ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 59

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
15 ta' Frar 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 059/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 059/02

Kawża C-586/15 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 minn Lotte Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-483/12, Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

2

2016/C 059/03

Kawża C-595/15 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2015 minn National Iranian Oil Company PTE Ltd (NIOC), et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-4 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-577/12, NIOC et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

3

2016/C 059/04

Kawża C-626/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

5

2016/C 059/05

Kawża C-633/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Novembru 2015 – London Borough of Ealing vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

6

2016/C 059/06

Kawża C-640/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Ireland) fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Minister for Justice and Equality vs Tomas Vilkas

7

2016/C 059/07

Kawża C-657/15 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2015 minn Viasat Broadcasting UK Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-24 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-674/11, TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni Ewropea

8

2016/C 059/08

Kawża C-659/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht Bremen (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2015 – proċeduri kriminali kontra Robert Caldararu

9

2016/C 059/09

Kawża C-660/15 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2015 minn Viasat Broadcasting UK Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-24 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-125/12, Viasat Broadcasting UK Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2016/C 059/10

Kawża C-665/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

10

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 059/11

Kawża T-486/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Orange Polska vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq Pollakk tat-telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE — Kundizzjonijiet imposti mill-operatur storiku sabiex jiġi awtorizzat l-aċċess remunerat ta’ operaturi ġodda fin-netwerk u għas-servizzi ta’ broadband għall-operaturi — Interess leġittimu sabiex jiġi kkonstatat ksur — Multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Proporzjonalità — Ġurisdizzjoni sħiħa — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006)

12

2016/C 059/12

Kawża T-242/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – SNCF vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur Sernam SCS — Għajnuna għar-ristrutturar u rikapitalizzazzjoni, garanziji u rinunzja ta’ dejn mill-SNCF fil-konfront ta’ Sernam — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Użu ħażin tal-għajnuna — Irkupru — Kontinwità ekonomika — Kriterju ta’ investitur privat)

13

2016/C 059/13

Kawża T-275/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni [Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità]

13

2016/C 059/14

Kawża T-295/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni [Sistema lingwistika — Rettifiki għal avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi — Proċeduri ta’ kompetizzjoni ġodda — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità]

14

2016/C 059/15

Kawża T-510/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni [Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ tradutturi — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità]

15

2016/C 059/16

Kawża magħquda T-515/13 u T-719/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Bini ta’ bastimenti — Dispożizzjonijiet fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet stabbiliti għall-finanzjament u x-xiri ta’ bastimenti — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna parzjalment l-irkupru tagħha — Rikors għal annullament — Interess individwali — Ammissibbiltà — Vantaġġ — Natura selettiva — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

16

2016/C 059/17

Kawża T-624/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Bice International vs UASI – Bice (bice) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali bice — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti 1926 BiCE RISTORANTE — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]

17

2016/C 059/18

Kawża T-79/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Olympus Medical Systems vs UASI (3D) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade figurattiva 3 D — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

17

2016/C 059/19

Kawża T-673/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Trasport — Stabbiliment ta’ Airport Handling SpA — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Miżuri ta’ għajnuna eżegwiti kompletament fid-data tal-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà)

18

2016/C 059/20

Kawża T-224/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament (Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Irtirar tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

18

2016/C 059/21

Kawża T-543/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA [Proċeduri għal miżuri provviżorji — REACH — Tqegħid fis-suq u użu tal-prodotti bijoċidali — Inklużjoni ta’ kumpannija bħala fornitur ta’ sustanza attiva, fil-lista msemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza]

19

2016/C 059/22

Kawża T-669/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA [Proċeduri għal miżuri provviżorji — REACH — Tqegħid fis-suq u użu tal-prodotti bijoċidali — Inklużjoni ta’ kumpannija bħala fornitur ta’ sustanza attiva, fil-lista msemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza]

20

2016/C 059/23

Kawża T-600/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2015 – PAN Europe et. vs Il-Kummissjoni

20

2016/C 059/24

Kawża T-630/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

21

2016/C 059/25

Kawża T-631/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2015 – Stena Line Scandinavia vs Il-Kummissjoni

22

2016/C 059/26

Kawża T-673/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2015 – Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea

23

2016/C 059/27

Kawża T-682/15 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2015 minn Patrick Wanègue mid-digriet mogħti fil-15 ta’ Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-21/15, Wanègue vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

24

2016/C 059/28

Kawża T-684/15 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2015 minn Roderich Weissenfels mis-sentenza mogħtija fl-24 ta Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-92/14 Weissenfels vs Il-Parlament

26

2016/C 059/29

Kawża T-688/15 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2015 minn Peter Schönberger mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża F-14/12 RENV, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri

27

2016/C 059/30

Kawża T-692/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2015 – HTTS vs Il-Kunsill

28

2016/C 059/31

Kawża T-698/15 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 minn Juha Tapio Silvan mis-sentenza mogħtija fit-22 ta’ Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-83/14, Silvan vs Il-Kummissjoni

28

2016/C 059/32

Kawża T-705/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

30

2016/C 059/33

Kawża T-707/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Souruh vs Il-Kunsill

30

2016/C 059/34

Kawża T-708/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Cham u Bena Properties vs Il-Kunsill

31

2016/C 059/35

Kawża T-709/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

32

2016/C 059/36

Kawża T-710/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2015 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

32

2016/C 059/37

Kawża T-711/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Othman vs Il-Kunsill

33

2016/C 059/38

Kawża T-712/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Crédit Mutuel Arkéa vs BĊE

33

2016/C 059/39

Kawża T-714/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

34

2016/C 059/40

Kawża T-715/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – BBY Solutions vs UASI – Worldwide Sales Corporation España (BEST BUY GEEK SQUAD)

35

2016/C 059/41

Kawża T-716/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2015 – Gallardo Blanco vs UASI – Expasa Agricultura y Ganadería (Rappreżentazzjoni tal-ħadida ta’ flett tal-brilja ta’ żiemel fil-forma ta’ H)

36

2016/C 059/42

Kawża T-718/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2015 – PTC Therapeutics International vs EMA

37

2016/C 059/43

Kawża T-719/15 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 minn LP mid-digriet mogħti 28 ta’ Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-73/14

37

2016/C 059/44

Kawża T-720/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummisjoni vs CINAR

38

2016/C 059/45

Kawża T-722/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns vs Il-Kummissjoni

38

2016/C 059/46

Kawża T-723/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Genossenschaftsverband Bayern vs Il-Kummissjoni

40

2016/C 059/47

Kawża T-727/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Justice & Environment vs Il-Kummissjoni

41

2016/C 059/48

Kawża T-729/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA

41

2016/C 059/49

Kawża T-737/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Hydro aluminium Rolled Products vs Il-Kummissjoni

42

2016/C 059/50

Kawża T-738/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Aurubis et vs Il-Kummissjoni

43

2016/C 059/51

Kawża T-743/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Vinnolit vs Il-Kummissjoni

44

2016/C 059/52

Kawża T-745/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – FH Scorpio/UASI – Eckes-Granini Group GmbH (YO!)

45

2016/C 059/53

Kawża T-746/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – Biofa vs Il-Kummissjoni

46

2016/C 059/54

Kawża T-750/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft et vs Il-Kummisjoni

47

2016/C 059/55

Kawża T-755/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2015 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

48

2016/C 059/56

Kawża T-756/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Tengelmann Warenhandelsgesellschaft vs UASI — Fédération Internationale des Logis (T)

49

2016/C 059/57

Kawża T-759/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2015 – Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni

49

2016/C 059/58

Kawża T-760/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

50

2016/C 059/59

Kawża T-482/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2015 – Ahrend Furniture vs Il-Kumissjoni

51

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 059/60

Kawża F-148/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

52

2016/C 059/61

Kawża F-151/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

52


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 059/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 48, 8.2.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 38, 1.2.2016

ĠU C 27, 25.1.2016

ĠU C 16, 18.1.2016

ĠU C 7, 11.1.2016

ĠU C 429, 21.12.2015

ĠU C 414, 14.12.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/2


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 minn Lotte Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-483/12, Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-586/15 P)

(2016/C 059/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Lotte Co. Ltd (rappreżentant: M. Knitter, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Settembru 2015 (T-483/12) u tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-3 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2103/2010-4);

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali u tirrinvija l-kawża lil din tal-aħħar;

tikkundanna lir-rikorrenti (Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH) għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li kisret l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja. Speċifikament, hija ssostni tliet difetti li jaffettwaw, skontha, is-sentenza:

1.

L-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali applikat kriterji żbaljati għall-evalwazzjoni ta’ sa liema punt l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 jippermetti li t-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni kif konkretament użata hija differenti mit-trade mark kif irreġistrata. F’dan ir-rigward, hija tispjega li huwa b’mod ġuridikament żbaljat li l-Qorti Ġenerali ddeterminat l-elementi distintivi tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni billi applikat il-kriterji użati sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni. Il-kwistjoni jekk ċerti elementi humiex karatteristiċi jew jiddominaw fi ħdan it-trade mark, li hija determinati għall-finijiet tal-istabbiliment tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, ma tistax titqies bl-istess mod matul l-evalwazzjoni dwar sa fejn it-trade mark tista’ validament tintuża f’forma differenti. F’dan il-kuntest, ma hijiex qed tiġi kkonstatata probabbiltà ta’ konfużjoni. Li huwa importanti huwa, għall-kuntrarju, li jkun magħruf jekk il-forma li fiha t-trade mark hija użata hijiex differenti mit-trade mark kif irreġistrata biss b’mod hekk negliġibbli li ż-żewġ sinjali jistgħu jitqiesu bħala ġeneralment ekwivalenti.

2.

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali naqset ukoll milli tqis iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha għall-finijiet li tiddetermina l-elementi distintivi tat-trade mark invokata inostenn tal-oppożizzjoni. Skontha, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta użat il-kriterji tal-Bord tal-Appell mingħajr ma eżaminat hija stess il-ħafna elementi differenti, ta’ kumplessità kbira, li t-trade mark ċċitata insostenn tal-oppożizzjoni hija komposta minnhom.

3.

L-appellanti ssostni li l-motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fiha kontradizzjonijiet u żbalji ta’ loġika dwar id-determinazzjoni tal-forma li fiha t-trade mark hija użata. Ċertament, il-Qorti Ġenerali tindika li s-sinjal użat jista’ jkun differenti mill-forma li fiha ġie rreġistrat biss b’“elementi neglġibbli” u s-sinjal użat u t-trade mark irreġistrata għandhom jitqiesu bħala “ġeneralment ekwivalenti” sabiex ikun hemm użu utli. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali madankollu twettaq kontradizzjonijiet u żbalji loġiċi meta tapplika dawn il-kriterji ta’ evalwazzjoni. Il-Qorti Ġenerali, barra minn hekk, tagħmel eżami riġidu jekk il-forma li fiha t-trade mark hija użata għandhiex it-tliet elementi li tqis bħala distintivi. Skont dawn il-kriterji, il-Qorti Ġenerali tqis li t-trade mark kellha użu utli, billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni li ħafna elementi żdiedu fil-forma li fiha t-trade mark hija użata, u dan jipprojbixxi, skont l-appellanti, li jitqies is-sinjal użat u t-trade mark irreġistrata bħala “ġeneralment ekwivalenti”.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/3


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2015 minn National Iranian Oil Company PTE Ltd (NIOC), et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-4 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-577/12, NIOC et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-595/15 P)

(2016/C 059/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti:

National Iranian Oil Company PTE Ltd (NIOC), National Iranian Oil Company International Affairs Ltd (NIOC International Affairs), Iran Fuel Conservation Organization (IFCO), Karoon Oil & Gas Production Co., Petroleum Engineering & Development Co. (PEDEC), Khazar Exploration and Production Co. (KEPCO), National Iranian Drilling Co. (NIDC), South Zagros Oil & Gas Production Co., Maroun Oil & Gas Co., Masjed-Soleyman Oil & Gas Co. (MOGC), Gachsaran Oil & Gas Co., Aghajari Oil & Gas Production Co. (AOGPC), Arvandan Oil & Gas Co. (AOGC), West Oil & Gas Production Co., East Oil & Gas Production Co. (EOGPC), Iranian Oil Terminals Co. (IOTC), Pars Special Economic Energy Zone (PSEEZ) (rappreżentant: J.-M. houvenin, avukat)

Parti oħra fil-proċedura:

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija fl-4 ta’ Settembru 2015 mis-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-577/12;

tagħti lir-appellanti l-benefiċċju tat-talbiet li ressqu quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Skont l-ewwel aggravju, l-apellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 44 tas-sentenza appellata meta ddeċidiet li dwar l-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 (1), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012 (2), għandu jitqies bħala li jsemmi b’mod ċar li l-bażi legali tiegħu hija kkostitwita minn dan l-Artikolu 46(2).

2.

Skont it-tieni aggravju, l-appellanti jsostnu li l;-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 55 sa 57 tas-sentenza appellata, li huma miġbura fil-qosor fid-dikjarazzjoni li “mill-Artikolu 215(2) ma jirriżultax li l-miżuri restrittivi individwali meħuda kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mhux statali għandhom jittieħdu taħt il-proċedura prevista fl-Artikolu 215(1) TFUE”. Minn naħa, l-Artikolu 215(1), l-unika dispożizzjoni tat-TFUE li tirrigwarda l-miżuri restrittivi, jgħid b’mod ċar li l-proċedura applikabbli għal tali miżuri hija dik il-proċedura li tipprevedi, u ma tipprevedix xi oħra; min-naħa l-oħra, l-Artikolu 291 TFUE huwa inkompatibbli mal-Artikolu 215(2) TFUE; susisdjarjament, l-Artikolu 291(2) TFUE ma tistax titqies bħala li jista’ jagħti lill-Kunsill bażi legali komplimentari għal dik li tikkostitwixxi l-Artikolu 215(2) TFUE għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi; fl-aħħar nett, u sussidjarjament anki kieku kellu jiġi deċiż li l-Artikolu 291(2) TFUE jista’ jagħti lill-Kunsill bażi legali komplimentari minn dak li jikkostiwixxi l-Artikolu 215(2) TFUE, għat-teħid ta’ miżuri restrittivi, l-użu ta’ din il-bażi legali xorta waħda tkun tibqa’, f’dan il-każ, illegali.

3.

Skont it-tielet aggravju, li huwa ppreżentat sussidjarjament fil-każ li jiġi deċiż li l-użu mill-Artikolu 291(2) TFUE, sabiex jibbaża t-teħid ta’ miżuri restrittivi individwali, huwa legalment possibbli fil-kuntest ta’ politika ta’ teħid ta’ miżuri restrittivi inizjalment ibbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt meta ddeċidiet, essenzjalment, fil-punti 75 sa 83 tas-sentenza tagħha, li l-Kunsill tal-Unjoni kien, fil-kliem tal-Artikolu 291(2) “ġustifikat b’mod xieraq”, l-użu ta’ din il-proċedura ta’ deroga, li kienet l-uniku disponibbli f’dan il-każ. Minn naħa, il-ġustifikazzjoni rikjesta għandha tkun espliċita; min-naħa l-oħra, anki jekk jiġi preżunt li ġustifikazzjoni impliċita tista’ tissodisfaw dan ir-rekwiżit, hija ma hijiex issodisfatta f’dan il-każ, peress li l-Qorti Ġenerali tinterpreta t-testi kkonċernati b’mod żbaljat.

4.

Skont ir-raba’ aggravju, li huwa ppreżentat sussidjarjament fil-każ li jinstab li l-użu mill-Artikolu 291(2) TFUE, sabiex jibbaża t-teħid ta’ miżuri restrittivi individwali, huwa legalment possibbli fil-kuntest ta’ politika ta’ teħid ta’ miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 87 tas-sentenza tagħha, li l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012, “jirriżerva għall-Kunsill il-kompetenza li timplementa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(2) u (3) tal-imsemmi regolament”, li huwa biżżejjed sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu ta’ motivazzjoni fi-rigward tal-indikazzjoni tal-bażi legali ta’ din id-dispożizzjoni, li tkun l-Artikolu 291(2) 2 TFUE. Huwa, skont l-appellaneti, permezz ta’ interpretazzjoni ġuridikament żbaljata tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012 li l-Qorti Ġenerali waslet għal din il-konklużjoni.

5.

Skont il-ħames aggravju, li huwa ppreżentat sussidjarjament fil-każ li jiġi deċiż li l-użu mill-Artikolu 291(2), sabiex jibbaża t-teħid ta’ miżuri restrittivi individwali, huwa legalment possibbli fil-kuntest ta’ politika ta’ teħid ta’ miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball, fil-punti 86 sa 88 tas-sentenza tagħha, billi qieset li l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti ġuridiċi tal-Unjoni ma jobbligax lill-Kunsill li jindika espressament li r-Regolament Nru 267/2012 kien ibbażat fuq l-Artikolu 291(2) TFUE, fir-rigward tal-bażi legali tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012.

6.

Skont is-sitt aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 100 u 103 u wkoll fil-punti 108 u 110, li l-osservanza, permezz ta’ miżuri restrittivi meħuda mill-Unjoni, tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ prevedibbiltà tal-liġi, li minnha jirriżulta li l-imsemmija miżuri għandhom ikunu ċari u preċiżi, huma vverifikati fir-rigward tar-regoli tal-ġurisprudenza ta’ interpretazzjoni uniformi tal-atti tal-Unjoni, li jeħtieġu li dawn l-atti jiġu interpretati u applikati fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwa uffiċjali oħra.

7.

Skont is-seba’ aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, fil-punt 134 tas-sentenza tagħha, meta ddeċidiet li l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 (il-kriterju kontenzjuż) huwa konformi mal-prinċipji tal-istat tad-dritt u b’mod iktar ġenerali mad-dritt tal-Unjoni Ewropea għaliex ma huwiex “a arbitrarju jew diskrezjonali” u, fil-punt 140 tas-sentenza tagħha, li “l-kriterju kontenzjuż jillimita s-setgħa dikrezzjonali tal-Kunsill, billi jistabbilixxi kriterji oġġettivi, u jiggarantixxi l-grad ta’ prevedibbiltà rikjest mid-dritt tal-Unjoni”. F’dan ir-rigward, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat il-kriterju kontenzjuż b’riferiment għas-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2012 Melli Bank vs Il-Kunsill (C-380/09 P).

8.

Skont it-tmien aggravju, sussidjarjament, l-appellanti jsostnu li, jekk jiġi preżunt li s-sens li għandu tingħata lill-kelma “assoċjazzjoni” huwa dak mogħta mill-Qorti Ġenerali, hemm lok li jiġi kkonstatat li ġie applikat b’mod żbaljat f’dan il-każ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010; ĠU L 88, p. 1.

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU L 283, p. 16.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/5


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-626/15)

(2016/C 059/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, E. Paasivirta, C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-11 ta’ Settembru 2015, kif tinsab fil-konklużjoni tal-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-11 ta’ Settembru 2015 li tapprova l-preżentazzjoni, f’isem l-Unjoni u f’isem l-Istati Membri tagħha, ta’ dokument ta’ riflessjoni dwar proposta futura lill-Kummissjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin tal-Antartiku intiża għall-ħolqien ta’ żona tal-baħar protetta fil-Baħar ta’ Weddell, riprodotta fir-rendikont sommarju tat-23 ta’ Settembru 2015 tal-2554 il-laqgħa tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Dokument 11837/15, punt 65, paġni 19 u 20, u Dokument 11644/1/15/REV), sa fejn il-Kunsill impona li d-dokument ta’ riflessjoni jiġi ppreżentat f’isem l-Unjoni u f’isem l-Istati Membri tagħha, minflok ma jiġi ppreżentat f’isem l-Unjoni waħedha;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni titlob bir-rispett li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2015, sa fejn il-Kunsill impona li d-dokument ta’ riflessjoni lill-Kummissjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin tal-Antartiku intiż għall-ħolqien ta’ żona tal-baħar protetta fil-Baħar ta’ Weddell, jiġi ppreżentat f’isem l-Unjoni u f’isem l-Istati Membri tagħha, minflok ma jiġi ppreżentat f’isem l-Unjoni waħedha.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, sa fejn tqis li l-kompetenza f’dan il-qasam hija kondiviża, u sa fejn tqis li, konsegwentement, id-dokument ta’ riflessjoni għandu jiġi deċiż permezz ta’ kunsens u jiġi ppreżentat f’isem l-Unjoni u f’isem l-Istati Membri tagħha, id-deċiżjoni kkontestata hija illegali, għaliex b’dan il-mod tipprekludi lill-Kummissjoni milli tippreżenta dan id-dokument f’isem l-Unjoni waħedha bi ksur tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni f’dan il-qasam (u tal-prerogattivi tal-Kummissjoni li tirrappreżenta lill-Unjoni).

Il-Kummissjoni tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li bl-adozzjoni tal-att ikkontestat, il-Kunsill kiser il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-qasam tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1)(d) TFUE. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-Kunsill injora l-kuntest ġuridiku tal-miżura kkonċernata mill-att ikkontestat, kemm fil-kuntest tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin tal-Antartiku kif ukoll fil-kuntest tal-Unjoni. It-tieni nett, il-Kummissjoni tqis li l-Kunsill injora l-għan u l-kontenut ta’ din il-miżura.

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni, sussidjarjament, li anki jekk il-miżura ma jkollhiex titqies li hija miżura ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) TFUE, bl-adozzjoni tal-att ikkontestat il-Kunsill, f’kull każ, kiser il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni sa fejn l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva esterna f’dan il-qasam minħabba li l-miżura ppjanata tista’ taffettwa r-regoli tal-Unjoni jew tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom fis-sens tal-Artikolu3(2) TFUE. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-Kunsill injora li l-miżura ppjanata tista’ taffettwa jew tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ żewġ regolamenti ta’ dritt sekondarju (ir-Regolamenti (KE) Nru 600/2004 (1) u (KE) Nru 601/2004 (2)). It-tieni nett, il-Kummissjoni tqis li l-Kunsill ma ħax inkunsiderazzjoni l-effett fuq jew il-bdil tal-pożizzjoni-qafas tal-Unjoni ta’ Ġunju 2014.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, li jelenka certi miżuri tekniċi applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fl-inħawi koperti mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar tal-Antartiku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 7, p. 43).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 601/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin tal-Antartiku u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 3943/90, (KE) Nru 66/98 u (KE) Nru 1721/1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 51, p. 52).


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Novembru 2015 – London Borough of Ealing vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-633/15)

(2016/C 059/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: London Borough of Ealing

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Ir-Renju Unit huwa awtorizzat, skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2006/112 (1), jimponi fuq korpi rregolati mid-dritt pubbliku l-kundizzjoni prevista fil-punt (d) ta’ dan l-Artikolu i) f’ċirkustanzi meta t-tranżazzjonijiet inkwistjoni kienu taxxabbli fir-Renju Unit fl-1 ta’ Jannar 1989, iżda meta servizzi sportivi oħrajn kienu eżentati f’dik l-istess data u ii) f’ċirkustanzi meta t-tranżazzjonijiet inkwistjoni ma kinux eżentati skont id-dritt nazzjonali qabel ma r-Renju Unit applika l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 133(d)?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda 1), ir-Renju Unit huwa awtorizzat jimponi fuq korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku l-kundizzjoni prevista fil-punt d) tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2006/112, mingħajr ma japplika wkoll din il-kundizzjoni għal korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru li ma humiex irregolati mid-dritt pubbliku?

3)

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda 2), ir-Renju Unit huwa awtorizzat jeskludi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(m) il-korpi pubbliċi kollha li ma għandhomx skop ta’ lukru mingħajr ma jkun ivverifika fuq bażi ta’ każ b’każ jekk l-għoti ta’ din l-eżenzjoni tistax toħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Ireland) fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Minister for Justice and Equality vs Tomas Vilkas

(Kawża C-640/15)

(2016/C 059/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: Tomas Vilkas

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni Qafas (1) jipprevedi jew/u jawtorizza l-ftehim dwar data ta’ konsenja ġdida iktar minn darba?

2)

Jekk dan huwa l-każ, l-imsemmi Artikolu 23 jagħmel dan f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, jew f’kollha kemm huma: jiġifieri, meta l-konsenja tal-persuna rikjesta fi żmien il-perijodu stabbilit fil-paragrafu 2 kienet diġà prekluża minħabba ċirkustanzi li ma huma fil-kontroll tal-ebda Stat Membru, li wasslu għal ftehim dwar data ta’ konsenja ġdida, u tali ċirkustanzi –

i)

jinstab li huma kontinwi; jew

ii)

wara li kienu waqfu, jinstab li qegħdin jerġgħu jseħħu; jew

iii)

wara li kienu waqfu, qamu ċirkustanzi differenti li ipprekludew, jew jistgħu jipprekludu, il-konsenja tal-persuna rikjesta fi żmien il-perijodu rikjest relatat mal-imsemmija data ta’ konsenja l-ġdida?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, kif irrettifikata (ĠU L 17, 2009).


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/8


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2015 minn Viasat Broadcasting UK Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-24 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-674/11, TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-657/15 P)

(2016/C 059/07)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Appellanti: Viasat Broadcasting UK Ltd (rappreżentanti: M. Honoré u S. Kalsmose-Hjelmborg, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: TV2 Danmark A/S, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet tal-appellanti

tannulla l-punt 1 tal-parti operativa tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 fil-Każ T-674/11 TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni (talba 1); u

tannulla dik il-parti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 fil-Każ T-674/11 TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali tilqa’ t-tielet parti tal-ewwel talba tal-appellanti (talba 2); u

tilqa’ t-talba tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rikors għal annullament ta’ TV2 u tar-Renju tad-Danimarka; u

tordna lil TV2/Danmark u lir-Renju tad-Danimarka, rikorrenti fl-ewwel istanza, sabiex iħallsu l-ispejjeż ta’ Viasat.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fir-rigward tal-ewwel talba, Viasat tissottometti li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod żbaljat, li l-Kummissjoni kienet żbaljat meta sostniet li d-dħul mir-reklamar mitlub minn TV2 Reklame A/S fl-1995 u fl-1995 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Viasat tissottometti wkoll li d-dħul mir-reklamar mill-1995 u mill-1996 kien ifisser trasferiment tar-riżorsi tal-Istat, peress li d-dħul mir-reklamar kien jgħaddi għand il-kumpannija TV2 Reklame A/S u t-TV2 Fund, li t-tnejn li huma kienu taħt kontroll tal-Istat. Barra minn hekk, l-użu attwali tar-riżorsi kien ġie deċiż mill-Ministru għall-Kultura (Kulturministeren) u mill-Kumitat Parlamentarju għall-Finanzi (Folketingets Finansudvalg). Il-Qorti Ġenerali kienet ukoll żbaljat meta sostniet li TV2 kellha dritt għar-riżorsi tal-TV2 Fund jew partijiet minnu.

Fir-rigward tat-tieni talba, Viasat tissottometti li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta laqgħet it-talba tar-rikorrenti li t-tieni rekwiżit ta’ Altmark kien intlaħaq fil-każ (paragrafi 88-111). Viasat tosserva li, fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra unikament l-interpretazzjoni tad-deċiżjoni appellata li l-Kummissjoni, skont il-Qorti Ġenerali, kellha tissottometti fit-talbiet bil-miktub tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, mingħajr ma eżaminat id-dikjarazzjoni ta’ motivi fid-deċiżjoni appellata. Ma hemm xejn fil-paragrafi 114 sa 116 tad-deċiżjoni appellata li juri li t-tieni rekwiżit ta’ Altmark jinkludi rekwiżit ta’ effiċjenza fuq il-persuna li tirċievi l-kumpens.

Il-Qorti Ġenerali għalhekk kellha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-Kummissjoni tistax ġustament titlob, fir-rigward tat-tieni rekwiżit ta’ Altmark, li mhux biss għandu jkun hemm prevedibbiltà fir-rigward tad-dħul futur mir-reklamar ta’ TV2 (jiġifieri, dħul), iżda wkoll l-ispejjeż fir-rigward tal-kalkolu tal-kumpens.

Viasat tissottometti li r-rekwiżit tal-Kummissjoni ta’ grad suffiċjenti ta’ trasparenza fir-rigward tal-ispejjeż huwa konsegwenza loġika u neċessarja tal-libertà wiesgħa li fornitur tas-servizz pubbliku għandu fis-setturi tar-radju u tat-televixin: ara inter alia paragrafi 214 fis-sentenza BUPA vs Il-Kummissjoni, T-289/03, EU:T:2008:29.

Il-bżonn ta’ trasparenza dwar spejjeż huwa wkoll rilevanti fir-rigward tar-rekwiżit l-ieħor ta’ Altmark: ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’Viasat vs Il-Kummissjoni, T-125/12, EU:T:2015:687 paragrafi 80-83.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht Bremen (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2015 – proċeduri kriminali kontra Robert Caldararu

(Kawża C-659/15)

(2016/C 059/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Robert Caldararu

Parti oħra: Generalstaatsanwaltschaft Bremen

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali tkun illeċita jekk ikun hemm indizji serji li l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat jiksru d-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata u l-prinċipji ġenerali tad-dritt stipulati fl-Artikolu 6 TUE jew għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dawn il-każijiet, l-Istat li jeżegwixxi jista’ jew għandu jissuġġetta d-deċiżjoni tiegħu dwar il-liċeità tal-estradizzjoni għal garanziji tal-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni? L-Istat li jeżegwixxi jista’ jew għandu, f’dan ir-rigward, jifformula rekwiżiti minimi konkreti fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni li għandhom jiġu ggarantiti?

2)

L-Artikoli 5 u 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet ġudizzjarji li joħorġu l-mandat huma wkoll intitolati li jipprovdu garanziji tal-osservanza tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni, jew tali garanziji f’dan ir-rigward jibqgħu suġġetti għar-regoli ta’ kompetenza nazzjonali tal-Istat Membru li joħroġ il-mandat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/9


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2015 minn Viasat Broadcasting UK Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-24 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-125/12, Viasat Broadcasting UK Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-660/15 P)

(2016/C 059/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Viasat Broadcasting UK Ltd (rappreżentanti: M. Honoré u S. Kalsmose-Hjelmborg, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka, TV2/Danmark A/S

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija fil-Kawża T–125/12, Viasat Broadcasting UK Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE (1), tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri meħuda mill-Istat Daniż favur TV2/Danmark (ĠU L 340, p. 1);

tikkundanna lill-konvenuti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jew

sussidjarjament,

tannulla s-sentenza appellata;

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali, u

tirriżerva l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, Viasat Broadcasting UK Ltd issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha skont l-Artikolu 106(2) TFUE, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-għajnuna mogħtija lil TV2 kienet ingħatat mingħajr ma ġew osservati l-prinċipji fundamentali ta’ trasparenza u ta’ effettività dwar l-ispejjeż.

Iktar preċiżament, Viasat Broadcasting UK Ltd issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi i) meta bbażat ruħha fuq is-sentenza M6 vs Il-Kummissjoni (T-568/08 u T-573/08, EU:T:2010:272) u fuq il-ġurisprudenza relatata sabiex tiċħad it-talbiet tagħha, ii) meta ddeċidiet li l-argumenti tagħha kienu jwasslu għal “impass loġiku”, iii) meta ċaħdet l-importanza, minn naħa, tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Qafas Komunitarju ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku” tal-2005 (ĠU C 297, p. 4) u tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-qafas tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi tal-2011 (ĠU 2012, C 8, p. 15) u, min-naħa l-oħra, tal-komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tax-xandir tas-servizz pubbliku dwar għajnuna mill-Istat tal-2009 (ĠU C 257, p. 1) u iv) meta ddeċidiet li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tax-xandir tas-servizz pubbliku dwar għajnuna mill-Istat tal-2001 (ĠU C 320, p. 5) kienet tfixkel lill-Kummissjoni milli tapplika l-metodu li, fl-opinjoni tagħha, kien jirriżulta mill-Artikolu 106(2) TFUE.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2011 dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark, (ĠU L 340, p. 1)


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/10


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-665/15)

(2016/C 059/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma abbonatx ruħha man-netwerk tal-liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(5)(d) tad-Direttiva 2006/126/KE (1).

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mid-Direttiva 2006/126 u mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan għandu l-obbligu li jivverifika jekk ġewx issodisfatti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan.

Issa, jekk l-Istat Portugiż ma jkunx abbona ruħu man-netwerk ta’ liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea (RESPER), huwa ma jkunx jista’ jivverifika jekk ġewx issodisfatti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan. B’mod partikolari, huwa ma jkunx jista’ jivverifika jekk il-persuna li qed titlob il-liċenzja tas-sewqan diġà għandhiex liċenzja tas-sewqan oħra fi Stat Membru ieħor.

Min-naħa l-oħra, billi ma jkunx abbonat ma’ RESPER, l-Istati Membri l-oħra ma jkunux jistgħu jivverifikaw, flimkien mal-Portugall, jekk ġewx issodisfatti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan.

Barra minn hekk l-Istati Membri l-oħra ma jkunu jistgħu jwettqu ebda verifika, flimkien mal-Portugall, fir-rigward ta’ dawk il-każijiet fejn manifestament ma jkunux ġew issodisfatti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan.

Għalhekk, billi ma abbonatx ruħha ma’ RESPER, il-Portugall iqiegħed inkwistjoni l-għan essenzjali tad-dmir ta’ abbonament u tad-Direttiva 2006/126, li hu li titjieb is-sigurtà tat-toroq, fejn b’hekk jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni.

L-Artikolu 7(5)(d) tad-Direttiva jistabbilixxi, b’mod ċar, li l-Istati Membri għandhom jużaw in-netwerk ta’ liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea u dan b’mod partikolari sabiex iwettqu l-verifiki u b’mod partikolari sabiex jipprekludu li persuna jkollha iktar minn liċenzja tas-sewqan waħda.

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 7(5) tad-Direttiva mid-19 ta’ Jannar 2013.


(1)  Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (ĠU L 403, p. 18)


Il-Qorti Ġenerali

15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Orange Polska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Pollakk tat-telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE - Kundizzjonijiet imposti mill-operatur storiku sabiex jiġi awtorizzat l-aċċess remunerat ta’ operaturi ġodda fin-netwerk u għas-servizzi ta’ broadband għall-operaturi - Interess leġittimu sabiex jiġi kkonstatat ksur - Multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006”))

(2016/C 059/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Orange Polska S.A. li kienet Telekomunikacja Polska S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment M. Modzelewska de Raad, P. Paśnik, S. Hautbourg, avukati, A. Howard, barrister, u C. Vajda, QC, sussegwentement M. Modzelewska de Raad, P. Paśnik, S. Hautbourg, A. Howard u D. Beard, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli, K. Mojzesowicz u G. Koleva, sussegwentement K. Mojzesowicz, G. Koleva u M. Malferrari u finalment G. Koleva, M. Malferrari, É. Gippini Fournier u J. Szczodrowski, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: P. Rosiak u K. Karasiewicz, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: European Competitive Telecommunications Association (rappreżentanti: inizjalment P. Alexiadis u J. MacKenzie, sussegwentement J. MacKenzie, solicitors)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament integrali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4378 finali, tat-22 ta’ Ġunju 2011, dwar proċedura ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE (Każ COMP/39.525 – Telekomunikazzjonijiet Pollakki), u, min-naħa l-oħra, talba maħsuba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta mill-Kummissjoni fl-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Orange Polska S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji u l-European Competitive Telecommunications Association għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – SNCF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-242/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur Sernam SCS - Għajnuna għar-ristrutturar u rikapitalizzazzjoni, garanziji u rinunzja ta’ dejn mill-SNCF fil-konfront ta’ Sernam - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Użu ħażin tal-għajnuna - Irkupru - Kontinwità ekonomika - Kriterju ta’ investitur privat”))

(2016/C 059/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale des chemins de fer français (SNCF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Beurier, O. Billard u V. Landes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment D. Colas u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas u J. Rossi u finalment D. Colas u J. Bousin, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Mory SA, fi stralċ (Pantin, Franza) u Mory Team, fi stralċ (Pantin) (rappreżentanti: B. Vatier u F. Loubières, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/398/UE, tad-9 ta’ Marzu 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.12522 (C 37/08) – Franza – L-applikazzjoni tad-Deċiżjoni “Sernam 2” (ĠU L 195, p. 19).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors tas-Société nationale des chemins de fer français (SNCF) huwa miċħud..

2)

L-SNCF għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Mory u Mory Team għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/13) (1)

([“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”])

(2016/C 059/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze et B. Beutler, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja (ĠU 2013, C 75 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/249/13, sabiex jinħolqu żewġ listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi, maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fl-oqsma tal-makroekonomija u tal-ekonomija finanzjarja, huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-interventi tagħhom.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/13) (1)

([“Sistema lingwistika - Rettifiki għal avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Proċeduri ta’ kompetizzjoni ġodda - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”])

(2016/C 059/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rettifika għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, tal-liġi, tal-ekonomija, tal-verifika u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ĠU 2013, C 82 A, p. 1), kif ukoll tar-rettifika għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u ESPO/AD/179/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam kariga ta’ bibljotekarju/xjenza tal-informazzjoni u f’dak tal-awdjoviżiv rispettivament (ĠU 2013, C 82 A, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rettifika, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2013, għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, tal-liġi, tal-ekonomija, tal-verifika u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u r-rettifika, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2013, għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u ESPO/AD/179/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam kariga ta’ bibljotekarju/xjenza tal-informazzjoni u f’dak tal-awdjoviżiv rispettivament, hekk kif in-natura u l-kontenut tagħhom ġie identifikat fil-punti 68 sa 70 ta’ din is-sentenza, huma annullati.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent tagħha.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-510/13) (1)

([“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ tradutturi - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”])

(2016/C 059/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze et B. Beutler, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/260/13, EPSO/AD/261/13, EPSO/AD/262/13, EPSO/AD/263/13, EPSO/AD/264/13, EPSO/AD/265/13 u EPSO/AD/266/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Daniża, Ingliża, Franċiża, Taljana, Maltija, Olandiża u Slovena rispettivament (ĠU 2013 C 199 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/260/13, EPSO/AD/261/13, EPSO/AD/262/13, EPSO/AD/263/13, EPSO/AD/264/13, EPSO/AD/265/13 u EPSO/AD/266/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Daniża, Ingliża, Franċiża, Taljana, Maltija, Olandiża u Slovena rispettivament, huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-interventi tagħhom.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda T-515/13 u T-719/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Bini ta’ bastimenti - Dispożizzjonijiet fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet stabbiliti għall-finanzjament u x-xiri ta’ bastimenti - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna parzjalment l-irkupru tagħha - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Vantaġġ - Natura selettiva - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 059/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment N. Díaz Abad, sussegwentment M. Sampol Pucurull, avukati) (Kawża T-515/13); Lico Leasing, SA (Madrid, Spanja) u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA (Madrid) (rappreżentanti: M. Merola u A. Sánchez, avukati) (Kawża T-719/13))

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, M. Afonso, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja [–] Reġim tat-taxxa [Skema fiskali] applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema [skema] Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU 2014, L 114, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja [–] Reġim tat-taxxa [Skema fiskali] applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema [skema] Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mir-Renju ta’ Spanja, minn Lico Leasing, SA, u minn Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Bice International vs UASI – Bice (bice)

(Kawża T-624/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali bice - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti 1926 BiCE RISTORANTE - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 059/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bice International Ltd (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Gibb, solicitor, u D. McFarland, barrister, sussegwentement minn D. McFarland)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bice AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentant: D. Pauli, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1249/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bice International Ltd u Bice AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bice International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Olympus Medical Systems vs UASI (3D)

(Kawża T-79/15) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade figurattiva 3 D - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 059/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olympus Medical Systems Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u C. Opatz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Doherty u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1708/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv 3D bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Olympus Medical Systems hija kundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2014..


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-673/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Trasport - Stabbiliment ta’ Airport Handling SpA - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Miżuri ta’ għajnuna eżegwiti kompletament fid-data tal-preżentata tar-rikors - Inammissibbiltà))

(2016/C 059/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino u A. De Stefano, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4537 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, dwar l-istabbiliment tal-kumpannija Airport Handling [għajnuna mill-Istat SA.21420 (2014/C)(ex 20 14/NN)(ex 20 13/PN)]

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament

(Kawża T-224/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 059/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofely Solelec (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange, il-Lussemburgu) u Cofely Fabricom (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn V. Elvinger u S. Marx, sussegwentement minn S. Marx, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Chrétien u M. Mraz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni Nru 103299 tad-direttorat ġenerali tal-infrastruttura u tal-loġistika tal-Parlament, tas-27 ta’ April 2015, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lott Nru 75, intitolat “Elettriku – Kurrenti qawwijin”, fil-kuntest tas-sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T-14-A04, dwar il-proġett ta’ estensjoni u ta’ tiġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Cofely Solelec, ta’ Mannelli & Associés SA u ta’ Cofely Fabricom.


(1)  ĠU C 205 22.6.2015.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

(Kawża T-543/15 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Tqegħid fis-suq u użu tal-prodotti bijoċidali - Inklużjoni ta’ kumpannija bħala fornitur ta’ sustanza attiva, fil-lista msemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2016/C 059/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja); Ecolab Deutschland GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja); Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja); u Diversey Europe Operations BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard u P. Sellar, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: C. Buchanan u W. Broere, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-ECHA tas-17 ta’ Ġunju 2015 li tikkonċerna l-inklużjoni tal-kumpannija O., bħala fornitur ta’ sustanza attiva, fil-lista msemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/20


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

(Kawża T-669/15 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Tqegħid fis-suq u użu tal-prodotti bijoċidali - Inklużjoni ta’ kumpannija bħala fornitur ta’ sustanza attiva, fil-lista msemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2016/C 059/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja); Ecolab Deutschland GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja); Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja); u Diversey Europe Operations BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard u P. Sellar, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: C. Buchanan u W. Broere, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-ECHA tas-16 ta’ Ġunju 2015 li tikkonċerna l-inklużjoni tal-kumpannija B., bħala fornitur ta’ sustanza attiva, fil-lista msemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/20


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2015 – PAN Europe et. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-600/15)

(2016/C 059/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life) (Louvain-la-Neuve, il-Belġju), Unione nazionale associazioni apicoltori italiani (Unaapi) (Castel San Pietro Terme, l-Italja) (rappreżentanti: B. Kloostra, avukat, A. van den Biesen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1295 (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2) u Anness I u Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 meta adottat ir-regolament ikkontestat u approvat it-tqegħid fis-suq ta’ sulfoxaflor.

Il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u/jew ma applikatx korrettament ir-rekwiżiti relatati mal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi kif imniżżel fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

Il-Kummissjoni aġixxiet ukoll bi ksur tal-Artikolu 4 flimkien mal-Artikolu 6(f) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u ta’ punt 1.1 u 2.2 tal-Anness II għar-Regolament u/jew ma applikatx korrettament ir-rekwiżiti relatati mal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi kif imniżżel fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

Il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 6(i) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u/jew ma applikatx korrettament ir-rekwiżiti relatati mal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi kif imniżżel fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regolament ikkontestat jikser id-dritt għall-proprjetà ta’ dawk li jrabbu n-naħal u dritt tagħhom għall-intrapriża kif imniżżel fl-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (3).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjon aġixxiet bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, konsistenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u d-dmir ta’ premura, bl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1295, tas-27 ta’ Lulju 2015, li japprova s-sustanza attiva sulfoksaflor, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 199, p. 8).

(2)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, p. 1).

(3)  Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, p. 1).


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/21


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/15)

(2016/C 059/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (København, id-Danimarka), Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Lulju 2015 fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (Danimarka) għall-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wetqet żball billi kkonstatat li l-finanzjament mogħti lil Femern A/S għall-konnessjonijiet ferrovjarji Daniżi maż-żoni interni ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żabll meta kkonkludiet li l-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil Femern A/S għall-konnessjoni fissa huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE. Il-Kummissjoni wetqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkonkludiet li l-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn kien ta’ natura ta’ interess Ewropew komuni u billi kkonkludiet li l-għajnuna kienet neċessarja u proporzjonata. Il-Kummissjoni wettqet ukoll żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ distorzjonijiet tal-kompetizzjoni indebiti u l-kriterju ta’ ibbilanċjar u fir-rigward tal-mobilizzazzjoni tal-garanziji tal-Istat.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Ir-rikorrenti jsostnu li jeżistu indizji ta’ diffikultajiet gravi marbuta mat-tul u ċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ eżami preliminari. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jinvokaw in-natura insuffiċjenti u inkompelta tal-analiżi dwar il-finanzjament mogħti lil Femern A/S għall-konnessjonijiet ferrovjarji Daniżi maż-żoni interni, fir-rigward tan-natura ta’ interess Ewropew komuni tal-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn, fir-rigward tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-għajnuna mogħtija u fir-rigward tal-prevenzjoni tad-distorzjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-kriterju ta’ ibbilanċjar.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni. Il-Kummissjoni ma pprovdietx raġunijiet fir-rigward tal-konnessjonijiet ferrovjarji Daniżi maż-żoni interni, fir-rigward tan-natura ta’ interess Ewropew komuni tal-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn, fir-rigward tan-neċessitàu tal-proporzjonalità tal-għajnuna u fir-rigward tal-[prevenzjoni] tad-distorzjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-kriterju ta’ ibbilanċjar.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/22


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2015 – Stena Line Scandinavia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-631/15)

(2016/C 059/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stena Line Scandinavia AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: P. Alexiadis, Solicitor, L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Lulju 2015 fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (Danimarka) għall-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wetqet żball billi kkonstatat li l-finanzjament mogħti lil Femern A/S għall-konnessjonijiet ferrovjarji Daniżi maż-żoni interni ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żabll meta kkonkludiet li l-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil Femern A/S għall-konnessjoni fissa huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE. Il-Kummissjoni wetqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkonstatat li l-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn kien ta’ natura ta’ interess Ewropew komuni u billi kkonkludiet li l-għajnuna kienet neċessarja u proporzjonata. Il-Kummissjoni wettqet ukoll żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ distorzjonijiet tal-kompetizzjoni indebiti u l-kriterju ta’ ibbilanċjar u fir-rigward tal-mobilizzazzjoni tal-garanziji tal-Istat.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Ir-rikorrenti ssostni li jeżistu indizji ta’ diffikultajiet gravi marbuta mat-tul u ċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ eżami preliminari. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tinvoka n-natura insuffiċjenti u inkompelta tal-analiżi dwar il-finanzjament mogħti lil Femern A/S għall-konnessjonijiet ferrovjarji Daniżi maż-żoni interni, fir-rigward tan-natura ta’ interess Ewropew komuni tal-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn, fir-rigward tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-għajnuna mogħtija u fir-rigward tal-prevenzjoni tad-distorzjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-kriterju ta’ ibbilanċjar.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni. Il-Kummissjoni ma pprovdietx raġunijiet fir-rigward tal-konnessjonijiet ferrovjarji Daniżi maż-żoni interni, fir-rigward tan-natura ta’ interess Ewropew komuni tal-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn, fir-rigward tan-neċessitàu tal-proporzjonalità tal-għajnuna u fir-rigward tal-[prevenzjoni] tad-distorzjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-kriterju ta’ ibbilanċjar.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/23


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2015 – Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-673/15)

(2016/C 059/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guardian Europe Sàrl (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Louis, avukat, u C. O’Daly, Solicitor)

Konvenuti: L-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

(1) tordna l-ħlas ta’ kumpens lir-rikorrenti għad-danni segwenti kkawżati minħabba n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi fi żmien raġonevoli: (a) spejjeż ta’ garanzija li jammontaw għal EUR 936 000; (b) spejjeż ta’ opportunità/telf ta’ qligħ li jammontaw għal EUR 1 671 000; u (c) danni morali li jammontaw għal EUR 14,8 miljun;

(2) iżżid l-interessi fuq l-ammonti mitluba taħt l-ewwel talba, sa fejn rilevanti, skont ir-rata medja applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid fiż-żmien rilevanti, miżjuda b’żewġ punti;

(3) tordna l-ħlas ta’ kumpens lir-rikorrenti għad-danni segwenti li hija ġarrbet minħabba l-ksur, mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ġenerali, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament: (a) spejjeż ta’ garanzija li jammontaw għal EUR 1 547 000; (b) spejjeż ta’ opportunità/telf ta’ qligħ li jammontaw għal EUR 9 292 000; u (c) danni morali li jammontaw għal EUR 14,8 miljun;

(4) iżżid l-interessi fuq l-ammonti mitluba taħt it-tielet talba, sa fejn rilevanti, skont ir-rata medja applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid fiż-żmien rilevanti, miżjuda b’żewġ punti; u

(5) tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż marbuta mar-rikors tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrenti għandha d-dritt li tingħata kumpens mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE peress li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tagħha taħt l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għal għoti ta’ sentenza fi żmien raġonevoli. In-nuqqas li tingħata deċiżjoni fi żmien raġonevoli kkawża tliet tipi ta’ telf bejn it-12 ta’ Frar 2010 u s-27 ta’ Settembru 2012: (1) żieda fl-ispejjeż marbuta ma’ garanzija bankarja għall-ammont tal-multa li r-rikorrenti ma ħallsitx immedjatament lill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru C(2007)5791 finali, tat-28 ta’ Novembru 2007, fil-Każ COMP/39165 – Ħġieġ ċatt; (2) spejjeż ta’ opportunità peress li r-rata baxxa ta’ interessi fuq l-ammont tal-multa mħallsa lura tardivament lir-rikorrenti wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-2014 kienet ħafna iktar baxxa mill-qligħ potenzjali li r-rikorrenti setgħet tikseb li kieku, minflok ħallset din is-somma lill-Kummissjoni fl-2008, hija investiet tali somma fin-negozju tagħha; u (3) danni morali minħabba l-fatt li d-deċiżjoni imponiet b’mod żbaljat l-ogħla multa fuq ir-rikorrenti f’Novembru 2007, u minħabba n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi fi żmien raġonevoli, fejn tali nuqqas ġie rrimedjat biss tardivament mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Novembru 2014.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrenti għandha d-dritt li tingħata kumpens mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE peress li kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-Qorti Ġenerali kisru manifestament il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ddiskriminaw kontra r-rikorrenti. Id-Deċiżjoni Nru C(2007)5791 finali, tat-28 ta’ Novembru 2007, fil-Każ COMP/39165 – Ħġieġ ċatt, eskludiet b’mod żbaljat il-bejgħ ristrett [captive sales] fil-kalkolu tal-multi imposti fuq id-destinatarji l-oħra tad-deċiżjoni u naqset milli tirrimedja għad-diskriminazzjoni sussegwenti kontra r-rikorrenti, li, bħala produttriċi mhux integrata, ma kellha l-ebda bejgħ ristrett. Il-Qorti Ġenerali aggravat l-iżball tal-Kummissjoni billi kkonfermat l-esklużjoni tal-bejgħ ristrett imwettqa minn din id-deċiżjoni. Kien biss f’Novembru 2004 li l-Qorti tal-Ġustizzja rrimedjat għal dan l-iżball billi naqqset il-multa imposta mid-deċiżjoni bi EUR 44,4 miljun. Madankollu, dan it-tnaqqis ma kkumpensax id-dannu mġarrab mir-rikorrenti minn Novembru 2007 sa Novembru 2014, liema dannu kien ikkawżat mill-fatt li ġiet imposta fuqha multa eċċessiva, li ssuġġeriet li hija kellha responsabbiltà speċjali għall-akkordju tal-ħġieġ ċatt u li rriżultat fi spejjeż finanzjarji addizzjonali. L-att illegali tal-Kummissjoni u tal-Qorti Ġenerali kkawża għar-rikorrent l-istess tliet tipi ta’ telf imsemmija taħt l-ewwel motiv iżda għal perijodu itwal, jiġifieri minn Novembru 2007 sa Novembru 2014.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/24


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2015 minn Patrick Wanègue mid-digriet mogħti fil-15 ta’ Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-21/15, Wanègue vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T-682/15 P)

(2016/C 059/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Patrick Wanègue (Dilbeek, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-15 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża F-21/15 li permezz tiegħu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ċaħad bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment inammissibbli r-rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2015 mill-appellant kontra l-Kumitat tar-Reġjuni;

tiddeċiedi fuq ir-rikors u tilqa’ t-talbiet tal-appellant imressqa permezz tar-rikors tiegħu,

tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 51(1) u 53(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-partijiet fil-proċedura, sa fejn it-terminu ta’ xahrejn previst għall-preżentata tar-risposta, miżjud b’terminu fiss ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza, ġie kkalkolat mid-data tar-riċezzjoni tan-notifika tar-regolarizzazzjoni tar-rikors, u mhux minn dik tan-notifika tar-rikors, b’mod li r-risposta tal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) ddaħħlet fil-proċess tal-kawża minkejja li kienet ġiet ippreżentata wara l-iskadenza tat-terminu, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bbaża ruħu fuq din ir-risposta sabiex jiċħad ir-rikors permezz ta’ digiret abbażi tal-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura u l-appellant ma ngħatax il-possibbiltà li jitlob il-benefiċċju ta’ sentenza fil-kontumaċja abbażi tal-Artikolu 121 tar-Regoli tal-Proċedura.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest tagħhom u l-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn it-TSP, fil-punti 64 sa 70 tad-digriet tiegħu, interpreta l-Artikolu 56 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni la l-Artikolu 55 tagħhom u lanqas id-deċiżjonijiet adottati mill-KtR fuq din il-bażi, u ma wiġibx għall-argumenti li l-appellant ġibed minn dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll fuq żbalji ta’ liġi, sa fejn b’hekk huwa interpreta ħażin il-portata u l-għan tal-Artikoli 55 u 56 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 3 tal-Anness VI tagħhom, kif ukoll tal-Artikoli 2 u 4 tad-Deċiżjoni Nru 048/03 dwar il-modalitajiet ta’ għoti ta’ allowances b’rata fissa għas-sahra maħduma minn ċerti uffiċjali tal-kategoriji C u D li huma obbligati jaħdmu bis-sahra fuq bażi regolari (iktar ‘’il quddiem id-“Deċiżjoni Nru 48/03”).

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 31 tal-Karta skont id-Deċiżjoni Nru 48/03, kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi u tar-rekwiżit li atti proċedurali għandhom jiġu interpretati skont il-kliem tagħhom, sa fejn t-TSP, fil-punti 71 sa 74 tad-digiret tiegħu, ma ħax inkunsiderazzjoni l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 48/03 għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(2) tal-Karta, ma wiġibx b’mod suffiċjenti fid-dritt għall-argumentazzjoni li l-appellant ġibed minn dawn id-dispożizzjonijiet u interpreta ħażin is-suġġett u l-kawżali tar-rikors tiegħu.

4.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżit li atti proċedurali għandhom jiġu interpretati skont il-kliem tagħhom u tal-prinċipju ta’ evalwazzjoni tar-rikors skont l-elementi eżistenti fi żmien l-adozzjoni tal-att ikkontestat, sa fejn it-TSP qies, fil-punt 77 tad-digriet tiegħu, li l-appellant kien qed jibbaża l-argumentazzjoni tiegħu, mibnija fuq il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, fuq il-konsegwenzi tad-deċiżjoni kontenzjuża u f’kull każ huwa ċaħad tali argumentazzjoni fuq il-bażi ta’ dawn il-konsegwenzi, kif ukoll fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal skont il-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ dan l-aħħar prinċipju, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma wiġibx, fil-punt 77 kif ukoll fil-punti 78 sa 80 tad-digriet tiegħu, b’mod suffiċjenti fid-dritt għall-argumentazzjoni tiegħu.

5.

Il-ħames aggravju, ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tar-rekwiżit li atti proċedurali għandhom jiġu interpretati skont il-kliem tagħhom u tal-Artikolu 50(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura tat-TSP, sa fejn huwa qies, fil-punt 82 tad-digriet tiegħu, li l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma mill-appellant ma kienet sostnuta minn ebda argumentazzjoni, kuntrarjament għal dak li huwa previst f’din id-dispożizzjoni, u kienet għalhekk inammissibbli u, min-naħa l-oħra, fuq l-illegalità li konsegwentement tirriżulta mill-punti 54 sa 57 tad-digriet appellat.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/26


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2015 minn Roderich Weissenfels mis-sentenza mogħtija fl-24 ta Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-92/14 Weissenfels vs Il-Parlament

(Kawża T-684/15 P)

(2016/C 059/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Roderich Weissenfels (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Maximini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla s-sentenza;

tilqa’ t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza u

konsegwentement tikkundanna lill-Parlament għall-ħlas tad-danni morali mitluba u għall-ħlas tal-proċeduri fiż-żewġ istanzi, inklużi dawk tal-proċedura prekontenzjuża u l-onorarji u l-ispejjeż kollha neċessarji tal-appellant.

Aggravji u argumenti prinċipali

B’dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-24 ta’ Settembru 2015, Weissenfels vs Il-Parlament (F-92/14, ĠabraSP, EU:F:2015:110).

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tar-rekwiżit ta’ imparzjalità (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

L-appellant isostni li kemm il-proċeduri ġudizzjarji li wasslu għas-sentenza appellata kif ukoll is-sentenza nnifisha huma kkaratterizati b’mod kontinwu minn ksur ripetut tar-rekwiżit ta’ imparzjalità. Dan il-ksur huwa ovvju kemm f’azzjonijiet sussidjarji kif ukoll fi ksur tal-liġi li huwa rilevanti għad-deċiżjoni.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq ċaħda ta’ ġustizzja, ksur tal-prinċipji ta’ loġika u żnaturament tal-fatti fir-rigward tar-rifjut li jiġi eżaminat jekk jeżistux l-elementi li jikkostitwixxu reat kriminali.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ loġika, żnaturament tal-fatti u evalwazzjoni manifestament inkorretta fir-rigward tal-affermazzjonijiet defamatorji kkontestati li jinsabu fil-messaġġ elettroniku tal-10 ta’ April 2002.

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti u tas-suġġett tal-proċeduri, ksur tal-prinċipji ta’ loġika, u nuqqas ta’ osservanza tal-liġi u ksur tal-liġi fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data personali tal-appellant.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/27


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2015 minn Peter Schönberger mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża F-14/12 RENV, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-688/15 P)

(2016/C 059/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tad-digriet tat-30 ta’ Settembru 2015, Schönberger vs Rechnungshof (F-14/12 RENV, ĠabraSP, EU:F:2015:112).

Insostenn tal-appell tieħu, l-appellant jinvoka seba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-appellant isostni li fid-deċiżjoni kkontestata t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika b’mod żbaljat l-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, u b’dan il-mod kiser id-dritt tal-appellant għal smigħ u għal smigħ xieraq.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq sostituzzjoni tal-motivazzjoni permezz tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ argumenti ppreżentati b’mod tardiv.

Skont l-appellant, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ssostitwixxa l-motivazzjoni sa fejn ibbaża ruħu fuq argumenti ppreżentati mill-konvenut b’mod tardiv.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti.

Skont l-appellant, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żnatura l-pożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri sa fejn sostna, fid-deċiżjoni kkontestata, li hija ddikjarat li evalwazzjoni tal-merti tal-appellant meta mqabbla ma’ dawk tal-uffiċjali l-oħra li jistgħu jiġu promossi ma kinitx twassal għall-promozzjoni tal-appellant minkejja li l-Qorti tal-Awdituri sempliċement iddikjarat li l-appellant ma kienx jiġi promoss awtomatikament jekk kien ikun hemm iktar pożizzjonijiet vakanti.

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq applikazzjoni żbaljata ta’ kriterju ta’ promozzjoni

L-appellant, barra minn hekk, isostni li għall-evalwazzjoni tal-merti tiegħu, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika b’mod illeġittimu kriterju ta’ promozzjoni li jmur lil hinn mill-kriterji tal-Qorti tal-Awdituri u li huwa inutilment riġidu, sa fejn tintalab il-prova li l-appellant kien, fost il-53 uffiċjal li seta’ jiġi promoss, dak bl-ogħla merti.

5.

Il-ħames aggravju bbażat fuq evalwazzjoni komparattiva mwettqa b’mod żbaljat tal-grad ta’ responsabbiltà assunt

L-appellant jilmenta wkoll li l-evalwazzjoni komparattiva tal-grad ta’ responsabbiltà assunt twettqet mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mhux fuq bażi fattwali u billi ġiet preżunta, b’mod żbaljat, prijorità awtomatika tal-kapijiet ta’ diviżjoni.

6.

Is-sitt aggravju bbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-perċentwali ta’ promozzjoni applikabbli.

F’dan ir-rigward, l-appellant isostni li l-kwistjoni tal-perċentwali ta’ promozzjoni applikabbli taffettwa l-mertu tat-tilwima. Għaldaqstant ma kellhiex tiġi ttrattata fl-ambitu tal-eżami tal-ammissibbiltà.

7.

Is-seba’ aggravju bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

Fl-aħħar nett, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika b’mod żbaljat, u mhux b’mod konformi mal-ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sa fejn ma rrikonoxxiex li tali prinċipju jinkiser meta l-istituzzjonijiet imorru lil hinn mill-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom u jadottaw miżuri, b’distinzjonijiet arbitrarji, li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/28


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2015 – HTTS vs Il-Kunsill

(Kawża T-692/15)

(2016/C 059/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniiż

Partijiet

Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schlingmann u M. Bever, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tħallasha kumpens li jammonta għal EUR 2 516 221,50 bħala riparazzjoni għad-danni materjali u morali kkawżati mill-inklużjoni tagħha fil-lista tal-persuni, entitajiet u organi li jidhru fl-Anness V tar-Regolament Nru 423/2007 u fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta’ interessi moratorji bir-rata ta’ interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, u dan, mis-17 ta’ Ottubru 2015 sal-ħlas sħiħ tas-somma hawn fuq indikata;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż, u b’mod partikolari għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur mill-Kunsill – li inkludiha bi żball fil-lista ta’ persuni, entitajiet u organi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha ġew iffriżati – tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi li jfittxu li jipproteġu interessi individwali u ma jħalli l-ebda marġni ta’ interpretazzjoni.

Ir-rikorrenti sofriet, skond hija, danni materjali u morali li huma l-konsegwenza diretta tal-miżuri restrittivi adottati bi żball fil-konfront tagħha mill-Kunsill.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/28


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 minn Juha Tapio Silvan mis-sentenza mogħtija fit-22 ta’ Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-83/14, Silvan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-698/15 P)

(2016/C 059/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Juha Tapio Silvan (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. de Montigny u J. N. Louis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi li:

is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża F-83/14, (Tapio Silvan vs Il-Kummissjoni) hija annullata;

permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda,

taqta’ u tiddeċiedi li:

id-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss hija annullata;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravu, ibbażat fuq l-ammissibbiltà tal-motivi invokati u tal-provi prodotti, li huwa maqsum f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, ibbażata fuq ksur tar-regoli proċedurali u fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ddikjara inammissibbli l-motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ eżami komparattiv tal-merti mill-Awtorità tal-Ħatra;

It-tieni parti, ibbażata fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta naqas milli jevalwa l-provi prodotti mir-rikorrent li juru l-assenza ta’ eżami komparattiv mill-Awtorità tal-Ħatra fl-istadji kollha tal-proċedura ta’ promozzjoni.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 45 u tal-assenza ta’ eżami komparattiv tal-merti, li huwa maqsum f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, ibbażata, minn naħa, fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kuntest tal-analiżi tal-annessi prodotti u fuq l-iżnaturament tal-provi prodotti mill-partijiet, fuq l-assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv kif ukoll fuq l-assenza ta’ motivazzjoni u, min-naħa l-oħra, fuq żball ta’ evalwazzjoni, fuq l-assenza ta’ motivazzjoni, fuq l-assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv, kif ukoll fuq l-iżnaturament tal-provi;

It-tieni parti, ibbażata, minn naħa, fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-motivi mressqa mir-rikorrent sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li r-rikorrent ma kienx qajjem eċċezzjoni ta’ illegalità tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) C(2011) 8190 tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal adottati mill-Kummissjoni Ewropea, fl-14 ta’ Novembru 2011, sa fejn ebda eżami komparattiv ma huwa previst fl-istadju tal-Kumitat konġunt ta’ promossjoni, u, min-naħa l-oħra, fuq żball ta’ evalwazzjoni u l-iżnaturament tal-provi prodotti.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-analiżi tal-merti, li huwa maqsum f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, ibbażata fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-evalwazzjoni tal-oneru tal-prova;

It-tieni parti, ibbażata fuq żball ta’ evalwazzjoni u fuq l-iżnaturament tal-provi prodotti.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/30


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-705/15)

(2016/C 059/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

sussidjarjament, taħtar il-ħatra ta’ espert sabiex tiġi stabbilita l-portata tad-dannu sostnut mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat, minn naħa, fuq id-dannu morali kkawżat minn dannu fil-konfront tar-reputazzjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, fuq id-dannu materjali kkawżat mill-ksur tar-relazzjonijiet kuntrattwali tagħha, mit-telf ta’ tagħmir kif ukoll mit-telf ta’ dħul, li r-rikorrenti kienet sostniet minħabba f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/30


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Souruh vs Il-Kunsill

(Kawża T-707/15)

(2016/C 059/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Souruh SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat, minn naħa, fuq id-dannu morali kkawżat minn dannu fil-konfront tar-reputazzjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, fuq id-dannu materjali kkawżat mill-ksur tar-relazzjonijiet kuntrattwali tagħha, mit-telf ta’ tagħmir kif ukoll mit-telf ta’ dħul, li r-rikorrenti kienet sostniet minħabba f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/31


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Cham u Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-708/15)

(2016/C 059/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cham Holding Co. SA (Damasku, is-Sirja), u Bena Properties Co. SA (Damasku) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

taħtar il-ħatra ta’ espert sabiex tiġi stabbilita l-portata sħiħa tad-dannu sostnut mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi prinċipali u motiv sussidjarju, ibbażati fuq id-dannu li sostnew u li r-responsabbiltà tiegħu hija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-atti adottati mill-Kunsill, fis-sens li dan tal-aħħar naqas mill-obbligu tiegħu ta’ prudenza u ta’ diliġenza billi bbaża d-deċiżjonijiet tiegħu sabiex jinkludi r-rikorrenti fuq il-bażi ta’ motivi vagi u mhux preċiżi, u dan minkejja l-ġurisprudenza li timponilu li jimmotiva b’mod preċiż id-deċiżjonijiet tiegħu, u jinjora l-obbligu tiegħu li jżomm smigħ minn qabel dwar iż-żamma tar-rikorrenti fil-listi ta’ sanzjonijiet. Barra minn hekk, il-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrenti huma ta’ natura inġusta u sproporzjonata u jiksru d-dritt tagħhom għar-reputazzjoni u d-drittijiet tagħhom għall-proprjetà.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq id-dannu morali li r-rikorrenti allegatament kienu sostnew, peress li l-inklużjoni tagħhom fil-listi ta’ sanzjonijiet kien ippreġudika r-reputazzjoni tagħhom.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq id-dannu materjali sostnut mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tagħhom fil-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi, peress li minħabba f’dan il-fatt huma tilfu numru kbir ta’ kuntratti u sorsi ta’ dħul.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ir-responsabbiltà assoluta tal-Unjoni Ewropea għad-danni kkawżati lir-rikorrenti insegwitu għall-inklużjoni tagħhom fil-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet suġġetti għas-sanzjonijiet kontra s-Sirja.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/32


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-709/15)

(2016/C 059/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Almashreq Investment Fund (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

taħtar il-ħatra ta’ espert sabiex tiġi stabbilita l-portata tad-dannu sostnut mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq id-dannu morali sostnut minnha, jiġifieri li ppreġudika r-reputazzjoni tagħha, u li huwa f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/32


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2015 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-710/15)

(2016/C 059/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq id-dannu morali sostnut minnha, jiġifieri li ppreġudika r-reputazzjoni tagħha, u li huwa f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/33


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-711/15)

(2016/C 059/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Razan Othman (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrent fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku bbażat fuq id-dannu morali sostnut minnu, jiġifieri li ppreġudika r-reputazzjoni tiegħu, u li huwa f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/33


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Crédit Mutuel Arkéa vs BĊE

(Kawża T-712/15)

(2016/C 059/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Crédit Mutuel Arkéa (Le Relecq-Kerhuon, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet tar-rikorrent

tannula d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Ottubru 2015 (ECB/SSM/2015 – 9695000CG7B8NLR5984/28) li tistabbilixxi r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit Mutuel.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Ottubru 2015 (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni”) hija illegali, minħabba l-fatt li hija tikser id-dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew li jillimitaw il-kompetenza tal-BĊE fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali għall-istabbilimenti ta’ kreditu biss. Dan il-motiv huwa maqsum f’erba’ partijiet.

L-ewwel parti, skont liema d-dritt applikabbli għal BĊE fir-rigward tas-superviżjoni bankarja jkun jillimita strettament il-kompetenza tiegħu għall-uniċi stabbilimenti ta’ kreditu u għall-istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

It-tieni parti, skont liema l-Konfederazzjoni nazzjonal tal-Crédit Mutuel (CNCM) ma hijiex stabbiliment ta’ kreditu u għalhekk is-superviżjoni tal-Crédit Mutuel mill-BĊE ma tistax issir fuq il-livell tiegħu.

It-tielet parti, skont liema l-impossibbiltà għall-BĊE li jeżerċita fir-rigward tas-CNCM setgħa ta’ superviżjoni prudenzjali hija kkonfermata mill-fatt li huwa ma għandu l-ebda setgħa ta’ sanzjoni kif huwa rikonoxxut mill-BĊE.

Ir-raba’ parti, skont liema, fin-nuqqas tas-setgħa li tiġi preskritta l-inqas miżura possibbli fil-konfronti tas-CNCM, tkun għalxejn u legalment żbaljata li d-deċiżjoni trid tippreskrivi miżuri korrezzjonali fil-konfronti tal-grupp Crédit Mutuel, liema deċiżjoni ma jkollha l-ebda eżistenza legali.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni wkoll għandha tiġi annullata, minħabba li hija tqis b’mod illegali li l-Crédit Mutuel kollu kemm huwa jikkostitwixxi grupp fis-sens tad-dispożizzjonijiet Ewropej applikabbli fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet:

L-ewwel parti, skont liema l-prinċipju ġenerali stabbilit mil-leġiżlazzjoni Ewropea huwa, minn naħa, superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu fuq bażi individwali u, min-naħa l-oħra, superviżjoni kkonsolidata fil-livell tal-gruppi mutwalisti li tippreżumi li huma jistgħu jiġu assimilati f’entità unika.

It-tieni parti, skont liema l-kundizzjonijiet legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Ewropea li jippermettu superviżjoni prudenzjali kkonsolidata fil-livell ta’ gruppi bankarji ma humiex issodisfatti.

It-tielet parti, skont liema l-ebda waħda mit-tliet kundizzjonijiet li jippermettu s-superviżjoni kkonsolidatata fil-livell tal-Crédit Mutuel kollu kemm hu ma huma ssodisfatti fil-każ ineżami.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni għandha wkoll tiġi annullata sa fejn hija żżid b’mod illegali mit-8 % għall-11 % ir-rekwiżit ta’ fondi tagħha stess ta’ bażi tal-kategorija 1 applikabbli għall-grupp Crédit Mutuel Arkéa. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, skont liema d-deċiżjoni hija vvizzjata bi żball ta’ liġi.

It-tieni parti, skont liema d-deċiżjoni hija wkoll vvizzjata bi żbalji ta’ evalwazzjoni.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/34


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-714/15)

(2016/C 059/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrent fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku bbażat fuq il-fatt li r-rikorrent sostna dannu morali, li ppreġudika r-reputazzjoni tiegħu, u li huwa f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/35


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – BBY Solutions vs UASI – Worldwide Sales Corporation España (BEST BUY GEEK SQUAD)

(Kawża T-715/15)

(2016/C 059/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BBY Solutions, Inc. (Minneapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Poulter, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Worldwide Sales Corporation España, SL (Sant Vicenç dels Horts, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BEST BUY GEEK SQUAD” – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6 064 001

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tt-23 ta’ Settembru 2015, fil-Każijiet magħquda R 517/2015-2 u R 437/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħet l-oppożizzjoni;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tat-22 ta’ Diċembru 2014, fl-oppożizzjoni Nru B 1354630 sa fejn laqgħet l-oppożizzjoni;

tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 064 001;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/36


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2015 – Gallardo Blanco vs UASI – Expasa Agricultura y Ganadería (Rappreżentazzjoni tal-ħadida ta’ flett tal-brilja ta’ żiemel fil-forma ta’ H)

(Kawża T-716/15)

(2016/C 059/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Juan Gallardo Blanco (Los Barrios, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Expasa Agricultura y Ganadería, SA (Jerez de la Frontera, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni tal-ħadida ta’ flett tal-brilja ta’ żiemel fil-forma ta’ H) – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 10 424 323

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1502/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Settembru 2015.

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-14 ta’ April 2014.

tbiddel id-deċiżjonijiet preċedenti billi tilqa’ għal kollox l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 10 424 323.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, kif ukoll għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-UASI.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 4, tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/37


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2015 – PTC Therapeutics International vs EMA

(Kawża T-718/15)

(2016/C 059/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PTC Therapeutics International Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: M. Demetriou, QC, C. Thomas, Barrister, G. Castle, B. Kelly u H. Billson, Solicitors)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini EMA/722323/2015, tal-25 ta’ Novembru 2015, li tagħti aċċess lil terzi għall-informazzjoni dwar prodott mediċinali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), sa fejn id-deċiżjoni tikkonċerna informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali li r-rilaxx tagħha jikser id-drittijiet tar-rikorrenti u sa fejn id-deċiżjoni hija pprojbita mid-dritt UE.

tibgħat id-deċiżjoni kkontestata lura lill-EMA għal kunsiderazzjoni ulterjuri fir-rigward tar-redazzjoni ta’ siltiet kunfidenzjali b’konsultazzjoni mar-rikorrenti; u,

tikundanna lill-EMA għall-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega li d-dokument inkwistjoni huwa protett mill-Artikolu 4(2) u/jew Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

2.

It-tieni motiv jallega li d-dokument inkwistjoni fl-intier tiegħu jikkostitwixxi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali li hija protetta mill-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament.

3.

It-tielet motiv jallega li r-rilaxx tad-dokument jista’ jdgħajjef il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-EMA.

4.

Ir-raba’ motiv jallega li l-EMA naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ bbilanċjar kif meħtieġ mil-liġi.

5.

Il-ħames motiv jallega li r-riżultat ta’ eżerċizzju ta’ bbilanċjar xieraq, kif meħtieġ mil-liġi, kien ikun deċiżjoni sabiex ma jsir rilaxx ta’ ebda parti mid-dokument.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/37


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 minn LP mid-digriet mogħti 28 ta’ Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-73/14

(Kawża T-719/15 P)

(2016/C 059/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: LP (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Talbiet

tannulla d-digriet tat-28 ta’ Settembru 2015 mogħti fil-Kawża F-73/14 u li tiddeċiedi l-kawża u, alternattivament, li tirrinvija l-kawża lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju wieħed, ibbażat fuq il-fatt li d-digriet ikkontestat huwa vvizjat b’diversi żbalji ta’ liġi u li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ motivazzjoni, id-dmir ta’ premura u l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/38


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummisjoni vs CINAR

(Kawża T-720/15)

(2016/C 059/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, A. Duron, avukat, S. Delaude, aġent, L. Di Paolo, aġent, u J. Estrada de Solà, aġent)

Konvenuti: CINAR Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-konvenuta għar-rimbors tal-ammont ta’ GBP 25 616 favur ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-interessi fuq l-ammont prinċipali ta’ GBP 25 616 bir-rata applikata mill-Bank Ċentral Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ rifinanzjament fl-1 ta’ Diċembru 2005 (2,09 %) miżjuda b’punt u nofs, li jkopru l-perijodu ta’ bejn is-6 ta’ Diċembru 2005 sad-data tad-dħul tal-fondi li għandhom jiġi rrimborsati; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż kollha sostnuti f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv li jallega li l-konvenuta ma osservatx l-obbligi kuntrattwali marbuta mal-ġustifikazzjoni tal-ispejjeż mitluba. Peress li l-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta lill-konvenuta hija inferjuri għall-ammont totali mħallas mir-rikorrenti permezz ta’ ħlas antiċipat, ir-rikorrenti ssostni li skont il-kuntratt, il-konvenuta hija responsabbli għall-ħlas tas-somma dovuta.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/38


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-722/15)

(2016/C 059/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns e. V. (Mertingen, il-Ġermanija) (rappreżentanti: C. Bittner u N. Thies, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn:

iddeċidiet fl-Artikolu 1 li l-Ġermanja, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, għat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib li saru fil-Bayern, tat għajnuna favur impriżi fil-qasam tal-ħalib ikkonċernati fil-Bayern u li din l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern mill-1 ta’ Jannar 2007;

ordnat fl-Artikoli 2 sa 4 l-irkupru mingħand il-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna bl-interessi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432, tat-18 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam (notifikata bid-dokument C(2015) 6295).

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1)

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi li ma kinux koperti mid-deċiżjoni ta’ ftuħ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn ir-riżorsi li jirriżultaw mit-taxxa ġew ikklassifikati bħala riżorsi tal-Istat

Skont ir-rikorrenti, ir-riżorsi li jirriżultaw mit-taxxa ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala tal-Istat minħabba li ma humiex dejjem taħt il-kontroll tal-Istat u disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali sempliċement jibagħtu l-pagamenti tal-imħaleb lill-Milchprüfring inkarigat mit-twettiq tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn il-finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib huwa kklassifikat bħala għajnuna għall-imħaleb tal-Bayern

F’dan ir-rigward, huwa spjegat li l-ispiża ta’ testijiet tal-kwalità tal-ħalib ma tikkostitwixxix piżijiet li normalment għandhom jitħallsu mill-imħaleb tal-Bayern. It-testijiet kienu twettqu fl-interess pubbliku. Barra minn hekk, l-allegati benefiċċji mogħtija lill-imħaleb kienu ġew ikkumpensati mill-piżijiet fil-forma tal-ħlas obbligatorju tat-taxxa.

4.

Ir-raba’ motiv (sussidjarjament) ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li, fil-perijodu mill-2000 sal-2006, il-konvenuta qieset li r-riżorsi kontenzjużi kienu kompatibbli mas-suq intern. Minn dakinhar, ir-riżorsi kontenzjużi ma nbidlux. Dawn iċ-ċirkustanzi jimmilitaw fis-sens li s-setgħa diskrezzjonali tal-konvenut kienet tnaqqset fis-sens li hija kellha tqis ir-riżorsi mogħtija mill-1 ta’ Jannar 2007 bħala kompatibbli mas-suq intern.

5.

Il-ħames motiv (sussidjarjament) ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(1) u (3) TFUE sa fejn il-finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib huwa kklasisfikat bħala għajnuna ġdida u għalhekk suġġett għall-obbligu ta’ notifika.

6.

Is-sitt motiv (sussidjarjament) ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kkonstatat fir-rigward tal-perijodu mill-2000 sal-2006 li l-finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib kien kompatibbli mas-suq intern. Barra minn hekk, hija xorta waħda fi Frar 2012 iddeskriviet il-finanzjament tat-testijiet ta’ kwalità tal-ħalib bħala għajnuna eżistenti. B’hekk hija ħolqot aspettattivi leġittimi sa fejn ebda irkupru tal-għajnuna allegata ma ġie ordnat.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Genossenschaftsverband Bayern vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-723/15)

(2016/C 059/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Genossenschaftsverband Bayern e. V. (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Bittner u N. Thies, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn:

iddeċidiet fl-Artikolu 1 li l-Ġermanja, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, għat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib li saru fil-Bayern, tat għajnuna favur impriżi fil-qasam tal-ħalib ikkonċernati fil-Bayern u li din l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern mill-1 ta’ Jannar 2007

ordnat fl-Artikoli 2 sa 4 l-irkupru mingħand il-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna bl-interessi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432, tat-18 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-722/15, Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns vs Il-Kummissjoni.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Justice & Environment vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-727/15)

(2016/C 059/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Association Justice & Environment, z.s. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara nulli u bla effett id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, tad-19 ta’ Awwissu 2015, bin-numru ta’ referenza Ref GestDem Nru 2015/4284, li ċaħdet talba għal aċċess għal dokumenti, u d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali f’isem il-Kummissjoni, tal-15 ta’ Ottubru 2015, bin-numru ta’ referenza Ares(2015)4311297, li ċaħdet talba konfermattiva; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma illegali għaliex imorru kontra: (i) l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 355 TKE); (ii) l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1); (iii) l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2); u (iv) il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni Aarhus), flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005, dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall- ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (2005/370/KE) (3).


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

(3)  ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 17.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA

(Kawża T-729/15)

(2016/C 059/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MSD Animal Health Innovation GmbH (Schwabenheim, il-Ġermanja) u Intervet international BV (Boxmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Stratford, QC, C. Thomas, Barrister, P. Bogaert, avukat, B. Kelly u H. Billson, Solicitors)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-EMA tal-25 ta’ Novembru 2015, ikkomunikata lir-rikorrenti fit-3 ta’ Diċembru 2015, li tagħti aċċess lil terz għall-informazzjoni dwar prodott mediċinali veterinarju skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), sa fejn id-deċiżjoni tikkonċerna informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali li l-iżvelar tagħha tippreġudika d-drittijiet tar-rikorrenti u sa fejn id-deċiżjoni hija pprojbita mid-dritt tal-UE;

tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li d-dokumenti inkwistjoni huma protetti mill-Artikolu 4(2) u/jew l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 skont preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità.

2.

It-tieni motiv, li jallega li d-dokumenti inkwistjoni kollha kemm huma jikkostitwixxu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali li hija protetta mill-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament.

3.

It-tielet motiv, li jallega li l-iżvelar tad-dokumenti jippreġudika l-proċess deċiżjonali tal-EMA.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li l-EMA naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ bbilanċar kif mitlub mil-liġi.

5.

Il-ħames motiv, li jallega li l-eżitu ta’ eżerċizzju korrett ta’ bbilanċar, kif mitlub mil-liġi, kien ikun li ma tiġi żvelata l-ebda parti tad-dokumenti, jew almenu deċiżjoni li tilqa’ l-bidliet proposti mir-rikorrenti.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/42


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Hydro aluminium Rolled Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-737/15)

(2016/C 059/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hydro Aluminium Rolled Products GmbH (Grevenbroich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein u K. Dingemann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) – Il-Ġermanja, Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, C (2014) 8786 finali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv: assenza ta’ riżorsi tal-Istat

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta qieset b’mod żbaljat li l-eċċezzjoni favur impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija prevista mil-liġi EEG tal-2012 kienet timplika l-użu ta’ “riżorsi tal-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Fil-fatt, is-soprataxxa-EEG titħallas biss minn persuni privati u, barra minn hekk, ir-riżorsi miġbura ma humiex imputabbli lill-Istat minħabba l-assenza ta’ kontroll permanenti u l-impossibbiltà ta’ aċċess effettiv għall-awtoritajiet li tirriżulta minnha.

2.

It-tieni motiv: assenza ta’ selettività

Ir-rikorrenti ssostni li r-regola ta’ kumpens speċjali ma hijiex selettiva – kif meħtieġ mill-Artikolu 107(1) TFUE –, iżda tikkostitwixxi eċċezzjoni inerenti għas-sistema regolamentari tal-liġi EEG.

3.

It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Ir-rikorrenti tosserva li l-konvenuta tat lok, fil-konfront tar-rikorrenti, għal aspettattivi leġittimi, għaliex hija ma eżaminatx, fid-dawl tad-dritt dwar l-għajnuna, il-liġi EEG – li kienet taf biha – għal iktar minn għaxar snin. Barra minn hekk, il-konvenuta naqset milli tordna l-irkupru ta’ għajnuna komparabbli fi Stati Membri oħra.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/43


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Aurubis et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-738/15)

(2016/C 059/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aurubis AG (Hamburg, il-Ġermanja), Aurubis Stolberg GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja), Covestro Deutschland AG (Leverkusen, il-Ġermanja), Dow Olefinverbund GmbH (Schkopau, il-Ġermanja), Rheinkalk GmbH (Wülfrath, il-Ġermanja), Siltronic AG (München, Deutschland), Vestolit GmbH (Marl, il-Ġermanja) u Wacker Chemie AG (München) (rappreżentanti: C. Arhold u N. Wimmer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 3(1) tad-deċiżjoni inkwistjoni

sa fejn il-Kummissjoni tikkonstata li t-tnaqqis mis-soprataxxa intiża sabiex tiffinanzja l-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli (is-soprataxxa EEG) matul is-snin 2013 u 2014 favur utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija (Besondere Ausgleichsregelung, il-“BesAR”) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u

sussidjarjament, sa fejn il-Kummissjoni tikkonstata li l-BesAR tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat applikata illegalment bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE;

tannulla l-Artikoli 6, 7 u 8 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Kummissjoni tordna l-irkupru tal-għajnuna, u

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1585 mogħtija mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) – il-Ġermanja, Għajnuna għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u soprataxxa EEG imnaqqsa għall-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija, C(2014) 8786 finali (1).

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE

Ir-rikorrenti jsostnu li l-BesAR ma hijiex għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li ma hemmx trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, din ma tagħti ebda vantaġġ ekonomiku selettiv lill-impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108 TFUE

Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108 TFUE meta ordnat l-irkupru (parzjali), peress li l-liġi EEG tal-2012 tista’ l-iktar tiġi kklassifkata bħala għajnuna eżistenti u mhux bħala għajnuna ġdida applikata illegalment.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Ir-rikorrenti jsostnu li l-irkupru tal-għajnuna allegatament mogħtija illegalment jikser l-aspettattivi leġittimi li r-rikorrenti kellhom fir-rigward tal-legalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u li, b’mod partikolari, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-liġi EEG tal-2000 kienet ħolqot.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(1) TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regoli tal-Proċedura

Ir-rikorrenti jikkritikaw lill-Kummissjoni, fil-kuntest tar-raba’ motiv, li ma pproponietx miżuri utli lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja qabel ma nfetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.


(1)  ĠU L 250, p. 122.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/44


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Vinnolit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-743/15)

(2016/C 059/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vinnolit GmbH & Co. KG (Ismaning, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Geipel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1585, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija), u b’mod partikolari l-konstatazzjoni, fl-Artikoli 1 u 3, li r-regola ta’ kumpens speċjali (“Besondere Ausgleichsregelung”) prevista mil-liġi EEG tal-2012 għandha l-kwalità ta’ għajnuna u hija inkompatibbli mas-suq intern, kif ukoll l-obbligu previst fl-Artikoli 2, 6 u 7 dwar l-irkupru parzjali tal-vantaġġi mogħtija fl-2013 u fl-2014 lill-impriżi benefiċjarji;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq assenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li l-limitu massimu tas-soprataxxa EEG previst fil-liġi Ġermaniża għall-għoti ta’ prijorità lill-enerġija rinnovabbli (iktar ’il quddiem “EEG”) favur impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija jikkostitwixxi emenda għal mekkaniżmu ta’ kumpens tad-dritt ċivili. Dan ma jagħti ebda vantaġġ li joriġina mir-riżorsi tal-Istat jew minn riżorsi li huma kkontrollati mill-Istat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq assenza ta’ għajnuna ġdida fi kwalukwe każ

Ir-rikorrenti żżid li l-limitu massimu tas-soprataxxa EEG favur impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija ma jikkostitwixxix għajnuna ġdida fis-sens tal-Artikolu 108 TFUE, peress li, fil-passat, il-Kummissjoni qieset il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-għajnuna favur enerġija rinnovabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kompatibbli mad-dritt tal-għajnuna u, sa minn dak iż-żmien, dan ma ġiex suġġett għal bidla sostanzjali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Ir-rikorrenti ssostni li, bid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni kisret l-aspettattivi leġittimi tal-impriżi kkonċernati peress li, fil-passat, il-Kummissjoni qieset il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-għajnuna favur enerġija rinnovabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kompatibbli mad-dritt tal-għajnuna u, sa minn dak iż-żmien, dan ma ġiex suġġett għal bidla sostanzjali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenuta

Finalment, ir-rikorrenti ssostni li, bid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni eċċediet il-kompetenza lilha mogħtija billi naqqset indebitament il-marġni deċiżjonali li d-dritt primarju u sekondarju jagħtu lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-promozzjoni tal-għajnuna favur l-enerġija rinnovabbli.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/45


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – FH Scorpio/UASI – Eckes-Granini Group GmbH (YO!)

(Kawża T-745/15)

(2016/C 059/52)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: FH Scorpio (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, il-Polonja)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Ohm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “YO!” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 208 436

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 1546/2014-2

Talbiet

tiddikkjara r-rikors fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna r-reġistrazzjoni tat-trade mark “YO!” Nru 11208436;

timmodifika d-deċiżjoni kkontestata billi ssir ir-reġistrazzjoni tat-trade mark għall-prodotti u s-servizzi kollha mitluba;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/46


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – Biofa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-746/15)

(2016/C 059/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biofa AG (Münsingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stallberg u S. Knoblich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069, tas-17 ta’ Novembru 2015, li japprova s-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju (ĠU L 301 tat-18 ta’ Novembru 2015, p. 42);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-protezzjoni tad-data

Id-data tar-rikorrenti dwar il-prodott tagħha għall-protezzjoni tal-pjanti VitiSan® tibbenefika mill-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (1). Konsegwentement l-użu ta’ din id-data għall-approvazzjoni tal-idroġenu karbonat tas-sodju bħala sustanza bażika jikser id-dritt għall-protezzjoni tad-data tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tan-natura sussidjarja tal-proċedura ta’ approvazzjoni tas-sustanzi bażiċi

L-approvazzjoni tal-idroġenu karbonat tas-sodju bħala sustanza bażika tikser il-prinċipju ta’ sussidjarjetà tal-miżuri dwar il-protezzjoni tal-pjanti, peress li bil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti VitiSan® tar-rikorrenti, li jinkludi s-sustanza attiva idroġenu karbonat tal-potassju, huwa disponibbli prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li jinkludi sustanza attiva paragunabbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ prijorità matul il-proċedura ta’ approvazzjoni għal sustanzi bażiċi

Skont il-prinċipju ta’ prijorità, it-talba tar-rikorrenti għall-approvazzjoni tal-idroġenu karbonat tas-sodju bħala sustanza attiva tipprekudi l-approvazzjoni ta’ din is-sustanza bħala sustanza bażika.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti

L-użu mhux awtorizzat tad-data tar-rikorrenti għall-approvazzjoni tal-idroġenu karbonat tas-sodju bħala sustanza bażika jikser id-dritt tagħha għall-proprjetà intellettwali skont l-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”).

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali

L-użu mhux awtorizzat tad-data tar-rikorrenti għall-approvazzjoni tal-idroġenu karbonat tas-sodju bħala sustanza bażika jikser ukoll il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali skont l-Artikolu 7 tal-Karta.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ uwaljanza fit-trattament

L-użu mhux awtorizzat tad-data tar-rikorrenti għall-approvazzjoni tal-idroġenu karbonat tas-sodju bħala sustanza bażika jikser ukoll il-prinċipju ta’ uwaljanza fit-trattament. Filwaqt li r-rikorrenti kellha tagħmel investimenti kunsiderevoli sabiex tiġbor id-data neċessarja għal awtorizzazzjoni, din id-data ntużat mill-konvenuta favur terzi li ma kellhomx għalfejn jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Fl-aħħar nett, l-użu mhux awtorizzat tad-data tar-rikorrenti għall-approvazzjoni tal-idroġenu karbonat tas-sodju bħala sustanza bażika jikser il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Ir-rikorrenti setgħet tistenna li data tagħha dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti VitiSan® tintuża biss għall-osservanza tal-protezzjoni tad-data.


(1)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, p. 1).


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/47


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft et vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-750/15)

(2016/C 059/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (Zeitz, il-Ġermanja), RWE Power AG (Essen, il-Ġermanja), Vattenfall Europe Mining AG (Cottbus, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein, K. Dingemann u M. Kottmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2014) 5081 finali, tat-23 ta’ Lulju 2014, fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.38632 (2014/N) (ex 2013/NN) – il-Ġermanja – EEG 2014 – riforma tal-liġi dwar l-enerġija rinnovabbli, sa fejn hija tikklassifika bħala għajnuna mill-Istat l-iskema applikabbli għall-faċilitajiet eżistenti għall-awto-provvista, imsemmija fl-Artikolu 61(3) u (4) tal-Liġi EEG tal-2014, u sa fejn, fit-tieni inċiż tal-punt 5 (p. 75), hija tiddikjara li din l-iskema hija kompatibbli mas-suq intern biss sal-31 ta’ Diċembru 2017;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: assenza ta’ vantaġġ selettiv lil ċerti impriżi

Permezz tal-ewwel motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikklassifika b’mod żbaljat l-iskema applikabbli għall-faċilitajiet eżistenti għall-awto-provvista tal-elettriku [Artikolu 61(3) u (4) tal-Liġi EEG tal-2014] bħala miżura selettiva u għalhekk bħala għajnuna mill-istat.

2.

It-tieni motiv: assenza ta’ riżorsi tal-Istat

Permezz tat-tieni motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-għajnuna favur l-enerġija rinnovabbli ffinanzjata mit-taxxa EEG ma tingħatax bl-użu ta’ riżorsi tal-Istat, iżda ta’ riżorsi privati. La l-ġbir u lanqas l-użu tat-taxxa EEG ma huma kostantament taħt il-kontroll pubbliku – kif tirrikjedi l-ġurisprudenza. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni ma humiex speċifikatament ta’ piż fuq il-baġits pubbliċi, peress li l-volum totali tat-taxxa EEG ma jitnaqqasx bl-eżenzjoni tal-awto-provvista magħmula permezz tal-faċilitajiet eżistenti.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/48


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2015 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-755/15)

(2016/C 059/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, aġent, u D. Waelbroeck, S. Naudin u A. Steichen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38375 implementata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Fiat;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38375 implementata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Fiat sa fejn din tordna l-ikupru tal-għajnuna;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma ġabitx il-prova tas-selettività tad-deċiżjoni antiċipattiva inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni, sa fejn din tal-aħħar ma ġabitx il-prova ta’ vantaġġ u lanqas dik ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, sa fejn il-Kummissjoni eżiġiet l-irkupru tal-għajnuna bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tad-drittijiet tad-difiża.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/49


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Tengelmann Warenhandelsgesellschaft vs UASI — Fédération Internationale des Logis (T)

(Kawża T-756/15)

(2016/C 059/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tengelmann Warenhandelsgesellschaft KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Prange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Federation Internationale des Logis (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “T” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 623 022

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-31/08/2015 fil-Każ R 2653/2014-5

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u tamendaha sa fejn l-oppożizzjoni hija miċħuda fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/49


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2015 – Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-759/15)

(2016/C 059/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fiat Chrysler Finance Europe (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Rodriguez, Solicitor, M. Engel u G. Maisto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

tannulla l-Artikoli 1-4 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, indirizzata lil Gran Dukat tal-Lussemburgu fil-Każ SA.38375 (2914/C ex 2014 NN) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”);

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107 TFUE sa fejn il-Kummissjoni applikat ħażin il-kunċett ta’ “vantaġġ selettiv” u naqset milli turi li l-ftehim minn qabel dwar prezzijiet jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 296(2) TFEU u l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni peress li naqset milli tispjega kif iddeduċiet il-pinċipju ta’ kompetizzjoni sħiħa mid-dritt tal-Unjoni, jew ukoll x’inhu l-prinċipju, u tat deskrizzjoni superfiċjali tal-effett tal-ftehim minn qabel dwar prezzijiet fuq il-kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn il-formulazzjoni ġdida mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ kompetizzjoni sħiħa tintroduċi inċertezza sħiħa u konfużjoni dwar meta ftehim minn qabel dwar prezzijiet u, fil-fatt, kwalunkwe analiżi tal-prezzijiet ta’ trasferimenti jistgħu jiksru r-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-UE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi sa fejn il-Kummissjoni ħolqot aspettattivi leġittimi li għall-finijiet tal-għajnuna mill-Istat hija tevalwa arranġamenti dwar prezzijiet ta’ trasferimenti fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-OECD u t-tluq tagħha, f’daqqa waħda, minn dan kiser il-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/50


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-760/15)

(2016/C 059/58)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u M. de Ree)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7143 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38374 (2014/C ex 2014/NN) li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi implementa favur Starbucks;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li l-Kummissjoni tqis li l-“Advanced Pricing Agreement” (ftehim minn qabel fil-qasam tal-prezz ta’ trasferiment, iktar ’il quddiem l-“APA”) huwa ta’ natura selettiva.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma wrietx biżżejjed u separament li l-kriterju ta’ selettività huwa ssodisfatt.

It-tieni nett, il-Kummissjoni rreferiet b’mod żbaljat għas-sistema ġenerali Olandiża tat-taxxa fuq il-kumpanniji. Il-qafas ta’ referenza korrett għall-APP huwa l-Artikolu 8b(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Wet op de vennootschapsbelasting) u d-digriet dwar il-prezz tat-trasferiment (Verrekenprijsbesluit). L-APA sempliċement applika dan il-qafas ta’ referenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni tivverifika l-eżistenza ta’ vantaġġ ibbażat fuq il-prinċipju ta’ kompetizzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni. Ir-rikorrent isostni li madankollu ma hemm l-ebda prinċipju ta’ kompetizzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni u li dan il-prinċipju ma jagħmilx parti mill-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni tqis li l-APA jipprovdi vantaġġ lill-kumpannija Starbucks Manufacturing EMEA B.V. minħabba fl-għażla tat-“Transactional Net Margin Method” (metodu transazzjonali tal-marġni net) sabiex jiġi ffissat il-prezz tat-trasferiment.

Il-Kummissjoni tiżbalja meta tasserixxi li l-metodu miftiehem fl-APA ma huwiex approċċ affidabbli għar-realtà tas-suq. Il-Kummissjoni lanqas ma jirnexxielha turi li l-kumpens mogħti lil Alki u s-suppliment fuq il-prezz taż-żerriegħa tal-kafè aħdar ma kellhom ebda valur reali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni tafferma li l-APA jagħti lil Starbucks Manufacturing EMEA B.V. vantaġġ minħabba fil-modalitajiet ta’ applikazzjoni tat-“Transactional Net Margin Method”

Il-Kummissjoni żbaljat meta kkunsidrat li t-“Transactional Net Margin Method” kif miftiehem fl-APA kien applikat ħażin u li dan kien jirriżulta f’vantaġġ għal Starbucks Manufacturing EMEA B.V.. Il-Kummissjoni bl-ebda mod ma wriet li applikazzjoni aħjar, fil-fehma tagħha, tat-“Transactional Net Margin Method”, kienet tirriżulta fi dħul taxxabbli ogħla u fl-assenza ta’ vantaġġ.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li teżerċita kura fil-konfront tal-atti li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa jew milli tintegra d-data rilevanti kollha fid-deċiżjoni u bbażat ruħha wkoll fuq data anonima jew għallinqas fuq data li qatt ma ma ġiet ikkomunikata lill-Gvern Olandiż.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2015 – Ahrend Furniture vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-482/15) (1)

(2016/C 059/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tlieta Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/52


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-148/15)

(2016/C 059/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: P. Vanden Casteele, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/306/15 – ġuristi lingwisti tal-lingwa Franċiża (AD7), li ma tippermettix lir-rikorrent jipparteċipa fil-fażi segwenti tal-kompetizzjoni minħabba l-fatt li dan tal-aħħar ma għandux livell ta’ tagħlim li jikkorrispondi għal taħriġ legali komplet li sar fi stabbiliment ta’ tagħlim superjuri Belġjan, Franċiż jew Lussemburgiż.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet ta’ għażla u ta’ nomina, meħuda fil-kuntest tal-“avviż għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/306/15 ibbażata fuq kwalifiki u eżamijiet” għall-“Ġuristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Franċiża (FR)” (Ġurnal Uffiċjali tal-UE, 21 ta’ Mejju 2015), inkluż id-deċiżjoni, imsemmija fl-ittra tal-24 ta’ Settembru 2015 indirizzata lir-rikorrent, li “wara eżami tal-kandidatura tiegħek, (…) il-Bord tal-Għażla msemmi iktar 'il fuq ma jippermettix li inti tipparteċipa fil-fażi segwenti tal-kompetizzjoni”.


15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/52


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-151/15)

(2016/C 059/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti tal-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti lir-rikorrent u l-kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali tat-13 jew l-14 ta’ April 2015, li tirrifjuta l-għoti lir-rikorrent tal-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-15 ta’ Ġunju 2015;

tordna l-kumpens għad-danni materjali tar-rikorrent;

tordna l-kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent stmat ex aequo et bono għal EUR 5 000;

tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.