ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 261

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
11 ta' Awwissu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 261/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 261/02

Kawża C-511/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Norte – il-Portugall) – Joaquim Fernando Macedo Maia et vs Fundo de Garantia Salarial, IP (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 80/987/KEE — Direttiva 2002/74/KE — Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Istituzzjonijiet ta’ garanzija — Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija — Djun salarjali dovuti iktar minn sitt xhur qabel it-tressiq ta’ kawża intiża sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega)

2

2014/C 261/03

Kawża C-608/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – Greinwald GmbH vs Nicolas Wessang, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontenut neċessarju tar-rikors tal-appell)

3

2014/C 261/04

Kawża C-27/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht – il-Ġermanja) – Flughafen Lübeck GmbH vs Air Berlin plc & Co. Luftverkehrs KG (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Għajnuna mill-Istat — Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE — Vantaġġi mogħtija minn impriża pubblika li topera ajruport lil kumpannija tal-ajru bi prezz baxx — Deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Obbligu tal-qrati tal-Istati Membri li jikkonformaw ruħhom mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni magħmula f’din id-deċiżjoni li tikkonċerna l-eżistenza ta’ għajnuna)

3

2014/C 261/05

Kawża C-89/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli – l-Italja) – Luigi D’Aniello et vs Poste Italiane SpA (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sistema ta’ kumpens fil-każ ta’ iffissar illegali ta’ terminu għall-kuntratt ta’ xogħol differenti minn dik applikabbli f’każ ta’ terminazzjoni illegali ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat. — Konsegwenzi ekonomiċi — Komparabbiltà tat-talbiet))

4

2014/C 261/06

Kawża C-153/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Bardejov – is-Slovakkja – Pohotovosť s.r.o. vs Ján Soroka (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13 KEE — Applikazzjoni ratione temporis — Fatti li seħħew qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

5

2014/C 261/07

Kawża C-285/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Bimbo, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Caffè KIMBO — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIMBO — Trade mark magħrufa notorjament — Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni — Appell manifestament inammissibbli)

5

2014/C 261/08

Kawża C-287/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 – Bilbaína de Alquitranes, SA et vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Artikolu 59 u Anness XIII — Identifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala sustanza ta’ tħassib serju, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

6

2014/C 261/09

Kawża C-329/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien – l-Awstrija) – Ferdinand Stefan vs Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 2003/4/KE — Validità — Aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent — Eċċezzjoni għall-obbligu li jiġi żvelat tagħrif dwar l-ambjent meta l-iżvelar ikun jippreġudika l-possibbiltà ta’ kull persuna li tingħata smigħ xieraq — Natura fakultattiva ta’ din l-eċċezzjoni għall-Istati Membri — Artikolu 6 TUE — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta)

6

2014/C 261/10

Kawża C-350/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (li kienet Augstākās tiesas Senāts) – il-Latvja) – Antonio Gramsci Shipping Corp. et vs Aivars Lembergs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ miżuri provviżorji u kawtelatorji — Annullament tad-deċiżjoni inizjali — Żamma tat-talba għal deċiżjoni preliminari — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

7

2014/C 261/11

Kawża C-374/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nruo40/94 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali METROINVEST — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark figurattiva nazzjonali u applikant għat-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali METRO, bil-kuluri blu u isfar — Rifjut ta’ reġistrazzjoni)

7

2014/C 261/12

Kawża C-411/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) vs Sanco, SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta tiġieġa — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark figurattiva nazzjonali li tirrappreżenta tiġieġa — Oppożizzjoni rrifjutata parzjalment)

8

2014/C 261/13

Kawża C-412/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 34(1), 75 u 77(1) — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti MEDINET — Talba tal-anzjanità — Rifjut)

8

2014/C 261/14

Kawża C-414/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2014 – Reber Holding GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Anna Klusmeier (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Trade mark verbali Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti W. Amadeus Mozart)

9

2014/C 261/15

Kawża C-448/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Delphi Technologies, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 7(1)(b) — Trade mark verbali INNOVATION FOR THE REAL WORLD — Slogan ta’ reklamar — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Assenza ta’ karattru distintiv)

9

2014/C 261/16

Kawża C-500/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina Międzyzdroje vs Minister Finansów (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Investimenti — Proprjetà — Aġġustament tat-tnaqqis — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu ta’ aġġustament ta’ għaxar snin)

10

2014/C 261/17

Kawża C-600/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Matera – l-Italja) – Intelcom Service Ltd vs Vincenzo Mario Marvulli (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 34 TFUE, 35 TFUE, 37 TFUE, 56 TFUE u 60 TFUE — Direttiva 2006/123/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għan-nutara l-attività ta’ redazzjoni u ta’ awtentifikazzjoni tal-atti ta’ bejgħ ta’ immobbli — Inammissibbiltà manifesta)

10

2014/C 261/18

Kawża C-683/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho da Covilhã – il-Portugall) – Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA et vs Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ipproċessar tad-data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 2 — Kunċett ta’ data personali — Artikoli 6 u 7 — Prinċipji dwar il-kwalità tad-data u biex l-ipproċessar ta’ data jkun leġittimu — Artikolu 17 — Sigurtà tal-ipproċessar — Ħin tax-xogħol tal-ħaddiema — Reġistru tal-ħin tax-xogħol — Aċċess tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol — Obbligu għall-persuna li timpjega li tqiegħed għad-dispożizzjoni r-reġistru tal-ħin tax-xogħol b’mod li tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu)

11

2014/C 261/19

Kawża C-13/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Jannar 2014 – Municipiul Piatra Neamț vs Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice

12

2014/C 261/20

Kawża C-167/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

12

2014/C 261/21

Kawża C-240/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit-12 ta’ Mejju 2014 – Eleonore Prüller-Frey vs Norbert Brodnig, Axa Versicherung AG

14

2014/C 261/22

Kawża C-269/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-30 ta’ Mejju 2014 – Kansaneläkelaitos, Suomen Palvelutaksit ry, Oulun Taksipalvelut Oy

15

2014/C 261/23

Kawża C-285/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Ġunju 2014 – Directeur général des douanes et droits indirects, Directeur régional des douanes et droits indirects d’Auvergne vs Brasserie Bouquet SA

16

2014/C 261/24

Kawża C-289/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ Ġunju 2014 – Brit Air SA vs Ministère des finances et des comptes publics

16

2014/C 261/25

Kawża C-8/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja, intervenjenti: ir-Renju tal-Belġju u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

17

2014/C 261/26

Kawża C-9/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja, interventi: Ir-Renju tal-Belġju u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

17

2014/C 261/27

Kawża C-46/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Datenschutzbehörde (li kienet Datenschutzkommission) – L-Awstrija) – H vs E

17

2014/C 261/28

Kawża C-121/13: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Wedding – il-Ġermanja) – Rechtsanwaltskanzlei CMS Hasche Sigle, Partnerschaftsgesellschaft vs Xceed Holding Ltd.

18

2014/C 261/29

Kawża C-207/13: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Wagenborg Passagiersdiensten BV, Eigen Veerdienst Terschelling BV, MPS Stortemelk BV, MPS Willem Barentsz BV, MS Spathoek NV, GAF Lakeman li topera taħt l-isem Rederij Waddentransport vs Minister van Infrastructuur en Milieu, fil-preżenza ta’: Wagenborg Passagiersdiensten BV, Terschellinger Stoombootmaatschappij BV

18

2014/C 261/30

Kawża C-284/13 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2014 – Henkel AG & Co. KGaA, Henkel France vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

2014/C 261/31

Kawża C-292/13: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Mejju 2014 – Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Impexmetal S.A.

18

2014/C 261/32

Kawża C-415/13 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Mejju 2014 – Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Impexmetal S.A.

19

2014/C 261/33

Kawża C-458/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH, Jürgen Reiser, Dirk Seidler vs Nintendo Co. Ltd, Nintendo of America Inc.

19

2014/C 261/34

Kawżi Magħquda C-475/13 u C-476/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Walter Jubin (C-475/13), Heidemarie Retzlaff (C-476/13) vs easyJet Airline Co. Ltd

19

2014/C 261/35

Kawża C-493/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

19

2014/C 261/36

Kawża C-558/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal–4 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – CD Consulting s. r. o. vs Marián Vasko

20

2014/C 261/37

Kawża C-571/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Annegret Weitkämper-Krug vs NRW Bank – Anstalt des öffentlichen Rechts

20

2014/C 261/38

Kawża C-629/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gliwicach – il-Polonja) – proċeduri mibdija minn Adarco Invest sp. z o.o. w Petrosani w Rumunii Oddział w Polsce w Tarnowskich Górach

20

2014/C 261/39

Kawża C-658/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hannover – il-Ġermanja) – Wilhelm Spitzner, Maria-Luise Spitzner vs TUIfly GmbH

20

2014/C 261/40

Kawża C-661/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Astellas Pharma Inc. vs Polpharma SA Pharmaceutical Works

21

2014/C 261/41

Kawża C-680/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Condor Flugdienst GmbH vs Andreas Plakolm

21

2014/C 261/42

Kawża C-46/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Jürgen Kaiser vs Condor Flugdienst GmbH

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 261/43

Kawża T-564/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali — Multi — Ħlas bin-nifs — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità)

22

2014/C 261/44

Kawża T-372/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Basic vs UASI – Repsol YPF (basic) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva basic — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BASIC — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-servizzi — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

22

2014/C 261/45

Kawża T-541/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Fundação Calouste Gulbenkian vs UASI – Gulbenkian (GULBENKIAN) Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GULBENKIAN — Trade mark nazzjonali magħrufa, isem kummerċjali u logos nazzjonali preċedenti Fundação Calouste Gulbenkian — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Prova tal-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti — Artikolu 8(1)(b) u (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura

23

2014/C 261/46

Kawża T-314/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2014 – Borde u Carbonium vs Il-Kummissjoni

24

2014/C 261/47

Kawża T-317/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)

24

2014/C 261/48

Kawża T-323/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 – Bankia vs UASI– Banco ActivoBank (Portugal) (Bankia)

25

2014/C 261/49

Kawża T-334/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2014 – Roca Sanitario vs UASI – Villeroy & Boch (Vit)

26

2014/C 261/50

Kawża T-336/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2014 – Société des produits Nestlé vs UASI (NOURISHING PERSONAL HEALTH)

27

2014/C 261/51

Kawża T-340/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2014 – Klyuyev vs Il-Kunsill

27

2014/C 261/52

Kawża T-341/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2014 – Klyuyev vs Il-Kunsill

29

2014/C 261/53

Kawża T-343/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – Cipriani vs UASI – Hotel Cipriani (CIPRIANI)

29

2014/C 261/54

Kawża T-351/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – Construlink vs UASI – Wit-Software (GATEWIT)

30

2014/C 261/55

Kawża T-362/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2014 – REWE-Zentral vs UASI – Vicente Gandia Pla (MY PLANET)

31

2014/C 261/56

Kawża T-364/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – Penny-Markt vs UASI – Boquoi Handels (B! O)

32

2014/C 261/57

Kawża T-367/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2014 – August Storck vs UASI – Chiquita Brands (Fruitfuls)

33

2014/C 261/58

Kawża T-370/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – Petropars et vs Il-Kunsill

33

2014/C 261/59

Kawża T-371/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – NICO vs Il-Kunsill

34

2014/C 261/60

Kawża T-372/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – HK Intertrade vs Il-Kunsill

35

2014/C 261/61

Kawża T-373/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill

36

2014/C 261/62

Kawża T-380/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Pshonka vs Il-Kunsill

37

2014/C 261/63

Kawża T-381/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Pshonka vs Il-Kunsill

38

2014/C 261/64

Kawża T-387/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

39

2014/C 261/65

Kawża T-400/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2014 – Premo vs UASI – Prema Semiconductor (PREMO)

39

2014/C 261/66

Kawża T-402/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – FCC Aqualia vs UASI– Sociedad General de Aguas de Barcelona (AQUALOGY)

40

2014/C 261/67

Kawża T-405/14: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2014 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et

41

2014/C 261/68

Kawża T-455/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Pirelli & C. vs Il-Kummissjoni

42

2014/C 261/69

Kawża T-456/14: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2014 – TAO/AFI u SFIE vs Il-Parlament u Il-Kunsill

43

2014/C 261/70

Kawża T-457/14 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 minn Thierry Rouffaud mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ April 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/13, Rouffaud vs SEAE

44

2014/C 261/71

Kawża T-464/14 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2014 minn Risto Nieminen mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ April 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-81/12, Nieminen vs Il-Kunsill

45

2014/C 261/72

Kawża T-466/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

45

2014/C 261/73

Kawża T-471/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Ibercaja Banco et vs Il-Kummissjoni

46

2014/C 261/74

Kawża T-472/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Joyería Tous vs Il-Kummissjoni

47

2014/C 261/75

Kawża T-473/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Corporación Alimentaria Guissona y Naviera Muriola vs Il-Kummissjoni

47

2014/C 261/76

Kawża T-474/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Cesáreo Martín-Sanz et vs Il-Kummissjoni

48

2014/C 261/77

Kawża T-476/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Poal Investments XXI et vs Il-Kummissjoni

49

2014/C 261/78

Kawża T-477/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Caamaño Sistemas Metálicos et vs Il-Kummissjoni

50

2014/C 261/79

Kawża T-478/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Industrias Espadafor et vs Il-Kummissjoni

50

2014/C 261/80

Kawża T-482/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria vs Il-Kummissjoni

51

2014/C 261/81

Kawża T-483/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Banco de Albacete vs Il-Kummissjoni

52

2014/C 261/82

Kawża T-484/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Monthisa Residencial vs Il-Kummissjoni

52

2014/C 261/83

Kawża T-485/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Bon Net vs UASI– Aldi (Bon Appétit!)

53

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 261/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 253, 4.8.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 245, 28.7.2014

ĠU C 235, 21.7.2014

ĠU C 223, 14.7.2014

ĠU C 212, 7.7.2014

ĠU C 202, 30.6.2014

ĠU C 194, 24.6.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Norte – il-Portugall) – Joaquim Fernando Macedo Maia et vs Fundo de Garantia Salarial, IP

(Kawża C-511/12) (1)

((Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 80/987/KEE - Direttiva 2002/74/KE - Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Istituzzjonijiet ta’ garanzija - Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija - Djun salarjali dovuti iktar minn sitt xhur qabel it-tressiq ta’ kawża intiża sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega))

2014/C 261/02

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Norte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Joaquim Fernando Macedo Maia, António Pereira Teixeira, António Joaquim Moreira David, Joaquim Albino Moreira David

Konvenuta: Fundo de Garantia Salarial, IP

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tiggarantixxix id-djun salarjali dovuti iktar minn sitt xhur qabel il-preżentata ta’ rikors intiz sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega, minkejja li l-ħaddiema jkunu ressqu, qabel il-bidu ta’ dan il-perijodu, proċedura ġudizzjarja kontra l-persuna li timpjegahom sabiex jiksbu l-iffissar tal-ammont ta’ dawn id-djun u l-infurzar tal-irkupru tagħhom.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – Greinwald GmbH vs Nicolas Wessang, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-608/12) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontenut neċessarju tar-rikors tal-appell))

2014/C 261/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Greinwald GmbH (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Nicolas Wessang (rappreżentant: A. Grolée, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2)

Greinwald GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.

3)

Nicolas Wessang huwa kkundannat għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht – il-Ġermanja) – Flughafen Lübeck GmbH vs Air Berlin plc & Co. Luftverkehrs KG

(Kawża C-27/13) (1)

((Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Għajnuna mill-Istat - Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE - Vantaġġi mogħtija minn impriża pubblika li topera ajruport lil kumpannija tal-ajru bi prezz baxx - Deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu tal-qrati tal-Istati Membri li jikkonformaw ruħhom mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni magħmula f’din id-deċiżjoni li tikkonċerna l-eżistenza ta’ għajnuna))

2014/C 261/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flughafen Lübeck GmbH

Konvenuta: Air Berlin plc & Co. Luftverkehrs KG

Dispożittiv

1)

Meta, skont l-Artikolu 108(3) TFUE, il-Kummissjoni Ewropea fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fil-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu fir-rigward ta’ miżura mhux innotifikata waqt l-eżekuzzjoni, qorti nazzjonali, adita b’talba għall-waqfien tal-eżekuzzjoni ta’ din il-miżuri u għall-irkupru ta’ somom diġà mħallsa, għandha l-obbligu li tadotta l-miżuri neċessarju kollha sabiex tislet il-konsegwenzi ta’ possibbli ksur tal-obbligu ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija miżura.

Għal dan il-għan, il-qorti nazzjonali tista’ tiddeċiedi jew li tissospendi l-eżekuzzjoni tal-miżura inkwistjoni u li tordna l-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa, inkella li tordna miżuri provviżorji sabiex tissalvagwardja, minn naħa, l-interessi tal-partijiet ikkonċernati, u min-naħa l-oħra, l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

2)

Qorti nazzjonali ma tistax, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tissospendi l-proċeduri quddiemha sal-għeluq tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli – l-Italja) – Luigi D’Aniello et vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-89/13) (1)

((Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sistema ta’ kumpens fil-każ ta’ iffissar illegali ta’ terminu għall-kuntratt ta’ xogħol differenti minn dik applikabbli f’każ ta’ terminazzjoni illegali ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat. - Konsegwenzi ekonomiċi - Komparabbiltà tat-talbiet)))

2014/C 261/05

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Luigi D’Aniello, Ester Di Vaio, Anna Di Benedetto, Antonella Camelio, Angela Leva, Alessia Romano, Emilia Aloia, Cira Oligo, Ottavio Russo, Guiseppe D’Ambra, Stefano Caputo, Ilaria Pappagallo, Maurizio De Rosa, Gianluca Liguori, Dario Puzone, Vincenzo De Luca, Guido Gorbari, Raffaella D’Ambrosio

Konvenuta: Poste Italiane SpA

Dispożittiv

Bla ħsara għall-possibbiltà offerta lill-Istati Membri, skont il-klawżola 8 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, il-klawżola 4(1) ta’ dan il-ftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma timponix li l-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw fil-każ ta’ ffissar illegali ta’ terminu għal kuntratt ta’ xogħol u dawk li jirriżultaw fil-każ ta’ terminazzjoni illegali ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat jiġu ttrattati b’mod identiku.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Bardejov – is-Slovakkja – Pohotovosť s.r.o. vs Ján Soroka

(Kawża C-153/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13 KEE - Applikazzjoni ratione temporis - Fatti li seħħew qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 261/06

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Bardejov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pohotovosť s.r.o.

Konvenut: Ján Soroka

fil-preżenza ta’: Združenie na ochranu občana spotrebiteľa HOOS

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Okresný súd Bardejov (is-Slovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Frar 2013.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Bimbo, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-285/13 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Caffè KIMBO - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIMBO - Trade mark magħrufa notorjament - Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni - Appell manifestament inammissibbli))

2014/C 261/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Café do Brasil SpA (rappreżentanti: M. Mostardini u F. Mellucci, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bimbo SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 – Bilbaína de Alquitranes, SA et vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża C-287/13 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Artikolu 59 u Anness XIII - Identifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala sustanza ta’ tħassib serju, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament))

2014/C 261/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Bilbaína de Alquitranes, SA, Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o. (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bilbaína de Alquitranes SA, Cindu Chemicals BV, Deza a.s., Industrial Química del Nalón SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV u Rütgers Poland sp. z o.o. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien – l-Awstrija) – Ferdinand Stefan vs Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-329/13) (1)

((Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2003/4/KE - Validità - Aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent - Eċċezzjoni għall-obbligu li jiġi żvelat tagħrif dwar l-ambjent meta l-iżvelar ikun jippreġudika l-possibbiltà ta’ kull persuna li tingħata smigħ xieraq - Natura fakultattiva ta’ din l-eċċezzjoni għall-Istati Membri - Artikolu 6 TUE - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta))

2014/C 261/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ferdinand Stefan

Konvenut: Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi magħmula ma kixef ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Dire[t]tiva tal-Kun[s]ill 90/313/KEE.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (li kienet Augstākās tiesas Senāts) – il-Latvja) – Antonio Gramsci Shipping Corp. et vs Aivars Lembergs

(Kawża C-350/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ miżuri provviżorji u kawtelatorji - Annullament tad-deċiżjoni inizjali - Żamma tat-talba għal deċiżjoni preliminari - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

2014/C 261/10

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (li kienet Augstākās tiesas Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonio Gramsci Shipping Corp., Apollo Holdings Corp., Arctic Seal Shipping Co. Ltd, Atlantic Leader Shipping Co. Ltd, Cape Wind Trading Co. Ltd, Clipstone Navigation SA, Dawnlight Shipping Co. Ltd, Dzons Rids Shipping Co., Faroship Navigation Co. Ltd, Gaida Shipping Co., Gevostar Shipping Co. Ltd, Hose Marti Shipping Co., Imanta Shipping Co. Ltd, Kemeri Navigation Co., Klements Gotvalds Shipping Co., Latgale Shipping Co. Ltd, Limetree Shipping Co. Ltd, Majori Shipping Co. Ltd, Noella Marītime Co. Ltd, Razna Shipping Co., Sagewood Trading Inc., Samburga Shipping Co. Ltd, Saturn Trading Co., Taganroga Shipping Co., Talava Shipping Co. Ltd, Tangent Shipping Co. Ltd, Viktorio Shipping Co., Wilcox Holding Ltd, Zemgale Shipping Co. Ltd, Zoja Shipping Co. Ltd

Konvenut: Aivars Lembergs

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2013.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG

(Kawża C-374/13 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nruo40/94 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali METROINVEST - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark figurattiva nazzjonali u applikant għat-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “METRO”, bil-kuluri blu u isfar - Rifjut ta’ reġistrazzjoni))

2014/C 261/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, abogado)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. (rappreżentant: J.-C. Plate, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) vs Sanco, SA

(Kawża C-411/13 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta tiġieġa - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark figurattiva nazzjonali li tirrappreżenta tiġieġa - Oppożizzjoni rrifjutata parzjalment))

2014/C 261/12

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Sanco, SA (rappreżentant: A. Segura Roda, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-412/13 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 34(1), 75 u 77(1) - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti MEDINET - Talba tal-anzjanità - Rifjut))

2014/C 261/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 298, 12.10.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2014 – Reber Holding GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Anna Klusmeier

(Kawża C-414/13 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark verbali Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti W. Amadeus Mozart))

2014/C 261/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Reber Holding GmbH & Co. KG (rappreżentant: M. Geitz, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: D. Walicka, aġent), Anna Klusmeier (rappreżentant: G. Schmitt-Gaedke, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Reber Holding GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 298, 12.10.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Delphi Technologies, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-448/13) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) - Trade mark verbali INNOVATION FOR THE REAL WORLD - Slogan ta’ reklamar - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Assenza ta’ karattru distintiv))

2014/C 261/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Delphi Technologies, Inc. (rappreżentanti: C. Albrecht u J. Heumann, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Delphi Technologies Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina Międzyzdroje vs Minister Finansów

(Kawża C-500/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Investimenti - Proprjetà - Aġġustament tat-tnaqqis - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu ta’ aġġustament ta’ għaxar snin))

2014/C 261/16

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gmina Międzyzdroje

Konvenut: Minister Finansów

Dispożittiv

L-Artikoli 167, 187 u 189 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, f’każijiet fejn ikun hemm bidla fl-użu ta’ investiment fi proprjetà, fejn dan il-beni jintuża, inizjalment, għal użu li ma jagħtix lok għal dritt għat-tnaqqis tal-VAT u, sussegwentement, għal użu li jagħti lok għal tali dritt, jipprevedu perijodu ta’ aġġustament ta’ għaxar snin mill-bidu tal-użu ta’ dan il-beni u, għaldaqstant, jeskludu aġġustament uniku matul sena tat-taxxa waħda.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Matera – l-Italja) – Intelcom Service Ltd vs Vincenzo Mario Marvulli

(Kawża C-600/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 TFUE, 35 TFUE, 37 TFUE, 56 TFUE u 60 TFUE - Direttiva 2006/123/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għan-nutara l-attività ta’ redazzjoni u ta’ awtentifikazzjoni tal-atti ta’ bejgħ ta’ immobbli - Inammissibbiltà manifesta))

2014/C 261/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Matera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Intelcom Service Ltd

Konvenut: Vincenzo Mario Marvulli

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Matera (l-Italja), b’deċiżjoni tat-22 ta’ April 2013, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho da Covilhã – il-Portugall) – Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA et vs Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT)

(Kawża C-683/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ipproċessar tad-data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “data personali” - Artikoli 6 u 7 - Prinċipji dwar il-kwalità tad-data u biex l-ipproċessar ta’ data jkun leġittimu - Artikolu 17 - Sigurtà tal-ipproċessar - Ħin tax-xogħol tal-ħaddiema - Reġistru tal-ħin tax-xogħol - Aċċess tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol - Obbligu għall-persuna li timpjega li tqiegħed għad-dispożizzjoni r-reġistru tal-ħin tax-xogħol b’mod li tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu))

2014/C 261/18

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal do Trabalho da Covilhã

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA, Domingos Sequeira de Almeida, Luis Mesquita Soares Moutinho, Rui Teixeira Soares de Almeida, André de Carvalho e Sousa

Konvenuta: Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li reġistru tal-ħin tax-xogħol, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinkludi l-indikazzjoni, għal kull ħaddiem, tal-ħinijiet tal-bidu u tat-tmiem tax-xogħol kif ukoll tal-interruzzjonijiet jew tal-pawżi korrispondenti, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “data personali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikoli 6(1)(b) u (ċ), kif ukoll 7(ċ) u (e) tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-persuna li timpjega l-obbligu li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol reġistru tal-ħin tax-xogħol sabiex tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu, sakemm dan l-obbligu jkun neċessarju għall-finijiet tal-eżerċizzju minn din l-awtorità tal-kompiti tagħha ta’ sorveljanza tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ħin tax-xogħol.

3)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk l-obbligu, għall-persuna li timpjega, li tipprovdi lill-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol aċċess għar-reġistru tal-ħin tax-xogħol b’mod li tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu jistax jitqies bħala neċessarju għall-finijiet tal-eżerċizzju minn din l-awtorità tal-kompitu tagħha ta’ sorveljanza, billi jikkontribwixxi għal applikazzjoni iktar effikaċi tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ħin tax-xogħol, u, fl-affermattiv, jekk is-sanzjonijiet imposti sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti stabbiliti permezz tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, josservawx il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Jannar 2014 – Municipiul Piatra Neamț vs Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice

(Kawża C-13/14)

2014/C 261/19

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Municipiul Piatra Neamț

Konvenut: Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice

B’digriet tat-12 ta’ Ġunju 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija manifestament inammissibbli.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/12


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-167/14)

2014/C 261/20

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Manhaeve)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma ħaditx il-miżuri kollha sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-25 ta’ Ottubru 2007 fil-Kawża C-440/06, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE;

tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni l-multa proposta ta’ EUR 47  462,40għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-440/06, mill-ġurnata meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża jew sal-ġurnata meta tiġi eżegwita s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-440/06;

tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni s-somma f’daqqa ta’ kuljum ta’ EUR 5  191,20għal kull ġurnata, mill-ġurnata meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża jew sal-ġurnata meta tiġi eżegwita s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-440/06, jekk l-implementazzjoni ma sseħħx qabel;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dak li jikkonċerna l-metodu tal-kalkolu tas-sanzjoni, il-Kummissjoni tinvoka

A –

l-importanza tar-regoli tal-Unjoni li nkisru, jiġifieri l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 91/271/KEE (1) dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, li tirrigwarda l-ġbir, l-ipproċessar u r-rimi tal-ilma urban kif ukoll l-ipproċessar u r-rimi ta’ ilma użat li joriġina minn ċerti setturi industrijali. Din għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent mill-effetti negattivi kkawżati minn dan ir-rimi tal-ilma mormi msemmi iktar ’il fuq.

Il-Kummissjoni ssostni li r-rimi ta’ ilma użat mhux trattat (jiġifieri li ma kien għadda minn iproċessar, minħabba nuqqas ta’ sistemi integrati ta’ ġbir u/jew ta’ stazzjonijiet ta’ purifikazzjoni) f’ilma tal-wiċċ iwassal għal tniġġis ikkaratterizzat minn skwilibriju tal-ossiġnu, filwaqt li ż-żieda ta’ sustanzi nutrijenti (b’mod partikolari komposti minn ażotati u fosfori) taffettwa b’mod sinjifikattiv il-kwalità ta’ dawn il-mases ta’ ilma u tal-ekosistemi relatati magħha (billi jitqiegħdu f’periklu, pereżempju, popolazzjonijiet ta’ ħut).

Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-ilma urban mormi li jkun ġie ttrattat b’mod insuffiċjenti (stallazzjonijiet ta’ trattament li ma jagħmlux trattament sekondarju jew li jagħmlu trattament sekondarju mhux konformi), is-sempliċi rikors għal trattament primarju ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tniġġis u ta’ deterjorament tal-kwalità tal-ilma u tal-ekosistemi fil-viċin. Fil-fatt, ir-rimi eċċessiv ta’ sustanzi nutritivi (fosfati u ażotati) fl-ilma tal-wiċċ huwa fattur essenzjali fiż-żieda tal-fenomenu ta’ ewtrofikazzjoni (żieda ta’ algi u ta’ pjanti tal-ilma) li jżid ir-riskju ta’ skwilibriju tal-ossiġnu fl-ilma, li jmutu popolazzjonijiet ta’ ħut u organiżmi tal-ilma oħra, kif ukoll ta’ danni sostnuti mill-ekosistemi terrestri fil-viċin. Din hija eżattament ir-raġuni għaliex l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271/KEE jipprovdi li l-ilma urban mormi li joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom iktar minn 15  000 e.p. jista’ jiġi mormi biss wara li jkun għadda minn trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti.

Il-Kummissjoni ssostni li, fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-ġbir u t-trattament tal-ilma urban mormi kollu li joriġina minn agglomerazzjonijiet Griegi li għandhom e.p. ta’ iktar minn 15  000 huwa ta’ importanza vitali għall-preżervazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ilma tal-wiċċ, tal-ekosistemi tal-ilma u tal-ekosistemi tal-art li jiddependu direttament mill-mases tal-ilma inkwistjoni, iżda wkoll sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni integrali u korretta tad-direttivi l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, minkejja l-isforzi mwettqa u l-miżuri adottati mill-awtoritajiet Griegi f’dawn l-aħħar snin, huwa ċar li sal-lum, sitt agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ iktar minn 15  000 fuq it-23 agglomerazzjoni totali kkonċernati mis-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2007 (li ħamsa minnhom fir-reġjun tal-Lvant ta’ Attiki li huwa wieħed mir-reġjuni bl-iktar densità demografika għolja fil-Greċja) ma humiex f’konformità mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 91/271/KEE. L-ekwivalenti ta’ abitanti ta’ dawn is-sitt agglomerazzjonijiet huwa ta’ 1 24  000 (16  000 f’Lefkimmi, 25  000 f’Nea Makri, 17  000 f’Markopoulo, 20  000 f’Koropi, 18  000 f’Rafina u 28  000 f’Artemida).

B –

Il-konsegwenzi tal-ksur fuq l-interessi ta’ natura ġenerali u partikolari: L-eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha riskji kbar ta’ tniġġis ambjentali u konsegwenzi fuq is-saħħa tal-bniedem. Fil-fatt, kif indikat iktar ’il fuq, l-eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza C-440/06 tal-Qorti tal-Ġustizzja twassal għal ewtrofikazzjoni tal-ilma tal-wiċċ li tista’ tpoġġi f’periklu, fost l-oħrajn, l-istat tajjeb ekoloġiku u kimiku u l-preżervazzjoni tal-ekosistemi tal-ilma u tal-art. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-eżkuzzjoni inkompleta tas-sentenza tista’ taffettwa l-implementazzjoni tad-direttivi l-oħra tal-Unjoni, fosthom id-Direttiva 2000/60/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/7/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Frar 2006, dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (4), tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-implementazzjoni inkompleta tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tippreġudika l-possibbiltà taċ-ċittadini li jibbenefikaw minn mases ta’ ilma superfiċjali nadif biżżejjed sabiex jiġu permessi l-attivitajiet ta’ divertiment (sajd, għawm, tbaħħir, mixi, eċċ). Huwa wkoll probabbli li l-eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza taffettwa wkoll il-kwalità tal-ilma intiż għall-konsum mill-bniedem kif ukoll is-saħħa tal-bniedem stess.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 75.

(3)  ĠU L 64, p. 37.

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit-12 ta’ Mejju 2014 – Eleonore Prüller-Frey vs Norbert Brodnig, Axa Versicherung AG

(Kawża C-240/14)

2014/C 261/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eleonore Prüller-Frey

Konvenuti: Norbert Brodnig, Axa Versicherung AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97, tad-9 ta’ Ottubru 1997, dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (1), l-Artikolu 3(ċ) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani (2), kif ukoll l-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru (3), iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-talba għal kumpens tal-persuna leża

li kienet tinsab fuq inġenju tal-ajru li kellu bħala postijiet ta’ tluq u ta’ nżul l-istess post li jinsab fi Stat Membru,

li ġiet ittrasportata b’xejn mill-pilota,

għal titjira ta’ osservazzjoni mill-ajru ta’ proprjetà immobbli, fil-kuntest ta’ proġett ta’ tranżazzjoni ta’ immobbli mal-pilota, u

li sostniet feriti minħabba l-waqgħa tal-inġenju tal-ajru,

għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, u fis-sens li d-dritt nazzjonali ma huwiex applikabbli?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

L-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, u l-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kompetenza għall-istruttorja u għad-deċiżjoni fuq it-talba għal kumpens imsemmija fl-ewwel domanda għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

3)

L-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (5), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu l-azzjoni diretta tal-persuna leża msemmija fl-ewwel domanda kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur tad-dannu?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

4)

L-Artikolu 7(1)(f) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1988, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (6), u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjonijiet tal-azzjoni diretta tal-persuna leża msemmija fl-ewwel domanda kontra l-kumpannija ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur tad-dannu għandhom jiġu eżaminati abbażi tad-dritt ta’ tielet Stat, meta

il-lex loci delicti tipprevedi l-azzjoni diretta fil-liġi tagħha dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni,

il-partijiet fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni jagħżlu d-dritt applikabbli, billi jindikaw l-ordinament ġuridiku ta’ tielet Stat,

u minn din l-għażla jirriżulta li d-dritt applikabbli huwa dak tal-Istat tas-sede tal-assiguratur, u meta

l-ordinament ġuridiku ta’ dan l-Istat jipprevedi wkoll l-azzjoni diretta fil-liġi tiegħu dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 489.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 160.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 492.

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.

(5)  ĠU L 199, p. 40.

(6)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 198.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-30 ta’ Mejju 2014 – Kansaneläkelaitos, Suomen Palvelutaksit ry, Oulun Taksipalvelut Oy

(Kawża C-269/14)

2014/C 261/22

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kansaneläkelaitos, Suomen Palvelutaksit ry, Oulun Taksipalvelut Oy

Partijiet oħra kkonċernati: Suomen Taksiliitto ry, Turun Seudun Invataksit ry, Hämeen Taksi Oy, Itä-Suomen Maakunnallinen Taksi Oy, Kainuun Taksivälitys Oy, Keski-Suomen Taksi Oy, Lounais-Suomen Taxidata Oy, Pohjois-Suomen Taksi Oy

Domandi preliminari

1.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar konċessjonijiet għal servizzi għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tapplikax għal arranġament globali li jinkludi, minn naħa, il-ħlas ta’ rimbors, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità, permezz ta’ skema ta’ rimbors dirett, u, min-naħa l-oħra, arranġament dwar il-riżervazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport, li ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità?

2.

Kemm hija rilevanti l-konsegwenza, li tirriżulta indirettament minn dan l-arranġament globali, li l-għan tal-arranġament dwar ir-riżervazzjonijiet huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ trasport li l-Kansaneläkelaitos għandu jħallas mill-fondi pubbliċi?


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Ġunju 2014 – Directeur général des douanes et droits indirects, Directeur régional des douanes et droits indirects d’Auvergne vs Brasserie Bouquet SA

(Kawża C-285/14)

2014/C 261/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Directeur régional des douanes et droits indirects d’Auvergne

Konvenuta: Brasserie Bouquet SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-produzzjoni b’liċenzja tinftiehem esklużivament bħala produzzjoni b’liċenzja għall-użu ta’ privattiva jew ta’ trade mark jew jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-produzzjoni b’liċenzja tinftiehem bħala produzzjoni skont proċess ta’ manifattura li jappartjenti għal terz u li huwa awtorizzat minnu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ Ġunju 2014 – Brit Air SA vs Ministère des finances et des comptes publics

(Kawża C-289/14)

2014/C 261/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brit Air SA

Konvenut: Ministère des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1) u 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-somma f’daqqa kkalkolata f’termini ta’ perċentwal tad-dħul mill-bejgħ annwali mwettaq mil-linji ġestiti permezz ta’ konċessjoni u mħallsa lura minn kumpannija tal-ajru li ħarġet għan-nom ta’ kumpannija tal-ajru oħra, biljetti li fil-frattemp jiskadu tikkostitwixxi kumpens mhux taxxabbli mħallas lil din tal-aħħar, li jagħmel tajjeb għad-dannu li jagħti lok għal kumpens subit minħabba l-mobilizzazzjoni minn din tal-aħħar tal-mezzi ta’ trasport tagħha jew somma li tikkorrispondi għad-dħul minn biljetti maħruġa u li fil-frattemp ikunu skadew?

2)

Fil-każ li din is-somma titqies bħala li tikkorrispondi għall-prezz ta’ biljetti maħruġa u skaduti, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħruġ tal-biljett jista’ jiġi assimilat mal-eżekuzzjoni effettiva tas-servizz tat-trasport u li s-somom miżmuma minn kumpannija tal-ajru meta l-proprjetarju tal-biljett tal-ajru ma jkunx uża l-biljett tiegħu u meta dan tal-aħħar ikun skada huma suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud?

3)

F’dan il-każ, it-taxxa miġbura għandha titħallas lura lit-Teżor mill-kumpannija Air France jew mill-kumpannija Brit Air mal-ġbir tal-prezz, anki meta l-vjaġġ ma jistax jitwettaq minħabba l-klijent?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1).


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja, intervenjenti: ir-Renju tal-Belġju u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-8/13) (1)

2014/C 261/25

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 63, 2.03.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja, interventi: Ir-Renju tal-Belġju u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-9/13) (1)

2014/C 261/26

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Datenschutzbehörde (li kienet Datenschutzkommission) – L-Awstrija) – H vs E

(Kawża C-46/13) (1)

2014/C 261/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/18


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Wedding – il-Ġermanja) – Rechtsanwaltskanzlei CMS Hasche Sigle, Partnerschaftsgesellschaft vs Xceed Holding Ltd.

(Kawża C-121/13) (1)

2014/C 261/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/18


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Wagenborg Passagiersdiensten BV, Eigen Veerdienst Terschelling BV, MPS Stortemelk BV, MPS Willem Barentsz BV, MS Spathoek NV, GAF Lakeman li topera taħt l-isem Rederij Waddentransport vs Minister van Infrastructuur en Milieu, fil-preżenza ta’: Wagenborg Passagiersdiensten BV, Terschellinger Stoombootmaatschappij BV

(Kawża C-207/13) (1)

2014/C 261/29

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2014 – Henkel AG & Co. KGaA, Henkel France vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-284/13 P) (1)

2014/C 261/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/18


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Mejju 2014 – Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Impexmetal S.A.

(Kawża C-292/13) (1)

2014/C 261/31

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Mejju 2014 – Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Impexmetal S.A.

(Kawża C-415/13 P) (1)

2014/C 261/32

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH, Jürgen Reiser, Dirk Seidler vs Nintendo Co. Ltd, Nintendo of America Inc.

(Kawża C-458/13) (1)

2014/C 261/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Walter Jubin (C-475/13), Heidemarie Retzlaff (C-476/13) vs easyJet Airline Co. Ltd

(Kawżi Magħquda C-475/13 u C-476/13) (1)

2014/C 261/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawżi.


(1)  ĠU C 359, 07.12.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-493/13) (1)

2014/C 261/35

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal–4 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – CD Consulting s. r. o. vs Marián Vasko

(Kawża C-558/13) (1)

2014/C 261/36

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 15.02.2014.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Annegret Weitkämper-Krug vs NRW Bank – Anstalt des öffentlichen Rechts

(Kawża C-571/13) (1)

2014/C 261/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gliwicach – il-Polonja) – proċeduri mibdija minn Adarco Invest sp. z o.o. w Petrosani w Rumunii Oddział w Polsce w Tarnowskich Górach

(Kawża C-629/13) (1)

2014/C 261/38

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 71, 08.03.2014.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hannover – il-Ġermanja) – Wilhelm Spitzner, Maria-Luise Spitzner vs TUIfly GmbH

(Kawża C-658/13) (1)

2014/C 261/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Astellas Pharma Inc. vs Polpharma SA Pharmaceutical Works

(Kawża C-661/13) (1)

2014/C 261/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 129, 28.04.2014.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Condor Flugdienst GmbH vs Andreas Plakolm

(Kawża C-680/13) (1)

2014/C 261/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Jürgen Kaiser vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-46/14) (1)

2014/C 261/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


Il-Qorti Ġenerali

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-564/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali - Multi - Ħlas bin-nifs - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 261/43

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA (Lordelo, il-Portugall) u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Calheiros u A. de Albuquerque, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, V. Bottka u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-kontabilista tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar il-ħlas tal-multa mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5004 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.886 – Fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali), sa fejn l-imsemmija ittra timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja, mingħand bank li jkun kiseb evalwazzjoni finanzjarja (rating) “AA” fit-tul sabiex wieħed ikun jista’ jaċċedi għat-talba ta’ ħlas bin-nifs tal-multa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 55, 19.02.2011.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Basic vs UASI – Repsol YPF (basic)

(Kawża T-372/11) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva basic - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BASIC - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-servizzi - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 261/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Basic AG Lebensmittelhandel (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Altenburg u H. Bickel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1440/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Repsol YPF, SA u Basic AG Lebensmittelhandel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Basic AG Lebensmittelhandel hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Fundação Calouste Gulbenkian vs UASI – Gulbenkian (GULBENKIAN)

(Kawża T-541/11) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GULBENKIAN - Trade mark nazzjonali magħrufa, isem kummerċjali u logos nazzjonali preċedenti Fundação Calouste Gulbenkian - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Prova tal-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti - Artikolu 8(1)(b) u (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura”)

2014/C 261/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fundação Calouste Gulbenkian (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Micael Gulbenkian (Oeiras, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Pimenta u A. Sebastião, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1436/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Fundação Calouste Gulbenkian u Micael Gulbenkian.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Fundação Calouste Gulbenkian hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Micael Gulbenkian huwa kkundannat jirrimborsa lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 1  807,48, skont l-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 362, 10.12.2011.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/24


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2014 – Borde u Carbonium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/14)

2014/C 261/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alexandre Borde (Pariġi, Franza) u Carbonium (Pariġi) (rappreżentant: A. Herzberg, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tad-19 u tal-20 ta’ Frar 2014, sabiex jintemm il-kompitu tal-ewwel rikorrent fir-rigward tal-programmi ta’ evalwazzjoni globali GCCA u tal-Intra-ACP GCCA;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, li jinkludi d-dritt għal smigħ tar-rikorrenti u l-obbligu ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, billi l-konvenuta kisret id-drittijiet tar-rikorrenti fir-rigward ta’ trattament ġust, ekwu u mhux arbitrarju u d-dritt tar-rikorrenti għall-ħarsien tar-reputazzjoni tagħhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu użu ħażin tal-poteri tal-konvenuta.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/24


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)

(Kawża T-317/14)

2014/C 261/47

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Toni Klement (Dippoldiswalde, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bullerjan GmbH (Isernhagen-Kirchhorst, il- Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tirriforma d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tas-27 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 1656/2013-1 billi tilqa’ r-rikors ippreżentat mir-rikorrent u billi tħassar it-trade mark Komunitarja 4 0 87  731 fl-intier tagħha;

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun xieraq, lill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja/intervenjenti possibbli għall-ispejjeż, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedura quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forn, għal prodotti fil-klassi 11 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 4 0 87  731

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Bullerjan GmbH

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal revoka miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/25


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 – Bankia vs UASI– Banco ActivoBank (Portugal) (Bankia)

(Kawża T-323/14)

2014/C 261/48

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bankia, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentant: F. De Barba, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Banco ActivoBank (Portugal), SA (Lisbona, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tal-14 ta’ Frar 2014, fil-Każijiet R 649/2013-2 u R 744/2013-2, sabiex l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 25  284“BANKIA” tingħata għall-prodotti u s-servizzi kollha;

tikkundanna lill-opponent u/jew lill-UASI għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent/appellant b’rabta ma’ dan l-appell

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Bankia” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9,16, 35, 36, 38, 41 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 25  284

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Banco ActivoBank (Portugal), SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “BANKY” għal servizzi fil-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ta’ BANKIA S.A. miċħud u appell ta’ Banco ActivoBank (Portugal), SA milqugħ parzjalment, b’ċaħda tar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għal firxa ikbar ta’ servizzi

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/26


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2014 – Roca Sanitario vs UASI – Villeroy & Boch (Vit)

(Kawża T-334/14)

2014/C 261/49

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Villeroy & Boch AG (Mettlach, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 812/2012-3;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, u fejn xieraq, lill-intervenjenti, jekk tintervjeni u topponi dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ vit – reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju Nru 1 264 568-0004

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Villeroy & Boch AG

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: assenza ta’ novità u ta’ karattru individwali fir-rigward tad-disinn ta’ vit tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell (Nru 00 584 560-0004)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002 flimkien mal-Artikolu 25(1)(b) tal-istess regolament


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/27


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2014 – Société des produits Nestlé vs UASI (NOURISHING PERSONAL HEALTH)

(Kawża T-336/14)

2014/C 261/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 149/2013-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “NOURISHING PERSONAL HEALTH” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 41, 42 u 44 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 0 1 1 02  735.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/27


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2014 – Klyuyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-340/14)

2014/C 261/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Andriy Klyuyev (Donetsk, l-Ukraina) (rappreżentant: R. Gherson, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, sa fejn japplikaw għar-rikorrent:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina; u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega li l-Artikolu 29 TUE ma kienx bażi legali xierqa għad-deċiżjoni kkontestata peress li l-ilment magħmul kontra r-rikorrent ma kienx jidentifikah bħala individwu li mmina l-istat tad-dritt jew id-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina fis-sens tal-Artikoli 21(2) u 23 TUE. Ir-rikorrent isostni li peress li d-deċiżjoni kkontestata kienet invalida, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 215(2) TFUE sabiex jippromulga r-regolament ikkontestat. Fiż-żmien ta’ meta l-miżuri restrittivi ġew imposti, ma kien hemm, skont ir-rikorrent, ebda akkuża jew pretensjoni kontra r-rikorrent li l-attivitajiet tiegħu kienu ta’ theddida li jistgħu jimminaw l-istat tad-dritt, jew kisru xi drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina.

2.

It-tieni motiv jallega li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent peress li l-bażi li fuqha r-rikorrent ġie inkluż fil-lista hija proklamazzjoni pubblika ta’ ħtija qabel ma kien hemm ebda determinazzjoni ġudizzjarja tal-kwistjoni u peress li r-rikorrent ma ngħata ebda informazzjoni partikolari dwar ir-raġunijiet indikati fil-miżuri kkonestati għall-inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi minkejja t-talba tiegħu lill-Kunsill għal informazzjoni.

3.

It-tielet motiv jallega li l-Kunsill naqas milli jagħti lir-rikorrent biżżejjed raġunijiet għall-inklużi tiegħu fil-lista. Ir-rikorrent jallega li ebda dettall ma ġie pprovdut dwar in-natura tal-kondotta tar-rikorrent li wasslet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista. Ir-rikorrent jallega wkoll li ma ġew ipprovduti ebda dettalji dwar l-entità responsabbli għall-proċeduri kriminali li għalihom huwa allegatament suġġett ir-rikorrent, u lanqas dwar id-data li fiha nbdew il-proċeduri kontra r-rikorrent.

4.

Ir-raba’ motiv jallega li l-Kunsill kiser, b’mod mhux ġustifikat u sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent għall-proprjetà u għar-reputazzjoni peress li l-miżuri restrittivi ma kinux previsti mil-liġi u ġew imposti mingħajr salvagwardji xierqa li jippermettu lir-rikorrent jippreżenta l-każ tiegħu b’mod effettiv quddiem il-Kunsill.

5.

Il-ħames motiv jallega li l-Kunsill ibbaża ruħu fuq fatti materjalment mhux eżatti u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni li skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu, ma hemm ebda proċeduri kriminali jew investigazzjonijiet kontrih dwar il-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina jew dwar it-trasferiment illegali tagħhom barra mill-Ukraina.

6.

Is-sitt motiv jallega li l-Kunsill naqas milli jiżgura r-rilevanza u l-validità tal-evidenza li fuqha hija bbażata l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista peress li huwa naqas milli jikkunsidra jekk l-Aġent Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina attwali kellux l-awtorità skont il-kostituzzjoni tal-Ukraina li jagħti bidu għal investigazzjonijiet kontra r-rikorrent u naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni li investigazzjoni kontra rikorrent fl-Awstrija kienet ingħalqet peress li ma kienx hemm biżżejjed evidenza sabiex tappoġġja l-allegazzjoniijet, kontra r-rikorrent, ta’ misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-istat.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/29


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2014 – Klyuyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-341/14)

2014/C 261/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sergiy Klyuyev (Donetsk, l-Ukraina) (rappreżentant: R. Gherson, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, sa fejn tapplika għar-rikorrent:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina; u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li sitta minnhom huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk fil-Kawża T-340/14, Klyuyev vs Il-Kunsill.

Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jissodisfa l-kriterju sabiex jinkludi lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi, jiġifieri li l-persuna ġiet identifikata bħala li hija responsabbli għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat Ukren jew ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina, filwaqt li l-unika raġuni mogħtija sabiex ir-rikorrent jiġi inkluż fil-lista hija, li qed jingħad li huwa suġġett għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f’delitti marbuta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat Ukren u t-trasferiment illegali tagħhom barra mill-Ukraina.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/29


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – Cipriani vs UASI – Hotel Cipriani (CIPRIANI)

(Kawża T-343/14)

2014/C 261/53

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Arrigo Cipriani (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia, u G. Sironi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hotel Cipriani (Venezia, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tħassar d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 224/2012-4 u tiddikjara n-nullità, skont l-Artikolu 52(1)(b) u l-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 fir-rigward tal-Artikolu 8.3 tal-Kodiċi dwar il-Proprjetà Industrijali Taljan, tat-trade mark “Cipriani” Nru 115824 li l-proprjetarju tagħha huwa Hotel Cipriani, għall-prodotti u għas-servizzi kollha li għalihom t-trade mark hija rreġistrata jew;

sussidjarjament, għall-prodotti u għas-servizzi kollha barra mis-servizzi ta’ “lukandi u prenotazzjoni ta’ lukandi” jew;

sussidjarjament, fir-rigward ta’ servizzi ta’ “ristoranti, kafetteriji, postijiet publiċi għall-konsum tal-ikel, bars, provvista ta’ ikel u xorb, kunsinna ta’ xorb u xarbiet għal konsum immedjat” jew;

tirrinvija l-proċedimenti lill-UASI sabiex joħroġ id-dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tordna r-rimborż sħiħ tal-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċeduri minn Arrigo Cipriani.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “CIPRIANI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 1 15  824

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Hotel Cipriani

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark ġiet irreġistrata in mala fides u kisret id-dritt għal isem personali magħruf “CIPRIANI”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 fir-rigward tal-Artikolu 8.3 tal-Kodiċi dwar il-Proprjetà Industrijali Taljan;

ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – Construlink vs UASI – Wit-Software (GATEWIT)

(Kawża T-351/14)

2014/C 261/54

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Construlink – Tecnologias de Informação, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: M. Lopes Rocha, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA (Coimbra, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1059/2013-1;

tqis li l-applikazzjoni għal trade mark Nru 1 0 1 28  262 GATEWIT kienet totalment sostnuta;

tikkundanna lill-UASI u lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GATEWIT” għal servizzi fil-klassi 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 28  262

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “wit software” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 kif ukoll ir-reġistrazzjoni nazzjonali tal-isem tal-kumpannija “Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġiet annullata u l-applikazzjoni għat-trade mark ġiet miċħuda

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2014 – REWE-Zentral vs UASI – Vicente Gandia Pla (MY PLANET)

(Kawża T-362/14)

2014/C 261/55

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u A. Wagner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vicente Gandia Pla, SA (Chiva, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 201/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MY PLANET” għal prodotti fil-klassijiet 25, 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 5 66  515

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Vicente Gandia Pla, SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EL MIRACLE PLANET” għal prodotti fil-klassijiet 25, 32 u 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 41(1) tar-Regolament Nru 207/2009


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – Penny-Markt vs UASI – Boquoi Handels (B! O)

(Kawża T-364/14)

2014/C 261/56

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Penny-Markt GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u A. Wagner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Boquoi Handels OHG (Straelen, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1201/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għal-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “B! O”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 31 u 32 – Trade mark Komunitarju Nru 1 0 0 38  008

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Boquoi Handels OHG

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali nazzjonali u trade mark verbali Komunitarju “bo” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 16, 21, 29, 31, 32, 33 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u t-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/33


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2014 – August Storck vs UASI – Chiquita Brands (Fruitfuls)

(Kawża T-367/14)

2014/C 261/57

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, A. C. Richter, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chiquita Brands LLC (Charlotte, l-Istati Uniti)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2014 mogħtija fil-Każ R 1580/2013-5;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti u, fil-każ li Chiquita Brands LLC tintervjeni fil-proċedura, tikkundannaha għall-ispejjeż tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “Fruitfuls” għal prodotti fil-klassi 30 – Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 0 14  519

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Chiquita Brands LLC

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark irrevokata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/33


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – Petropars et vs Il-Kunsill

(Kawża T-370/14)

2014/C 261/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petropars Ltd (Teheran, l-Iran); Petropars International FZE (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda); u Petropars UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy u Z. Burbeza, Solicitors, u R. Blakeley, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta’ Marzu 2014;

tannulla l-avviż ta’ Marzu 2014 sa fejn japplika għar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-kriterji għall-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 (1) jew fl-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 (2) ma humiex sodisfatti u li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta stabbilixxa li l-kriterji kienu sodisfatti u baqgħu sodisfatti għaliex ir-rikorrenti ma humiex fil-proprjetà jew taħt il-kontroll ta’ National Iranian Oil Company (NIOC).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-kriterji għall-inklużjoni ma humiex sodisfatti għaliex il-Kunsill ma pprovax li NIOC tappoġġja finanzjarjament lill-Gvern tal-Iran.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li ż-żamma tal-indikazzjoni tar-rikorrenti tikkostitwixxi, f’kull każ, ksur tad-drittijiet u libertajiet fundamentali tagħhom, inkluż id-dritt tagħhom ta’ kummerċjalizzazzjoni u li jwettqu l-attivitajiet tagħhom u għat-tgawdija paċifika tal-proprjetà tagħhom u/jew tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jallegaw li l-inklużjoni kontinwata tirrappreżenta ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-ambjent u tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-bniedem, għaliex probabbilment tikkawża dannu sinjifikattiv lis-saħħa u lis-sigurtà ta’ ħaddiema Iranjani ordinarji u lill-ambjent.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi naqas milli jeżamina mill-ġdid b’mod sħiħ u xieraq l-indikazzjoni tar-rikorrenti u jikkunsidra korrettament l-osservazzjonijiet ippreżentati quddiemu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/34


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – NICO vs Il-Kunsill

(Kawża T-371/14)

2014/C 261/59

Lingwa tal-kawża: l-ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentant): J. Grayston, Solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey u D. Rovetta, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014, mibgħuta lill-avukati tar-rikorrenti, dwar l-eżami mill-ġdid tal-lista tal-persuni u entitajiet imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK kif ukoll fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif implementati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi rifjut tat-tneħħija tar-rikorrenti mil-lista tal-persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi;

tgħaqqad din il-proċedura mal-Kawża T-6/13 skont l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta’ Proċedura;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati fuq il-fatt li l-motivazzjoni kienet insuffiċjenti u li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li hija ma hijiex sussidjarja ta’ Naftiran Intertrade Company (NICO) Limited, peress li din il-kumpannija ma għadhiex teżisti f’Jersey u, fi kwalunkwe każ, il-Kunsill ma pprovax li anki kieku r-rikorrenti kienet sussidjarja ta’ Naftiran Intertrade Company (NICO) Limited, dan kien joħloq benefiċċju ekonomiku għall-Istat Iranjan li jmur kontra l-għan intiż mill-miżuri kkontestati.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/35


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – HK Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawża T-372/14)

2014/C 261/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HK Intertrade Co. Ltd (Wanchai, Hong-Kong) (rappreżentanti: J. Grayston, Solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014, indirizzata lill-avukati tar-rikorrenti, dwar l-eżami mill-ġdid tal-lista ta’ persuni u entitajiet inklużi fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, u fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi rifjut ta’ tneħħija tar-rikorrenti mil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi;

tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-159/13 skont l-Artikolu 50(1) tar-Regoli tal-Proċedura;

tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati fuq motivazzjoni insuffiċjenti u fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti targumenta li għalkemm hija sussidjarja tal-kumpannija National Iranian Oil Company (NIOC), li hija elenkata fil-lista, il-Kunsill ma ssostanzjax li dan jimplika vantaġġ ekonomiku għall-Istat Iranjan li jkun kuntrarju għall-għan segwit mill-miżuri kkontestati. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kunsill fil-fatt qatt ma kien identifika lir-rikorrenti u li dan l-iżball ma jistax jiġi rrimedjat permezz ta’ rettifika, kif għamel il-Kunsill.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/36


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawża T-373/14)

2014/C 261/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petro Suisse Intertrade Co. SA (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Grayston, Solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014, indirizzata lill-avukati tar-rikorrenti, li tirrigwarda l-eżami mill-ġdid tal-listi tal-persuni u entitajiet fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, u fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi rifjut li isem ir-rikorrenti jitneħħa mil-lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi;

tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-156/13 skont l-Artikolu 50(1) tar-Regoli tal-Proċedura;

tordna li l-Kunsill ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, li jallegaw insuffiċjenza fil-motivi u li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti targumenta li għalkemm hija sussidjarja tal-kumpannija inkluża fil-lista National Iranian Oil Company (NIOC), il-Kunsill ma pprovax li dan jinvolvi xi benefiċċju ekonomiku għall-Istat Iranjan li jmur kontra l-għan imfittex mill-miżuri kkontestati.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/37


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Pshonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-380/14)

2014/C 261/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Artem Viktorovych Pshonka (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Constantina u J.-M. Reymond, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, u r-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent u, b’mod iktar speċifiku, tordna:

it-tneħħija ta’ isem ir-rikorrent mill-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014;

it-tneħħija ta’ isem ir-rikorrent mill-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014;

tannulla parzjalment, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, u r-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, sa fejn ma humiex konformi mal-Proposta Konġunta;

tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tal-kawża u tiddeċiedi dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kunsill u fuq ksur tal-ġustizzja naturali sa fejn:

l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat saret bi ksur tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 215(2) TFUE peress li r-regolament estenda l-portata tal-miżuri restrittivi meta mqabbla mal-Proposta Konġunta ppreżentata mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u mill-Kummissjoni, li fuqha kien ibbażat dan ir-regolament;

l-inklużjoni tar-rikorrent kellha konsegwenzi negattivi ħafna fuq individwu li ma ngħatax smigħ xieraq u li ma kienx is-suġġett ta’ kundanna minn qorti kompetenti stabbilita mil-liġi.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-fatti. Ir-rikorrent isostni li huwa ma kienx, la qabel u lanqas waqt l-adozzjoni tal-miżuri kkontestati, is-suġġett ta’ investigazzjoni b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u/jew mat-trasferiment illegali tagħhom barra mill-Ukraina. Barra minn hekk, ir-rikorrent jallega li, anki li kieku l-investigazzjoni allegata kienet teżisti, tali investigazzjoni ma kien ikollha ebda bażi fattwali jew legali u kienet tkun immotivata esklużivament minn raġunijiet politiċi. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li r-raġunijiet mogħtija mill-Kunsill għall-inklużjoni tar-rikorrent ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-miżuri kkontestati u ma huma ssostanzjati minn ebda provi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent. Ir-rikorrent isostni li:

il-Kunsill naqas milli jagħti lir-rikorrent ir-raġunijiet fattwali u legali individwali u speċifiċi bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE;

ir-rikorrent ma ngħatax id-dritt li jesprimi l-pożizzjoni tiegħu quddiem il-Kunsill;

il-miżuri kkontestati jidentifikaw lir-rikorrent bħala responsabbli għall-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina fl-assenza ta’ kwalunkwe kundanna jew prova f’dan is-sens, bi ksur tad-dritt tar-rikorrent li jiġi preżunt li huwa innoċenti sakemm tiġi pprovata l-ħtija tiegħu;

ir-rikorrent ma kienx informat bil-provi kkunsidrati kontrih, b’tali mod li ma jistax jikkontestahom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, bi ksur tad-dritt tiegħu għal rimedju ġudizzjarju effettiv;

ir-rikorrent qiegħed jiġi mċaħħad direttament mid-dritt għall-proprjetà tiegħu;

is-sanzjonijiet ikkontestati huma sproporzjonati meta kkunsidrati fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ u tal-provi disponibbli, u

il-mod kif ir-rikorrent qiegħed jiġi deskritt fil-miżuri kkontestati jippreġudika b’mod gravi r-reputazzjoni tiegħu.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/38


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Pshonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-381/14)

2014/C 261/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Pavlovych Pshonka (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Constantina u J. Reymond, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla parzjalment, abbażi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, u r-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, u, b’mod iktar partikolari, tordna:

li isem ir-rikorrent jitneħħa mill-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014;

li isem ir-rikorrent jitneħħa mill-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014;

tannulla parzjalment, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014 u r-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, sa fejn dawn ma jikkonformawx mal-Proposta Konġunta;

tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż ta’ din il-proċedura u jħallas l-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-380/14, Pshonka vs Il-Kunsill.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/39


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

(Kawża T-387/14)

2014/C 261/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: salesforce.com, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1852/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MARKETINGCLOUD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 979 359

Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/39


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2014 – Premo vs UASI – Prema Semiconductor (PREMO)

(Kawża T-400/14)

2014/C 261/65

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Premo, SL (Campanillas, Spanja) (rappreżentanti: E. Cornu, F. de Visscher u E. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Prema Semiconductor GmbH (Mainz, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ April 2014, fil-Każ R 1000/2013-5;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħat l-oppożizzjoni fir-rigward tal-“apparat ta’ induzzjoni”, “transformers” u “filtri tal-ħoss”;

tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “PREMO”, għal prodotti fil-klassi 9 – Reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri lill-Unjoni Ewropea Nru 9 73  341

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Prema Semiconductor GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “PREMA” għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati:

Ksur tar-Regola 22(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti;

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/40


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2014 – FCC Aqualia vs UASI– Sociedad General de Aguas de Barcelona (AQUALOGY)

(Kawża T-402/14)

2014/C 261/66

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: FCC Aqualia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda de Sousa u N. González-Alberto Rodríguez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1209/2013-1, u tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 122 976 “AQUALOGY” għal servizzi fil-klassijiet 35, 37, 39, 40 u 42 abbażi tal-motivi relativi għal rifjut li jinsabu fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

sussidjarjament, fil-każ li t-talba preċedenti ma tintlaqax kompletament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, abbażi tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn din tikkonferma ċ-ċaħda tal-oppożizzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 22  976“AQUALOGY” għal servizzi fil-klassijiet 35, 37, 39, 40 u 42, u tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell sabiex jerġa’ jiġi evalwat fl-intier tiegħu f’dak li jikkonċerna l-motivi tar-rifjut previsti fl-artikolu ċċitat iktar ’il fuq;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva bl-element verbali “AQUALOGY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 4, 5, 6, 7, 9, 11, 12, 17, 19, 27, 32, 33, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 22  976

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark denominattiva “AQUALIA” u trade mark nazzjonali figurattiva bl-element verbali “AQUALIA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 32, 35, 36, 37, 39, 40 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2014 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et

(Kawża T-405/14)

2014/C 261/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Elena Yavorskaya (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Grisay, C. Hartman u Y. G. Georgiades, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u Eurogroup, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara bħala ammissibbli ir-rikors odjern għal responsabbiltà mhux kuntrattwali bbażat fuq l-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tiddikjara r-rikors fondat peress li l-miżuri imposti mid-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru fil-qasam tal-konfiska tal-assi bankarji jiksru b’mod suffiċjentement ikkaratterizzat prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, li jikkonferixxu drittijiet lil individwi, fatt li jikkostitwixxi nuqqas fid-dawl tal-Artikolu 340 TFUE;

tistabbilixxi li l-aġir tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi nuqqas serju u kkaratterizzat, li bħala konsegwenza jirriżulta f’dannu lir-rikorrenti stmat li jammonta, b’kull riserva, għal EUR 3 2 99  855,45, mingħajr preġudizzju għal tnaqqis jew żieda pendente lite, b’mod partikolari fil-dawl tal-interessi u l-ispejjeż li jkunu, fejn xieraq, dovuti;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas tal-ammonti suesposti;

barra minn hekk, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq nuqqas mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea u b’mod iktar preċiż, fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

Fil-fatt, il-miżuri imposti mill-Unjoni Ewropea fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru wasslu għal iffriżar tal-assi tar-rikorrenti fi ħdan il-Laïki Bank, mingħajr ma ingħatat ebda kumpens ġust u minn qabel.

B’hekk, l-Unjoni Ewoprea kisret b’mod manifest u mhux raġjonevoli id-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni safejn huma biss id-depożiti ta’ inqas minn EUR 1 00  000,00fi ħdan il-Laiki Bank li ġew iggarantiti skont miżuri Ewropej imposti fuq l-awtoritajiet Ċiprijotti.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/42


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Pirelli & C. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-455/14)

2014/C 261/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pirelli & C. SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, F. Moretti, G. Rizza u P. Ferrari, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

 

Prinċipalment

tannulla d-deċiżjoni sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, u speċifikament: l-Artikolu 1(5)(d) tagħha; l-Artikolu 2(g) tagħha; u l-Artikolu 4 tagħha, b’mod limitat għall-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tad-destinatarji tal-miżura;

 

sussidjarjament

tipprovdi beneficium ordinis seu excussionis favur ir-rikorrenti;

f’każ li jkun hemm deċiżjoni favorevoli għal Prysmian fil-kawża separata mressqa mill-imsemmija kumpannija b’rikors għal annullament tad-deċiżjoni

tannulla d-deċiżjoni jew tbiddel l-Artikolu 2(g) tagħha, billi tnaqqas il-multa imposta in solidum fuq Prysmian u fuq ir-rikorrenti;

 

fi kwalunkwe każ

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors qed jitressaq kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ April 2014, C(2014) 2139 finali, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-elettriku).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Permezz tal-ewwel motiv, Pirelli issostni li, fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-argumenti ddettaljati dwar in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Parental Liability Presumption (“PLP”) għar-relazzjoni Pirelli-Prysmian ma ġewx diskussi, u lanqas sar riferiment għalihom. Id-deċiżjoni hija għaldaqstant ivvizjata minn difett assolut ta’ motivazzjoni u għandha tiġi annullata.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali u tad-drittijiet fundamentali permezz tal-applikazzjoni tal-preżunzjoni tal-influwenza determinanti

Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kisret id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti protetti mill-Artikoli 48 u 49 tal-Karta ta’ Nizza [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni] u l-Artikoli 6(2) u 7(1) tal-Konvenzjoni [Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali]. Barra minn hekk, l-attribuzzjoni ta’ responsabbiltà lil Pirelli tikkostitwixxi ksur tad-dritt ta’ proprjetà (Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, kif ukoll l-Artikoli 17 u 21 tal-Karta ta’ Nizza) u jirriżulta f’nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ newtralità stabbilit fl-Artikolu 345 TFUE. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni wettqet ksur ċar tad-dritt ta’ difiża ta’ Pirelli, stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni u tal-Artikolu 48(2) tal-Karta ta’ Nizza, peress li r-rikorrenti ma setgħetx tiddefendi ruħha fir-rigward tal-ksur ikkontestat, minħabba li ma kellha ebda prova utli sabiex tikkonfuta l-allegazzjonijiet imressqa minn Prysmian.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-parental liability presumption fin-nuqqas tal-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE

Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-PLP f’dan il-każ, bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni adegwatament il-karatteristiċi partikolari tar-rapport ta’ evalwazzjoni Pirelli-Prysmian.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti jallega li l-applikazzjoni tal-PLP f’dan il-każ tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE, peress li ma hijiex imfassla sabiex twettaq l-ebda wieħed mill-għanijiet li huma intiżi bl-użu tagħha mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, ma kien ebda raġuni li tiġi estiża r-responsabbiltà ta’ Prysmian għal Pirelli wkoll.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament minħabba fl-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ħlas in solidum għal Pirelli u Prysmian fir-rigward tal-obbligu tal-ħlas ta’ multa imposta mill-Kummissjoni u, sussidjarjament, u għan-nuqqas ta’ aġġustament xieraq għal dan il-prinċipju.

Permezz tal-ħames motiv, ir-rikorrenti tallega li l-impożizzjoni, fuq Pirelli, ta’ responsabbiltà in solidum ma’ Prysmian mhux biss ma tiksibx iżda saħansitra hija kunfliġġenti mal-għanijiet li l-Kummissjoni tixtieq twettaq fil-qasam tas-sanzjonijiet. Sussidjarjament, sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni r-responsabbiltà distinta rrikonoxxuta lil Prysmian u Pirelli, il-Kummissjoni kellha għall-inqas tipprovdi beneficium ordinis seu excussionis favur Pirelli. Fl-aħħar nett, billi naqset li tirrifletti adegwatament il-pożizzjoni differenti tar-rikorrenti u dik ta’ Prysmian, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u dak ta’ ugwaljanza fit-trattament. Id-deċiżjoni għandha tiġi annullata sa fejn tikkonċerna l-multa jew, sussidjarjament, tiġi rriformata mill-qorti li quddiemha tressqet il-kawża, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, u għandha tipprovdi beneficium ordinis seu excussionis favur Pirelli.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni minħabba ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikoli 2 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, sa fejn tikkonċerna lil Prysmian

Permezz tas-sitt motiv, ir-rikorrenti targumenta favur id-dritt tagħha li tibbenefika minn annullament eventwali (parzjali jew totali) tad-deċiżjoni jew fi kwalunkwe każ ta’ tnaqqis tal-multa miksuba minn Prysmian fl-azzjoni tagħha kontra d-deċiżjoni. Dawn l-argumenti mressqa f’dik l-azzjoni, esklużi dawk kontra r-rikorrenti, qed jitressqu f’dan ir-rikors.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/43


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2014 – TAO/AFI u SFIE vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-456/14)

2014/C 261/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Association des Fonctionnaires Indépendants pour la Défense de la Fonction Publique Européenne (TAO/AFI) (Brussell, il-Belġju); u Syndicat des Fonctionnaires Internationaux et Européens (SFIE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors għal annullament ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali;

tannulla r-regolamenti kkontestati bil-konsegwenzi kollha fil-liġi;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku bbażat fuq ksur tal-prerogattivi tagħhom bħala organizzazzjonijiet sindakali u professjonali, jiġifieri d-dritt għal konsultazzjoni u d-dritt ta’ negozjazzjoni.

Fil-fatt, il-partijiet ma ġewx ikkonsultati, la matul il-fażi ta’ preparazzjoni tal-proposti, u lanqas matul il-fażi ta’ negozjazzjoni tar-regolamenti kkontestati.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/44


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 minn Thierry Rouffaud mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ April 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/13, Rouffaud vs SEAE

(Kawża T-457/14 P)

2014/C 261/70

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Thierry Rouffaud (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. de Abreu Caldas, D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Appellat: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla), tad-9 ta’ April 2014, fil-Kawża F-59/13 (Thierry Rouffaud vs Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna);

tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) ġibed l-attenzjoni tal-partijiet fuq il-kwistjoni ta’ ammissibbiltà tar-rikors biss eżatt qabel l-aħħar att ta’ proċedura twila li ma tatx il-possibbiltà lir-rikorrent sabiex jipprepara argument adegwat.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regola tal-konkordanza, sa fejn l-għan u l-kawża jkunu perfettament identiċi bejn l-ilment u r-rikors għall-annullament.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żnaturament tal-provi u tal-fatti, it-TSP, fis-sentenza tiegħu, irriproduċa biss parti limitata tal-kontenut tad-dokumenti tar-rikorrent li ma tatx stampa li tirrifletti s-sitwazzjoni reali fi tmiem il-proċedura bil-miktub.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/45


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2014 minn Risto Nieminen mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ April 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-81/12, Nieminen vs Il-Kunsill

(Kawża T-464/14 P)

2014/C 261/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Risto Nieminen (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: M. de Abreu Caldas, D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-10 ta’ April 2014, fil-Kawża F-81/12 (Risto Nieminen vs Il-Kunsill);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-apellant jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkritika lill-applikant talli ma pprovdiex biżżejjed provi sabiex juri żball manifest ta’ evalwazzjoni, meta kien jaf li huwa ma kellux possibbiltajiet reali li juri dan u meta kien irrifjuta li l-appellat jiġi ordnat li jipproduċi d-dokumenti kollha rilevanti sabiex jevalwa l-mertu ta’ dan l-aggravju.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żnaturament tal-provi u tal-fatti.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/14)

2014/C 261/72

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, Abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ April 2014, li permezz tagħha huwa kkonstatat li r-rimbors ta’ dazji fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 236, moqri flimkien mal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju [Regolament (KEE) Nru 2913/92] huwa ġġustifikat u li r-rimbors ta’ dazji ta’ importazzjoni minn ammont ieħor ma huwa ġġustifikat fl-ebda każ (fajl REM 02/2013) sa fejn tiċħad ir-rimbors ta’ dazji ta’ importazzjoni indebitament ikkunsidrati bħala mhux ġustifikati, u

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba flimkien mal-Artikolu 872a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3)

F’dan ir-rigward, fil-proċeduri bħal dak tar-rimbors, fejn il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa u għandha tindika dawk ir-raġunijiet li jwassluha sabiex tadotta deċiżjoni sfavorevoli, huwa argumentat li deċiżjoni li tinkludi rifjut għal raġunijiet oħra għajr dawk inklużi fil-komunikazzjoni preċedenti tagħha tmur kontra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307)

Skont ir-rikorrent, huma ssodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza u li huma l-bażi ta’ numru ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni favorevoli għar-rimbors fis-settur tat-tonn fil-passat. B’mod partikolari, hemm kumplessità fir-regolamenti, assenza ta’ verżjoni żbaljata mill-esportatur, interpretazzjoni differenti tar-regolament ibbażata fuq informazzjoni korretta, responsabbiltà parzjali tal-Kummissjoni u permanenza fiż-żmien ta’ żball tal-awtoritajiet kompetenti li qatt ma applikaw korrettament ir-regolament.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/46


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Ibercaja Banco et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/14)

2014/C 261/73

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ibercaja Banco, SA (Zaragoza, Spanja); Banco Grupo Cajatres SA (Zaragoza); u Naviera Bósforo, AIE (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/47


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Joyería Tous vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/14)

2014/C 261/74

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Joyería Tous, SA (Lleida, Spanja) (rappreżentant: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/47


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Corporación Alimentaria Guissona y Naviera Muriola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-473/14)

2014/C 261/75

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Corporación Alimentaria Guissona, SA (Lleida, Spanja); u Naviera Muriola, AIE (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/48


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Cesáreo Martín-Sanz et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/14)

2014/C 261/76

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cesáreo Martín-Sanz, SA Transportes (Madrid, Spanja); Transportes y Servicios de Minería, SA (Transportes y Servicios de Minería, Spanja); Inauto, Industrias del Automóvil, SA (Madrid); Premium Quality Investments, SL (Madrid); u Naviera Ispaster, AIE (Madrid) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/49


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Poal Investments XXI et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-476/14)

2014/C 261/77

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Poal Investments XXI, SL (Madrid, Spanja); Poal Investments XXII, SL (Madrid); Naviera Cabo Vilaboa C-1658, AIE (Madrid); u Naviera Cabo Domaio C-1659, AIE (Madrid) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/50


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Caamaño Sistemas Metálicos et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-477/14)

2014/C 261/78

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Caamaño Sistemas Metálicos, SL (Coruña, Spanja); Blumaq, SA (Castellón, Spanja); Grupo Ibérica de Congelados, SA (Vigo, Spanja); u Inversiones Rentaragon, SA (Zaragoza, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Industrias Espadafor et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/14)

2014/C 261/79

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industrias Espadafor, SA (Granada, Spanja); Tutichip, SAU (Barcelona, Spanja); Locales, Actividades y Exclusivas Comerciales, SA (Vigo, Spanja); RNB, SL (La Pobla de Vallbona, Spanja); u Inversiones Antaviana, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/51


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/14)

2014/C 261/80

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha l-Kummissjoni tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri fil-GIE bħala l-benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;

sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/52


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Banco de Albacete vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-483/14)

2014/C 261/81

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco de Albacete, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo u A. Biondi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha l-Kummissjoni tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-GIE bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;

sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/52


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Monthisa Residencial vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-484/14)

2014/C 261/82

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Monthisa Residencial, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. de Artíñano Rodríguez de Torres u J. Martínez Muro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat fiha l-miżuri kollha li, skont din, jikkostitwixxu s-sistema ġdida Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi benefiċjarji tal-ordni ta’ irkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.

Tqajjem, b’mod partikolari, il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea tal-aspettattivi leġittimi.


11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/53


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Bon Net vs UASI– Aldi (Bon Appétit!)

(Kawża T-485/14)

2014/C 261/83

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bon Net OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim/Ruhr, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ April 2014 fil-Każ R 1199/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur aħmar, abjad u blu li tinkludi l-elementi verbali “Bon Appétit!” għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 693 764

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet ta’ trade marks nazzjonali

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja