocean beach club ibiza) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ocean beach club Ibiza — Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti ocean drive Ibiza-hotel u OCEAN THE GROUP — Annullament tad-trade mark preċedenti li sservi bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2016/C 243/31

Kawża T-5/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ocean beach club ibiza — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti OC ocean club u OC ocean club Ibiza — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

30

2016/C 243/32

Kawża T-6/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean ibiza) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ocean ibiza — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti OC ocean club u OC ocean club Ibiza — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

31

2016/C 243/33

Kawża T-126/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs Grup Supeco Maxor (Supeco) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Supeco — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti SUPER COR — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Portata tal-eżami mwettaq mill-Bord tal-Appell — Oġġetti u servizzi li hija bbażata fuqhom l-oppożizzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Avviż Nru 2/12]

31

2016/C 243/34

Kawżi T-422/15 u T-423/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – U-R LAB vs EUIPO (THE DINING EXPERIENCE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi u verbali THE DINING EXPERIENCE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

32

2016/C 243/35

Kawża T-376/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2016 – KK vs EASME

33

2016/C 243/36

Kawża T-5/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – Gregis vs EUIPO – DM9 Automobili (ATS)

33

2016/C 243/37

Kawża T-167/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2016 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

34

2016/C 243/38

Kawża T-170/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2016 – Guardian Glass España, Central Vidriera vs Il-Kummissjoni

35

2016/C 243/39

Kawża T-185/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL)

36

2016/C 243/40

Kawża T-187/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik vs EUIPO – Viña y Bodega Botalcura (LITU)

37

2016/C 243/41

Kawża T-197/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Andrea Incontri vs EUIPO – HigicoL (ANDREA INCONTRI)

38

2016/C 243/42

Kawża T-208/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – Ranocchia vs ERCEA

38

2016/C 243/43

Kawża T-210/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2016 – Lukash vs Il-Kunsill

39

2016/C 243/44

Kawża T-212/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FRee STyLe)

40

2016/C 243/45

Kawża T-213/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FREE STYLE)

41

2016/C 243/46

Kawża T-216/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta Mejju 2016 – Vignerons de la Méditerranée vs EUIPO - Bodegas Grupo Yllera (LE VAL FRANCE)

42

2016/C 243/47

Kawża T-227/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO - Sissel (Fußmatte)

43

2016/C 243/48

Kawża T-228/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO – Sissel (xtajta taċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ)

43

2016/C 243/49

Kawża T-232/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-3/15, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni

44

2016/C 243/50

Kawża T-233/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn José Luis Ruiz Molina mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-60/15, Ruiz Molina vs UASI

45

2016/C 243/51

Kawża T-234/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Meissen Keramik vs EUIPO – Staatliche Porzellan Manufaktur Meissen (Meissen)

46

2016/C 243/52

Kawża T-236/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Biogena Naturprodukte vs UASI (ZUM wohl)

46

2016/C 243/53

Kawża T-239/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 – Polskie Zdroje vs EUIPO (perlage)

47

2016/C 243/54

Kawża T-243/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – Freddo vs EUIPO - Freddo Freddo (Freggo)

48

2016/C 243/55

Kawża T-244/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill

49

2016/C 243/56

Kawża T-245/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill

50

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 243/57

Kawża F-19/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2016 – ZZ vs BEI

52


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 243/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 232, 27.6.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 222, 20.6.2016

ĠU C 211, 13.6.2016

ĠU C 200, 6.6.2016

ĠU C 191, 30.5.2016

ĠU C 175, 17.5.2016

ĠU C 165, 10.5.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/2


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2016/C 243/02)

Fid-9 ta’ Ġunju 2016, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara d-dħul fil-kariga tal-Imħallfin P. G Xuereb, F. Schalin u I. Reine, fuq proposta tal-President ippreżentata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li temenda d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tat-23 ta’ Ottubru 2013 (1), kif emendata l-aħħar bid-deċiżjoni tat-13 ta’ April 2016 (2), għall-perijodu mid-9 ta’ Ġunju 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2016 u li tassenja l-Imħallfin lill-Awli kif ġej:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, Viċi President, I. Pelikánová, E. Buttigieg, S. Gervasoni u L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

H. Kanninen, Viċi President

a)

I. Pelikánová u E. Buttigieg, Imħallfin;

b)

I. Pelikánová u L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, Imħallfin;

ċ)

E. Buttigieg u L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. E. Martins Ribeiro, President tal-Awla, E. Bieliūnas, S. Gervasoni, L. Madise u Z. Csehi, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin::

M. E. Martins Ribeiro, President tal-Awla

a)

S. Gervasoni u L. Madise, Imħallfin;

b)

S. Gervasoni u Z. Csehi, Imħallfin;

ċ)

L. Madise u Z. Csehi, Imħallfin.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Papasavvas, President tal-Awla, I. Labucka, E. Bieliūnas, I. S. Forrester u C. Iliopoulos, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Papasavvas, President tal-Awla

a)

E. Bieliūnas u I. S. Forrester, Imħallfin;

b)

E. Bieliūnas u C. Iliopoulos, Imħallfin;

ċ)

I. S. Forrester u C. Iliopoulos, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla, I. Labucka, J. Schwarcz, V. Kreuschitz u F. Schalin, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla,

a)

I. Labucka u V. Kreuschitz, Imħallfin;

b)

I. Labucka u F. Schalin, Imħallfin;

ċ)

V. Kreuschitz u F. Schalin, Imħallfin.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, J. Schwarcz, V. Tomljenović u I. Reine, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Dittrich, President tal-Awla,

a)

J. Schwarcz u V. Tomljenović, Imħallfin;

b)

J. Schwarcz u I. Reine, Imħallfin;

ċ)

V. Tomljenović u I. Reine, Imħallfin.

It-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, A. M. Collins u V. Valančius, Imħallfin.

It-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla

a)

F. Dehousse u A. M. Collins, Imħallfin;

b)

F. Dehousse u V. Valančius, Imħallfin;

ċ)

A. M. Collins u V. Valančius, Imħallfin..

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin::

M. van der Woude, President tal-Awla, I. Wiszniewska-Białecka, M. Kancheva, I. Ulloa Rubio u A. Marcoulli, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. van der Woude, President tal-Awla

a)

I. Wiszniewska-Białecka u I. Ulloa Rubio, Imħallfin;

b)

I. Wiszniewska-Białecka u A. Marcoulli, Imħallfin;

ċ)

I. Ulloa Rubio u A. Marcoulli, Imħallfin.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla, O. Czúcz, M. Kancheva, K. Wetter u N. Półtorak, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla

a)

M. Kancheva u K. Wetter, Imħallfin;

b)

M. Kancheva u N. Półtorak, Imħallfin;

ċ)

K. Wetter u N. Półtorak, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla, O. Czúcz, A. Popescu, D. Spielmann u P. G. Xuereb, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla

a)

O. Czúcz u A. Popescu, Imħallfin;

b)

D. Spielmann u P. G. Xuereb, Imħallfin.

L-Awli Estiżi komposti minn ħames Imħallfin huma komposti:

f’dak li jirrigwarda l-Ewwel, it-Tieni, it-Tielet, ir-Raba’, il-Ħames, is-Sitt, is-Seba’ u t-Tmien Awli, biż-żieda mal-kulleġġ ġudikanti ristrett li ġie inizjalment adit bil-kawża, tar-raba’ Mħallef li jifforma l-Awla u tal-ħames Imħallef mill-Awla ta’ wara skont l-ordni numeriku (ħlief għall-President tal-Awla), stabbilit skont l-ordni previst fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura;

f’dak li jirrigwarda d-Disa’ Awla, biż-żieda mal-kulleġġ ġudikanti ristrett li ġie inizjalment adit bil-kawża taż-żewġ Imħallfin l-oħra li jifformaw l-Awla.

L-Awli komposti minn tliet Imħallfin li lilhom ġew assenjati erba’ Mħallfin huma komposti minn tliet sotto-kulleġġi ġudikanti.

L-Awli komposti minn tliet Imħallfin li lilhom ġew assenjati ħames Imħallfin huma komposti minn żewġ sotto-kulleġġi ġudikanti.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013, p. 2.

(2)  ĠU C 175, 17.5.2016, p. 2.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - l-Olanda) – Staatssecretaris van Financiën vs Het Oudeland Beheer BV

(Kawża C-128/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - VAT - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Użu għall-iskopijiet tan-negozju ta’ oġġetti akkwistati “matul in-negozju” - Assimilazzjoni ma’ provvista mwettqa bi ħlas - Valur taxxabbli))

(2016/C 243/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Het Oudeland Beheer BV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 11A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-valur ta’ dritt in rem li jagħti li d-detentur tiegħu setgħa ta’ użu fuq proprjetà immobbli u l-ispejjeż ta’ tlestija tal-bini ta’ uffiċċji mibni fuq l-art ikkonċernata jistgħu jiġu inklużi fil-valur taxxabbli ta’ provvista, fis-sens tal-Artikolu 5(7)(a) ta’ din id-direttiva, kif emendata, meta l-persuna taxxabbli tkun diġà ħallset it-taxxa fuq il-valur miżjud relatata ma’ dan il-valur u ma’ dawn l-ispejjeż, iżda tkun ukoll naqqsitha immedjatament u kompletament.

2)

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha art u bini fi stat ta’ kostruzzjoni fuq din l-art ikunu ġew akkwistati permezz tal-kostituzzjoni ta’ dritt in rem li jagħti lid-detentur tiegħu setgħa ta’ użu fuq din il-proprjetà immobbli, l-Artikolu 11A(1)(b) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 95/7, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-valur ta’ dan id-dritt in rem li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-valur taxxabbli ta’ provvista, fis-sens tal-Artikolu 5(7)(a) tal-imsemmija direttiva, jikkorrispondi għall-valur tal-ammonti li għandhom jitħallsu bħala korrispettiv kull sena, matul it-tul tal-konċessjoni enfitewtika li tistabbilixxi dan id-dritt in rem li għad fadal jiddekorri, ikkorreġuti jew ikkapitalizzati skont l-istess metodu użat sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-kostituzzjoni tad-dritt ta’ enfitewsi.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Niederösterreich, tar-Raad van State, tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Italja) – Borealis Polyolefine GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft (C-191/14), OMV Refining & Marketing GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft (C-192/14), DOW Benelux BV et vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu (C-295/14), Esso Italiana Srl, Eni SpA, Linde Gas Italia Srl vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-389/14), Api Raffineria di Ancona SpA vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico (C-391/14), Lucchini in Amministrazione Straordinaria SpA vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico (C-392/14), Dalmine SpA vs Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico (C-393/14)

(Kawżi magħquda C-191/14, C-192/14, C-295/14, C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a(5) - Metodu tal-allokazjoni ta’ kwoti - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti - Mod ta’ kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 15(3) - Deċiżjoni 2013/448/UE - Artikolu 4 - Anness II - Validità])

(2016/C 243/04)

Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż, l-Olandiż, it-Taljan

Qrati tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Niederösterreich, Raad van State, Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawżi prinċipali

(Kawża C-191/14)

Rikorrenti: Borealis Polyolefine GmbH

Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-192/14)

Rikorrenti: OMV Refining & Marketing GmbH

Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-295/14)

Rikorrenti: DOW Benelux BV et

Konvenut: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

(Kawża C-389/14)

Rikorrenti: Esso Italiana Srl, Eni SpA, Linde Gas Italia Srl

Konvenuti: Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri,

fil-preżenza ta’: Edison SpA

(Kawża C-391/14)

Rikorrenti: Api Raffineria di Ancona SpA

Konvenuti: Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico

fil-preżenza ta’: Edison SpA

(Kawża C-392/14)

Rikorrenti: Lucchini in Amministrazione Straordinaria SpA

Konvenuti: Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico,

fil-preżenza ta’: Cofely Italia SpA

(Kawża C-393/14)

Rikorrenti: Dalmine SpA

Konvenuti: Comitato nazionale per la gestione della direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico

fil-preżenza ta’: Cofely Italia SpA, Buzzi Unicem SpA

Dispożittiv

1)

Mill-eżami tal-ewwel sar-raba’ domandi fil-Kawżi C-191/14 u C-192/14, tat-tielet domanda fil-Kawża C-295/14 u tal-ewwel domanda fil-Kawżi C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14 ma rriżulta ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sa fejn dan l-Artikolu 15(3) jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-emissjonijiet tal-produtturi tal-elettriku għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti.

2)

L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma invalidi.

3)

L-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 għandhom jiġu limitati ratione temporis, minn naħa, b’tali mod li din id-dikjarazzjoni jkollha effett biss meta jintemm perijodu ta’ għaxar xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa u, min-naħa l-oħra, b’tali mod li l-miżuri adottati sakemm jintemm dan il-perijodu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet invalidati ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014

ĠU C 372, 20.10.2014


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-346/14) (1)

([Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 4(3) TUE - Artikolu 288 TFUE - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma - Artikolu 4(1) - Prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ - Artikolu 4(7) - Deroga mill-projbizzjoni ta’ deterjorazzjoni - Interess pubbliku maġġuri - Awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ impjant idroelettriku fuq ix-xmara Schwarze Sulm (l-Awstrija) - Deterjorazzjoni tal-istat tal-ilma])

(2016/C 243/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve, C. Hermes u G. Wilms, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, Z. Petzl u J. Vláčil, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-358/14) (1)

((Rikors għal annullament - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2014/40/UE - Artikolu 2.25, l-Artikolu 6(2)(b), l-Artikolu 7(1) sa (5), l-ewwel sentenza tal-paragrafu (7), u (12) sa (14), u l-Artikolu 13(1)(c) - Validità - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk b’togħma karatterizzanti - Prodotti tat-tabakk li fihom il-mentol - Bażi legali - Artikolu 114 TFUE - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ sussidjarjetà))

(2016/C 243/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szwarc, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R.-H. Radu, D. M. Bulancea u A. Vacaru, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Rodrigues u A. Pospíšilová Padowska, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Segnana, J. Herrmann, K. Pleśniak u M. Simm, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: L-Irlanda (rappreżentanti: J. Quaney, M. A. Joyce, aġenti, assistiti minn E. Barrington u M. J. Cooke, SC, u E. Carolan, BL), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u S. Ghiandoni, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Kaye, C. Brodie u M. Holt, aġenti, assistiti minn I. Rogers, QC, S. Abram u M. E. Metcalfe, barristers), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Van Hoof, C. Cattabriga u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

L-Irlanda, ir-Repubblika Franċiża, ir-Rumanija u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 315, 15.9.2014.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – Pillbox 38 (UK) Ltd vs Secretary of State for Health

(Kawża C-477/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2014/40/UE - Artikolu 20 - Sigaretti elettroniċi u kontenituri ta’ rikarika - Validità - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 16 u 17))

(2016/C 243/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pillbox 38 (UK) Ltd

Konvenuta: Secretary of State for Health

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda magħmula ma żvela ebda element tali li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE.


(1)  ĠU C 7, 12.01.2015.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajiżi l-Baxxi) – Gemeente Borsele vs Staatssecretaris van Financiën, Staatssecretaris van Financiën vs Gemeente Borsele

(Kawża C-520/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) u Artikolu 9(1) - Persuni taxxabbli - Attivitajiet ekonomiċi - Kunċett - Trasport skolastiku])

(2016/C 243/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën

Konvenuti: Staatssecretaris van Financiën, Gemeente Borsele

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li kollettività territorjali, li tipprovdi servizz ta’ trasport skolastiku, f’kundizzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma teżerċitax attività ekonomika u għalhekk ma għandhiex il-kwalità ta’ persuna taxxabbli.


(1)  ĠU C 56, 16.2.2015.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-528/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Regolament (KE) Nru 1186/2009 - Artikolu 3 - Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni - Proprjetà personali - Trasferiment ta’ residenza minn pajjiż terz għal Stat Membru - Kunċett ta’ “residenza normali” - Impossibbiltà li wieħed ikollu fl-istess ħin residenza normali fi Stat Membru u f’pajjiż terz - Kriterji ta’ determinazzjoni tal-post ta’ residenza normali))

(2016/C 243/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, persuna fiżika ma jistax ikollha, fl-istess ħin, residenza normali kemm fi Stat Membru kif ukoll f’pajjiż terz.

2)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna kkonċernata għandha kemm rabtiet personali kif ukoll rabtiet professjonali f’pajjiż terz u rabtiet personali fi Stat Membru, sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-residenza normali tal-persuna kkonċernata, fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1186/2009, tinsabx fil-pajjiż terz, għandu jingħata importanza partikolari, matul l-evalwazzjoni globali tal-punti ta’ fatt rilevanti, lit-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata f’dan il-pajjiż.


(1)  ĠU C 56, 16.02.2015.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajjiżi l-Baxxi) – Toorank Productions BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawżi magħquda C-532/414 u C-533/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura tariffarja 2206 - Intestatura tariffarja 2208 - Xarbiet alkoħoliċi miksuba minn fermentazzjoni segwita b’purifikazzjoni - Żieda ta’ addittivi max-xarbiet alkoħoliċi miksuba minn fermentazzjoni segwita b’purifikazzjoni - Xarbiet li tilfu l-proprjetajiet ta’ xarbiet li jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 2206))

(2016/C 243/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Toorank Productions BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li xarba, bħal Ferm Fruit, miksuba permezz tal-fermentazzjoni ta’ konċentrat tat-tuffieħ, intiża għall-konsum fil-forma pura tagħha jew sabiex isservi bħala ingredjent bażiku ta’ xarbiet oħra, b’kulur, riħa u togħma newtrali bħala riżultat tal-purifikazzjoni tagħha, b’mod partikolari permezz ta’ ultrafiltrazzjoni, u li l-qawwa alkoħolika bil-volum tagħha hija, mingħajr ma jiżdied l-alkoħol iddistillat, ta’ 16 % taqa’ taħt l-intestatura 2208 ta’ din in-nomenklatura.

2)

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1719/2005 u mir-Regolament Nru 1214/2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li xarbiet ta’ qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 14 %, li huma prodotti billi Ferm Fruit tiġi miżjuda b’zokkor, aromi, koloranti, sustanzi li jtejbu t-togħma, sustanzi li jgħaqqdu u sustanzi ta’ konservazzjoni, kif wkoll, fil-każ ta’ waħda minnhom, krema, u li ma fihomx alkoħol iddistillat, jaqgħu taħt l-intestatura 2208 ta’ din in-nomenklatura.

3)

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1719/2005 u mir-Regolament Nru 1214/2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li xarba ta’ qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 13,4 %, li hija prodotta billi Ferm Fruit tiġi miżjuda b’zokkor, aromi, koloranti, sustanzi li jtejbu t-togħma, sustanzi li jgħaqqdu, sustanzi ta’ konservazzjoni u alkoħol iddistillat, fejn dan tal-aħħar ma jirrappreżentax, f’termini ta’ volum u ta’ perċentwali, iktar minn 49 % tal-alkoħol preżenti f’din ix-xarba, filwaqt li l-51 % li jifdal jirriżulta minn proċess ta’ fermentazzjoni, taqa’ taħt l-intestatura 2208 ta’ din in-nomenklatura.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 [talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit] – The Queen, Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Ltd, British American Tobacco UK Limited vs Secretary of State for Health

(Kawża C-547/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2014/40/UE - Artikoli 7, 18 u 24(2) u (3) - Artikoli 8(3), 9(3), 10(1)(a), (c), u (g), 13 u 14 - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Validità - Bażi legali - Artikolu 114 TFUE - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Drittijiet fundamentali tal-Unjoni - Libertà ta’ espressjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11])

(2016/C 243/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Ltd, British American Tobacco UK Limited

Konvenuta: Secretary of State for Health

fil-preżenza ta’: Imperial Tobacco Ltd, JT International SA, Gallaher Ltd, Tann UK Ltd, Tannpapier GmbH, V. Mane Fils, Deutsche Benkert GmbH & Co. KG, Benkert UK Ltd, Joh. Wilh. von Eicken GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu iktar rekwiżiti f’dak li jikkonċerna l-aspetti tal-pakketti tal-prodotti tat-tabakk li ma jkunux armonizzati minn din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/40 għandu jiġi interpretat fis-sens li jiġi pprojbit fuq l-ittikkettjar ta’ pakkett individwali, fuq l-ippakkjar estern, kif ukoll fuq il-prodotti tat-tabakk innifishom, it-tqegħid ta’ informazzjoni li hija s-suġġett ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk din tkun fattwalment eżatta.

3)

L-eżami tad-domandi preliminari mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) [qorti tal-ġustizzja għolja (l-Ingilterra u Wales), taqsima tal-qorti tar-Reġina (qorti amministrattiva)] ma żvela ebda element ta’ natura tali li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikoli 7, 18 u 24(2) u (3) tad-Direttiva 2014/40, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet fit-Titolu II, Kapitolu II ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 56, 16.2.2015.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – SIA “Oniors Bio” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-233/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 1517 90 91 u 1518 00 31 - Taħlita fluwida veġetali, mhux ipproċessata, mhux volatili, komposta minn żejt tal-kolza (88 %) u żejt tal-ġirasol (12 %)])

(2016/C 243/12)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Oniors Bio”

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk taħlita ta’ żjut veġetali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi kklassifikata, bħala taħlita ta’ żjut veġetali tajba għall-ikel, taħt is-subintestatura 1517 90 91 tan-Nomenklatura Magħquda jew bħala taħlita ta’ żjut veġetali mhux tajba għall-ikel, taħt is-subintestatura 1518 00 31 ta’ din in-nomenklatura, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha tal-każ, sa fejn dawn huma relatati mal-karatteristiċi u mal-proprjetajiet oġġettivi inerenti għal dan il-prodott. Fost il-fatturi rilevanti li jistgħu jiġġustifikaw il-kwalifikazzjoni ta’ tali taħlita “mhux tajba għall-ikel”, għandha tiġi evalwata l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur ta’ din it-taħlita fil-kuntest tad-dikjarazzjoni doganali, li tgħid li, minħabba fil-karatteristiċi tal-proċess tal-manifattura tagħha, il-preżenza fl-imsemmija taħlita ta’ sustanzi noċivi ma tistax tiġi eskluża. F’dan ir-rigward, il-fatt li analiżi tal-kampjuni meħuda minn tali taħlita ta’ żjut veġetali ma sabitx il-preżenza, f’din it-taħlita, ta’ ebda sustanza noċiva, ma hijiex biżżejjed, waħedha, li tikkontesta l-klassifikazzjoni tat-taħlita inkwistjoni bħala “mhux tajba għall-ikel”. Dan ir-riżultat jimplika l-eżistenza ta’ evidenza rilevanti oħra, li biha tista’ tiġi kkontestata l-eżattezza tal-informazzjoni relatata mal-proċess tal-manifattura tat-taħlita kkonċernata, ipprovduta mill-manifattur u inkluża fid-dikjarazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 62, 68 u 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE), tat-13 ta’ April 2005.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-358/15 P) (1)

((Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nruo945/2012 - Bażi legali - Kriterju bbażat fuq l-appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran - Parti mill-profitti ta’ kumpannija statali mogħtija lill-Istat tal-Iran))

(2016/C 243/13)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bank of Industry and Mine (rappreżentanti: E. Rosenfeld u S. Perrotet, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bank of Industry and Mine u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 294, 07.09.2015.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no44 de Barcelona – Spanja) – Alta Realitat SL vs Erlock Film ApS, Ulrich Thomsen

(Kawża C-384/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 8 - Assenza ta’ traduzzjoni tal-att - Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta att - Konoxxenzi lingwistiċi tad-destinatarju tal-att - Stħarriġ mill-qorti li quddiemha tressqet il-kawża fl-Istat Membru ta’ oriġini))

(2016/C 243/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no44 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alta Realitat SL

Konvenuti: Erlock Film ApS, Ulrich Thomsen

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, man-notifika ta’ att lid-destinatarju tiegħu, li jirrisjedi f’territorju ta’ Stat Membru ieħor, fil-każ fejn l-att ma kienx ġie redatt jew akkumpanjat bi traduzzjoni jew f’lingwa li tifhem il-persuna kkonċernata, jew f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn tkun trid issir in-notifika:

il-qorti adita fl-Istat Membru ta’ oriġini għandha tiżgura li dan id-destinatarju kien ġie debitament informat, permezz tal-formula standard li tidher fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, dwar id-dritt tiegħu li jirrifjuta li jaċċetta dan l-att;

f’każ ta’ ommissjoni ta’ din il-formalità, hija din il-qorti li għandha tirregolarizza l-proċedura konformement mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament;

ma hijiex il-qorti adita li għandha tostakola l-eżerċizzju tad-dritt tad-destinatarju li jirrifjuta li jaċċetta l-att;

huwa biss wara li d-destinatarju effettivament uża d-dritt tiegħu li jirrifjuta li jaċċetta l-att li l-qorti adita tkun tista’ tivverifika l-fondatezza ta’ dan ir-rifjut; għal dan il-għan, din il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha tal-fajl sabiex tiddetermina jekk il-persuna kkonċernata tifhimx jew le l-lingwa li biha ġie miktub l-att, u;

meta l-imsemmija qorti tikkonstata li r-rifjut tad-destinatarju tal-att ma kienx iġġustifikat, hija tista’ bħala prinċipju tapplika l-konsegwenzi previsti mid-dritt nazzjonali tagħha f’tali każ, sakemm tiġi ppriżervata l-effettività tar-Regolament Nru 1393/2007.


(1)  ĠU C 338, 3.11.2014.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/15


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2015 minn Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-10 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-453/14, Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-607/15 P)

(2016/C 243/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság (rappreżentant: D. Sobor, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell permezz ta’ digriet tal-4 ta’ Mejju 2016 u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Verband Sozialer Wettbewerb e.V. vs DHL Paket GmbH

(Kawża C-146/16)

(2016/C 243/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb e.V.

Konvenuta: DHL Paket GmbH

Domandi preliminari

1)

L-informazzjoni dwar l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant, fis-sens tal-Artikolu 7(4)(b) tad-Direttiva 2005/29/KE (1) għandha tkun diġà inkluża fir-reklamar għal prodotti speċifiċi li jsir f’pubblikazzjoni stampata, anki jekk il-konsumaturi jixtru l-prodotti rreklamati biss permezz tas-sit internet, indikat fir-reklamar, tal-impriża li tagħmel il-promozzjoni tal-prodotti u l-konsumaturi jistgħu faċilment jiksbu l-informazzjoni rikjesta fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva minn dan is-sit internet jew permezz tiegħu?

2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tiddependi mill-kwistjoni ta’ jekk l-impriża tagħmilx ir-reklamar f’pubblikazzjoni stampata għall-bejgħ tal-prodotti tagħha stess u tirreferi direttament għas-sit tagħha stess għall-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE, jew jekk ir-reklamar jirreferix għal prodotti mibjugħa minn impriżi oħra fuq sit internet tal-impriża li tagħmel il-promozzjoni tal-prodotti u l-konsumaturi jiksbu l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 7(4) tad-Direttiva biss permezz ta’ azzjoni jew diversi azzjonijiet addizzjonali (klikks) permezz ta’ links li jirreferu għas-siti internet ta’ dawn l-impriżi l-oħra, links li jidhru biss fis-sit imsemmi fir-reklamar, jiġifieri dak tal-amministratur tal-bejgħ interface?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 149, p. 22.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fl-1 ta’ April 2016 – Ruxandra Paula Andriciuc et vs Banca Românească SA

(Kawża C-186/16)

(2016/C 243/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ruxandra Paula Andriciuc et

Konvenuta: Banca Românească SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li żbilanċ sinjifikattiv fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt għandu jiġi analizzat billi jitqies strettament il-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt jew għandu jkopri wkoll is-sitwazzjoni li fiha, matul iż-żmien tal-kuntratt eżegwit suċċessivament, tibdil sinjifikattiv tar-rata tal-kambju jrendi l-obbligi tal-konsumatur eċċessivament onerużi meta mqabbla mal-istat tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt?

2)

Il-lingwaġġ sempliċi u ċar ta’ klawżola kuntrattwali previst fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jinftiehem fis-sens li l-klawżola inkwistjoni għandha tindika biss ir-raġunijiet tal-inklużjoni tagħha fil-kuntratt u l-mod kif din tiffunzjona, jew għandha tindika wkoll il-konsegwenzi kollha li din jista’ jkollha fuq il-prezz imħallas mill-konsumatur, bħar-riskju tal-kambju, u, fid-dawl tad-Direttiva 93/13, jista’ wieħed iqis li l-obbligu tal-bank li jinforma lill-klijent fil-mument tal-għoti tal-kreditu jipprevedi biss il-kundizzjonijiet ta’ kreditu, jiġifieri l-interessi, il-kummissjonijiet u l-garanziji imposti fuq il-persuna li tissellef, mingħajr l-inklużjoni taħt dan l-obbligu tal-possibbiltà ta’ żieda fil-valur jew deprezzament ta’ munita barranija?

3)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjonijiet “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt” u s-“suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra”, ikopru klawżola inkluża f’kuntratt ta’ kreditu konkluż f’munita barranija bejn negozjant u konsumatur li ma ġietx innegozjata individwalment u li skontha l-kreditu għandu jiġi rrimborsat fl-istess munita?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-18 ta’ April 2016 – Elecdey Carcelén S.A. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

(Kawża C-215/16)

(2016/C 243/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha, Sala Contencioso-Administrativo, Sección Segunda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elecdey Carcelén S.A.

Konvenuta: Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

Domandi preliminari

1)

Peress li l-“iskemi ta’ sostenn” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28[/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE], u fosthom l-inċentivi fiskali bħalma huma t-tnaqqis tat-taxxa, l-eżenzjonijiet u r-rimborsi tat-taxxa, huma mfassla bħala strumenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli previsti f’din id-direttiva, għandu jitqies li l-inċentivi jew il-miżuri msemmija għandhom natura vinkolanti u jorbtu lill-Istati Membri, b’effett dirett sa fejn dawn jistgħu jiġu invokati mill-individwi affettwati quddiem kwalunkwe tip ta’ istanzi pubbliċi, ġudizzjarji u amministrattivi?

2)

Il-frażi “iżda mhuwiex limitat biss” li tinsab fl-elenku, fost l-“iskemi ta’ sostenn” imsemmija fid-domanda preċedenti, ta’ inċentivi fiskali li jikkonsistu fi tnaqqis tat-taxxa, f’eżenzjonijiet u f’rimborsi ta’ taxxa, tfisser li għandu jitqies li n-nuqqas ta’ tassazzjoni għandu jingħadd fost dawn l-inċentivi, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ impożizzjoni speċifika u partikolari, li tiżdied mat-taxxi ġenerali imposti fuq l-attività ekonomika u l-produzzjoni tal-elettriku, miżmuma fuq l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli? Bl-istess mod, għandu jitqies li l-projbizzjoni ġenerali ċċitata iktar 'il fuq tinkludi l-projbizzjoni ta’ taxxa doppja, ta’ kumulu jew ta’ sovrappożizzjoni ta’ diversi taxxi ġenerali jew speċifiċi imposti fuq fażijiet differenti tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandhom impatt fuq l-istess fatt taxxabbli intaxxat bit-tariffa eolika inkwistjoni?

3)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva u jekk it-tassazzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli hija aċċettata, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118[/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE], il-kunċett ta’ “finijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex għandu jkun esklużiv u li, barra minn hekk, it-taxxa imposta fuq l-enerġija rinnovabbli għandha jkollha, mill-perspettiva tal-istruttura tagħha, natura verament mhux fiskali u mhux sempliċiment baġitarja jew ta’ ġbir ta’ dħul?

4)

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96[/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku], li, meta jsemmi l-livelli ta’ tassazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-prodotti tal-enerġija u għall-elettriku, jieħu bħala riferiment il-livelli minimi previsti mid-Direttiva, mifhuma bħala l-ammont totali tat-taxxi diretti u indiretti kollha imposti fuq dawn il-prodotti meta jitqiegħdu għall-konsum, għandu jitqies li dan l-ammont għandu jwassal għall-esklużjoni, mil-livell ta’ tassazzjoni rikjest mid-Direttiva, tat-taxxi nazzjonali li ma għandhomx natura verament mhux fiskali fid-dawl tal-istruttura u tal-iskop speċifiku tagħhom, kif interpretat mir-risposta mogħtija għad-domanda preċedenti?

5)

It-terminu “tariffi” użat fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 huwa kunċett awtonomu tad-dritt Ewropew li għandu jiġi interpretat f’sens usa’, bħala li jinkludi u huwa sinonimu tal-kunċett ta’ taxxa ġenerali?

6)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun affermattiva, it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 jistgħu jinkludu biss it-taxxi jew impożizzjonijiet fiskali maħsuba sabiex jikkumpensaw, jekk ikun il-każ, id-danni kkawżati mill-effett [tal-installazzjonijiet eoliċi] fuq l-ambjent u li jippruvaw jagħmlu tajjeb, bl-ammont irċevut, għad-danni marbuta ma’ tali preġudizzju jew effett negattiv, bl-esklużjoni tat-taxxi jew tal-benefiċċji li, sa fejn ikunu imposti fuq enerġija li ma tniġġisx, għandhom skop essenzjalment baġitarju jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul?


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-18 ta’ April 2016 – Energías Eólicas de Cuenca S.A. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

(Kawża C-216/16)

(2016/C 243/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha, Sala Contencioso-Administrativo, Sección Segunda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Energías Eólicas de Cuenca S.A.

Konvenuta: Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

Domandi preliminari

1)

Peress li l-“iskemi ta’ sostenn” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28[/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE], u fosthom l-inċentivi fiskali bħalma huma t-tnaqqis tat-taxxa, l-eżenzjonijiet u r-rimborsi tat-taxxa, huma mfassla bħala strumenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli previsti f’din id-direttiva, għandu jitqies li l-inċentivi jew il-miżuri msemmija għandhom natura vinkolanti u jorbtu lill-Istati Membri, b’effett dirett sa fejn dawn jistgħu jiġu invokati mill-individwi affettwati quddiem kwalunkwe tip ta’ istanzi pubbliċi, ġudizzjarji u amministrattivi?

2)

Il-frażi “iżda mhuwiex limitat biss” li tinsab fl-elenku, fost l-“iskemi ta’ sostenn” imsemmija fid-domanda preċedenti, ta’ inċentivi fiskali li jikkonsistu fi tnaqqis tat-taxxa, f’eżenzjonijiet u f’rimborsi ta’ taxxa, tfisser li għandu jitqies li n-nuqqas ta’ tassazzjoni għandu jingħadd fost dawn l-inċentivi, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ impożizzjoni speċifika u partikolari, li tiżdied mat-taxxi ġenerali imposti fuq l-attività ekonomika u l-produzzjoni tal-elettriku, miżmuma fuq l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli? Bl-istess mod, għandu jitqies li l-projbizzjoni ġenerali ċċitata iktar 'il fuq tinkludi l-projbizzjoni ta’ taxxa doppja, ta’ kumulu jew ta’ sovrappożizzjoni ta’ diversi taxxi ġenerali jew speċifiċi imposti fuq fażijiet differenti tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandhom impatt fuq l-istess fatt taxxabbli intaxxat bit-tariffa eolika inkwistjoni?

3)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva u jekk it-tassazzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli hija aċċettata, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118[/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE], il-kunċett ta’ “finijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex għandu jkun esklużiv u li, barra minn hekk, it-taxxa imposta fuq l-enerġija rinnovabbli għandha jkollha, mill-perspettiva tal-istruttura tagħha, natura verament mhux fiskali u mhux sempliċiment baġitarja jew ta’ ġbir ta’ dħul?

4)

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96[/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku], li, meta jsemmi l-livelli ta’ tassazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-prodotti tal-enerġija u għall-elettriku, jieħu bħala riferiment il-livelli minimi previsti mid-Direttiva, mifhuma bħala l-ammont totali tat-taxxi diretti u indiretti kollha imposti fuq dawn il-prodotti meta jitqiegħdu għall-konsum, għandu jitqies li dan l-ammont għandu jwassal għall-esklużjoni, mil-livell ta’ tassazzjoni rikjest mid-Direttiva, tat-taxxi nazzjonali li ma għandhomx natura verament mhux fiskali fid-dawl tal-istruttura u tal-iskop speċifiku tagħhom, kif interpretat mir-risposta mogħtija għad-domanda preċedenti?

5)

It-terminu “tariffi” użat fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 huwa kunċett awtonomu tad-dritt Ewropew li għandu jiġi interpretat f’sens usa’, bħala li jinkludi u huwa sinonimu tal-kunċett ta’ taxxa ġenerali?

6)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun affermattiva, it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 jistgħu jinkludu biss it-taxxi jew impożizzjonijiet fiskali maħsuba sabiex jikkumpensaw, jekk ikun il-każ, id-danni kkawżati mill-effett [tal-installazzjonijiet eoliċi] fuq l-ambjent u li jippruvaw jagħmlu tajjeb, bl-ammont irċevut, għad-danni marbuta ma’ tali preġudizzju jew effett negattiv, bl-esklużjoni tat-taxxi jew tal-benefiċċji li, sa fejn ikunu imposti fuq enerġija li ma tniġġisx, għandhom skop essenzjalment baġitarju jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul?


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-20 ta’ April 2016 – Iberenova Promociones S.A.U. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

(Kawża C-220/16)

(2016/C 243/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha, Sala Contencioso-Administrativo, Sección Segunda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Iberenova Promociones S.A.U.

Konvenuta: Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

Domandi preliminari

1)

Peress li l-“iskemi ta’ sostenn” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28[/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE], u fosthom l-inċentivi fiskali bħalma huma t-tnaqqis tat-taxxa, l-eżenzjonijiet u r-rimborsi tat-taxxa, huma mfassla bħala strumenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli previsti f’din id-direttiva, għandu jitqies li l-inċentivi jew il-miżuri msemmija għandhom natura vinkolanti u jorbtu lill-Istati Membri, b’effett dirett sa fejn dawn jistgħu jiġu invokati mill-individwi affettwati quddiem kwalunkwe tip ta’ istanzi pubbliċi, ġudizzjarji u amministrattivi?

2)

Il-frażi “iżda mhuwiex limitat biss” li tinsab fl-elenku, fost l-“iskemi ta’ sostenn” imsemmija fid-domanda preċedenti, ta’ inċentivi fiskali li jikkonsistu fi tnaqqis tat-taxxa, f’eżenzjonijiet u f’rimborsi ta’ taxxa, tfisser li għandu jitqies li n-nuqqas ta’ tassazzjoni għandu jingħadd fost dawn l-inċentivi, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ impożizzjoni speċifika u partikolari, li tiżdied mat-taxxi ġenerali imposti fuq l-attività ekonomika u l-produzzjoni tal-elettriku, miżmuma fuq l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli? Bl-istess mod, għandu jitqies li l-projbizzjoni ġenerali ċċitata iktar 'il fuq tinkludi l-projbizzjoni ta’ taxxa doppja, ta’ kumulu jew ta’ sovrappożizzjoni ta’ diversi taxxi ġenerali jew speċifiċi imposti fuq fażijiet differenti tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandhom impatt fuq l-istess fatt taxxabbli intaxxat bit-tariffa eolika inkwistjoni?

3)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva u jekk it-tassazzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli hija aċċettata, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118[/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE], il-kunċett ta’ “finijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex għandu jkun esklużiv u li, barra minn hekk, it-taxxa imposta fuq l-enerġija rinnovabbli għandha jkollha, mill-perspettiva tal-istruttura tagħha, natura verament mhux fiskali u mhux sempliċiment baġitarja jew ta’ ġbir ta’ dħul?

4)

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96[/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku], li, meta jsemmi l-livelli ta’ tassazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-prodotti tal-enerġija u għall-elettriku, jieħu bħala riferiment il-livelli minimi previsti mid-Direttiva, mifhuma bħala l-ammont totali tat-taxxi diretti u indiretti kollha imposti fuq dawn il-prodotti meta jitqiegħdu għall-konsum, għandu jitqies li dan l-ammont għandu jwassal għall-esklużjoni, mil-livell ta’ tassazzjoni rikjest mid-Direttiva, tat-taxxi nazzjonali li ma għandhomx natura verament mhux fiskali fid-dawl tal-istruttura u tal-iskop speċifiku tagħhom, kif interpretat mir-risposta mogħtija għad-domanda preċedenti?

5)

It-terminu “tariffi” użat fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 huwa kunċett awtonomu tad-dritt Ewropew li għandu jiġi interpretat f’sens usa’, bħala li jinkludi u huwa sinonimu tal-kunċett ta’ taxxa ġenerali?

6)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun affermattiva, it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 jistgħu jinkludu biss it-taxxi jew impożizzjonijiet fiskali maħsuba sabiex jikkumpensaw, jekk ikun il-każ, id-danni kkawżati mill-effett [tal-installazzjonijiet eoliċi] fuq l-ambjent u li jippruvaw jagħmlu tajjeb, bl-ammont irċevut, għad-danni marbuta ma’ tali preġudizzju jew effett negattiv, bl-esklużjoni tat-taxxi jew tal-benefiċċji li, sa fejn ikunu imposti fuq enerġija li ma tniġġisx, għandhom skop essenzjalment baġitarju jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul?


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-20 ta’ April 2016 – Iberdrola Renovables Castilla La Mancha S.A. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

(Kawża C-221/16)

(2016/C 243/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha, Sala Contencioso-Administrativo, Sección Segunda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Iberdrola Renovables Castilla La Mancha S.A.

Konvenuta: Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

Domandi preliminari

1)

Peress li l-“iskemi ta’ sostenn” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28[/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE], u fosthom l-inċentivi fiskali bħalma huma t-tnaqqis tat-taxxa, l-eżenzjonijiet u r-rimborsi tat-taxxa, huma mfassla bħala strumenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli previsti f’din id-direttiva, għandu jitqies li l-inċentivi jew il-miżuri msemmija għandhom natura vinkolanti u jorbtu lill-Istati Membri, b’effett dirett sa fejn dawn jistgħu jiġu invokati mill-individwi affettwati quddiem kwalunkwe tip ta’ istanzi pubbliċi, ġudizzjarji u amministrattivi?

2)

Il-frażi “iżda mhuwiex limitat biss” li tinsab fl-elenku, fost l-“iskemi ta’ sostenn” imsemmija fid-domanda preċedenti, ta’ inċentivi fiskali li jikkonsistu fi tnaqqis tat-taxxa, f’eżenzjonijiet u f’rimborsi ta’ taxxa, tfisser li għandu jitqies li n-nuqqas ta’ tassazzjoni għandu jingħadd fost dawn l-inċentivi, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ impożizzjoni speċifika u partikolari, li tiżdied mat-taxxi ġenerali imposti fuq l-attività ekonomika u l-produzzjoni tal-elettriku, miżmuma fuq l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli? Bl-istess mod, għandu jitqies li l-projbizzjoni ġenerali ċċitata iktar 'il fuq tinkludi l-projbizzjoni ta’ taxxa doppja, ta’ kumulu jew ta’ sovrappożizzjoni ta’ diversi taxxi ġenerali jew speċifiċi imposti fuq fażijiet differenti tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandhom impatt fuq l-istess fatt taxxabbli intaxxat bit-tariffa eolika inkwistjoni?

3)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva u jekk it-tassazzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli hija aċċettata, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118[/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE], il-kunċett ta’ “finijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex għandu jkun esklużiv u li, barra minn hekk, it-taxxa imposta fuq l-enerġija rinnovabbli għandha jkollha, mill-perspettiva tal-istruttura tagħha, natura verament mhux fiskali u mhux sempliċiment baġitarja jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul?

4)

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96[/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku], li, meta jsemmi l-livelli ta’ tassazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-prodotti tal-enerġija u għall-elettriku, jieħu bħala riferiment il-livelli minimi previsti mid-Direttiva, mifhuma bħala l-ammont totali tat-taxxi diretti u indiretti kollha imposti fuq dawn il-prodotti meta jitqiegħdu għall-konsum, għandu jitqies li dan l-ammont għandu jwassal għall-esklużjoni, mil-livell ta’ tassazzjoni rikjest mid-Direttiva, tat-taxxi nazzjonali li ma għandhomx natura verament mhux fiskali fid-dawl tal-istruttura u tal-iskop speċifiku tagħhom, kif interpretat mir-risposta mogħtija għad-domanda preċedenti?

5)

It-terminu “tariffi” użat fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 huwa kunċett awtonomu tad-dritt Ewropew li għandu jiġi interpretat f’sens usa’, bħala li jinkludi u huwa sinonimu tal-kunċett ta’ taxxa ġenerali?

6)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun affermattiva, it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 jistgħu jinkludu biss it-taxxi jew impożizzjonijiet fiskali maħsuba sabiex jikkumpensaw, jekk ikun il-każ, id-danni kkawżati mill-effett [tal-installazzjonijiet eoliċi] fuq l-ambjent u li jippruvaw jagħmlu tajjeb, bl-ammont irċevut, għad-danni marbuta ma’ tali preġudizzju jew effett negattiv, bl-esklużjoni tat-taxxi jew tal-benefiċċji li, sa fejn ikunu imposti fuq enerġija li ma tniġġisx, għandhom skop essenzjalment baġitarju jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul?


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-20 ta’ April 2016 – “MIP-TS” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna

(Kawża C-222/16)

(2016/C 243/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“MIP-TS” OOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Varna

Domanda preliminari

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011, tat-3 ta’ Awwissu 2011, ikopri l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li jkollhom daqs ta’ ċellola ta’ iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li tiżen iktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibreglass, li bħalissa jinsabu fil-kodiċijiet tan-NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (il-kodiċijiet tat-TARIC 7019510010 u 7019590010) u li fl-10 ta’ April 2012 ġew irreġistrati għall-finijiet tal-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u għall-konsum” bl-indikazzjoni li kienu joriġinaw mit-Tajlandja, minn fejn kienu ntbagħtu, meta fil-fatt joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif ikkonstat fil-kuntest ta’ investigazzjoni magħmula u ta’ rapport redatt mill-OLAF skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill?


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ April 2016 – Asotsiatsiya na balgarskite predpriyatiya za mezhdunarodni prevozi i patishtata (AEBTRI) vs Nachalnik na Mitnitsa Burgas bħala s-suċċessur ta’ Mitnitsa Svilengrad

(Kawża C-224/16)

(2016/C 243/23)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asotsiatsiya na balgarskite predpriyatiya za mezhdunarodni prevozi i patishtata (AEBTRI)

Konvenut: Nachalnik na Mitinitsa Burgas bħala s-suċċessur ta’ Mitnitsa Svilengrad

Domandi preliminari

1)

Sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet ġudizzjarji kunfliġġenti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti interpretazzjoni vinkolanti għall-qrati tal-Istati Membri tal-Konvenzjoni TIR, konkluża mill-Komunità Ewropea permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78 (1), tal-25 ta’ Lulju 1978, “dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta’ Novembru 1975 f’Ġinevra” (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 208; din il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fil-Komunità Ewropea fl-20 ta’ Ġunju 1983), fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 11 tal-Konvenzjoni TIR bil-għan li jiġi evalwat jekk l-assoċjazzjoni garanti tkunx responsabbli wkoll taħt l-Artikolu 457(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni (2) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju?

2)

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 457(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni, flimkien mal-Artikolu 8(7) [li sar l-Artikolu 11(2)] tal-Konvenzjoni TIR, flimkien man-noti ta’ spjega tagħhom, tippermetti li jitqies li, f’każ bħal dak ineżami, meta d-dejn imsemmi fl-Artikolu 8(1) u (2) tal-Konvenzjoni [TIR] isir dovut, il-ħlas ta’ dan id-dejn għandu jintalab, sa fejn ikun possibbli, mid-detentur tal-carnet TIR, qabel ma titressaq talba quddiem l-assoċjazzjoni garanti?

3)

Meta destinatarju jikseb jew ikollu fil-pussess tiegħu merkanzija li jkun jaf li tkun ġiet ittrasportata taħt carnet TIR u meta ma jkunx ġie stabbilit li din il-merkanzija kienet ġiet ippreżentata u ddikjarata fl-uffiċċju doganali (ta’ destinazzjoni), għandu jitqies, fid-dawl biss ta’ dawn il-fatti, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 203(3), flimkien mal-Artikolu 213 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, li dan id-destinatarju huwa persuna li kienet taf jew li raġonevolment kien imissha kienet taf li l-merkanzija kienet inħarġet mis-sorveljanza doganali u li din il-persuna għandha tinżamm responsabbli in solidum?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-ommissjoni mill-amministrazzjoni doganali li titlob lil dan l-istess destinatarju jħallas id-dejn doganali tipprekludi l-involviment tar-responsabbiltà – irregolata b’mod partikolari permezz tal-Artikolu 457(2) tar-Regolament ta’ implementazzjoni – tal-assoċjazzjoni garanti msemmija fl-Artikolu 1(q) tal-Konvenzjoni TIR?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78, tal-25 ta’ Lulju 1978, dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta’ Novembru 1975 f’Ġinevra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 208).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Edward Cussens, John Jennings, Vincent Kingston vs T. G. Brosman

(Kawża C-251/16)

(2016/C 243/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edward Cussens, John Jennings, Vincent Kingston

Konvenut: T. G. Brosman

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt, li kif ġie ddikjarat fis-sentenza tal-21 ta’ Frar 2006, Halifax et, C-225/02, EU:C:2006:121, huwa applikabbli fil-qasam tal-VAT, għandu effett dirett kontra individwu fl-assenza ta’ miżura nazzjonali, kemm jekk leġiżlattiva kif ukoll jekk ġudizzjarja, li timplementa dan il-prinċipju, meta, bħal ma huwa l-każ f’din il-kawża, ir-riklassifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ qabel il-bejgħ u ta’ dawk tal-bejgħ lix-xerrejja (iktar ’il quddiem imsemmija, flimkien, it-“tranżazzjonijiet tar-rikorrenti”), kif issuġġerita mill-Commissioners, tnissel fi ħdan ir-rikorrenti responsabbiltà għall-ħlas tal-VAT, filwaqt li, skont applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ dak iż-żmien għat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti, tali responsabbiltà ma kinitx tnisslet?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt għandu effett dirett għal individwu, anki fl-assenza ta’ miżura nazzjonali, kemm jekk leġiżlattiva kif ukoll jekk ġudizzjarja, li timplementa dan il-prinċipju, l-istess prinċipju huwa suffiċjentement ċar u preċiż sabiex jiġi applikat għat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti mwettqa qabel ma ngħatat is-sentenza Halifax, u b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti?

3)

Jekk il-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt japplika għat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti b’tali mod li dawn għandhom jiġu rriklassifikati,

a)

liema huwa l-mekkaniżmu ġuridiku li permezz tiegħu għandha tiġi evalwata u miġbura l-VAT dovuta fuq it-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti, peress li skont id-dritt nazzjonali l-ebda VAT ma hija dovuta, determinabbli jew ma għandha tinġabar, u

b)

kif jistgħu il-qrati nazzjonali jimponu tali responsabbiltà għall-ħlas tal-VAT?

4)

Sabiex tiddetermina jekk l-għan essenzjali tat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti kienx li jinkiseb vantaġġ fiskali, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet ta’ qabel il-bejgħ (li, kif ġie deċiż, twettqu biss għal raġunijiet fiskali) b’mod iżolat, jew inkella għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-għan globali tat-tranżazzjonijiet tar-rikorrenti?

5)

L-Artikolu 4(9) tal-liġi tal-VAT għandu jiġi ttrattat bħala leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi s-Sitt Direttiva (1), minkejja l-fatt li huwa inkompatibbli mad-dispożizzjoni leġiżlattiva prevista fl-Artikolu 4(3) tas-Sitt Direttiva li, jekk jiġi interpretat korrettament, iwassal sabiex ir-rikorrenti jiġu ttrattati, f’dak li jirrigwarda l-kunsinna qabel l-ewwel okkupazzjoni tal-proprjetà immobbli, bħala persuni taxxabbli, filwaqt li diġà kien hemm ċessjoni preċedenti suġġetta għall-VAT?

6)

Jekk l-Artikolu 4(9) huwa inkompatibbli mas-Sitt Direttiva, ir-rikorrenti li jużaw din id-dispożizzjoni jkunu qegħdin iwettqu abbuż ta’ dritt li jmur kontra l-prinċipji sanċiti fis-sentenza Halifax?

7)

Sussidjarjament, jekk l-Artikolu 4(9) huwa inkompatibbli mas-Sitt Direttiva, ir-rikorrenti kisbu vantaġġ fiskali li jmur kontra l-għan tad-Direttiva u jew tal-Artikolu 4?

8)

Anki jekk l-Artikolu 4(9) ma għandux jiġi ttrattat bħala li jittrasponi s-Sitt Direttiva, il-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt kif stabbilit fis-sentenza Halifax japplika madankollu għat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Halifax?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/24


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn Schenker Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-265/12, Schenker Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-263/16 P)

(2016/C 243/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Schenker Ltd (rappreżentanti: F. Montag, avukat, F. Hoseinian, avukat, M. Eisenbarth, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-265/12 Schenker Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tannulla l-Artikolu 1(1)(a) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2012 fil-Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-Merkanzija (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tannulla jew, sussidjarjament, tnaqqas il-multi stipulati fl-Artikolu 2(1)(a) tad-deċiżjoni kkontestata jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq l-applikazzjoni għall-immunità ta’ Deutsche Post, li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja u li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa tinvestiga l-ksur potenzjali ta’ dan il-prinċipju.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-Artikolu 1 tar-Regolament 141/62 (1) bħala li ma huwiex applikabbli għall-aġir marbut mas-“sistema ta’ esportazzjoni ġdida tar-Renju Unit”.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-aġir marbut mas-“sistema ta’ esportazzjoni ġdida tar-Renju Unit”, minkejja li huwa limitat għal sovrataxxi fuq servizz ta’ depożitu marbut ma’ spedizzjoni ta’ merkanzija mir-Renju Unit lejn pajjiżi barra miż-ŻEE, seta’ jaffettwa b’mod sinjifikattiv il-kummerċ bejn Stati Membri.

4.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) meta ddeċidiet li ma żżommx lil The Brink’s Company responsabbli in solidum mal-appellanti (bħala suċċessur ta’ BAX Global Ltd (UK)) għall-aġir marbut mas-“sistema ta’ esportazzjoni ġdida tar-Renju Unit”.

5.

Meta qieset li l-Kummissjoni, fil-kalkolu tagħha tal-multi, ma kisritx l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (2), u lanqas il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza tal-piena għall-ksur, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, eċċediet il-limiti tal-kompetenzi tagħha taħt l-Artikolu 264 TFUE u naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ bbilanċjar fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat ir-rati ta’ tnaqqis użati mill-Kummissjoni skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 (3) u żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata.


(1)  KEE: Regolament tal-Kunsll Nru 141 li jeżenta t-trasport mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 (ĠU 1962, 124, p. 2751).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mnilin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(3)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (ĠU 2006, C 298, p. 17).


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/25


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd, Schenker International (H.K.) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-267/12, Deutsche Bahn AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-264/16 P)

(2016/C 243/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd, Schenker International (H.K.) Ltd (rappreżentanti: F. Montag, F. Hoseinian, M. Eisenbarth, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tad-29 ta’ Frar 2016, Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni (T-267/12, EU:T:2016:110);

tannulla l-Artikolu 1(2)(g), l-Artikolu 1(3)(a) u (b), u l-Artikolu 1(4)(h) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni mogħtija fit-28 ta’ Marzu 2012 fil-Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tannulla jew, sussidjarjament, tnaqqas il-multi ffissati fl-Artikolu 2(2)(g), fl-Artikolu 2(3)(a) u (b), u fl-Artikolu 2(4)(h) tad-deċiżjoni kkontestata jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jqajmu l-ħames aggravji li ġejjin insostenn tal-appell:

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet intitolata tibbaża ruħha fuq it-talba għal immunità ta’ Deutsche Post, li l-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja ma kienx ġie miksur u li l-Kummissjoni ma kellhiex l-obbligu tinvestiga dwar il-ksur possibbli ta’ dan il-prinċipju.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 141 (1) b’tali mod li ma japplikax għall-aġir relatat mas-“sistema ta’ manifest avvanzata”.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE meta hija ddeċidiet li ma tikkundannax lil The Brink’s Company in solidum ma’ Schenker China Ltd. [bħala s-suċċessur ta’ BAX Global (China) Co. Ltd.] għall-aġir relatat mal-“fattur ta’ aġġustament tal-valuta Ċiniż”.

4.

Meta ddeċidiet li, fil-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (2), u lanqas il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza tal-piena għall-ksur, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, billi eċċediet il-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mill-Artikolu 264 TFUE u billi ma wettqitx eżerċizzju ta’ bbilanċjar fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkonfermat ir-rati ta’ tnaqqis użati mill-Kummissjoni skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 (3). Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata u kisret id-dritt tal-appellanti għal smigħ xieraq.


(1)  KEE: Regolament tal-Kunsill Nru 141 li jirrigwarda n-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 għas-setturi tat-trasport (ĠU 1962, 124, p. 2751).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(3)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (ĠU 2006, C 298, p. 17,


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/27


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 minn Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG, Panalpina China Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Frar 2016 fil-Kawża T-270/12: Panalpina World Transport (Holding) Ltd et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-271/16 P)

(2016/C 243/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG, Panalpina China Ltd (rappreżentanti: S. Mobley, A. Stratakis u A. Gamble, Solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appelata, sa fejn tiċħad l-ewwel motiv tal-appelanti f’dak li jirrigwarda l-ksur;

temenda l-Artikolu 2(2) u (3) tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2012 fil-Każ COMP/39462 – Transit (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw lill-appellanti u, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, tnaqqas il-multi imposti fuq l-appellanti; u

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk sostnuti mill-appellanti fil-kuntest ta’ din il-proċedura u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-kuntest tal-verifika ta’ jekk il-Kummissjoni kinitx tbegħdet mill-prassi deċiżjonali tagħha, kinitx wettqet żbalji ta’ liġi jew kinitx kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt billi marret manifestament lil hinn mil-limiti ta’ evalwazzjoni raġonevoli tal-provi li ġew prodotti quddiemha u billi applikat b’mod ħażin il-ġurisprudenza rilevanti. L-aggravji preċiżi tal-appellanti insostenn tal-appell huma s-segwenti:

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt billi marret manifestament lil hinn mil-limiti ta’ evalwazzjoni raġonevoli tal-provi dwar jekk il-ksur inkwistjoni, b’mod partikolari l-ksur marbut mal-AMS u s-CAF, kienx jirrigwarda l-“pakkett tas-servizzi” ta’ tranżitu kollu.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma applikatx il-prinċipju ġurisprudenzjali li jgħid li, fil-każ ta’ ksur marbut ma komponent ta’ prodott jew ta’ servizz, il-Kummissjoni għandha tiħu inkunsiderazzjoni biss il-bejgħ imputabbli lil dan il-komponent.


Il-Qorti Ġenerali

4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2016 – Good Luck Shipping vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-423/13 u T-64/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari fl-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ liġi - Bażi legali - Żball ta’ evalwazzjoni - Assenza ta’ provi”))

(2016/C 243/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Good Luck Shipping LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, barrister, M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013 L 156, p. 10), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013 L 156, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 3) sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġu ddikjarati inapplikabbli d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 272, p. 46), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 272, p. 1).

Dispożittiv

1)

Huma annullati, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lil Good Luck Shipping LLC:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni Nru 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/661 huma miżmuma fir-rigward ta’ Good Luck Shipping sad-data effettiva tal-annullament tar-Regolament Nru 1154/2013.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Good Luck Shipping.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni vs McCarron Poultry

(Kawża T-226/14) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Il-Ħames Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002) - Kuntratt li jikkonċerna l-qasam tal-‘Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli’ - Xoljiment ta’ kuntratt - Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”])

(2016/C 243/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u F. Moro, sussegwentement F. Moro, aġenti, assistiti minn R. van der Hout, avukat)

Konvenuta: McCarron Poultry Ltd (Killacorn Emyvale, l-Irlanda)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata sabiex tirrimborsa parti mill-antiċipu mħallas mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt NNE5/1999/20229, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

McCarron Poultry Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 900 662,25 flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 2,50 % fis-sena, li jiddekorru mill-1 ta’ Diċembru 2010 u sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn.

2)

McCarron Poultry hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Etyam (ocean beach club ibiza)

(Kawża T-753/14) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ocean beach club Ibiza - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti ocean drive Ibiza-hotel u OCEAN THE GROUP - Annullament tad-trade mark preċedenti li sservi bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 243/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, F. Miazzetto u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Etyam, SL (Ibiza, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2293/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Etyam u Ice Mountain Ibiza.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)

(Kawża T-5/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ocean beach club ibiza - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti OC ocean club u OC ocean club Ibiza - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 243/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, F. Miazzetto u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marbella Atlantic Ocean Club, SL (Puerto Banús, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2292/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marbella Atlantic Ocean Club u Ice Mountain Ibiza.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ice Mountain Ibiza, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean ibiza)

(Kawża T-6/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ocean ibiza - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti OC ocean club u OC ocean club Ibiza - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 243/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, F. Miazzetto u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marbella Atlantic Ocean Club, SL (Puerto Banús, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2207/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marbella Atlantic Ocean Clib u Ice Mountain Ibiza.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ice Mountain Ibiza, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs Grup Supeco Maxor (Supeco)

(Kawża T-126/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Supeco - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti SUPER COR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Portata tal-eżami mwettaq mill-Bord tal-Appell - Oġġetti u servizzi li hija bbażata fuqhom l-oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Avviż Nru 2/12”])

(2016/C 243/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Scheffer u A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grup Supeco Maxor, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez Almeida y Alejos Pita, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1112/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Grup Supeco Maxor, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – U-R LAB vs EUIPO (THE DINING EXPERIENCE)

(Kawżi T-422/15 u T-423/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi u verbali THE DINING EXPERIENCE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 243/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: U-R LAB (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Mejju 2015 (Każijiet R 2541/2014-4 u R 2542/2014-4), li jikkonċernaw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, minn naħa, tas-sinjal figurattiv u, min-naħa l-oħra, tas-sinjal verbali THE DINING EXPERIENCE bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-422/15 u T-423/15 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħudin.

3)

U-R LAB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/33


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2016 – KK vs EASME

(Kawża T-376/15)

(2016/C 243/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: KK (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. -P. Spitzer, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha l-EASME ċaħdet il-proposta tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-EASME tħallas is-somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens tat-telf ta’ opportunità, u EUR 90 800 bħala kumpens għad-dannu materjali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-EASME għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi insostenn tat-talbiet għal annullament tagħha.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inaċċessibbiltà teknika tal-portal internet fejn il-proposta tar-rikorrenti bħala tweġiba għal sejħa għal proposti u attivitajiet konnessi li jaqgħu taħt il-Programm Qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni (2014-2020) – Orizzont 2020 kellha tiġi ppreżentata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti, kuntrarjament għal dak li sostniet l-EASME, ma kinitx iffirmat b’mod frawdolenti l-impenn meħud mal-preżentazzjoni tal-fajl ta’ proposta tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li ċ-ċaħda tal-proposta ppreżentata mir-rikorrenti kienet tmur kontra r-regolament tal-kompetizzjoni.

Ir-rikorrenti tinovka wkoll żewġ motivi insostenn tat-talbiet għal kumpens tagħha.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq id-dannu materjali li r-rikorrenti kienet issubixxiet minħabba t-telf ta’ opportunità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq id-dannu materjali li r-rikorrenti kienet issubixxiet minħabba ż-żmien li ħadet sabiex twieġeb għas-sejħa għal offerti.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/33


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – Gregis vs EUIPO – DM9 Automobili (ATS)

(Kawża T-5/16)

(2016/C 243/36)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gian Luca Gregis (Adeje, Spanja) (rappreżentant: M. Bartolucci, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DM9 Automobili Srl (Borgomanero, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “ATS” – Trade mark Komunitarja Nru 9 799 719

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti dwar ir-reġistrazzjoni ta’ trasferiment

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ R 588/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkanċella t-trasferiment T8391925, tal-14 ta’ April 2014.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 31 tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tar-Regola 84(3)(b) tar-Regolament Nru 2868/95.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2016 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/16)

(2016/C 243/37)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/180, tad-9 ta’ Frar 2016, li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Litwanja u għall-Polonja (ĠU L 35, p. 12), sa fejn permezz tagħha l-gmina (komun) ta’ Czyże, il-parti li jifdal tal-gmina ta’ Zabłudów kif ukoll il-gmina ta’ Hajnówka flimkien mal-belt Hajnówka ġew inklużi fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/709/EU;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit tan-natura neċessarja tal-miżuri kkontestati sabiex jintlaħaq l-għan segwit, nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit tan-natura xierqa tal-miżuri kkontestati sabiex jintlaħaq l-għan segwit u nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità fis-sens strett tal-miżuri kkontestati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżiti proċedurali sostanzjali, stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13), u fir-regoli interni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni għad-deċiżjoni kkontestata.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2016 – Guardian Glass España, Central Vidriera vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-170/16)

(2016/C 243/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Guardian Glass España, Central Vidriera, S.L. (Llodio, Spanja) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, D. Armesto Macías, A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara ammissibbli r-rikors u l-motivi ta’ annullament invokati;

tilqa’ l-motivi ta’ annullament invokati fir-rikors u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE sabiex ir-rikorrenti tkun tista’ teżerċita d-drittijiet proċedurali tagħha u l-Kummissjoni tkun tista’ tqajjem, b’mod formali u konformement mad-dritt, id-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad il-kompatibbiltà ta’ ċerta għajnuna riċevuta minn Guardian, deċiżjoni kkomunikata lill-awtoritajiet Spanjoli permezz ta’ ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2015 intitolata “Tilwim fiskali fil-País Vasco (Álava) – Messaġġ informali dwar l-allegazzjonijiet supplimentari ta’ kompatibbiltà mad-DAR tal-1998”, u nnotifikata lir-rikorrenti mill-awtoritajiet Spanjoli fid-19 ta’ Frar 2016.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv

Prinċipalment, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna individwali mas-suq intern bi ksur, minn naħa, tal-Artikolu 250 TFUE u tal-prinċipju ta’ kolleġjalità peress li din id-deċiżjoni ma ġietx adottata mill-Kulleġġ tal-Kummissarji u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll tal-Artikoli 4 u 13 tar-Regolament Nru 659/1999 (1) peress li l-Kummissjoni ma fetħitx proċedura formali qabel ma adottat id-deċiżjoni tagħha.

2.

It-tieni motiv

Permezz tat-tieni motiv ta’ annullament, ippreżentat sussidjarjament, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE peress li l-Kummissjoni wettqet żball fid-deċiżjoni kkontestata meta eżaminat il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq intern.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/36


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2016 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL)

(Kawża T-185/16)

(2016/C 243/39)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Make up for ever SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Caron, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L’Oréal (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 371 341

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 3222/2014-5

Talbiet

tikkonkludi favur il-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea semi-figurattiva “MAKE UP FOR EVER PROFESSIONAL” Nru 3 371 341 għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

terġa’ tibgħat il-kawża quddiem l-EUIPO sabiex tingħata segwitu ulterjuri, jekk ikun neċessarju;

tikkundanna lill-kumpannija L’Oréal għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem il-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, il-Bord tal-Appell tal-EUIPO u minn dan ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik vs EUIPO – Viña y Bodega Botalcura (LITU)

(Kawża T-187/16)

(2016/C 243/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Viña y Bodega Botalcura SA (Las Condes, iċ-Ċilì)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LITU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 684 833

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 719/2015-2

Talbiet

tagħti sentenza li taċċetta r-rikors, u tannulla b’mod sħiħ id-deċiżjoni kkontestata;

tordna li tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għat-trade mark verbali LITU fir-rigward tal-prodotti kollha;

tikkundanna lill-konvenut u/jew lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Andrea Incontri vs EUIPO – HigicoL (ANDREA INCONTRI)

(Kawża T-197/16)

(2016/C 243/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Andrea Incontri Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HigicoL, SA (Baguim do monte, il-Portugal)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ANDREA INCONTRI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 985 323

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 146/2015-4

Talbiet

tibdel totalment id-deċiżjoni kkontestata;

konsegwentement, taċċetta l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 985 323 ANDREA INCONTRI fl-intier tagħha;

tordna li l-partijiet ibatu l-ispejjeż tal-proċeduri preżenti, kif ukoll dawk tal-oppożizzjoni tal-EUIPO u tal-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/38


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – Ranocchia vs ERCEA

(Kawża T-208/16)

(2016/C 243/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Graziano Ranocchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: C. Intino, avukat)

Konvenuta: Agenzia esecutiva del Consiglio europeo della ricerca (ERCEA) (Brussell, il-Belġju)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat għar-rimedji tal-ERCEA tas-26 ta’ Frar 2016, Ref. Ares (2016)1020667 – 29/02/2016, adottata fl-aħħar tal-ilment formali ppreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016, kontra l-ittra ta’ evalwazzjoni tal-Professur José Labastida tas-17 ta’ Diċembru 2015, Ref. Ares (2015)5922529;

tannulla l-ittra ta’ evalwazzjoni tal-Professur José Labastida tas-17 ta’ Diċembru 2015, Ref Ares (2015)5922529 kif ukoll l-atti konnessi ma’ dawk iċċitati, fosthom il-lista tal-proġetti approvati mill-panel SH5-Cultures and Cultural Production tal-ERC-Cog-2015, magħmula pubblika mill-ERCEA permezz tal-istqarrija għall-istampa tat-12 ta’ Frar 2016;

tannulla kull att preliminari, konsekuttiv u konness.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka użu ħażin ta’ poter minħabba n-natura manifestament irraġonevoli tad-deċiżjoni, żnaturament tal-fatti li minnhom jirriżulta n-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-proposta, kif ukoll ksur tal-leġiżlazzjoni tal-ERCEA relattiva għall-evalwazzjoni tal-proposti.

Il-proċeduri tal-għażla huma oġġettivament u soġġettivament żbaljati.

Fir-rigward tal-aspett oġġettiv, tiġi invokata d-differenza kbira bejn l-evalwazzjonijiet individwali tal-kummissarji (pożittivi ħafna) u d-deċiżjoni finali sħiħa (ċħid tal-proposta), kif ukoll l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ evalwazzjoni.

Fir-rigward tal-aspett soġġettiv, tiġi invokata n-natura qarrieqa fl-espożizzjoni tal-atti u tal-fatti li ddeterminaw in-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-proposta. Tiġi enfasizzata b’mod partikolari l-varjazzjoni tal-kriterju tal-“eċċellenza” għall-finijiet tal-evalwazzjoni.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2016 – Lukash vs Il-Kunsill

(Kawża T-210/16)

(2016/C 243/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Olena Lukash (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ta’ Olena Lukash ammissibbli;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESC, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjonijiet u r-regolamenti sussegwenti li jestendu l-miżuri restrittivi imposti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESC, tal-5 ta’ Marzu 2014 u taġġorna l-motivi, jiġifieri:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/364/PESC, tal-5 ta’ Marzu 2015;

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015;

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/876/PESC, tal-5 ta’ Ġunju 2015;

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/869, tal-5 ta’ Ġunju 2015;

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/318/PESC, tal-4 ta’ Marzu 2016;

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-4 ta’ Marzu 2016;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju effettiv.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/119/PESC, li jinsabu fil-premessa 4 tar-Regolament (UE) Nru 208/2014, fil-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2015/364/PESC, fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/357, fil-premessa 4 tad-Deċiżjoni 2015/876/PESC, fil-premessa 3 tar-Regolament (UE) Nru 2015/357, fil-premessa 4 tad-Deċiżjoni 2016/318/PESC, irriprodotti fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/357.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt imwettaq mill-Kunsill.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur manifest tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/40


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FRee STyLe)

(Kawża T-212/16)

(2016/C 243/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “FRee StyLe” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 317 642”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12/02/2016 fil-Każ R 377/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 52(1)(a) tal-istess test.

Koeżistenza tat-trade marks konfliġġenti flimkien ma’ sinjali oħra li jinkludu t-terminu “FREE STYLE”.

Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell laqa’, b’mod żbaljat, il-provi prodotti mir-rikorrenti wara t-terminu preskritt għal dan fl-Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/41


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FREE STYLE)

(Kawża T-213/16)

(2016/C 243/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “FREE STYLE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 761 731

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 387/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors.

Motivi invokati

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huwa dawk invokati fil-Kawża T-212/16, El Corte Inglés vs EUIPO – Elho Business & Sport (FRee STyLe).


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/42


Rikors ippreżentat fil-11 ta Mejju 2016 – Vignerons de la Méditerranée vs EUIPO - Bodegas Grupo Yllera (LE VAL FRANCE)

(Kawża T-216/16)

(2016/C 243/46)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vignerons de la Méditerranée (Narbonne, Franza) (rappreżentant: M. Karsenty Ricard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Grupo Yllera SL (Rueda, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “LE VAL FRANCE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 162 921

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 427/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 2 307 737 magħmula mill-kumpannija Bodegas Grupo Yllera SL kontra l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 162 921 tal-kumpannija Vignerons de la Méditerranée.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/43


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO - Sissel (Fußmatte)

(Kawża T-227/16)

(2016/C 243/47)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Reinhard Haverkamp (Kindberg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Waldenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sissel GmbH (Bad Dürkheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent

Disinn ikkontestat ikkonċernat: reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn “Fußmatte” li jindika l-Unjoni Ewropea – reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/072187-0001 li tindika l-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2618/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tal-kawża u kif ukoll dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament Nru 6/2002.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/43


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO – Sissel (xtajta taċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ)

(Kawża T-228/16)

(2016/C 243/48)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Reinhard Haverkamp (Kindberg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Waldenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sissel GmbH (Bad Dürkheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent

Disinn ikkontestat ikkonċernat: reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn “xatt iċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ” li jindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/072198-0001 li tindika l-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2619/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/44


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-3/15, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/16 P)

(2016/C 243/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Jürgen Frieberger (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) u Benjamin Vallin (Saint-Gilles, il-Belġju)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-2 ta’ Marzu 2016, mogħtija fil-kawża F-3/15, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies bħala fondat ir-raba’ motiv tar-rikors;

f’dak li jirrigwarda l-proċedura fl-ewwel istanza, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis il-kawża fi stat li tiġi deċiża, tiċħad ir-rikors bħala infondat u tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż;

f’dak li jirrigwarda l-proċedura ta’ appell, tordna li kull parti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati ma’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żnaturament tal-argumenti invokati fl-ewwel istanza kif ukoll fuq ksur tal-projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 26(5) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

5.

Il-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/45


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn José Luis Ruiz Molina mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-60/15, Ruiz Molina vs UASI

(Kawża T-233/16 P)

(2016/C 243/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: José Luis Ruiz Molina (San Juan de Alicante, Spanja) (rappreżentanti: N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża F-60/15;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-awtorità ta’ res judicata marbuta mas-sentenza tal-15 ta’ Settembru 2011, Bennett et vs UASI, F-102/09, EU:F:2011:138.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) li implementat il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 bejn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali bi skop ġenerali, kif ukoll prinċipji u standards stabbiliti sew fid-dritt internazzjonali soċjali dwar l-istabbiltà tal-impjieg.

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/46


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Meissen Keramik vs EUIPO – Staatliche Porzellan Manufaktur Meissen (Meissen)

(Kawża T-234/16)

(2016/C 243/51)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meissen Keramik GmbH (Meißen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vohwinkel u M. Bagh, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH (Meißen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni verbali “Meissen” – trade mark tal-Unjoni Nru 3 743 663

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2016 fil-Kawżi magħquda R 2620/2014-4 u R 2622/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn twassal għal żvantaġġ għar-rikorrenti, jiġifieri sa fejn hija ċaħdet l-appell tal-applikant u rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u sa fejn hija, barra minn hekk, fuq appell tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata, annullat id-deċiżjoni kkontestata tad-Divizjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħdet ukoll it-talba ta’ kanċellazzjoni wkoll f’dan ir-rigward;

sa fejn il-Qorti Ġenerali tqis lilha nnifisha kompetenti sabiex tirriforma d-deċiżjoni kkontestata: tiddikjara r-revoka tad-drittijiet kollha fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Nru 3 743 663 – u fin-nuqqas ta’ dan u għall-kumplament: tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/46


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Biogena Naturprodukte vs UASI (ZUM wohl)

(Kawża T-236/16)

(2016/C 243/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biogena Naturprodukte GmbH & Co KG (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Schiffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ZUM wohl” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 666 871

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1982/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonstata li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bir-referenza TK 013 666 871 huwa integralment ammess għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 29, 30, 32 u 43 imsemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-23 ta’ Jannar 2015;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha li l-awtur tal-applikazzjoni espona fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/47


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 – Polskie Zdroje vs EUIPO (perlage)

(Kawża T-239/16)

(2016/C 243/53)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polskie Zdroje sp. z o. o. sp. k. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawrylczyk, radca prawny [konsulent legali])

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali tal-Unjoni “perlage” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 472 899

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1129/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/48


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – Freddo vs EUIPO - Freddo Freddo (Freggo)

(Kawża T-243/16)

(2016/C 243/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Freddo SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, K. Gilbert, G. Lodge, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Freddo Freddo, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni verbali li tinkludi l-element verbali “Freggo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 606 064

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 919/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO (u jekk tintervjeni, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell) għall-ispejjeż tiegħu stess u għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/49


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-244/16)

(2016/C 243/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Fedorovych Yanukovych (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318, tal-4 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 60, p. 76), sa fejn din tapplika għar-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311, tal-4 ta’ Marzu 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 60, p. 1), fuq il-bażi li dan jonqos milli jirrevoka r-Regolament Nru 208/2014, sa fejn dan japplika għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (“il-Kunsill”) ma kellux bażi legali xierqa għall-miżuri kkontestati. L-ewwel nett, il-miżuri kkontestati ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-Kunsill jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 29 TUE. Fost oħrajn: (i) il-Kunsill b’mod espress invoka għanijiet (konsolidazzjoni tal-Istat tad-dritt u rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna) li huma biss affermazzjonijiet vagi li ma jistgħux jikkostitwixxu b’mod leġittimu bażi valida għal dawn il-miżuri; (ii) il-bażi li l-Kunsill qiegħed jipprova jinvoka ma fiha l-ebda konnessjoni suffiċjenti mal-livell xieraq ta’ stħarriġ ġudizzjarju meħtieġ miċ-ċirkustanzi preżenti; u (iii) l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi fuq ir-rikorrent fil-verità tappoġġja u tilleġittimizza l-imġiba tar-reġim Ukren il-ġdid, li huwa stess qiegħed jimmina ċ-ċertezza legali u l-istat tad-dritt, u li huwa stess qiegħed jikser id-drittijiet tal-bniedem u huwa lest jiksirhom b’mod sistematiku. It-tieni nett, il-kundizzjonijiet li jippermettu l-invokazzjoni tal-Artikolu 215 TFUE ma kinux issodisfatti, peress li ma kienet teżisti ebda deċiżjoni valida taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-tielet nett, ma kienet teżisti ebda rabta suffiċjenti sabiex l-Artikolu 215 TFUE jkun jista’ jiġi invokat kontra r-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq użu ħażin tal-poteri tiegħu. L-għan reali mfittex mill-Kunsill fl-implementazzjoni tal-miżuri kkontestati essenzjalment kien jikkonsisti f’tentattiv li jintgħoġob mar-reġim Ukren attwali (sabiex l-Ukrajna tkun tista’ tidħol f’rabtiet iktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea), u ma humiex l-għanijiet/raġunijiet indikati fil-miżuri kkontestati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill. L-“espożizzjoni tal-motivi” adottata fil-miżuri kkontestati sabiex jiġi inkluż ir-rikorrent (minbarra li hija żbaljata) hija standardizzata, mhux xierqa u mhux iddettaljata b’mod adegwat.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li r-rikorrent ma jissodisfax il-kriterji speċifikati sabiex persuna tiġi inkluża fiż-żmien rilevanti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta inkluda lir-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Meta nnomina lir-rikorrent mill-ġdid minkejja n-nuqqas evidenti ta’ konnessjoni bejn l-“espożizzjoni tal-motivi” u l-kriterji ta’ nomina rilevanti, il-Kunsill wettaq żball manifest.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u/jew fuq il-fatt li dan tal-aħħar ġie mċaħħad minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fost affarijiet oħra, il-Kunsill naqas milli jikkonsulta lir-rikorrent b’mod xieraq qabel ma nnominah mill-ġdid, u r-rikorrent ma ngħatax il-possibbiltà li jibbenefika minn opportunità xierqa u ġusta li jikkoreġi xi żbalji jew li jipprovdi informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi personali tiegħu.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet għall-proprjetà tar-rikorrent sanċiti bl-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn, fost oħrajn, il-miżuri restrittivi jikkostitwixxu restrizzjoni inġustifikata u sproporzjonata ta’ dawn id-drittijiet, għaliex inter alia: (i) ebda informazzjoni ma tissuġġerixxi li fondi li allegatament ġew misapproprjati mir-rikorrent huma meqjusa li ġew ittrasferiti barra mill-Ukrajna, u (ii) la huwa neċessarju u lanqas xieraq li l-assi kollha tar-rikorrent jiġu ffriżati peress li l-awtoritajiet Ukreni issa kkwantifikaw il-valur tat-telf allegatament mitlub fil-kuntest ta’ azzjonijiet kriminali kontra r-rikorrent.


4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/50


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-245/16)

(2016/C 243/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Donetsk, l-Ukraina) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016 L 60, p. 76) sa fejn din tapplika għar-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016 L 60, p. 1) fuq il-bażi li ma jirnexxiliex tħassar ir-Regolament Nru 208/2014, sa fejn dan japplika għar-rikorrent;

tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (il-“Kunsill”) ma kellux bażi legali xierqa għall-miżuri kkontestati. Argumenti insostenn ta’ dan il-motiv, u motivi sussegwenti, jinkludu dan li ġej. Il-kundizzjonijiet li bihom il-Kunsill ibbaża ruħu fuq l-Artikolu 29 TUE ma ġewx issodisfatti bil-miżuri kkontestati. Dawn il-miżuri kkontestati kienu inkonsistenti mal-għanijiet invokati espressament mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 (l-istat ta’ dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina). Fil-fatt, il-miżuri kkontestati jimminaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem billi jappoġġjaw reġim li ma għandux storja ta’ konformità mad-drittijiet tal-bniedem jew konformità mal-istat tad-dritt. Il-Kunsill ma jista’ bl-ebda mod jistrieħ validament fuq deċiżjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina jew tal-qrati, ukoll minħabba li la huma indipendenti u lanqas imparzjali, u huma suġġetti għal indħil politiku mir-reġim attwali fl-Ukraina. Il-preżunzjoni ta’ innoċenza, li għaliha huwa intitolat ir-rikorrent, ġiet miksura ripetutament mill-awtoritajiet Ukraini.

2.

It-tieni motiv, li jallega li l-Kunsill uża ħażin il-poter tiegħu. L-iskop reali tal-Kunsill fl-implementazzjoni tal-miżuri kkontestati kien u huwa li jindehes mar-reġim attwali fl-Ukraina, u sabiex jimmassimizza l-influwenza politika tiegħu ma’ dan ir-reġim, li ma humiex użi xierqa tal-poteri kkonċernati.

3.

It-tielet motiv, li jallega li l-Kunsill naqas milli jagħti motivazzjoni xierqa u suffiċjenti, billi bbaża ruħu biss fuq dikjarazzjonijiet konvenzjonali u impreċiżi.

4.

I-raba’ motiv, li jallega li r-rikorrent ma jissodisfax il-kriterji ddikjarati li bihom persuna tiġi elenkata fiż-żmien rilevanti. Il-materjal invokat mill-Kunsill ma kienx bażi fattwali suffiċjentement soda għall-elenkar tar-rikorrent.

5.

Il-ħames motiv, li jallega li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-inklużjoni tar-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Il-Kunsill ma kellux provi konkreti, fattwalment affidabbli u konsistenti sabiex jiġġustifika l-miżuri kkontestati, u ma ssuġġettax il-materjal limitat li kellu għal reviżjoni suffiċjentement rigoruża.

6.

Is-sitt motiv, li jallega li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent ġew miksura u/jew li huwa ġie mċaħħad minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fost affarijiet oħra, il-Kunsill naqas milli adegwatament jikkonsulta mar-rikorrent qabel il-miżuri kkontestati, u r-rikorrent ma ngħatax opportunità xierqa jew ġusta sabiex jew jikkorreġi żbalji jew sabiex jipproduċi informazzjoni rilevanti.

7.

Is-seba’ motiv, li jallega li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà, skont l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, ġew miksura.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/52


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2016 – ZZ vs BEI

(Kawża F-19/16)

(2016/C 243/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Senes u L. Payot, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Rimbors lir-rikorrenti, flimkien mal-interessi, għall-allegat telf tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha jew, alternattivament, stabbiliment mill-ġdid, flimkien mal-interessi, tad-drittijiet għall-pensjoni allegatament mitlufa minnha mis-sistema nazzjonali, meta dawk id-drittijiet ġew ittrasferiti fl-iskema tal-pensjoni tal-konvenut.

Talbiet

jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment jirrimborsa d-dannu soffert mir-rikorrenti minħabba t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha fl-ammont ta’ EUR 55 641,17, flimkien mal-interessi akkumulati bir-rata applikabbli kkalkolata retroattivament, daqs li kieku t-trasferiment oriġinali sar għall-ammont sħiħ tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha eżistenti mal-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale, meta saret it-talba għal trasferiment oriġinali;

alternattivament, jikkundanna lill-BEI biex jirritorna immedjatament lil ZZ EUR 55 641,17 fil-forma ta’ xhur ta’ pensjoni, flimkien mal-interessi akkumulati bir-rata applikabbli kkalkolata retroattivament daqs li kieku t-trasferiment oriġinali sar għall-ammont sħiħ tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha eżistenti mal-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale. F’dan il-każ, huwa ssuġġerit li l-kalkoli għandhom isiru skont l-Artikolu 71.1.1. tar-Regolamenti dwar l-Iskema tal-Irtirar tal-Persunal tal-BEI;

jikkundanna lill-BEI iħallas kull kumpens ulterjuri li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li huwa ġust;

jikkundanna lill-BEI biex ibati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, li huma stmati għal EUR 3 000.