ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.298.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 298

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
8 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 298/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 282, 1.10.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 298/02

Kawża C-195/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Synthon BV vs Merz Pharma Gmbh & Co KG (Dritt tal-privattivi — Prodotti mediċinali — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali — Regolament (KEE) Nru 1768/92 — Artikolu 2 — Kamp ta’ applikazzjoni — Evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-effikaċja prevista mid-Direttiva 65/65/KEE — Assenza — Invalidità taċ-ċertifikat)

2

2011/C 298/03

Kawżi magħquda C-400/09 u C-207/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — Id-Danimarka) — Orifarm A/S, Orifarm Supply A/S, Handelsselskabet af 5. januar 2002 A/S, fi stralċ, Ompakningsselskabet af 1. november 2005 A/S (C-400/09), Paranova Danmark A/S, Paranova Pack A/S (C-207/10) vs Merck Sharp & Dohme Corporation (preċedentement Merck & Co.), Merck Sharp & Dohme BV, Merck Sharp & Dohme (Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 7(2) — Prodotti farmaċewtiċi — Importazzjoni parallela — Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott kopert mit-trade mark — Imballaġġ ġdid li jindika lill-proprjetarju tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, li l-prodott ġie ppakkjat mill-ġdid taħt l-awtorizzazzjoni tiegħu, bħala dak li wettaq l-ippakkjar mill-ġdid — Ippakkjar mill-ġdid fiżiku mwettaq minn impriża indipendenti)

2

2011/C 298/04

Kawża C-427/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) Ir-Renju Unit) — Generics (UK) Ltd vs Synaptech Inc (Dritt tal-privattivi — Prodotti mediċinali — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali — Regolament (KEE) Nru 1768/92 — Artikolu 2 — Kamp ta’ applikazzjoni)

3

2011/C 298/05

Kawżi magħquda C-471/09 P sa C-473/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-471/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-472/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-473/09 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Comunidad Autónoma de la Rioja, Camara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Appell — Għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat implementati minn Spanja favur impriżi mill-provinċji ta’Vizcaya, ta’ Álava u ta’ Guipúzcoa — Kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-ammont tal-investimenti — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Nuqqas ta’ notifika)

4

2011/C 298/06

Kawżi magħquda C-474/09 P sa C-476/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-474/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-475/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-476/09 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Comunidad Autónoma de la Rioja, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, Confederación Empresarial Vasca (Confebask) (Appell — Għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat implementati minn Spanja favur impriżi mill-provinċji ta’Vizcaya, ta’ Álava u ta’ Guipúzcoa — Tnaqqis tal-bażi taxxabbli favur ċerti impriżi ġodda — Aspettattivi leġittimi — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Nuqqas ta’ notifika)

4

2011/C 298/07

Kawża C-554/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Andreas Michael Seeger (Trasport bit-triq — Obbligu ta’ użu ta’ takografu — Derogi għal vetturi li jittrasportaw materjal — Kunċett ta’ materjal — Trasport ta’ fliexken vojta fil-vettura ta’ kummerċjant ta’ nbejjed u xorb)

5

2011/C 298/08

Kawża C-69/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — Brahim Samba Diouf vs Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration (Direttiva 2005/85/KE — Standards minimi li jikkonċernaw il-proċedura ta’ għoti u ta’ irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri — Kunċett ta’ ‘deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni […] għall-ażil’ fis-sens tal-Artikolu 39 ta’ din id-direttiva — Applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz intiża sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Nuqqas ta’ raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali — Ċaħda tal-applikazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa — Nuqqas ta’ rimedju kontra d-deċiżjoni li l-applikazzjoni tkun suġġetta għal proċedura mħaffa — Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv)

6

2011/C 298/09

Kawża C-71/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — Ir-Renju Unit) — Office of Communications vs The Information Commissioner (Aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali — Direttiva 2003/4/KE — Artikolu 4 — Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess — Talba għal aċċess li tinvolvi diversi interessi protetti bl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva)

6

2011/C 298/10

Kawża C-106/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Lidl & Companhia vs Fazenda Pública (Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — VAT — Valur Taxxabbli — Taxxa dovuta fuq il-produzzjoni, il-kostruzzjoni, l-introduzzjoni jew l-importazzjoni tal-vetturi)

7

2011/C 298/11

Kawża C-133/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/81/KE — Trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi — Impriża suġġetta għall-obbligu li żżomm kontijiet separati — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

7

2011/C 298/12

Kawża C-215/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) Pacific World Limited, FDD International Limited vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs (Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Settijiet ta’ dwiefer foloz tal-plastik iffurmat — Validità tar-Regolament (KE) Nru 1417/2007 — Oġġetti oħrajn tal-plastik (intestatura 3926) — Preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur (intestatura 3304) — Strumenti u settijiet ta’ strumenti ta’ manikjur jew ta’ pedikjur (intestatura 8214))

7

2011/C 298/13

Kawża C-270/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta' Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — proċedura mibdija minn Lotta Gistö (Protokoll dwar il-Privilieġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 — Iffissar tar-residenza fiskali tal-konjuġi ta’ uffiċjal tal-Unjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi regola li skontha l-persuna kkonċernata li rresidiet għal tliet snin barra mill-pajjiż ma hijiex iktar kkunsidrata bħala residenti fil-pajjiż u għaldaqstant ma hijiex iktar suġġetta għat-taxxa sħiħa)

8

2011/C 298/14

Kawża C-274/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għal tnaqqis — Proċeduri għall-eżerċizzju — Artikolu 183 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti r-rimbors tal-eċċess tal-VAT biss meta dan jeċċedi l-ammont tat-taxxa tal-input li tirriżulta minn operazzjonijiet li jkunu għadhom ma tawx lok għal ħlas)

8

2011/C 298/15

Kawża C-309/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Agrana Zucker GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft (Zokkor — Skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità Ewropea — Regolament (KE) Nru 320/2006 — Artikolu 11 — Eċċess ta’ dħul għall-fond għar-ristrutturar — Assenjazzjoni lill-FAEG — Prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Arrikkiment indebitu)

9

2011/C 298/16

Kawża C-350/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — Proċeduri mressqa minn Nordea Pankki Suomi Oyj (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 13B(d), punti 3 u 5 — Eżenzjonijiet — Trasferimenti u ħlasijiet — Tranżazzjonijiet li jirrigwardaw titoli — Servizzi ta’ messaġġi elettroniċi għal istituzzjonijiet finanzjarji)

9

2011/C 298/17

Kawża C-403/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Mediaset SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Sky Italia Srl (Appell — Sussidji mogħtija mir-Repubblika Taljana bi ħsieb li tippromwovi x-xiri ta’ dekoders diġitali — Nuqqas ta’ inklużjoni tad-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi televiżivi mxandra bis-satellita — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni)

9

2011/C 298/18

Kawża C-548/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/2/KE — Politika tal-ambjent — Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) — Skambju u aġġornament ta’ data fi format elettroniku — Traspożizzjoni inkompleta)

10

2011/C 298/19

Kawża C-329/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ġunju 2011 — Alexandre Achughbabian vs Préfet du Val-de-Marne

10

2011/C 298/20

Kawża C-366/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

10

2011/C 298/21

Kawża C-376/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fil-15 ta’ Lulju 2011 — Pie Optiek vs Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains

11

2011/C 298/22

Kawża C-379/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (Il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Lulju 2011 — Caves Krier Frères SARL vs Directeur de l’Administration de l’emploi

11

2011/C 298/23

Kawża C-380/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Lulju 2011 — DI. VI. Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions directes

12

2011/C 298/24

Kawża C-382/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Varna (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Lulju 2011 — M SAT CABLE AD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt Varna Zapad pri Mitnitsa Varna

12

2011/C 298/25

Kawża C-383/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Lulju 2011 — Digitalnet OOD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt — Varna Zapad pri Mitnitsi Varna

13

2011/C 298/26

Kawża C-388/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2011 — Société Le Crédit Lyonnais vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l'État

13

2011/C 298/27

Kawża C-394/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Komisia za zashtita ot diskriminatsia (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Lulju 2011 — Valeri Hariev Belov vs ChEZ Elektro Balgaria АD u ChEZ Raspredelenie Balgaria АD

14

2011/C 298/28

Kawża C-404/11 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 minn Elf Aquitaine SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fis-17 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-299/08, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

15

2011/C 298/29

Kawża C-412/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

16

2011/C 298/30

Kawża C-414/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Daiichi Sankyo Co. Ltd, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH vs DEMO Anonymos Viomichaniki kai Emporiki Etaireia Farmakon

17

2011/C 298/31

Kawża C-416/11 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħti fl-24 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-115/10: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kummissjoni Ewropea

17

2011/C 298/32

Kawża C-537/10: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2011 — Deltafina SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

2011/C 298/33

Kawża C-120/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere — L-Italja) — Procura della Repubblica vs Yeboah Kwadwo

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 298/34

Kawża T-360/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Fercal — Consultadoria e Serviços vs UASI — Parfums Rochas (PATRIZIA ROCHA)

19

2011/C 298/35

Kawża T-396/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — ultra air vs UASI — Donaldson Filtration Deutschland (ultrafilter international)

19

2011/C 298/36

Kawża T-413/11: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2011 — Welte — Wenu vs UASI — Il-Kummissjoni (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku bi 12-il stilla fuq sfond blu)

20

2011/C 298/37

Kawża T-414/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Nutrichem Diät + Pharma vs UASI — Gervais Danone (Active)

20

2011/C 298/38

Kawża T-415/11: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Hartmann vs UASI (Nutriskin Protection Complex)

21

2011/C 298/39

Kawża T-416/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Biotronik SE vs UASI — Cardios Sistemas (CARDIO MANAGER)

21

2011/C 298/40

Kawża T-427/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Laboratoire Bioderma vs UASI — Cabinet Continental (BIODERMA)

21

2011/C 298/41

Kawża T-435/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Universal Display vs UASI (UniversalPHOLED)

22

2011/C 298/42

Kawża T-437/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Golden Balls Ltd vs UASI — Intra-Presse (GOLDEN BALLS)

22

2011/C 298/43

Kawża T-443/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2011 — Gold East Paper (Jiangsu) and Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) vs Il-Kunsill

23

2011/C 298/44

Kawża T-444/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Gold East Paper (Jiangsu) and Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) vs Il-Kunsill

24

2011/C 298/45

Kawża T-447/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2011 — Catinis vs Il-Kummissjoni

24

2011/C 298/46

Kawża T-448/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Golden Balls vs UASI — Intra-Presse (GOLDEN BALLS)

25

2011/C 298/47

Kawża T-450/11: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2011 — Galileo International Technology vs UASI — ESA (GALILEO)

25

2011/C 298/48

Kawża T-451/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Giga-Byte Technology Ltd vs UASI

26

2011/C 298/49

Kawża T-453/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2011 — Szajner vs UASI — Forge de Laguiole (LAGUIOLE)

26

2011/C 298/50

Kawża T-456/11: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2011 — ICdA et vs Il-Kummissjoni Ewropea

27

2011/C 298/51

Kawża T-457/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awissu 2011 — Valeo Vision vs Il-Kummissjoni

27

2011/C 298/52

Kawża T-458/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2011 — Riche vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

28

2011/C 298/53

Kawża T-463/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2011 — Dectane vs UASI — Hella (DAYLINE)

28

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/1


2011/C 298/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 282, 1.10.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 282, 24.9.2011

ĠU C 269, 10.9.2011

ĠU C 252, 27.8.2011

ĠU C 238, 13.8.2011

ĠU C 232, 6.8.2011

ĠU C 226, 30.7.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Synthon BV vs Merz Pharma Gmbh & Co KG

(Kawża C-195/09) (1)

(Dritt tal-privattivi - Prodotti mediċinali - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Regolament (KEE) Nru 1768/92 - Artikolu 2 - Kamp ta’ applikazzjoni - Evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-effikaċja prevista mid-Direttiva 65/65/KEE - Assenza - Invalidità taċ-ċertifikat)

2011/C 298/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Synthon BV

Konvenuta: Merz Pharma Gmbh & Co KG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 u tal-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 200) — Kunċett tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq — Awtorizzazzjoni mogħtija b’mod konformi ma’ liġi nazzjonali li tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1965, dwar l-approssimazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mediċinali (ĠU L 22, p. 369) — Obbligu li l-awtorità nazzjonali li tagħti awtorizzazzjoni tkun evalwat informazzjoni pprovduta mill-imsemmija direttiva

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali, kif emendat bl-att dwar il-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja mal-Unjoni Ewopea u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, inkwantu prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, tqiegħed fis-suq tal-Komunità Ewropea qabel ma kiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1965, dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi dwar il-prodotti mediċinali speċjali, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 89/341/KEE, tat-3 ta’ Mejju 1989, u, b’mod partikolari, mingħajr ma ġie suġġett għal evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-effikaċja tiegħu, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, kif emendat, u ma jistax, konsegwentement, ikun is-suġġett ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari.

(2)

Ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari maħruġ għal prodott li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1768/92, kif emendat, hekk kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ dan tal-aħħar, huwa invalidu.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — Id-Danimarka) — Orifarm A/S, Orifarm Supply A/S, Handelsselskabet af 5. januar 2002 A/S, fi stralċ, Ompakningsselskabet af 1. november 2005 A/S (C-400/09), Paranova Danmark A/S, Paranova Pack A/S (C-207/10) vs Merck Sharp & Dohme Corporation (preċedentement Merck & Co.), Merck Sharp & Dohme BV, Merck Sharp & Dohme

(Kawżi magħquda C-400/09 u C-207/10) (1)

(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 7(2) - Prodotti farmaċewtiċi - Importazzjoni parallela - Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott kopert mit-trade mark - Imballaġġ ġdid li jindika lill-proprjetarju tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, li l-prodott ġie ppakkjat mill-ġdid taħt l-awtorizzazzjoni tiegħu, bħala dak li wettaq l-ippakkjar mill-ġdid - Ippakkjar mill-ġdid fiżiku mwettaq minn impriża indipendenti)

2011/C 298/03

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orifarm A/S, Orifarm Supply A/S, Handelsselskabet af 5. januar 2002 A/S, fi stralċ, Ompakningsselskabet af 1. november 2005 A/S (C-400/09), Paranova Danmark A/S, Paranova Pack A/S (C-207/10)

Konvenuti: Merck Sharp & Dohme Corporation (preċedentement Merck & Co.), Merck Sharp & Dohme BV, Merck Sharp & Dohme

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-232/94, MPA Pharma u C-427/93, Bristol-Myers Squibb, kif ukoll tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Ippakkjar mill-ġdid ta’ prodott farmaċewtiku importat b’mod parallel — Importatur parallel, fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali importat, li ppreżenta lilu nnifsu, fuq l-ippakkjar il-ġdid, bħala dak li wettaq l-ippakkjar mill-ġdid, minkejja l-fatt li x-xiri u l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott mediċinali kienu effettivament twettqu minn impriża imdipendenti.

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-proprjetarju ta’ trade mark relatata ma’ prodott farmaċewtiku, li huwa s-suġġett ta’ importazzjonijiet paralleli, li jopponi ruħu għall-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri ta’ dan il-prodott ippakkjat mill-ġdid minħabba s-sempliċi fatt li l-imballaġġ il-ġdid jindika, bħala l-pakkeġġatur mill-ġdid, mhux lill-impriża li, fuq ordni, effettivament ippakkjat mill-ġdid il-prodott imsemmi u li għandha awtorizzazzjoni sabiex tagħmel dan, iżda lill-impriża li hija l-proprjetarja tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott imsemmi, li taħt l-istruzzjonijiet tagħha twettaq l-ippakkjar mill-ġdid u li tassumi r-responsabbiltà għalih.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.

ĠU C 179, 03.07.2010.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) Ir-Renju Unit) — Generics (UK) Ltd vs Synaptech Inc

(Kawża C-427/09) (1)

(Dritt tal-privattivi - Prodotti mediċinali - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Regolament (KEE) Nru 1768/92 - Artikolu 2 - Kamp ta’ applikazzjoni)

2011/C 298/04

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Generics (UK) Ltd

Konvenuta: Synaptech Inc

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 200) — Kunċett tal-ewwel awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq — Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa skont id-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1965, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-prodotti mediċinali speċjali (ĠU L 22, p. 369) — Awtorizzazzjoni maħruġa skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Awstrija qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat maż-ŻEE.

Dispożittiv

Prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tqiegħed fis-suq fil-Komunità Ewropea, bħala prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, qabel ma kien kiseb awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1965, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-prodotti mediċinali, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 89/341/KE, tat-3 ta’ Mejju 1989, u, b’mod partikolari, mingħajr ma kien suġġett għal evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-effikaċja tiegħu, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali, kif emendat bl-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, kif emendat, u ma jistax ikun is-suġġett ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-471/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-472/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-473/09 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Comunidad Autónoma de la Rioja, Camara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, Confederación Empresarial Vasca (Confebask)

(Kawżi magħquda C-471/09 P sa C-473/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat implementati minn Spanja favur impriżi mill-provinċji ta’Vizcaya, ta’ Álava u ta’ Guipúzcoa - Kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-ammont tal-investimenti - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba - Osservanza ta’ terminu raġonevoli - Nuqqas ta’ notifika)

2011/C 298/05

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-471/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-472/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-473/09 P) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti), Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati), Comunidad Autónoma de la Rioja (rappreżentanti: J. M. Criado Gámez u E. Martínez Aguirre, avukati), Camara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati), Confederación Empresarial Vasca (Confebask)

Parti intervenjenti in sostenn tal-appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Appelli mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza [li issa saret il-“Qorti Ġenerali”] (Il-Ħames Awla Estiża), tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava u Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni (T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-Kawżi T-227/01 u T-265/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/820/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Álava f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 296, p. 1), fil-Kawżi T-228/01 u T-266/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/27/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Vizcaya f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2003, L 17, p. 1), u, fil-Kawżi T-229/01 u T-270/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/894/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Guipúzcoa f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 314, p. 26).

Dispożittiv

(1)

L-appelli prinċipali u l-appelli inċidentali huma miċħuda.

(2)

It-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, it-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, il-Camara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, il-Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava u l-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa huma kkundannati f’partijiet indaqs għall-ispejjeż relatati mal-appelli preżenti.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-474/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-475/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-476/09 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Comunidad Autónoma de la Rioja, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa, Confederación Empresarial Vasca (Confebask)

(Kawżi magħquda C-474/09 P sa C-476/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat implementati minn Spanja favur impriżi mill-provinċji ta’Vizcaya, ta’ Álava u ta’ Guipúzcoa - Tnaqqis tal-bażi taxxabbli favur ċerti impriżi ġodda - Aspettattivi leġittimi - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba - Osservanza ta’ terminu raġonevoli - Nuqqas ta’ notifika)

2011/C 298/06

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya (C-474/09 P), Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (C-475/09 P), Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa (C-476/09 P) (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti), Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati), Comunidad Autónoma de la Rioja (rappreżentanti: J. M. Criado Gámez u M. Martínez Aguirre, avukati), Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava, Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati), Confederación Empresarial Vasca (Confebask)

Parti intervenjenti in sostenn tal-appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Appelli mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza [li issa saret il-“Qorti Ġenerali”] (Il-Ħames Awla Estiża), tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava u Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni (T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-Kawżi T-227/01 u T-265/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/820/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Álava f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 296, p. 1), fil-Kawżi T-228/01 u T-266/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/27/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Vizcaya f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2003, L 17, p. 1), u, fil-Kawżi T-229/01 u T-270/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/894/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Guipúzcoa f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 314, p. 26).

Dispożittiv

(1)

L-appelli prinċipali u l-appelli inċidentali huma miċħuda.

(2)

It-Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, it-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, il-Camara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, il-Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava u l-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa huma kkundannati f’partijiet indaqs għall-ispejjeż relatati mal-appelli preżenti.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Andreas Michael Seeger

(Kawża C-554/09) (1)

(Trasport bit-triq - Obbligu ta’ użu ta’ takografu - Derogi għal vetturi li jittrasportaw materjal - Kunċett ta’ “materjal” - Trasport ta’ fliexken vojta fil-vettura ta’ kummerċjant ta’ nbejjed u xorb)

2011/C 298/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Andreas Michael Seeger

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Stuttgart — Interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1) — Sistema derogatorja li, fost oħrajn, teżenta l-vetturi użati għall-ġarr ta’ materjal għall-użu tax-xufier matul ix-xogħol tiegħu, mill-obbligu li jkunu mgħammra b’takografu — Applikabbiltà ta’ din id-deroga għat-trasport ta’ fliexken vojta fil-vettura ta’ kummerċjant ta’ nbejjed u xorb — Kunċett ta’ “materjal”

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “materjal” inkluż fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix materjal ta’ imballaġġ, bħal fliexken vojta, ittrasportat minn kummerċjant ta’ nbejjed u xorb li jmexxi ħanut, li jikkunsinna lill-klijenti tiegħu darba fil-ġimgħa u li filwaqt li jwettaq dan, jiġbor l-imballaġġ vojt sabiex iroddu lura lill-grossista tiegħu.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — Brahim Samba Diouf vs Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration

(Kawża C-69/10) (1)

(Direttiva 2005/85/KE - Standards minimi li jikkonċernaw il-proċedura ta’ għoti u ta’ irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri - Kunċett ta’ ‘deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni […] għall-ażil’ fis-sens tal-Artikolu 39 ta’ din id-direttiva - Applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz intiża sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat - Nuqqas ta’ raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali - Ċaħda tal-applikazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa - Nuqqas ta’ rimedju kontra d-deċiżjoni li l-applikazzjoni tkun suġġetta għal proċedura mħaffa - Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv)

2011/C 298/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Brahim Samba Diouf

Konvenut: Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif — (il-Lussemburgu) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168) — Applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, f’sitwazzjoni irregolari, intiża sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Ċaħda ta’ din l-applikazzjoni, fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali mħaffa, fin-nuqqqas ta’ raġunijet li jiġġustifikaw l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali — Konformità mad-dritt Komunitarju ta’ liġi nazzjonali li teskludi r-rimedji kollha kontra d-deċiżjoni li tintalab proċedura mħaffa — Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv

Dispożittiv

L-Artikolu 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat fl-Istati Membri, u l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħala dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li ebda rikors awtonomu ma jista’ jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni, tal-awtorità kompetenti, li tiġi eżaminta applikazzjoni għall-ażil fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa, peress li r-raġunijiet li wasslu din l-awtorità li teżamina l-fondatezza tal-imsemmija applikazzjoni fil-kuntest ta’ tali proċedura jistgħu jiġu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest tar-rikors li d-deċiżjoni finali ta’ ċaħda tista’ tkun is-suġġett tiegħu, fatt li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — Ir-Renju Unit) — Office of Communications vs The Information Commissioner

(Kawża C-71/10 P) (1)

(Aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali - Direttiva 2003/4/KE - Artikolu 4 - Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess - Talba għal aċċess li tinvolvi diversi interessi protetti bl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva)

2011/C 298/09

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Office of Communications

Appellat: The Information Commissioner

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court of the United Kingdom — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2)(b) u (e) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 375) — Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess — Talba għal aċċess li tinvolvi diversi interessi protetti bl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva, fejn id-dannu għal kull wieħed minn dawn l-interessi ma huwiex tali li waħdu jiġġustifika r-rifjut ta’ aċċess

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta' Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità pubblika, li jkollha tagħrif ambjentali jew li tali tagħrif ikun miżmum f’isimha, tista’, meta tibbilanċja l-interessi pubbliċi moqdija bl-iżvelar mal-interessi moqdija bir-rifjut ta’ żvelar, għall-finijiet li tiġi evalwata talba intiża sabiex dan it-tagħrif jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika, tieħu inkunsiderazzjoni b’mod kumulattiv diversi raġunijiet għal rifjut imsemmija f’din id-dispożizzjoni


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Lidl & Companhia vs Fazenda Pública

(Kawża C-106/10) (1)

(Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - VAT - Valur Taxxabbli - Taxxa dovuta fuq il-produzzjoni, il-kostruzzjoni, l-introduzzjoni jew l-importazzjoni tal-vetturi)

2011/C 298/10

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lidl & Companhia

Konvenuta: Fazenda Pública

fil-preżenza ta’: Ministério Público

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 73 u s-subparagrafu (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78, moqri flimkien mas-subparagrafu (ċ) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 79 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Inklużjoni, fil-bażi ta’ taxxa tal-VAT, tal-“imposto sobre veículos” Portugiż — Taxxi fuq vetturi ġodda dovuti għall-produzzjoni, il-kostruzzjoni, l-introduzzjoni jew l-importazzjoni tal-vetturi — Taxxa dovuta darba biss, mill-operatur jew mill-bejjiegħ tal-vettura, meta din tiġi introdotta fis-suq Portugiż

Dispożittiv

(1)

Taxxa bħalma hija t-taxxa fuq il-vetturi (imposto sobre veículos), inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-fatt li jiġġeneraha huwa marbut direttament mal-provvista ta’ vettura li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taxxa u li hija mħallsa mill-fornitur ta’ din il-vettura taqa’ taħt il-kunċett ta’ “taxxi, dazji, imposti u piżijiet”, fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tkun inkluża fil-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-provvista tal-imsemmija vettura.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-133/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/81/KE - Trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi - Impriża suġġetta għall-obbligu li żżomm kontijiet separati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2011/C 298/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u K. Walkerová, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/81/KE, tat-28 ta’ Novembru 2005, li temenda d-Direttiva 80/723/KEE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi (ĠU L 312, p. 47)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/81/KE, tat-28 ta’ Novembru 2005, li temenda d-Direttiva 80/723/KEE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) Pacific World Limited, FDD International Limited vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-215/10) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Settijiet ta’ dwiefer foloz tal-plastik iffurmat - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1417/2007 - Oġġetti oħrajn tal-plastik (intestatura 3926) - Preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur (intestatura 3304) - Strumenti u settijiet ta’ strumenti ta’ manikjur jew ta’ pedikjur (intestatura 8214))

2011/C 298/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pacific World Limited, FDD International Limited

Konvenut: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda — Validità fir-rigward tal-klassifikazzjoni tad-dwiefer foloz tal-plastik ifformat taħt l-intestatura 3926 90 97 (Oġġetti oħrajn tal-plastik)

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda, huwa validu inkwantu jikklassifika d-dwiefer foloz u, għaldaqstant, is-settijiet ta’ dwiefer foloz deskritti fl-Anness, fis-subintestatura 3926 90 97 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta' Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — proċedura mibdija minn Lotta Gistö

(Kawża C-270/10) (1)

(Protokoll dwar il-Privilieġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 - Iffissar tar-residenza fiskali tal-konjuġi ta’ uffiċjal tal-Unjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi regola li skontha l-persuna kkonċernata li rresidiet għal tliet snin barra mill-pajjiż ma hijiex iktar kkunsidrata bħala residenti fil-pajjiż u għaldaqstant ma hijiex iktar suġġetta għat-taxxa sħiħa)

2011/C 298/13

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lotta Gistö

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14 (li sar l-Artikolu 13) tal-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej — Iffissar tar-residenza fiskali tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-konjuġi tagħhom li ma jeżerċitawx attività professjonali bi qligħ fl-Istat Membru ta’ oriġini — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi għaċ-ċittadini regola li tipprovdi li, wara l-istadenza ta’ tliet snin mit-tmiem tas-sena li matulha ċ-ċittadin ħalla l-pajjiż, iċ-ċittadin ma jitqies iktar bħala ċittadin fil-pajjjiż u għaldaqstant mhux suġġett iktar għall-obbligu fiskali illimitat għal dak li jikkonċerna d-dħul tiegħu

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, li inizjalment kien anness mat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u sussegwentement, bis-saħħa tat-Trattat ta’ Amsterdam, mat-Trattat KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konjuġi ta’ persuna li, għar-raġuni biss li din tal-aħħar daħlet fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxi r-residenza tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru għajr l-Istat Membru tar-residenza fiskali li huwa kellu fil-mument tad-dħul tal-imsemmija persuna fis-servizz tal-Unjoni huwa kkunsidrat bħala li jkun żamm ir-residenza fiskali tiegħu f’dan l-aħħar Stat Membru jekk huwa stess ma jeżerċitax attività professjonali separata.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-274/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Proċeduri għall-eżerċizzju - Artikolu 183 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti r-rimbors tal-eċċess tal-VAT biss meta dan jeċċedi l-ammont tat-taxxa tal-input li tirriżulta minn operazzjonijiet li jkunu għadhom ma tawx lok għal ħlas)

2011/C 298/14

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, B. Simon u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, K. Szíjjártó, G. Koós, aġenti u K. Magony, szakértő]

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti r-rimbors tal-eċċess tal-VAT biss meta dan jeċċedi l-ammont tat-taxxa li tirriżulta minn operazzjonijiet li għadhom ma tħallsux — Ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali

Dispożittiv

(1)

Ir-Repubblika tal-Ungerija,

billi obbligat lill-persuni taxxabbli li d-dikjarazzjoni fiskali tagħhom turi eċċess fis-sens tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, waqt perijodu taxxabbli partikolari, jittrasferixxu dan l-eċċess totalment jew parzjalment għall-perijodu taxxabbli li jmiss, jekk dawn ma ħallsux it-totalità tal-akkwisti korrispondenti lill-fornitur tagħhom, u

minħabba l-fatt li permezz ta’ dan l-obbligu, ċerti persuni taxxabbli li d-dikjarazzjoni fiskali tagħhom turi sistematikament eċċess, huma marbuta jittrasferixxu iktar minn darba dan l-eċċess għall-perijodu taxxabbli li jmiss,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Agrana Zucker GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-309/10) (1)

(Zokkor - Skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità Ewropea - Regolament (KE) Nru 320/2006 - Artikolu 11 - Eċċess ta’ dħul għall-fond għar-ristrutturar - Assenjazzjoni lill-FAEG - Prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Arrikkiment indebitu)

2011/C 298/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrana Zucker GmbH

Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 64M, p. 11) — Ġbir ta’ ammont temporanju għar-ristrutturar f’sitwazzjoni fejn il-fond ta’ ristrutturar temporanju għandu eċċess sostanzjali u fejn żieda tal-ħtiġijiet finanzjarji tidher li hija eskluża — Ekwivalenza għall-introduzzjoni ta’ taxxa ġenerali — Ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm lok li jinġabar l-ammont temporanju kollu, anki fl-eventwalità fejn il-fond għar-ristrutturar temporanju jesperjenza eċċess ta’ dħul.

(2)

L-eżami tat-tieni domanda preliminari magħmula ma stabbilixxa l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 320/2006.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — Proċeduri mressqa minn Nordea Pankki Suomi Oyj

(Kawża C-350/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13B(d), punti 3 u 5 - Eżenzjonijiet - Trasferimenti u ħlasijiet - Tranżazzjonijiet li jirrigwardaw titoli - Servizzi ta’ messaġġi elettroniċi għal istituzzjonijiet finanzjarji)

2011/C 298/16

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Nordea Pankki Suomi Oyj

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-punti 3 u 5 tal-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet għal tranżazzjonijiet bankarji — Servizzi SWIFT għall-banek

Dispożittiv

Il-punti 3 u 5 tal-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud taħt din id-dispożizzjoni ma tkoprix servizzi ta’ messaġġi elettroniċi lil istituzzjonijiet finanzjarji, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Mediaset SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Sky Italia Srl

(Kawża C-403/10 P) (1)

(Appell - Sussidji mogħtija mir-Repubblika Taljana bi ħsieb li tippromwovi x-xiri ta’ dekoders diġitali - Nuqqas ta’ inklużjoni tad-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi televiżivi mxandra bis-satellita - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni)

2011/C 298/17

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mediaset SpA (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, dikigoros, G. Rossi, avukat, E. Petritsi, dikigoros)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u B. Stromsky, aġenti), Sky Italia Srl (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat u F. Salerno, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010, Mediaset vs Il-Kummissjoni (T-177/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6634 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq komuni s-sussidji mogħtija mill-Italja, fl-2004 u fl-2005, intiżi sabiex il-konsumaturi jixtru jew jikru dekoders diġitali interattivi li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi permezz tat-teknoloġija diġitali terrestri jew bil-kejbil, għaliex dawn jeskludu d-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi permezz tat-teknoloġija tax-xandir televiżiv bis-satellita (Għajnuna Nru C 52/2005, ex NN 88/2005, ex CP 101/2004)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Mediaset SpA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Sky Italia Srl.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-548/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/2/KE - Politika tal-ambjent - Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) - Skambju u aġġornament ta’ data fi format elettroniku - Traspożizzjoni inkompleta)

2011/C 298/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u C. Egerer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ġunju 2011 — Alexandre Achughbabian vs Préfet du Val-de-Marne

(Kawża C-329/11)

2011/C 298/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alexandre Achughbabian

Konvenut: Préfet du Val-de-Marne

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008 (1), tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu L621-1 tal-code de l’entrée et du séjour des étrangers et du droit d’asile, li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ ħabs għal ċittadin ta’ pajjiż terz biss minħabba l-irregolarità tad-dħul tiegħu jew tar-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali?


(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/10


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-366/11)

2011/C 298/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Hadjiyiannis u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi ma ppreparax, sat-22 ta’ Diċembru 2009, il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara (kemm għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jinsabu kompletament fit-territorju tiegħu kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali), u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni, sat-22 ta’ Marzu 2010, kopja tal-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 13(2), (3) u (6), u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1) Barra minn hekk, billi ma bediex, sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2008, il-proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, ir-Renju tal-Beljġu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) ta’ din id-direttiva, u

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skada fit-22 ta’ Diċembru 2003. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex jimplementa d-Direttiva, jew, f’kull każ, ma kienx informa lill-Kummissjoni b’dan.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fil-15 ta’ Lulju 2011 — Pie Optiek vs Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains

(Kawża C-376/11)

2011/C 298/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pie Optiek

Konvenuta: Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn id-dritt preċedenti kkonċernat huwa dritt ta’ trade mark, il-kelmiet “liċenzati ta’ drittijiet ta’ qabel [preċedenti]” jistgħu jkopru persuna li kienet awtorizzata biss, mill-proprjetarju tat-trade mark, sabiex tirreġistra, f’ismha propju iżda għan-nom tal-persuna li tikkonċedi l-liċenzja, isem ta’ dominju identiku jew li jixxiebah mat-trade mark, mingħajr madankollu ma ġiet awtorizzata tagħmel użi oħrajn mit-trade mark jew użu tas-sinjal bħala trade mark, bħal pereżempju, sabiex tikkummerċjalizza prodotti jew servizzi taħt it-trade mark?

(2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għal din id-domanda, l-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li “drittijiet jew interess leġittimu” jeżistu anki jekk il-“liċenzat ta’ drittijiet ta’ qabel [preċedenti]” irreġistra l-isem ta’ dominju.eu f’ismu iżda għan-nom tal-proprjetarju tat-trade mark meta dan tal-aħħar ma huwiex eliġibbli skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ April 2002, dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell EU (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 825

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 394


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (Il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Lulju 2011 — Caves Krier Frères SARL vs Directeur de l’Administration de l’emploi

(Kawża C-379/11)

2011/C 298/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caves Krier Frères SARL

Konvenuta: Administration de l’emploi

Domanda preliminari

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 541-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol Lussemburgiż, peress li jirriżerva d-dritt għal rimbors tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, parzjalment minn min iħaddem u parzjalment mill-assigurat, għal persuni qiegħda li jkunu ta’ età ’il fuq minn ħamsa u erbgħin sena, kemm jekk ikunu ġew ikkumpensati kif ukoll jekk ma jkunux ġew ikkumpensati, għal persuni li jħaddmu fis-settur privat, sa kemm il-persuni qiegħda jkunu rreġistrati bħala persuni li qed ifittxu x-xogħol ma’ aġenzija tax-xogħol tal-Amministrazzjoni tal-Impjiegi tal-Lussemburgu għal mill-inqas xahar, filwaqt li persuni li jħaddmu li jimpjegaw persuni qiegħda rreġistrati bħala persuni li qed ifittxu x-xogħol ma’ organizzazzjonijiet korrispondenti barra mill-pajjiż ma jibbenefikawx minn din il-miżura, huwa konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 21 u 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Lulju 2011 — DI. VI. Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions directes

(Kawża C-380/11)

2011/C 298/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DI. VI. Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C

Konvenuta: Administration des contributions directes

Domandi preliminari

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni, bħal dik irregolata bil-paragrafu 8a tal-Liġi emendata tas-16 ta’ Ottubru 1934 dwar it-taxxa fuq il-kapital, li fl-ewwel paragrafu tagħha, tissuġġetta l-għoti tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital għal kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tibqa’ suġġetta għat-taxxa fuq il-kapital fil-Lussemburgu matul il-ħames snin taxxabbli sussegwenti?


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Varna (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Lulju 2011 — M SAT CABLE AD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt Varna Zapad pri Mitnitsa Varna

(Kawża C-382/11)

2011/C 298/24

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen Sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M SAT CABLE AD

Konvenuti: Nachalnik na Mitnicheski punkt Varna Zapad pri Mitnitsa Varna

Domandi preliminari

(1)

X’għandu jinftiehem b’“internet” fis-sens tan-Nota ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda dwar is-subintestaturi 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex merkanzija tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?

(2)

X’għandu jinftiehem b’ “modem” fis-sens tan-Nota ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda dwar is-subintestaturi 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex merkanzija tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?

(3)

X’għandu jinftiehem b’ “modulazzjoni” u “demodulazzjoni” fis-sens tan-Nota ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda dwar is-subintestaturi 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex merkanzija tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?

(4)

Skont liema funzjoni prinċipali tal-apparat ikkwalifikat bħala mudell separat TF6100EMC jaqbel li ssir il-klassifikazzjoni tariffarja tiegħu: ir-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni jew l-użu, għall-aċċess għall-internet, ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni interattiv?

(5)

Jekk il-funzjoni prinċipali (bażika) tal-apparat ikkwalifikat bħala mudell separat TF6199EMC tikkonsisti fl-użu, għall-aċċess għall-internet, ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni interattiv, it-tip ta’ modulazzjoni u demodulazzjoni li jsir permezz tal-modem u t-tip ta’ modem użat huma important għall-klassifikazzjoni tariffarja, jew huwa biżżejjed li l-modem jippermetti l-aċċess għall-internet?

(6)

Huwa permess għall-awtoritajiet doganali li jibdlu l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ prodott partikolari mingħajr ma jagħmlu verifika fiżika tal-merkanzija importata u anki jekk ir-rapport tal-espert inkiteb sempliċement abbażi ta’ provi bil-miktub, jiġifieri l-manwal għall-użu, il-karatteristiċi tekniċi, u l-eżami ta’ apparat tal-istess produttur li għandu l-istess numru iżda li joriġina minn importazzjoni oħra?

(7)

F’liema intestatura u taħt liema kodiċi għandu jiġi kklassifikat apparat li jikkorrispondi għad-deskrizzjoni tal-mudell TF6199EMC?

(8)

Jekk mudell separat li jikkorrispondi għad-deskrizzjoni tal-mudell TF6199EMC għandu jiġi kklassifkat taħt is-subintestatura NM 8521 90 00, il-ġbir ta’ dazju doganali b’rata pożitiva huwa legali skont id-dritt Komunitarju, jekk jikkostitwixxi ksur tal-obbligi tal-Komunità skont il-Ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika Parti II(b) tal-Ftehim Komunitarju dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, jew il-klassifika fl-intestatura 8521 twassal għall-konklużjoni li l-mudell separat TF6100EMC ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ftehim dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ?


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Lulju 2011 — “Digitalnet” OOD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt — Varna Zapad pri Mitnitsi Varna

(Kawża C-383/11)

2011/C 298/25

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Digitalnet” OOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnicheski punkt — Varna Zapad pri Mitnitsi Varna

Domandi preliminari

(1)

X’għandu jinftiehem bit-termini “modem” u “aċċess għall-internet” fis-sens tas-subintestatura 8528 71 13 tan-Nomenklatura Magħquda 2009 [Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008 (1)] u tan-Nota ta’ Spjega tagħha?

(2)

Liema hija l-funzjoni prinċipali (ta’ bażi) tal-apparat indikat bħala set-top box, li fuq il-bażi tagħha għandha ssir il-klassifikazzjoni tariffarja: ir-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni jew l-użu ta’ modem li jippermetti skambju interattiv ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-internet?

(3)

Jekk il-funzjoni prinċipali (ta’ bażi) tal-apparat indikat bħala set-top box tikkonsisti fl-użu ta’ modem li jippermetti skambju interattiv ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-internet, it-tip ta’ modulazzjoni u ta’ demodulazzjoni applikati permezz tal-modem u t-tip ta’ modem użat huma rilevanti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja, jew huwa suffiċjenti li dan jippermetti l-aċċess għall-internet?

(4)

L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jibdlu l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija partikolari mingħajr ma jagħmlu verifika fiżika tal-merkanzija importata u meta r-rapport tekniku jkun sar biss fuq il-bażi ta’ provi bil-miktub, jiġifieri l-manwal tal-użu, karatteristiċi tekniċi u verifika ta’ apparat li jkun oriġina mill-istess manifattur u li jkollu l-istess numru, iżda jkun ġej minn importazzjoni oħra?

(5)

Fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi tal-merkanzija inkwistjoni (set-top box), ikkonstatati matul il-proċedura fil-kawża prinċipali, taħt liema kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 2009 [Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, ĠU L 291, p. 1] għandha din tiġi kklassifikata?


(1)  ĠU L 291, p. 1.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2011 — Société Le Crédit Lyonnais vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l'État

(Kawża C-388/11)

2011/C 298/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Le Crédit Lyonnais

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’État

Domandi preliminari

(1)

Fir-rigward tar-regoli dwar il-kamp territorjali tat-taxxa fuq il-valur miżjud, l-Artikolu 17(2) u (5) u l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, għall-kalkolu tal-pro rata li huma jistabbilixxu, is-sede ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul magħmul minn kull waħda mill-fergħat tagħha stabbiliti fi Stat Membru ieħor u, b’mod simetriku, dawn il-fergħat għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni d-dħul kollu li jaqa’ taħt il-kamp tat-taxxa fuq il-valur miżjud magħmul mill-kumpannija?

(2)

L-istess soluzzjoni għandha tiġi applikata għall-fergħat stabbiliti barra mill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt ta’ tnaqqis previst fl-Artikolu 17(3)(a) u (ċ), fir-rigward tal-operazzjonijiet bankarji u finanzjarji msemmija fl-Artikolu 13B(d)(1) sa (5), li jitwettqu għall-benefiċċju ta’ konsumaturi stabbiliti barra mill-Komunità?

(3)

Tista’ r-risposta għall-ewwel żewġ domandi tvarja minn Stat Membru għall-ieħor, skont l-għażliet miftuħa permezz tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 17(5) b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-kostituzzjoni ta’ setturi ta’ attività differenti?

(4)

F’każ ta’ risposta affermattiva għal waħda mill-ewwel żewġ domandi, minn naħa, hemm lok li tiġi limitata l-applikazzjoni ta’ tali pro rata għall-kalkolu tad-drittijiet ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud li kienet imposta fuq l-ispejjeż sostnuti mis-sede għall-benefiċċju ta’ fergħat barranin u, min-naħa l-oħra, id-dħul magħmul barra mill-pajjiż għandu jittieħed inkunsiderazzjoni skont ir-regoli applikabbli fl-Istat tal-fergħa jew skont dawk applikabbli fl-Istat tas-sede?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Komisia za zashtita ot diskriminatsia (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Lulju 2011 — Valeri Hariev Belov vs ChEZ Elektro Balgaria АD u ChEZ Raspredelenie Balgaria АD

(Kawża C-394/11)

2011/C 298/27

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Komisia za zashtita ot diskriminatsia.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valeri Hariev Belov.

Konvenuta: ChEZ Elektro Balgaria АD, ChEZ Raspredelenie Balgaria АD u Darzhavna komisia po energiyno i vodno regulirane

Domandi preliminari

 

Domanda 1: Il-kawża preżenti taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000 (1), li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità [Artikolu 3(1)(h)]?

 

Domanda 2: Xi jfissru l-frażijiet “ttrattata inqas favorevolment” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/43, u “jitfgħu persuni ta’ oriġini, ta’ razza jew grupp etniku [speċifiku] fi żvantaġġ partikolari” fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2000/43?

2.1.

sabiex trattament inqas favorevoli jiġi kkwalifikat bħala diskriminazzjoni diretta, huwa assolutament meħtieġ li jkun iktar sfavorevoli u li jaffettwa direttament jew indirettament id-drittijiet jew l-interessi espressament stabbiliti mil-liġi, jew dan għandu jinftiehem bħala li jirrigwarda kull forma ta’ aġir (attitudni), fis-sens l-iktar wiesa’ tal-kelma, li jkun inqas vantaġġuż meta mqabbel ma’ aġir f’sitwazzjoni paragunabbli?

2.2.

sabiex il-fatt li wieħed jitqiegħed f’sitwazzjoni partikolari li tkun żvantaġġuża jiġi kkwalifikat bħala diskriminazzjoni indiretta, huwa wkoll meħtieġ li dan jaffettwa direttament jew indirettament id-drittijiet jew l-interessi espressament stabbiliti mil-liġi, jew dan għandu jinftiehem bħala li jirrigwarda, f’sens iktar wiesa’, kull forma ta’ tqegħid f’sitwazzjoni partikolari li tkun sfavorevoli jew żvantaġġuża?

 

Domanda 3: fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda, jekk, sabiex jitqies li hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2000/43, hemm bżonn li jkun hemm trattament inqas favorevoli jew saħansitra li wieħed jitqiegħed f’sitwazzjoni partikolari li tkun żvantaġġuża li taffettwa direttament jew indirettament dritt jew interess stabbilit mil-liġi, allura

3.1.

id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-Direttiva 2006/32/KE (2) (premessa 29, Artikolu 1, Artikolu 13(1)), id-Direttiva 2003/54/KE (3) (Artikolu 3(5)), id-Direttiva 2009/72/KE (4) (Artikolu 3(7)) jagħtu lill-utent finali tal-elettriku dritt jew interess li jivverifika regolarment it-tagħrif indikat fl-arloġġ tad-dawl li jista’ jiġi invokat quddiem qorti fi proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali,

u

3.2.

jawtorizzaw leġiżlazzjoni nazzjonali jew prassi amministrattiva, approvata mill-kummissjoni nazzjonali tar-regolament tas-swieq tal-enerġija u tal-ilma, li tħalli lill-impriżi li jiddistribwixxu l-elettriku l-libertà li jwaħħlu l-arloġġi tad-dawl f’postijiet diffiċilment aċċessibbli jew inaċċessibbli, u b’hekk iwaqqfu lill-konsumaturi milli jikkontrollaw u milli jsegwu personalment u regolarment it-tagħrif indikat fl-arloġġ tad-dawl?

 

Domanda 4: fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda, jekk, sabiex jitqies li hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta, ma hemmx bżonn li jkun hemm ksur dirett jew indirett ta’ dritt jew ta’ interess stabbilit mil-liġi, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2000/43

jawtorizzaw leġiżlazzjoni nazzjonali u ġurisprudenza, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprovdu li, sabiex trattament jiġi kkwalifikat bħala diskriminatorju, hemm bżonn li dan ikun iktar sfavorevoli u li t-tqegħid f’sitwazzjoni iktar żvantaġġuża jaffettwa direttament jew indirettament id-drittijiet jew l-interess stabbiliti mil-liġi,

u, fil-każ li dawn ma jawtorizzawx dan, il-qorti nazzjonali għandha tara li tħallihom inapplikabbli fil-kawża mressqa quddiemha u tapplika d-definizzjonijiet stabbiliti fid-direttiva?

 

Domanda 5: Kif għandha tiġi interpretata d-dispożizzjoni tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/43?

5.1.

Din id-dispożizzjoni teżiġi li l-vittma tipproduċi l-prova fattwali li kategorament, indubbjament u ċertament tippermetti li jiġi konkluż li hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta, jew huwa biżżejjed li l-fatti jagħtu lok għal diskriminazzjoni suspetta jew preżunta?

5.2.

Il-fatt li a) l-arloġġi tad-dawl jitqiegħdu fuq arbli tal-elettriku fit-triq u jinsabu f’għoli li huwa inaċċessibbli għall-konsumaturi li jikkontrollow b’għajnejhom l-ammonti tagħhom, u dan biss f’żewġ distretti tal-belt magħrufa bħala d-distretti Romm, bl-eċċezzjonijiet magħrufa f’ċerti partijiet ta’ dawn id-distretti, u li b) fid-distretti kollha l-oħra tal-belt, l-arloġġi tad-dawl jitqiegħdu f’għoli differenti, aċċessibbli għall-finijiet ta’ kontroll okulari (bejn wieħed u ieħor 1.7m), u spiss jinsabu fil-proprjetà tal-utent jew fuq barra tal-bini jew ukoll fil-konfini viċin, huwa ta’ natura li jbiddel l-oneru tal-prova, u li dan jitqiegħed taħt ir-responsabbiltà tal-konvenuta?

5.3.

Bdil fl-oneru tal-prova, sabiex dan jitqiegħed taħt ir-responsabbiltà tal-konvenuta huwa eskluż a) minħabba li, fiż-żewġ distretti tal-belt magħrufa bħala distretti Romm, ma jgħixux fihom biss Romm, iżda wkoll persuni ta’ oriġini etnika oħra, b) skont il-proporzjoni ta’ persuni, mhux l-abitanti kollha ta’ dawn iż-żewġ distretti jqisu lilhom nfushom bħala Romm, u ċ) minħabba li l-impriża ta’ distribuzzjoni tal-elettriku qieset, għal raġunijiet magħrufa sew, li f’dawn iż-żewġ distretti l-arloġġi tad-dawl kellhom jitwaħħlu fl-għoli ta’ 7 m?

 

Domanda 6: Fid-dawl tar-risposta mogħtija għad-domanda 5

6.1.

ir-regoli li jirriżultaw mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/43 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jeżiġu s-suppożizzjoni/il-preżunzjoni tal-eżistenza ta’ diskriminazzjoni, u l-fatti inkwistjoni jbiddlu l-oneru tal-prova, sabiex dan jitqiegħed taħt ir-responsabbiltà tal-konvenuta, u liema forma ta’ diskriminazzjoni tista’ tiġi preżunta minn dawn il-fatti (diretta, indiretta u/jew fastidju)?

6.2.

id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/43 jippermettu li tiġi ġġustifikata diskriminazzjoni diretta u/jew fastidju meta jiġi segwit interess leġittimu li juża mezzi meħtieġa u xierqa għal dan il-għan?

6.3.

f’din il-kawża, fid-dawl tal-interessi leġittimi sostnuti mill-kumpannija ta’ distribuzzjoni tal-elettriku, il-miżura applikata fiż-żewġ distretti inkwistjoni tista’ tkun ġustifikata, meta:

(a)

l-imsemmija miżura hija applikata minħabba n-numru kbir ta’ fatturi mhux imħallsa fiż-żewġ distretti msemmija, il-ksur imwettaq mill-utenti li joħloq preġudizzju u jqiegħed f’periklu s-sigurtà, il-kwalità, il-kontinwità, u ċ-ċertezza li l-installazzjonijiet tal-elettriku jaħdmu,

u li

l-miżura inkwistjoni tapplika b’mod kollettiv, irrispettivament mill-fatt li l-utent ikkonċernat ħallas jew ma ħallasx il-fatturi ta’ distribuzzjoni u ta’ provvista ta’ elettriku tiegħu u irrispettivament mill-fatt li l-utent ikkonċernat ikun wettaq xi ksur ikun liema jkun (tbagħbis fl-arloġġ tad-dawl, konnessjoni irregolari u/jew użu ħażin/konsum tal-elettriku mingħajr ma dan jiġi kkalkolat u mħallas, jew kwalunkwe ksur ieħor għan-netwerk li jikser jew iqiegħed f’periklu s-sigurtà, il-kwalità, il-kontinwità, u ċ-ċertezza tat-tħaddim tiegħu)

u

(b)

li għal kull ksur simili, il-leġiżlazzjoni u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta’ distribuzzjoni jipprovdu sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet ċivili, amministrattiva u kriminali,

u

(c)

li l-klawżola stabbilita fl-Artikolu 27(2) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt, li tipprovdi li, fuq talba bil-miktub tal-utent, l-impriża ta’ distribuzzjoni għandha tiżgura l-possibbiltà li twettaq kontroll okulari tat-tagħrif indikat fl-arloġġ tad-dawl, ma tippermettix realment lill-utent jikkontrolla personalment u regolament l-imsemmi tagħrif,

u

(d)

li huwa possibbli li l-arloġġ tad-dawl jitwaħħal fid-dar tal-utent fuq il-bażi ta’ talba bil-miktub, u permezz tal-ħlas ta’ tariffa,

u

(e)

li l-miżura inkwistjoni tirreferi, b’mod distint u manifest, għal aġir skorrett tal-utent, tkun xi tkun il-forma, minħabba n-natura magħrufa sew, skont il-kumpannija ta’ distribuzzjoni, tar-raġunijiet għall-implementazzjoni tagħha,

u

(f)

li jeżistu metodi oħra u mezzi tekniċi oħra sabiex jiġi prekluż it-tbagħbis fl-arloġġi tad-dawl,

(ġ)

li, skont id-dikjarazzjonijiet tar-rappreżentant legali tal-kumpannija ta’ distribuzzjoni, miżura simili, implementata fid-distretti Romm f’ belt oħra, ma kinitx realment effikaċi sabiex il-ksur jiġi evitat,

(g)

u li installazzjoni tal-elettriku (trasformatur) mibni f’wieħed minn dawn id-distretti jidher li ma għandhux attrezzaturi ta’ sigurtà u arloġġi tad-dawl?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, p. 64)

(3)  Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211)

(4)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda [tħassar] d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55)


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/15


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 minn Elf Aquitaine SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fis-17 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-299/08, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-404/11 P)

2011/C 298/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

prinċipalment:

tannulla kompletament, abbażi tal-Artikolu 256 TFUE u l-Artikolu 56 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, (T-299/08);

tilqa’ t-talbiet tagħha mressqa fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali;

konsegwentement, tannulla l-Artikoli 1(f), 2(c), 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 3 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/38.695 — Klorat tas-sodju);

sussidjarjament , tibdel, abbażi tal-Artikolu 261 TFUE, il-multa ta’ EUR 22 700 000 imposta in solidum fuq Arkema SA u Elf Aquitaine permezz tal-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/38.695 — Klorat tas-sodju, kif ukoll il-multa personali ta’ EUR 15 890 000 imposta fuq Elf Aquitaine permezz tal-Artikolu 2(e) tal-istess deċiżjoni, taħt il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha minħabba n-nuqqasijiet oġġettivi fil-motivazzjoni u r-raġunament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’Mejju 2011, kawża T-29/08, kif imsemmija fis-sitt aggravji ta’ dan l-appell;

fi kwalunkwe każ , tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti minn Elf Aquitaine quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka sitt aggravji prinċipalment u aggravju wieħed sussidjarjament.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Elf Aquitaine SA tallega l-ksur tal-Artikolu 5 TUE mill-Qorti Ġenerali sa fejn din ivvalidat il-prinċipju ta’ responsabbiltà awtomatika tal-kumpanniji parent, applikat f’dan il-każ mill-Kummissjoni u ġġustifikat bil-kunċett ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE. Approċċ bħal dan ikun inkompatibbli jew, għall-inqas, sproporzjonat mal-prinċipji ta’ limitu tal-poteri mogħtija u ta’ sussidjarjetà (l-ewwel parti) kif ukoll ta’ proporzjonalità (it-tieni parti).

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka interpretazzjoni manifestament żbaljata tal-liġi nazzjonali u tal-kunċett ta’ impriża peress li l-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, ikkonferiet valur legali mhux eżatt lill-prinċipju ta’ awtonomija tal-persuna ġuridika.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti essenzjalment issostni li l-Qorti Ġenerali ċaħdet volontarjament li tislet il-konsegwenzi tan-natura kriminali tas-sanzjonijiet fid-dritt tal-kompetizzjoni u tal-obbligi ġodda li joħorġu mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali applikat il-kunċett ta’ impriża fid-dritt tal-Unjoni b’mod abużiv u żbaljat, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-preżunzjoni ta’ awtonomija li fuqha huwa bbażat id-dritt nazzjonali tal-kumpanniji kif ukoll in-natura kriminali tas-sanzjonijiet fid-dritt tal-kompetizzjoni. Barra minn dan, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kellha tqajjem ex officio l-illegalità tas-sistema attwali ta’ proċedura amministrattiva quddiem il-Kummissjoni.

Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tallega ksur tad-drittijiet tad-difiża li jirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali approvat ir-rikors tal-Kummissjoni bħala probatio diabolica u wettqet żball meta ddeċidiet li l-indipendenza ta’ kumpannija sussidjarja għandha tiġi evalwata b’mod ġenerali, fir-rigward tar-relazzjoni kapitalistika mal-kumpannija parent tagħha, filwaqt li hija għandha tiġi evalwata fir-rigward tal-aġir f’suq partikolari.

Permezz tal-ħames aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat fil-qosor iċ-ċaħda tal-argument tagħha mill-Kummissjoni, mingħajr ma pprovdiet l-ebda analiżi tal-argumenti invokati minn din tal-aħħar (l-ewwel parti). Barra minn hekk, Elf Aquitaine SA takkuża lill-Qorti Ġenerali b’nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-preżunzjoni ta’ imputabbiltà (it-tieni parti), kif ukoll l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-multa personali imposta fuq l-appellanti (it-tielet parti).

Permezz tas-sitt aggravju tagħha, l-appellanti teċċepixxi l-illegalità tal-multa personali, ibbażata fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Linji Gwida dwar il-kalkolu tal-multi (l-ewwel parti), tal-ħolqien ta’ bażi legali falza għall-impożizzjoni ta’ multa personali (it-tieni parti) u tal-kontradizzjoni tar-raġunijiet bejn il-motivazzjoni tas-sentenza kkontestata bbażata fuq il-kunċett ta’ impriża unika u l-impożizzjoni ta’ multa personali (it-tielet parti).

Permezz tas-seba’ u l-aħħar aggravju tagħha (sussidjarju), l-appellanti ssostni li l-ammont tal-multa personali li ġiet imposta fuqha b’għan dissważiv huwa sproporzjonat u jiġġustifika l-bidla tiegħu.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/16


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-412/11)

2011/C 298/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet tal-parti rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, minħabba l-insuffiċjenza ta’ miżuri meħuda sabiex jiġi implementat l-ewwel pakkett ferrovjarju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(3) u l-Anness II tad-Direttiva 91/440/KEE emendata (1), kif ukoll taħt l-Artikolu 14(2), tad-Direttiva 2001/14/KE (2),

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkritika d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni sa fejn dawn jipprovdu li f’każ ta’ disturbi fit-traffiku, l-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferroviji għanda titwettaq mill-kumpannija nazzjonali tal-ferroviji Lussemburgiżi (CFL) u mhux minn korp indipendenti. B’hekk, is-CFL jipparteċipaw fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet essenzjali, li ma jiggarantixxix aċċess ekwu u nondiskriminatorju għall-infrastruttura lil operaturi oħra.

Bi tweġiba għall-oġġezzjonijiet imqajma mill-awtoritajiet Lussemburgiżi, il-Kummissjoni l-ewwel nett tindika li l-informazzjoni tal-awtoritajiet Lussemburgiżi li f’każ ta’ disturbi fit-traffiku ma ssirx allokazzjoni mill-ġdid tal-mogħdijiet tal-ferrovija ma hijiex eżatta. Meta l-iskeda tal-ħinijiet ma tistax tiġi iktar osservata, is-CFL jgħaddu l-ferroviji tard, li jikkostitwixxi allokazzjoni mill-ġdid tal-mogħdijiet tal-ferrovija. It-tieni nett, il-Kummissjoni topponi l-argument li l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2001/14/KE jikkostitwixxi lex specialis li hija deroga għar-regola ġenerali u li tippermetti li tiġi ġġustifikata l-allokazzjoni ta’ mogħdijiet tal-ferroviji mis-CFL f’każ ta’ disturbi.


(1)  Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 376).

(2)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Daiichi Sankyo Co. Ltd, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH vs DEMO Anonymos Viomichaniki kai Emporiki Etaireia Farmakon

(Kawża C-414/11)

2011/C 298/30

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Polymeles Protodikeio Athinon.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daiichi Sankyo Co. Ltd, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH.

Konvenuta: DEMO Anonymos Viomichaniki kai Emporiki Etaireia Farmakon.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 27 tal-Ftehim TRIPS, li jistabbilixxi l-qafas tal-protezzjoni tal-privattivi, jaqa’ jew le taħt il-qasam li permezz tiegħu l-Istati Membri jibqgħu kompetenti b’mod prinċipali u, f’każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Istati Membri stess jistgħu jirrikonoxxu jew le effett dirett lid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, u l-qorti nazzjonali tista’ jew le tapplika direttament, fil-kundizzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali, l-imsemmija dispożizzjoni?

(2)

Fis-sens tal-Artikolu 27 tal-Ftehim TRIPS, il-prodotti kimiċi u farmaċewtiċi jistgħu jew le jkunu s-suġġett ta’ privattiva jekk ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ privattiva u, f’każ ta’ risposta fl-affermattiv, x’inhi l-portata tal-protezzjoni li jibbenefikaw minnha?

(3)

Fis-sens tal-Artikoli 27 u 70 tal-Ftehim TRIPS, il-privattivi li jaqgħu taħt ir-riżerva tal-Artikolu 167(2) tal-Konvenzjoni ta’ München tal-1973, li kienu ngħataw qabel is-7 ta’ Frar 1992, jiġifieri qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim iċċitat iktar ’il fuq, u li kienu dwar invenzjonijiet ta’ prodotti farmaċewtiċi iżda li, minħabba r-riżerva msemmija iktar ’il fuq, kienu ngħataw unikament sabiex tiġi protetta l-proċedura ta’ produzzjoni tagħhom, jaqgħu taħt il-protezzjoni prevista għall-privattivi kollha, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim TRIPS u, f’każ ta’ risposta fl-affermattiv, x’inhi l-estensjoni u l-kontenut ta’ din il-protezzjoni? Fi kliem ieħor, wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim iċċitat iktar ’il fuq, għandu jiġi kkunsidrat li l-prodotti farmaċewtiċi stess huma protetti wkoll jew li hija biss il-protezzjoni tal-proċedura ta’ produzzjoni li tkompli tapplika? Jew għandha ssir distinzjoni, skont il-kontenut tal-applikazzjoni tal-privattiva, sabiex isir magħruf jekk, permezz tad-deskrizzjoni tal-invenzjoni u tat-talbiet li jinsabu fiha, hijiex biss il-protezzjoni tal-prodott li kienet intalbet oriġinarjament, jew inkella dik tal-proċedura jew inkella tat-tnejn?


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/17


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħti fl-24 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-115/10: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-416/11 P)

2011/C 298/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent, D. Wyatt QC, V. Wakefield, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali;

tiddikjara r-rikors għal annullament tar-Renju Unit bħala ammissibbli u tirrinvija l-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tkun tista’ teżamina l-mertu tar-rikors għal annullament tar-Renju Unit;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-Renju Unit fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri fl-ewwel istanza relatati mal-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà; u

tirriżerva l-kumplament tal-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Ir-Renju Unit ippreżenta appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) fil-Kawża T-115/10, Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni, fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-rikors tar-Renju Unit għall-annullament tal-inklużjoni fil-lista tas-Sit ta’ Importanza Komunitarja Spanjol ES6120032 (“Estrecho Oriental”) fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE (1) kien inammissibbli.

(2)

Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-inklużjoni fil-lista tas-Sit ES6120032 fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE kienet sempliċement konferma tal-inklużjoni preċedenti ta’ dak is-sit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE (2). Dan kien żbaljat, peress li l-inklużjoni fil-lista tas-Sit ES6120032 fid-Deċiżjoni 2010/45/UE kienet adottata abbażi ta’ fatti sostanzjali ġodda, b’mod partikolari li ES6120032:

(a)

jisporġi fuq u jinkludi l-parti l-kbira tal-British Gibraltar territorial waters (“BGTW”) u

(b)

jisporġi fuq u jinkludi l-erja kollha ta’ Sit ta’ Importanza Komunitarja preċedenti tar-Renju Unit, bil-kodiċi UKGIB0002 u l-isem “Southern Waters of Gibraltar”.

(3)

Jidher li fiż-żmien tal-ewwel inklużjoni fil-lista ta’ ES6120032 fid-Deċiżjoni 2009/95/KE, Spanja biss kienet effettivament taf li ES6120032 kien jisporġi fuq UKGIB0002 u BGTW. Ċertament, ir-Renju Unit ma kienx jaf b’dan il-fatt, u ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-Kummissjoni jew il-Kumitat dwar il-Habitats (li adotta d-Deċiżjoni 2009/95/KE) kienu jafu b’dan il-fatt.

(4)

Fiż-żmien tat-tieni inklużjoni fil-lista ta’ ES6120032 fid-Deċiżjoni 2010/45/UE, ir-Renju Unit, il-Kummissjoni u l-Kumitat dwar il-Habitats kienu lkoll jafu b’dan il-fatt rilevanti ħafna, kif jidher mid-dibattitu li ppreċeda l-adozzjoni ta’ din il-miżura.

(5)

Peress li ma kienx hemm għarfien tal-fatt tal-isporġenza fiż-żmien meta ġiet adottata d-Deċiżjoni 2009/95/KE, il-Qorti Ġenerali kkonċentrat ruħha fuq għarfien kostruttiv, jiġifieri jekk setax kien hemm għarfien tal-fatt tal-isporġenza dak iż-żmien. Din qieset li la r-Renju Unit u lanqas il-Kummissjoni ma setgħu jkunu jafu b’dan il-fatt dak iż-żmien, u għalhekk (skont ir-raġunament tagħha) id-Deċiżjoni 2010/45/UE kienet “sempliċement konfermatorja” tal-inklużjoni fil-lista preċedenti.

(6)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji serji ta’ liġi fil-kunsiderazzjoni tagħha tal-għarfien kostruttiv. B’mod partikolari:

(a)

Din żbaljat fir-rigward tal-identità tal-partijiet li l-għarfien kostruttiv tagħhom kien legalment rilevanti (li jifforma l-ewwel aggravju ta’ dan l-appell). B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali fehmet ħażin il-ġurisprudenza u injorat il-prinċipji legali meta kkunsidrat l-għarfien kostruttiv tal-Kummissjoni. Ir-Renju Unit isostni li kien biss l-għarfien kostruttiv tar-Renju Unit li kien rilevanti. B’mod alternattiv, kieku kellu jkun rilevanti l-għarfien kostruttiv ta’ xi parti oħra minbarra r-Renju Unit, din kellha tkun dik li adottat id-deċiżjoni (jiġifieri l-Kummissjoni u l-Kumitat dwar il-Habitats), u mhux dak tal-Kummissjoni biss; u

(b)

Din żbaljat fir-rigward tal-istandard li kellu jiġi applikat fid-determinazzjoni ta’ dak li “seta’” kien magħruf (li jifforma t-tieni aggravju ta’ dan l-appell). B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali naqset milli tidderiġi lilha nfisha b’mod tajjeb jew totalment lejn l-istandard xieraq, jiġifieri li parti għandha tkun biss marbuta li tkun taf dak li persuna prudenti kella tkun taf b’mod raġonevoli. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti meta ddeċidiet li l-istandard ta’ għarfien kostruttiv kien ġie sodisfatt.


(1)  2010/45/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2009 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10406)

ĠU L 30, p. 322

(2)  2009/95/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (notifikata bid-dokument numru C(2008) 8049)

OJ L 43, p. 393


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/18


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2011 — Deltafina SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-537/10) (1)

2011/C 298/32

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere — L-Italja) — Procura della Repubblica vs Yeboah Kwadwo

(Kawża C-120/11) (1)

2011/C 298/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011


Il-Qorti Ġenerali

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/19


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Fercal — Consultadoria e Serviços vs UASI — Parfums Rochas (PATRIZIA ROCHA)

(Kawża T-360/11)

2011/C 298/34

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: FERCAL — CONSULTADORIA E SERVIÇOS, LDa (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: A. J. Rodrigues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Parfums Rochas SAS

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI R 2355/2010-2, tal-21 ta’ April 2011, mogħtija fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Patrizia Rocha vs Rochas, u, konsegwentement, teżamina l-appell mid-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2010 fil-kuntest tal-oppożizzjoni B-001559361

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: PATRIZIA ROCHA

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Parfums Rochas SAS

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:“ROCHAS”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell iddikjarat inammissibbli

Motivi invokati: It-terminu prefiss għall-ppreżentata tar-rikors kien jiskadi fit-28 ta’ Jannar 2011.

Ir-rikorrenti wettqet it-trażmissjoni permezz tas-servizz tal-posta fis-27 ta’ Jannar 2011, il-jum qabel l-aħħar jum tat-terminu.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/19


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — ultra air vs UASI — Donaldson Filtration Deutschland (ultrafilter international)

(Kawża T-396/11)

2011/C 298/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ultra air GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Donaldson Filtration Deutschland GmbH (Haan, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-18 ta’ Mejju 2011, innotifikata fl-20 ta’ Mejju 2011, fil-Każ R 374/2010-4;

tiċħad l-appell ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2010 minn Donaldson Filtration Deutschland GmbH kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament tal-Uffiċċju konvenut tad-29 ta’ Jannar 2010 fil-proċedimenti ta’ invalidità Nru 2880;

tikkundanna lill-UASI u, f’każ li tintervjeni f’tali proċeduri, lil Donaldson Filtration Deutschland GmbH, għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “ultrafilter international” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 11, 37 41 u 42 — Trade mark Komunitarja Nru 1 121 839

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Donaldson Filtration Deutschland GmbH

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba hija bbażata fuq raġunijiet assoluti ta’ invalidità fis-sens tal-Artikolu 52(2)(a) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark verbali kkontestata hija deskrittiva.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1) u (3), 52(1)(a), 56(1)(a), 75(1) u 83 tar-Regolament Nru 207/2009.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/20


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2011 — Welte — Wenu vs UASI — Il-Kummissjoni (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku bi 12-il stilla fuq sfond blu)

(Kawża T-413/11)

2011/C 298/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Welte — Wenu GmbH (Neu-Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-12 ta’ Mejju 2011 — Każ R 1590/2010;

tiċħad l-appell tal-Unjoni Ewropea kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja EDS EUROPEAN DRIVESHAFT SERVICES (u għalhekk din l-istess talba);

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedimenti marbuta mat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u mal-appell, kif ukoll lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva, b’ċirku bi 12-il stilla fuq sfond blu, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 — Trade mark Komunitarja Nru 2 180 800

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-Kummissjoni Ewropea

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark Komunitarja ġiet irreġistrata bi ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u t-trade mark Komunitarja annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(g), (h) u (i), 55 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009, tal-Artikolu 6b(1)(c) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u tas-subparagrafu (iv) tal-paragrafu (b) tar-Regola 37(b) tar-Regolament Nru 2868/95 billi t-trade mark Komunitarja ma kinitx irreġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/20


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Nutrichem Diät + Pharma vs UASI — Gervais Danone (Active)

(Kawża T-414/11)

2011/C 298/37

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nutrichem Diät + Pharma GmbH (Roth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Jochim u R. Egerer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie Gervais Danone (Levallois Perret, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2011 fil-Każ R 683/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant(i) għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Active”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 423 316

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Compagnie Gervais Danone

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ACTIVIA”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur i) tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 (1), tar-Regola 50(1) u tar-Regola 19(1) u (3) tar-Regolament Nru 2868/95 (2), peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li t-trade mark preċedenti kellha karattru deskrittiv medju, ii) tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u iii) tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li d-deċiżjonijiet paralleli tal-Uffiċċju Ġermaniż tal-privattivi u tat-trade marks kif ukoll ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra invokati mir-rikorrenti ma ttieħdux inkunsiderazzjoni mill-konvenut għall-finijiet tad-deċiżjoni tiegħu


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/21


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Hartmann vs UASI (Nutriskin Protection Complex)

(Kawża T-415/11)

2011/C 298/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Mejju 2011 fil-Każ R 1524/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Nutriskin Protection Complex” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Applikazzjoni Nru 8 995 086

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “Nutriskin Protection Complex” fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 3 u 5 la hija deskrittiva u lanqas ma hija nieqsa minn kwalunkwe karattru distintiv, u dan sa fejn, minn naħa, l-element “Nutriskin”, minħabba l-kombinazzjoni anormali tiegħu, ma jevokax kunċett li joħloq immedjatament impressjoni deskrittiva u sa fejn, min-naħa l-oħra, il-konvenut sempliċement ikkonstata l-allegat nuqqas ta’ karattru distintiv fuq il-bażi tat-tifsira deskrittiva tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/21


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 — Biotronik SE vs UASI — Cardios Sistemas (CARDIO MANAGER)

(Kawża T-416/11)

2011/C 298/39

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biotronik SE & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Reich u S. Pietzcker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cardios Sistemas Comercial e Industrial Ltda (São Paulo, il-Brażil)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Mejju 2011 fil-Każ R 1156/2010-2;

tilqa’ l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5 378 071 għall-prodotti kollha fil-klassijiet 9 u 10;

sussidjarjament, tirrinvija l-oppożizzjoni quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern sabiex tiġi kkunsidrata mill-ġdid b’mod konformi mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Cardios Sistemas Comercial e Industrial Ltda

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CARDIO MANAGER” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 10 — Applikazzjoni Nru 5 378 071

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “CardioMessenger” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 10

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: minn naħa, ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95, minħabba li prova tal–post, taż-żmien, kif ukoll tal-portata u tan-natura tal-użu tat-trade mark “CardioMessenger” ġiet prodotta, u min-naħa l-oħra, ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 41 tar-Regolament Nru 207/2009, billi bejn it-trade marks kunfliġġenti hemm probabbiltà ta’ konfużjoni


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/21


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Laboratoire Bioderma vs UASI — Cabinet Continental (BIODERMA)

(Kawża T-427/11)

2011/C 298/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoire Bioderma (Lyon, Franza) (rappreżentant: A. Teston, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cabinet Continental (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Frar 2011;

tiċħad il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark irreġistrata mressqa mill-kumpannija Cabinet Continental;

tikkundanna lill-UASI u/jew lil min għamel it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors;

tikkundanna lil min għamel it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “BIODERMA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 — Trade mark Komunitarja Nru 3 136 892.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Laboratoire Bioderma

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Cabinet Continental

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ġiet ippreżentata abbażi tal-Artikolu 52(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 3 136 892.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c), u 75 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata f’dak li tikkonċerna fost oħrajn it-tifsira tat-trade mark ikkonċernata bil-lingwa Griega u l-perċezzjoni tal-imsemmija trade mark mill-pubbliku Grieg.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/22


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Universal Display vs UASI (UniversalPHOLED)

(Kawża T-435/11)

2011/C 298/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Display Corp. (New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u C. Lehr, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Mejju 2011, fil-Każ R 215/2011-2; u

tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja u tippermetti li tiġi ppubblikata;

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “UniversalPHOLED” għal prodotti fil-klassi 1 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W01015224

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fl-evalwazzjoni tiegħu dwar il-possibbiltà ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “UniversalPHOLED”.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/22


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Golden Balls Ltd vs UASI — Intra-Presse (GOLDEN BALLS)

(Kawża T-437/11)

2011/C 298/42

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti M. Edenborough, QC, u S. Smith, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intra-Presse (Boulogne-Billancourt, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Mejju 2011 fil-Każ R 1310/2010-1, sa fejn tilqa’ l-appell quddiem il-Bord tal-Appell fir-rigward ta’ prodotti fil-klassi 16; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell jew, sussidjarjament, tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GOLDEN BALLS” għal prodotti fil-klassijiet 9, 21 u 24 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6324164

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja bin-numru 4226148 tat-trade mark verbali “BALLON D’OR”, għal, fost l-oħrajn, prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 25 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni miċħuda u l-oppożizzjoni u l-appell milqugħa parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra, b’mod żbaljat, li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja u t-trade mark preċedenti


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/23


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2011 — Gold East Paper (Jiangsu) and Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) vs Il-Kunsill

(Kawża T-443/11)

2011/C 298/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gold East Paper (Jiangsu) Co. Ltd (Jiangsu, iċ-Ċina) and Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co. Ltd (Jiangsu, iċ-Ċina) (rappreżentanti: V. Akritidis, Y. Melin u F. Crespo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011, tas-6 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, p. 18); u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku antidumping (1), sa fejn il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal trattament ta’ ekonomija tas-suq, fuq il-bażi tal-effett ta’ din iċ-ċaħda fuq il-marġni ta’ dumping tar-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur ta’ forma proċedurali oħra taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku antidumping u ksur tal-prinċipju fundamentali tad-drittijiet ta’ difiża u tal-osservanza tad-dritt għal smigħ xieraq, peress li l-Kummissjoni naqset milli tagħti ċerta informazzjoni materjali lill-kumitat konsultattiv antidumping.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża, kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti, bi ksur tal-Artikolu 2(7)(c) tar- Regolament bażiku antidumping, billi ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal trattament ta’ ekonomija tas-suq.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amminsitrazzjoni tajba, kif ukoll tal-Artikolu 18(1) (3) u (6) tar-Regolament bażiku antidumping, peress li l-investigazzjoni twettqet b’mod inġust u parzjali, filwaqt li imponiet oneru tal-prova eċċessiv.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku antidumping u nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn l-istituzzjonijiet Ewropej ikkonċernati wettqu l-investigazzjoni tagħhom b’tali mod li sar iktar probabbli li, permezz tal-proċess investigattiv jew ta’ evalwazzjoni, kienu ser jiddeterminaw li l-industrija tal-UE ġiet ippreġudikata.

(6)

It-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 3(1) u 9(4) tar-Regolament bażiku antidumping, sa fejn ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 jiffissa marġni ta’ profitt indikattiv li l-industrija tal-UE qatt ma kisbet fil-passat.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni li jiġu esklużi r-rombli tal-karta tal-istampar web-fed mill-prodott ikkonċernat u minn prodott simili kienet ibbażata fuq żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża u rriżultat fi ksur tal-Artikolu 3 (ħsara), l-Artikolu 4(1) (industrija tal-Unjoni) u l-Artikolu 5(4) (saħħa) tar-Regolament bażiku antidumping.

(8)

It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku antidumping, sa fejn ma kienx hemm evalwazzjoni fir-regolament ikkontestat dwar jekk id-dazju impost imurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi kkumpensata l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/24


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Gold East Paper (Jiangsu) and Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) vs Il-Kunsill

(Kawża T-444/11)

2011/C 298/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gold East Paper (Jiangsu) Co. Ltd (Jiangsu, iċ-Ċina) and Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co. Ltd (Jiangsu) (rappreżentanti: V. Akritidis, Y. Melin u F. Crespo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011, tas-6 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, p. 18), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-ammont ta’ dazju kumpensatorju impost jeċċedi l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli li ntsabu kuntrarji għall-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji (1), sa fejn l-ewwel id-dazju ad valorem impost ma kienx espress bħala perċentwali tal-prezz CIF iżda bħala perċentwali tal-fatturat.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-benefiċċju mogħti mill-provvista tal-Gvern ta’ drittijiet ta’ użu ta’ art għal ħlas li kien inqas minn adegwat ma ġiex ikkalkolat sew, bi ksur tal-Artikoli 4, 6(d) u 28 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, peress li l-iskema tal-eżenzjoni fuq id-dividenti bejn l-impriżi residenti kkwalifikati ma hijiex speċifika, u, minħabba dan, id-dażju impost sabiex tiġi kkumpensata din l-iskema jikser l-imsemmija dispożizzjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, peress li l-allokazzjoni tal-ammont ta’ sussidju għall-eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffa fuq tagħmir importat u tnaqqis fuq il-VAT għal tagħmir immanifatturat lokalment ġie allokat fuq perijodu iqsar mill-perijodu normali ta’ deprezzament fl-industrija kkonċernata.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, peress li għas-self preferenzjali lill-industrija tal-karta miksija, l-istituzzjonijiet Ewropej ikkonċernati ma investigawx liema rata r-rikorrenti kienu jiksbu fis-suq.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, peress li l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji ma kinitx neċessarja fid-dawl tal-pożizzjoni konkomitanti tad-dazji antidumping.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji u nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn l-istituzzjonijiet Ewropej ikkonċernati wettqu l-investigazzjoni tagħhom b’tali mod li sar iktar probabbli li, permezz tal-proċess investigattiv jew ta’ evalwazzjoni, kienu ser jiddeterminaw li l-industrija UE ġiet ippreġudikata.

(8)

It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 2(d) u 15 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, sa fejn ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 jiffissa marġni ta’ profitt indikattiv li l-industrija tal-UE qatt ma kisbet fil-passat.

(9)

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni li jiġu esklużi r-rombli web-fed mill-prodott ikkonċernat u l-prodott simili kienet ibbażata fuq żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża u rriżultaw fi ksur tal-Artikolu 8 (ħsara), l-Artikolu 9(1) (industrija tal-Unjoni) u l-Artikolu 10(6) (saħħa) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji.

(10)

L-għaxar motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, sa fejn ma kienx hemm evalwazzjoni fir-regolament ikkontestat dwar jekk id-dazju impost imurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi kkumpensata l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet issussidjati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, p. 93)


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/24


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2011 — Catinis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/11)

2011/C 298/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lian Catinis (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrigwarda t-tkomplija tal-investigazzjoni u r-rifjut tal-aċċess għall-fajl personali tar-rikorrent; u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Preliminarjament, insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ksur ta’ liġi, kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tad-deċiżjoni li l-investigazzjoni ma għandhiex tingħalaq iżda li għandha titkompla lil hinn minn kull żmien raġjonevoli.

Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni insostenn tad-deċiżjoni li ma jingħatax aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni.

Finalment, ir-rikorrent jallega ksur ta’ drittijiet fundamentali u ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-preżunzjoni tal-innoċenza, u tad-drittijiet tad-difiża.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/25


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Golden Balls vs UASI — Intra-Presse (GOLDEN BALLS)

(Kawża T-448/11)

2011/C 298/46

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, u S. Smith, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appel: Intra-Presse (Boulogne-Billancourt, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Ġunju 2011 fil-Każ R 1432/2010-1, sa fejn tilqa’ l-appell quddiem il-Bord tal-Appell fir-rigward ta’ ċerti prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell jew, sussidjarjament, tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GOLDEN BALLS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6036503

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja bin-numru 4226148 tat-trade mark verbali “BALLON D’OR”, għal, fost l-oħrajn, prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 25, 28, 38 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni miċħuda, l-oppożizzjoni u l-appell milqugħa parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra, b’mod żbaljat, li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja u t-trade mark preċedenti


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/25


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2011 — Galileo International Technology vs UASI — ESA (GALILEO)

(Kawża T-450/11)

2011/C 298/47

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galileo International Technology LLC (Bridgetown, il-Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, M. Blair u K. Gilbert, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ April 2011, fil-Każ R 1423/2005-1; u

tordna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant(i) għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “GALILEO”, għal servizzi fil-klassi 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2742237

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1701167 tat-trade mark verbali “GALILEO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 42; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2157501 tat-trade mark verbali “GALILEO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 516799 tat-trade mark figurattiva “powered by GALILEO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 330084 tat-trade mark figurattiva “GALILEO INTERNATIONAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 42; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2159069 tat-trade mark figurattiva “GALILEO INTERNATIONAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jqis li kien hemm livell għoli ta’ xebh bejn il-prodotti u servizzi koperti mit-trade mark Komunitarja preċedenti u s-servizzi koperti mit-trade mark Komunitarja kkontestata. B’mod partikolari, il-Bord tal-Appell naqas milli jqis li parti mill-prodotti u servizzi rilevanti jistgħu jkunu kumplimentari, kif ukoll diretti lejn l-istess konsumatur u għall-istess skopijiet. Il-konklużjoni tal-Bord li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni kienet ivvizjata min żball, fid-dawl tax-xebh ċar bejn it-trade marks u l-fatt li livell iżgħar ta’ xebh bejn dawn il-prodotti u servizzi jista’ jkun ikkumpensat minn livell ogħla ta’ xebh bejn it-trade marks.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/26


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Giga-Byte Technology Ltd vs UASI

(Kawża T-451/11)

2011/C 298/48

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giga-Byte Technology Co., Ltd (Tajpei, it-Tajwan) (rappreżentant: F. Schwebrock, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Robert A. Haskins (Pennsylvania, l-Istati Uniti)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fl-20 ta’ Mejju 2011 fil-Każ R 2047/2010-2, kif ukoll dik tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja:ir-rikorrrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Gigabyte” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37 u 42 (applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5550009)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali “GIGABITER” Nru 4954095 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 39, 40 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għas-servizzi kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li s-servizzi kkontestati fil-klassijiet 37 u 42 jixxiebhu ma’ dawk tal-avversarju fil-klassi 42.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/26


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2011 — Szajner vs UASI — Forge de Laguiole (LAGUIOLE)

(Kawża T-453/11)

2011/C 298/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gilbert Szajner (Saint-Maur-des-Fossés, Franza) (rappreżentanti: A. Lakits-Josse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Forge de Laguiole SARL (Laguiole, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-1 ta’ Ġunju 2011 sa fejn din tiddikjara l-invalidità tat-Trade mark Komunitarja Nru 2 468 379 fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 8, 14, 16, 18, 20, 21, 28, 34 u 38 ikkonċernati mit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tikkundanna lill-kumpannija Forge de Laguiole għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għall-ispejjeż ta’ M. Szajner, inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “LAGUIOLE” għal prodotti u servizzi, fost l-oħrajn, fil-klassijiet 8, 14, 16, 18, 20, 21, 28, 34 u 38 — Rtade mark Komunitarja Nru 2 468 379.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Forge de Laguiole SARL.

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tressqet abbażi tal-Artikolu 53(1)(c) u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, u hija bbażata fuq l-isem ta’ kumpannija ta’ Forge de Laguiole.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment u Trade mark Komunitarja Nru 2 468 379 iddikjarata parzjalment invalida.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn, minn naħa, il-Bord tal-Appell żbaljatament qies li l-isem ta’ kumpannija ta’ Forge de Laguiole ma kienx suġġett għal-prinċipju ta’ speċjalità u li l-isem seta’ jiġi protett fir-rigward ta’ attivitajiet li ma kinux fil-verità eżerċitati minn Forge de Laguiole u, min-naħa l-oħra, ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-isem ta’ kumpannija ta’ Forge de Laguiole, użat għal skieken, u t-trade mark “LAGUIOLE”, irregistrata għal prodotti li ma humiex relatati mal-industrija tas-skieken.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/27


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2011 — ICdA et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-456/11)

2011/C 298/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Cadmium Association (ICdA) (Brussell, il-Belġju), Rockwood Pigments (UK) Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) u James M. Brown Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Cana u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-att ikkontestat sa fejn jillimita l-użu tal-pigment tal-kadmju f’materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-imsemmi att, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tal-Artikolu 137(1) u tal-Artikoli 68 sa 71 tar-Regolament REACH (1);

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li

ir-regolament ikkontestat huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni;

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi;

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tar-regolament REACH, inkwantu jimponi restrizzjonijiet fuq grupp ta’ sustanzi, mingħajr ma jevalwahom individwalment;

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tal-Ftehim OTC;

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti;

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li

ma ngħatawx raġunijiet adegwati għar-regolament ikkontestat, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE;

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠUL 396, 30.12.2006).


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/27


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awissu 2011 — Valeo Vision vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/11)

2011/C 298/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Valeo Vision (Bobigny, Franza) (rappreżentant: R. Ledru, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tiegħu, ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka, fl-uniku motiv tagħha, il-ksur tar-regoli ta’ klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda sa fejn ir-rikorrenti tqis li r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni Nru 1, 3(a), 3(b), 3(ċ) u 6, in-nota Nru 2(a) tat-Taqsima XVI u n-nota Nru 8 tal-Kapitolu 85 tan-Nomeklatura Magħquda jwasslu, minn naħa, għall-klassifikazzjoni tal-“kard elettronika LED” fl-intestatura 8541 jew, sussidjarjament, fl-intestatura 8542 tan-Nomenklatura Magħquda u, min-naħa l-oħra, għall-esklużjoni tal-klassifikazzjoni fl-intestatura 8512. Ir-rikorrenti tikkontesta, minn naħa, il-motivazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-Kummissjoni u ssostni, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ fundament u ta’ bażi legali għall-motivazzjoni tar-regolament ta’ klassifikazzjoni.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/28


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2011 — Riche vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-458/11)

2011/C 298/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Riche (Meursac, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkumpensa d-dannu kollu subit permezz ta’ sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta’ EUR 136 000;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha:

li jikkonċernaw il-proċedura fis-seħħ quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

li jikkonċernaw ukoll il-proċeduri kollha mibdija quddiem il-qrati nazzjonali kollha;

tistabbilixxi fil-forma ta’ somma f’daqqa l-ammont tad-dannu morali għas-somma ta’ EUR 100 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħdax-il motiv.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur manifest u gravi tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kunsill u/jew il-Kummissjoni tad-deċiżjoni tal-Istati Membri li jeskludu mil-lista ta’ prodotti agrikoli l-ispirti tal-inbid bħal dawk prodotti mir-rikorrent.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita mill-Artikolu 40 TFUE fir-rigward tal-produtturi tal-inbid ikkonċernati li għandhom apparat ta’ distillazzjoni li jippermetti li jiġu pproċessati f’alkoħol l-ammonti li normalment jibqa’ mill-kwantitajiet li normalment jiġu prodotti.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jikkonsisti, minn naħa, fil-ksur tad-drittijiet miksuba mill-produtturi kkonċernati u, min-naħa l-oħra, fil-ksur tal-aspettattivi leġittimi minħabba l-fatt li jistgħu jipproċessaw fi spirti huma stess l-ammonti li jibqa’ mill-kwantitajiet li normalment jiġu prodotti.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(6)

Is-sitt motiv bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-estoppel li jirreferi għall-projbizzjoni għal awtorità pubblika li tikkontradiċi lilha nfisha għad-detriment ta’ terzi.

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur abbużiv tal-libertà ta’ produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott industrijali.

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq l-estensjoni abbużiva tal-applikazzjoni tar-regolament ikkontestat għal każijiet fejn ma teżistix talba għal finanzjament.

(9)

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.

(10)

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ premura.

(11)

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà.


8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2011 — Dectane vs UASI — Hella (DAYLINE)

(Kawża T-463/11)

2011/C 298/53

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dectane GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hella KGaA Hueck & Co. (Lippstadt, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-UASI tal-15 ta’ Ġunju 2011;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DAYLINE” għal prodotti fil-klassi 11 — Applikazzjoni Nru 7 070 238

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Hella KgaA Hueck & Co.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “Ledayline” għal prodotti fil-klassi 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.