ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 361

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
13 ta' Ottubru 2014

Avviż Nru

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 361/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

V   Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 361/02

Kawża C-249/14 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 minn Pêra-Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal, Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-602/11 – Pêra-Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal, Lda vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

2

2014/C 361/03

Kawża C-346/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

3

2014/C 361/04

Kawża C-348/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Câmpulung (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Maria Bucura vs SC Bancpost SA

4

2014/C 361/05

Kawża C-354/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Lulju 2014 – SC Capoda Import Export SRL vs Registrul Auto Român, Bejan Benone Nicolae

5

2014/C 361/06

Kawża C-383/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Société Sodiaal International

6

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 361/07

Kawża T-686/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u erba’ stilel) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji u erba’ stilel — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta — Obbligu ta’ motivazzjoni]

7

2014/C 361/08

Kawża T-687/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta — Obbligu ta’ motivazzjoni]

7

2014/C 361/09

Kawża T-722/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – The Directv Group vs UASI (Trade mark Komunitarja — Talba għal revoka — Irtirar tat-talba għal revoka — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

8

2014/C 361/10

Kawża T-81/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Awwissu 2014 – Energy Brands vs UASI – Smart Wines (SMARTWATER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

9

2014/C 361/11

Kawża T-215/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Infrastrutturi ajruportwali — Finanzjament pubbliku mogħti minn muniċipalitajiet favur ajruport reġjonali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

9

2014/C 361/12

Kawża T-217/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Infrastrutturi ajruportwali — Finanzjament pubbliku mogħti minn muniċipalitajiet favur ajruport reġjonali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

10

2014/C 361/13

Kawża T-532/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Alsharghawi vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja — Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

10

2014/C 361/14

Kawża T-398/14: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2014 – Best-Lock (Europe) vs UASI – Lego Juris (forma ta’ figurina tal-logħob)

11

2014/C 361/15

Kawża T-568/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION)

11

2014/C 361/16

Kawża T-569/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO COMPLEXE DE PLANTES ENRICHI EN PROTÉINES PROPRE FABRICATION)

12

2014/C 361/17

Kawża T-570/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO MIT PFLANZENFLUID AUS EIGENER HERSTELLUNG)

13

2014/C 361/18

Kawża T-571/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO PROTEINREICHER PFLANZENKOMPLEX AUS EIGENER HERSTELLUNG)

14

2014/C 361/19

Kawża T-572/14: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA)

14

2014/C 361/20

Kawża T-587/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2014 – Crosfield Italia vs ECHA

15

2014/C 361/21

Kawża T-588/14: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Mechadyne International vs UASI (FlexValve)

16

2014/C 361/22

Kawża T-592/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

16

2014/C 361/23

Kawża T-593/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

17

2014/C 361/24

Kawża T-594/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

17

2014/C 361/25

Kawża T-595/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awissu 2014 – Othman vs Il-Kunsill

18

2014/C 361/26

Kawża T-596/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

18

2014/C 361/27

Kawża T-568/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

19

2014/C 361/28

Kawża T-599/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Souruh vs Il-Kunsill

19

2014/C 361/29

Kawża T-600/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

20

2014/C 361/30

Kawża T-601/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Othman vs Il-Kunsill

20

2014/C 361/31

Kawża T-603/14: Rikors ippreżentat fit-11 ta’ Awwissu 2014 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

21

2014/C 361/32

Kawża T-604/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

21

2014/C 361/33

Kawża T-605/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

22

2014/C 361/34

Kawża T-606/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

22

2014/C 361/35

Kawża T-608/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Laverana vs UASI (ORGANIC WITH PLANT FLUID FROM OUR OWN PRODUCTION)

23

2014/C 361/36

Kawża T-609/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Laverana vs UASI (ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION)

24

2014/C 361/37

Kawża T-610/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Laverana vs UASI (BIO ORGANIC)

24

2014/C 361/38

Kawża T-612/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Souruh vs Il-Kunsill

25

2014/C 361/39

Kawża T-628/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (FORTIFY)

26

2014/C 361/40

Kawża T-629/14: _Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2014 – Jaguar Land Rover vs UASI (Forma ta’ karozza)

26

2014/C 361/41

Kawża T-630/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Primo Valore vs Il-Kummissjoni

27

2014/C 361/42

Kawża T-635/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2014 – Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB)

28

2014/C 361/43

Kawża T-637/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2014 – noon Copenhagen vs UASI

29

2014/C 361/44

Kawża T-29/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – AbbVie vs EMA

29

2014/C 361/45

Kawża T-44/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta Lulju 2014 – AbbVie vs EMA

30

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 361/46

Kawża F-62/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

31

2014/C 361/47

Kawża F-64/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

31

2014/C 361/48

Kawża F-66/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

32

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/1

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 361/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 351, 6.10.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 339, 29.9.2014

ĠU C 329, 22.9.2014

ĠU C 315, 15.9.2014

ĠU C 303, 8.9.2014

ĠU C 292, 1.9.2014

ĠU C 282, 25.8.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu

V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/2

Appell ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 minn Pêra-Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal, Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-602/11 – Pêra-Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal, Lda vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-249/14 P)

2014/C 361/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Pêra-Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal, Lda (rappreżentant: J. de Oliveira Vaz Miranda de Sousa, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Fundação Eugénio de Almeida

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 fil-Każ T-602/11;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni finali;

tikkundanna lill-UASI bħala konvenut fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex iħallas l-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza li qed tiġi appellata hija żbaljata peress li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1). Dan l-aggravju jinkludi tliet partijiet u huwa bbażat fuq tliet settijiet ta’ argumenti kif ġejjin:

1

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tipproduċi prova tal-eżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni reali bejn it-trade marks inkwistjoni. Il-fatt li tinstab probabbiltà ta’ konfużjoni reali bejn żewġ trade marks proprja u oġġettiva ma jistax jikkonsisti biss fl-affermazzjoni li, fid-dawl tal-identità tal-oġġetti rispettivi tagħhom, u fid-dawl tal-ftit xebh viżiv u fonetiku li hemm bejniethom (u minkejja li kunċettwalment huma differenti), ma jistax jiġi eskluż li l-konsumatur rilevanti jista’ jqis li l-oġġetti rispettivi joriġinaw mill-istess impriża jew minn impriżi li huma marbuta ekonomikament. “Probabbiltà ta’ konfużjoni” ma tfissirx biss possibbiltà ta’ konfużjoni iżda pjuttost il-probabbiltà li ser ikun hemm konfużjoni. Probabbiltà ta’ konfużjoni ma tistax tiġi preżunta mill-fatt biss li hemm ftit xebh bejn iż-żewġ trademarks, anki meta l-oġġetti rispettivi tagħhom huma identiċi.

2.

Is-sentenza li qed tiġi appellata applikat b’mod żbaljat ukoll l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja peress li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt u l-piż tan-nuqqas ta’ xebh kunċettwali tas-sinjali fi ħdan l-evalwazzjoni sħiħa tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks li kienu jirrappreżentaw ftit xebh viżiv u orali. Skont ġurisprudenza stabbilita l-kontenut kunċettwali tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandu jkun biżżejjed sabiex jikkuntrasta l-ftit xebh viżiv u orali li, skont il-Qorti Ġenerali, jeżisti bejn it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni u t-trade mark preċedenti.

3.

Finalment il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi evalwat l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali inkwistjoni mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti għaċ-ċirkustanzi tal-każ sabiex tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ konfużjoni. Iktar speċifikatament, il-Qorti Ġenerali injorat ċirkustanza kruċjali li kienet parti mill-fatti li jirrigwardaw il-proċedura: l-oriġini, l-istorja, it-tifsira ġeografika tal-kelma inkluża fit-trade marks inkwistjoni fil-proċeduri u l-konnessjoni simbolika tagħha mal-oġġetti li jaqgħu taħt din it-trade mark. Konsegwentement u fid-dawl ta’ dan, il-Qorti Ġenerali ħolqot distorsjoni anki fil-fatti li jirrigwardaw il-proċeduri.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/3

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-346/14)

2014/C 361/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u G. Wilms, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tikkonstata li l-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(3) TUE u taħt l-Artikolu 288 TFUE sa fejn, meta approvat il-kostruzzjoni ta’ impjant idroelettriku fuq ix-xmara Schwarze Sulm, il-konvenuta ma applikatx b’mod korrett id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Awstrija qiegħda tipprova taħrab mill-projbizzjoni fir-rigward tad-deterjorazzjoni, li fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60 hija stabbilita bħala prinċipju ewlieni ta’ din id-direttiva, u b’hekk ma hijiex tosserva l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tingħata eżenzjoni taħt l-Artikolu 4(7) tal-imsemmija direttiva.

L-applikazzjoni ratione temporis tad-Direttiva 2000/60 hija bbażata fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li minnha jirriżulta li, matul it-terminu għall-implementazzjoni ta’ direttiva, l-Istati Membri ma jistgħu jadottaw ebda miżura li tista’ tkun ta’ natura tali li tippreġudika serjament li jintlaħaq l-għan mixtieq mid-direttiva [Artikolu 4(3) TUE u Artikol 288 TFUE].

Fid-deċiżjoni l-ġdida tagħha, il-konvenuta tibbaża ruħha biss fuq evalwazzjoni emendata tal-istat tal-ilma tax-xmara Schwarze Sulm. Din il-bidla fil-klassifikazzjoni (stat tal-ilma “tajjeb” minflok “tajjeb ħafna”) tikkontradixxi l-pjan ta’ mmaniġġjar oriġinali. Il-konstatazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet magħmula fil-pjan ta’ mmaniġġjar ma jistgħux jinbidlu f’daqqa b’konsegwenza ta’ deċiżjoni amministrattiva ad hoc bbażata fuq kriterji ġodda. Jekk ma jkunx hekk, ikunu jistgħu jiġu evitati faċilment id-dispożizzjonijiet materjalment sostanzjali tad-Direttiva 2000/60, bħalma hija f’dan il-każ il-projbizzjoni fir-rigward tad-deterjorazzjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti proċedurali sostanzjali, bħalma hija pereżempju l-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275).

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/4

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Câmpulung (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Maria Bucura vs SC Bancpost SA

(Kawża C-348/14)

2014/C 361/04

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Câmpulung

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Bucura

Konvenuta: SC Bancpost SA

Parti intervenjenti: Vasile Ciobanu

Parti terza: SC Raiffeisen Bank SA

Domandi preliminari

1)

Abbażi tad-Direttiva 93/13 (1), qorti nazzjonali li quddiemha tressqet oppożizzjoni għal eżekuzzjoni furzata, deċiża fl-assenza tal-konsumatur, ta’ kuntratt ta’ kreditu assoċjat mal-ħruġ ta’ karta tat-tip American Express Gold, hija obbligata, meta jkollha fil-pussess tagħha l-punti ta’ fatt u tal-provi neċessarji għal dan il-għan, li tevalwa, anki ex officio, in-natura inġusta tal-kummissjonijiet previsti mill-kuntratt inkwistjoni [a) kummissjoni għall-ħruġ tal-karta; b) kummissjoni għall-amministrazzjoni annwali tal-karta; c) kummissjoni għall-amministrazzjoni annwali ta’ karta supplimentari; d) kummissjoni għat-tiġdid tal-karta; e) kummissjoni għas-sostitzzjoni tal-karta; f) kummissjoni għall-ħruġ ta’ PIN ġdid; g) kummissjoni għall-ġbid ta’ flus mill-magni jew mingħand il-kaxxier (tal-bank stess jew ta’ banek oħra fir-Rumanija jew pajjiż ieħor); h) kummissjoni għall-pagament ta’ oġġetti u/jew servizzi pprovduti mill-kummerċjanti f’pajjiż ieħor jew fir-Rumanija; i) kummissjoni għall-istampar u għall-kunsinna tar-rendikont tal-kont; j) kummissjoni għall-konsultazzjoni tal-bilanċ mill-magni; k) kummissjoni għal dewmien fil-pagament; l) kummissjoni għall-eċċess tal-limitu ta’ kreditu; m) kummissjoni għal rifjut ta’ pagament inġustifikat], li l-ammont tagħhom ma huwiex speċifikat fl-imsemmi kuntratt?

2)

Id-definizzjoni tal-interessi annwali permezz tal-formulazzjoni segwenti [l-interessi fuq il-kreditu huma kkalkolati skont il-bilanċ ta’ kuljum, diviż f’kategoriji (ħlas, ġbid ta’ flus, spejjeż u kummissjoni), u skont ir-rata tal-interessi ta’ kuljum marbuta mal-perijodu li qed jiġi kkalkolat. L-interessi huma kkalkolati kuljum, skont il-formula segwenti: is-somma tal-multiplikazzjoni bejn l-ammont ta’ kull kategorija tal-bilanċ ta’ kuljum u r-rata tal-interessi ta’ kuljum li tapplika fil-ġurnata inkwistjoni; ir-rata tal-interessi ta’ kuljum hija kkalkolata abbażi tar-relazzjoni bejn ir-rata tal-interessi annwali u 360 ġurnata], definizzjoni li għandha importanza essenzjali fil-kuntest tad-Direttiva 87/102 (2), kif emendata bid-Direttiva 98/7 (3), hija redatta b’mod ċar u li jinftiehem fis-sens tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 93/13?

3)

L-ommissjoni tal-indikazzjoni tal-ammont tal-kummissjonijiet dovuti abbażi tal-kuntratt u l-inklużjoni f’dan tal-aħħar tal-metodu tal-kalkolu tal-interessi fl-assenza tal-indikazzjoni tal-ammont tagħhom jawtorizzaw lill-qrati nazzjonali, skont id-Direttiva 87/102, kif emendata bid-Direttiva 98/7, u d-Direttiva 93/13, sabiex jiddeċiedu li l-assenza ta’ din l-informazzjoni fil-kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur għandha bħala konsegwenza li l-kreditu mogħti huwa kkunsidrat bħala mingħajr kummissjoni u interessi?

4)

Fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu, il-kodebitur jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “konsumatur”, kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 93/13 u fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 87/102?

5)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, il-prinċipju ta’ effettività tad-drittijiet mogħtija mid-direttivi huwa sodisfatt f’sitwazzjoni fejn l-ammont tal-interessi, tal-kummissjonijiet u tal-ispejjeż isir jaf bihom id-debitur prinċipali biss permezz tar-rendikont tal-kont ta’ kull xahar jew permezz ta’ avviż fil-fergħat tal-bank?

6)

Id-Direttiva 87/102 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-bank huwa obbligat li jinforma bil-miktub kemm lid-debitur kif ukoll lill-kodebitur dwar il-limitu ta’ kreditu, l-interessi annwali u l-ispejjeż applikabbli mid-data ta’ meta ġie konkluż il-kuntratt ta’ kreditu, kif ukoll dwar iċ-ċirkustanzi li fihom dawn l-elementi jistgħu jinbidlu, il-proċedura li permezz tagħha jispiċċa l-kuntratt ta’ kreditu, u għal dak li jirrigwarda kull bidla magħmula matul it-terminu tal-kuntratt ta’ kreditu fir-rigward tal-interessi annwali u tal-ispejjeż li jkunu saru wara l-firma tal-kuntratt ta’ kreditu, u dan fil-mument meta jsir dan il-bdil, permezz ta’ ittra rreġistrata flimkien ma’ konferma ta’ rċevuta jew permezz ta’ rendikont tal-kont ipprovdut mingħajr ħlas?

(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, tat-22 ta’ Dicembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326).

(3)  Direttiva 98/7KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, li temenda d-Direttiva 87/102/KEE għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 36).

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/5

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Lulju 2014 – SC Capoda Import Export SRL vs Registrul Auto Român, Bejan Benone Nicolae

(Kawża C-354/14)

2014/C 361/05

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Capoda Import Export SRL

Konvenuti Registrul Auto Român, Bejan Benone Nicolae.

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 TFUE, l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva [Qafas]) (1), u l-Artikolu 1(t) u (u) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 (2), jista’ jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 1(2) tal-Ordonanţa Guvernului (Digriet Governattiv) Nru 80/2000, sa fejn tistabbilixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni, f’sitwazzjoni fejn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi li, għall-moviment liberu (bejgħ, distribuzzjoni) ta’ prodotti u ta’ oġġetti ta’ konsum ġodda li jaqgħu fil-kategorija ta’ prodotti u oġġetti li jikkonċernaw is-sigurtà fit-toroq, il-protezzjoni tal-ambjent, l-effiċjenza fl-enerġija u l-protezzjoni kontra s-serq ta’ vetturi tat-triq, huwa meħtieġ li jew il-bejjiegħ/id-distributur/in-negozjant jippreżenta ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip jew ċertifikat ieħor għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq u/jew tal-kummerċjalizzazzjoni maħruġ mill-manifattur, jew li nkella, meta l-bejjiegħ/id-distributur/in-negozjant ma jkunx kiseb tali ċertifikat jew ma jkollux tali ċertifikat fil-pussess tiegħu, huwa meħtieġ li titwettaq il-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni quddiem il-Registrul Auto Român (ir-reġistru tal-vetturi Rumen) u li jinkiseb ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq u/jew tal-kummerċjalizzazzjoni maħruġ mir-RAR, u dan fid-dawl tal-fatt li, anki jekk il-bejjiegħ/id-distributur/in-negozjant ikollu fil-pussess tiegħu ċertifikat ta’ konformità għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq u/jew tal-kummerċjalizzazzjoni tal-partijiet li jkun għaddiehulu d-distributur ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni, liema distributur jiddistribwixxi b’mod liberu dawn il-partijiet fit-territorju ta’ tali Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, dan iċ-ċertifikat jitqies li ma huwiex suffiċjenti sabiex ikunu permessi ċ-ċirkolazzjoni/il-bejgħ/id-distribuzzjoni b’mod liberu tal-merkanzija inkwistjoni?

2)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea u, b’mod preċiż, l-Artikolu 34 TFUE, li jikkonċerna l-kunċett ta’ “miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva”, l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2007/46/KE u l-Artikolu 1(t) u (u) tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, sabiex tkun permessa l-kummerċjalizzazzjoni libera ta’ prodotti u ta’ oġġetti ta’ konsum ġodda li jaqgħu fil-kategorija ta’ prodotti u oġġetti li jikkonċernaw is-sigurtà fit-toroq, il-protezzjoni tal-ambjent, l-effiċjenza fl-enerġija u l-protezzjoni kontra s-serq ta’ vetturi tat-triq, ma huwiex suffiċjenti ċ-ċertifikat ta’ konformità għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq u/jew tal-kummerċjalizzazzjoni li jkun ingħata mid-distributur ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ prodotti u ta’ oġġetti ta’ konsum ġodda li jaqgħu fil-kategorija ta’ prodotti u oġġetti li jikkonċernaw is-sigurtà fit-toroq, il-protezzjoni tal-ambjent, l-effiċjenza fl-enerġija u l-protezzjoni kontra s-serq ta’ vetturi tat-triq, fid-dawl tal-fatt li dan id-distributur ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni jiddistribwixxi b’mod liberu dawn il-partijiet fit-territorju ta’ tali Stat Membru tal-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li, inkonformità mal-imsemmi ċertifikat, il-partijiet inkwistjoni jistgħu jiġu kkumerċjalizzati fit-territorju tal-Unjoni Ewropea?

(1)  ĠU L 263, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002, tal-31 ta’ Lulju 2002, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vettur bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 158).

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/6

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Société Sodiaal International

(Kawża C-383/14)

2014/C 361/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Konvenuta: Société Sodiaal International

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 (1), li bis-saħħa tagħhom il-preskrizzjoni tinkiseb sa mhux iktar tard mill-jum li fih jiskadi terminu ekwivalenti għal terminu doppju ta’ preskrizzjoni mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjoni, ħlief fil-każ li l-proċedura amministrattiva tkun ġiet sospiża skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, japplikaw esklużivament fil-każ li l-awtorità kompetenti ma tkun imponiet l-ebda sanzjoni, fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament, fl-iskadenza ta’ terminu ekwivalenti għal terminu doppju ta’ preskrizzjoni, jew japplikaw ukoll fil-każ tal-assenza ta’ miżura ammnistrattiva, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament, meħuda f’dan it-terminu?

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 [ta’] Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).

Il-Qorti Ġenerali

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/7

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u erba’ stilel)

(Kawża T-686/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji u erba’ stilel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

2014/C 361/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Unibail Management (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Bénard, A. Rudoni u O. Klimis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 300/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta żewġ linji u erba’ stilel bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 300/2013-2), hija annullata, sa fejn tiċħad l-appell ta’ Unibail Management għall-prodotti u għas-servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 52, 22.02.2014.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/7

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel)

(Kawża T-687/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

2014/C 361/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Unibail Management (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Bénard, A. Rudoni u O. Klimis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013-2), hija annullata, sa fejn tiċħad l-appell ta’ Unibail Management għall-prodotti u għas-servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 52, 22.02.2014.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/8

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – The Directv Group vs UASI

(Kawża T-722/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Talba għal revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 361/09

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Directv Group, Inc. (El Segundo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolloré (Ergué Gabéric, Franza) (rappreżentant: S. Legrand, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1960/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bolloré u The Directv Group, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mill-konvenut u mill-intervenjenti.

(1)  ĠU C 112, 14. 04. 2014.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/9

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Awwissu 2014 – Energy Brands vs UASI – Smart Wines (SMARTWATER)

(Kawża T-81/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 361/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Energy Brands, Inc. (Atlanta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Stone u R. Allos, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Smart Wines GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Schwarz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2013 (Każ R 903/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Energy Brands, Inc. u Smart Wines GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti, il-konvenut u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(1)  ĠU C 135, 05.05.2014.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/9

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-215/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Infrastrutturi ajruportwali - Finanzjament pubbliku mogħti minn muniċipalitajiet favur ajruport reġjonali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

2014/C 361/11

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (il-Polonja) u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. Z o.o. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentanti: T. Koncewicz u K. Gruszecka-Spychała, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, S. Noë u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 759 finali, tal-11 ta’ Frar 2014, dwar il-miżura SA. 35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex/2012/N) – Il-Polonja – Rikonverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/10

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Infrastrutturi ajruportwali - Finanzjament pubbliku mogħti minn muniċipalitajiet favur ajruport reġjonali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

2014/C 361/12

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Kosakowo (il-Polonja) (rappreżentant: M. Leśny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, S. Noë u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 759 finali, tal-11 ta’ Frar 2014, dwar il-miżura SA. 35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N) – Il Polonja – Rikonverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia Kosakowo.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/10

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Alsharghawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-532/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja - Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))

2014/C 361/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesbourg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: E. Moutet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea(rappreżentanti: A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 53), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 78, p. 24), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/11

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2014 – Best-Lock (Europe) vs UASI – Lego Juris (forma ta’ figurina tal-logħob)

(Kawża T-398/14)

2014/C 361/14

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Best-Lock (Europe) Ltd (Colne, ir-Renju Unit) (rappreżentant: W. Krahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ April 2014 fil-Każ R 1896/2013-4 u tiddikjara r-revoka tat-trade mark Komunitarja Nru 50  518 fir-rigward tal-klassi 28;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ figurina tal-logħob għal prodotti fil-klassijiet 9, 25 u 28 – Trade mark Komunitarja Nru 50  518

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Lego Juris A/S

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) u tal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/11

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION)

(Kawża T-568/14)

2014/C 361/15

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 120/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 9 22  631

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/12

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO COMPLEXE DE PLANTES ENRICHI EN PROTÉINES PROPRE FABRICATION)

(Kawża T-569/14)

2014/C 361/16

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 122/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BIO COMPLEXE DE PLANTES ENRICHI EN PROTEINES PROPRE FABRICATION”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 9 22  961

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/13

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO MIT PFLANZENFLUID AUS EIGENER HERSTELLUNG)

(Kawża T-570/14)

2014/C 361/17

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 124/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BIO MIT PFLANZENFLUID AUS EIGENER HERSTELLUNG”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 9 22  581

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/14

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO PROTEINREICHER PFLANZENKOMPLEX AUS EIGENER HERSTELLUNG)

(Kawża T-571/14)

2014/C 361/18

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 125/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BIO PROTEINREICHER PFLANZENKOMPLEX AUS EIGENER HERSTELLUNG”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 9 22  911

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/14

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA)

(Kawża T-572/14)

2014/C 361/19

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 527/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 30  076

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/15

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2014 – Crosfield Italia vs ECHA

(Kawża T-587/14)

2014/C 361/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Crosfield Italia Srl (Verona, l-Italja) (rappreżentant: M. Baldassarri, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla u għaldaqstant tiddikjara bħala invalida u/jew ineffikaċi d-Deċiżjoni Nru SME/2013/3747, tat-28.05.2014, adottata mill-Aġenzija ECHA u kkomunikata lir-rikorrenti preżenti fid-09.06.2014, b’mod li tħassar kull effett tal-imsemmija deċiżjoni, inkluż l-annullament tal-fatturi maħruġa għall-irkupru tal-ħlasijiet maġġuri u għas-sanzjonijiet finanzjarji allegatament dovuti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li kkunsidrat li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tiġi kkunsidrata bħala impriża ta’ daqs żgħir jew medju, fis-sens tar-Regolament Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 790/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), u b’hekk ċaħħditha mill-benefiċċji hemm previsti u imponiet fuqha il-ħlas tat-taxxi u tat-tariffi dovuti.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali jixbhu lil dawk invokati fil-Kawża T-620/13, Marchi Industriale vs ECHA.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/16

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Mechadyne International vs UASI (FlexValve)

(Kawża T-588/14)

2014/C 361/21

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mechadyne International Ltd (Kirtlington, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. von Petersdorff-Campen u E. Schaper, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 2435/2013-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “FlexValve”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 12 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 2 74  677

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tad-dritt għal smigħ;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/16

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-592/14)

2014/C 361/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrent, li jammonta għal EUR 10  000;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri kkontestati huma illegali, sa fejn huma (i) jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni previst mill-Artikolu 296 TFUE u mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u (ii) jippreġudikaw id-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent previst mill-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”) u mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dritt għar-rispett tal-unur u tar-reputazzjoni tiegħu previst mill-Artikoli 8 u 10 tal-KEDB.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li huwa allegat li r-rikorrent subixxa dannu kkawżat direttament mill-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq l-eżistenza ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas tal-Unjoni Ewropea.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/17

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-593/14)

2014/C 361/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tiegħu, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).

(1)  ĠU C 290, p. 13.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/17

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-594/14)

2014/C 361/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrent, li jammonta għal EUR 5 00  000;

sussidjarjament, tordna l-ħatra ta’ espert sabiex jiddetermina l-livell tad-dannu subit mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/18

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awissu 2014 – Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-595/14)

2014/C 361/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Razan Othman (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrenti, li jammonta għal EUR 10  000;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/18

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-596/14)

2014/C 361/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).

(1)  ĠU C 290, p. 13.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/19

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-568/14)

2014/C 361/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Almashreq Investment Fund (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrenti, li jammonta għal EUR 10  000;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/19

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Souruh vs Il-Kunsill

(Kawża T-599/14)

2014/C 361/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Souruh SA (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

C 361/20

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-600/14)

2014/C 361/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrenti, li jammonta għal EUR 48 8 8 29  000;

sussidjarjament, tordna l-ħatra ta’ espert sabiex jiddetermina l-livell tad-dannu subit mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/20

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-601/14)

2014/C 361/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Razan Othman (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).

(1)  ĠU C 290, p. 13.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/21

Rikors ippreżentat fit-11 ta’ Awwissu 2014 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-603/14)

2014/C 361/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies SA Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrenti, li jammonta għal EUR 10  000;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/21

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-604/14)

2014/C 361/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Almashreq Investment Fund (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).

(1)  ĠU C 290, p. 13.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/22

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-605/14)

2014/C 361/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).

(1)  ĠU C 290, p. 13.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/22

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-606/14)

2014/C 361/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).

(1)  ĠU C 290, p. 13.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/23

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Laverana vs UASI (ORGANIC WITH PLANT FLUID FROM OUR OWN PRODUCTION)

(Kawża T-608/14)

2014/C 361/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 121/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “ORGANIC WITH PLANT FLUID FROM OUR OWN PRODUCTION”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 922 697

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/24

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Laverana vs UASI (ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION)

(Kawża T-609/14)

2014/C 361/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 123/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 922 986

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/24

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Laverana vs UASI (BIO ORGANIC)

(Kawża T-610/14)

2014/C 361/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 301/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “BIO ORGANIC”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 12 006 409

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet reltatati mad-dritt tal-kompetizzjoni

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/25

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Souruh vs Il-Kunsill

(Kawża T-612/14)

2014/C 361/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Souruh SA (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).

(1)  ĠU C 290, p. 13.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/26

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (FORTIFY)

(Kawża T-628/14)

2014/C 361/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Dallas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, adottata fil-Każ R 249/2014-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “FORTIFY” għall-prodotti fil-klassi 9 – applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 11 771 037

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/26

_Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2014 – Jaguar Land Rover vs UASI (Forma ta’ karozza)

(Kawża T-629/14)

2014/C 361/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jaguar Land Rover Ltd (Coventry, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Delord u R. Grewal, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ April 2014 fil-Każ R 1622/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ karozza għal prodotti fil-klassijiet 12, 14, u 28 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 388 411

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/27

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Primo Valore vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/14)

2014/C 361/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Primo Valore (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Moretto, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata li billi naqset milli tressaq għall-vot tal-kumitat regolatorju, skont il-proċedura prevista mill-Artikolu 5a (1) sa (4) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, proġett ta’ miżuri intiż li jeżamina mill-ġdid il-punt 2 tal-Anness V tar-Regolament Nru 999/2001 (1) u li jipprovdi kull materjal riskjuż speċifikat li ġej minn Stat Membru għandu jiġi mneħħi u distrutt anki jekk l-imsemmi Stat Membru ġie rrikonoxxut bħala pajjiż li għandu riskju negliġibbli ta’ Enċefalopatija Sponġiformi Bovina (BSE), il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont ir-Regolamenti Nru 999/2001 u 178/2002 (2) u ma osservatx il-prinċipji ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-obbligu ta’ azzjoni li huwa impost fuq il-Kummissjoni, skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 999/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) u (3) tiegħu, u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament 5(2) tar-Regolament Nru 178/2002 kif ukoll it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(2) tal-istess regolament u l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Nru 999/2001.

F’dan ir-rigward, qed jiġi sostnut li skont id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li teżamina mill-ġdid id-deroga provviżorja stabbilita fil-punt 2 tal-Anness V tar-Regolament Nru 999/2001 u li tissottometti lill-kumitat regolatorju, skont il-proċedura prevista mill-Artikolu 5a tad-Deiżjoni 1999/468/KE, proġett ta’ miżuri ta’ emendi tal-imsemmi Anness V. Dan bil-għan li tiġi ggarantita l-osservanza tal-istandards sanitarji internazzjonali adottati mill-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku (UIE), li ma jipprevedux l-istabbiliment ta’ lista ta’ materjali riskjużi speċifikati għall-pajjiżi li, bħall-Italja, huma rrikonoxxuti bħala pajjiż li għandu riskju negliġibbli, jiġifieri bħal pajjiżi li għandhom livell ta’ riskju iktar baxx fil-klassifikazzjoni internazzjonali adottata mill-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-obbligu ta’ azzjoni li huwa impost fuq il-Kummissjoni skont il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 178/2002 kif ukoll tal-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Nru 999/2001.

F’dan ir-rigward, qed jiġi sostnut li skont l-imsemmi prinċipju u d-dsipożizzjonijiet iċċitati ikar ’il fuq, peress li l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku irrikonoxxa f’Mejju tal-2008, f’Mejju 2011, f’Mejju 2012 u f’Mejju 2013 li ċerti Stati Membri, fosthom l-Italja, setgħu jiġu kklassifikati bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (ESB), il-Kummissjoni għandha obbligu li tadatta l-leġiżlazzjoni fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida u li teżamina mill-ġdid id-deroga skont il-punt 2 tal-Anness V tar-regolament bil-għan li tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Fil-fatt, l-imsemmija deroga tipprevedi, minn naħa, trattament differenti ta’ sitwazzjonijiet paragunabbli, jiġifieri bejn il-produtturi ta’ Stati Membri rrikonoxxuti bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina u dik tal-produtturi ta’ Stati Membri li ma kisbux tali rikonoxximent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-obbligu ta’ azzjoni impost fuq il-Kummissjoni skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 178/2002 kif ukoll l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Nru 999/2001.

F’dan ir-rigward, qed jiġi sostnut li skont l-imsemmi prinċipju u d-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, wara li l-UIE rrikonoxxa li ċerti Stati Membri għandhom riskju negliġibbli ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina, hija l-Kummissjoni li għandha tadatta l-leġiżlazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni ġdida u teżamina mill-ġdid id-deroga provviżorja skont l-punt 2 tal-Anness V tar-regolament bil-għan li tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Skont ir-rikorrenti, għandu jiġi rrilevat, b’mod partikolari, li l-għażla tal-Kummissjoni li ma teżaminax mill-ġdid id-deroga msemmija fil-punt 2 tal-Anness V ma hijiex xierqa għat-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa li hija tinvoka.

(1)  Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 32, p. 289).

(2)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463).

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/28

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2014 – Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB)

(Kawża T-635/14)

2014/C 361/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Urb Rulmenti Suceava SA (Suceava, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Burdusel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harun Adiguzel (Diosd, l-Ungerija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tat-23 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 1974/2013-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “URB” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 6-9, 11, 12, 16, 17, 35, 37 u 39-42 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8 656 605

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u raġunijiet relattivi ta’ invalidità taħt l-Artikolu 8(1)(a) u (b) flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikajarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b), tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) u l-Artikolu 53(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/29

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2014 – noon Copenhagen vs UASI

(Kawża T-637/14)

2014/C 361/43

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: noon Copenhagen A/S (Løsning, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Zöbisch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wurster Diamonds GmbH (Pforzheim, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tat-12 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 955/2013-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “noon” għal prodotti u servizzi fil-klassi 14 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 2 15  556

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “noor” għal prodotti fil-klassi 14

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/29

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – AbbVie vs EMA

(Kawża T-29/13) (1)

2014/C 361/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/30

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta Lulju 2014 – AbbVie vs EMA

(Kawża T-44/13) (1)

2014/C 361/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/31

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/14)

2014/C 361/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tawtorizzax lir-rikorrent għall-eżamijiet ta’ traduzzjoni – Kompetizzjoni EPSO/AD/263/13 għall-kostituzzjoni ta’ riżerva ta’ reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Taljana.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-19/11/2013 li ma tawtorizzax lir-rikorrent għall-eżamijiet ta’ traduzzjoni;

jannulla jekk meħtieġ id-deċiżjoni tas-27/3/2014 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/31

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-64/14)

2014/C 361/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tawtorizzax lir-rikorrent għall-eżamijiet ta’ traduzzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/263/13 għall-kostituzzjoni ta’ riżerva ta’ reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Taljana.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-19/11/2013 li ma tawtorizzax lir-rikorrent għall-eżamijiet ta’ traduzzjoni;

jannulla jekk meħtieġ id-deċiżjoni tat-2/4/2014 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/32

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/14)

2014/C 361/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għal dikjarazzjoni li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tat-3 ta’ Marzu 2011, huwa illegali u inapplikabbli, u għall-annullament tad-deċiżjoni rigward it-trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika dawn id-DĠI ġodda.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali u, għaldaqstant, inapplikabbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Ottubru 2013 li żżid id-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.