ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 102

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
7 ta' April 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 102/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 93, 29.3.2014

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 102/02

Kawża C-469/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH vs Olbrich Transport und Logistik GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja Konvenzjoni ta’ Brussell — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 5(1)(b) — Ġurisdizzjoni — Ġurisdizzjoni speċjali — Materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt — Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi — Kuntratt ta’ ħażna)

2

2014/C 102/03

Kawżi magħquda C-488/12 sa C-491/12 u C-526/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tad-Debreceni Munkaügyi Bíróság- l-Ungerija) – Nagy Sándor (C-488/12) vs Hajdú-Bihar Megyei Kormányhivatal, Lajos Tiborné Böszörményi (C-489/12), Róbert Gálóczhi-Tömösváry (C-490/12), Magdolna Margit Szabadosné Bay (C-491/12) vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal u Józsefné Ványai (C-526/12) vs Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

3

2014/C 102/04

Kawżi Magħquda C-537/12 u C-116/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembr 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Catarroja, Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca – Spanja) – Banco Popular Español SA vs Maria Teodolinda Rivas Quichimbo, Wilmar Edgar Cun Pérez (C-537/12), u Banco de Valencia SA vs Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume (C-116/13) (Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja — Kompetenzi tal-qorti nazzjonali fuq il-mertu — Klawżoli inġusti — Kriterji ta’ evalwazzjoni

3

2014/C 102/05

Kawża C-550/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 – J vs Il-Parlament Ewropew (Artikolu 227 TFUE — Dritt għal petizzjoni — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew — Deċiżjoni ta’ arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri — Suġġett li ma jaqax fl-oqsma tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea)

5

2014/C 102/06

Kawża C-581/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 – Kuwait Petroleum Corp., Kuwait Petroleum International Ltd, Kuwait Petroleum (Nederland) BV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Iffissar tal-prezz gross tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Iffissar ta’ tnaqqis għall-bennejja tat-toroq — Komunikazzjoni dwar il-Kooperazzjoni tal-2002 — L-aħħar paragrafu tal-Artikolu 23(b) — Immunità parzjali — Provi marbuta ma’ fatti preċedentement mhux magħrufa mill-Kummissjoni Ewropea — Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

5

2014/C 102/07

Kawża C-593/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 – Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali Color Focus — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal — proprjetarju tat — trade mark verbali Komunitarja Focus — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ċessjoni — Artikolu 19 tar-Regoli tal-Proċedura — Appell li ma għadx għandu skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

6

2014/C 102/08

Kawża C-617/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Astrazeneca AB vs Comptroller General of Patents (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikolu 13(1) — Kunċett ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq Komunitarju — Awtorizzazzjoni maħruġa mill-Aġenzija Svizzera għall-Prodotti Terapewtiċi (Swissmedic) — Rikonoxximent awtomatiku fil-Liechtenstein — Awtorizzazzjoni maħruġa mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini — Perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat)

7

2014/C 102/09

Kawża C-5/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Törvényszék – l-Ungerija) – Ferenc Tibor Kovács vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 45 TFUE — Moviment liberu tal-ħaddiema — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, taħt piena ta’ multa, għal konduttur li juża vettura li għandha pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin, l-obbligu li jipproduċi in situ l-prova tal-legalità tal-użu tagħha waqt kontroll tal-pulizija)

8

2014/C 102/10

Kawża C-49/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úřad průmyslového vlastnictví – ir-Repubblika Ċeka) – MF 7 a.s. vs MAFRA a.s. (Artikolu 267 TFUE — Kunċett ta’ qorti jew tribunal — Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja — Indipendenza — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

8

2014/C 102/11

Kawża C-70/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Getty Images (US), Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 7(1)(b) u (c) — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Trade mark verbali PHOTOS.COM — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Obbligu tal-UASI li jieħu inkunsiderazzjoni l-prassi deċiżjonali preċedenti tiegħu — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

9

2014/C 102/12

Kawża C-167/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires – il-Belġju) – proċedura dixxiplinari kontra Jean Devillers [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires — Kunċett ta’ qorti jew tribunal ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja]

10

2014/C 102/13

Kawża C-210/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Glaxosmithkline Biologicals SA, Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Kunċetti ta’ ingredjent attiv u ta’ kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi — Adjuvant)

10

2014/C 102/14

Kawża C-257/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches du Rhône – Franza) – Anouthani Mlamali vs Caisse d’allocations familiales des Bouches-du-Rhône (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

11

2014/C 102/15

Kawża C-258/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ 5a Vara Cível de Lisboa – il-Portugall) – Sociedade Agrícola e Imobiliária da Quinta de S. Paio, Lda vs Instituto da Segurança Social, IP Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal rimedju effettiv — Persuni ġuridiċi bi skop ta’ lukru — Għajnuna legali — Assenza ta’ konnessjoni mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

12

2014/C 102/16

Kawża C-1/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fit-2 ta’ Jannar 2014 – KPN Group Belgium NV & Mobistar NV vs Ministerraad, intervenjenti: Belgacom NV

12

2014/C 102/17

Kawża C-3/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Jannar 2014 – Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

13

2014/C 102/18

Kawża C-8/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia (Spanja) fl-10 ta’ Jannar 2014 – Unnim Banc, S.A. vs Diego Fernández Gabarro et

14

2014/C 102/19

Kawża C-9/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2014 – Staatssecretaris van Financiën vs D. G. Kieback

14

2014/C 102/20

Kawża C-16/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Gent (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Jannar 2014 – Property Development Company NV vs Belgische Staat

15

2014/C 102/21

Kawża C-31/14 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-8 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-536/10, Kessel Marketing & Vertriebs GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

15

2014/C 102/22

Kawża C-32/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2014 – ERSTE Bank Hungary Zrt. vs Attila Sugár

16

2014/C 102/23

Kawża C-33/14 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 minn Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi straċ, Superga Invest mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-11 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-545/12, Mory et vs Il-Kummissjoni

17

2014/C 102/24

Kawża C-35/14: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2014 minn Enercon GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-245/12 – Gamesa Eólica, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

18

2014/C 102/25

Kawża C-37/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

18

2014/C 102/26

Kawża C-39/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG) et

19

2014/C 102/27

Kawża C-40/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon vs Utopia SARL, li l-isem kummerċjali tagħha huwa Marshall Bioresources

19

2014/C 102/28

Kawża C-41/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Christie’s France SNC vs Syndicat national des antiquaires

20

2014/C 102/29

Kawża C-47/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-30 ta’ Jannar 2014 – Holterman Ferho Exploitatie BV et vs F. L. F. Spies von Büllesheim

20

2014/C 102/30

Kawża C-48/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

21

2014/C 102/31

Kawża C-53/14 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 minn JAS Jet Air Service France (JAS) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-3 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-573/11, JAS Jet Air Service France vs Il-Kummissjoni

22

2014/C 102/32

Kawża C-55/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fil-5 ta’ Frar 2014 – Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs État Belge

23

2014/C 102/33

Kawża C-68/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Aosta (l-Italja) fl-10 ta’ Frar 2014 – Equitalia Nord SpA vs CLR di Camelliti Serafino & C. Snc

24

2014/C 102/34

Kawża C-71/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Information Rights) (ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Frar 2014 – East Sussex County Council vs The Information Commissioner, Property Search Group, Local Government Association

25

2014/C 102/35

Kawża C-77/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

25

2014/C 102/36

Kawża C-78/14 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-117/12, ANKO vs Il-Kummissjoni

26

2014/C 102/37

Kawża C-87/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

27

2014/C 102/38

Kawża C-462/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

28

2014/C 102/39

Kawża C-598/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, intervenjenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika tal-Estonja

28

2014/C 102/40

Kawża C-55/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, intervenjenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Repubblika Ċeka, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Ir-Repubblika tal-Estonja

28

2014/C 102/41

Kawża C-109/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja, intervent: Ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika tal-Estonja

29

2014/C 102/42

Kawża C-111/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-18 ta’ Diċembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja, intervent: Ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika tal-Estonja

29

2014/C 102/43

Kawża C-169/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

29

2014/C 102/44

Kawża C-178/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

29

2014/C 102/45

Kawża C-188/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

30

2014/C 102/46

Kawża C-253/13: Digriet tal-President Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

30

2014/C 102/47

Kawża C-276/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Mercantil de Pontevedra – Spanja) – Pablo Acosta Padín vs Hijos de J. Barreras SA

30

2014/C 102/48

Kawża C-321/13: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

30

2014/C 102/49

Kawża C-403/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – L-Irlanda) – Lisa Kelly vs Minister for Social Protection

31

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 102/50

Kawża T-128/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – LG Display u LG Display Taiwan vs Il-Kummissjoni Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tal-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD) — Ftehimiet u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezzijiet u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni — Bejgħ intern — Drittijiet tad-difiża — Multi — Immunità parzjali minn multa — Ksur uniku u kontinwat — Prinċipju ta’ ne bis in idem

32

2014/C 102/51

Kawża T-256/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Ezz et vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitatjiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu — Iffriżar ta’ fondi — Bażi legali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ fatt — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt għall-proprjetà — Il-libertà tal-intrapriża)

32

2014/C 102/52

Kawża T-37/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Frar 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – López Cabré (TEEN VOGUE) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali TEEN VOGUE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata]

33

2014/C 102/53

Kawża T-225/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – Lídl Music (LIDL express) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIDL express — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LÍDL MUSIC — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]

34

2014/C 102/54

Kawża T-226/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – Lídl Music (LIDL) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIDL — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LÍDL MUSIC — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]

34

2014/C 102/55

Kawża T-331/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2014 – Sartorius Lab Intstruments vs UASI (Kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Sinjal li jikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta’ kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

35

2014/C 102/56

Kawża T-509/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Nanso Group (TEEN VOGUE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TEEN VOGUE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE — Ammissibbiltà — Klassifikazzjoni tat-talbiet — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità jew xebh tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni)

36

2014/C 102/57

Kawża T-6/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2014 – Banco de Santander et vs Il-Kummissjoni

36

2014/C 102/58

Kawża T-72/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2014 – Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX MOUCHES)

37

2014/C 102/59

Kawża T-73/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Red Bull vs UASI – Automobili Lamborghini (rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin)

38

2014/C 102/60

Kawża T-80/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – PT Musim Mas vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

38

2014/C 102/61

Kawża T-95/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill

40

2014/C 102/62

Kawża T-99/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Alesa vs Il-Kummissjoni

41

2014/C 102/63

Kawża T-122/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

42

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 102/64

Kawża F-53/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2014 – Diamantopoulos vs SEAE (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent fil-grad ta’ AD 12 — Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment — Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment wara r-rikors — Motivazzjoni)

44

2014/C 102/65

Kawża F-118/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Frar 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra dwar l-irtirar mhux volontarju ta’ uffiċjal u l-għoti ta’ allowance tal-invalidità — Deċiżjoni li ma tiddeċidix fuq l-oriġini professjonali tal-marda li ġġustifikat l-irtirar mhux volontarju — Obbligu tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrikonoxxi l-oriġini professjonali tal-marda — Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal — Neċessità li jitlaqqa Kumitat tal-Invalidità ġdid — Rilevanza ta’ deċiżjoni preċedenti adottata skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

44

2014/C 102/66

Kawża F-155/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Frar 2014 – García Domínguez vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/215/11 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Motivazzjoni għal deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ kandidatura — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Kunflitt ta’ interessi)

45

2014/C 102/67

Kawża F-11/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – ZZ vs SEAE

45

2014/C 102/68

Kawża F-13/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

46

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/1


2014/C 102/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 93, 29.3.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 85, 22.3.2014

ĠU C 78, 15.3.2014

ĠU C 71, 8.3.2014

ĠU C 61, 1.3.2014

ĠU C 52, 22.2.2014

ĠU C 45, 15.2.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH vs Olbrich Transport und Logistik GmbH

(Kawża C-469/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja Konvenzjoni ta’ Brussell - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 5(1)(b) - Ġurisdizzjoni - Ġurisdizzjoni speċjali - Materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” - Kuntratt ta’ ħażna))

2014/C 102/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH

Konvenuta: Olbrich Transport und Logistik GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Handelsgericht Wien – Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) – Ġurisdizzjoni speċjali – Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi – Kuntratt ta’ ħażna

Dispożittiv

It-tieni inċiż tal- 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt dwar il-ħażna ta’ merkanzija, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi kuntratt “ta’ provista ta’ servizzi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tad-Debreceni Munkaügyi Bíróság- l-Ungerija) – Nagy Sándor (C-488/12) vs Hajdú-Bihar Megyei Kormányhivatal, Lajos Tiborné Böszörményi (C-489/12), Róbert Gálóczhi-Tömösváry (C-490/12), Magdolna Margit Szabadosné Bay (C-491/12) vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal u Józsefné Ványai (C-526/12) vs Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal

(Kawżi magħquda C-488/12 sa C-491/12 u C-526/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 102/03

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawżi prinċipali

Rikorrenti: Nagy Sándor (C-488/12), Lajos Tiborné Böszörményi (C-489/12), Róbert Gálóczhi-Tömösváry (C-490/12), Magdolna Margit Szabadosné Bay (C-491/12) Józsefné Ványai (C-526/12)

Konvenuti: Hajdú-Bihar megyei Kormányhivatal (C-488/12), Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (C-489/12, C-490/12, C-491/12), Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal (C-526/12)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Debreceni Munkaügyi Bíróság – Interpretazzjoni tal-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Tkeċċija mhux ġustifikata – Tkeċċija mingħajr raġuni invokata – Uffiċjal ta’ korp tal-amministrazzjoni pubblika li tkeċċa abbażi ta’ dispożiżzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-istatus tal-uffiċjali

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija).


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembr 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Catarroja, Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca – Spanja) – Banco Popular Español SA vs Maria Teodolinda Rivas Quichimbo, Wilmar Edgar Cun Pérez (C-537/12), u Banco de Valencia SA vs Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume (C-116/13)

(Kawżi Magħquda C-537/12 u C-116/13) (1)

((Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja - Kompetenzi tal-qorti nazzjonali fuq il-mertu - Klawżoli inġusti - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

2014/C 102/04

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Catarroja, Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Popular Español SA (C-537/12), Banco de Valencia SA Jaume (C-116/13),

Konvenuti: Maria Teodolinda Rivas Quichimbo, Wilmar Edgar Cun Pérez (C-537/12), Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume (C-116/13)

Suġġett

(C-537/12)

Talba għal deċiżjoni preliminari – Juzgado de Primera Instancia e Instrucción – Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) – Protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam ta’ self għal immobbli – Motiv ta’ oppożizzjoni invokat fi proċedura ta’ eżekuzzjoni bbażat fuq in-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab fil-kuntratt ta’ self – Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ proċedura ċivili applikabbli għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni li teskludi tali motiv ta’ oppożizzjoni – Nuqqas ta’ possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tevalwa n-natura inġusta ta’ tali klawżola

(C-116/13)

Talba għal deċiżjoni preliminari – Juzgado de Primera Instancia de Palma de Mallorca – Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1) u (3) u 7 u l-punti 1(e) u (g) u 2 (a) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) – Protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam ta’ self għal immobbli – Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ proċedura ċivili applikabbli għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lill-qorti tal-eżekuzzjoni, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, la li tevalwa, kemm jekk ex officio jew fuq it-talba tal-konsumatur, in-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab fil-kuntratt li minnu jirriżulta d-dejn mitlub u li jistabbilixxi t-titolu eżekuttiv, u lanqas li tadotta miżuri provviżorji, fosthom, b’mod partikolari, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, meta l-għoti ta’ dawn il-miżuri tkun neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja kompleta tad-deċiżjoni finali tal-qorti adita bil-proċedura dwar il-mertu korrispondenti, li jkollha l-kompetenza li tivverifika n-natura inġusta ta’ din il-klawżola.

2)

L-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 93/13 u l-punti 1(e) u (g) u, 2(a) tal-Anness tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tiġi evalwata n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza tat-terminu ta’ kreditu ipotekarju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma b’mod partikolari ta’ importanza essenzjali:

il-kwistjoni dwar jekk il-possibbiltà tal-bejjiegħ jew tal-fornitur li jirrixxendi unilateralment il-kuntratt tiddependix fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-konsumatur ta’ obbligu li għandu natura essenzjali fil-kuntest tar-relazzjoni kuntrattwali inkwistjoni;

il-kwistjoni dwar jekk din il-possibbiltà hijiex prevista għall-każijiet li fihom tali nuqqas ta’ eżekuzzjoni jkun ta’ natura suffiċjentement serja meta mqabbla mat-tul u mal-ammont tas-self;

il-kwistjoni dwar jekk l-imsemmija possibbiltà tidderogax mir-regoli applikabbli fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet, b’tali mod li tagħmel iktar diffiċli għall-konsumatur, fid-dawl tal-mezzi proċedurali li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, l-aċċess għall-ġustizzja u l-eżerċizzju tad-drittijiet għad-difiża; u

il-kwistjoni dwar jekk id-dritt nazzjonali jipprevedix mezzi adegwati u effikaċi li permezz tagħhom il-konsumatur li jkun suġġett għall-applikazzjoni ta’ tali klawżola jkun jista’ jirrimedja l-effetti tar-rixessjoni unilaterali tal-kuntratt ta’ self.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża mressqa quddiemha.


(1)  ĠU C 38, 9.02.2013

ĠU C 171, 15.06.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 – J vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-550/12 P) (1)

((Artikolu 227 TFUE - Dritt għal petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri - Suġġett li ma jaqax fl-oqsma tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea))

2014/C 102/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: J (rappreżentant: A. Auer, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012, J vs Il-Parlament (T-160/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ J intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tarkivja mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri l-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fid-19 ta’ Novembru 2009 (Petizzjoni Nruo1673/2009) – Motivazzjoni insuffiċjenti – Ksur tad-drittijiet fundamentali

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud.

2.

It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.

3.

J huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 02.02.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 – Kuwait Petroleum Corp., Kuwait Petroleum International Ltd, Kuwait Petroleum (Nederland) BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-581/12 P) (1)

((Appell - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Iffissar tal-prezz gross tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Iffissar ta’ tnaqqis għall-bennejja tat-toroq - Komunikazzjoni dwar il-Kooperazzjoni tal-2002 - L-aħħar paragrafu tal-Artikolu 23(b) - Immunità parzjali - Provi marbuta ma’ fatti preċedentement mhux magħrufa mill-Kummissjoni Ewropea - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat))

2014/C 102/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Kuwait Petroleum Corp., Kuwait Petroleum International Ltd, Kuwait Petroleum (Nederland) BV (rappreżentanti: D. Hull, solicitor u G. Berrisch, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-27 ta’ Settembru 2012, Kuwait Petroleum et vs Il-Kummissjoni (T-370/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (Każ COMP/F/38.456 – Bitum – il-Pajjiżi l-Baxxi), dwar ftehim li jirrigwardaw l-iffissar tal-prezz gross tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq fil-Pajjiżi l-Baxxi u dwar l-iffissar ta’ tnaqqis minimu uniformi favur bennejja tat-toroq li huma membri tal-akkordju u ta’ tnaqqis massimu inqas ogħli applikabbli għall-bennejja l-oħra tat-toroq – Tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud.

2.

Kuwait Petroleum Corp., Kuwait Petroleum International Ltd u Kuwait Petroleum (Nederland) BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 55, 23.2.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 – Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH

(Kawża C-593/12) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali Color Focus - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal - proprjetarju tat - trade mark verbali Komunitarja Focus - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ċessjoni - Artikolu 19 tar-Regoli tal-Proċedura - Appell li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

2014/C 102/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent, R. Schweizer, avukat), Focus Magazin Verlag GmbH (rappreżentant: R. Schweizer, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-204/10, Lancôme vs UASI, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali “COLOR FOCUS”, għal prodotti fil-klassi 3, kontra d-Deċiżjoni R 238/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Frar 2010, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark imsemmija, imressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “FOCUS”, għal prodotti fil-klassi 3 – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebħ tat-trade marks – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Abbuż ta’ dritt

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.

2)

Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 23.02.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Astrazeneca AB vs Comptroller General of Patents

(Kawża C-617/12) (1)

((Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 13(1) - Kunċett ta’ “l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq Komunitarju” - Awtorizzazzjoni maħruġa mill-Aġenzija Svizzera għall-Prodotti Terapewtiċi (Swissmedic) - Rikonoxximent awtomatiku fil-Liechtenstein - Awtorizzazzjoni maħruġa mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini - Perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat))

2014/C 102/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Astrazeneca AB

Konvenut: Comptroller General of Patents

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – High Court of Justice, Chancery Division, Patents Court – Ir-Renju Unit – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) – Kunċett tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq – Awtorizzazzjoni Svizzera li hija rikonoxxuta awtomatikament mil-Liechtenstein, iżda li ma nħarġitx b’mod konformi mal-proċedura amministrattiva prevista mid-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Dispożittiv

Fil-kuntest taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorizzazzjoni amministrattiva, maħruġa għal prodott mediċinali mill-Aġenzija Svizzera għall-Prodotti Terapewtiċi (Swissmedic) u li hija awtomatikament rikonoxxuta fil-Liechtenstein, għandha titqies bħala l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ dan il-prodott mediċinali fiż-Żona Ekonomika Ewropea fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta din l-awtorizzazzjoni tkun tippreċedi l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq maħruġa, għal dan l-istess prodott mediċinali, jew mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), jew inkella mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont il-ħtiġiet li jinsabu fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif ukoll minn dawk tar-Repubblika tal-Islanda u tar-Renju tan-Norveġja. F’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanza li, abbażi ta’ data klinika analoga, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, kuntrarjament għall-awtorità Svizzera, irrifjutat li toħroġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal dan l-istess prodott mediċinali wara l-eżami ta’ din l-istess data klinika, jew saħansitra l-fatt li l-awtorizzazzjoni Svizzera ġiet sospiża mill-Aġenżija Svizzera għall-Prodotti Terapewtiċi u reġgħet ingħatat bidu minnha biss meta l-proprjetarju tal-awtorizzazzjoni ppreżentalha data addizzjonali, ma humiex rilevanti.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Törvényszék – l-Ungerija) – Ferenc Tibor Kovács vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság

(Kawża C-5/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, taħt piena ta’ multa, għal konduttur li juża vettura li għandha pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin, l-obbligu li jipproduċi in situ l-prova tal-legalità tal-użu tagħha waqt kontroll tal-pulizija))

2014/C 102/09

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ferenc Tibor Kovács

Konvenut: Vas Megyei Rendőr-főkapitányság

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Szombathelyi Törvényszék – Interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-persuni u ta’ projbizzjoni tad-diskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq li tipprovdi li fir-rotot ġewwa t-territorju nazzjonali jistgħu jiċċirkulaw il-vetturi li għandhom awtorizzazzjoni u pjanċi amministrattivi nazzjonali, u li l-preżenza tal-kundizzjonijiet li jippermettu deroga minn din ir-regola tista’ tiġi stabbilita biss fl-okkażjoni ta’ kontroll – Obbligu għal persuna li tirrisjedi fi Stat Membru A li taħdem fi Stat Membru B, u li għandha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tmur sal-post tax-xogħol tagħha vettura li tappartjeni għall-persuna li timpjegaha u li għandha pjanċi ta’ reġistrazzjoni tal-Istat Membru B, li tipprova waqt il-kontroll tal-pulizija li hija tuża l-vettura legalment fl-Istat Membru A – Assenza ta’ possibbiltà għax-xufier li jipproduċi l-prova tal-legalità fi stadju ulterjuri waqt proċedura amministrattiva

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, fil-prinċipju, jistgħu jiċċirkulaw biss fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru l-vetturi li għandhom awtorizzazzjoni amministrattiva u pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dan l-istess Stat Membru u li r-resident ta’ dan l-Istat Membru li jixtieq jibbaża ruħu fuq deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li huwa juża vettura pprovduta mill-persuna li timpjegah stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandu jkun fil-pożizzjoni li jistabbilixxi in situ, waqt kontroll mill-pulizija, li huwa ssodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, bħal dawk previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, taħt piena tal-impożizzjoni immedjata u mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni minn multa ekwivalenti għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úřad průmyslového vlastnictví – ir-Repubblika Ċeka) – MF 7 a.s. vs MAFRA a.s.

(Kawża C-49/13) (1)

((Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” - Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja - Indipendenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 102/10

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Úřad průmyslového vlastnictví

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MF 7 a.s.

Konvenuta: MAFRA a.s.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Úřad průmyslového vlastnictví – Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25) – Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-mala fide – Influwenza taċ-ċirkustanzi li seħħew wara l-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fuq l-evalwazzjoni tal-bona fide tal-applikant – Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark għal aġir li jista’ jillimita d-drittijiet esklużivi tagħha – Kuntratti konklużi bejn il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti u l-applikant tat-trade mark sussegwenti li ma jirregolawx id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Tolleranza tat-trade mark ikkontestata mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti matul perijodu estiż

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Úřad průmyslového vlastnictví (Ir-Repubblika Ċeka) permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2013.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Getty Images (US), Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-70/13 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) u (c) - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Trade mark verbali PHOTOS.COM - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu tal-UASI li jieħu inkunsiderazzjoni l-prassi deċiżjonali preċedenti tiegħu - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

2014/C 102/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Getty Images (US), Inc. (rappreżentant: P. Olson, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Novembru 2012, Getty Images vs UASI (T-338/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 1831/2010-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-6 ta’ April 2011, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PHOTOS.COM”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 42 u 45 – Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ karattru distintiv

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Getty Images (US) Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires – il-Belġju) – proċedura dixxiplinari kontra Jean Devillers

(Kawża C-167/13) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja])

2014/C 102/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires

Parti fil-kawża prinċipali

Jean Devillers

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Conseil régional d’expression française de l’Ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat 22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, p. 1) – Domanda preliminari magħmula minn ordni professjonali – Kunċett ta’ qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Punti ta’ fatt u ta’ liġi insuffiċjenti – Ammissibbiltà tad-domanda

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex twieġeb għad-domanda magħmula mill-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju), fid-deċiżjoni tagħha tat-23 ta’ Marzu 2013.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Glaxosmithkline Biologicals SA, Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

(Kawża C-210/13) (1)

((Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Kunċetti ta’ “ingredjent attiv” u ta’ “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi” - Adjuvant))

2014/C 102/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Glaxosmithkline Biologicals SA, Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG

Konvenut: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – High Court of Justice (Chancery Division) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) – Kunċetti ta’ “ingredjent attiv” u “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi” – Adjuvant li waħdu ma għandux effett terapewtiku iżda li jsaħħaħ l-effett terapewtiku f’antiġen

Dispożittiv

L-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, hekk kif adjuvant ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “ingredjent attiv” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi fejn waħda minnhom hija ingredjent attiv li għandu effetti terapewtiċi proprji filwaqt li l-oħra, adjuvant, tippermetti li dawn l-effetti terapewtiċi jikbru iżda, waħedha, hija nieqsa minn effett terapewtiku proprju, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches du Rhône – Franza) – Anouthani Mlamali vs Caisse d’allocations familiales des Bouches-du-Rhône

(Kawża C-257/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà manifesta))

2014/C 102/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches du Rhône

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anouthani Mlamali

Konvenuta: Caisse d’allocations familiales des Bouches-du-Rhône

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches du Rhône – Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272) – Ċittadin ta’ pajjiż terz f’sitwazzjoni regolari – Ċaħda ta’ talba għal benefiċċji tal-familja favur minuri dipendenti li huwa stess huwa ċittadin ta’ pajjiż terz – Evitar tad-dispożizzjoni legali tar-riunifikazzjoni familjari – Rifjut motivat min-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ kontroll mediku maħruġ mill-Agence nationale de l’accueil des étrangers et des migrations – Ugwaljanza fit-trattament

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mit-tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches-du-Rhône (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2013, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ 5a Vara Cível de Lisboa – il-Portugall) – Sociedade Agrícola e Imobiliária da Quinta de S. Paio, Lda vs Instituto da Segurança Social, IP

(Kawża C-258/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv - Persuni ġuridiċi bi skop ta’ lukru - Għajnuna legali - Assenza ta’ konnessjoni mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2014/C 102/15

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

5 a Vara Cível de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sociedade Agrícola e Imobiliária da Quinta de S. Paio, Lda

Konvenut: Instituto da Segurança Social, IP

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Varas Cíveis de Lisboa – Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 u 267 TFUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2000, C 364, p. 1) – Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà għall-persuni ġuridiċi bi skop ta’ lukru li jkollhom rikors għall-għajnuna legali – Eżenzjoni tal-ispejjeż legali applikabbli għall-imsemmija persuni ġuridiċi fil-każ ta’ insolvenza jew ta’ applikazzjoni ta’ proċedura ta’ rkupru ta’ impriżi

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi preliminari magħmula mill-5a Vara Cível de Lisboa (Il-Portugall) fid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2013 (Kawża C-258/13).


(1)  ĠU C 215, 27,07.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fit-2 ta’ Jannar 2014 – KPN Group Belgium NV & Mobistar NV vs Ministerraad, intervenjenti: Belgacom NV

(Kawża C-1/14)

2014/C 102/16

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KPN Group Belgium NV & Mobistar NV

Konvenuta: Ministerraad

Intervenjenti: Belgacom NV

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2002/22/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 32 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tariffa soċjali għas-sevizzi universali kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ kumpens previst fl-Artikolu 13(1)(b) tad-Direttiva “Servizz Universali” japplikaw mhux biss għall-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz ta’ lok fiss ma’ netwerk ta’ komunikazzjoni pubbliku, iżda wkoll għall-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet mobbli u/jew ta’ abbonamenti tal-internet?

2)

L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva “Servizz Universali” għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li jżidu mas-servizz universali għażliet tarrifarji speċjali għal servizzi oħra li ma humiex dawk iddefiniti fl-Artikolu 9(2) tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni tad-Direttiva “Servizz Universali” huma kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza, kif jinsab fost l-oħrajn fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Jannar 2014 – Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-3/14)

2014/C 102/17

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polska Telefonia Cyfrowa sp. z o.o.

Konvenuta: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (1) (Direttiva Kwadru [Qafas] [iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2002/21”]) u dawk tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (2) (Direttiva Servizz Universali) [iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2002/22”]), ikkunsidrati flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kull miżura adottata minn awtorità regolatorja nazzjonali bil-għan li jitwettaq l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22 taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, jekk din il-miżura tippermetti li jiġi ggarantit li l-utenti finali tal-Istati Membri l-oħra jaċċedu għan-numri non-ġeografiċi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7(3), 6 u 20 tad-Direttiva 2002/21, ikkunsidrati flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tiġi riżolta tilwima bejn impriżi li jipprovdu networks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, dwar il-fatt li jiġi żgurat li waħda minn dawn l-impriżi twettaq l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22, awtorità regolatorja nazzjonali ma hijiex awtorizzata ssegwi proċedura ta’ konsolidazzjoni, minkejja li l-miżura taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li, skont id-dritt nazzjonali, l-imsemmija awtorità tkun obbligata ssegwi proċedura ta’ konsolidazzjoni meta miżura tista’ taffettwa tali kummerċ?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7(3), 6 u 20 tad-Direttiva 2002/21, u tal-Artikoli 288 TFUE u 4(3) TUE, ikkunsidrati flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti nazzjonali hija obbligata tirrifjuta li tapplika dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jeżiġu li awtorità nazzjonali ssegwi proċedura ta’ konsolidazzjoni meta din l-awtorità tadotta miżura li tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia (Spanja) fl-10 ta’ Jannar 2014 – Unnim Banc, S.A. vs Diego Fernández Gabarro et

(Kawża C-8/14)

2014/C 102/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unnim. Banc, S.A..

Konvenuti: Diego Fernández Gabarro, Pedro Penalva López y Clara López Durán

Domanda preliminari

It-terminu ta’ xahar previst mil-Liġi 1/2013 dwar miżuri intiżi li jsaħħu l-protezzjoni tad-debituri ipotekarji, ir-ristrutturazzjoni tad-dejn u l-kiri soċjali (Ley 1/2013 de medidas para reforzar la protección a los deudores hipotecarios, reestructuración de deuda y alquiler social) għandu jiġi interpretat fis-sens li jmur kontra l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE (1)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2014 – Staatssecretaris van Financiën vs D. G. Kieback

(Kawża C-9/14)

2014/C 102/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: D. G. Kieback

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru li fih persuna taxxabbli teżerċita attività bħala persuna impjegata għandu jieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tat-tassazzjoni tad-dħul, is-sitwazzjoni personali u tal-familja tal-persuna kkonċernata f’każ fejn (i) l-imsemmija persuna taxxabbli ħadmet f’dan l-Istat Membru għal parti biss mis-sena finanzjarja li matulha kienet tirresjedi fi Stat Membru ieħor, (ii) kisbet id-dħul kollu jew kważi d-dħul kollu tagħha f’dan l-Istat ta’ impjieg, (iii) telqet tirresjedi u taħdem f’pajjiż ieħor tul is-sena ta’ referenza, u (iv) tqis li ma kisbitx id-dħul kollu jew kważi d-dħul kollu tagħha f’dan l-Istat ta’ impjieg fis-sena finanzjarja kollha?

2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk l-Istat li fih il-ħaddiem telaq jirresjedi u jaħdem tul is-sena finanzjarja ma jkunx Stat Membru tal-Unjoni Ewropea?


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Gent (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Jannar 2014 – Property Development Company NV vs Belgische Staat

(Kawża C-16/14)

2014/C 102/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Property Development Company NV

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-interessi fuq kapital misluf li, skont l-Artikolu 35(4) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978 (1), jistgħu jiġu inklużi fl-ispejjeż ta’ produzzjoni sa fejn jikkonċernaw il-perijodu ta’ produzzjoni, jagħmlu parti mill-bażi taxxabbli għal applikazzjoni għal użu privat fis-sens tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (2), jiġifieri mill-“prezz ta’ kemm jiġi [tal-ispiża]” imsemmi fl-Artikolu 11A(1)(b) tas-Sitt Direttiva u/jew mill-ispejjeż inċidentali msemmija fl-Artikolu 11A(2) tal-istess direttiva?


(1)  Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21).

(2)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/15


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-8 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-536/10, Kessel Marketing & Vertriebs GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-31/14 P)

2014/C 102/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Kessel Marketing & Vertriebs GmbH, Janssen-Cilag GmbH

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-21 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 708/2010-4, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li l-limitazzjoni tal-lista ta’ prodotti u ta’ servizzi mwettqa mir-rikorrenti hija indeterminata jekk tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterju tal-assenza tar-rekwiżit ta’ riċetta tat-tabib. Madankollu, il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet li din l-assenza ta’ determinazzjoni ma tistax tagħmel din l-applikazzjoni għal limitazzjoni irrilevanti. L-Uffiċċju huwa tal-fehma, li fil-każ tal-assenza ta’ determinazzjoni, il-limitazzjoni tal-lista ta’ prodotti u ta’ servizzi ma tistax tiġi rreġistrata, u lanqas ma tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni bħala l-bażi tal-paragun tal-prodotti u tas-servizzi. Il-Bord tal-Appell ma kienx f’pożizzjoni li jieħu inkunsiderazzjoni din l-applikazzjoni minħabba li l-assenza ta’ determinazzjoni ġiet stabbilita f’dan il-każ.

Il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet ukoll li l-limitazzjoni applikata mir-rikorrenti hija inammissibbli sa fejn din hija bbażata fuq l-assenza tar-rekwiżit ta’ riċetta tat-tabib għall-prodotti inkwistjoni. Il-kriterju tal-assenza tar-rekwiżit ta’ riċetta tat-tabib ma huwiex adatt għall-formazzjoni ta’ subgrupp tal-prodotti ddikjarati. Ma huwiex kriterju adatt għall-formazzjoni ta’ subgrupp ta’ prodotti mediċinali inklużi ma’ trade mark. Fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fuq livell Ewropew, il-kwistjoni ta’ jekk ir-rekwiżit ta’ riċetta tat-tabib jeżistix jew le jiddipendi fuq id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ għal prodotti mediċinali, li jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin mil-leġiżlatur nazzjonali. Id-dritt għal protezzjoni permezz ta’ trade mark Komunitarja ma jistax madankollu jiddependi fuq kriterju li jaqa’ taħt id-dritt nazzjonali jew fuq kriterju li jista’ jinbidel maż-żmien.

Dan ma huwiex ikkontestat mill-Uffiċċju. Madankollu, il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet li l-Bord tal-Appell żbalja meta ma kkunsidrax il-limitazzjoni. Il-Bord tal-Appell ma kellux dritt jikkunsidra l-limitazzjoni bħala għal kollox irrilevanti. Huwa kellu jagħmel paragun tal-prodotti billi jieħu bħala bażi l-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni wara l-limitazzjoni mwettqa mir-rikorrenti mal-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni l-kriterju tar-rekwiżit ta’ riċetta tat-tabib.

Skont l-Uffiċċju, is-sentenza hija f’dan ir-rigward ibbażata fuq ksur tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament li jimplementa r-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (2) minħabba li assenza ta’ limitazzjoni tagħmel il-lista ta’ prodotti u ta’ servizzi inammissibbli. Limitazzjoni inammissibbli ma tistax tiġi rreġistrata jew tittieħed inkunsiderazzjoni fil-paragun ta l-prodotti. Is-sentenza tikser ukoll il-prinċipju ta’ natura vinkolanti tal-applikazzjoni li fuqu hija bbażata s-sistema tat-trade mark Komunitarja. Il-lista ta’ prodotti u ta’ servizzi għandha, bħala tali, tiġi evalwata fil-forma mitluba mill-applikant. L-Uffiċċju ma għandu l-ebda setgħa sabiex jirriformula l-lista.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2014 – ERSTE Bank Hungary Zrt. vs Attila Sugár

(Kawża C-32/14)

2014/C 102/22

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ERSTE Bank Hungary Zrt.

Konvenut: Attila Sugár

Domandi preliminari

1)

Il-proċedura ta’ Stat Membru li skontha, meta konsumatur jonqos milli jwettaq obbligu stipulat f’att redatt minn nutar fl-osservanza tar-rekwiżiti formali, il-parti l-oħra fil-kuntratt tikseb il-validazzjoni ta’ ammont li hija indikat u li hija qed titlob il-ħlas tiegħu permezz tal-ħruġ ta’ dik li hija msejħa ordni ta’ infurzar, filwaqt li tiġi evitata kull proċedura kontenzjuża quddiem qorti, mingħajr ma tkun saret ebda evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-istipulazzjonijiet tal-kuntratt inkwistjoni, hija konformi mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1)?

2)

Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-konsumatur jista’ jitlob l-annullament ta’ ordni ta’ infurzar li tkun diġà nħarġet billi jinvoka l-assenza ta’ evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli tal-kuntratt li fuqu din hija bbażata, filwaqt li f’każ ta’ proċedura quddiem qorti, is-sentanza mogħtija fil-Kawża C-472/11 timponi lill-qorti li tinforma lill-konsumatur dwar l-eżistenza ta’ kull klawżola inġusta li hija tkun ikkonstatat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/17


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 minn Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi straċ, Superga Invest mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-11 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-545/12, Mory et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-33/14 P)

2014/C 102/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ, Superga Invest (rappreżentanti: B. Vatier u F. Loubières, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali;

tirrinvija l-kawża sabiex tiġi eżaminata fil-mertu mill-Qorti Ġenerali, f’ċirkustanzi li jiggarantixxu l-imparzjalità tal-istruttorja;

tiddikjara li l-attribuzzjoni tal-ispejjeż ser issir matul l-azzjoni prinċipali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, meta ma rrikonoxxietx l-interess ġuridiku tal-appellanti. Madankollu dawn isostnu li l-ammissibbiltà ta’ rikors hija suġġetta għar-rekwiżit li r-rikorrenti li ma humiex destinatarji ta’ deċiżjoni juru li huma direttament u individwalment ikkonċernati minn tali deċiżjoni. Din hija, skont l-appellanti, l-unika kundizzjoni imposta mit-Trattat sabiex tiġi evalwata l-ammissibbiltà ta’ rikors. Iktar minn hekk, it-Trattat ma jagħmilx riferiment għall-interess ġuridiku bħala rekwiżit awtonomu għall-rikors.

L-appellanti jsostnu li għandhom interess ġuridiku għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, il-fatt li Mory SA kienet parti kkonċernata fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjonijiet Sernam 1, Sernam 2 u Sernam 3, u l-fatt li hija interveniet personalment f’dawn il-proċeduri, jagħtuha interess ġuridiku kontra deċiżjoni dwar il-metodi ta’ applikazzjoni tal-aħħar waħda minn dawn id-deċiżjonijiet. It-tieni nett, il-fatt li l-appellanti huma partijiet f’żewġ kawżi pendenti quddiem il-qrati Franċiżi jwassal ukoll sabiex jistabbilixxi l-interess ġuridiku tagħhom. It-tielet nett, l-interess ġuridiku tal-kumpannija Superga Invest jirriżulta direttament minn dak tal-kumpanniji Mory SA u Mory Team, li tagħhom hija kienet l-azzjonist prinċipali, kif ukoll mill-partiċipazzjoni fil-kawżi ċċitati iktar ’il fuq. Fl-aħħar nett, l-interess ġuridiku tal-appellanti jirriżulta mill-fatt li huma allegatament ġew imċaħħda mid-dritt proċedurali tagħhom li jiksbu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali, meta huma kienu, permezz ta’ ittra, infurmaw lill-Kummissjoni bil-fatt li Geodis kienet kisbet l-assi ta’ Sernam.

Fit-tieni lok, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ma ddeċidietx li huma kienu “direttament u individwalment ikkonċernati” fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. Ill-Qorti Ġenerali żbaljat meta ma eżaminatx il-motivi ta’ inammissibbiltà mqajjma mill-Kummissjoni u li jirrigwardaw l-assenza tal-interess individwali tal-appellanti. Skont dawn tal-aħħar, ma hemm l-ebda dubju dwar l-interess individwali tagħhom, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/18


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2014 minn Enercon GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-245/12 – Gamesa Eólica, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-35/14)

2014/C 102/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Enercon GmbH (rappreżentanti: J. Eberhardt, R. Böhm, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gamesa Eólica, SL

Talbiet tal-appellanti

Annullament tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-245/12;

Kundanna tal-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqis li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet segwenti:

1.

Il-Qorti Ġenerali ma involvietx lill-appellanti fil-proċedura u ma nnotifikatilhiex is-sentenza tagħha, għaliex din tal-aħħar ma ppreżentatx risposta. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali aġixxiet bi ksur tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u kisret id-drittijiet ta’ proprjetà tal-appellanti meta rrifjutatilha proċedura ġudizzjarja regolari.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta qieset li t-trade mark ikkontestata kienet trade mark bil-kulur per se, u ma kellhiex tirreferi għal din il-kategorija bħala l-unika bażi ta’ evalwazzjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/18


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-37/14)

2014/C 102/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li billi ħaditx, fit-termini preskritti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implimentati mir-Repubblika Franċiża (1) u billi ma informatx lill-Kummissjoni, fit-terminu stabbilit, bil-miżuri meħuda sabiex tikkonforma ruħha ma’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-imsemmija deċiżjoni.

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit permezz tad-deċiżjoni għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali skada mingħajr ma kienet ġiet irkuprata t-totalità ta’ din l-għajnuna.

Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tirkupra l-għajnuna mogħtija mingħand l-impriżi benefiċjarji, u lanqas ma kienet għadha kkomunikat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha mitluba.


(1)  ĠU L 127, p. 11.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG) et

(Kawża C-39/14)

2014/C 102/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG)

Intervenjenti: Thomas Erbs, Ursula Erbs

Awtorità kompetenti fir-rigward tal-awtorizzazzjoni: Landkreis Jerichower Land

Domanda preliminari

L-Artikolu 107(1) TFUE jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-punt 3 tal-Artikolu 9(1) tal-Grundstücksverkehrsgesetz [Liġi Ġermaniża dwar it-tranżazzjonijiet li jinvolvu proprjetà immobbli], li, bil-għan li jittejbu l-istrutturi agrikoli, tipprojbixxi lil entità li tkun estensjoni tal-Istat, bħalma hija BVVG, milli tbiegħ lil min jagħmel l-ogħla offerta, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti pubblika, art agrikola li tkun tinsab għall-bejgħ f’sitwazzjoni fejn l-ogħla offerta tkun ferm sproporzjonata meta mqabbla mal-valur tal-art?


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon vs Utopia SARL, li l-isem kummerċjali tagħha huwa Marshall Bioresources

(Kawża C-40/14)

2014/C 102/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon

Konvenuta: Utopia SARL, li l-isem kummerċjali tagħha huwa Marshall Bioresources

Domandi preliminari

1)

Importatur ta’ annimali speċjalment ippreparati biex jintużaw fil-laboratorju jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni prevista għal dan it-tip ta’ merkanzija mill-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali (1), meta huwa nnifsu ma huwiex stabbiliment pubbliku jew ta’ utilità pubblika, jew privata ċċertifikat, li għandu bħala attività prinċipali t-tagħlim jew ir-riċerka xjentifika, iżda li bħala klijenti għandu stabbilimenti li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet?

2)

Ir-regola ġenerali 5(b) tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li gaġeġ li jservu għat-trasport ta’ annimali ħajjin intiżi għar-riċerka f’laboratorju jaqgħu taħt il-kategorija ta’ ppakkjar fis-sens ta’ din ir-regola?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-kliem “jidhru biċ-ċar li huma qegħdin għal użu repetittiv” li japplikaw għal dan l-ippakkjar għandhom jiġu evalwati b’mod ġenerali jew biss fir-rigward ta’ użu mill-ġdid fit-territorju tal-Unjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Christie’s France SNC vs Syndicat national des antiquaires

(Kawża C-41/14)

2014/C 102/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christie’s France SNC

Konvenut: Syndicat national des antiquaires

Domandi preliminari

Ir-regola stabbilita mill-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (1), li timponi fuq il-bejjiegħ il-ħlas tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid, għandha tiġi interpretata fis-sens li dan tal-aħħar għandu jsostni b’mod definittiv l-ispiża mingħajr il-possibbiltà ta’ deroga permezz ta’ ftehim?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 240.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-30 ta’ Jannar 2014 – Holterman Ferho Exploitatie BV et vs F. L. F. Spies von Büllesheim

(Kawża C-47/14)

2014/C 102/29

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Holterman Ferho Exploitatie BV, Ferho Bewehrungsstahl GmbH, Ferho Vechta GmbH u Ferho Frankfurt GmbH

Konvenut: F. L. F. Spies von Büllesheim

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II (Artikoli 18 sa 21) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-qorti tapplika l-Artikolu 5(1)(a) jew l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-regolament f’każ bħal dak preżenti fejn il-konvenut ikun imfittex fil-qorti mill-kumpannija li tagħha huwa l-amministratur mhux biss fil-kapacità tiegħu bħala amministratur, minħabba li eżerċita irregolarment il-funzjonijiet tiegħu jew minħabba li aġixxa illegalment, iżda wkoll, indipendentement minn din il-kwalità, minħabba l-intenzjoni qarrieqa tiegħu jew l-imprudenza intenzjonali tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol konkluż bejnu u l-imsemmija kumpannija?

2)

a)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ “materji kuntrattwali” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu għalhekk jiġi interpretat fis-sens li jkopri b’mod partikolari każ bħal dak preżenti fejn kumpannija tfittex fil-qorti persuna fil-kapaċità tagħha bħala amministratur ta’ din l-istess kumpannija minħabba l-ksur tal-obbligu tagħha li teżerċita b’mod korrett l-funzjonijiet tagħha skont id-dritt tal-kumpanniji?

b)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-parti a tat-tieni domanda, il-kunċett ta’ “post tat-twettiq tal-obbligi” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu għalhekk jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għall-post fejn l-amministratur eżerċita jew kellu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu skont id-dritt tal-kumpanniji, li, ġeneralment, ikun il-post fejn ikun hemm iċ-ċentru amministrattiv jew il-post prinċipali tan-negozju tal-kumpannija inkwistjoni, fis-sens tal-Artikolu 60(1)(b) u (ċ) tal-imsemmi regolament?

3)

a)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ “materji ta’ delitt jew kważi delitt” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu għalhekk jiġi interpretat fis-sens li jkopri każ bħal dak preżenti fejn kumpannija tfittex fil-qorti persuna fil-kapaċità tagħha bħala amministratur ta’ din l-istess kumpannija minħabba li ma tkunx eżerċitat b’mod korrett il-funzjonijiet tagħha skont id-dritt tal-kumpanniji jew minħabba aġir illegali?

b)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-parti a tat-tielet domanda, il-kunċett ta’ “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu għalhekk jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għall-post fejn l-amministratur eżerċita jew kellu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu skont id-dritt tal-kumpanniji, li, ġeneralment, ikun il-post fejn ikun hemm iċ-ċentru amministrattiv jew il-post prinċipali tan-negozju tal-kumpannija inkwistjoni, fis-sens tal-Artikolu 60(1)(b) u (ċ) tal-imsemmi regolament?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/21


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-48/14)

2014/C 102/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u J. Rodrigues, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (1);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament jinvoka tliet motivi insostenn tar-rikors tiegħu.

L-ewwel nett, il-Parlament isostni li l-għażla tal-bażi legali użata mill-Kunsill hija żbaljata, minħabba li l-miżuri li huma s-suġġett tad-direttiva kkontestata jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent, imsemmija fl-Artikolu 192 TFUE. Dawn il-miżuri għaldaqstant kellhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ dan l-artikolu, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u mhux fuq il-bażi tal-Artikoli 31 u 32 EA.

It-tieni nett, il-Parlament jirrileva li d-direttiva kkontestata tippreġudika ċ-ċertezza legali billi tistabilixxi regoli ta’ stħarriġ u ta’ analiżi li jimponu ruħhom fuq dawk diġà fis-seħħ skont id-Direttiva 98/83/KE (2).

Fl-aħħar nett, il-Parlament jikkunsidra li bl-adozzjoni tad-direttiva kkontestata, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet, imsemmija fl-Artikolu 13(2) TUE.


(1)  ĠU L 296, p. 12.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/22


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 minn JAS Jet Air Service France (JAS) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-3 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-573/11, JAS Jet Air Service France vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-53/14 P)

2014/C 102/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: JAS Jet Air Service France (JAS) (rappreżentanti: T. Gallois u E. Dereviankine, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kif tidher fid-dispożittiv tas-sentenza mogħtija fit-3 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-573/11;

tilqa’ t-talbiet tal-kumpannija JAS Jet Air Service France mressqa fl-ewwel istanza sa fejn huma intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta’ Awwissu 2011 fil-Każ REM 01/2008 li tiċħad it-talba mressqa fl-24 ta’ Jannar 2008 għall-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni fis-somma ta’ EUR 1 001 778,20;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha mis-sentenza li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Awwissu 2011, li tiċħad it-talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni mressqa mill-appellanti.

Fl-ewwel lok, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1430/79 (1) u l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), sa fejn ma rrikonoxxietx l-eżistenza ta’ “sitwazzjoni partikolari” li tippermetti l-maħfra mitluba. Il-Qorti Ġenerali sostniet li s-sitwazzjoni tal-appellanti ma kinitx paragunabbli ma’ dik tal-kumpannija CALBERSON BV (Każ REM 10/01), li lilha l-Kummissjoni kienet tat maħfra.

Fit-tieni lok, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali kisret l-artikoli ċċitati iktar ’il fuq, sa fejn ma ħaditx inkunsiderazzjoni, sabiex tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ “sitwazzjoni partikolari”, il-funzjonament ħażin li seħħ fil-livell tal-proċedura interna fl-għoti u fil-kontroll tal-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni ħielsa mill-VAT, imsejħa AI2 (Artikolu 275 tal-Kodiċi ġenerali tat-taxxi Franċiż u d-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tiegħu). Il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova, u għalhekk kisret il-prinċipji ġenerali tad-dritt billi qieset li kienet l-appellanti li kellha tipprova b’mod preċiż il-konsegwenzi tal-imsemmi funzjonament ħażin.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1430/79, tat-2 ta’ Lulju 1979, dwar ir-rimbors jew il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni (ĠU L 175, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fil-5 ta’ Frar 2014 – Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs État Belge

(Kawża C-55/14)

2014/C 102/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Régie communale autonome du stade Luc Varenne

Konvenut: État Belge

It-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-faċilitajiet ta’ infrastruttura sportiva użata esklużivament għal finijiet relatati mal-futbol, li għandu jinftiehem bħala d-dritt ta’ użu u ta’ operat tal-art li fuqha jsir il-logħob (il-piċċ) tal-grawnd tal-futbol, kif ukoll tal-kmamar fejn ibiddlu l-plejers u r-referees fuq bażi ad hoc għal massimu ta’ 18-il jum kull staġun sportiv (staġun sportiv jibda fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena kalendarja u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara), jikkostitwixxi kirja ta’ proprjetà immobbli eżentata fis-sens tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) (Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva tal-VAT Nru 2006/112 (2)), sa fejn il-parti li tagħti d-dritt ta’ użu u ta’ operat:

għandha l-fakultà sħiħa li tagħti drittijiet identiċi lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn tal-għażla tagħha fir-rigward ta’ jiem oħra li ma humiex it-18-il jum imsemmija iktar ’il fuq;

għandha d-dritt li, f’kull ħin, taċċedi l-imsemmija faċilitajiet, mingħajr kunsens minn qabel tal-parti detentriċi tad-dritt ta’ użu u ta’ operat, sabiex b’mod partikolari, tiżgura ruħha mill-użu xieraq tal-faċilitajiet u sabiex tantiċipa kull ħsara, bil-kundizzjoni waħdiena li ma ttellifx l-iżvolġiment mingħajr xkiel tal-kompetizzjonijiet sportivi;

barra minn hekk, iżżomm dritt ta’ kontroll permanenti tal-aċċess għall-faċilitajiet, inkluż matul il-perijodu ta’ użu tagħhom mir-R.F.C.T;

titlob ħlas b’rata fissa ta’ EUR 1 750 għal kull jum ta’ użu tal-art li fuqha jsir il-logħob, tal-kmamar ta’ tibdil, tal-bar, tas-servizz ta’ portinaġġ, ta’ sorveljanza u ta’ monitoraġġ tal-faċilitajiet kollha, u dan għandu jinftiehem li, bi qbil bejn il-partijiet, mill-ammont mitlub, 20 % jirrappreżentaw id-dritt ta’ aċċess għall-piċċ tal-futbol u 80 % jirrappreżentaw il-ħlas għal servizzi varji relatati mal-manutenzjoni, mat-tindif, maż-żamma tajba (ħsid ta’ wiċċ l-art, żriegħ, etc) u mal-konformità regolatorja tal-art li fuqha jsir il-logħob u għall-provvista ta’ servizzi anċillari, ipprovduti mill-parti li tagħti d-dritt ta’ użu u ta’ operat (f’dan il-każ, ir-Régie li fil-preżent qiegħda tappella).


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

(2)  Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Aosta (l-Italja) fl-10 ta’ Frar 2014 – Equitalia Nord SpA vs CLR di Camelliti Serafino & C. Snc

(Kawża C-68/14)

2014/C 102/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Aosta

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Equitalia Nord SpA

Konvenuta: CLR di Camelliti Serafino & C. Snc

Domandi preliminari

1)

Il-leġiżlazzjoni Taljana pprovduta fl-Artikolu 3(1) u (4) tad-Digriet-Liġi Nru 95 tas-6 ta’ Lulju 2012, parzjalment emendat bil-Liġi ta’ konverżjoni Nru 135 tas-7 ta’ Awwissu 2012, sa fejn tipprovdi li “b’kunsiderazzjoni għan-natura eċċezzjonali tas-sitwazzjoni ekonomika u fid-dawl tan-neċessità prioritarja li jintlaħqu l-għanijiet li l-ispejjeż pubbliċi jiġu limitati, sa mid-dħul fis-seħħ ta’ dan l-att, għas-snin 2012, 2013 u 2014, l-aġġustament marbut mal-varjazzjoni tal-indiċi ISTAT, previst mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, ma japplikax għall-kirjiet dovuti mill-amministrazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-rapport ta’ dħul ikkonsolidat tal-awtoritajiet pubbliċi, kif imsemmija mill-Istituto nazionale di Statistica skont l-Artikolu 1(3) tal-Liġi Nru 196, tal-31 ta’ Diċembru 2009, u lanqas [għall-kirjiet dovuti] mill-Awtoritajiet indipendenti, inkluża l-Commissione nazionale per le Società e la borsa (Consob) għall-użu ta’ proprjetajiet immobbli mikrija għal finijiet istituzzjonali” u barra minn hekk, fil-paragrafu 4, li “sabiex jiġu limitati l-ispejjeż pubbliċi, għal kuntratti li għalihom l-amministrazzjonijiet ċentrali bħal dawk imsemmija mill-Istituto nazionale di Statistica skont l-Artikolu 1(3) tal-Liġi Nru 196, tal-31 ta’ Diċembru 2009, kif ukoll l-Awtoritajiet indipendenti, inkluża l-Commissione nazionale per le Società e la borsa (Consob), krew proprjetajiet immobbli għal finijiet istituzzjonali, il-kirjiet għandhom jitnaqqsu, mill-1 ta’ Jannar 2015, b’15 % tal-kirja attwalment imħallsa” u li “mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi ta’ konverżjoni ta’ dan id-digriet, it-tnaqqis imsemmi fis-sentenza preċedenti japplika fi kwalunkwe każ għall-kuntratti ta’ kera li skadew jew li ġġeddu wara din id-data”, tmur kontra l-Artikolu 106(1) u (2) TFUE inkwantu hija tali li tipprovdi vantaġġ mhux iġġustifikat u diskriminatorju lil persuni li joperaw f’sistema ta’ kompetizzjoni meta mqabbla mas-sitwazzjoni ta’ persuni oħra li jeżerċitaw l-istess attività iżda ma jibbenefikawx mill-imsemmija leġiżlazzjoni?

2)

Sa fejn l-imsemmija leġiżlazzjoni hija tali li tipprovdi vantaġġ mhux iġġustifikat u diskriminatorju lil persuni li joperaw f’sistema ta’ kompetizzjoni meta mqabbla mas-sitwazzjoni ta’ persuni oħra li jeżerċitaw l-istess attività iżda li ma jibbenefikawx minnha, tista’ titqies bħala “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Information Rights) (ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Frar 2014 – East Sussex County Council vs The Information Commissioner, Property Search Group, Local Government Association

(Kawża C-71/14)

2014/C 102/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Information Rights)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: East Sussex County Council

Konvenuti: The Information Commissioner, Property Search Group, Local Government Association

Domandi preliminari

1.

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/4/KE (1)? B’mod partikolari, tariffa ta’ ammont raġonevoli imposta għall-provvista ta’ tip partikolari ta’ informazzjoni fil-qasam tal-ambjent tista’ tinkludi:

a)

parti mill-ispejjeż sostnuti għaż-żamma ta’ database li hija użata mill-awtorità pubblika bil-għan li twieġeb għat-talbiet għall-informazzjoni ta’ dan it-tip;

b)

l-ispejjeż ġenerali attribwibbli għall-ħin tal-persunal, meħudin inkunsiderazzjoni b’mod adegwat fid-determinazzjoni tal-tariffa?

2.

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 5(2) u mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE, li Stat Membru jipprovdi fil-leġiżlazzjoni tiegħu li awtorità pubblika tista’, għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni fil-qasam tal-ambjent, timponi l-ħlas ta’ ammont li “[…] ma jeċċedix ammont li l-awtorità pubblika tikkunsidra raġonevoli”, jekk id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar dwar dak li jikkostitwixxi “ammont raġonevoli” tkun suġġetta għal stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju kif ipprovdut fid-dritt Ingliż?


(1)  Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/25


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-77/14)

2014/C 102/35

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u A. Marcoulli)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li billi ma adottatx fit-termini l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha għall-irkupru tal-għajnuna kklassifikata bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni skont l-ewwel Artikolu tad-Deċiżjoni (1) tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2011 – C(2011) 4916 (dwar għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 – C 2/10 (ex NN 62/09) mogħtija mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA – jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx b’mod suffiċjenti l-miżuri li hija ħadet skont l-Artikolu 4 lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-imsemmija deċiżjoni u tat-TFUE.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors tal-Kummissjoni jirrigwarda n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni mir-Repubblika Ellenika ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat favur l-impriża Aluminium of Greece SA li għandha tiġi rkuprata mill-impriża pubblika tal-elettriku (DEI).

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-Greċja kellha tiżgura li d-deċiżjoni tiġi implementata fl-erba’ xhur li jibdew jiddekorru mid-data tan-notifika tagħha. Id-deċiżjoni ġiet innotifikata fl-14 ta’ Lulju 2011 u l-Kummissjoni ma awtorizzat l-ebda proroga tat-terminu tal-implementazzjoni tagħha. Għalhekk, it-terminu sabiex tikkonforma ruħha skada, mill-perspettiva formali, fl-14 ta’ Novembru 2011.

Il-Kummissjoni tfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-uniku motiv ġustifikatorju li Stat Membru jista’ jinvoka kontra rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE huwa l-impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni korretta tad-deċiżjoni.

Madankollu, f’din il-kawża, l-awtoritajiet Elleniċi qatt ma invokaw l-argument ibbażat fuq l-impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni. Kuntrarjament, huma, qabelxejn, esprimew ir-rieda tagħhom li d-deċiżjoni tiġi eżegwita mill-iktar fiss possibbli. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota, li, fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, l-awtoritajiet Elleniċi kienu għadhom ma ħadu l-ebda miżura intiża sabiex id-deċiżjoni tiġi eżegwita, lanqas b’mod parzjali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-ordni ta’ ħlas tal-ammont tal-għajnuna, miksub mid-DEI kontra Aluminium of Greece SA, ġie sospiż b’sentenza tal-Monomeles Protodikeio Athinon. Il-Kummissjoni tqis li l-imsemmija qorti nazzjonali, billi ssospendiet l-applikazzjoni tal-ordni ta’ ħlas, kisret il-kundizzjonijiet stabbiliti minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att nazzjonali adottat fl-implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (2).

Il-Kummissjoni tqis li l-Greċja ma ħaditx il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, la skont is-soluzzjoni li kienet is-suġġett ta’ skambju ta’ perspettivi bejn id-dipartimenti tagħha u l-awtoritajiet Elleniċi kompetenti, u lanqas bl-ebda mod ieħor xieraq.


(1)  ĠU L 166, 27.06.2012, p. 83

(2)  Sentenzi tal-21 ta’ Frar 1991, Zuckerfabrik Süderdithmarschen u Zuckerfabrik Soest vs Hauptzollamt Itzehoe u Hauptzollamt Paderborn, C-143/88 u C-92/89, Ġabra 1991 p. I-415, u tad-9 ta’ Novembru 1995, Atlanta Fruchthandelsgesellschaft et (I) vs Bundesamt für Ernährung und Forstwirtschaft, C-465/93, Ġabra. 1995 p. I-3761.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/26


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-117/12, ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-78/14 P)

2014/C 102/36

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B. Conte)

Parti oħra fil-proċedura: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-konvenuta fl-appell għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni kkonkludiet, ma’ żewġ konsorzji distinti li minnhom kienet tagħmel parti l-konvenuta fl-appell ANKO, ftehimiet għall-għoti ta’ fondi għall-proġetti “OASIS” u “PERFORM” fil-kuntest tas-Seba’ Programm-Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni.

Fil-kuntest tal-ftehim inkwistjoni, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt u, b’mod partikolari, tal-paragrafu (3)(d) tat-Taqsima II.5 (u, b’mod inċidentali, tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (1) tat-Taqsima II.14).

L-interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt tista’ tinqasam fl-aggravji partikolari li ġejjin:

1.

Evalwazzjoni żbaljata tan-natura gravi u sistematika tal-irregolaritajiet bħala motiv ta’ sospensjoni;

2.

Evalwazzjoni żbaljata tal-possibbiltà/tar-riskju ta’ ripetizzjoni tal-irregolaritajiet;

3.

Inferenza żbaljata mill-aġġustament ad hoc.

4.

Interpretazzjoni żbaljata tal-possibbiltà li tintuża n-nefqa medja u applikazzjoni estiża żbaljata ta’ din il-possibbiltà għall-ispejjeż fittizji – żnaturament tal-provi;

5.

Konfużjoni bejn il-kriterji ta’ sospensjoni (suspett) u l-kriterji ta’ eliġibbiltà (ċertezza).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/27


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-87/14)

2014/C 102/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren, M. van Beek, aġenti)

Konvenut: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi naqset milli tapplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tat-tobba waqt it-taħriġ (“non-consultant hospital doctors”), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3, 5, 6, 17(2) u 17(5) tad-Direttiva

tikkundanna lil l-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Artikolu 3

L-Irlanda naqset milli tiżgura, fir-rigwad tat-tobba waqt it-taħriġ, perijodu minimu ta’ serħan f’perijodu ta’ 24 siegħa.

Artikolu 5

L-Irlanda naqset milli tiżgura li t-tobba waqt it-taħriġ ikollhom perijodu minimu mingħajr interruzzjoni ta’ serħan f’kull perijodu ta’ sebat ijiem.

Artikolu 6

L-Irlanda naqset milli tiżgura li l-medja tal-ħin tax-xogħol għal kull perijodu ta’ sebat ijiem ma tkunx teċċedi it-48 siegħa.

Artikolu 17(2)

L-Irlanda naqset milli tiżgura li t-tobba waqt it-taħriġ jingħataw perijodi ekwivalenti ta’ mistrieħ obbligatorju meta jkunu meħtieġa jaħdmu mingħajr ma jużaw il-perijodi ta’ mistrieħ imsemmija fl-Artikoli 3 u 5.

Artikolu 17(5)

L-Irlanda naqset milli tiżgura li t-tobba waqt it-taħriġ ma jaħdmux iktar mis-sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa wara li jiskadi l-perijodu tranżittorju msemmi fl-Artikolu 17(5).


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-462/12) (1)

2014/C 102/38

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 379, 08.12.2012.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, intervenjenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-598/12) (1)

2014/C 102/39

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, intervenjenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Repubblika Ċeka, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-55/13) (1)

2014/C 102/40

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja, intervent: Ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-109/13) (1)

2014/C 102/41

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-18 ta’ Diċembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja, intervent: Ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-111/13) (1)

2014/C 102/42

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-169/13) (1)

2014/C 102/43

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-178/13) (1)

2014/C 102/44

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ Novembru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-188/13) (1)

2014/C 102/45

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/30


Digriet tal-President Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-253/13) (1)

2014/C 102/46

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Mercantil de Pontevedra – Spanja) – Pablo Acosta Padín vs Hijos de J. Barreras SA

(Kawża C-276/13) (1)

2014/C 102/47

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/30


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-321/13) (1)

2014/C 102/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti Ġenerali ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – L-Irlanda) – Lisa Kelly vs Minister for Social Protection

(Kawża C-403/13) (1)

2014/C 102/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


Il-Qorti Ġenerali

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – LG Display u LG Display Taiwan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/11) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji tal-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD) - Ftehimiet u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezzijiet u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni - Bejgħ intern - Drittijiet tad-difiża - Multi - Immunità parzjali minn multa - Ksur uniku u kontinwat - Prinċipju ta’ ne bis in idem”)

2014/C 102/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Display Co. Ltd (Séoul, il-Korea t’Isfel); u LG Display Taiwan Co. Ltd (Taipei, it-Tajwan) (rappreżentanti: A. Winckler u F.-C. Laprévote, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/39.309 – LCD), u t-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti b’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq LG Display Co. Ltd u fuq LG Display Taiwan Co. Ltd fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/39.309 – LCD), huwa ffissat għal-EUR 210 000 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

LG Display u LG Display Taiwan għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Ezz et vs Il-Kunsill

(Kawża T-256/11) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitatjiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu - Iffriżar ta’ fondi - Bażi legali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ fatt - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għall-proprjetà - Il-libertà tal-intrapriża”))

2014/C 102/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ahmed Abdelaziz Ezz (Giseh, l-Eġittu); Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed (Londra, ir-Renju Unit); Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin (Londra); u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar (Giseh) (rappreżentanti: inizjalment M. Lester, barrister, u J. Binns, solicitor, sussegwentement J. Binns, J. Lewis, QC, B. Kennelly, barrister, u I. Burton, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Gurov, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, M. Konstantinidis u A. Bordes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 63), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 4), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ahmed Abdelaziz Ezz kif ukoll Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar huma kkundannati jħallsu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Frar 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – López Cabré (TEEN VOGUE)

(Kawża T-37/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali TEEN VOGUE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata])

2014/C 102/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Eduardo López Cabré (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1763/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eduardo López Cabré u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Advance Magazine Publishers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 10.3.2012.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – Lídl Music (LIDL express)

(Kawża T-225/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIDL express - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LÍDL MUSIC - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 102/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Schaeffer, M. Wolter u A. Marx, sussegwentement M. Wolter, A. Marx u M. Kefferpütz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Lídl Music spol. s r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2379/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lídl Music spol. s r.o. u Lidl Stiftung & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lidl Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – Lídl Music (LIDL)

(Kawża T-226/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIDL - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LÍDL MUSIC - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 102/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Schaeffer, M. Wolter u A. Marx, sussegwentement M. Wolter, A. Marx u M. Kefferpütz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Lídl Music spol. s r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2380/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lídl Music spol. s r.o. u Lidl Stiftung & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lidl Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2014 – Sartorius Lab Intstruments vs UASI (Kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen)

(Kawża T-331/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja - Sinjal li jikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta’ kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 102/55

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sartorius Lab Intstruments GmbH & Co. KG (Göttingen, il-Ġermanja), ammessa li tissostitwixxi lil Sartorius Weighing Technology GmbH (rappreżentant: K. Welkerling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1783/2011-1), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal ikkostitwiet minn ark ta’ ċirku isfar kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sartorius Lab Instruments GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 22.9.2012.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Nanso Group (TEEN VOGUE)

(Kawża T-509/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TEEN VOGUE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE - Ammissibbiltà - Klassifikazzjoni tat-talbiet - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità jew xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni”))

2014/C 102/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nanso Group Oy (Nokia, il-Finlandja) (rappreżentant: M. Tuominen, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2012 (Każ R 147/2011-4), li tirrigwarda proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanso Group Oy u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Advance Magazine Publishers, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/36


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2014 – Banco de Santander et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-6/14)

2014/C 102/57

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco de Santander, SA (Santander, Spanja); Santander Investment, SA (Santander, Spanja); u Naviera Séneca, AIE (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo u A. Biondi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha l-Kummissjoni tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa sistema Spanjola ta’ leasing finanzjarju bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri tal-AIE bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn fih tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità ta’ kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk diġà invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/37


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2014 – Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX MOUCHES)

(Kawża T-72/14)

2014/C 102/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 284/2013-2;

tirriforma d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 284/2013-2;

tikkundanna lill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “BATEAUX MOUCHES”, għal servizzi fil-klassi 37 (Nru 1 092 478)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni żbaljata li t-trade mark inkwistjoni ma kinitx kisbet, permezz tal-użu, karattru distintiv għas-servizzi indikati


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/38


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Red Bull vs UASI – Automobili Lamborghini (rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin)

(Kawża T-73/14)

2014/C 102/59

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentanti: V. von Bomhard, J. Fuhrmann u A. Renck, avukati, u I. Fowler, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Automobili Lamborghini SpA (Sant’ Agata Bolognese, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1263/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut u, fil-każ li tagħmel intervent formali, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva, b’rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin, għal prodotti fil-klassi 12 (Trade mark Komunitarja Nru 3 629 342)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Automobili Lamborghini SpA

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għal revoka milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/38


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – PT Musim Mas vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-80/14)

2014/C 102/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) (Medan, l-Indoneżja) (rappreżentanti: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat, C. Humpe, Solicitor u A. Verdegay Mena, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013 L 315, p. 2), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur (i) tal-Artikoli 1(1), 7(2) u 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009 L 343, p. 51) mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq (ii) il-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea meta ordna l-ġbir definittiv tal-miżuri antidumping imposti fuq ir-rikorrenti, peress li

abbażi tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009, ebda miżura antidumping ma tista’ tiġi applikata fuq l-esportaturi, bħar-rikorrenti, li l-prodotti tagħhom ma jirriżultawx li kienu suġġetti għal dumping. Għalhekk ma teżisti l-ebda bażi legali sabiex jiġi impost dazji antidumping provviżorji fuq ir-rikorrenti u wisq inqas sabiex jiġi ordnat il-ġbir ta’ tali dazji;

l-Kunsill kiser l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009 meta impona u ordna l-ġbir definittiv mingħand ir-rikorrenti tad-dazji antidumping provviżorji ta’ 2.8 % li jeċċedi l-marġini korrett ta’ dumping provviżorju;

l-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009 jipprojbixxi l-impożizzjoni ta’ dazji provviżoji mill-Kummissjoni meta l-marġini ta’ dumping provviżorju huwa inqas minn 2 %. Il-Kunsill kiser l-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 meta ordna l-ġbir definittiv tad-dazji provviżorji imposti fuq ir-rikorrenti;

fid-dawl tal-iżbalji mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea meta sar il-kalkolu tal-marġini provviżorju tad-dumping tar-rikorrenti, il-Kunsill missu ddeċieda li l-Kummissjoni ma eżaminatx korrettament, b’attenzjoni u imparzjalità, l-aspetti kollha rilevanti tal-kawża. Tali nuqqas jammonta għal ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba;

l-azzjonijiet tal-Kunsill li ġabar definittivament, mingħand ir-rikorrenti, id-dazji provviżorji imposti bi żball, għandhom jiġu kkunsidrati bħala sproporzjonati meta mqabbla mal-għan tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u, konsegwentement, bħala ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

billi impona l-ġbir definittiv, mingħand ir-rikorrenti, tad-dazji provviżorji imposti bi żball u billi ma imponiex fuq P.T. Cilandra Perkasa l-obbligu li tħallas id-dazji provviżorji antidumping, il-Kunsill wettaq diskriminazzjoni bejn żewġ impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli. Konsegwentement, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill aġixxa bi ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 20(2), 2(5), 2(8) u 2(10)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, peress li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea:

ma kkomunikax il-fatti essenzjali dwar l-allegata eżistenza ta’ “sitwazzjoni partikolari tas-suq” kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009;

aġġusta l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta mal-produzzjoni minħabba l-allegata eżistenza ta’ “sitwazzjoni partikolari tas-suq” fil-kuntest tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009;

ma ħax inkunsiderazzjoni l-użu mir-rikorrenti ta’ Palni Fatty Distilates bħala materja prima;

ma ħax inkunsiderazzjoni ż-żieda fil-kontabbiltà doppja bħala li tagħmel parti mill-prezz tal-esportazzjoni tar-rikorrenti u kiser l-Artikolu 2(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009; u

ma ħax inkunsiderazzjoni lir-rikorrenti u lill-kumpanniji tagħha bħala entità ekonomika waħda u b’hekk kiser l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/40


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill

(Kawża T-95/14)

2014/C 102/61

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Offshore Engineering & Construction Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/6661 sa fejn jikkonċernaha u sabiex tiġi eskluża mill-anness tal-imsemmija deċiżjoni;

tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, sa fejn jikkonċernaha u sabiex tiġi eskluża mill-anness tal-imsemmi regolament, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18), sa fejn jipprevedu l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw l-imsemmija miżuri restrittivi.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet ikkontestati, peress li huma neqsin minn bażi fattwali u probatorju reali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li, f’dak li jikkonċerna IOEC, il-motivazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati mhux biss hija mingħajr bażi, iżda ma hijiex preċiża, ma hijiex speċifika u hija ġenerika, u b’hekk tipprekludi lir-rikorrenti milli tkun tista’ tħejji d-difiża tagħha b’mod xieraq.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva f’dak li jikkonċerna l-motivazzjoni tal-atti, l-assenza ta’ prova tal-motivi allegati u d-drittijiet tad-difiża u għall-proprjetà, peress li ma ġewx osservati l-obbligu ta’ motivazzjoni u n-neċessità li jiġu prodotti provi reali, li għandu effett fuq id-drittijiet l-oħra.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, peress li jeżistu indikazzjonijiet oġġettivi, preċiżi u konkordanti li jippermettu li jiġi sostnut li l-Kunsill abbuża mill-pożizzjoni tiegħu u b’mod frawdolenti, peress li adotta l-miżuri ta’ sanzjoni għal għanijiet li kienu differenti minn dawk allegati minnu.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tar-regoli ġuridiċi applikati, peress li saret interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata u wiesgħa tagħhom, li huwa inammissibbli meta dawn ikunu dispożizzjonijiet li jistipulaw sanzjonijiet.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-proprjetà, sa fejn dan ġie limitat mingħajr ġustifikazzjoni reali.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li ppreġudika l-pożizzjoni komparattiva tal-impriża rikorrenti mingħajr ma jeżistu raġunijiet biex jagħmel dan.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Alesa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-99/14)

2014/C 102/62

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alesa Srl (Chieti, l-Italja) (rappreżentant: N. Giampaolo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

preliminarjament u b’mod kawtelatorju, tissospendi l-għoti, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Kuntratt Nru DCI-ASIE/2013/329-453, f’isem ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, pajjiż benefiċjarju, lill-konsorzju mmexxi minn GIZ GmbH, ippubblikat fit-3 ta’ Diċembru 2013, għall-valur ta’ EUR 9 304 400.

fuq il-mertu, tilqa’ r-rikors għall-motivi esposti fih, u konsegwentement tannulla l-għoti, mill-Kummissjoni, tal-Kuntratt Nru DCI-ASIE/2013/329-453, f’isem ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, pajjiż benefiċjarju, lill-konsorzju mmexxi minn GIZ GmbH, ippubblikat fuq is-sit internet TED [(Tenders electronic Daily portal internet), verżjoni online tas-“Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”, iddedikat għall-kuntratti pubbliċi Ewropej], fit-3 ta’ Diċembru 2013, għall-valur ta’ EUR 9 304 400.

fuq il-mertu, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, abbażi tad-diversi motivi invokati fir-rikors, sabiex tħallas kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti f’isimha u f’isem il-konsorzju Sharewich, sa EUR 900 000 jew sas-somma li l-Qorti Ġenerali jidhrilha li hija xierqa u ġusta bħala kumpens.

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż sostnuti f’din il-kawża.

abbażi tal-Artikolu 277 TFUE, tevalwa l-legalità jew l-illegalità kif ukoll l-applikabbiltà jew l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 266(1) tar-regoli ta’ applikazzjoni tar-regolament finanzjarju [Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012] u tal-Artikolu 2.4.13 tal-PRAG 2013 (gwida prattika 2013 għall-proċeduri kuntrattwali fil-kuntest tal-azzjonijiet esterni tal-UE) fil-konfront tar-regoli l-oħra fil-qasam ta’ amministrazzjoni u ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi sa fejn, wara l-annullament tal-proċedura mibdija, indipendentement mill-valur tal-kuntratt, u bil-kundizzjoni li dan jeċċedi l-limitu previst mid-dispożizzjoni fis-seħħ, l-awtorità kontraenti tista’ tibda proċedura ta’ negozjar dirett ma’ wieħed jew iktar mill-offerenti mingħajr ma tavża minn qabel lill-offerenti l-oħra esklużi min-negozjar dirett.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra l-proċedura għall-għoti tal-Kuntratt (Contract Award) Nru DCI-ASIE/2013/329-453 mill-Kummissjoni Ewropea lill-konsorzju mmexxi minn GIZ GmbH, fil-kuntest tal-proċedura mibdija permezz tal-Avviż pubbliku Nru 2012/S 223-366462, tal-20 ta’ Novembru 2012, dwar l-assistenza teknika lill-Ministeru għal-iżvilupp urban u taż-żoni rurali (MOHURD) tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għat-trasferiment tal-prattiki tajba Ewropej fil-qasam tal-politiki ta’ urbanizzazzjoni u ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (għall-proġett “Urbanizzazzjoni sostenibbli – Rabta bejn l-ibliet ekoloġiċi tal-Ewropa u taċ-Ċina”).

Ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi insostenn tar-rikors.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur u fuq żball ta’ applikazzjoni u ta’ interpretazzjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, kif ukoll fuq eċċess ta’ poter fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni u lill-aġenziji u lid-delegazzjonijiet tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom bħala awtorità kontraenti (Contracting Authority);

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur u fuq żball ta’ applikazzjoni u ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 2.4.13 tal-PRAG 2013, kif ukoll fuq eċċess ta’ poter fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni u lill-aġenziji u lid-delegazzjonijiet tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom bħala awtorità kontraenti (Contracting Authority);

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur u fuq żball ta’ applikazzjoni u ta’ interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ trasparenza previst fl-Artikoli 15 u 298 TFUE, kif ukoll fl-Artikolu 102(1) (prinċipji applikabbli għall-kuntratti pubbliċi) u fl-Artikolu 112(1) (prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, kif ukoll fuq eċċess ta’ poter fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni u lill-aġenziji u lid-delegazzjonijiet tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom bħala awtorità kontraenti (Contracting Authority);

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur u fuq żball ta’ applikazzjoni u ta’ interpretazzjoni tal-prinċipji gwida tal-Artikoli 2 tad-Direttiva 2004/18/KE u tar-referenzi leġiżlattivi l-oħra fil-qasam ta’ amministrazzjoni u ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi msemmija f’din id-direttiva, kif ukoll fuq eċċess ta’ poter fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni u lill-aġenziji u lid-delegazzjonijiet tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom bħala awtorità kontraenti (Contracting Authority).


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/42


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-122/14)

2014/C 102/63

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: S. Fiorentino, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2013) 8681 finali, tad-9 ta’ Diċembru 2013, li biha, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-17 ta’ Novembru 2011, mogħtija fil-Kawża C-496/09, il-Kummissjoni intimat lir-Repubblika Taljana biex tħallas l-ammont ta’ EUR 6 252 000.00 bħala pagament ta’ penalità.

Id-deċiżjoni kkontestata tirreferi għat-tieni semestru ta’ dewmien u, jiġifieri, għall-perijodu inkluż bejn is-17 ta’ Mejju u s-17 ta’ Novembru 2012.

Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Gvern Taljan jinvoka l-motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 260(1) TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 260(3) TFUE, kif ukoll fuq il-ksur tas-sentenza li għandha tiġi eżegwita, fir-rigward tal-krediti miżmuma fuq l-impriżi f’“arranġament preventiv” jew f’“amministrazzjoni miftiehma”.

Fil-fatt, id-deċiżjoni ma tnaqqasx mill-għajnuna li tibqa’ dovuta fl-iskadenza tas-semestru ta’ riferiment, il-krediti miżmuma fuq l-impriżi debituri fi stat ta’ falliment u suġġetti għal proċeduri ta’ insolvenza, minkejja li, skont il-Gvern Taljan, dawn huma krediti li għall-irkupru tagħhom l-Istat Membru uża d-diliġenza kollha neċessarja u, għaldaqstant, kellhom jiġu esklużi mill-ammont tal-għajnuna li jibqa’ dovut abbażi tas-sentenza li għandha tiġi eżegwita.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) kif ukoll fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3).

3.

Wieħed isostni f’dan ir-rigward li d-deċiżjoni timponi fuq l-awtoritajiet Taljani li japplikaw, għall-ammonti dovuti mill-impriżi għar-rimbors tal-għajnuna mill-Istati, l-interessi bir-rata komposta, kif previst mill-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 794/2004. Il-Gvern Taljan jikkontesta dan il-punt billi jsostni li – anki fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (u, b’mod partikolari, tas-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2008, mogħtija fil-Kawża C-295/07, Il-Kummissjoni vs Département du Loiret u Scott SA) – din is-sistema ta’ kalkolu tal-interessi ma tistax tiġi applikata b’riferiment għad-deċiżjonijiet ta’ rkupru qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 794/2004 u, wisq inqas, b’riferiment għad-deċiżjonijiet ta’ qabel il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi li għandhom japplikaw meta għajnuna li tingħata b’mod illegali tkun qed tiġi rkuprata (ĠU C 110, tat-8 ta’ Mejju 2003, p. 21).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2014 – Diamantopoulos vs SEAE

(Kawża F-53/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent fil-grad ta’ AD 12 - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment wara r-rikors - Motivazzjoni))

2014/C 102/64

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alkis Diamantopoulos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent fil-grad ta’ AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni tal-2012

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li ma tingħatax promozzjoni lil A. Diamantopoulos fil-grad AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni tal-2012 hija annullata.

2)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn A. Diamantopoulos.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013, p. 20.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/44


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Frar 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-118/11) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra dwar l-irtirar mhux volontarju ta’ uffiċjal u l-għoti ta’ allowance tal-invalidità - Deċiżjoni li ma tiddeċidix fuq l-oriġini professjonali tal-marda li ġġustifikat l-irtirar mhux volontarju - Obbligu tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrikonoxxi l-oriġini professjonali tal-marda - Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Neċessità li jitlaqqa Kumitat tal-Invalidità ġdid - Rilevanza ta’ deċiżjoni preċedenti adottata skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

2014/C 102/65

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tadotta deċiżjoni dwar l-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrent

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012, p. 70.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/45


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Frar 2014 – García Domínguez vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-155/12) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/215/11 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Motivazzjoni għal deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ kandidatura - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Kunflitt ta’ interessi))

2014/C 102/66

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Luis García Domínguez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċizjoni li r-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/215/11

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

L. García Domínguez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013, p. 26.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/45


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-11/14)

2014/C 102/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett

Annullament tal-kuntratt tar-rikorrent sa fejn dan jikklassifikah fil-grad AD5 u talba għal kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2013 sa fejn din tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AD5;

sa fejn ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jordna l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-pożizzjoni tar-rikorrent fi grad li jikkorrispondi għar-responsabbiltajiet tiegħu;

jordna lill-konvenut jislet il-konsegwenzi kollha, b’mod partikolari dawk pekunjarji, ta’ din il-klassifikazzjoni mill-ġdid, u dan retroattivament minn meta huwa daħal fil-kariga;

jikkumpensa d-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, stmat ex aequo et bono għas-somma ta’ EUR 5 000;

jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.


7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-13/14)

2014/C 102/68

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni minn qabel mogħtija għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ terapija għal pronunzja ta’ bin ir-rikorrent fil-kuntest tat-trattament tal-marda gravi tiegħu, għas-sena 2012/2013.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ April 2013 li tiċħad it-talba għall-estensjoni tar-rimbors tal-ispejjeż tat-terapija għal pronunzja ta’ bin ir-rikorrent fil-kuntest tat-trattament tal-marda gravi tiegħu, għas-sena 2012/2013.

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.