ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.287.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 287

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
22 ta' Settembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 287/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 273, 8.9.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 287/02

Kawża C-269/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE — Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE — Leġiżlazzjoni fiskali — Trasferiment ta’ residenza ta’ persuna taxxabbli lejn pajjiż barrani — Obbligu li jiġi inkluż id-dħul kollu li ma jkunx ittieħed inkunsiderazzjoni fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali — Telf tal-vantaġġ eventwali li jammonta għal posponiment tad-dejn fiskali)

2

2012/C 287/03

Kawża C-318/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Société d’investissement pour l’agriculture tropicale SA (SIAT) vs L-Istat Belġjan (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Leġiżlazzjoni fiskali — Tnaqqis bħala spejjeż professjonali ta’ spejjeż sostnuti għar-remunerazzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi — Spejjeż sostnuti fir-rigward ta’ fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor li fih ma jiġix suġġett għat-taxxa fuq id-dħul jew li fih huwa jiġi suġġett għal sistema ta’ taxxa li tkun kunsiderevolment iktar vantaġġuża — Tnaqqis suġġett għall-obbligu li tiġi prodotta l-prova tan-natura reali u ġenwina tas-servizz kif ukoll tan-natura normali tar-remunerazzjoni marbuta miegħu — Ostakolu — Ġustifikazzjoni — Ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali — Effikaċja tal-kontrolli fiskali — Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Proporzjonalità)

2

2012/C 287/04

Kawża C-378/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Legfelsőbb Bíróság — l-Ungerija) — talba għal iskrizzjoni fir-reġistru tal-kumpanniji mressqa minn VALE Építési Kft (Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Tibdil transkonfinali — Rifjut tal-iskrizzjoni fir-reġistru)

3

2012/C 287/05

Kawża C-509/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Josef Geistbeck, Thomas Geistbeck vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH (Proprjetà intellettwali u industrijali — Sistema ta’ drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Privileġġ tal-bidwi — Kunċett ta’ kumpens raġonevoli — Ħlas għal dannu subit — Ksur)

3

2012/C 287/06

Kawża C-527/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Legfelsőbb Bíróság — l-Ungerija) — ERSTE Bank Hungary Nyrt vs Magyar Állam, B.C.L. Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċeduri ta’ falliment — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 5(1) — Applikazzjoni ratione temporis — Azzjoni in rem istitwita fi Stat mhux membru tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ falliment miftuħa kontra d-debitur fi Stat Membru ieħor — L-ewwel Stat li sar membru tal-Unjoni Ewropea — Applikabbiltà)

4

2012/C 287/07

Kawża C-558/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Chartres — Franza) — Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Heintz, épouse Bourges-Maunoury vs Direction des services fiscaux d’Eure et Loir (Privileġġi u immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej — Eżenzjoni minn taxxi nazzjonali fuq id-dħul imħallas mill-Unjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul imħallas mill-Unjoni fil-kalkolu tal-ammont massimu skont it-taxxa solidali fuq il-ġid)

5

2012/C 287/08

Kawża C-562/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Artikolu 56 TFUE — Leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tal-assigurazzjoni għall-kura fit-tul — Benefiċċji in natura għall-kura fid-dar esklużi fil-każ ta’ residenza fi Stat Membru ieħor — Livell baxx ta’ benefiċċji fi flus esportabbli — Nuqqas ta’ rimbors tal-ispejjeż marbuta mal-kiri ta’ apparat mediku fi Stati Membri oħra)

5

2012/C 287/09

Kawża C-602/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Călărași — ir-Rumanija) SC Volksbank România S.A. vs Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor — Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Călărași (Protezzjoni tal-konsumaturi — Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi — Direttiva 2008/48/KE — Artikoli 22, 24 u 30 — Leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva — Applikabbiltà għal ftehim mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione temporis tal-imsemmija direttiva — Obbligi mhux previsti mill-istess direttiva — Limitu tal-kummissjonijiet bankarji li jistgħu jinġabru mill-persuna li ssellef — Artikoli 56 TFUE, 58 TFUE u 63 TFUE — Obbligu ta’ implementazzjoni, fid-dritt nazzjonali, ta’ proċeduri adegwati u effikaċi ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ kwistjonijiet)

6

2012/C 287/10

Kawżi magħquda C-608/10, C-10/11 u C-23/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Südzucker AG (C-608/10), WEGO Landwirtschaftliche Schlachtstellen GmbH (C-10/11), Fleischkontor Moksel GmbH (C-23/11) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Agrikoltura — Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Indikazzjoni żbaljata tal-esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-inklużjoni tal-applikant bħala esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni — Rettifika tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni wara r-rilaxx tal-merkanzija)

6

2012/C 287/11

Kawża C-616/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Solvay SA vs Honeywell Fluorine Products Europe BV, Honeywell Belgium NV, Honeywell Europe NV (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Azzjoni għal ksur ta’ privattiva Ewropea — Ġurisdizzjoni speċjali u esklużiva — Artikolu 6(1) — Numru ta’ konvenuti — Artikolu 22(4) — Kontestazzjoni tal-validità tal-privattiva — Artikolu 31 — Miżuri provviżorji jew kawtelatorji)

7

2012/C 287/12

Kawża C-49/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien — Awstrija) — Content Services Ltd vs Bundesarbeitskammer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 97/7/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratti li jsiru mill-bogħod — Informazzjoni tal-konsumatur — Informazzjoni ipprovduta jew riċevuta — Medium li jservi — Kunċett — Hyperlink fuq is-sit tal-internet tal-fornitur — Dritt ta’ rtirar)

8

2012/C 287/13

Kawżi magħquda C-55/11, C-57/11 u C-58/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Vodafone España, SA vs Ayuntamiento de Santa Amalia (C-55/11), Ayuntamiento de Tudela (C-57/11), u France Telecom España SA vs Ayuntamiento de Torremayor (C-58/11) (Direttiva 2002/20/KE — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Awtorizzazzjoni — Artikolu 13 — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet)

8

2012/C 287/14

Kawża C-59/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Nancy — Franza) — Association Kokopelli vs Graines Baumaux SAS (Agrikoltura — Direttivi 98/95/KE, 2002/53/KE, 2002/55/KE u 2009/145/KE — Validità — Ħxejjex — Bejgħ, fis-suq nazzjonali taż-żrieragħ, ta’ żrieragħ tal-ħaxix li ma jinsabux fil-katalgu komuni uffiċjali tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ ħxejjex — Nuqqas ta’ osservanza tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tqegħid fis-suq — Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Argikoltura — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Libertà tal-intrapriża — Moviment liberu tal-merkanzija — Trattament ugwali)

9

2012/C 287/15

Kawża C-79/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Maurizio Giovanardi et (Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/JHA — Drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali — Direttiva 2004/80/KE — Kumpens tal-vittmi tal-kriminalità — Responsabbiltà ta’ persuna ġuridika — Kumpens fil-kuntest tal-proċedura kriminali)

10

2012/C 287/16

Kawża C-128/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — UsedSoft GmbH vs Oracle International Corp. (Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter — Kummerċjalizzazzjoni ta’ liċenzji ta’ programmi tal-kompjuter użati mniżżla mill-internet — Direttiva 2009/24/KE — Artikoli 4(2) u 5(1) — Eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni — Kunċett ta’ akkwirent leġittimu)

10

2012/C 287/17

Kawża C-138/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Compass-Datenbank GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Kompetizzjoni — Artikolu 102 TFUE — Kunċett ta’ impriża — Data tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji miżmuma f’database — Attività ta’ ġbir u ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ din id-data bi ħlas — Effett tar-rifjut tal-awtoritajiet pubbliċi li jawtorizzaw l-użu mill-ġdid ta’ din id-data — Dritt sui generis previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9/KE)

11

2012/C 287/18

Kawża C-141/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Södertörns tingsrätt — l-Isvezja) — Torsten Hörnfeldt vs Posten Meddelande AB (Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti dritt inkundizzjonali bħala ħaddiem sal-età ta’ 67 sena u li tawtorizza t-terminazzjoni awtomatika tal-kuntratt ta’ xogħol fi tmiem ix-xahar li matulu l-ħaddiem jilħaq din l-età — Assenza tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar)

11

2012/C 287/19

Kawża C-146/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus — l-Estonja) — AS Pimix, fi stralċ vs Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus, Põllumajandusministeerium (Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Iffissar tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda ta’ prodotti agrikoli — Riferiment, f’dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, għal dispożizzjoni ta’ regolament tal-Unjoni li ma ġiex ippubblikat skont kif meħtieġ bil-liġi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa tal-Istat Membru inkwistjoni)

12

2012/C 287/20

Kawża C-171/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Fra.bo SpA vs Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein (Moviment liberu tal-merkanzija — Miżuri ta’ effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva — Proċedura nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni — Preżunzjoni ta’ konformità mad-dritt nazzjonali — Applikabbiltà tal-Artikolu 28 KE għal korp privat ta’ ċertifikazzjoni)

12

2012/C 287/21

Kawża C-176/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — HIT hoteli, igralnice, turizem dd Nova Gorica, HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na sreco in turizem dd vs Bundesminister für Finanzen. (Artikolu 56 TFUE — Restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi r-reklamar għal casinos li jinsabu fi Stati oħra jekk il-livell ta’ protezzjoni legali tal-lagħba f’dawn l-Istati ma jkunx ekwivalenti għal dak iggarantit fuq livell nazzjonali — Ġustifikazzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

13

2012/C 287/22

Kawża C-181/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Compañía Española de Tabaco en Rama, SA (Cetarsa) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar ta’ prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Ugwaljanza fit-trattament — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Kooperazzjoni — Żnaturament tal-provi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Nuqqas ta’ motivazzjoni)

13

2012/C 287/23

Kawża C-259/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — DTZ Zadelhoff vof vs Staatssecretaris van Financiën (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 5(3)(ċ), u 13B(d)(5) — Innegozjar ta’ tranżazzjoni ta’ trasferiment ta’ ishma ta’ kumpanniji — Tranżazzjoni li timplika wkoll it-trasferiment tal-proprjetà ta’ beni immobbli ta’ dawn il-kumpanniji — Eżenzjoni)

14

2012/C 287/24

Kawża C-284/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — EMS-Bulgaria Transpot OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto Plovdiv (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għal tnaqqis — Terminu perentorju għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT — Prinċipju ta’ effettività — Rifjut tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT — Prinċipju tan-newtralità fiskali)

14

2012/C 287/25

Kawża C-291/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs TNT Freight Management (Amsterdam) BV (Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura magħquda — Intestaturi tariffarji 3002 u 3502 — Albumina tad-demm ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi — Ipproċessar tal-prodott)

15

2012/C 287/26

Kawża C-311/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Smart Technologies ULC vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artkolu 7(1)(b) — Trade mark verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH — Trade mark li tikkonsisti fi slogan ta’ reklamar — Karattru distintiv — Rifjut ta’ reġistrazzjoni)

15

2012/C 287/27

Kawża C-326/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) — J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard BV vs Staatssecretaris van Financiën (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 13B(g) moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) — Provvista ta’ bini u tal-art li tkun fuqha — Provvista ta’ bini fi stadju ta’ xogħol intiż sabiex jinħoloq bini ġdid bi trasformazzjoni — Tkomplija u tlestija tax-xogħol mix-xerrej wara l-provvista — Eżenzjoni mill-VAT)

16

2012/C 287/28

Kawża C-212/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Mejju 2012 — Butz, Helmut, Bachman-Butz, Christel, Butz, Frederike vs Société Air France SA

16

2012/C 287/29

Kawża C-220/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Mejju 2012 — Andreas Ingemar Thiele Meneses vs Region Hannover

16

2012/C 287/30

Kawża C-278/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — A. Adil vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel

17

2012/C 287/31

Kawża C-300/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Ġunju 2012 — Finanzamt Düsseldorf-Mitte vs Ibero Tours GmbH

17

2012/C 287/32

Kawża C-302/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Ġunju 2012 — X; parti oħra: Minister van Financiën

18

2012/C 287/33

Kawża C-303/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2012 — Guido Imfeld, Nathalie Garcet vs État belge

18

2012/C 287/34

Kawża C-306/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Spedition Welter GmbH/Avanssur S.A.

18

2012/C 287/35

Kawża C-309/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Maria Albertina Gomes Viana Novo et vs Fundo de Garantia Salarial, IP

19

2012/C 287/36

Kawża C-311/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts Nienburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Heinz Kassner vs Mittelweser-Tiefbau GmbH & Co. KG

19

2012/C 287/37

Kawża C-312/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Huy (il-Belġju) fit-28 ta’ Ġunju 2012 — Agim Ajdini vs État belge, Service des Allocations aux Handicapés

20

2012/C 287/38

Kawża C-319/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-2 ta’ Lulju 2012 — Minister Finansów vs MDDP Sp. z o.o. Akademia Biznesu, Sp. komandytowa

21

2012/C 287/39

Kawża C-321/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Lulju 2012 — F. van der Helder & D. Farrington vs College voor zorgverzekeringen (Cvz)

21

2012/C 287/40

Kawża C-322/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2012 — L-Istat Belġjan — SPF Finances vs GIMLE SA

22

2012/C 287/41

Kawża C-325/12: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

22

2012/C 287/42

Kawża C-329/12: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

23

2012/C 287/43

Kawża C-330/12: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

23

2012/C 287/44

Kawża C-331/12: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

24

2012/C 287/45

Kawża C-332/12: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

24

2012/C 287/46

Kawża C-333/12: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

24

2012/C 287/47

Kawża C-336/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret fis-16 ta’ Lulju 2012 — Ministeriet for Forskning, Innovation og Videregående Uddannelser vs Manova A/S

25

2012/C 287/48

Kawża C-341/12 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2012 minn Mizuno KK kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-101/11 — Mizuno KK vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

25

2012/C 287/49

Kawża C-344/12: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

26

2012/C 287/50

Kawża C-345/12: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

26

2012/C 287/51

Kawża C-346/12 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 minn DMK Deutsches Milchkontor GmbH (li kienet Nordmilch AG) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-546/10 — Nordmilch AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

26

2012/C 287/52

Kawża C-347/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fl-20 ta’ Lulju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Ulrike Wiering, Markus Wiering

27

2012/C 287/53

Kawża C-348/12 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2012 fil-Kawża T-509/10, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill

27

2012/C 287/54

Kawża C-353/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

28

2012/C 287/55

Kawża C-357/12 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2012 minn Harald Wohlfahrt kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-580/10, Harald Wohlfahrt vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

28

2012/C 287/56

Kawża C-365/12 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2012 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-344/08, EnBW Energie Baden-Württemberg AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 287/57

Kawża T-240/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2012 — L’Oréal vs UASI — United Global Media Group (MyBeauty TV) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Spejjeż li jistgħu jinġabru quddiem l-UASI — Spejjeż ta’ rappreżentanza minn impjegat — Artikolu 85(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

31

2012/C 287/58

Kawża T-517/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2012 — United States Polo Association vs UASI — Polo/Lauren (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ plejers tal-polo) (Trade mark Komunitarja — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

31

2012/C 287/59

Kawża T-317/12: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2012 — Holcim (ir-Rumanija) vs Il-Kummissjoni Ewropea

31

2012/C 287/60

Kawża T-319/12: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

32

2012/C 287/61

Kawża T-321/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 — Ciudad de la Luz y Sociedad Proyectos Temáticos de la Comunidad Valenciana vs Il-Kummissjoni

32

2012/C 287/62

Kawża T-327/12: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2012 — Simca Europe vs UASI — PSA Peugeot Citroën (Simca)

33

2012/C 287/63

Kawża T-328/12: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2012 — Mundipharma vs UASI — AFP Pharmaceuticals (Maxigesic)

34

2012/C 287/64

Kawża T-331/12: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2012 — Sartorius Weighing Technology vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kurva safra fix-xifer ta’ isfel ta’ unità ta’ viżwalizzazzjoni)

34

2012/C 287/65

Kawża T-332/12: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 — ING Groep vs Il-Kummissjoni

35

2012/C 287/66

Kawża T-335/12: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — T&L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

35

2012/C 287/67

Kawża T-336/12: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Klizli vs Il-Kunsill

37

2012/C 287/68

Kawża T-337/12: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2012 — El Hogar Perfecto del Siglo XXI vs UASI Wenf International Advisers (Trabixujiet)

38

2012/C 287/69

Kawża T-343/12: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2012 — Grupo T Diffusión vs UASI — ABR Producción Contemporánea (Lampi)

38

2012/C 287/70

Kawża T-349/12: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Leiner vs UASI — Recaro (REVARO)

39

2012/C 287/71

Kawża T-82/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2012 — Formica vs UASI — Silicalia (CompacTop)

39

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 287/72

Kawża F-4/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012 — AV vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Reklutaġġ — Riżerva medika — Applikazzjoni retroattiva tar-riżerva medika — Opinjoni tal-Kumitat tal-Invalidità)

40

2012/C 287/73

Kawża F-66/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Cristina vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni għal nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni — Rimedji ġudizzjarji — Azzjoni ġudizzjarja ppreżentata mingħajr ma stenniet id-deċiżjoni fuq l-ilment amministrattiv — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet speċifiċi għal ammissjoni għall-kompetizzjoni — Esperjenza professjonali meħtieġa)

40

2012/C 287/74

Kawża F-83/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Cristina vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni għal nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni — Rimedji ġudizzjarji — Azzjoni ġudizzjarja ppreżentata mingħajr ma stenniet id-deċiżjoni fuq l-ilment amministrattiv — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet speċifiċi għal ammissjoni għall-kompetizzjoni — Esperjenza professjonali mqabbla man-natura tal-funzjonijiet)

40

2012/C 287/75

Kawża F-22/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Conticchio vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni — Klassifikazzjoni fi skala — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Ammissibbiltà)

41

2012/C 287/76

Kawża F-75/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

41

2012/C 287/77

Kawża F-76/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

41

2012/C 287/78

Kawża F-129/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2012 BH vs Il-Kummissjoni

42

2012/C 287/79

Kawża F-139/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2012 BJ vs Il-Kummissjoni

42

2012/C 287/80

Kawża F-140/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2012 BK vs Il-Kummissjoni

42

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/1


2012/C 287/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 273, 8.9.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 258, 25.8.2012

ĠU C 250, 18.8.2012

ĠU C 243, 11.8.2012

ĠU C 235, 4.8.2012

ĠU C 227, 28.7.2012

ĠU C 217, 21.7.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-269/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE - Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE - Leġiżlazzjoni fiskali - Trasferiment ta’ residenza ta’ persuna taxxabbli lejn pajjiż barrani - Obbligu li jiġi inkluż id-dħul kollu li ma jkunx ittieħed inkunsiderazzjoni fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali - Telf tal-vantaġġ eventwali li jammonta għal posponiment tad-dejn fiskali)

2012/C 287/02

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, C. Blaschke u K. Petersen, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. de Ree, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 19 KE, 38 KE u 43 KE u tal-Artikoli 28 u 31 ŻEE — Persuni taxxabbli li jittrasferixxu r-residenza tagħhom barra mill-pajjiż — Obbligu li jiġi inkluż kull dħul li ma jkunx ġie meħud inkunsiderazzjoni fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali li matulha huma kienu kkunsidrati persuni taxxabbli residenti

Dispożittiv

(1)

Billi adotta u żamm fis-seħħ fl-Artikolu 14(3) tal-liġi 35/2006 dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi u li temenda parzjalment il-liġijiet tat-taxxa fuq il-kumpanniji, fuq id-dħul tal-persuni mhux residenti u fuq il-patrimonju (Ley 35/2006 del Impuesto sobre la Renta de las Personas Físicas y de modificación parcial de las leyes de los Impuestos sobre Sociedades, sobre la Renta de no residentes y sobre el Patrimonio), tat-28 ta’ Novembru 2006, dispożizzjoni li tobbliga lill-persuni taxxabbli li jittrasferixxu r-residenza tagħhom lejn Stat Membru ieħor li jinkludu kull dħul li ma jkunx ġie meħud inkunsiderazzjoni fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali li matulha huma kienu kkunsidrati persuni taxxabbli residenti, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati t-tliet kwarti tal-ispejjeż kollha. Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-kwart rimanenti.

(4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Société d’investissement pour l’agriculture tropicale SA (SIAT) vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-318/10) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni fiskali - Tnaqqis bħala spejjeż professjonali ta’ spejjeż sostnuti għar-remunerazzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi - Spejjeż sostnuti fir-rigward ta’ fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor li fih ma jiġix suġġett għat-taxxa fuq id-dħul jew li fih huwa jiġi suġġett għal sistema ta’ taxxa li tkun kunsiderevolment iktar vantaġġuża - Tnaqqis suġġett għall-obbligu li tiġi prodotta l-prova tan-natura reali u ġenwina tas-servizz kif ukoll tan-natura normali tar-remunerazzjoni marbuta miegħu - Ostakolu - Ġustifikazzjoni - Ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali - Effikaċja tal-kontrolli fiskali - Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Proporzjonalità)

2012/C 287/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société d’investissement pour l’agriculture tropicale SA (SIAT)

Konvenuta: L-Istat Belġjan

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE — Leġiżlazzjoni fiskali li tawtorizza t-tnaqqis tal-ispejjeż professjonali li saru minn persuna taxxabbli residenti, iżda li ma tawtorizzax it-tnaqqis ta’ dawn l-ispejjeż jekk il-persuna taxxabbli tirrisjedi jew hija stabbilita fi Stat Membru ieħor li fih mhix suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul jew hija suġġetta għal sistema ta’ taxxa li hija kunsiderevolment iktar vantaġġuża — Xkiel għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

Dispożittiv

L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha r-remunerazzjonijiet għal provvisti jew għal servizzi mogħtija minn kontribwent residenti lil kumpannija mhux residenti ma humiex meqjusa bħala spejjeż professjonali li jistgħu jitnaqqsu meta din tal-aħħar ma tkunx suġġetta, fl-Istat Membru li fih hija hi stabbilita, għal taxxa fuq id-dħul jew hija suġġetta, għad-dħul ikkonċernat, għal sistema ta’ tassazzjoni li tkun kunsiderevolment iktar vantaġġuża minn dik li għaliha dan id-dħul huwa suġġett fl-ewwel Stat Membru, sakemm il-kontribwent ma jurix li dawn ir-remunerazzjonijiet jikkorrispondu għal tranżazzjonijiet reali u ġenwina u li ma jeċċedux il-limiti normali, filwaqt li, skont ir-regola ġenerali, tali remunerazzjonijiet huma mnaqqsa bħala spejjeż professjonali meta huma jkunu meħtieġa għall-akkwist jew għaż-żamma tad-dħul taxxabbli li fir-rigward tiegħu l-kontribwent jiġġustifika r-realtà u l-ammont.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Legfelsőbb Bíróság — l-Ungerija) — talba għal iskrizzjoni fir-reġistru tal-kumpanniji mressqa minn VALE Építési Kft

(Kawża C-378/10) (1)

(Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Tibdil transkonfinali - Rifjut tal-iskrizzjoni fir-reġistru)

2012/C 287/04

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Legfelsőbb Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

VALE Építési Kft.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 48 KE — Ċaqliq ta’ kumpannija rregolata minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor b’tibdil tad-dritt nazzjonali applikabbli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li tiġi indikata fir-reġistru nazzjonali tal-kumpanniji, inkwantu predeċessura fid-dritt ta’ kumpannija, kumpannija kkostitwita fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tipprevedi għal kumpanniji rregolati mid-dritt nazzjonali l-possibbiltà li jinbidlu, ma tippermettix, b’mod ġenerali, it-tibdil ta’ kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor f’kumpannija rregolata mid-dritt nazzjonali permezz tal-kostituzzjoni ta’ din tal-aħħar.

(2)

L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati, fil-kuntest ta’ tibdil transkonfinali ta’ kumpannija, fis-sens li l-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt jiddetermina d-dritt nazzjonali rilevanti għal tali operazzjoni u għaldaqstant japplika d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tiegħu dwar it-tibdil nazzjonali li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-funzjonament ta’ kumpannija, bħar-rekwiżiti dwar il-preparazzjoni ta’ karta tal-bilanċ u ta’ inventarju tal-attiv. Madankollu, il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività rispettivament jipprekludu, li l-Istat Membru ospitanti

jirrifjuta, għal tibdil transkonfinali, l-indikazzjoni tal-kumpannija li talbet it-tibdil bħala “predeċessura fid-dritt” jekk tali indikazzjoni tal-kumpannija predeċessura fir-reġistru tal-kumpanniji hija prevista għat-tibdil nazzjonali u

jirrifjuta li jieħu debitament inkunsiderazzjoni d-dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ oriġini waqt il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-kumpannija.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Josef Geistbeck, Thomas Geistbeck vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

(Kawża C-509/10) (1)

(Proprjetà intellettwali u industrijali - Sistema ta’ drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Privileġġ tal-bidwi - Kunċett ta’ “kumpens raġonevoli” - Ħlas għal dannu subit - Ksur)

2012/C 287/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Josef Geistbeck, Thomas Geistbeck

Konvenuta: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 14(3) u 94(1) u(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390), kif ukoll tal-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63) — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità — Ksur -Obbligu li detentur ta’ tali dritt jitħallas remunerazzjoni raġonevoli u jiġi kkumpensat għad-dannu li jkun sostna — Kriterji biex jiġu ddeterminati r-remunerazzjoni raġonevoli u d-dannu

Dispożittiv

(1)

Biex jiġi stabbilit “kumpens raġonevoli” dovut, skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil Komunità, minn bidwi li jkun uża l-materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà protetta miksuba permezz ta’ tiżrigħ mingħajr ma jħallas l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplementa regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2605/98, tat-3 ta’ Diċembru 1998, għandu jitqies bħala bażi ta’ kalkolu l-ammont tal-miżata dovuta għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetajiet prottetti tal-ispeċi tal-pjanti kkonċernati fl-istess reġjun.

(2)

Il-ħlas ta’ danni bħala kumpens għall-ispejjeż subiti fil-kontroll tar-rispett tad-drittijiet tad-detentur għal kisba ta’ varjetà tal-pjanti ma jistax jidħol fil-kalkolu tal-“kumpens raġonevoli” previst fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Legfelsőbb Bíróság — l-Ungerija) — ERSTE Bank Hungary Nyrt vs Magyar Állam, B.C.L. Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt

(Kawża C-527/10) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ falliment - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 5(1) - Applikazzjoni ratione temporis - Azzjoni in rem istitwita fi Stat mhux membru tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ falliment miftuħa kontra d-debitur fi Stat Membru ieħor - L-ewwel Stat li sar membru tal-Unjoni Ewropea - Applikabbiltà)

2012/C 287/06

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Legfelsőbb Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ERSTE Bank Hungary Nyrt

Konvenuta: Magyar Állam, B.C.L. Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Legfelsőbb Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Azzjoni in rem mibdija fi Stat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab is-suġġett tad-dritt in rem inkwistjoni kontra konvenut li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor u li kontrih infetħu proċedimenti ta’ falliment f’dan it-tieni Stat qabel l-adeżjoni tal-ewwel Stat mal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni ratione temporis tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li dik id-dispożizzjoni hija applikabbli, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, anki għall-proċeduri ta’ falliment miftuħa qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea fil-każ fejn, fl-1 ta’ Mejju 2004, il-beni tad-debitur suġġetti għad-dritt in rem inkwistjoni kienu jinsabu fit-territorju tal-imsemmi Stat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 30. 29.01.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Chartres — Franza) — Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Heintz, épouse Bourges-Maunoury vs Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

(Kawża C-558/10) (1)

(Privileġġi u immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej - Eżenzjoni minn taxxi nazzjonali fuq id-dħul imħallas mill-Unjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul imħallas mill-Unjoni fil-kalkolu tal-ammont massimu skont it-taxxa solidali fuq il-ġid)

2012/C 287/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Chartres

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Heintz, épouse Bourges-Maunoury

Konvenut: Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance de Chartres — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Kapitolu V tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967, 152, p. 13) — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul kollu ta’ persuna taxxabbli, inkluż dak ta’ oriġini Komunitarja, fil-kalkolu tal-ammont massimu skont it-taxxa solidali fuq il-ġid — Eżenzjoni mit-taxxi nazzjonali fuq ir-remunerazzjoni mħallsa mill-Komunitajiet — Ex uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

Dispożittiv

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, anness inizjalment mat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej imbagħad, skont it-Trattat ta’ Amsterdam, għat-Trattat KE, għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul, inklużi l-pensjonijiet u l-kumpensi għal terminazzjoni definittiva mis-servizz, imħallsa mill-Unjoni lill-uffiċjali u lill-membri tal-persunal tagħha, jew lill-ex uffiċjali u lill-ex membri tal-persunal taghħa, fil-kuntest tal-ammont massimu ta’ taxxa bħat-taxxa solidali fuq il-ġid.


(1)  ĠU C 46, 12.02.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-562/10) (1)

(Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Artikolu 56 TFUE - Leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tal-assigurazzjoni għall-kura fit-tul - Benefiċċji in natura għall-kura fid-dar esklużi fil-każ ta’ residenza fi Stat Membru ieħor - Livell baxx ta’ benefiċċji fi flus esportabbli - Nuqqas ta’ rimbors tal-ispejjeż marbuta mal-kiri ta’ apparat mediku fi Stati Membri oħra)

2012/C 287/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F.W. Bulst u I. Rogalski, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-assigurazzjoni għall-kura fit-tul li tillimita għal sitt ġimgħat, meta l-persuna assigurata tkun temporanjament residenti fi Stat Membru ieħor, id-dritt għall-benefiċċju tal-kura fit-tul, teskludi r-rimbors tal-ispejjeż marbuta mal-kiri ta’ apparat mediku u tipprovdi li s-servizzi ta’ kura in natura mogħtija fl-Istat Membru ta’ residenza ma jibbenefikawx mill-istess rata ta’ rimbors bħal meta dawn jiġu pprovduti fil-Ġermanja

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 26.02.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Călărași — ir-Rumanija) SC Volksbank România S.A. vs Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor — Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Călărași

(Kawża C-602/10) (1)

(Protezzjoni tal-konsumaturi - Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Artikoli 22, 24 u 30 - Leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva - Applikabbiltà għal ftehim mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione temporis tal-imsemmija direttiva - Obbligi mhux previsti mill-istess direttiva - Limitu tal-kummissjonijiet bankarji li jistgħu jinġabru mill-persuna li ssellef - Artikoli 56 TFUE, 58 TFUE u 63 TFUE - Obbligu ta’ implementazzjoni, fid-dritt nazzjonali, ta’ proċeduri adegwati u effikaċi ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ kwistjonijiet)

2012/C 287/09

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Călărași

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Volksbank România S.A

Konvenuta: Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor — Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Călărași

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Judecătoria Călărași — Interpretazzjoni tal-Artikoli 22(1), 24(1), 30(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56, 58 u 63(1) TFUE — Applikazzjoni rationae temporis tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati u effettivi ta’ soluzzjoni bonarja ta’ tilwim — Applikazzjoni rationae materiae tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni — Obbligi addizzjonali fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu, li ma humiex ipprovduti mid-direttiva

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tagħha ftehim ta’ kreditu, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom bħala suġġett l-għoti ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli, minkejja li tali ftehim huma espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-imsemmija direttiva skont l-Artikolu 2(2)(a) ta’ din tal-aħħar.

(2)

L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tagħha b’mod li din il-miżura tapplika wkoll għal ftehim ta’ kreditu, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva u li kienu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija miżura nazzjonali.

(3)

L-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern timponi obbligi, mhux previsti mill-imsemmija direttiva, fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu f’dak li jirrigwarda t-tipi ta’ kummissjonijiet li dawn tal-aħħar jistgħu jirċievu fil-kuntest tal-ftehim ta’ kreditu għall-konsum li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura, anki jekk tali obbligi ma humiex previsti mill-imsemmija direttiva.

(4)

Ir-regoli tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprojbixxi lill-istabbilimenti ta’ kreditu milli jiġbru ċerti kummissjonijiet bankarji.

(5)

L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola li tifforma parti mill-miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva li, fil-qasam tal-kwistjonijiet dwar krediti għall-konsum, tippermetti lill-konsumaturi li jikkuntattjaw direttament awtorità għall-protezzjoni tal-konsumaturi, li sussegwentement tista’ timponi sanzjonijiet fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu għal ksur ta’ din il-miżura nazzjonali, mingħajr ma tkun irrikorriet qabel għall-proċeduri ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal tali kwistjonijiet.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Südzucker AG (C-608/10), WEGO Landwirtschaftliche Schlachtstellen GmbH (C-10/11), Fleischkontor Moksel GmbH (C-23/11) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawżi magħquda C-608/10, C-10/11 u C-23/11) (1)

(Agrikoltura - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Indikazzjoni żbaljata tal-esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-inklużjoni tal-applikant bħala esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni - Rettifika tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni wara r-rilaxx tal-merkanzija)

2012/C 287/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Südzucker AG (C-608/10), WEGO Landwirtschaftliche Schlachtstellen GmbH (C-10/11), Fleischkontor Moksel GmbH (C-23/11)

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129), u tal-Artikoli 78(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Indikazzjoni żbaljata tal-esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-inklużjoni tal-applikant bħala esportatur fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala prinċipju, id-detentur ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni għandu dritt għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni biss meta jitniżżel bħala esportatur fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni ddepożitata f’uffiċċju doganali kompetenti.

(2)

L-Artikolu 78(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li wieħed jipproċedi a posteriori għal reviżjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għal finijiet ta’ rifużjonijiet, sabiex jiġi mibdul l-isem tal-esportatur li jinsab fil-kaxxa prevista f’dan ir-rigward, u li l-awtoritajiet doganali għandhom:

l-ewwel nett jeżaminaw jekk reviżjoni ta’ din id-dikjarazzjoni għandhiex tiġi kkunsidrata possibbli peress li, b’mod partikolari, l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ma ġewx mhedda u l-merkanzija inkwistjoni effettivament ġiet esportata, liema fatt għandu jiġi stabbilit mill-applikant, kif ukoll,

it-tieni nett u jekk ikun il-każ, li jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni billi jittieħdu inkunsiderazzjoni elementi ġodda għad-dispożizzjoni tagħhom.

(3)

L-Artikolu 5(7) tar-Regolament Nru 800/1999, kif emendat bir-Regolament Nru 90/2001, kif ukoll il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ bħal dak tal-kawża C-608/10, li fih id-detentur ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni ma ġiex indikat bħala esportatur fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jagħtu lil dan id-detentur ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni mingħajr rettifika minn qabel tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni.

(4)

F’każ bħal dawk tal-kawżi C-10/11 u C-23/11, il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-uffiċċju doganali kompetenti sabiex isir il-ħlas tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni huwa marbut b’rettifika li ssir a posteriori, mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni, tal-indikazzjoni li tinsab fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew, jekk ikun il-każ, fil-formola ta’ kontroll T 5 jekk id-deċiżjoni rettifikattiva tissodisfa l-kundizzjonijiet formali u materjali kollha ta’ “deċiżjoni” previsti kemm mill-punt 5 tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2913/93 kif ukoll mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali kkonċernat. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn iċ-ċirkustanzi humiex sodisfatti fil-kawżi prinċipali.

(5)

L-Artikolu 5(7) tar-Regolament Nru 800/1999, kif emendat bir-Regolament Nru 90/2001, kif ukoll il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-uffiċċju doganali kompetenti sabiex jipproċedi bil-ħlas tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandux dritt, f’każ bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża u fl-ipoteżi fejn ma huwiex marbut, skont id-dritt nazzjonali, bir-rettifika magħmula mill-uffiċċju doganali ta’ esportazzjoni, li jieħu fuq il-kelma r-riferiment li jinsab fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni u li jirrifjuta t-talba għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni minħabba l-fatt li l-awtur ta’ din it-talba ma huwiex l-esportatur tal-prodotti msemmija mill-imsemmija talba. Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn l-uffiċċju doganali kompetenti jilqa’ t-talba għal rettifika u jirrettifika validament l-isem tal-esportatur, l-uffiċċju doganali kompetenti sabiex iħallas ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni huwa vvinkolat b’din id-deċiżjoni.


(1)  ĠU C 113, 09.04.2011

ĠU C 120, 16.04.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Solvay SA vs Honeywell Fluorine Products Europe BV, Honeywell Belgium NV, Honeywell Europe NV

(Kawża C-616/10) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Azzjoni għal ksur ta’ privattiva Ewropea - Ġurisdizzjoni speċjali u esklużiva - Artikolu 6(1) - Numru ta’ konvenuti - Artikolu 22(4) - Kontestazzjoni tal-validità tal-privattiva - Artikolu 31 - Miżuri provviżorji jew kawtelatorji)

2012/C 287/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank ’s-Gravenhage

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Solvay SA

Konvenuti: Honeywell Fluorine Products Europe BV, Honeywell Belgium NV, Honeywell Europe NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank ’s-Gravenhage — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(1), 22(4) u 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni speċjali u esklużiva — Numru ta’ konvenuti — Proċeduri għal miżuri provviżorji mressqa mill-proprjetarju ta’ privattiva Ewropea sabiex tinkiseb il-projbizzjoni tal-ksur transkonfinali ta’ privattiva

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni fejn tnejn jew iktar kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri differenti huma akkużati, kull waħda separatament, fi proċeduri pendenti quddiem qorti ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri, bi ksur tal-istess parti nazzjonali ta’ privattiva Ewropea, li hija fis-seħħ fi Stat Membru ieħor, minħabba atti riżervati li jikkonċernaw l-istess prodott, tista’ twassal għal soluzzjonijiet irrikonċiljabbli jekk il-kawżi jiġu deċiżi separatament, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-eżistenza ta’ tali riskju billi tieħu kont tal-provi kollha rilevanti tal-proċess.

(2)

L-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 31 ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien — Awstrija) — Content Services Ltd vs Bundesarbeitskammer

(Kawża C-49/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/7/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti li jsiru mill-bogħod - Informazzjoni tal-konsumatur - Informazzjoni ipprovduta jew riċevuta - Medium li jservi - Kunċett - Hyperlink fuq is-sit tal-internet tal-fornitur - Dritt ta’ rtirar)

2012/C 287/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Content Services Ltd

Konvenuta: Bundesarbeitskammer

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Wien — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319) — Informazzjoni li tikkonċerna l-kuntratt disponibbli għall-konsumatur permezz ta’ hyperlink li twassal għas-sit tal-internet tal-fornitur — Dritt tal-konsumatur li jirċievi informazzjoni permezz ta’ medium li jservi — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “medium […] li jservi”

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, għandu jiġi interpretat fis-sens li prattika kummerċjali li tikkonsisti f’li l-informazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkun aċċessibbli biss permezz ta’ hyperlink fuq is-sit tal-internet tal-impriża kkonċernata ma tissodisfax l-eżiġenzi tal-imsemmija dispożizzjoni, u dan peress li din l-informazzjoni la hija “pprovduta” minn din l-impriża u lanqas “riċevuta” mill-konsumatur, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, u li sit tal-internet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jitqies bħala “medium […] li jservi” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 5(1).


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Vodafone España, SA vs Ayuntamiento de Santa Amalia (C-55/11), Ayuntamiento de Tudela (C-57/11), u France Telecom España SA vs Ayuntamiento de Torremayor (C-58/11)

(Kawżi magħquda C-55/11, C-57/11 u C-58/11) (1)

(Direttiva 2002/20/KE - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Awtorizzazzjoni - Artikolu 13 - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet)

2012/C 287/13

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone España, SA (C-55/11 u C-57/11), France Telecom España SA (C-58/11)

Konvenuta: Ayuntamiento de Santa Amalia (C-55/11), Ayuntamiento de Tudela (C-57/11), Ayuntamiento de Torremayor (C-58/11),

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ tagħmir — Settur pubbliku muniċipali

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoni”), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-applikazzjoni ta’ tariffa għad-drittijiet ta’ installazzjoni ta’ faċilitajiet minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata għall-operaturi li, mingħajr ma jkunu proprjetarji ta’ dawn il-faċilitajiet, jużaw dawn sabiex jipprovdu servizzi ta’ telefonija mobbli.

(2)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20 għandu effett dirett, b’mod li jagħti lil individwi d-dritt li jiddependu direttament fuqu quddiem qorti nazzjonali sabiex jikkontestaw l-applikazzjoni ta’ deċiżjoni tal-awtorità pubblika inkompatibbli ma’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Nancy — Franza) — Association Kokopelli vs Graines Baumaux SAS

(Kawża C-59/11) (1)

(Agrikoltura - Direttivi 98/95/KE, 2002/53/KE, 2002/55/KE u 2009/145/KE - Validità - Ħxejjex - Bejgħ, fis-suq nazzjonali taż-żrieragħ, ta’ żrieragħ tal-ħaxix li ma jinsabux fil-katalgu komuni uffiċjali tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ ħxejjex - Nuqqas ta’ osservanza tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tqegħid fis-suq - Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Argikoltura - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Libertà tal-intrapriża - Moviment liberu tal-merkanzija - Trattament ugwali)

2012/C 287/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Nancy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association Kokopelli

Konvenuta: Graines Baumaux SAS

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Nancy — Validità, b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ugwaljanza u ta’ moviment liberu tal-merkanzija, kif ukoll tal-impenji meħuda skont it-Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, tad-Direttiva tal-Kunsill 98/95/KE, tal-14 ta’ Diċembru 1998, li temenda, fir-rigward tal-konsolidazzjoni tas-suq intern, il-varjetajiet ta’ pjanti ġenetikament immodifikati u r-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/EEC, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, iż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, iż-żerriegħa taċ-ċereali, il-patata taż-żrigħ, iż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u ż-żerriegħa tal-ħxejjex tal-ikel u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċi tal-pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24, p. 334), tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 281) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 313) u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (ĠU L 312, p. 44) -Bejgħ fis-suq nazzjonali taż-żerriegħa tal-ħxejjex li ma jinsabux fil-katalgu komuni uffiċjali tal-varjetajiet tal-ispeċi tal-ħxejjex — Nuqqas ta’ osservanza tas-sistema nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni qabel it-tqegħid fis-suq, ikkunsidrata restrittiva wisq — Atti ta’ kompetizzjoni żleali jew ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza u ta’ moviment liberu tal-merkanzija

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda magħmula ma rrileva l-ebda element tali li jaffettwa l-validità tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet.


(1)  ĠU C 120, 16.04.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Maurizio Giovanardi et

(Kawża C-79/11) (1)

(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/JHA - Drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali - Direttiva 2004/80/KE - Kumpens tal-vittmi tal-kriminalità - Responsabbiltà ta’ persuna ġuridika - Kumpens fil-kuntest tal-proċedura kriminali)

2012/C 287/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Firenze

Partijiet fil-proċedura kriminali fil-kawża prinċipali

Maurizio Giovanardi, Andrea Lastini, Filippo Ricci, Vito Piglionica, Massimiliano Pempori, Gezim Lakja, Elettrifer Srl, Rete Ferroviaria Italiana SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Ordinario di Firenze — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Nru 2001/220/JHA, tal-15 ta’ Marzu 2001, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65) — Responsabbiltà kriminali ta’ persuni ġuridiċi — Dritt tal-vittma ta’ delitt li tiġi kkumpensata minn persuna ġuridika li tkun indirettament responsabbli għad-danni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali.

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/JHA, tal-15 ta’ Marzu 2001, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-vittma ta’ reat kriminali ma tkunx tista’ titlob kumpens għad-danni kkawżati direttament mill-imsemmi reat, fil-kuntest tal-proċedura kriminali, mingħand il-persuna ġuridika li tkun l-awtriċi ta’ reat amministrattiv.


(1)  ĠU C 120, 16.04.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — UsedSoft GmbH vs Oracle International Corp.

(Kawża C-128/11) (1)

(Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter - Kummerċjalizzazzjoni ta’ liċenzji ta’ programmi tal-kompjuter użati mniżżla mill-internet - Direttiva 2009/24/KE - Artikoli 4(2) u 5(1) - Eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni - Kunċett ta’ “akkwirent leġittimu”)

2012/C 287/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UsedSoft GmbH

Konvenuta: Oracle International Corp.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, p. 16) — Kopji ta’ programmi tal-kompjuter li jitniżżlu mill-internet fuq sostenn informatiku fuq bażi ta’ liċenzja ta’ softwer bil-kunsens tal-proprjetarju — Possibbiltà li din l-operazzjoni tiġi kklassifikata bħala operazzjoni li teżawrixxi d-dritt ta’ distribuzzjoni tal-proprjetarju fir-rigward tal-kopji li jitniżżlu — Kummerċjalizzazzjoni ta’ liċenzji “użati” ta’ programmi li jitniżżlu mill-ewwel persuna li tikseb — Kunċett ta’ “persuna li tikseb legalment”

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ distribuzzjoni tal-kopja ta’ programm tal-kompjuter huwa eżawrit jekk it-titulari tad-drittijiet tal-awtur, li awtorizza, anki jekk bla ħlas, it-tniżżil ta’ din il-kopja fuq sostenn informatiku permezz tal-internet, ikun offra wkoll, bi ħlas ta’ prezz intiż li jippermettilu jikseb remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-valur ekonomiku tal-kopja tax-xogħol li huwa l-proprjetarju tagħha, dritt għall-użu tal-imsemmija kopja, għal żmien indeterminat.

(2)

L-Artikoli 4(2) u 5(1) tad-Direttiva 2009/24 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ liċenzja għal użu li tinkludi l-bejgħ mill-ġdid ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter imniżżla minn fuq is-sit internet tat-titulari tad-drittijiet tal-awtur, liema liċenzja kienet inizjalment mogħtija lill-ewwel akkwirent mill-imsemmi titulari tad-dritt għal perijodu indeterminat u bi ħlas ta’ prezz intiż li jippermetti lil dan tal-aħħar li jikseb remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-valur ekonomiku tal-imsemmija kopja tax-xogħol tiegħu, it-tieni akkwirent tal-imsemmija liċenzja, kif ukoll kull akkwirent sussegwenti ta’ din tal-aħħar, jistgħu jinvokaw l-eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala akkwirenti leġittimi ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter fis-sens tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva u jibbenefikaw mid-dritt ta’ riproduzzjoni stabbilit f’din l-aħħar dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 194, 02.07.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Compass-Datenbank GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-138/11) (1)

(Kompetizzjoni - Artikolu 102 TFUE - Kunċett ta’ “impriża” - Data tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji miżmuma f’database - Attività ta’ ġbir u ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ din id-data bi ħlas - Effett tar-rifjut tal-awtoritajiet pubbliċi li jawtorizzaw l-użu mill-ġdid ta’ din id-data - Dritt “sui generis” previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9/KE)

2012/C 287/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compass-Datenbank GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal Artikolu 102 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li għandu jsir ħlas għall konsultazzjoni tar-reġistru pubbliku tal-kummerċ u tal-kumpanniji (Firmenbuch) u li tipprojbixxi kwalunkwe użu kummerċjali ieħor ta’ dan ir-reġistru — Kunċett ta’ attività ekonomika — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Portata tad-duttrina tal-faċilitajiet essenzjali (essential facilities doctrine)

Dispożittiv

L-attività ta’ awtorità pubblika li tikkonsisti fl-issejvjar, f’database, ta’ data li l-impriżi għandhom jikkomunikaw abbażi ta’ obbligi legali, li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jikkonsultaw din id-data u/jew li tipprovdilhom kopji stampati tagħha ma tikkostitwixxix attività ekonomika, u din l-awtorità pubblika ma għandhiex, konsegwentement, tiġi kkunsidrata, fil-kuntest ta’ din l-attività, bħala impriża fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE. Il-fatt li din il-konsultazzjoni u/jew din il-provvista ta’ kopji jitwettqu inkambju għal remunerazzjoni prevista fil-liġi u mhux iddeterminata, direttament jew indirettament, mill-entità kkonċernata ma huwiex ta’ natura li jbiddel il-kwalifikazzjoni ġuridika tal-imsemmija attività. Barra minn hekk, sa fejn tali awtorità pubblika tipprekludi kull użu ieħor tad-data hekk miġbura u mqegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, billi tinvoka l-protezzjoni sui generis mogħtija lilha bħala produttur tad-database inkwistjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, jew skont kull dritt ieħor ta’ proprjetà intellettwali, hija lanqas ma teżerċita attività ekonomika u ma għandhiex għalhekk tiġi kkunsidrata, fil-kuntest ta’ din l-attività, bħala impriża fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Södertörns tingsrätt — l-Isvezja) — Torsten Hörnfeldt vs Posten Meddelande AB

(Kawża C-141/11) (1)

(Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti dritt inkundizzjonali bħala ħaddiem sal-età ta’ 67 sena u li tawtorizza t-terminazzjoni awtomatika tal-kuntratt ta’ xogħol fi tmiem ix-xahar li matulu l-ħaddiem jilħaq din l-età - Assenza tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar)

2012/C 287/18

Lingwa tal-kawża: is-Svediż

Qorti tar-rinviju

Södertörns tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Torsten Hörnfeldt

Konvenuta: Posten Meddelande AB

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Södertörns tingsrätt — Interpretazzjoni tal-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Leġiżlazzjoni nazzjonali u ftehim kollettiv li jagħtu lill-ħaddiem dritt inkundizzjonali li jaħdem sal-età ta’ 67 sena u li jipprevedu t-terminazzjoni awtomatika u mingħajr rexissjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol fi tmiem ix-xahar li matulu l-ħaddiem jilħaq l-età ta’ 67 sena, mingħajr teħid inkunisderazzjoni tal-pensjoni li tista’ effettivament titħallas lilu.

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil persuna li timpjega li tittermina kuntratt ta’ xogħol ta’ impjegat għar-raġuni biss li dan tal-aħħar ikun laħaq l-età ta’ 67 sena u ma tiħux inkunsiderazzjoni l-livell tal-pensjoni tal-irtirar li l-persuna kkonċernata tkun ser tirċievi, peress li din hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata minn għan leġittimu dwar il-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u tikkostitwixxi mezz xieraq u neċessarju għat-twettiq tagħha.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus — l-Estonja) — AS Pimix, fi stralċ vs Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus, Põllumajandusministeerium

(Kawża C-146/11) (1)

(Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Iffissar tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda ta’ prodotti agrikoli - Riferiment, f’dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, għal dispożizzjoni ta’ regolament tal-Unjoni li ma ġiex ippubblikat skont kif meħtieġ bil-liġi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa tal-Istat Membru inkwistjoni)

2012/C 287/19

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Pimix, fi stralċ

Konvenut: Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus, Põllumajandusministeerium

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Riigikohus — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u tal-Artikolu 297(1) TFUE u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-10 ta’ Novembru 2003, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 474) kif ukoll tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-161/06, C-560/07 u C-140/08 — Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Iffisar tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda ta’ prodotti agrikoli — Riferiment, f’dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, għal dispożizzjoni ta’ regolament tal-Unjoni Ewropea li ma ġiex ippubblikat skont kif meħtieġ bil-liġi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwa tal-Istat Membru inkwistjoni fid-data prevista għad-determinazzjoni tal-ħażniet żejda — Implementazzjoni jew le tar-regolament skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

Dispożittiv

L-Artikolu 58 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi, fl-Estonja, l-applikazzjoni fir-rigward ta’ individwi ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-10 ta’ Novembru 2003, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja, li, fl-1 ta’ Mejju 2004, la kienu ppubblikati bl-Estonjan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u lanqas riprodotti fid-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, u dan anki jekk dawn l-individwi setgħu jsiru jafu dwar dawn id-dispożizzjonijet permezz ta’ mezzi oħra.


(1)  ĠU C 160, 25.05.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Fra.bo SpA vs Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein

(Kawża C-171/11) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri ta’ effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva - Proċedura nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni - Preżunzjoni ta’ konformità mad-dritt nazzjonali - Applikabbiltà tal-Artikolu 28 KE għal korp privat ta’ ċertifikazzjoni)

2012/C 287/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fra.bo SpA

Konvenuta: Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal Artikoli 34, 101 u 106(2) TFUE — Applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-attività ta’ assoċjazzjoni privata (Technisch Wissenschaftlicher Verein), approvata minn Stat Membru bħala korp ta’ ċertifikazzjoni għal ċerti prodotti — Effett dirett orizzontali tal-Artikolu 34 TFUE

Dispożittiv

L-Artikolu 28 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni ta’ korp privat, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkunsdira li l-prodotti ċċertifikati minn dan il-korp huma konformi mad-dritt nazzjonali u dan ikollu bħala effett li jostakola l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li ma humiex iċċertifikati mill-imsemmi korp.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — HIT hoteli, igralnice, turizem dd Nova Gorica, HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na sreco in turizem dd vs Bundesminister für Finanzen.

(Kawża C-176/11) (1)

(Artikolu 56 TFUE - Restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi r-reklamar għal casinos li jinsabu fi Stati oħra jekk il-livell ta’ protezzjoni legali tal-lagħba f’dawn l-Istati ma jkunx ekwivalenti għal dak iggarantit fuq livell nazzjonali - Ġustifikazzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità)

2012/C 287/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HIT hoteli, igralnice, turizem dd Nova Gorica, HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na sreco in turizem dd

Konvenuta: Bundesminister für Finanzen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verfassungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56 TFUE et seq — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi, fit-territorju tagħha, ir-reklamar ta’ casinos fi Stati oħra jekk il-livell ta’ protezzjoni legali tal-persuni li jilagħbu f’dawn l-Istati ma jkunx ekwivalenti għal-livell ta’ protezzjoni ggarantit fuq livell nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha r-reklamar f’dan l-Istat li jippromwovi l-istabbilimenti ta’ casinos li jinsabu fi Stat Membru ieħor jiġi awtorizzat biss jekk id-dispożizzjonijiet legali adottati f’dan l-Istat Membru fil-qasam tal-protezzjoni tal-lagħba jagħtu garanziji li sostanzjalment ikunu ekwivalenti għal dawk tad-dispożizzjonijiet legali korrispondenti fis-seħħ fl-ewwel Stat Membru.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Compañía Española de Tabaco en Rama, SA (Cetarsa) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-181/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar ta’ prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Ugwaljanza fit-trattament - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kooperazzjoni - Żnaturament tal-provi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ motivazzjoni)

2012/C 287/22

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Compañía Española de Tabaco en Rama, SA (Cetarsa) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, J. Bunedía Sierra u Á. Givaja Sanz, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Gippini Fournier u L Malferrari, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 — Cetarsa vs Il-Kummissjoni (T-33/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja) u kontrotalba tal-Kummissjoni intiża għaż-żieda tal-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti.

Dispożittiv

(1)

L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.

(2)

Il-Compañía española de tabaco en rama SA (Cetarsa) hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — DTZ Zadelhoff vof vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-259/11) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 5(3)(ċ), u 13B(d)(5) - Innegozjar ta’ tranżazzjoni ta’ trasferiment ta’ ishma ta’ kumpanniji - Tranżazzjoni li timplika wkoll it-trasferiment tal-proprjetà ta’ beni immobbli ta’ dawn il-kumpanniji - Eżenzjoni)

2012/C 287/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DTZ Zadelhoff vof

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(3)(ċ) u 13(B)(d)(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet previsti bis-Sitt Direttiva — Tranżazzjonijiet magħmula taħt l-Artikolu 13(B)(d)(5) — Trasferiment ta’ azzjonijiet ta’ kumpanniji li jinvolvi wkoll it-trasferiment tal-proprjetà tal-beni immobbli li jappartjenu lil dawn il-kumpanniji.

Dispożittiv

L-Artikolu 13B(d)(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt din l-eżenjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dawk it-tranżazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom l-għan li jittrasferixxu ishma ta’ kumpanniji kkonċernati u li kellhom dan ir-riżultat, iżda li, fl-aħħar analiżi, jirrigwardaw il-beni immobbiljari miżmuma minn kumpanniji u t-trasferiment (indirett) tagħhom. L-eċċezzjoni għal din l-eżenzjoni li hija prevista fl-istess tieni inċiż tal-punt 5 ma hijiex applikabbli jekk l-Istat Membru ma użax il-possibbiltà, prevista fl-Artikolu 5(3)(ċ) tal-imsemmija direttiva, li jikkunsidra bħala proprjetà korporali, l-ishma jew interessi ekwivalenti għall-ishma li jagħtu lit-titolari tagħhom drittijiet de jure jew de facto ta’ proprjetarju jew pussess fuq il-proprjetà immobbli.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — EMS-Bulgaria Transpot OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Plovdiv

(Kawża C-284/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Terminu perentorju għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT - Prinċipju ta’ effettività - Rifjut tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT - Prinċipju tan-newtralità fiskali)

2012/C 287/24

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EMS-Bulgaria Transport OOD

Konvenuta: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Plovdiv

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven administrativen sad — Interpretazzjoni tal-Artikoli 179, 180 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) u tal-prinċipju ta’ effettività skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-95/07 u C-96/07, Ecotrade et — Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-kreditu ta’ VAT għal terminu ta’ dekadenza ta’ tliet perijodi fiskali li jsegwu dak li matulu d-dritt għal tnaqqis tnissel — Rifjut tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni fakultattiv għall-VAT bħala xerrej intra-Komunitarju, u minħabba n-nuqqas ta’ eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis fit-termini previsti

Dispożittiv

(1)

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 179, u l-Artikoli 180 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux l-eżistenza ta’ terminu perentorju, li jirregola l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, bħal ma huwa inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dan ma jagħmilx eċċessivament diffiċli jew prattikament impossibbli l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt. Evalwazzjoni bħal din għandha titwettaq mill-qorti nazzjonali, li tista’, b’mod partikolari, tikkunsidra l-intervent ulterjuri ta’ proroga konsegwenti tat-terminu perentorju kif ukoll tat-terminu ta’ proċedura ta’ reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud qabel ma titwettaq f’dan l-istess terminu sabiex tkun tista’ tezerċita l-imsemmi dritt għal tnaqqis.

(2)

Il-prinċipju tan-newtralità fiskali jipprekludi sanzjoni li tikkonsisti f’li jiġi rrifjutat id-dritt għal tnaqqis f’każ ta’ ħlas tard tat-taxxa fuq il-valur miżjud, iżda ma jipprekludix il-ħlas ta’ interessi moratorji, suġġett li din is-sanzjoni tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs TNT Freight Management (Amsterdam) BV

(Kawża C-291/11) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Intestaturi tariffarji 3002 u 3502 - Albumina tad-demm ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi - Ipproċessar tal-prodott)

2012/C 287/25

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: TNT Freight Management (Amsterdam) BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Nomenklatura magħquda — Intestaturi tariffarji — Interpretazzjoni — Albumina tad-demm ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi — Kunċett — Albumina tad-demm li ma għandha l-ebda effett terapewtiku iżda li hija indispensabbli u użata esklużivament għall-preparazzjoni ta’ prodotti li huma stess għandhom effetti terapewtiċi jew profilattiċi

Dispożittiv

In-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, moqrija flimkien man-nota 1(b) tal-Kapitolu 35 ta’ din in-nomenklatura, għandha tiġi interpretata fis-sens li albumina tad-demm li fiha nnifisha ma għandha l-ebda effett terapewtiku jew profilattiku, iżda li ġiet prodotta għall-preparazzjoni tal-prodotti li għandhom effett profilattiku jew terapewtiku u hija indispensabbli għal din il-preparazzjoni, u li, min-natura tagħha stess, tista’ tintuża biss għal dan il-għan, ġiet ippreparata għal użu terapewtiku jew profilattiku, fis-sens ta’ din in-nota.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Smart Technologies ULC vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-311/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artkolu 7(1)(b) - Trade mark verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH - Trade mark li tikkonsisti fi slogan ta’ reklamar - Karattru distintiv - Rifjut ta’ reġistrazzjoni)

2012/C 287/26

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Smart Technologies ULC (rappreżentanti: M. Edenborough QC, T. Elias, barrister)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Bord tal-Appell) tat-13 ta’ April 2011 Smart Technologies vs UASI (T-523/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors li jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni R 554/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta’ Settembru 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH”, għal prodotti fil-klassi 9

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Smart Technologies ULC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.9.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) — J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-326/11) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13B(g) moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) - Provvista ta’ bini u tal-art li tkun fuqha - Provvista ta’ bini fi stadju ta’ xogħol intiż sabiex jinħoloq bini ġdid bi trasformazzjoni - Tkomplija u tlestija tax-xogħol mix-xerrej wara l-provvista - Eżenzjoni mill-VAT)

2012/C 287/27

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard BV

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni prelimari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(3)(a) u 13B(ġ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva — Eżenzjoni fuq it-trasferimenti tal-bini u tal-art li fuqha jinsab il-bini — Trasferiment ta’ bini li qed isir xogħol fuqu bil-għan li jinħoloq bini ġdid — Tkomplija u tlestija tax-xogħlijiet mix-xerrej wara t-trasferiment

Dispożittiv

L-Artikolu 13B(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din l-ewwel dispożizzjoni tkopri tranżazzjoni ta’ provvista ta’ proprjetà immobbli li tikkonsisti f’art u f’bini antik li jkun qed jiġi ttrasformat f’bini ġdid, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li, fil-mument ta’ din il-provvista, il-bini l-antik kien suġġett biss għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ parzjali u kien, tal-inqas parzjalment, għadu użat bħala tali.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Mejju 2012 — Butz, Helmut, Bachman-Butz, Christel, Butz, Frederike vs Société Air France SA

(Kawża C-212/12)

2012/C 287/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Helmut Butz, Christel Bachman-Butz, Frederike Butz,

Konvenuta: Société Air France SA

Domanda preliminari

Għandu jingħata kumpens lill-passiġġier ta’ titjira skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (1) jekk it-tluq tal-ewwel titjira tiegħu kellu dewmien li kien fil-limiti ddefiniti taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament, waqt li it-tieni titjira kellha dewmien li jmur lil hinn mil-limiti stabbiliti taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament, u fejn il-wasla tiegħu fid-destinazzjoni finali kellha dewmien ta’ mill-inqas tliet sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Mejju 2012 — Andreas Ingemar Thiele Meneses vs Region Hannover

(Kawża C-220/12)

2012/C 287/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andreas Ingemar Thiele Meneses

Konvenuta: Region Hannover

Domanda preliminari

Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza stabbilit mill-Artikoli 20 u 21 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha ċittadin Ġermaniż b’residenza permanenti barra mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jista’ biss jingħata borża ta’ studju sabiex isegwi taħriġ ma’ istituzzjoni edukattiva fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea sakemm din l-istituzzjoni edukattiva tkun tinsab fl-Istat ta’ residenza jew fi Stat ġar u jekk, minbarra dan, ikun hemm ċirkustanzi partikolari fil-każ inkwistjoni li jiġġustifikaw din l-għajnuna?


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — A. Adil vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel

(Kawża C-278/12)

2012/C 287/30

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A. Adil

Konvenuti: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 21 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali, bħal dik mogħtija mill-Artikolu 50 tal-Vreemdelingenbesluit 2000 (Liġi 2000 dwar il-barranin) u implementata fl-Artikolu 4.17a tal-Vreemdelingenbesluit 2000 (Digriet 2000 dwar il-barranin), li tippermetti li jsiru kontrolli fuq persuni mal-fruntieri interni sabiex jiġi vverifikat jekk dawn il-persuni jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ residenza legali applikabbli fl-Istat Membru?

(2)

(a)

L-Artikolu 21 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jipprekludi li kontrolli nazzjonali, bħal dawk previsti fl-Artikolu 50 tal-Vreemdelingenwet 2000, ikunu bbażati fuq informazzjoni ġenerali u esperjenza dwar ir-residenza illegali ta’ persuni fil-post tal-kontroll, fis-sens tal-Artikolu 4.17a(2) tal- Vreemdelingenwet 2000, jew inkella huwa meħtieġ li, waqt l-eżekuzzjoni ta’ tali kontrolli, ikunu jeżistu elementi konkreti li jindikaw li individwu jkun qiegħed jirrisjedi illegalment fl-Istat Membru kkonċernat?

(b)

L-Artikolu 21 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jipprekludi l-eżekuzzjoni ta’ dan it-tip ta’ kontroll li għandu l-għan li jikseb informazzjoni ġenerali u informazzjoni marbuta mal-esperjenza fil-qasam tar-residenza illegali fis-sens tal-punt (a), jekk dan il-kontroll isir b’mod limitat?

(3)

L-Artikolu 21 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen għandu jiġi interpretat fis-sens li l-limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ kontroll bħal dik deskritta f’dispożizzjoni leġiżlattiva bħall-Artikolu 4.17a tal-Vreemdelingenwet 2000 hija suffiċjenti sabiex tiggarantixxi li l-eżerċizzju fil-prattika ta’ kontroll ma jistax ikollu effett ekwivalenti għal dak ta’ verifiki mal-fruntiera pprojbiti mill-Artikolu 21 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen?


(1)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1)


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Ġunju 2012 — Finanzamt Düsseldorf-Mitte vs Ibero Tours GmbH

(Kawża C-300/12)

2012/C 287/31

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Düsseldorf-Mitte.

Konvenuta: Ibero Tours GmbH.

Domandi preliminari

(1)

Skont il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94, Ġabra p. I-5339), il-fatt li intermedjarju (f’dan il-każ, aġent tal-ivvjaġġar) jagħti rimbors lill-konsumatur (f’dan il-każ, klijent li jkun sejjer fuq vjaġġ) fir-rigward tat-tranżazzjoni ppreparata minnu (f’dan il-każ, servizzi tal-operatur tal-ġiti pprovduti lill-imsemmi klijent) ta’ parti mill-prezz tat-tranżazzjoni ppreparata jwassal għal tnaqqis tal-ammont taxxabbli fil-kuntest ta’ katina ta’ distribuzzjoni?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Elida Gibbs (C-317/94, Ġabra p. I-5339) għandhom jiġu applikati wkoll jekk it-tranżazzjoni tal-operatur tal-ġiti, ippreparata mill-intermedjarju, taqa’ taħt l-iskema speċjali prevista fl-Artikolu 26 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (Direttiva 77/388/KEE (1)) filwaqt li s-servizzi intermedjarji tal-aġent tal-ivvjaġġar ma jaqgħux taħt din id-dispożizzjoni?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv anki għat-tieni domanda: jekk is-servizzi ppreparati mill-intermedjarju jkunu eżentati, Stat Membru li ttraspona b’mod korrett l-Artikolu 11 Ċ (1) tad-Direttiva 77/388/KEE jista’ jirrifjuta tnaqqis tal-ammont taxxabbli biss jekk, fl-eżerċizzju tal-possibbiltà mogħtija f’din id-dispożizzjoni, dan l-Istat Membru ppreveda kundizzjonijiet addizzjonali għar-rifjut tat-tnaqqis?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Ġunju 2012 — X; parti oħra: Minister van Financiën

(Kawża C-302/12)

2012/C 287/32

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Minister van Financiën

Domandi preliminari

(1)

L-eżerċizzju ta’ kompetenzi fiskali minn żewġ Stati Membri, b’mod partikolari l-impożizzjoni ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq vettura bil-mutur, huwa bla limitu meta ċittadin tal-Unjoni jirrisjedi, skont leġiżlazzjonijiet nazzjonali, f’żewġ Stati Membri, u juża b’mod effettiv u fit-tul f’dawn iż-żewġ Stati Membri vettura bil-mutur li hija proprjetà tiegħu?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija negattiva, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jista’ jkollu effett korrettiv fuq l-impożizzjoni ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni fil-każ bħal f’din il-kawża u, f’każ affermattiv, dan il-prinċipju jimplika li Stat Membru jew iż-żewġ Stati Membri għandhom jimponu limiti fl-eżerċizzju tal-kompetenzi fiskali tagħhom u b’liema mod?


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2012 — Guido Imfeld, Nathalie Garcet vs État belge

(Kawża C-303/12)

2012/C 287/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Guido Imfeld, Nathalie Garcet

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikolu [39 KE] jipprekludi lis-sistema fiskali Belġjana, b’mod partikolari l-Artikolu 155 tas-CIR/92 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 134(1) tas-CIR/92 — irrispettivament minn jekk tiġix applikata jew le ċ-Ċirkolari, tat-12 ta’ Marzu 2008, Nru Ci.RH.331/575,420 — milli jkollha bħala konsegwenza li d-dħul professjonali tar-rikorrent irċevut fil-Ġermanja, eżentat abbażi tal-Artikolu 17 tal-Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja bejn il-Ġermanja u l-Belġju, jiġi inkluż fil-kalkolu tat-taxxa Belġjana, li jservi bħala bażi tal-għoti ta’ vantaġġi fiskali previsti mis-CIR/92 u li l-benefeċċju ta’ dawn, bħall-kwota eżenti mit-taxxa minħabba s-sitwazzjoni familjari tar-rikorrent, jitnaqqas jew jingħata f’ammont inqas milli kieku ż-żewġ rikorrenti t-tnejn li huma kellhom dħul li joriġina mill-Belġju u li kieku r-rikorrenti, pjuttost milli r-rikorrent, kellha l-ogħla dħul, filwaqt li fil-Ġermanja, ir-rikorrent huwa intaxxat fuq id-dħul professjonali tiegħu bħala persuna waħedha u ma jistax jibbenefika mill-vantaġġi fiskali kollha marbuta mas-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu, li tittieħed inkunsiderazzjoni biss parzjalment mill-awtoritajiet tat-taxxa Ġermaniżi?


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Spedition Welter GmbH/Avanssur S.A.

(Kawża C-306/12)

2012/C 287/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Spedition Welter GmbH

Konvenuta: Avanssur S.A.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-setgħat tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet jinkludu li huwa awtorizzat jirċievi notifiki għan-nom tal-impriża ta’ assigurazzjoni b’tali mod li, fil-kuntest ta’ proċeduri mibdija mill-persuna leża kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni sabiex tikseb kumpens għal inċident, notifika ġudizzjarja indirizzata lir-rappreżentat maħtur mill-imsemmija impriża tista’ titqies bħala li ġiet innotifikata lil din tal-aħħar b’mod validu?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

(2)

L-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2009/103 jipproduċi effett dirett tali li l-persuna leża tista’ tipprevalixxi ruħha minnu quddiem il-qorti nazzjonali, b’tali mod li din tal-aħħar jkollha titlaq mill-prinċipju li n-notifika indirizzata lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet fil-kwalità tiegħu ta’ “rappreżentant” tal-impriża ta’ assigurazzjoni ġiet innotifikata lilha b’mod validu, minkejja li r-rappreżentant ma kienx tqabbad b’mod konvenzjonali sabiex jirċievi notifiki u minkejja li d-dritt nazzjonali ma jipprevedix mandat legali f’każ bħal dan, iżda altrimenti n-notifika tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mid-dritt nazzjonali?


(1)  ĠU L 263, p. 11.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Maria Albertina Gomes Viana Novo et vs Fundo de Garantia Salarial, IP

(Kawża C-309/12)

2012/C 287/35

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Norte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Albertina Gomes Viana Novo, Ezequiel Martins Dias, Gabriel Inácio da Silva Fontes, Marcelino Jorge dos Santos Simões, Manuel Dourado Eusébio, Alberto Martins Mineiro, Armindo Gomes de Faria, José Fontes Cambas, Alberto Martins do Alto, José Manuel Silva Correia, Marilde Marisa Moreira Marques Moita, José Rodrigues Salgado Almeida, Carlos Manuel Sousa Oliveira, Manuel da Costa Moreira, Paulo da Costa Moreira, José Manuel Serra da Fonseca, Ademar Daniel Lourenço Dias, Ana Mafalda Azevedo Martins Ferreira

Konvenut: Fundo de Garantia Salarial, IP

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, fil-kuntest konkret tal-garanzija tal-krediti salarjali fil-każ tal-insolvenza tal-persuna li timpjega, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 10 tad-Dirttiva 80/987/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiggarantixxi biss il-krediti li saru eżiġibbli fis-sitt xhur ta’ qabel il-preżentata ta’ rikors sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega anki meta l-ħaddiema jkunu ressqu kawża quddiem it-tribunal industrijali kontra min jimpjeghom sabiex jiksbu l-iffissar ġudizzjarju tal-ammont mhux imħallas u l-irkupru forzat ta’ dan l-ammont?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217)


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts Nienburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Heinz Kassner vs Mittelweser-Tiefbau GmbH & Co. KG

(Kawża C-311/12)

2012/C 287/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgerichts Nienburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Heinz Kassner

Konvenuta: Mittelweser-Tiefbau GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta” u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1), tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2003/88/KE”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, f’ċerti setturi, it-tul tal-leave annwali minimu ta’ erba’ ġimgħat jista’ jitnaqqas permezz ta’ ftehim kollettiv?

(2)

L-Artikolu 31 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġi provdut, permezz ta’ ftehim kollettiv, li tnaqqis fir-remunerazzjoni kkawżat matul il-perijodu ta’ riferiment minħabba waqfien parzjali mix-xogħol, ġranet ta’ xogħol mitlufa jew l-assenza involontarja tal-ħaddiem mix-xogħol jittieħu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ħlas tal-leave, hekk li l-konsegwenza hija li l-ħaddiem ma jirċievi ebda kumpens ta’ leave għat-tul tal-leave annwali minimu ta’ erba’ ġimgħat jew ebda kumpens finanzjarju ta’ leave mhux meħud fil-każ ta’ terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol?

(3)

Fil-każ li d-domanda 2 tingħata risposta affermattiva, l-Artikolu 31 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tippermetti li jiġi provdut, permezz ta’ ftehim kollettiv, li tnaqqis fir-remunerazzjoni kkawżat matul il-perijodu ta’ riferiment minħabba waqfien parzjali mix-xogħol, ġranet ta’ xogħol mitlufa jew l-assenza involontarja tal-ħaddiem mix-xogħol jittieħu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ħlas tal-leave, hekk li l-konsegwenza hija li l-ħaddiem jirċievi, għat-tul tal-leave annwali minimu ta’ erba’ ġimgħat, kumpens ta’ leave — jew, fil-każ ta’ terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol, kumpens finanzjarju ta’ leave mhux meħud — inqas minn dak li kien jirċievi kieku ttieħed abbażi tar-remunerazzjoni medja li kien jibbenefika minnha matul il-perijodu ta’ riferiment mingħajr tali tnaqqis fir-remunerazzjoini? Fil-każ ta’ riposta affermattiva, sa liema perċentwali massimu, ikkalkolat skont ir-remunerazzjoni medja mhux imnaqqsa tal-ħaddiem, il-kumpens tal-leave jista’ jitnaqqas permezz ta’ ftehim kollettiv fil-każ ta’ waqfien parzjali mix-xogħol, ġranet ta’ xogħol mitlufa jew l-assenza involontarja tal-ħaddiem mix-xogħol matul il-perijodu ta’ riferiment, sabiex id-dispożizzjoni nazzjonali li tawtorizza tali tnaqqis tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni?

(4)

L-Artikolu 31 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjoni nazzjonali ta’ ftehim kollettiv li tipprovdi li, għall-perijodi tas-sena li matulhom il-ħaddiem bil-leave tal-mard la rċieva remunerazzjoni u lanqas kumpens għal mard jew għal diżabbiltà, huwa ma jakkwista l-ebda dritt għal leave, sa fejn dan ikollu l-konsegwenza li l-ħaddiem jkollu dritt għal inqas minn erba’ ġimgħat ta’ leave annwali?

(5)

L-Artikolu 31 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjoni nazzjonali ta’ ftehim kollettiv li tipprovdi li, għas-snin li matulhom, wara ġranet ta’ xogħol mitlufa jew ta’ assenza involontarja tal-ħaddiem mix-xogħol, b’mod partikolari minħabba mard, ebda salarju gross ma ġie effettivament riċevut, ma hemm l-ebda dritt għal kumpens ta’ leave jew, fil-każ ta’ terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol, ta’ dritt għal kumpens finazjarju ta’ leave mhux meħud?

(6)

L-Artikolu 31 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjoni nazzjonali ta’ ftehim kollettiv li tipprovdi li d-drittijiet għal leave u d-drittijiet għal kumpens finanzjarju għal leave mhux meħud jintilfu fl-iskadenza tas-sena kalendarja li tiġi eżatt wara s-sena li fiha jkunu akkwistati d-drittijiet għal kumpens, u b’hekk tiġi limitata l-possibbiltà għal ħaddiem li jkun inkapaċi għal xogħol matul diversi perijodi ta’ riferiment suċċessivi li jakkumula drittijiet għal leave annwali mħallas? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, id-dritt tal-Unjoni huwa applikat aħjar u b’mod ikar effikaċi fid-dritt nazzjonali meta tali dispożizzjoni tal-ftehim tibqa’ mhux applikata għal kollox jew meta hija interpretata skont id-dritt tal-Unjoni, billi jiġi ssostitwit għall-perijodu annwali, perijodu speċifiku li huwa itwal?

(7)

Fil-każ li waħda jew iktar mid-domandi 1 sa 5 tingħata risposta affermattiva: il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ ċertezza legali u l-prinċipju ta’ non retroattività jimponu li tiġi limitata ratione temporis il-possibbiltà għall-persuni kkonċernati kollha li jistrieħu fuq l-interpretazzjoni, mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz tad-deċiżjoni preliminari adottata f’din il-proċedura, tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31 tal-Karta u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE, sa fejn il-ġurisprudenza tal-ogħla qrati nazzjonali kienu minn qabel iddeċidew li d-dispożizzjonijiet rilevanti nazzjonali li jinsabu fil-liġi u l-ftehim kollettiv ma jistgħux ikunu suġġetti għal interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni? Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta negattiva għal din id-domanda: huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li qrati nazzjonali jipproteġu, abbażi tad-dritt nazzjonali, l-aspettattivi leġittimi ta’ persuni li jimpjegaw li straħu fuq iż-żamma tal-ġurispdudenza tal-ogħla qrati nazzjonali, jew il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi hija riżervata biss għall-Qorti tal-Ġustizzja?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Huy (il-Belġju) fit-28 ta’ Ġunju 2012 — Agim Ajdini vs État belge, Service des Allocations aux Handicapés

(Kawża C-312/12)

2012/C 287/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Huy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agim Ajdini

Konvenut: État belge, Service des Allocations aux Handicapés

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4 tal-Liġi tas-27 ta’ Frar 1987 dwar l-allowances għal persuni b’diżabilità, sa fejn dan jeskludi mill-benefiċċju tal-allowances għal persuni b’diżabilità, biss minħabba n-nazzjonalità tagħha, lill-persuna barranija li tirrisjedi legalment fil-Belġju, li hija rreġistrata fir-reġistru għall-barranin u li għandha rabtiet b’saħħithom u fit-tul mal-Belġju, u li ilha tirrisjedi hemmhekk flimkien mal-familja tagħha għal tnax-il sena, biċ-ċirkustanza partikolari li din il-persuna barranija hija ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa kandidat uffiċjali għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, huwa konformi mad-dritt Ewropew, u b’mod partikolari mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2000/C 364/01), b’mod partikolari l-Artikoli 20, 21 u 26 tagħha?

(2)

L-Artikolu 26(4) tal-Liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Qorti tal-Arbitraġġ huwa konformi mad-dritt Ewropew, u b’mod partikolari mal-Artikolu 234 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea?


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-2 ta’ Lulju 2012 — Minister Finansów vs MDDP Sp. z o.o. Akademia Biznesu, Sp. komandytowa

(Kawża C-319/12)

2012/C 287/38

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: MDDP Sp. z o.o. Akademia Biznesu, Sp. komandytowa

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 132(1)(i), 133 u 134 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112/KE” (1), għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu li l-provvista ta’ servizzi edukattivi mwettqa minn organi li ma humiex ta’ natura pubblika, għal skopijiet kummerċjali, huma eżenti mill-VAT, kif stipulat fl-Artikolu 43(1)(1) tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004, dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług, Dz. U. Nru 54, pożizzjoni 535, kif emendata), flimkien mal-Anness 4, Taqsima 7, ta’ din il-liġi, hekk kif kienet fis-seħħ fl-2010?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ konformità ta’ tali eżenzjoni mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE, il-persuna taxxabbli tista’ tagħmel użu minn din filwaqt li tibbenefika mid-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa skont l-Artikolu 168 ta’ din id-direttiva,?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Lulju 2012 — F. van der Helder & D. Farrington vs College voor zorgverzekeringen (Cvz)

(Kawża C-321/12)

2012/C 287/39

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F. van der Helder, D. Farrington

Konvenuta: College voor zorgverzekeringen (Cvz)

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni li għaliha l-persuna li tirċievi pensjoni kienet suġġetta għaliha għall-itwal żmien, fis-sens tal-Artikolu 28(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1), tirreferi għal-leġiżlazzjoni dwar benefiċċji tal-mard u tal-maternità, għal-leġiżlazzjoni dwar pensjonijiet tax-xjuħija, jew kull leġiżlazzjoni oħra dwar l-oqsma tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament u li kienu applikabbli abbażi tat-Titolu II tar-Regolament?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2012 — L-Istat Belġjan — SPF Finances vs GIMLE SA

(Kawża C-322/12)

2012/C 287/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Konvenuta: GIMLE SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(3), (4) u (5) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (1) għandu jkun interpretat fis-sens li ma jipprovdix biss riferiment għal informazzjoni addizzjonali fin-noti dwar il-kontijiet annwali iżda jimponi, meta l-prezz tax-xiri ma jikkorrispondix manifestament mal-valur attwali tal-proprjetà kkonċernata, u li b’hekk jagħti stampa distorta tal-patrimonju, tas-sitwazzjoni finanzjarja, kif ukoll tar-riżultat tal-intrapriża, li ssir deroga mill-prinċipju li l-assi jitniżżlu fil-kontijiet bil-prezz tax-xiri u li jiġu immedjatament irrikonoxxuti bil-valur tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom, jekk dan ikun jidher li jkun il-valur reali tagħhom?


(1)  (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21).


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/22


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-325/12)

2012/C 287/41

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, P. Guerra e Andrade u L. Nicolae, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika Portugiza, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva 2009/136/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, u, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b’tali dispożizzjonijiet, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/136/KE;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża, skont l-Artikolu 260(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għall-pagament ta’ penalità għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tinnotifika l-miżuri kollha ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/136/KE, għal somma ta’ EUR 22 014,72 kuljum, dekorribbli mid-data tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Istat Portugiż ma adottax il-miżuri neċessarji kollha sabiex jeżegwixxi d-Direttiva 2009/136/KE u, fi kwalunkwe każ, ma nnotifikax lill-Kummissjoni bihom.

L-Istat Portugiż ried biss jittrasponi fid-dritt nazzjonali d-Direttiva 2009/136/KE f’dak li jirrigwarda l-emendi magħmula għad-Direttiva 2002/22/KE.

Huwa ma ttrasponiex il-parti tad-Direttiva 2009/136/KE li emendat id-Direttiva 2002/58/KE (privatezza u komunikazzjoni elettronika).

Skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, li l-Istat Membru kkonċernat jiġi kkundannat għall-ħlas ta’ somma f’daqqa jew pagamenti ta’ penalità, fis-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq mill-Istat Membru tal-obbligu li jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ Direttiva adottata skont proċedura leġiżlattiva.

Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE (2), il-pagamenti ta’ penalità proposti mill-Kummissjoni huma kkalkulati skont il-metodu espost fil-komunikazzjoni tal-emenda fuq l-implementazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE.

Konsegwentement, id-determinazzjoni tas-sanzjoni tibbaża ruħha fuq il-kriterji tal-gravità u tat-tul tal-ksur u tan-neċessità li tiġi ggarantita l-effikaċità disswasiva tas-sanzjoni.

Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ gravità n-numru 8, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-importanza tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni li nkisru u tal-konsegwenzi ta’ dan il-ksur fir-rigward tal-interessi ġenerali u partikolari.


(1)  ĠU L 337, p. 11.

(2)  ĠU 2011 C 12, p. 1.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/23


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-329/12)

2012/C 287/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch u B. Schima, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2006/24/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, billi ma adottatx kompletament il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva jew li ma kkomunitahomx kollha lill-Kummissjoni;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, taħt l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 315 036,54, pagabbli fuq il-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, għall-ksur tal-obbligu ta’ notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva inkwistjoni skada fil-15 Settembru 2007.

Permezz ta’ sentenza tat-2 Marzu 2010, il-Bundesverfassungsgericht Ġermaniża ddikjarat li l-miżuri ta’ traspożizzjoni adottati mill-Ġermanja kienu antikostituzzjonali u bla effett. Sussegwentement, il-Gvern Ġermaniż ikkomunika lill-Kummissjoni li d-Direttiva kienet parzjalment trasposta permezz ta’ dispożizzjonijiet legali li kienu fis-seħħ. Insegwitu, il-Gvern Federali issottometta abbozz ta’ liġi għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva.

Peress li sa issa l-abbozz inkwistjoni għadu ma ġiex adottat, il-Kummissjoni tqis li mingħajr l-ebda dubju r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva. It-traspożizzjoni parzjali invokata ma hijiex biżżejjed sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva taħt l-Artikolu 1 tagħha. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni indikat li hija tikkunsidra li l-abbozz imressaq mill-Ġermanja ma kienx insuffiċjenti għat-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva.


(1)  ĠU L 105, p. 54.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/23


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-330/12)

2012/C 287/43

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Nicolae u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta komunikazzjonijiet elettroniċi (1), u fi kwalunkwe każ billi ma informatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 56 095,20 għal kull jum, mid-data meta tingħata s-sentenza ta’ din il-kawża, peress li ma osservatx l-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/140/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-25 ta’ Mejju 2011.


(1)  ĠU L 337, p. 37.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/24


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-331/12)

2012/C 287/44

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Nicolae u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (1), u fi kwalunkwe każ billi ma informatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 56 095,20 għal kull jum, mid-data meta tingħata s-sentenza ta’ din il-kawża, peress li ma osservatx l-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/18/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-25 ta’ Mejju 2011.


(1)  ĠU L 337, p. 11.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/24


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-332/12)

2012/C 287/45

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Nicolae u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiv tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Diriettiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u fi kwalunkwe każ billi ma informatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 56 095,20 għal kull jum, mid-data meta tingħata s-sentenza ta’ din il-kawża, peress li ma osservatx l-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/18/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fis-17 ta’ Ġunju 2011.


(1)  ĠU L 131, p. 114.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-333/12)

2012/C 287/46

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Nicolae u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabiliti bil-liġi b’regolament jew b’azzjoni amministrativa fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (1), u fi kwalunkwe każ billi ma informatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 112 190,40 għal kull jum, mid-data meta tingħata s-sentenza ta’ din il-kawża, peress li ma osservatx l-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fid-19 ta’ Diċembru 2011.


(1)  ĠU L 332, p. 27.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret fis-16 ta’ Lulju 2012 — Ministeriet for Forskning, Innovation og Videregående Uddannelser vs Manova A/S

(Kawża C-336/12)

2012/C 287/47

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministeriet for Forskning, Innovation og Videregående Uddannelser

Konvenuta: Manova A/S

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fid-dritt tal-Unjoni Ewropea jfisser li wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni ta’ kandidatura għal proċedura ta’ sejħa għal offerti, awtorità kontraenti ma tistax tikseb l-aħħar kontijiet annwali ta’ kandidat, li l-komunikazzjoni tagħhom kienet meħtieġa fl-avviż ta’ preselezzjoni, meta l-imsemmi kandidat ikun naqas milli jehmeż dawn id-dokumenti mal-applikazzjoni għall-preselezzjoni tiegħu?


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/25


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2012 minn Mizuno KK kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-101/11 — Mizuno KK vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-341/12 P)

2012/C 287/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Mizuno KK (rappreżentanti: T. Wessing, T. Raab u H. Lauf, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 Mejju 2012 fil-Kawża T-101/11 kif ukoll id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Każ R 0821/2010-1;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż kemm tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 Mejju 2012 fil-Kawża T-101/11, li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-15 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 821/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Golfino AG u Mizuno KK.

Insostenn tal-appell tagħha l-appellanti essenzjalment tinvoka l-aggravji li ġejjin:

 

Il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali sabiex jipproteġu l-iskop ta’ protezzjoni u l-karattru distintiv ta’ trade mark figurattiv eżistenti li tikkonsisti mill-ittra “G” u mis-simbolu “+” kienu vvizzjati legalment. Il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, kienet assumiet li l-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ elementi ma għandha l-ebda tifsira.

 

Għalhekk, wieħed jassumi li l-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, sabet probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark figurattiva eżistenti u t-trade mark figurattiva li għaliha saret applikazzjoni milll-appellanti, li tikkonsisti mill-ittra “G”, mis-simbolu “+” kif ukoll mis-simbolu ta’ vleġġa, billi bbażat l-evalwazzjoni tax-xebh bejn is-sinjali mhux fuq impressjoni ġenerali ta’ dawn iż-żewġ trade marks, iżda fuq komponenti individwali tagħhom.

 

F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat, li x-xebh li hemm bejn iż-żewġ trade marks permezz tal-ittra “G” hija sostanzjali metq mqabbla ma’ dik tal-komponenti differenti l-oħra. Għal evalwazzjoni xierqa, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiddeċiedi dwar l-ittra “G” waħedha, iżda biss fir-rigward tas-simbolu globali.

 

Filwaqt li huwa veru li fiż-żewġ trade marks kunfliġġenti jikkonsistu mill-fonema/g/, l-enfasi tinsab b’mod ċar fuq il-grafika ta’ dawn it-trade marks u mhux fuq il-fonetika tagħhom. Għalhekk ma tistax titqies li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/26


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-344/12)

2012/C 287/49

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u G. Conte, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx fit-termini stabiliti l-miżuri neċesarji kollha sabiex tiġi implementata d-Deċiżjoni C(2009) 5497 tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 38/A/2004 (ex NN 58/2004) u Nru C 36/B/2006 (ex NN 38/2006) li permezz tagħha l-Italja implementat favur Alcoa Trasformazioni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti mill-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u tal-Artikolu 288 TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors tal-Kummissjoni għandu bħala s-suġġett in-nuqqas ta’ twettiq ta’ implementazzjoni min-naħa tar-Repubblika Taljana tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat illegali favur il-kumpannija Alcoa.

Min-naħa, skont l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni inkwistjoni, l-Italja kellha tikkomunika lill-Kummissjoni l-ammont totali ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata, il-miżuri adottati u ppjanati sabiex tiġi implementata d-deċiżjoni u dokumenti li juru li ġie impost fuq il-benefiċjarju l-obbligu li jirrimborsa l-għajnuna, sal-20 ta’ Jannar 2010. Min-naħa l-oħra, permezz tal-qari flimkien tal-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni, l-Italja kienet obbligata li tipproċedi bl-irkupru tal-għajnuna mingħand il-benefiċjarju sal-20 ta’ Marzu 2010.

Sad-data li fiha ġie ppreżentat dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri kollha necessari biex twettaq tali obbligi.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/26


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-345/12)

2012/C 287/50

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Taljana, peress li ma ppreveditx l-obbligu li jiġi pprovdut ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija f’każ ta’ bejgħ jew kiri ta’ proprjetà skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 10 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tal-bini (1), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 7(1) u (2), u 10 tal-istess direttiva moqrija flimkien mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (2);

tiddikjara li r-Repubblika Taljana, peress li ma nnotifikatx il-miżuri kollha li jittrasponu l-Artikolu 9, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 15(1) tal-istess direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE skada fl-4 ta’ Jannar 2009 u, skont il-Kummissjoni, l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2010/31/UE, li jippermetti l-posponiment tal-applikazzjoni tal-obbligu li jiġi pprovdut ċertifikat ta’ prestazzjoni enerġetika, ma jinkludix iċ-ċertifikati diġà maħruġa jew li għad iridu jinħarġu abbażi tal-Artikolu 7(1) ta’ tali direttiva.

Sad-data li fiha ġie ppreżentat dan ir-rikors, il-konvenuta għadha ma adottatx il-miżuri kollha necessarji biex titrasponi d-direttiva.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 168.

(2)  ĠU L 153, p. 13.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/26


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 minn DMK Deutsches Milchkontor GmbH (li kienet Nordmilch AG) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-546/10 — Nordmilch AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-346/12 P)

2012/C 287/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: DMK Deutsches Milchkontor GmbH (li kienet Nordmilch AG) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-dispożittiv Nru 1 u Nru 2 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 (Kawża T-546/10);

tilqa’ t-talbiet kollha li ġew ippreżentati fl-ewwel istanza;

tikkundanna lil Lactimilk, SA, għall-ispejjeż tal-appellanti fil-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali għandha tiġi annullata minħabba li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet xebh bejn it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni mill-appellanti u t-trade marks ta’ Lactimilk SA u li għalhekk peress li waslet sabiex issib li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Minħabba illi l-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ma qabblitx ma’ xulxin l-ispelling tat-trade marks kunfliġġenti li għalihom saret applikazzjoni jew li huma rreġistrati (jiġifieri, l-ittri kbar), iżda eżaminat il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks bi spelling differenti. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kienet żnaturat il-fatti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ppreżumiet li l-enfasi taqa’ fuq it-tieni sillaba tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni, minkejja li t-trade mark hija miktuba b’ittri kbar, sabiex, abbażi ta’ kif tinftiehem ukoll bl-Ispanjol, enfasi biss fuq it-tieni sillaba tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fl-20 ta’ Lulju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Ulrike Wiering, Markus Wiering

(Kawża C-347/12)

2012/C 287/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenuta: Ulrike Wiering, Markus Wiering

Domanda preliminari

Għall-kalkolu tas-supplement għad-differenza eventwalment dovut skont l-Artikoli 1(u)(i), 4(1)(h) u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru°1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati[, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji] tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità fil-verżjoni emendata tiegħu (1) u l-Artikolu 10 [(1)(b)(i)] tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (2), mill-entità kompetenti tal-Istat tal-post tax-xogħol, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, bħala allowances tal-familja tal-istess natura, l-allowances kollha li l-familja tal-ħaddiem immigrant tirċievi fl-Istat ta’ residenza, f’dan il-każ l-“Elterngeld” u l-“Kindergeld” ipprovduti mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/27


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2012 fil-Kawża T-509/10, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill

(Kawża C-348/12 P)

2012/C 287/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-25 ta’ April 2012, fil-Kawża T-509/10;

tiddeċiedi l-kwistjoni b’mod definittiv u tiċħad bħala inammissibbli r-rikors ta’ Kala Naft kontra l-atti inkwistjoni tal-Kunsill jew, sussidjarjament, tiċħad ir-rikors bħala infondat;

tikkundanna lil Kala Naft għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fl-ewwel istanza u fil-kuntest ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill iqis li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża ċċitata iktar ’il fuq hija vvizzjata b’żewġ żbalji ta’ liġi u li konsegwentement din is-sentenza għandha tiġi annullata.

L-ewwel nett, il-Kunsill jikkunsidra li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma ċaħditx bħala inammissibbli r-rikors ippreżentat mill-kumpannija Kala Naft, minkejja l-fatt li din il-kumpannija tikkostitwixxi, skont il-Kunsill, entità governattiva Iranjana.

It-tieni nett, il-Kunsill iqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li wieħed mill-motivi magħżula sabiex jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-miżuri restrittivi kontra Kala Naft ma kienx suffiċjenti biex jissodifa l-obbligu ta’ motivazzjoni u li l-Kunsill kien obbligat jipproduċi provi sabiex isostni ieħor minn dawn il-motivi. Il-Kunsill isostni wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li element tal-motivazzjoni li jgħid li l-kumpannija Kala Naft kienet tikkummerċjalizza tagħmir għas-setturi taż-żejt u tal-gass li seta jintuża għall-programm nukleari Iranjan ma setax jiġi kkunsidrat bħala li “jipprovdu appoġġ” għall-proliferazzjoni nukleari, mingħajr ma rabtet dan l-element mal-elementi l-oħra tal-motivazzjoni.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/28


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-353/12)

2012/C 287/54

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Thomas, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

peress li ma adottatx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra l-għajnuna mill-Istat li ġiet iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8123, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 59/2007 (ex N 127/2006 u NN 13/2006) li l-Italja implementat favur Ixfin SpA (notifikata fid-29 ta’ Ottubru 2009 u ppubblikata fil-ĠU L 167, 1.7.2010, p. 39), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u tat-TFUE.

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors tal-Kummissjoni għandu bħala s-suġġett in-nuqqas ta’ implementazzjoni mir-Repubblika Taljana tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanzija mogħtija mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku biex tkopri self li ħadet Ixfin mill-Banca Apulia SpA.

Il-Kummissjoni tosserva li l-Italja kellha tiżgura l-implementazzjoni tal-obbligu tal-irkupru tal-għajnuna sal-1 ta’ Marzu 2010 u, barra minn hekk, kellha tinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati sabiex tiġi implementata d-deċiżjoni, sad-29 ta’ Diċembru 2009.

Sad-data li fiha ġie ppreżentat dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex twettaq tali obbligi.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/28


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2012 minn Harald Wohlfahrt kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-580/10, Harald Wohlfahrt vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-357/12 P)

2012/C 287/55

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Harald Wohlfahrt (rappreżentanti: M. Loschelder, avukat, V. Schoene, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Ferrero SpA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-580/10 u li tagħti deċiżjoni skont it-talbiet ifformulati mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali, riprodotti fil-paġna 4 tas-sentenza;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż neċessarji sostnuti mill-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-UASI u l-Qorti Ġenerali jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “Kindertraum” għal prodotti fil-klassijiet 16 u 28, li għamlet applikazzjoni għaliha r-rikorrenti u issa bħala appellanti, peress li l-intervenjenti tal-konvenut, proprjetarja tat-trade mark verbali Taljana preċedenti “kinder”, fost oħrajn għal prodotti fl-imsemmija klassijiet, għamlet oppożizzjoni.

L-appellanti tinvoka tliet aggravji:

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma jirriżultax stabbilit, fil-mument li ngħatat id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni, jekk it-trade mark inkwistjoni invokata fl-oppożizzjoni kinitx irregistrata għal 8 snin jew le. Skont l-Artikolu 42(3) flimkien mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009, għandu jintwera biss l-użu tat-trade mark invokata fl-oppożizzjoni, jekk kienet ilha ħames snin irreġistrata fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja. L-appellanti ssostni li teżisti kontradizzjoni mal-għan tal-obbligu ta’ użu, li permezz tiegħu huwa intiż li jiġi ggarantit li, ladarba jgħaddi t-terminu ta’ protezzjoni ta’ ħames snin, ma jistgħux jintalbu dirittijiet fuq trade marks precedenti li ma għadhomx jintużaw. Bid-differenza ta’ dak li tikkunsidra l-Qorti Generali, il-lakuna eżistenti fl-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009 għandha timtela permezz ta’ interpretazzjoni teleoloġika, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tat-trade marks Germaniż jew Taljan. Minbarra dan, l-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009 jistabbilixxi li għandu jkun hemm sitwazzjoni ta’ użu fil-mument meta jintemmu l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, karattru abbużiv tat-trade mark li għaliha qed issir oppożizzjoni

L-appellanti ssosnti li l-Bord tal-Appell ma kkunsidratx l-allegazzjoni tal-appellanti li l-applikazzjoni għat-trade mark Taljana invokata fl-oppożizzjoni tikkostitwixxi abbuż ta’ dritt. L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma ammettietx indebitament l-oġġezzjoni ta’ abbuż ta’ dritt. Din l-oġġezzjoni hija parti mid-dritt Komunitarju u, għalhekk tad-dritt tat-trade marks Komunitarji. Fil-kawża preżenti huwa applikabbli, fid-dawl tal-aġir ta’ min għamel l-oppożizzjoni fejn fir-rigward tal-applikazzjoni partikolari għandu bħala għan li jevita b’mod partikolari, permezz ta’ trade marks li ma għadhomx jintużaw, l-użu tal-kelma “kinder” mingħajr ma jeżisti ebda interess ekonomiku li jistħoqqlu protezzjoni li jeħtieġ dan.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali affermat b’mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark tal-intervenjenti invokata fl-oppożizzjoni u t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni. Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali għamlet evalwazzjoni żbaljata tal-allegazzjonijiet tar-rikorrenti u ddeċidiet b’mod żbaljat li hija ma kkontestatx id-dikjarazzjoni tal-Bord tal-Appell li t-trade marks kunfliġġenti kienu jixxiebhu. Fir-realtà, hija kienet għamlet din il-kontestazzjoni. It-trade marks ma jixxiebhux, peress li l-komponent “kinder” fit-trade mark invokata fl-oppożizzjoni jippreżenta, l-iktar, karattru distintiv dgħajjef.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/29


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2012 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-344/08, EnBW Energie Baden-Württemberg AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-365/12 P)

2012/C 287/56

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, P. Costa de Oliveira u A. Antoniadis, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Ir-Renju tal-Isvezja, Siemens AG, ABB Ltd

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-344/08;

tiċħad ir-rikors fil-Kawża T-344/08;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-appell u għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma għarfitx in-neċessità ta’ interpretazzjoni armonjuża tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar it-trasparenza”) (1), hekk kif kien stabbilit bħala prinċipju fil-kawżi Technische Glaswerke Ilmenau (2), API (3) u Bavarian Lager (4) u hekk kif iktar reċentement ġie kkonfermat mill-kawżi Agrofert (5) u Odile Jacob (6) u b’mod żbaljat hija ddeċidiet li r-Regolament dwar it-trasparenza għandu supremazija. L-interpretazzjoni tad-dritt ta’ aċċess taħt ir-Regolament dwar it-trasparenza u tad-dispożizzjonijiet derogatorji rilevanti li rreferiet għalihom il-Qorti Ġenerali hija ta’ preġudizzju għas-sistema tad-dritt ta’ konsultazzjoni tal-fajl li teżisti fid-dritt dwar akkordji u l-ibbilanċjar tal-interessi skont din il-liġi, jiġifieri l-bilanċ bejn, minn naħa l-interess tal-Kummissjoni għal implementazzjoni effettiva tal-kompitu mogħti lilha taħt l-Artikolu 108 TFUE u, min-naħa l-oħra, l-interess tal-impriżi għal protezzjoni effettiva tal-informazzjoni pprovduta minnhom fil-kuntest tal-proċedura ta’ akkordju.

L-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat irrifjutat li tittrasponi fil-kawża inkwistjoni l-preżunzjoni ġenerali tal-protezzjoni tad-dokumenti tal-proċeduri amministrattivi sostnuta b’mod partikolari fil-kawża Technische Glaswerke Ilmenau u kkonfermata fil-kawża Odile Jacob. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni li s-sistema eżistenti tad-dritt ta’ konsultazzjoni ta’ fajl skont id-dritt dwar akkordji kif ukoll il-limitazzjoni tal-użu ta’ dokumenti miksuba matul l-investigazzjoni skont id-dritt dwar akkordji jiġġustifikaw tali preżunzjoni ġenerali.

Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat skont il-liġi id-dispożizzjoni li tirrigwarda l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop tal-investigazzjonijiet imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza. Hija kienet żbaljata meta rrestrinġiet l-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni derogatorja għall-għeluq ta’ proċeduri ta’ investigazzjoni speċifiċi. Hija naqset milli tirrikonoxxi li l-iskop tal-investigazzjonijiet jirrigwardaw mhux biss l-effikaċja tal-proċeduri ta’ investigazzjoni individwali (u dan, f’kull każ, sakemm id-deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura speċifika tkun finali), iżda wkoll l-effettività tal-kompetenzi ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tad-dritt dwar akkordji (inklużi l-garanziji ta’ dritt pubbliku applikabbli f’dan il-każ).

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-dispożizzjoni li tirrigwarda l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza. Essenzjalment, hija kienet żbaljata meta rrestrinġiet l-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni derogatorja għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali. Hija naqset milli tirrikonoxxi li l-informazzjoni kunfidenzjali miksuba unikament fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ impriżi speċifiċi u li bl-ebda mod ieħor ma kienu disponibbli lil terzi jaqgħu wkoll taħt dan il-kamp ta’ protezzjoni.

Il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjoni li tirrigwarda l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-trasparenza. Hija naqset milli tirrikonoxxi l-fatt li l-Kummissjoni għandha s-setgħa tiċħad l-aċċess għal dokument intern li fih opinjonijiet intiżi għal użu intern fil-kuntest ta’ deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet preliminari fi ħdan l-istituzzjoni kkonċernata minħabba li l-pubblikazzjoni tagħha tista’ tillimita s-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fil-każ li terġa’ tinfetaħ il-proċedura. Billi l-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni ma kellhiex tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti interni, hija naqset milli tagħraf il-fatt li d-dispożizzjonijiet derogatorji previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar it-trasparenza jistgħu japplikaw ukoll għal dokumenti interni u li dawn għalhekk jaqgħu taħt il-preżunzjoni ġenerali tal-protezzjoni rikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.

(2)  Sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau (Kawża C-139/07 P, Ġabra p. I-5885).

(3)  Sentenza tal-21 ta’ Settembru 2010, L-Isvezja et vs Association de la presse internationale ASBL (API) u Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P, Ġabra p. I-8533).

(4)  Sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il-Kummissjoni vs Bavarian Lager (C-28/08 P, Ġabra p. I-6055).

(5)  Sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Agrofert Holding (C-477/10 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

(6)  Sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob (C-404/10 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).


Il-Qorti Ġenerali

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2012 — L’Oréal vs UASI — United Global Media Group (MyBeauty TV)

(Kawża T-240/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Spejjeż li jistgħu jinġabru quddiem l-UASI - Spejjeż ta’ rappreżentanza minn impjegat - Artikolu 85(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2012/C 287/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u S. Abel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: United Global Media Group, Inc. (El Segundo, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2011 (Każ R 898/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn United Global Media Group, Inc. U L’Oréal.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L’Oréal SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 204, 09.07.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2012 — United States Polo Association vs UASI — Polo/Lauren (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ plejers tal-polo)

(Kawża T-517/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 287/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United States Polo Association (Lexington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1170/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn United States Polo Association u The Polo/Lauren Company, LP.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll, l-ispejjeż tal-konvenut u tal-intervenjenti.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/31


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2012 — Holcim (ir-Rumanija) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-317/12)

2012/C 287/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Holcim (Romania) SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: L. Arnauts, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-valur tas-suq tal-Kwoti ta’ Emissjonijiet Ewropej allegatament misruqa li ma jistgħux jiġu rkuprati sal-ġurnata tas-sentenza, bil-prezz tagħhom tas-suq, flimkien ma’ rata ta’ imgħax ta’ 8 % fis-sena sa mis-16 ta’ Novembru 2010;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż; u

tiddikjara s-sentenza infurzabbli.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv prinċipali wieħed, ibbażat fuq:

ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea għad-deċiżjonijiet illegali tal-Kummissjoni Ewropea li jikkonsistu:

(a)

f’interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004, tal-21 ta’ Diċembru 2004, għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319M, p. 1);

(b)

fil-ksur tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631);

(ċ)

fil-ksur ta’ diversi prinċipji ġenerali tal-liġi (prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, dmir ta’ kura, dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fir-rigward ta’ drittijiet ta’ proprjetà), fid-deċiżjoni li ma jkunx żvelat jew li jkun permess l-iżvelar tal-post tal-Kwoti ta’ Emissjonijiet Ewropej misruqa fil-qafas tal-Iskema għall-Iskambju ta’ Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/32


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-319/12)

2012/C 287/60

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2012) 3025 finali, tat-8 ta’ Mejju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 22668 (C 8/2008 — ex NN 4/2008), mogħtija minn Spanja lil “Ciudad de la Luz SA”,

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ investitur privat, peress li fl-analiżi tagħha l-Kummissjoni marret lil hinn mill-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball fl-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-azzjonijiet fiż-żona terzjarja tal-kumpless.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, peress li l-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna mogħtija lill-produtturi tal-films u peress li l-analiżi tagħha ma ssemmi ebda waħda minn din l-allegata għajnuna.

(4)

Sussidjarjament, żball fl-analiżi tal-kompatibbiltà tal-investiment mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali, peress li ma analizzatx jekk l-għajnuna li kien għad fadal kinitx tosserva l-prinċipju tal-investitur privat.

(5)

Sussidjarjament, nuqqas ta’ motivazzjoni u żball fl-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-għajnuna għas-settur awdjoviżiv, peress li ma analizzatx għal liema raġuni l-allegata għajnuna ma kinitx intiża għal għan kulturali.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 — Ciudad de la Luz y Sociedad Proyectos Temáticos de la Comunidad Valenciana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/12)

2012/C 287/61

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ciudad de la Luz, SA (Alicante, Spanja) u Sociedad Proyectos Temáticos de la Comunidad Valenciana, SA (Alicante) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, N. Ruiz García u J. Belenguer Mula, avukati, u M. Muñoz de Juan, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi għal annulament invokati fir-rikors tagħhom;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2012) 3025 finali, tat-8 ta’ Mejju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 22668 (C 8/2008 — ex NN 4/2008), mogħtija minn Spanja lil “Ciudad de la Luz SA”, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li l-investiment f’CDL jinvolvi elementi ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli, u jeżiġi l-irkupru ta’ din l-għajnuna;

tiddikjara ineżistenti jew sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li ċerti produtturi li għamlu reġistrazzjonijiet fiċ-CDL irċevew għajnuna inkompatibbli;

konsegwentement tannulla l-ordnijiet ta’ rkupru imposti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi sa fen ġie konkluż li kienet teżisti għajnuna mill-Istat favur CDL (applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ investitur privat). Ksur tal-Artikoli 107(1) u 345 TFUE

Ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-Kummissjoni wettqet żball fl-analiżi tagħha tal-prinċipju ta’ investitur privat u meta kkonkludiet li kienet teżisti għajnuna mill-Istat. L-investimenti tal-Generalitat Valenciana fiċ-CDL seħħew f’żewġ mumenti differenti, fl-2000 u fl-2004, u ż-żewġ deċiżjonijiet ta’ investiment ittieħdu wara l-elaborazzjoni ta’ żewġ pjanijiet separati ta’ negozju li stabbilixxew il-profittabbiltà prevedibbli tal-proġett. Fl-applikazzjoni tagħha tal-prinċipju ta’ investitur privat il-Kummissjoni tqabbel dan il-proġett mal-profittabbiltà ta’ proġetti u ta’ atturi li ma humiex paragunabbli minħabba d-daqs tagħhom, u b’hekk neħħiet kwalukwe sens lil dan il-prinċipju bi ksur tal-Artikoli 107(1) u 345 TFUE.

Fl-analiżi legali u ekonomika tagħha l-Kummissjoni tirrifjuta wkoll li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li flimkien mal-proġett ta’ studios tal-films hemm ukoll il-proġett ta’ żvilupp ta’ żona kummerċjali u għal-lukandi fuq artijiet madwar il-proprjetà ta’ SPTCV. Jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni ż-żewġ proġetti, il-profittabbiltà tal-investiment f’CDL hija ikbar.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-analiżi tal-kompatibbiltà tal-proġett CDL u nuqqas ta’ motivazzjoni

Ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni tirrifjuta li tikkunsidra li peress li CDL tinsab f’ Alicante, il-proġett kien eliġibbli sabiex jirċievi għajnuna reġjonali. Peress li dan huwa proġett kbir ta’ investiment, l-awtoritajiet Spanjoli kkunsidraw li CDL tista’ tkun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali li tammonta għal madwar 36 %, mingħajr ma dan ma ġie kkontestat mill-Kummissjoni. Minkejja dan, hija tirrifjuta li taċċetta li ladarba applikat il-prinċipju ta’ investitur privat għal 64 % tal-investiment, il-proġett kellu profittabbiltà ikbar.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-investiment tal-awtoritajiet ta’ Valencia fil-kumpless tal-istudios tal-films CDL għandha tiġi ddikjarata totalment jew parzjalment kompatibbli abbażi tal-Artikolu 107(3)(d) TFUE.

Il-Kummissjoni ma timmotivax il-konklużjonijiet tagħha li jgħidu li l-għajnuna għall-kostruzzjoni ta’ studios tal-films CDL ma hijiex meħtieġa, proporzjonata u xierqa, peress li din l-għajnuna lanqas ma tista’ tingħata, anki parzjalment, abbażi tal-kompatibbiltà kulturali.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi minħabba nuqqas ta’ deċiżjoni, u f’kull każ, minħabba nuqqas totali ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-inċentivi għall-produzzjonijiet

Barra milli tikkunsidra li l-investiment fiċ-CDL jikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli, il-Kummissjoni tikklassifika bl-istess mod kull inċentiv mogħti lill-produtturi tal-films bil-kundizzjoni li l-iffilmjar iseħħ fiċ-CDL.

Id-deċiżjoni tiddedika biss paragrafu wieħed għal din l-allegata għajnuna li jillimita ruħu li jiddikjarha inkompatibbli. Id-deċiżjoni la tiddeskrivi għal liema miżura qed tirreferi u lanqas ma ssemmi l-informazzjoni pprovduta għal dan il-għan mill-Istat Membru, la teżamina l-preżenza/l-assenza tal-elementi ta’ għajnuna, la tanalizza l-kriterji tal-kriterji ta’ kompatibbiltà u lanqas ma tikkunsidra li jista’ jkun hemm aspettattivi leġittimi.

Għaldaqstant, ir-rikorrenti jikkunsidraw li dan huwa att ineżistenti jew null minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni. Barra minn hekk, peress li l-imsemmija inċentivi josservaw il-kundizzjonijiet previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna għaċ-ċinema tal-2001, dawn kellhom jiġu kkunsidrati kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(d) TFUE.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/33


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2012 — Simca Europe vs UASI — PSA Peugeot Citroën (Simca)

(Kawża T-327/12)

2012/C 287/62

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Simca Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Haberkamm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PSA Peugeot Citroën GIE (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ April 2012 fil-Każ R 645/2011-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tar-rappreżentanti tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Simca” għal prodotti fil-klassi 12 — Trade mark Komunitarja Nru 6 489 371

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: PSA Peugeot Citroën GIE

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: fil-mument tar-applikazzjoni ir-rikorrenti kien in mala fide

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark irreġistrata ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/34


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2012 — Mundipharma vs UASI — AFP Pharmaceuticals (Maxigesic)

(Kawża T-328/12)

2012/C 287/63

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg a.d. Lahn, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AFP Pharmaceuticals Ltd (Takapuna, Neuseeland)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 1788/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: AFP Pharmaceuticals Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Maxigesic” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 056 104

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “OXYGESIC” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/34


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2012 — Sartorius Weighing Technology vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kurva safra fix-xifer ta’ isfel ta’ unità ta’ viżwalizzazzjoni)

(Kawża T-331/12)

2012/C 287/64

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sartorius Weighing Technology GmbH (Göttingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Welkerling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 1783/2011-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade marka oħra, li tirrappreżenta kurva safra fix-xifer ta’ isfel ta’ unità ta’ viżwalizzazzjoni elettronika, għal prodotti fil-klassijiet 7, 9, 10 u 11

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/35


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 — ING Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-332/12)

2012/C 287/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ING Groep NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) rappreżentanti: O. Brouwer, J. Blockx u N. Lorjé, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju 2012 C(2012)3150 finali, Għajnuna mill-Istat SA.28855 (N 373/2009) (ex C 10/2009 u ex N 528/2008) — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs ING — għajnuna għar-ristrutturazzjoni; u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dritt għal smigħ billi ma kkonsultatx mal-Istat Olandiż u ma’ ING fir-rigward tal-fatti u fid-dawl tal-opinjonijiet u tal-preżunzjonijiet tagħha li kienu rilevanti għall-konklużjoni tagħha li l-emenda fit-termini tal-kontribuzzjoni ta’ kapital Core Tier 1 kienet tikkostitwixxi għajnuna skont l-Artikolu 107(1) TFUE.

(2)

It-tieni motiv jallega li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta applikat l-eżami tal-prinċipju ta’ investitur privat fl-ekonomija tas-suq (“MEIP”) u naqset milli tipprovdi raġunament xieraq meta kkwalifikat l-emenda fil-kontribuzzjoni ta’ kapital Core Tier 1 bħala għajnuna mill-Istat u fattur aggravanti fl-evalwazzjoni tagħha tal-miżuri ta’ kumpens.

(3)

It-tielet motiv jallega li l-konvenuta kisret l-Artikolu 107(3)(b) TFUE u l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali, ta’ trattament ugwali u l-obbligu ta’ motivazzjoni billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ammont ta’ għajnuna meta evalwat il-miżuri ta’ kumpens, u billi kkalkolat b’mod żbaljat l-ammont relattiv ta’ għajnuna u ċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat l-għajnuna fl-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ kumpens.

(4)

Ir-raba’ motiv jallega li l-konvenuta kisret l-Artikolu 107(3)(b) TFUE, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ proporzjonalità u ta’ motivazzjoni meta għamlet il-projbizzjonijiet ta’ leadership fuq il-prezzijiet legalment applikabbli fuq ING.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — T&L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-335/12)

2012/C 287/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: T&L Sugars Ltd (London, ir-Renju Unit) u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors għal annullament skont l-Artikolu 263(4) TFUE u/jew l-eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE kontra r-Regolament Nru 367/2012, ir-Regolament Nru 397/2012, ir-Regolament Nru 356/2012, ir-Regolament Nru 382/2012, ir-Regolament Nru 444/2011 u r-Regolament Nru 485/2012 ammissibbli u fondat;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2012, tas-27 ta’ April 2012, li jistabbilixxi miżuri neċessarji fir-rigward tar-rilaxx ta’ kwantitajiet addizzjonali ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 116, p. 12);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2012, tat-8 ta’ Mejju 2012, li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet addizzjonali disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 123, p. 35);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 318, p. 4), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 356/2012, fir-rigward tal-perjodi li matulhom jistgħu jiġu sottomessi offerti għat-tieni sejħa għall-offerti għas-sena tas-suq 2011/2012 għal importazzjonijiet ta’ zokkor b’dazju doganali mnaqqas u għal sejħiet parzjali sussegwenti (ĠU L 113, p. 4);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2012, tat-3 ta’ Mejju 2012, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ħames stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 119, p. 41);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 444/2012, tal-24 ta’ Mejju 2012, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għas-sitt stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 135, p. 61);

tannulla Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2012, tas-7 ta’ Ġunju 2012, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għas-seba’ stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 148, p. 24);

sussidjarjament, (i) tiddikjara l-eċċezzjoni ta’ illegalità kontra l-Artikoli 186(a) u 187 tar-Regolament Nru 1234/2007 (1) ammissibbli u fondata u tiddikjara dawk id-dispożizzjonijiet illegali, kif ukoll tannulla r-regolamenti kkontestati, li huma direttament jew indirettament bbażati fuq dawk id-dispożizzjonijiet, u (ii) tiddikjara l-eċċezzjoni ta’ illegalità kontra r-Regolament Nru 367/2012 u r-Regolament Nru 1239/2011, kif emendat bir-Regolament 356/2012, ammissibbli u fondat;

tikkundanna lill-UE kif irrappreżentata mill-Kummissjoni biex tikkumpensa kwalunkwe danni subiti mir-rikorrenti b’riżultat ta’ nuqqas mill-Kummissjoni ta’ twettiq tal-obbligi legali tagħha u li tiffissa l-ammont ta’ dan il-kumpens għad-danni subiti mir-rikorrenti matul il-perijodu ta’ bejn it-30 ta’ Jannar 2012 u l-24 ta’ Ġunju 2012 għal EUR 75 051 236 flimkien ma’ kwalunkwe telf li għadu jsir mir-rikorrenti wara dik id-data jew kull ammont ieħor li jirrifletti d-danni subiti jew li se jkunu subiti mir-rikorrenti kif stabbilit ukoll minnhom fil-kors ta’ din il-kawża speċjalment biex tieħu l-kunsiderazzjoni dovuta tad-danni futuri;

tordna l-ħlas tal-interessi fuq l-ammont prinċipali dovut, mid-data tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali sakemm isir il-ħlas effettiv, bir-rata stabbilita f’dak iż-żmien mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, biż-żieda ta’ żewġ punti perċentwali, jew bi kwalunkwe rata xierqa oħra li għandha tiġi ddeterminata mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni peress li minn naħa, ir-Regolament Nru 367/2012 jipprovdi għal imposta fissa ta’ EUR 211, li hija ġeneralment applikabbli għal kull tunnellata żejda — jiġifieri inqas minn nofs l-ammont tas-soltu ta’ EUR 500 għal kull tunnellata — li japplika għal kwantità speċifika (250 000 tunnellata) ta’ zokkor, maqsuma ndaqs bejn ir-rikorrenti biss, li huma produtturi tal-pitravi. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament Nru 1239/2011 kif emendat bir-Regolament Nru 356/2012, jipprovdi għal dazju doganali mhux magħruf, imprevedibbli, applikabbli biss għal rebbieħa ta’ irkant (li jistgħu jkunu raffinaturi tal-kannamieli, produtturi tal-pitravi, jew kwalunkwe parti terza oħra) u għal ammont totali mhux speċifikat. Id-dazju doganali ġie iktar reċentement stabbilit għal EUR 312,60 għal kull tunnellata, jiġifieri kważi 50 % ogħla mill-imposta għaż-żejjed għall-produtturi tal-pitravi. Il-kuntrast bejn iż-żewġ miżuri ma jistax ikun iktar ċar. Fil-fatt, kull element tal-miżuri jiddiskrimina kontra r-raffineriji taz-zokkor tal-kannamieli u favur produtturi tal-pitravi.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1234/2007 u tan-nuqqas ta’ bażi legali xierqa peress li, fir-rigward tar-Regolament Nru 367/2012, il-Kummissjoni ma għandha ebda setgħa biex żżid il-kwoti u hija għall-kuntrarju għandha l-obbligu li timponi imposti għoljin u dissważivi fuq it-tqegħid fis-suq tal-UE ta’ zokkor ’il fuq mill-kwota. Fir-rigward tal-irkantijiet tat-taxxa, il-Kummissjoni manifestament ma għandhiex mandat jew setgħa li tadotta din it-tip ta’ miżura, li qatt ma kienet intenzjonata fil-leġiżlazzjoni bażi.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li l-Kummissjoni ħolqot sistema li biha dazji doganali ma humiex prevedibbli u ffissati permezz tal-applikazzjoni ta’ kriterji oġġettivi konsistenti, iżda huma pjuttost iddeterminati mill-volontà suġġettiva ta’ ħlas (barra minn hekk ta’ operaturi li huma suġġetti għal pressjonijiet u inċentivi differenti ħafna f’dan ir-rigward) bl-ebda rabta effettiva mal-prodotti li attwalment jiġu importati.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni setgħet faċilment tadotta miżuri inqas restrittivi, li ma kinux jittieħdu esklużivament għad-detriment tar-raffineriji importaturi.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi, peress li ir-rikorrenti kienu leġittimament imġiegħlin li jippretendu li l-Kummissjoni se tuża l-mezzi disponibbli fir-Regolament 1234/2007 biex jippreservaw id-disponibbiltà tal-provvista taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għar-raffinar. Ir-rikorrenti kienu leġittimament qed jistennew ukoll li l-Kummissjoni żżomm il-bilanċ bejn ir-raffineriji importaturi u l-produtturi taz-zokkor domestiċi.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba, peress li, l-aġir tal-Kummissjoni kien manifestament mhux xieraq fid-dawl tan-nuqqas ta’ provvista. Il-Kummissjoni kellha tnaqqas ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni għar-raffineriji tal-kannamieli. Minflok, il-Kummissjoni żiedet il-produzzjoni domestika u ssuġġettat l-aċċess għal importazzjonijiet addizzjonali għal taxxi punittivi u imprevedibbli.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 39 TFUE peress li l-Kummissjoni naqset milli tikseb tnejn mill-għanijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni tat-Trattat.

(8)

It-tmien motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1006/2011 (2), peress li d-dazji applikati għaz-zokkor abjad huma fil-fatt biss ftit ogħla milli għaz-zokkor mhux raffinat, bid-differenza tkun ta’ madwar EUR 30 għal kull tunnellata. Dan jikkuntrasta b’mod ċar mad-differenza ta’ EUR 80 bejn id-dazju ta’ importazzjoni standard għaz zokkor raffinat (EUR 419) u għaz-zokkor mhux maħdum għar-raffinar (EUR 339) li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011.

Barra minn hekk, insostenn tar-rikors għad-danni, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni eċċediet b’mod gravi u manifest il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lilha bir-Regolament Nru 1234/2007, permezz tal-passività u tal-aġir mhux opportun tagħha. Barra minn hekk, in-nuqqas tal-Kummissjoni li tadotta miżuri adegwati jikkostitwixxi ksur manifest tal-istat tad-dritt “intiż biex jagħti drittijiet lill-individwi”. Il-Kummissjoni kisret b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali tal-UE ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ dmir ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, li jemenda l-Anness I tar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, p. 1).


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/37


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Klizli vs Il-Kunsill

(Kawża T-336/12)

2012/C 287/67

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yousef Klizli (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: Z. Garkova-Lyutskanova, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9) sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq

li l-applikant tniżżel fil-lista b’mod żbaljat bħala persuna li tipprovdi sostenn finanzjarju lir-reġim.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq

li l-atti kkuntestati tal-Kunsill nħarġu fl-assenza ta’ kull bażi legali u jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni, id-dritt għal smigħ xieraq, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u d-dritt għall-proprjetà; barra minn hekk huma jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità u jippreġudikaw ir-reputazzjoni tar-rikorrent.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/38


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2012 — El Hogar Perfecto del Siglo XXI vs UASI Wenf International Advisers (Trabixujiet)

(Kawża T-337/12)

2012/C 287/68

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Hogar Perfecto del Siglo XXI, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Ruiz Gallegos u E. Veiga Conde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wenf International Advisers Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 89/2011-3;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarja rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ trabixujiet — Disinn Komunitarju Nru 0 0083 0831-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Wenf International Advisers Ltd

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: disinn nazzjonali ta’ fettiħiet ta’ flixkun

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: rikors milqugħ

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikoli 4 u 6(1) tar-Regolament Nru 6/2002

ksur tal-Arttikoli 4 u 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/38


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2012 — Grupo T Diffusión vs UASI — ABR Producción Contemporánea (Lampi)

(Kawża T-343/12)

2012/C 287/69

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo T Diffusión, SA (El Prat de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: A. Lasala Grimalt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ABR Producción Contemporánea, SL (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 1622/2010-3, dwar proċedimenti ta’ invalidità tad-Disinn Komunitarju Nru 000 42 7448-0001 u tiddikjara l-effikaċità sħiħa u l-validità sħiħa tal-imsemmi disinn, b’eżenzjoni għal Grupo T Diffusión, S.A. għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ ABR u tal-UASI

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ lampa — Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 000 42 7448-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ABR Producción Contemporánea, SL

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: disinn preċedenti ta’ lampa standard “Cypress”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: rikors għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħ

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/39


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Leiner vs UASI — Recaro (REVARO)

(Kawża T-349/12)

2012/C 287/70

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rudolf Leiner GmbH (Sankt Pölten, l-Awstrija) (rappreżentanti: W. Emberger, I. Rudnay u L. Emberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Recaro Beteiligungs GmbH (Kaiserslautern, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 482/2011-1 sabiex jiġi ppreżentat l-appell, jew alternattivament, tannulla d-deċiżjoni;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali li tinkludi l-element “REVARO”, għal prodotti fil-klassijiet 11, 20 u 24

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Recaro Beteiligungs-GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali “RECARO” għal prodotti fil-klassijiet 10, 12, 14, 20, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2012 — Formica vs UASI — Silicalia (CompacTop)

(Kawża T-82/11) (1)

2012/C 287/71

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 113, 09.04.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/40


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012 — AV vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/11) (1)

(Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Riżerva medika - Applikazzjoni retroattiva tar-riżerva medika - Opinjoni tal-Kumitat tal-Invalidità)

2012/C 287/72

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AV (Cadrezzate, L-Italja) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li fil-konfront tar-rikorrent tiġi applikata r-riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea u li ma jingħatax il-benefiċċju tal-allowance ta’ invalidità.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-12 ta’ April 2010 li biha l-Kummissjoni Ewropea applikat għal AV ir-riżerva medika imsemmija fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea hija annullata.

(2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ April 2010 hija annullata sa fejn din irrifjutat lil AV il-benefiċċju tal-allowance ta’ invalidità.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn AV.


(1)  ĠU C 179, 18.06.2011, p. 21.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/40


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Cristina vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/11) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni għal nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Rimedji ġudizzjarji - Azzjoni ġudizzjarja ppreżentata mingħajr ma stenniet id-deċiżjoni fuq l-ilment amministrattiv - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet speċifiċi għal ammissjoni għall-kompetizzjoni - Esperjenza professjonali meħtieġa)

2012/C 287/73

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alma Yael Cristina (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u P. Pecho, sussegwentement minn B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni “EPSO/AST/111/10 (AST 1)” li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

A. Y. Cristina għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 282 24.09.2011 p. 51.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/40


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Cristina vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/11) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni għal nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Rimedji ġudizzjarji - Azzjoni ġudizzjarja ppreżentata mingħajr ma stenniet id-deċiżjoni fuq l-ilment amministrattiv - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet speċifiċi għal ammissjoni għall-kompetizzjoni - Esperjenza professjonali mqabbla man-natura tal-funzjonijiet)

2012/C 287/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alma Yael Cristina (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/112/10 — Assistenti (AST 3) li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

A. Y. Cristina għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 340 19.11.2011 p. 41.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/41


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Conticchio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/11) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni - Klassifikazzjoni fi skala - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ammissibbiltà)

2012/C 287/75

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Rosella Conticchio (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Tortora, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti u A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-għoti u l-likwidazzjoni tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ Rosella Conticchio huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibili u parzjalment, bħala manifestament infondat.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2011, p. 31


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/41


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/12)

2012/C 287/76

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea u, sa fejn ikun meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti mressqa minnhom intiżi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u tar-rati tal-attwarjat fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħhom għat-trasferiment tad-drittiijet għall-pensjoni tagħhom;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/41


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/12)

2012/C 287/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittrasforma l-punti ta’ mertu akkwistati fi ħdan istituzzjoni oħra u tan-nota amministrattiva li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar it-trasformazzjoni tal-punti ta’ mertu akkwistati mir-rikorrent fi ħdan istituzzjoni oħra, flimkien man-nota amministrattiva Nru 48/2011, tas-27 ta’ Ottubru 2011, li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2011, li ma tinkludix l-isem tar-rikorrent;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ danni, evalwati b’mod provviżorju u ex aequo et bono bħala EUR 20 000, bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/42


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2012

BH vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-129/11) (1)

2012/C 287/78

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 25, 28.01.12, p. 73.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/42


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2012

BJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-139/11) (1)

2012/C 287/79

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 65, 03.03.12, p. 25.


22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/42


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ġunju 2012

BK vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-140/11) (1)

2012/C 287/80

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 65, 03.03.12, p. 25.