ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.039.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 39

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
8 ta' Frar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 039/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 31, 1.2.2014

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 039/02

Kawża C-40/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 — Gascogne Sack Deutschland GmbH, li kienet Sachsa Verpackung GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-boroż tal-plastik industrijali — Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

2

2014/C 039/03

Kawża C-50/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 — Kendrion NV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-boroż tal-plastik industrijali — Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja — Responsabbiltà in solidum tal-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa imposta fuq il-kumpannija sussidjarja — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

2

2014/C 039/04

Kawża C-58/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 — Groupe Gascogne SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-boroż tal-plastik industrijali — Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja — Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali tal-grupp għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu massimu tal-multa — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

3

2014/C 039/05

Kawża C-63/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2011/866/UE — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea — Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal — Metodu ta’ aġġustament — Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Klawżola ta’ eċċezzjoni — Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Deterjorament serju u għal għarrieda tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali — Aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal — Deċiżjoni tal-Kunsill — Rifjut li tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni)

3

2014/C 039/06

Kawża C-66/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea (Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea — Regolamenti tal-Persunal — Rikors għal annullament — Komunikazzjoni COM(2011) 829 finali — Proposta COM(2011) 820 finali — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Preżentazzjoni ta’ proposti abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Nuqqas tal-Kummissjoni — Rikors li ma għadx għandu skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

4

2014/C 039/07

Kawża C-196/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea — Regolamenti tal-Persunal — Aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Deċiżjoni tal-Kunsill — Rifjut li tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni — Nuqqas li tittieħed azzjoni — Inammissibbiltà)

4

2014/C 039/08

Kawża C-284/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Koblenz — il-Ġermanja) — Deutsche Lufthansa AG vs Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH (Għajnuna mill-Istat — Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE — Benefiċċji mogħtija minn impriża pubblika li topera ajruport lil kumpannija tal-ajru low cost — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ din il-miżura — Obbligu tal-qrati tal-Istati Membri li jikkonformaw ruħhom mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni f’din id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna)

5

2014/C 039/09

Kawża C-302/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X vs Minister van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 43 KE — Vetturi bil-mutur — Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur privata rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Intaxxar ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali kif ukoll fit-tieni Stat Membru meta tiġi rreġistrata — Vettura użata miċ-ċittadin ikkonċernat kemm għal finijiet privati kif ukoll sabiex imur, mill-Istat Membru ta’ oriġini, lejn il-post tax-xogħol li jinsab fl-ewwel Stat Membru)

6

2014/C 039/10

Kawża C-348/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Miżuri kontra l-industrija taż-żejt u tal-gass Iranjan — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura)

6

2014/C 039/11

Kawża C-494/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Ir-Renju Unit) — Dixons Retail plc vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Direttiva 2006/112/KE — Taxxa fuq il-valur miżjud — Provvista ta’ oġġetti — Kunċett — Użu frawdolenti ta’ kard bankarja)

7

2014/C 039/12

Kawża C-595/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-21 ta’ Novembru 2013 — Staatssecretaris van Financiën; il-parti l-oħra: Fiscale Eenheid X NV cs

7

2014/C 039/13

Kawża C-601/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Novembru 2013 — AMBISIG-Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica Lda vs NERSANT-Associação Empresarial da Região de Santarém, NÚCLEO INICIAL — Formação e Consultoria Lda

8

2014/C 039/14

Kawża C-606/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Sundsvall (l-Isvezja) fil-25 ta’ Novembru 2013 — OKG vs Skatteverket

8

2014/C 039/15

Kawża C-621/13 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2013 minn Orange, li qabel kienet France Télécom mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-258/10, Orange vs Il-Kummissjoni

8

2014/C 039/16

Kawża C-624/13 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 minn Iliad SA, Free infrastructure, Free SAS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-325/10, Iliad et vs Il-Kummissjoni

9

2014/C 039/17

Kawża C-625/13 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 minn Villeroy & Boch AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10, Villeroy & Boch AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

10

2014/C 039/18

Kawża C-626/13 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 minn Villeroy & Boch Austria GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10, Villeroy & Boch Austria GmbH et vs Il-Kummissjoni Ewropea

12

2014/C 039/19

Kawża C-627/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Proċeduri kriminali kontra Miguel M.

12

2014/C 039/20

Kawża C-628/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Jean-Bernard Lafonta vs Autorité des marchés financiers

13

2014/C 039/21

Kawża C-635/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Diċembru 2013 — SC ALKA CO SRL vs Autoritatea Națională a Vămilor — Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcția Generală a Finanțelor Publice a Municipiului București

13

2014/C 039/22

Kawża C-646/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Galați (ir-Rumanija) fil-5 ta’ Diċembru 2013 — Casa Județeană de Pensii Brăila vs E.S.

14

2014/C 039/23

Kawża C-649/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Versailles (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 2013 — Comité d’entreprise de Nortel Networks SA et, Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA vs Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA, Alan Robert Bloom et

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 039/24

Kawża T-171/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni (Fondi Ewropej għar-refuġjati — Azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-rifuġjati vittmi ta’ trawma psikoloġika — Proġett Refuġjati trawmatizzati fl-Unjoni: istituzzjonijiet, mekkaniżmi ta’ protezzjoni u prattika tajba — Ħlas tal-bilanċ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amminitrazzjoni tajba — Żball ta’ evalwazzjoni)

15

2014/C 039/25

Kawża T-399/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 — HSE vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Preżunzjoni tal-innoċenza — Multi — Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi għall-2006 — Ċirkustanzi attenwanti — Ksur imwettaq minħabba negliġenza — Ksur awtorizzat jew imħeġġeġ minn awtoritajiet pubbliċi)

15

2014/C 039/26

Kawża T-240/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Rilaxx intenzjonat ta’ OMĠ fl-ambjent — Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq — Opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA — Komitoloġija — Proċedura regolatorja — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Konstatazzjoni ex officio)

16

2014/C 039/27

Kawża T-58/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Nabipour et vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjoni fuq l-ammissjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ liġi — Żball ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament)

16

2014/C 039/28

Kawża T-117/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) — Kuntratti dwar il-proġetti Perform u Oasis — Sospensjoni tal-pagamenti — Irregolaritajiet ikkonstatati fil-kuntest tal-awditi marbuta ma’ proġetti oħra — Interessi moratorji)

17

2014/C 039/29

Kawża T-118/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) — Kuntratt li jikkonċerna l-proġett Persona — Sospensjoni tal-pagamenti — Irregolaritajiet ikkontestati fil-kuntest ta’ awditu dwar proġetti oħra — Interessi moratorji)

18

2014/C 039/30

Kawża T-156/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Sweet Tec vs UASI (Forma ovali) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ovali — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2014/C 039/31

Kawża T-165/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-informatika u ta’ servizzi ta’ eGovernment fl-Albanija — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Trasparenza — Obbligu ta’ motivazzjoni)

19

2014/C 039/32

Kawża T-438/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 — Forgital Italy vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Tariffa Doganali Komuni — Sospensjoni temporanja ta’ dazju awtonomu tat-tariffa doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd — Bdil fid-deskrizzjoni ta’ ċerti sospensjonijiet — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

19

2014/C 039/33

Kawża T-176/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2013 — Carbunión vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni dwar għajnuna biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li ma humiex kompetittivi — Annullament parzjali — Indiviżibbiltà — Inammissibbiltà)

20

2014/C 039/34

Kawża T-159/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2013 — Pri vs UASI — Belgravia Investment Group (PRONOKAL) (Tħassir tal-kawża — Talbiet imressqa matul ir-rinunzja għall-atti — Inammissibbiltà)

20

2014/C 039/35

Kawża T-579/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2013 — Istituto di vigilanza dell’Urbe vs Il-Kummissjoni (Proċedura għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Prestazzjoni ta’ servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan id-Djar tal-Unjoni Ewropea f’Ruma u Milano — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tal-eżiġenzi formali — Inammissibbiltà)

21

2014/C 039/36

Kawża T-595/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2013 — BSH Bosch u Siemens Hausgeräte vs UASI — LG Electronics (compressor technology)

21

2014/C 039/37

Kawża T-596/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Emsibeth vs UASI — Peek & Cloppenburg (Nael)

21

2014/C 039/38

Kawża T-599/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 — Cosmowell vs UASI — Haw Par (GELENKGOLD)

22

2014/C 039/39

Kawża T-606/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Mustang vs UASI — Dubek (20 CLASS A FILTER CIGARETTES Mustang)

22

2014/C 039/40

Kawża T-613/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — alfavet Tierarzneimittel vs UASI — Millet Innovation (Epibac)

23

2014/C 039/41

Kawża T-622/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 — Ratioparts-Ersatzteile vs UASI — Norwood Promotional Products Europe (NORTHWOOD professional forest equipment)

23

2014/C 039/42

Kawża T-636/13: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013 — TrekStor vs UASI — MSI Technology (MovieStation)

24

2014/C 039/43

Kawża T-640/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Sto vs UASI — Fixit Trockenmörtel Holding (CRETEO)

24

2014/C 039/44

Kawża T-647/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Meda vs UASI — Takeda (PANTOPREM)

25

2014/C 039/45

Kawża T-649/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — TrekStor vs UASI (SmartTV Station)

25

2014/C 039/46

Kawża T-654/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2013 — Gako Konietzko vs UASI (Forma ta’ pakkett)

26

2014/C 039/47

Kawża T-655/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2013 — Enercon vs UASI (Sfumaturi tal-kulur aħdar)

26

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 039/48

Kawża F-133/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — BV vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Ħatra — Kandidati inklużi fil-listi ta’ riżerva tal-kompetizzjonijiet li l-avviż dwarhom ġie ppubblikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Klassifikazzjoni fi grad — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Diskriminazzjoni minħabba l-età — Moviment liberu tal-persuni)

27

2014/C 039/49

Kawża F-142/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Simpson vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Promozzjoni — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 9 wara li temm b’eżitu pożittiv il-kompetizzjoni tal-grad AD 9 — Ugwaljanza fit-trattament)

27

2014/C 039/50

Kawża F-22/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Hall vs Il-Kummissjoni u CEPOL (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance għall-ulied dipendenti — Allowance tal-edukazzjoni — Ulied tal-konjuġi tar-rikorrent li ma jgħixux fid-dar tal-koppja — Kundizzjonijiet għall-għoti)

28

2014/C 039/51

Kawża F-68/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Lebedef vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rapport ta’ evalwazzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2010 — Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Talba għall-annullament tan-numru ta’ punti ta’ promozzjoni attribwiti)

28

2014/C 039/52

Kawża F-129/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — CH vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Assistenti parlamentari akkreditati — Rexissjoni antiċipata tal-kuntratt — Talba għal assistenza — Fastidju psikoloġiku)

28

2014/C 039/53

Kawża F-135/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Marenco vs REA (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Reklutaġġ — Sejħa għal espressjoni ta’ interess REA/2011/TA/PO/AD 5 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Regolarità tal-proċedura ta’ selezzjoni — Stabbiltà tal-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni)

29

2014/C 039/54

Kawża F-162/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2013 — CL vs EEA (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Leave tal-mard — Reintegrazzjoni — Dmir ta’ premura — Fastidju psikoloġiku)

29

2014/C 039/55

Kawża F-30/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2013 — Roda vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Pensjoni tas-superstiti — Mewt ta’ ex konjuġi — Pensjoni tal-manteniment — Proċedura prekontenzjuża — Rekwiżit ta’ lment — Tardività — Inammissibbiltà manifesta)

30

2014/C 039/56

Kawża F-2/10 RENV: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

30

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/1


2014/C 39/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 31, 1.2.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 24, 25.1.2014

ĠU C 15, 18.1.2014

ĠU C 9, 11.1.2014

ĠU C 377, 21.12.2013

ĠU C 367, 14.12.2013

ĠU C 359, 7.12.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 — Gascogne Sack Deutschland GmbH, li kienet Sachsa Verpackung GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-40/12 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż tal-plastik industrijali - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

2014/C 39/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Gascogne Sack Deutschland GmbH, li kienet Sachsa Verpackung GmbH (rappreżentanti: F. Puel u L. François-Martin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, Sachsa Verpackung vs Il-Kummissjoni (T-79/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 final, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), dwar akkordju fis-suq tal-boroż tal-plastik industrijali, u talba għal bidla tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Gascogne Sack Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 — Kendrion NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-50/12 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż tal-plastik industrijali - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja - Responsabbiltà in solidum tal-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa imposta fuq il-kumpannija sussidjarja - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

2014/C 39/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Kendrion NV (rappreżentanti: P. Glazener u T. Ottervanger, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, Kendrion vs Il-Kummissjoni (T-54/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 final, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), sa fejn din tirrigwarda lil Kendrion, fir-rigward ta’ akkordju fis-suq tal-boroż tal-plastik industrijali, kif ukoll talba għall-annullament jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Kendrion

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Kendrion NV hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 80, 17.03.2012.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 — Groupe Gascogne SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-58/12 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż tal-plastik industrijali - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali tal-grupp għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu massimu tal-multa - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

2014/C 39/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Group Gascogne SA (rappreżentanti: P. Hubert u E. Durand, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni (T-72/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali u t-talba għat-tibdil tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 final, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (Każ COMP/38.354 — Boroż industrijali), dwar akkordju fis-suq tal-boroż tal-plastik industrijali u talba għat-tibdil tal-imsemmija deċiżjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Groupe Gascogne SA hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-63/12) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni 2011/866/UE - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea - Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal - Metodu ta’ aġġustament - Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Klawżola ta’ eċċezzjoni - Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Deterjorament serju u għal għarrieda tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali - Aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - Deċiżjoni tal-Kunsill - Rifjut li tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni)

2014/C 39/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, D. Martin u J.-P. Keppenne, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u S. Seyr, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, D. Hadroušek u J. Vláčil, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u N. Graf Vitzthum, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Bulterman, aġenti), Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u J. Beeko, assistit minn R. Palmer, barrister)

Suġġett

Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/866/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2011, li tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 341, p. 54) — Nuqqas ta’ osservanza tal-metodu ta’ aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal l-oħra tal-Unjoni Ewropea — Użu ħażin ta’ poter — Ksur tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-Artikoli 1, 3 u 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Ksur tal-prinċipju “patere legem quam ipse fecisti” — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali — Nuqqas ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-66/12) (1)

(Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea - Regolamenti tal-Persunal - Rikors għal annullament - Komunikazzjoni COM(2011) 829 finali - Proposta COM(2011) 820 finali - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Preżentazzjoni ta’ proposti abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Nuqqas tal-Kummissjoni - Rikors li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2014/C 39/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, D. Hadroušek u J. Vláčil, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u M. C. Thorning, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u N. Graf Vitzthum, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, aġent, assistit minn C. Toland, BL, u A. Joyce, solicitor), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u J.-S. Pilczer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: I. Kalniņš u A. Nikolajeva, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Bulterman, aġenti), Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u J. Beeko, aġenti, assistiti minn R. Palmer, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, D. Martin u J.-P. Keppenne, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011)829 finali, tal-24 ta’ Novembru 2011, dwar ir-rifjut li tissottometti proposti abbażi tal-“klawsola ta’ eċċezzjoni” li tinsab fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li jaffettwaw dawn ir-remunerazzjonijiet u dawn il-pensjonijiet — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas illegali tal-Kummissjoni li tissottometti proposti abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-196/12) (1)

(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea - Regolamenti tal-Persunal - Aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Deċiżjoni tal-Kunsill - Rifjut li tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni - Nuqqas li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà)

2014/C 39/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, D. Martin u J.-P. Keppenne, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u S. Seyr, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Bulterman, aġenti), Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u J. Beeko, aġenti, assistiti minn R. Palmer, barrister)

Suġġett

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas illegali tal-Kummissjoni li tadotta l- proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom — Rifjut li jiġu adattati l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għall-postijiet ta’ assenjazzjoni — Ksur tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-Artikoli 1, 3 u 10 tal-Anness XI tagħhom.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 184 23.06.2012


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Koblenz — il-Ġermanja) — Deutsche Lufthansa AG vs Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH

(Kawża C-284/12) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE - Benefiċċji mogħtija minn impriża pubblika li topera ajruport lil kumpannija tal-ajru low cost - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ din il-miżura - Obbligu tal-qrati tal-Istati Membri li jikkonformaw ruħhom mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni f’din id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna)

2014/C 39/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG

Konvenuta: Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Koblenz — Interpretazzjoni tal-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE kif ukoll tal-Artikolu 2(b)(i) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE, tas-16 ta’ Novembru 2006, dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU 2008, L 348M, p. 906) — Għajnuna mill-Istat — Benefiċċji mogħtija minn impriża pubblika li topera ajruport lil kumpannija tal-ajru low cost — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li twettaq eżami formali ta’ din l-għajnuna — Obbligu eventwali tal-qrati tal-Istati Membri li jikkonformaw mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-natura selettiva ta’ din l-għajnuna

Dispożittiv

Meta, skont l-Artikolu 108(3) TFUE, il-Kummissjoni Ewropea tkun fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fil-paragrafu 2 tal-istess artikolu fir-rigward ta’ miżura mhux notifikata li tkun fi stadju ta’ implementazzjoni, qorti nazzjonali, adita b’talba għall-waqfien tal-implementazzjoni ta’ din il-miżura u għall-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa, hija marbuta tadotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiddeduċi l-konsegwenzi ta’ ksur eventwali tal-obbligu ta’ sospensjoni tal-implementazzjoni tal-istess miżura.

Għal dan il-għan, il-qorti nazzjonali tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-implementazzjoni tal-miżura inkwistjoni u li tordna l-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa. Hija tista’ tiddeċiedi wkoll li tordna miżuri provviżorji sabiex tissalvagwardja, minn naħa, l-interessi tal-partijiet ikkonċernati, u, min-naħa l-oħra, l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Meta l-qorti nazzjonali jkollha dubji fuq il-punt dwar jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE jew fir-rigward tal-validità jew l-interpretazzjoni tad-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, hija tista’, minn naħa, titlob lill-Kummissjoni Ewropea kjarifiki, u, min-naħa l-oħra, hija tista’ jew għandha, skont it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 267 TFUE, tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X vs Minister van Financiën

(Kawża C-302/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 43 KE - Vetturi bil-mutur - Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur privata rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Intaxxar ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali kif ukoll fit-tieni Stat Membru meta tiġi rreġistrata - Vettura użata miċ-ċittadin ikkonċernat kemm għal finijiet privati kif ukoll sabiex imur, mill-Istat Membru ta’ oriġini, lejn il-post tax-xogħol li jinsab fl-ewwel Stat Membru)

2014/C 39/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent(i): X

Konvenut: Minister van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa ta’ reġistrazzjoni matul l-ewwel użu ta’ vettura fuq in-netwerk nazzjonali tat-toroq — Taxxa dovuta minn persuna li tirrisjedi f’żewġ Stati Membri, inkluż l-Istat Membru inkwistjoni, u li juża l-vettura fit-tul — Vettura reġistrata fl-Istat Membru l-ieħor — Eżerċizzju ta’ kompetenzi fiskali miż-żewġ Stati Membri

Dispożittiv

L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta għal taxxa, meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali, vettura bil-mutur irreġistrata li diġà kienet suġġetta għal taxxa minħabba r-reġistrazzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor, meta din il-vettura tkun intiża sabiex essenzjalment u effettivament tintuża fit-tul f’dawn iż-żewġ Stati Membri jew tkun, fil-fatt, użata b’dan il-mod, sakemm din it-taxxa ma tkunx diskriminatorja.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-348/12 P) (1)

(Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Miżuri kontra l-industrija taż-żejt u tal-gass Iranjan - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura)

2014/C 39/10

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, agenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u E. Cujo, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2012, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft (T-509/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat, sa fejn kienet tikkonċerna lil Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 335M, p. 969), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li timmodifika d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1) — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan tal-prevenzjoni tal-proliferazzjoni nukleari — Lista ta’ persuni, organi u entitajiet li fir-riġward tagħhom japplika l-iffriżar tal-fondi — Żbalji ta’ liġi — Ammissibbiltà — Kwalità ta’ organizzazzjoni governattiva tal-entità kkonċernata — Invokabbiltà tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali min-naħa ta’ tali organizzazzjoni — Oneru tal-prova

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ April 2012, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill (T-509/10), hija annullata.

(2)

Ir-rikors għal annullament ta’ Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, huwa miċħud.

(3)

Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kemm fil-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Ir-Renju Unit) — Dixons Retail plc vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-494/12) (1)

(Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Provvista ta’ oġġetti - Kunċett - Użu frawdolenti ta’ kard bankarja)

2014/C 39/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dixons Retail plc

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 14(1) u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kunċett ta’ “provvista ta’ merkanzija” — Kunsinna wara xirja magħmula permezz tal-użu mhux awtorizzat u frawdolenti ta’ kard tal-kreditu

Dispożittiv

L-Artikoli 2(1), 5(1) u 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll 2(1)(a), 14(1) u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-trasferiment fiżiku ta’ oġġett lil xerrej li juża b’mod frawdolenti kard bankarja bħala mezz ta’ ħlas jikkostitwixxi “provvista ta’ oġġetti” fis-sens tal-imsemmija Artikoli 2(1), 5(1), 2(1)(a) u 14(1), u li, fil-kuntest ta’ tali trasferiment, il-ħlas magħmul minn terz, skont ftehim konkluż bejn dan tal-aħħar u l-fornitur ta’ dan l-oġġett, li permezz tiegħu dan it-terz intrabat li jħallas lil dan il-fornitur l-oġġetti mibjugħa minnu lil xerrejja li jużaw tali karda bħal mezz ta’ ħlas, jikkostitwixxi “konsiderazzjoni” fis-sens tal-Artikoli 11A(1)(a) u 73.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-21 ta’ Novembru 2013 — Staatssecretaris van Financiën; il-parti l-oħra: Fiscale Eenheid X NV cs

(Kawża C-595/13)

2014/C 39/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Il-parti l-oħra: Fiscale Eenheid X NV cs

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva (1), fil-frażi introduttorja u fil-paragrafu (d)(6) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija maħluqa minn iktar minn investitur wieħed li l-uniku għan tagħha huwa li tinvesti l-patrimonju li huma akkumulaw fil-proprjetà immobbli tista’ tiġi ikkunsidrata bħala fond speċjali ta’ investiment fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: l-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva, fil-frażi introduttorja u fil-paragrafu (d)(6) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “immaniġġjar” ikopri wkoll il-ġestjoni effettiva tal-proprjetà immobbli tal-kumpannija li din tal-aħħar fdat f’idejn terzi?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Novembru 2013 — AMBISIG-Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica Lda vs NERSANT-Associação Empresarial da Região de Santarém, NÚCLEO INICIAL — Formação e Consultoria Lda

(Kawża C-601/13)

2014/C 39/13

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AMBISIG-Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica Lda

Konvenuti: NERSANT-Associação Empresarial da Região de Santarém, NÚCLEO INICIAL — Formação e Consultoria Lda

Domanda preliminari

Għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, ta’ natura intellettwali, ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni, huwa kompatibbli mad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu, u l-emendi rispettivi tagħha, li jiġi stabbilit, fost il-fatturi li jifformaw il-kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, fattur ta’ evalwazzjoni tat-timijiet konkretament proposti mill-offerenti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, fid-dawl tal-kostituzzjoni differenti tagħhom, l-esperjenza pprovata tagħhom u l-analiżi tal-kurrikulu tagħhom?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Sundsvall (l-Isvezja) fil-25 ta’ Novembru 2013 — OKG vs Skatteverket

(Kawża C-606/13)

2014/C 39/14

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Sundsvall

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OKG AB

Konvenut: Skatteverket

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), jipprovdi li “livell ta’ tassazzjoni” huwa l-piż totali intaxxat fir-rigward tat-taxxi indiretti kollha (ħlief il-VAT), ikkalkulat direttament jew indirettament fuq il-kwantità ta’ elettriku meta din tiġi rilaxxata għall-konsum. L-Artikolu 21(5) tal-istess direttiva jipprovdi li l-elettriku għandu jkun suġġett għat-tassazzjoni u li t-taxxa għandha tkun dovuta meta ssir il-provvista tal-elettriku mid-distributur jew ridistributur. Dawn l-artikoli jipprekludu taxxa imposta fuq il-kapaċità termali tar-reatturi nukleari?

(2)

Taxxa fuq il-kapaċità termali tikkostitwixxi dazju tas-sisa impost direttament jew indirettament fuq il-konsum tal-prodotti (imsejħa prodotti suġġetti għad-dażju tas-sisa) previsti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KE (2)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KE (ĠU L 9, p. 12).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/8


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2013 minn Orange, li qabel kienet France Télécom mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-258/10, Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-621/13 P)

2014/C 39/15

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Orange, li qabel kienet France Télécom (rappreżentanti: H. Viaene u D. Gillet, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża, Dipartiment ta’ Hauts-de-Seine, Sequalum SAS

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Kawża T-258/10, Orange vs Il-Kummissjoni Ewropea, u, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi neċessarji kollha sabiex tiddeċiedi b’mod definittiv hija stess fuq il-mertu tal-kawża, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ Delega ta’ Servizz Pubbliku (DSP) għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment ta’ Hauts-de-Seine (Għajnuna mill-Istat Nru N 331/2008 — Franza);

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tkompli tisma’ l-kawża;

tikkundanna lill-Kummissjoni, lid-Dipartiment u lil Sequalum għall-ispejjeż kollha tal-kawża, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż inkorsi mir-Repubblika Franċiża;

tiddikjara li r-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqajjem erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Fl-ewwel lok, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, ibbażat fuq l-Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, għaliex il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod insuffiċjenti u kontradittorju fuq motiv dwar l-assenza ta’ falliment tas-suq. L-appellanti tilmenta b’mod iktar partikolari li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tagħha dwar il-fatt li l-proġett THD 92 ma setax jiġi kklassifikat bħala servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, minħabba l-assenza ta’ falliment tas-suq li tirriżulta mill-preżenza ta’ operaturi kompetituri li joffru servizzi analogi.

Fit-tieni lok, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tal-mument li fih għandha tiġi evalwata l-eżistenza ta’ tali falliment tas-suq. Fil-fatt, skont l-appellanti, huwa fil-mument li fih tiġi adottata l-miżura intiża sabiex tikkumpensa għal falliment tas-suq li dan il-falliment għandu jiġi evalwat.

Fit-tielet lok, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni li għamlet tal-paragrafu 78 tal-Linji gwida (1), meta kkunsidrat li l-“analiżi dettaljata” li għaliha għandha tkun suġġetta kull għajnuna mill-Istat prevista f’żona sewda tradizzjonali, ma timplikax il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita bl-Artikolu 108(2) TFUE.

Fl-aħħar lok, l-appellanti tqis li l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali li ż-żoni li r-rata ta’ ritorn intern tagħhom tinsab bejn 9 u 10.63 % ma jingħatawx kumpens, hija manifestament żbaljata. Għalhekk, il-konsegwenzi legali li l-Qorti Ġenerali siltet minn din il-konstatazzjoni, jiġifieri l-assenza ta’ kumpens żejjed, u għaldaqstant, il-konformità tal-proġett inkwistjoni mat-tielet kriterju tal-ġurisprudenza Altmark, huma żbaljati.


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida Komunitarji għall-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mat-tusigħ rapidu tan-netwerks tal-faxx wiesa’ (ĠU 2009, C 235, p. 7).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/9


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 minn Iliad SA, Free infrastructure, Free SAS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-325/10, Iliad et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-624/13 P)

2014/C 39/16

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Iliad, Free infrastructure, Free SAS (rappreżentant: T. Cabot, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Polonja, id-Dipartiment ta’ Hauts-de-Seine

Talbiet tal-appellanti

tannulla kompletament is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-325/10, Iliad, Free infrastructure u Free vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza mill-kumpanniji Iliad, Free infrastructure u Free billi tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għall-ispejjeż għal Delegazzjoni ta’ Servizz Pubbliku (DSP) għall-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità kbira ħafna fid-Dipartiment ta’ Hauts-de-Seine (Għajnuna mill-Istat N 331/2008 — Franza) jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-kawża hija fi stat li tiġi deċiża;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq il-kawża;

tirriżerva l-ispejjeż jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw sitt aggravji.

Fl-ewwel lok, l-appellanti jikkunsidraw li l-Qorti Ġenerali naqset milli tosserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, sa fejn din ma rrispondietx għall-parti tal-motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-Kummissjoni, tal-obbligu tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-indizju bbażat fuq l-impenji meħudin mill-awtoritajiet Franċiżi, li jagħti indikazzjoni ta’ diffikultà serja li l-Kummissjoni ltaqgħet magħha u li abbażi tagħha l-Kummissjoni kienet obbligata li tiftaħ din il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Fit-tieni lok, huma jilmentaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta hija kkalkolat it-tul tal-proċedura ta’ investigazzjoni preliminari mwettqa mill-Kummissjoni. Minn naħa, huma jqiesu li n-notifika mwettqa minn Franza ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala kkompletata fiż-żmien meħtieġ, u konsegwentement, ma kellhiex tiġi kkunsidrata. Min-naħa l-oħra, huma jikkunsidraw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kklassifikat talba għal osservazzjonijiet “eventwali” fformulata mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Franċiżi bħala talba għal informazzjoni addizzjonali fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1).

Fit-tielet lok, huma jinvokaw aggravju ta’ ordni pubbliku bbażat fuq żball ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali, sa fejn din ma rrilevatx ex officio li l-Kummissjoni ma setgħetx tiddikjara l-għajnuna inkwistjoni kompatibbli mat-Trattat, peress li n-notifika ta’ din l-għajnuna kellha tiġi kkunsidrata bħala rtirata, b’applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Peress li l-awtoritajiet Franċiżi fil-fatt ma wieġbux fit-termini għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali, in-notifika ikkontestata kellha tiġi rtirata b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tal-imsemmi regolament. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq il-miżura nnotifikata, fatt li kien imissha rrilevat ex officio l-Qorti Ġenerali fid-deċiżjoni appellata.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tan-nuqqas fis-suq. Dan l-iżball ta’ liġi jirriżulta mill-fatt li l-Qorti Ġenerali applikat it-test tal-universalità minflok it-test tan-nuqqas fis-suq li jirriżulta mill-ġurisprudenza Olsen, li jikkonsisti fil-verifika ta’ jekk kompetituri kinux jeżerċitaw servizz analogu u mhux servizz universali.

Fil-ħames lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni Ewropea sabiex tevalwa n-nuqqas fis-suq. L-iżball ta’ liġi jirriżulta, minn naħa, mill-investigazzjoni tan-nuqqas fis-suq limitata għad-data relatata mas-snin 2004 u 2005, u min-naħa l-oħra, mill-assenza ta’ analiżi prospettiva tas-suq sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza tan-nuqqas fis-suq għat-tul kollu tal-applikazzjoni tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali.

Fl-aħħar lok, l-appellanti jilmentaw li l-motivi tal-Qorti Ġenerali kienu kontradittorji.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/10


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 minn Villeroy & Boch AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10, Villeroy & Boch AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-625/13 P)

2014/C 39/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Klusmann, avukat, S. Thomas)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10, sa fejn din tiċħad ir-rikors fir-rigward tal-appellanti;

sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 finali tal-konvenuta, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mis-sentenza appellata, sa fejn din tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod xieraq l-ammont tal-multa imposta kontra l-appellanti mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tat-23 ta’ Ġunju 2010;

iktar sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni mill-ġdid;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-kuntest tal-ewwel sitt aggravji tagħha, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li setgħet tikkundanna lill-appellanti abbażi ta’ provi li jikkonċernaw il-ksur allegatament imwettaq fi Franza, filwaqt li evalwat dawn il-provi b’mod kompletament differenti f’kawżi paralleli (1). L-appellanti tikkunsidra li tali approċċ jikser il-prinċipju ta’ benefiċċju tad-dubju u r-regoli tal-loġika, peress li tali evalwazzjoni ma tistax timplika riżultat differenti għad-detriment tagħha.

Fil-kuntest tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali imputat fil-konfront tagħha, bħala manifattur ta’ prodotti sanitarji taċ-ċeramika, il-ksur imwettaq mill-Italja mill-impriżi mhux kompetittivi (jiġifieri manifatturi ta’ prodotti ta’ rubinetterija), minkejja li hija stess ma pparteċipatx f’laqgħat tal-akkordju preżunt. Barra minn hekk, l-appellanti tikkunsidra, fir-rigward ta’ dan il-punt, li l-Qorti Ġenerali ddikjarat, f’kawżi paralleli dwar il-kompetituri tal-appellanti (2), li l-impriżi mhux kompetittivi ma setgħux jallegaw li kien hemm aġir li jikkostitwixxi ksur, inkluż jekk kienu preżenti waqt l-allegat ksur imwettaq mill-manifatturi ta’ prodotti ta’ rubinetterija. Minbarra inugwaljanza fit-trattament li kienet manifestament diskriminatorja għad-detriment tal-appellanti, is-sentenza appellata tikser il-prinċipju ta’ benefiċċju tad-dubju u r-regoli ta’ loġika. Fil-fatt, meta l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-istess fatt jista’ jagħti lok għal żewġ evalwazzjonijiet differenti, għandha tintgħażel l-evalwazzjoni l-inqas vinkolanti għall-kumpanniji ssanzjonati u mhux, bħal fil-kawża ineżami, l-evalwazzjoni l-iktar sfavorevoli.

Fir-rigward tat-tielet aggravju dwar il-ksur kumpless imwettaq fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-appellanti tikkontesta n-nuqqas ta’ legalità ta’ deċiżjoni ta’ natura dikjaratorja bbażata fuq fatti preskritti. L-appellanti tikkunsidra wkoll li l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma humiex koerenti fil-motivi u fid-dispożittiv tas-sentenza. Id-dispożittiv huwa fil-fatt imfassal b’mod iktar wiesa’ mill-konstatazzjonijiet fattwali li jinsabu fil-motivi tas-sentenza. Peress li d-dispożittiv ma huwiex sostnut minn motivi, is-sentenza appellata hija vvizzjata minn nuqqas gravi ta’ motivazzjoni, u dan jikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 81 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Fil-kuntest tar-raba’ aggravju, l-appellanti ssostni, essenzjalment, li fir-rigward tal-Belġju, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni diversi fatti rilevanti, minkejja li l-Qorti Ġenerali stess kienet irrilevathom waqt is-seduta.

L-ilmenti mqajma fil-kuntest tal-ħames aggravju jikkonċernaw il-konstatazzjonijiet dwar il-ksur imwettaq fil-Ġermanja. L-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali injorat jew biddlet il-proposti tagħha dwar dan is-suġġett. Hija ssostni, barra minn hekk, li diversi konstatazzjonijiet dwar skambju ta’ informazzjoni allegatament illegali dwar l-Artikolu 101(1) TFUE ma jistgħux jiġu difiżi fid-dritt.

Fil-kuntest tas-sitt aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi waqt l-analiżi tal-ksur imwettaq fl-Awstrija.

Fil-kuntest tas-seba’ aggravju, l-appellanti tikkunsidra li l-fatt li ġie allegat fil-konfront tagħha, b’inferenza, ksur imwettaq minn impriżi legalment indipendenti jikser il-prinċipju “nulla poena sine culpa”.

Fil-kuntest tat-tmien aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali legalment ikkwalifikat diversi prattiki bi ksur uniku, kumpless u kontinwu (single complex and continuous infringement, iktar ’il quddiem “SCCI”), meta dawn il-prattiki kienu indipendenti kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-fatti u li tali kwalifika ma kinitx iġġustifikata minħabba li l-prattiki kkunsidrati flimkien ma kinux komplementari. Fl-approċċ adottat mill-Qorti Ġenerali, skont l-appellanti, il-kunċett ġuridiku ta’ SCCI jikser il-prinċipju ta’ smigħ xieraq.

Fil-kuntest tad-disa’ aggravju, ir-rikorrenti tikkunsidra li, fin-nuqqas ta’ parteċipazzjoni diretta fil-ksur, ma kienx possibbli li tiġi imposta multa in solidum, minkejja li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ legalità u l-prinċipju ta’ responsabbiltà personali.

Fil-kuntest tal-għaxar aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fit-twettiq tal-hekk imsejħa “light review” u tallega li l-Qorti Ġenerali ma eżerċitatx korrettament il-kontroll tagħha u għalhekk ma żguratx l-osservanza tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja stabbilit fid-dritt tal-Unjoni.

Fil-kuntest tal-ħdax-il aggravju, l-appellanti ssostni li l-multa ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali hija fi kwalunkwe każ sproporzjonata. Fid-dawl tal-fatt li ċerti provi inkriminanti kienu annullati mill-Qorti Ġenerali u li provi oħra għandhom ukoll jiġu annullati minħabba motivazzjoni legali żbaljata, la tista’ tiġi kkunsidrata bħala proporzjonata u lanqas bħala legali ż-żamma tas-sanzjoni legali massima imposta mill-Qorti Ġenerali (jiġifieri 10 % tad-dħul mill-bejgħ tal-grupp). Peress li l-parti l-kbira tal-fatti mressqa sabiex jiġġustifikaw il-ksur ma kinux validi, ma huwiex possibbli li jiġi kkunsidrat, fid-dawl tan-nuqqas manifest ta’ prova u ta’ rabta kawżali kif ukoll tan-natura mhux imputabbli tal-prattiki, li SCCI twettaq għal għaxar snin fir-rigward ta’ 3 gruppi ta’ prodotti f’6 pajjiżi differenti. Jekk ikun possibbli, jekk huwiex possibbli li jiġi kkunsidrat jekk ksur speċifiku twettaqx fuq livell lokali, tali ksur fl-ebda każ ma jiġġustifika l-gravità tas-sanzjoni imposta. Il-kawża inkwistjoni hija ’l bogħod milli tikkostitwixxi każ serju ħafna, li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni u għalhekk naqset milli serjament tikkunsidra l-kriterji ta’ evalwazzjoni li għandha tinterpreta.


(1)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013, Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni (T-379/10 u T-381/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

(2)  Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013, Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni (T-379/10 u T-381/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni (T-380/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/12


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 minn Villeroy & Boch Austria GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10, Villeroy & Boch Austria GmbH et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-626/13 P)

2014/C 39/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Villeroy & Boch Austria GmbH (rappreżentanti: A Reidlinger u J. Weichbrodt, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10, sa fejn din tiċħad ir-rikors fir-rigward tal-appellanti;

sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-konvenuta C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010 fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mis-sentenza appellata, sa fejn din tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod xieraq l-ammont tal-multa imposta kontra l-appellanti mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tat-23 ta’ Ġunju 2010;

iktar sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni mill-ġdid;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Fil-kuntest tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar l-eżistenza ta’ allegat ksur fl-Awstrija huma vvizzjati bi żball ta’ liġi. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali bbażat is-sentenza fuq konstatazzjonijiet u motivazzjonijiet li ma kinux is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata jew tal-ilmenti. Barra minn hekk, l-appellanti tikkontesta li diversi argumenti rilevanti mressqa minnha ma ttiħdux inkunsiderazzjoni jew ġew irrappreżentati skorrettament.

(2)

Fil-kuntest tat-tieni aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali legalment ikkwalifikat diversi prattiki bi ksur uniku, kumpless u kontinwu (single complex and continuous infringement, iktar ’il quddiem “SCCI”), meta dawn il-prattiki kienu indipendenti kemm skont il-liġi kif ukoll skont il-fatti u li tali kwalifika ma kinitx iġġustifikata minħabba li l-prattiki kkunsidrati flimkien ma kinux komplementari. Fl-approċċ adottat mill-Qorti Ġenerali, skont l-appellanti, il-kunċett ġuridiku ta’ SCCI jikser il-prinċipju ta’ smigħ xieraq.

(3)

Fil-kuntest tat-tielet aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fit-twettiq tal-hekk imsejħa “light review” u tallega li l-Qorti Ġenerali ma eżerċitatx korrettament il-kontroll tagħha u għalhekk ma żguratx l-osservanza tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja stabbilit fid-dritt tal-Unjoni.

(4)

Fil-kuntest tar-raba’ aggravju, l-appellanti ssostni li l-multa ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali hija fi kwalunkwe każ sproporzjonata. Fid-dawl tal-fatt li ċerti provi inkriminanti kienu annullati mill-Qorti Ġenerali u li provi oħra għandhom ukoll jiġu annullati minħabba motivazzjoni legali żbaljata, la tista’ tiġi kkunsidrata bħala proporzjonata u lanqas bħala legali ż-żamma tas-sanzjoni legali massima imposta mill-Qorti Ġenerali (jiġifieri 10 % tad-dħul mill-bejgħ tal-grupp). Peress li l-parti l-kbira tal-fatti mressqa sabiex jiġġustifikaw il-ksur ma kinux validi, ma huwiex possibbli li jiġi kkunsidrat, fid-dawl tan-nuqqas manifest ta’ prova u ta’ rabta kawżali kif ukoll tan-natura mhux imputabbli tal-prattiki, li SCCI twettaq għal għaxar snin fir-rigward ta’ 3 gruppi ta’ prodotti f’6 pajjiżi differenti. Jekk ikun possibbli, jekk huwiex possibbli li jiġi kkunsidrat jekk ksur speċifiku twettaqx fuq livell lokali, tali ksur fl-ebda każ ma jiġġustifika l-gravità tas-sanzjoni imposta. Il-kawża inkwistjoni hija ’l bogħod milli tikkostitwixxi każ serju ħafna, li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni u għalhekk naqset milli serjament tikkunsidra l-kriterji ta’ evalwazzjoni li għandha tinterpreta.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Proċeduri kriminali kontra Miguel M.

(Kawża C-627/13)

2014/C 39/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partiji fil-kawża prinċipali

Miguel M.

Domanda preliminari

Il-prodotti mediċinali kif iddefiniti mid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1) , li fihom sustanzi kklassifikati msemmija fir-Regolamenti Nru 273/2004 (2) u Nru 111/2005 (3) , huma dejjem esklużi, skont l-Artikolu 2(a) ta’ kull wieħed minn dawn ir-regolamenti, mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, jew dan huwa l-każ biss meta hemm lok li jiġi preżunt li l-prodotti mediċinali huma komposti b’tali mod li s-sustanzi kklassifikati la jistgħu jiġu sempliċement użati u lanqas estratti permezz ta’ mezzi intiżi għall-implementazzjoni jew li huma ekonomikament vijabbli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.

(2)  Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2005, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU L 333M, p. 472).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Jean-Bernard Lafonta vs Autorité des marchés financiers

(Kawża C-628/13)

2014/C 39/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jean-Bernard Lafonta

Konvenuta: Autorité des marchés financiers

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (1) u tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistgħu jikkostitwixxu biss informazzjoni minn ġewwa ta’ natura preċiża fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet dawk li huwa possibbli li jiġu dedotti, bi grad suffiċjenti ta’ probabbiltà, li l-influwenza potenzjali tagħhom fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati tiġi eżerċitata f’sens speċifiku, ladarba dawn isiru pubbliċi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 367.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 348.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Diċembru 2013 — SC ALKA CO SRL vs Autoritatea Națională a Vămilor — Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcția Generală a Finanțelor Publice a Municipiului București

(Kawża C-635/13)

2014/C 39/21

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC ALKA CO SRL

Konvenuta: Autoritatea Națională a Vămilor — Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcția Generală a Finanțelor Publice a Municipiului București

Domandi preliminari

(1)

Iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra (ħaxix) fil-qoxra, intiża li tiġi sottomessa għal trattament termiku u mekkaniku sabiex tintuża għall-konsum mill-bniedem (bħala ikel li huwa snack) għandha tiġi kklassifikata taħt l-intestatura tariffarja 1207 — subintestatura tariffarja 1207999710, jew taħt l-intestatura tariffarja 1209 — subintestatura tariffarja 1209919010 tan-nomenklatura magħquda tal-merkanzija?

(2)

Iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra (ħaxix) fil-qoxra, intiża li tiġi sottomessa għal trattament termiku u mekkaniku sabiex tintuża għall-konsum mill-bniedem (bħala ikel li huwa snack) għandha tiġi kklassifikata, skont in-noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda, taħt l-intestatura tariffarja 1207 — subintestatura tariffarja 1207999710 — jew taħt l-intestatura tariffarja 1209 — subintestatura tariffarja 1209919010?

(3)

Jekk teżisti kuntradizzjoni bejn il-klassifikazzjoni tariffarja li tirriżulta mit-tariffa doganali komuni u dik li tirriżulta min-noti ta’ spjega għal dak li jirrigwarda l-istess prodott (żerriegħa tal-qargħa ħamra — ħaxix — fil-qoxra), liema minn dawn il-klassifikazzjonijiet tariffarji japplikaw fil-każ ineżami?

(4)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 109(a), 110 u 256(3) tar-Regolament Nru°2454/93 (1), proċeduri amministrattivi speċjali bħas-sottomissjoni ta’ talba jew il-preżentazzjoni quddiem ċerta awtorità huma neċessarji sabiex iċ-ċertifikat EUR.1 jipproduċi l-effett speċifiku tiegħu jiġifieri li l-organi doganali japplikaw l-iskema tariffarja doganali preferenzjali prevista fl-Artikolu 98 tal-imsemmi regolament?


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Galați (ir-Rumanija) fil-5 ta’ Diċembru 2013 — Casa Județeană de Pensii Brăila vs E.S.

(Kawża C-646/13)

2014/C 39/22

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Galați

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Casa Județeană de Pensii Brăila

Konvenuta: E.S.

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeskludu l-applikazzjoni ta’ konvenzjoni bilaterali fil-qasam tas-sigurtà soċjali li tkun ġiet stipulata qabel l-applikazzjoni tar-regolament u li ma tidhirx fl-Anness II tar-regolament, minkejja li l-iskema applikabbli skont il-konvenzjoni bilaterali tirriżulta bħala iktar favorevoli għall-persuna assigurata minn dik li tkun applikata abbażi tar-regolament?

(2)

Fl-evalwazzjoni tan-natura iktar favorevoli tal-konvenzjoni bilaterali, l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jimponi limitazzjoni tal-interpretazzjoni ġuridika tal-ftehim bilaterali jew għandha tiġi eżaminata wkoll il-modalità konkreta ta’ applikazzjoni tiegħu (fir-rigward tal-portata tal-ammont tal-pensjoni li tista’ tingħata minn kull Stat, li l-ħlas tagħha jiġi ddeterminat skont l-applikazzjoni/nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ftehim permezz tar-regolament)?

(3)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda (fis-sens li ma hijiex eskluża l-applikazzjoni tal-konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali), tista’ tiġi kkunsidrata iktar favorevoli, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, sistema legali li abbażi tagħha Stat firmatarju tal-konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali jirrikonoxxi perijodu kontributtiv iqsar minn dak li jkun effettivament ġie akkumulat, u l-imsemmi Stat iħallas pensjoni għal ammont ikbar minn dak li jkun dovut fl-Istat kofermatarju jekk ikun rikonoxxut il-perijodu kontributtiv sħiħ?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Versailles (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 2013 — Comité d’entreprise de Nortel Networks SA et, Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA vs Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA, Alan Robert Bloom et

(Kawża C-649/13)

2014/C 39/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Comité d’entreprise de Nortel Networks SA et, Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA

Konvenuti: Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA, Alan Robert Bloom et

Domandi preliminari

Il-qorti tal-Istat tal-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji għandha ġurisdizzjoni, esklużivament jew alternattivament mal-qorti tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedura prinċipali, sabiex tiddeċiedi fuq id-determinazzjoni tal-beni tad-debitur li jidħlu fil-parametri tal-effetti tal-proċedimenti sekondarji skont l-Artikoli 2(g), 3(2) u 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (1) u, fil-każ ta’ ġurisdizzjoni esklużiva jew alternattiva, id-dritt applikabbli huwa dak tal-proċedimenti prinċipali jew dak tal-proċedimenti sekondarji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.


Il-Qorti Ġenerali

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-171/08) (1)

(Fondi Ewropej għar-refuġjati - Azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-rifuġjati vittmi ta’ trawma psikoloġika - Proġett ‘Refuġjati trawmatizzati fl-Unjoni: istituzzjonijiet, mekkaniżmi ta’ protezzjoni u prattika tajba’ - Ħlas tal-bilanċ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amminitrazzjoni tajba - Żball ta’ evalwazzjoni)

2014/C 39/24

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Claus, sussegwentement C. Otto, S. Reichmann u L.-J. Schmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Grünheid u B. Simon, sussegwentement S. Grünheid, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tas-7 ta’ Marzu 2008, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt ta’ sussidju JAI/2004/ERF/073, dwar finanzjament Komunitarju ta’ azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-refuġjati vittmi ta’ trawma psikoloġika.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 — HSE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/09) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Preżunzjoni tal-innoċenza - Multi - Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi għall-2006 - Ċirkustanzi attenwanti - Ksur imwettaq minħabba negliġenza - Ksur awtorizzat jew imħeġġeġ minn awtoritajiet pubbliċi)

2014/C 39/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Holding Slovenske elektrarne d.o.o. (HSE) (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: F. Urlesberger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke u N. von Lingen, sussegwentement N. von Lingen u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 — Karbur tal-Kalċju u rijaġenti bbażati fuq il-manjeżju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Holding Slovenske elektrarne d.o.o. (HSE) għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/10) (1)

(Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Rilaxx intenzjonat ta’ OMĠ fl-ambjent - Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq - Opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA - Komitoloġija - Proċedura regolatorja - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Konstatazzjoni ex officio)

2014/C 39/26

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Sipos u L. Pignataro-Nolin, sussegwentement minn A. Sipos u D. Bianchi, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Menez, aġenti); Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: inizjalment minn C. Schiltz, sussegwentement minn P. Frantzen u fl-aħħar minn L. Delvaux u D. Holderer, aġenti); Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u E. Riedl, aġenti); u Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Szpunar, B. Majczyna u J. Sawicka, sussegwentement minn B. Majczyna u J. Sawicka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/135/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92-527-1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal lamtu (ĠU L 53, p. 11) u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata modifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, p. 15).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/135/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92-527-1) immodifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata mmodifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma annullati.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Ungerija.

(3)

Ir-Repubblika Franċiża, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Ir-Repubblika tal-Awstrija u Ir-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Nabipour et vs Il-Kunsill

(Kawża T-58/12) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fuq l-ammissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament)

2014/C 39/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ghasem Nabipour (Teheran, l-Iran); Mansour Eslami (Madliena, Malta); Mohamad Talai (Hamburg, il-Ġermanja); Mohammad Moghaddami Fard (Teheran); Alireza Ghezelayagh (Singapor, Singapor); Gholam Hossein Golparvar (Teheran); Hassan Jalil Zadeh (Teheran); Mohammad Hadi Pajand (Londra, ir-Renju Unit); Ahmad Sarkandi (l-Emirati Għarab Magħquda); Seyed Alaeddin Sadat Rasool (Teheran); u Ahmad Tafazoly (Shanghai, iċ-Ċina) (rappreżentanti: S. Kentridge, QC, M. Lester, barrister, u M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropew (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès, A. Varnav u A. De Elera, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-raba’ u d-disa’ rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn din tinkludi l-ismijiet ta’ Ghasem Nabipour, Mansour Eslami, Mohamad Talai, Mohammad Moghaddami Fard, Alireza Ghezelayagh, Gholam Hossein Golparvar, Hassan Jalil Zadeh, Mohammad Hadi Pajand, Ahmad Sarkandi, Seyed Alaeddin Sadat Rasool u Ahmad Tafazoly fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn dan jinkludi l-ismijiet ta’ G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007.

(3)

L-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil M. M. Fard u A. Sarkandi.

(5)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/783 u tad-Deċiżjoni 2013/270 għandhom jinżammu f’dak li jikkonċerna lil G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly, mid-dħul fis-seħħ tagħhom sad-dħul fis-seħħ tal-annullament parzjali tar-Regolament Nru 267/2012.

(6)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(7)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-117/12) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) - Kuntratti dwar il-proġetti Perform u Oasis - Sospensjoni tal-pagamenti - Irregolaritajiet ikkonstatati fil-kuntest tal-awditi marbuta ma’ proġetti oħra - Interessi moratorji)

2014/C 39/28

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)

Suġġett

Talba ppreżentata fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFUE, intiża li l-Qorti Ġenerali, l-ewwel nett, tikkonstata li s-sospensjoni tar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti marbuta mal-proġetti Perform u Oasis, konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013), tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tal-Kummissjoni, it-tieni nett, tordna lil din tal-aħħar, minn naħa, tagħtiha s-somma ta’ EUR 637 117,17 għall-proġett Perform, flimkien mal-interessi moratorji, u, min-naħa l-oħra, tikkonstata li r-rikorrenti ma għandhiex tirrimborsa s-somma ta’ EUR 56 390 mogħtija lilha għall-proġett Oasis.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias is-somom li l-pagament tagħhom ġie sospiż abbażi tal-punt II.5(3) tal-kundizzjonijiet ġenerali annessi mal-ftehimiet ta’ sussidju dwar il-proġetti Oasis u Perform, konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013), mingħajr ma dan l-għoti jippreġudika n-natura eliġibbli tal-infiq iddikjarat ta’ ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias u l-implementazzjoni tal-konklużjonijiet tar-rapport finali ta’ awditu 11-INFS-0035 mill-Kummissjoni. L-ammont tas-somom li għandhom jingħataw għandhom jidħlu fil-limiti tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli fil-mument tas-sospensjoni tal-pagamenti u mal-imsemmija somom għandhom jiżdiedu l-interessi moratorji li għandhom jibdew jiddekorru, għal kull perijodu, mill-iskadenza tat-terminu ta’ ħlas ta’ 105 jum wara li jiġu riċevuti r-rapporti korrispondenti mill-Kummissjoni. Ir-rata’ ta’ żieda applikabbli għall-interessi hija dik fis-seħħ fl-ewwel jum tat-terminu ta’ ħlas, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-118/12) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) - Kuntratt li jikkonċerna l-proġett Persona - Sospensjoni tal-pagamenti - Irregolaritajiet ikkontestati fil-kuntest ta’ awditu dwar proġetti oħra - Interessi moratorji)

2014/C 39/29

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Conte, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fis-sens tal-Artikolu 272 TFUE, intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata, minn naħa, li s-sospensjoni tar-rimbors tal-ammonti mressaq mir-rikorrenti b’eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 045459 dwar il-proġett Persona, konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tal-Innovazzjoni (2002-2006), tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, li tikkundanna lil din tal-aħħar tħallas is-somma ta’ EUR 6 752,74 taħt dan il-proġett, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias is-somom li l-ħlas tagħhom ġie sospiż fuq il-bażi tat-tielet subparagrafu tal-punt II.28(8) tal-kundizzjonijiet ġenerali annessi mal-kuntratt dwar il-proġett Persona, konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tal-Innovazzjoni (2002-2006), mingħajr ma’ dan il-ħlas ikun ta’ preġudizzju għall-eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati minn ANKO Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias u għall-implementazzjoni tal-konklużjonijiet tar-rapport finali ta’ verifika 11-BA134-011 mill-Kummissjoni. L-ammont tas-somom li għandhom jitħallsu għandu jkun inkluż fil-limiti tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli fil-mument tas-sospensjoni tal-pagamenti u dawn is-somom għandhom jiżdiedu bl-interessi moratorji li jibdew jiddekorru, għal kull perijodu, mill-iskadenza tat-terminu ta’ ħlas ta’ 45 jum wara l-approvazzjoni tar-rapporti korrispondenti mill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn 90 jum mill-wasla tagħhom minn din tal-aħħar. Ir-rata ta’ żieda applikabbli għall-interessi hija dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tal-iskadenza tal-ħlas, kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje C.

(2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Sweet Tec vs UASI (Forma ovali)

(Kawża T-156/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ovali - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 39/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sweet Tec GmbH (Boizenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Nägele, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2012 (Każ R 542/2011-1), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali ta’ forma ovali bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Sweet Tec GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/12) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-informatika u ta’ servizzi ta’ eGovernment fl-Albanija - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Trasparenza - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2014/C 39/31

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni CMS/cms D(2012)/00008, tat-8 ta’ Frar 2012, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti limitata EuropAid/131431/C/SER/AL.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni CMS/cms D(2012)/00008, tat-8 ta’ Frar 2012, li tiċħad l-offerta sottomessa minn European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti limitata EuropAid/131431/C/SER/AL hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 23.06.2012


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 — Forgital Italy vs Il-Kunsill

(Kawża T-438/10) (1)

(Rikors għal annullament - Tariffa Doganali Komuni - Sospensjoni temporanja ta’ dazju awtonomu tat-tariffa doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd - Bdil fid-deskrizzjoni ta’ ċerti sospensjonijiet - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

2014/C 39/32

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Forgital Italy SpA (Velo d’Astico, l-Italja) (rappreżentanti: V. Turinetti di Priero u R. Mastroianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. F. Florindo Gijón u A. Lo Monaco, sussegwentement M. Florindo Gijón u K. Pellinghelli, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u L. Keppenne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 566/2010, tad-29 ta’ Ġunju 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b’mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd (ĠU L 163, p. 4), sa fejn jibdel id-deskrizzjoni ta’ ċerta merkanzija li fir-rigward tagħha d-dazji awtonomi tat-tariffa doganali komuni ġew sospiżi.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Forgital Italy SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2013 — Carbunión vs Il-Kunsill

(Kawża T-176/11) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni dwar għajnuna biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li ma humiex kompetittivi - Annullament parzjali - Indiviżibbiltà - Inammissibbiltà)

2014/C 39/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: K. Desai, solicitor, S. Cisnal de Ugarte u M. Peristeraki, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Florindo Gijón u A. Lo Monaco, sussegwentement F. Florindo Gijón u K. Michoel, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, L. Flynn u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE, tal-10 ta’ Diċembru 2010, dwar għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (ĠU L 336, p. 24).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inkluż dawk dwar il-miżuri provviżorji.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-sipejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2013 — Pri vs UASI — Belgravia Investment Group (PRONOKAL)

(Kawża T-159/12) (1)

(Tħassir tal-kawża - Talbiet imressqa matul ir-rinunzja għall-atti - Inammissibbiltà)

2014/C 39/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pri SA (Clémency, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: C. Marí Aguilar u F. Márquez Martín, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Belgravia Investment Group Ltd (Tortola, Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: J. Bouyssou, avukat)

Suġġett

Minn naħa, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 311/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pri SA u Belgravia Investment Group Ltd, u, min-naħa l-oħra, talba ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti kollha msemmija mill-oppożizzjoni.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawża T-159/12 hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

(2)

It-talbiet ta’ Pri SA, li jinsabu fl-ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Settembru 2013, għall-finijiet li, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tindika l-irtirar tal-oppożizzjoni, it-tieni nett, li tirrevoka d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tas-7 ta’ Diċembru 2010, inkwantu hija tiċħad parzjalment l-oppożizzjoni, u, it-tielet nett, li hija tordna l-inklużjoni tal-“konċessjoni totali” tat-trade mark PRONOKAL jiġu miċħuda bħala inammissibbli.

(3)

Pri SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-UASI.

(4)

Belgravia Investment Group Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 194, 30.06.2012.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/21


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2013 — Istituto di vigilanza dell’Urbe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/13 R)

(Proċedura għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Prestazzjoni ta’ servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan id-“Djar tal-Unjoni Ewropea” f’Ruma u Milano - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-eżiġenzi formali - Inammissibbiltà)

2014/C 39/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Istituto di Vigilanza dell’Urbe SpA (Rome, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro u S. Cianciullo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro u L. Cappelletti, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti adottata mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Awwissu 2013 dwar il-kuntratt pubbliku relatat mas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ akkoljenza fi ħdan “Djar tal-Unjoni Ewropea” f’Ruma u f’Milano (l-Italja).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/21


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2013 — BSH Bosch u Siemens Hausgeräte vs UASI — LG Electronics (compressor technology)

(Kawża T-595/13)

2014/C 39/36

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1176/2012-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “compressor technology” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 420 151

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: LG Electronics, Inc.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali “KOMPRESSOR PLUS” u “KOMPRESSOR” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/21


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Emsibeth vs UASI — Peek & Cloppenburg (Nael)

(Kawża T-596/13)

2014/C 39/37

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Emsibeth SpA (Verona, l-Italja) (rappreżentant: A. Arpaia, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Nael”, għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 726 894

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Peek & Cloppenburg KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali “Mc Neal”, għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/22


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 — Cosmowell vs UASI — Haw Par (GELENKGOLD)

(Kawża T-599/13)

2014/C 39/38

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cosmowell GmbH (Sankt Johann in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haw Par Corp. Ltd (Singapor, Singapor)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 2013/2012-4);

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti fl-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi d-disinn ta’ tigra u l-element verbali “GELENKGOLD”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 –Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 957 978

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Haw Par Corp. Ltd

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi Komunitarji, li jinkludu d-disinn ta’ tigra, għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/22


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Mustang vs UASI — Dubek (20 CLASS A FILTER CIGARETTES Mustang)

(Kawża T-606/13)

2014/C 39/39

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mustang — Bekleidungswerke GmbH & Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dubek Ltd (Petach Tikva, l-Israel)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tat-13 ta’ Settembru 2013 fil-proċedimenti tal-appell R 416/2012-4 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 065 098;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Dubek Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “20 CLASS A FILTER CIGARETTES Mustang” għal prodotti fil-klassi 34 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 065 098

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali u figurattiva Ġermaniża “MUSTANG” għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/23


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — alfavet Tierarzneimittel vs UASI — Millet Innovation (Epibac)

(Kawża T-613/13)

2014/C 39/40

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: alfavet Tierarzneimittel GmbH (Neumünster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Bender, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Millet Innovation SA (Loriol sur Drome, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tibdel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1253/2012-4, fis-sens li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Epibac” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 31 — applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 861 124

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Millet Innovation SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EPITACT” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/23


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 — Ratioparts-Ersatzteile vs UASI — Norwood Promotional Products Europe (NORTHWOOD professional forest equipment)

(Kawża T-622/13)

2014/C 39/41

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ratioparts-Ersatzteile-Vertriebs GmbH (Euskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Koch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norwood Promotional Products Europe, SL (Tarragona, Spanja)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1244/2012-2) b’mod li l-oppożizzjoni B 1 796 807 tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-opponenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni u lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “NORTHWOOD professional forest equipment” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 20, 25 u 35 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 412 776

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Norwood Promotional Products Europe, SL

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “NORWOOD” għal prodotti fil-klassi 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/24


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013 — TrekStor vs UASI — MSI Technology (MovieStation)

(Kawża T-636/13)

2014/C 39/42

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: O. Spieker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MSI Technology GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-27 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1914/2012-4), fis-sens li tiġi miċħuda t-talba tal-applikanti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja “MovieStation” tal-20 ta’ Ġunju 2011, u tikkundanna lill-applikanti għall-ispejjeż.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “MovieStation” għal prodotti fil-klassi 9 ‒ Trade mark Komunitarja Nru 5 743 257

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: MSI Technology GmbH

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark ikkonċernata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/24


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Sto vs UASI — Fixit Trockenmörtel Holding (CRETEO)

(Kawża T-640/13)

2014/C 39/43

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sto AG (Stühlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Kern u J. Sklepek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fixit Trockenmörtel Holding AG (Baar, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tirriforma d-Deċiżjoni R 905/2012-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-25 ta’ Settembru 2013, billi tilqa’ l-oppożizzjoni skont it-talbiet ifformulati quddiem il-Bord tal-Appell u billi tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 207 085;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Fixit Trockenmörtel Holding AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CRETEO” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2, 17 u 19 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 207 085

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Ġermaniżi “StoCretec” u “STOCRETE” għal prodotti fil-klassijiet 1, 2, 17 u 19

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/25


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Meda vs UASI — Takeda (PANTOPREM)

(Kawża T-647/13)

2014/C 39/44

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meda AB (Solna, l-Isvezja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Takeda GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tal-25 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R-2171/2012-4 sa fejn tikkonċerna l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 403 973“PANTOPREM”;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PANTOPREM” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 403 973

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Takeda GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Komunitarji “PANTOPAN”, “PANTOMED”, “PANTOPRAZ”, “PANTOPRO” u t-trade mark verbali nazzjonali “PANTOP” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b); tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 59, tal-Artikolu 64(1); tal-Artikolu 75; tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1); tal-Artikolu 77 u tal-Artikolu 112(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/25


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — TrekStor vs UASI (SmartTV Station)

(Kawża T-649/13)

2014/C 39/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: O. Spieker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-konvenut tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 128/2013-4) u tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tawtorizza integralment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “SmartTV Station” (Applikazzjoni Nru 010595577).

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SmartTV Station” għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 595 577

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/26


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2013 — Gako Konietzko vs UASI (Forma ta’ pakkett)

(Kawża T-654/13)

2014/C 39/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gako Konietzko GmbH (Bamberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reinhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 2232/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva tridimensjonali, li tirrapreżenta l-forma ta’ pakkett, għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 — Applikazzjoni għal trade mark Nru 10 899 037

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/26


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2013 — Enercon vs UASI (Sfumaturi tal-kulur aħdar)

(Kawża T-655/13)

2014/C 39/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 0247/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta sfumaturi tal-kulur aħdar, għal prodotti fil-klassijiet 7, 16 u 28 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Nru 1 1055 811

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/27


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — BV vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/11) (1)

(Servizz pubbliku - Ħatra - Kandidati inklużi fil-listi ta’ riżerva tal-kompetizzjonijiet li l-avviż dwarhom ġie ppubblikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni fi grad - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni minħabba l-età - Moviment liberu tal-persuni)

2014/C 39/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Intervenjent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Herrmann u A. F. Jensen, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrenti, inkluża fil-lista ta’ riżerva għall-kompetizzjoni EPSO/A/17/04 li l-avviż dwarha ġie ppubblikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, fil-grad AD 6, skala 2, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inqas favorevoli.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 133, 05.05.2013, p. 29.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/27


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża F-142/11) (1)

(Servizz pubbliku - Promozzjoni - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 9 wara li temm b’eżitu pożittiv il-kompetizzjoni tal-grad AD 9 - Ugwaljanza fit-trattament)

2014/C 39/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Erik Simpson (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. F. Jensen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9 wara li temm b’eżitu pożittiv il-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 “Kapijiet ta’ unità (AD9) tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Litwana, Latvjana, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena fil-qasam tat-traduzzjoni” u talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2010 hija annullata.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jsostni l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn E. Simpson.


(1)  ĠU C 65, 3.3.2013, p. 26.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/28


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Hall vs Il-Kummissjoni u CEPOL

(Kawża F-22/12) (1)

(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance għall-ulied dipendenti - Allowance tal-edukazzjoni - Ulied tal-konjuġi tar-rikorrent li ma jgħixux fid-dar tal-koppja - Kundizzjonijiet għall-għoti)

2014/C 39/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mark Hall (Petersfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti) u Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (rappreżentant: F. Bánfi, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu t-talba tar-rikorrent li jingħata l-allowance għall-ulied dipendenti u l-allowance tal-edukazzjoni għat-tliet ulied tal-konjuġi tiegħu għall-perijodu meta huma kienu għadhom jgħixu fil-Filippini.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors, sa fejn huwa ppreżentat kontra l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Id-deċiżjoni impliċita tal-25 ta’ Marzu 2011 kif ukoll id-deċiżjoni espliċita tal-11 ta’ Lulju 2011 tal-Kummissjoni Ewropea li jiċħdu t-talba għal allowance għall-ulied dipendenti u għal allowance tal-edukazzjoni għat-tliet ulied tal-konjuġi ta’ M. Hall, għall-perijodu meta huma kienu għadhom jirrisjedu fil-Filippini, huma annullati.

(3)

Il-kumplament tar-rikors ippreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea huwa miċħud.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn M. Hall.

(5)

M. Hall huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012, p. 35.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/28


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-68/12) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2010 - Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Talba għall-annullament tan-numru ta’ punti ta’ promozzjoni attribwiti)

2014/C 39/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayer u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-punti ta’ promozzjoni attribwiti lir-rikorrent u tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 258, 25.8.2012, p. 28.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/28


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — CH vs Il-Parlament

(Kawża F-129/12) (1)

(Servizz pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Rexissjoni antiċipata tal-kuntratt - Talba għal assistenza - Fastidju psikoloġiku)

2014/C 39/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CH (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u E. Taneva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tagħha intiża għar-rikonoxximent ta’ fastidju psikoloġiku kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tad-19 ta’ Jannar 2012, li ssir rexissjoni tal-kuntratt ta’ assistent parlamentari akkreditat ta’ CH hija annullata.

(2)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-15 ta’ Marzu 2012, li tiċħad it-talba għall-assistenza ta’ CH tat-22 ta’ Diċembru 2011 hija annullata.

(3)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CH is-somma ta’ EUR 50 000.

(4)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ CH.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013, p. 73.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/29


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Marenco vs REA

(Kawża F-135/12) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Sejħa għal espressjoni ta’ interess REA/2011/TA/PO/AD 5 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Regolarità tal-proċedura ta’ selezzjoni - Stabbiltà tal-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni)

2014/C 39/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Claudia Marenco (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni REA/2011/TA/PO/AD5.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni kkomunikata permezz ta’ messaġġ elettroniku tat-12 ta’ Marzu 2012 lil C. Marenco li permezz tiegħu l-Kumitat ta’ Selezzjoni tas-sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess REA/2011/TA/PO/AD 5 rrifjuta, wara eżami mill-ġdid, li jinkludi l-isem ta’ C. Marenco fil-lista ta’ riżerva fi tmiem il-proċedura ta’ selezzjoni hija annullata.

(2)

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn C. Marenco.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013, p. 74.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/29


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2013 — CL vs EEA

(Kawża F-162/12) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Leave tal-mard - Reintegrazzjoni - Dmir ta’ premura - Fastidju psikoloġiku)

2014/C 39/54

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CL (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tintegra mill-ġdid lir-rikorrent sussegwentement għal leave tal-mard wara d-data li fiha seta’ jerġa’ jibda jaħdem skont l-opinjonijiet mediċi.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

CL għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013, p. 30.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/30


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2013 — Roda vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/13)

(Servizz pubbliku - Pensjoni tas-superstiti - Mewt ta’ ex konjuġi - Pensjoni tal-manteniment - Proċedura prekontenzjuża - Rekwiżit ta’ lment - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)

2014/C 39/55

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Silvana Roda (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: L. Ribolzi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tibbenefika minn pensjoni tas-superstiti bir-rata ta’ 60 % tal-aħħar salarju bażiku tal-mejjet ex konjuġi tagħha.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

S. Roda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/30


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-2/10 RENV)

2014/C 39/56

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.