ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.089.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 89

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
19 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 089/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 80, 12.3.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 089/02

Kawża C-449/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad — il-Bulgarija) — Canon Kabushiki Kaisha vs IPN Bulgaria OOD (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-ŻEE, mingħajr il-kunsens tiegħu, ta’ prodotti li għandhom din it-trade mark)

2

2011/C 089/03

Kawża C-73/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 — Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE — Rikors għal annullament — Terminu — Rikors tardiv — Raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw deroga għat-terminu għall-preżentata ta’ rikors — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità — Appell manifestament infondat)

2

2011/C 089/04

Kawża C-156/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Karen Goncharov vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), DSB (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade marks ikkostitwiti minn akronimi — Trade mark preċedenti DSB — Sinjal verbali DSBW — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Raġuni relattiva għal rifjut — Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh viżiv — Xebh fonetiku — Inammissibbiltà — Evalwazzjoni tal-fatti)

3

2011/C 089/05

Kawża C-204/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2010 — Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Hasbro, Inc. (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark verbali ENERCON — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali TRANSFORMERS ENERGON — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

3

2011/C 089/06

Kawża C-216/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 — Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), Applus Servicios Tecnológicos SL (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikoli 8(1)(b) u 5, 73, 74 u 79 — Trade mark figurattiva A+ — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja AirPlus International — Oppożizzjoni miċħuda)

4

2011/C 089/07

Kawża C-352/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà)

4

2011/C 089/08

Kawża C-583/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-13 ta’ Diċembru 2010 — L-Istati Uniti tal-Amerka vs Christine Nolan

4

2011/C 089/09

Kawża C-586/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (Il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2010 — Bianca Kücük vs Land Nordrhein-Westfalen

5

2011/C 089/10

Kawża C-588/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-14 ta’ Diċembru 2010 — Minister Finansów vs Kraft Foods Polska S.A.

5

2011/C 089/11

Kawża C-589/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny — Sąd Pracy i Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku (il-Polonja) fl-14 ta’ Diċembru 2010 — Janina Wencel vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Białymstoku

5

2011/C 089/12

Kawża C-591/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) fl-14 ta’ Diċembru 2010 — Littlewoods Retail Ltd et vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

6

2011/C 089/13

Kawża C-602/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Călărași (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Diċembru 2010 — SC Volksbank România S.A. vs Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor — Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Călărași

7

2011/C 089/14

Kawża C-604/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal, civil division (England & Wales) fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Football Dataco Limited, Football Association Premier League Ltd, Football League Limited, Scottish Premier League Limited, Scottish Football League, PA Sport UK Limited vs Yahoo UK Limited, Stan James (Abingdon) Limited, Stan James PLC, Enetpulse APS

7

2011/C 089/15

Kawża C-607/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

8

2011/C 089/16

Kawża C-609/10 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2010 minn Dieter C. Umbach mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-21 ta’ Ottubru 2010 fil-Kawża T-474/08, Dieter C. Umbach vs Il-Kummissjoni Ewropea

8

2011/C 089/17

Kawża C-616/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Solvay SA vs Honeywell Fluorine Products Europe BV et

9

2011/C 089/18

Kawża C-629/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) fl-24 ta’ Diċembru 2010 — TUI Travel plc, British Airways plc, easyJet Airline Co. Ltd, International Air Transport Association, The Queen vs Civil Aviation Authority

10

2011/C 089/19

Kawża C-630/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fil-24 ta’ Diċembru 2010 — University of Queensland, CSL Ltd. vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

10

2011/C 089/20

Kawża C-18/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Jannar 2011 — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Philips Electronics UK Ltd

11

2011/C 089/21

Kawża C-33/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-21 ta’ Jannar 2011 — A Oy

11

2011/C 089/22

Kawża C-36/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato — Sezione Seconda (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2011 — Pioneer Hi-Bred Italia Srl vs Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali

12

2011/C 089/23

Kawża C-349/09: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

12

2011/C 089/24

Kawża C-486/09: Digriet tal-President tas-17 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

12

2011/C 089/25

Kawża C-80/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

13

2011/C 089/26

Kawża C-251/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2010 — KEK Diavlos vs Il-Kummissjoni Ewropea

13

2011/C 089/27

Kawża C-315/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto — Il-Portugall) — Companhia Siderúrgica Nacional, CSN Caymann Ltd vs Unifer Steel SL, BNP Paribas (Suisse), Colepccl (Portugal) SA, Banco Português de Investimento SA (BPI)

13

2011/C 089/28

Kawża C-353/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

13

2011/C 089/29

Kawża C-394/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

13

2011/C 089/30

Kawża C-398/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 089/31

Kawża T-33/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Cetarsa vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Gravità u tul tal-ksur — Trattament ugwali — Prinċipju ta’ proporzionalità — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Kooperazzjoni)

14

2011/C 089/32

Kawża T-205/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Pubblikazzjoni fis-sit internet tal-EPSO ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess sa biex jitlesta elenku ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala aġenti kuntrattwali — Pubblikazzjoni fi tliet lingwi uffiċjali — Artikoli 12 KE u 290 KE — Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Regolament Nru 1)

14

2011/C 089/33

Kawża T-157/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2011 — Paroc vs UASI (INSULATE FOR LIFE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INSULATE FOR LIFE — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Deċiżjoni purament konfermattiva — Inammissibbiltà parzjali)

15

2011/C 089/34

Kawża T-584/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti — Modifika prevista mill-awtoritajiet Taljani ta’ skema awtorizzata minn qabel mill-Kummissjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni)

15

2011/C 089/35

Kawża T-3/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti — Modifika maħsuba mill-awtoritajiet Taljani ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata bil-quddiem mill-Kummissjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni)

15

2011/C 089/36

Kawża T-194/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2011 — Lan Airlines vs UASI — Air Nostrum (LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM — Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

16

2011/C 089/37

Kawża T-222/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2011 — Ineos Healthcare vs UASI — Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALPHAREN — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009))

16

2011/C 089/38

Kawża T-299/09 u T-300/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Gühring vs UASI (Taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat u taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

16

2011/C 089/39

Kawża T-136/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2011 — M vs EMEA (Rikors għad-danni — Nuqqas ta’ kompetenza tal-Qorti Ġenerali — Rinviju quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

17

2011/C 089/40

Kawża T-587/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Interspeed vs Il-Kummissjoni

17

2011/C 089/41

Kawża T-588/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

18

2011/C 089/42

Kawża T-2/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

20

2011/C 089/43

Kawża T-43/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2011 — Singapore Airlines u Singapore Airlines Cargo PTE vs Il-Kummissjoni

21

2011/C 089/44

Kawża T-50/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Fraas vs UASI (disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, iswed, beige, aħmar skur u aħmar ċar)

22

2011/C 089/45

Kawża T-56/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2011 — SAS Cargo Group A/S et vs Il-Kummissjoni

23

2011/C 089/46

Kawża T-58/11 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2011 minn Michael Nolin mis-sentenza mogħtija fl-1 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-82/09, Nolin vs Il-Kummissjoni

23

2011/C 089/47

Kawża T-59/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2011 — ISOTIS vs Il-Kummissjoni

24

2011/C 089/48

Kawża T-61/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2011 — Vermop Salmon vs UASI — Leifheit (Clean Twist)

25

2011/C 089/49

Kawża T-64/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2011 — Run2Day Franchise vs UASI — Runners Point (Run2)

25

2011/C 089/50

Kawża T-66/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2011 — Present Service Ullrich vs UASI — Punt-Nou (babilu)

26

2011/C 089/51

Kawża T-69/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Truvo Belgium vs UASI — AOL (Truvo)

26

2011/C 089/52

Kawża T-76/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2011 — Spanja vs Il-Kummissjoni

27

2011/C 089/53

Kawża T-416/06: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2011 — Sumitomo Chemical Agro Europe vs Il-Kummissjoni

27

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 089/54

Kawża F-60/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Frar 2011 — Chiavegato vs Il-Kummissjoni

28

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/1


2011/C 89/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 80, 12.3.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 72, 5.3.2011

ĠU C 63, 26.2.2011

ĠU C 55, 19.2.2011

ĠU C 46, 12.2.2011

ĠU C 38, 5.2.2011

ĠU C 30, 29.1.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad — il-Bulgarija) — Canon Kabushiki Kaisha vs IPN Bulgaria OOD

(Kawża C-449/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-ŻEE, mingħajr il-kunsens tiegħu, ta’ prodotti li għandhom din it-trade mark)

2011/C 89/02

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Canon Kabushiki Kaisha

Konvenuta: IPN Bulgaria OOD

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sofiyski gradski sad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 flimkien mal-Artikolu 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Importazzjoni parallela ta’ prodotti oriġinali mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-dritt mogħti mit-trade mark — Possibbiltà, għal dan il-proprjetarju, li jipprekludi l-użu, mingħajr il-kunsens tiegħu, fil-kummerċ, ta’ sinjal li huwa identiku għat-trade mark — Dritt tal-proprjetarju li ma huwiex eżawrit.

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-ewwel użu fil-kummerċ, mingħajr il-kunsens tiegħu, fiż-Żona Ekonomika Ewropea, ta’ prodotti ta’ oriġni li għandhom din it-trade mark.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 — Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-73/10 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE - Rikors għal annullament - Terminu - Rikors tardiv - Raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw deroga għat-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità - Appell manifestament infondat)

2011/C 89/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (rappreżentanti: A. Rinne, Avukat, S. Kon u C. Humpe, Solicitors, C. Vajda QC)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer u A. Biolan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tat-30 ta’ Novembru 2009, fil-Kawża T-2/09, Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet, bħala manifestament inammissibbli rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5955 finali, tal-15 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/39.188 — Banana) dwar akkordju fuq parti mis-suq Ewropew tal-banana, jew sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Karen Goncharov vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), DSB

(Kawża C-156/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade marks ikkostitwiti minn akronimi - Trade mark preċedenti DSB - Sinjal verbali “DSBW” - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh viżiv - Xebh fonetiku - Inammissibbiltà - Evalwazzjoni tal-fatti)

2011/C 89/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Karen Goncharov (rappreżentant: A. Späth, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent), DSB (rappreżentant: T. Graf, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010, Goncharov vs UASI — DSB (DSBW) (T-34/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2006, li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “DSBW” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassijiet 39, 41 u 43 u li tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali preċedenti “DSB” — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, matul l-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, tal-karatteristiċi partikolari tat-trade marks ikkostitwiti minn akronimi — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

K. Goncharov hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 148, 05.06.2010.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2010 — Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Hasbro, Inc.

(Kawża C-204/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark verbali ENERCON - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali TRANSFORMERS ENERGON - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni)

2011/C 89/05

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Enercon GmbH (rappreżentanti: J. Mellor, Barrister, R. Böhm, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis), Hasbro, Inc.

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-3 ta’ Frar 2010, Enercon vs UASI (T-472/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ENERCON”, għal prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 25, 28 u 32, kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) R 959/2006-4, tal-25 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kintra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “TRANSFORMERS ENERGON”, għal prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 25, 28, 30 u 32 u tat-trade marks mhux irreġistrati “TRANSFORMERS ENERGON” u “ENERGON”, użati fir-Renju Unit għal prodotti li jixxiebhu — Ksur tal-Artikolu 8(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud

(2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 179, 03.07.2010.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 — Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), Applus Servicios Tecnológicos SL

(Kawża C-216/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 8(1)(b) u 5, 73, 74 u 79 - Trade mark figurattiva A+ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja AirPlus International - Oppożizzjoni miċħuda)

2011/C 89/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH [rappreżentant(i): R. Kunze, Rechtsanwalt]

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) [rappreżentant: D. Botis, agent], Applus Servicios Tecnologicos SL

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2010, Lufthansa AirPlus Servicekarten vs UASI u Applus Servicios Tecnológicos (T-321/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament imressaq mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “AirPlus International”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36 u 42, kontra d-Deċiżjoni R 310/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata mill-appellanti kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “A+”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 40, 41 u 42.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 179, 03.07.2010.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE

(Kawża C-352/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà)

2011/C 89/07

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Angel Lorenzo González Alonso

Konvenuta: Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincia de Oviedo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal 20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262) — Kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju intiż li joffri assigurazzjoni għall-ħajja inkambju għal ħlas fix-xahar ta’ primjum li jiġi investit f’diversi prodotti tal-istess impriża.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo, permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2010, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-13 ta’ Diċembru 2010 — L-Istati Uniti tal-Amerka vs Christine Nolan

(Kawża C-583/10)

2011/C 89/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L-Istati Uniti tal-Amerka

Konvenuta: Christine Nolan

Domanda preliminari

L-obbligu ta’ konsultazzjoni fir-rigward ta’ redundancies kollettivi li għandu min iħaddem taħt id-Direttiva 98/59/KE (1) japplika (i) meta min iħaddem ikun qiegħed jipproponi, iżda jkun għadu ma ħax, deċiżjoni strateġika li tikkonċerna n-negozju jew l-operat u li probabbilment jew inevitabbilment twassal għal redundancies kollettivi; jew (ii) dan l-obbligu japplika biss meta din id-deċiżjoni tkun effettivament ittieħdet u min iħaddem ikun imbagħad qiegħed jipproponi redundancies b’konsegwenza ta’ din id-deċiżjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (Il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2010 — Bianca Kücük vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-586/10)

2011/C 89/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bianca Kücük

Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen

Domandi preliminari

(1)

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP implementat bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70, tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1), tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik tal-punt 3 tat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tal-Liġi dwar ix-xogħol part-time u għal żmien determinat (Gesetz über Teilzeitarbeit und befristete Arbeitsverträge), li tipprovdi li t-tiġdid ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat huwa ġġustifikat għal raġuni oġġettiva meta ħaddiem jiġi sostitwit minn ħaddiem ieħor, li tiġi interpretata u applikata fis-sens li tali raġuni oġġettiva teżisti wkoll fil-każ ta’ bżonn permanenti ta’ sostituzzjoni, għalkemm il-bżonn ta’ sostituzzjoni jista’ wkoll jiġi kopert billi l-ħaddiem ikkonċernat jiġi impjegat għal żmien indeterminat sabiex jiġu żgurati sostituzzjonijiet li jirriżultaw minn indisponibbiltà regolari ta’ membri tal-persunal, iżda min iħaddem jirriżerva l-possibbiltà li kull darba jadotta deċiżjonijiet ġodda dwar kif għandu jaġixxi fin-nuqqas immedjat ta’ persunal?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

(2)

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP implementat bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70, tat-28 ta’ Ġunju 1999, tipprekludi l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni, imsemmija fl-ewwel domanda, ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħall-punt 3 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14(1) tal-Liġi dwar ix-xogħol part-time u għal żmien determinat (Gesetz über Teilzeitarbeit und befristete Arbeitsverträge), fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel domanda, meta l-leġiżlatur nazzjonali jipprovdi, f’dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 21(1) tal-Liġi dwar l-allowances u leave parentali (Bundeselterngeld- und Elternzeit-gesetz), li relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat hija ġġustifikata minn sostituzzjoni peress li għandha għan ta’ politika soċjali intiż li jiffaċilita lill-persuni li jħaddmu li jagħtu leave speċjali u lill-ħaddiema li jibbenefikaw minn tali leave speċjali, b’mod partikolari għal raġunijiet relatati mal-ħarsien tal-maternità jew tat-trobbija tat-tfal?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-14 ta’ Diċembru 2010 — Minister Finansów vs Kraft Foods Polska S.A.

(Kawża C-588/10)

2011/C 89/10

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów.

Konvenuta: Kraft Foods Polska SA.

Domandi preliminari

Kundizzjoni bħal dik stabbilita fl-Artikolu 29(4)(a) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi, Dz. U. Nru 54, entrata 535, kif emendata), li tissuġġetta d-dritt li tnaqqas l-ammont taxxabbli imniżżel fil-fattura, għaż-żamma mill-persuna taxxabbli, qabel l-iskadenza tat-terminu sabiex tiġi sottomessa dikjarazzjoni tat-taxxa relatata mal-perijodu taxxabbli li matulu x-xerrej tal-prodott jew tas-servizz irċieva l-fattura korretta, tad-dikjarazzjoni ta’ riċevuta tal-imsemmija fattura korretta min-naħa tax-xerrej ta’ dak il-prodott jew servizz mixtri, taqa’ taħt il-kunċett ta’ kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), li tipprovdi li fejn il-prezz jitnaqqas wara li t-tranżazzjoni tkun seħħet, l-ammont taxxabbli għandu għaldaqstant jitnaqqas skont kundizzjonijet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, u din il-kundizzjoni tikser il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità?


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny — Sąd Pracy i Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku (il-Polonja) fl-14 ta’ Diċembru 2010 — Janina Wencel vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Białymstoku

(Kawża C-589/10)

2011/C 89/11

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Pracy i Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Janina Wencel

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Białymstoku

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, stipulat fl-Artikoli 21 u 20(2) TFUE, iwassal għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà socjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1), fis-sens li l-benefiċċji tax-xjuħija inkwistjoni, miksuba skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma jista’ jkollhom ebda modifika, sospensjoni, tneħħija jew konfiska lanqas minħabba l-fatt li l-benefiċjarju rresjeda fl-istess ħin (kellu żewġ postijiet ta’ residenza abitwali tal-istess importanza) fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri, li wieħed minnhom huwa Stat differenti minn dak fejn l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tinsab?

(2)

L-Artikoli 21 u 20(2) TFUE u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-regoli nazzjonali previsti fl-Artikolu 114(1) tal-ustawa z dnia 17.12.1998 r. o emeryturach i rentach z Funduszu Ubezpieczeń Społecznych (Liġi tas-17 ta’ Diċembru 1998 fuq il-pensjonijiet tal-fond tas-sigurtà soċjali — Dz. U. 2009, Nru 153, poz. 1227, kif emendata), flimkien mal-Artikolu 4 tal-konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni soċjali fil-każ ta’ inċidenti tax-xogħol u l-benefiċċji tal-invalidità, tax-xjuħija u tal-mewt, konkluż fid-9 ta’ Ottubru 1975 bejn ir-Repubblika Popolari tal-Polonja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Dz. U. 1976, no 16, poz. 101, kif emendata), jiġu applikati b’mod li l-organizzazzjoni tal-irtirar Pollakka għandha teżamina mill-ġdid l-każ u ċċaħħad mid-dritt tagħha għal pensjoni ta’ rtirar persuna li, matul diversi snin, kellha fl-istess ħin żewġ postijiet ta’ residenza abitwali (żewġ ċentri tal-interessi) f’żewġ Stati li llum-il-ġurnata huma membri tal-Unjoni Ewropea u li, qabel l-2009, ma ppreżentat ebda dikjarazzjoni u lanqas talba li tindika li hija kellha l-intenzjoni li tittrasferixxi ċ-ċentru tal-interessi tagħha f’xi wieħed minn dawn il-pajjiżi?

Fil-każ ta’ risposta negattiva:

(3)

L-Artikoli 20(2) u 21 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-regola nazzjonali prevista fl-Artikolu 138(1) u (2) tal-ustawa z dnia 17.12.1998 r. o emeryturach i rentach z Funduszu Ubezpieczeń Społecznych tiġi applikata b’mod li l-organizzazzjoni tal-irtirar Pollakka għandha teżiġi r-rimbors ta’ pensjonijiet imħallsa matul l-aħħar tliet snin lil persuna li, mill-1975 sal-2009, kellha fl-istess ħin żewġ postijiet ta’ residenza abitwali (żewġ ċentri tal-interessi) f’żewġ pajjiżi li huma, fil-preżent, membri tal-Unjoni Europea, jekk, fl-eżami tat-talba għal pensjoni ta’ rtirar, u wara l-għoti tagħha, l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni Pollakka ma avżatx li din il-persuna bin-neċessità li hija tinformaha biż-żamma ta’ żewġ postijiet ta’ residenza abitwali f’żewġ pajjiżi u n-neċessità li tippreżenta talba jew dikjarazzjoni fir-rigward tal-għażla tal-istituzzjoni tal-assigurazzjoni ta’ wieħed minn dawn il-pajjiżi bħala istituzzjoni kompetenti sabiex teżamina t-talbiet li jirrigwardaw il-pensjonijiet ta’ rtirar?


(1)  Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà socjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) fl-14 ta’ Diċembru 2010 — Littlewoods Retail Ltd et vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

(Kawża C-591/10)

2011/C 89/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Littlewoods Retail Ltd et

Konvenuti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

Domandi preliminari

(1)

Meta persuna taxabbli tkun ħallset ammont żejjed ta’ VAT, li nġabar mill-Istat Membru bi ksur tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-VAT, ir-rimedju pprovdut minn dan l-Istat Membru huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea jekk ir-rimedju inkwistjoni jikkonsisti (a) fil-ħlas lura tal-ammonti prinċipali mħallsa żejda, u (b) tal-interessi sempliċi fuq dawn l-ammonti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħat-Taqsima 78 tal-Value Added Tax Act 1994?

(2)

Jekk le, id-dritt tal-Unjoni Ewropea jitlob li r-rimedju pprovdut mill-Istat Membru jipprovdi (a) il-ħlas lura tal-ammonti prinċipali mħallsa żejda, u (b) il-ħlas ta’ interessi komposti skont il-valur tal-użu tal-ammonti mħallsa żejda lill-Istat Membru u/jew tat-telf tal-valur tal-użu tal-ammont f’idejn il-persuna taxxabbli?

(3)

Jekk ir-risposta kemm għall-ewwel domanda u għat-tieni domanda hija fin-negattiv, x’għandu jinkludi r-rimedju li d-dritt tal-Unjoni jitlob lill-Istat Membru jipprovdi, minbarra l-ħlas lura tal-ammonti prinċipali mħallsa żejda, fid-dawl tal-valur tal-użu tal-ammont imħallas żejjed u/jew tal-interessi?

(4)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fin-negattiv, il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni Ewropea tal-effettività jirrikjedi illi Stat Membru ma japplikax restrizzjonijiet tad-dritt nazzjonali (bħat-Taqsimiet 78 u 80 tal-Value Added Tax Act 1994) fil-konfront ta’ azzjonijiet jew ta’ rimedji li kieku kienu jkunu disponibbli, fin-nuqqas ta’ dawn ir-restrizzjonijiet, għall-persuna taxxabli sabiex issostni d-dritt ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni Ewropea stabbilit fir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel tliet domandi, jew huwa biżżejjed illi l-qorti nazzjonali ma tapplikax dawn ir-restrizzjonijiet fid-dawl biss ta’ waħda minn dawn l-azzjonijiet jew rimedji? Liema prinċipji oħra għandhom jiggwidaw lill-qorti nazzjonali sabiex tagħti effett lil dan id-dritt ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni Ewropea b’tali mod illi tikkonforma ruħha mal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ effettività?


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Călărași (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Diċembru 2010 — SC Volksbank România S.A. vs Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor — Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Călărași

(Kawża C-602/10)

2011/C 89/13

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Călărași

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Volksbank România S.A.

Konvenuti: Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor, Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Călărași

Domandi preliminari

(1)

Sa fejn l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/48 (1) għandu jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jipprovdu li l-liġi nazzjonali li tittrasponi d-direttiva hija applikabbli wkoll għall-kuntratti konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik il-liġi?

(2)

Sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 85(2) tal-OUG 50/2010 jikkostitwixxu traspożizzjoni adegwata tad-dispożizzjoni Komunitarja li hemm stabbilita fl-Artikolu 24[(1)] tad-Direttiva 2008/48, li jirrikjedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw proċeduri adegwati u effettivi għas-soluzzjoni bonarja ta’ tilwim mal-konsumaturi dwar kreditu għall-konsumatur?

(3)

Sa fejn l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi armonizzazzjoni totali fil-qasam tal-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur, liema armonizzazzjoni ma tippermettix lill-Istati Membri:

3.1.

li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli li jinsabu fid-Direttiva 2008/48 għal kuntratti espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (bħall-kuntratti ta’ self b’ipoteka jew kuntratti li jirrigwardaw id-dritt ta’ proprjetà fuq immobbli) jew

3.2.

li jistabbilixxu obbligi addizzjonali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar it-tipi ta’ kummissjonijiet li dawn jistgħu jirċievu, jew il-kategoriji ta’ indiċijiet ta’ riferiment li għalihom tista’ tirreferi r-rata ta’ interessi varjabbli fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni?

Jekk ir-risposta għad-domanda 3 hija negattiva, sa fejn il-prinċipji tal-moviment liberu tas-servizzi u tal-moviment liberu tal-kapital, b’mod ġenerali, u l-Artikoli 56, 58 u 63(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari, għandhom jiġi interpretati fis-sens li Stat Membru huwa prekluż milli jimponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu miżuri li jipprojbixxu fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur l-applikazzjoni ta’ kummissjonijiet bankarji li ma humiex parti mil-lista ta’ kummissjonijiet permessi, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat inkwistjoni?


(1)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal, civil division (England & Wales) fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Football Dataco Limited, Football Association Premier League Ltd, Football League Limited, Scottish Premier League Limited, Scottish Football League, PA Sport UK Limited vs Yahoo UK Limited, Stan James (Abingdon) Limited, Stan James PLC, Enetpulse APS

(Kawża C-604/10)

2011/C 89/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal, civil division (England & Wales).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Football Dataco Limited, Football Association Premier League Ltd, Football League Limited, Scottish Premier League Limited, Scottish Football League, PA Sport UK Limited.

Konvenuti: Yahoo UK Limited, Stan James (Abingdon) Limited, Stan James PLC, Enetpulse APS.

Domandi preliminari

(1)

X’tifsira għandha tingħata, fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/9/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għal “databases li, minħabba l-għażla jew l-arranġament tal-kontenut tagħhom, jikkostitwixxu kreazzjoni intellettwali ta’ l-awtur innifsu”, u b’mod partikolari:

(a)

l-isforzi intellettwali u l-ħila implementata fil-ħolqien ta’ data għandhom jiġu esklużi?

(b)

“[L]-għażla jew l-arranġament” jimplikaw żieda sinjifikattiva għad-data li kienet teżisti qabel (bħal fil-każ tal-iffissar tad-data ta’ logħba tal-futbol);

(c)

Il-“kreazzjoni intellettwali ta’ l-awtur innifsu” tirrikjedi iktar minn xogħol sinjifikattiv u ħila sinjifikattiva min-naħa tal-awtur, u, jekk dan huwa l-każ, x’tirrikjedi?

(2)

Id-Direttiva tostakola d-drittijiet tal-awtur nazzjonali fuq id-databases, li ma humiex dawk previsti mid-Direttiva?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/8


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-607/10)

2011/C 89/15

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u K. Simonsson, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet

tikkonstata li r-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2009, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (1), billi naqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jiżguraw, permezz ta’ permessi maħruġa inkonformità mal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva jew, b’mod adegwat, permezz tal-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet u, jekk ikun il-każ, tal-aġġornament tagħhom, li l-installazzjonijiet eżistenti kollha jiġu operati inkonformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b), u 15(2) tad-Direttiva, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007;

tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (iktar ’il quddiem id-“Direttiva PKIT”) jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi maħruġa inkonformità mal-Artikoli 6 u 8, jew, b’mod adegwat, permezz tal-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet u, jekk ikun il-każ, tal-aġġornament tagħhom, li l-installazzjonijiet eżistenti jiġu operati inkonformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b), u 15(2) sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-obbligu għandu jinftiehem fis-sens li jikkonċerna l-installazzjonijiet eżistenti kollha fl-Istat Membru inkwistjoni.

Skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżistenza ta’ ksur għandha tiġi evalwata fid-dawl tas-sitwazzjoni eżistenti fl-Istat Membru inkwistjoni fi tmiem it-terminu indikat fl-opinjoni motivata. Mir-risposta tal-Isvezja għall-opinjoni motivata jirriżulta li, fid-data ta’ din ir-risposta, 33 installazzjoni eżistenti ma kinux jirrispettaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva PKIT.

Barra minn hekk, mill-anness tar-risposta addizzjonali tal-Isvezja għall-opinjoni motivata jirriżulta li, f’Ottubru 2010, jiġifieri kważi tliet snin wara l-iskadenza tat-terminu msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva PKIT, kien għad hemm 23 installazzjoni eżistenti li ma kinux jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU L 24, p. 8.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/8


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2010 minn Dieter C. Umbach mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-21 ta’ Ottubru 2010 fil-Kawża T-474/08, Dieter C. Umbach vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-609/10 P)

2011/C 89/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Dieter C. Umbach (rappreżentant: M. Stephani, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

Tannulla l-ewwel punt tad-dispożittiv tas-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Ottubru 2010 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-474/08 (Umbach vs Il-Kummissjoni Ewropea);

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru SG.E.3/MV/psi D(2008) 6991, tat-2 ta’ Settembru 2008 u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

L-awtur tal-appell jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010, Umbach vs Il-Kummissjoni Ewropea (T-474/08) li tirrifjutalu aċċess sħiħ għal ċerti dokumenti marbuta ma’ kuntratt TACIS li jikkonċernah.

L-awtur tal-appell iqis li fuq il-bażi ta’ obbligi ta’ dritt primarju, partikolarment tal-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-drittijiet fundamentali, huwa għandu jingħata aċċess immedjat għad-dokumenti li jikkonċernawh, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda taġixxi kontra tiegħu għal ħlas quddiem qorti ta’ Stat Membru u huwa jeħtieġlu jaċċedi għal dawn l-atti u d-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun jista’ jiżgura d-difiża tiegħu.

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tqis li huwa biss ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li huwa applikabbli u li, f’dan ir-rigward, hija għandha dritt li tagħti biss aċċess limitat għad-dokumenti mitluba, jew tirrifjuta l-aċċess.

L-awtur tal-appell, filwaqt li jibbaża ruħu fuq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, isostni li minkejja l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni Ewropea hija limitata, fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tal-awtur tal-appell, li bħala konsegwenza tagħhom l-applikazzjoni tad-dritt derivat għandha twassal għall-istess konsegwenzi tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni hawn fuq imsemmija tal-Karta tad-drittijiet fundamentali.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Solvay SA vs Honeywell Fluorine Products Europe BV et

(Kawża C-616/10)

2011/C 89/17

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank ’s-Gravenhage

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Solvay SA

Konvenuta: Honeywell Fluorine Products Europe BV et

Domandi preliminari

(1)

F’sitwazzjoni fejn żewġ kumpanniji jew iktar li joriġinaw minn Stati Membri differenti, huma akkużati, separatament, fi proċeduri pendenti quddiem qorti ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri, bi ksur tal-istess parti nazzjonali ta’ privattiva Ewropea li hija fis-seħħ fi Stat Membru ieħor, minħabba l-atti riżervati tagħhom li jikkonċernaw l-istess prodott, hemm il-possibbiltà ta’ “ġudizzji irrikkonċiljabbli” jekk il-kawżi jiġu deċiżi separatament skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (1)?

(2)

L-Artikolu 22(4) tar-Regolament huwa applikabbli għal proċeduri intiżi għall-kisba ta’ miżura provviżorja abbażi ta’ privattiva barranija (bħall-projbizzjoni provviżorja ta’ ksur transkonfinali) fil-każ fejn il-konvenut jinvoka, bħala difiża, in-nullità tal-privattiva invokata, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li l-qorti f’tali każ ma tagħtix deċiżjoni definittiva dwar il-validità tal-privattiva invokata, iżda tevalwa kif il-qorti li għandha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament ser tiddeċiedi f’dan ir-rigward, u li l-miżura provviżorja mitluba, fil-forma ta’ projbizzjoni ta’ ksur, tkun irrifjutata jekk il-qorti tqis li teżisti possibbiltà raġonevoli u mhux negliġibbli li l-privattiva invokata ser tiġi annullata mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni?

(3)

Għall-finijiet tal-applikabbiltà tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament fil-kuntest ta’ proċeduri bħal dawk imsemmija fid-domanda preċedenti, l-eċċezzjoni dwar in-nullità hija suġġetta għal rekwiżiti proċedurali fis-sens li dan l-artikolu jkun japplika biss meta azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nullità tkun diġà tressqet jew tkun ser titressaq — f’terminu li għandu jiġi stabbilit mill-qorti — quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament, jew minn tal-inqas, li jkun ġie jew ikun ser jiġi nnotifikat rikors lill-proprjetarju tal-privattiva, jew huwa biżżejjed li titqajjem eċċezzjoni dwar in-nullità, u, skont il-każ, jeżistu rekwiżiti fir-rigward tal-kontenut tal-eċċezzjoni invokata fis-sens li għandu jiġi sostnut suffiċjentement u/jew li l-fatt li tiġi invokata tali eċċezzjoni ma għandux jitqies li huwa abbuż proċedurali?

(4)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-qorti jibqa’ jkollha ġurisdizzjoni fir-rigward tal-proċeduri ta’ ksur wara li tkun tqajmet eċċezzjoni dwar in-nullità fi proċeduri bħal dawk imsemmija fl-ewwel domanda bil-konsegwenza li (jekk din tkun ir-rieda tar-rikorrent) il-proċeduri ta’ ksur għandhom jiġu sospiżi sakemm il-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 22(4) tar-Regolament tiddeċiedi dwar il-validità tal-parti nazzjonali tal-privattiva invokata, jew li t-talba għandha tiġi miċħuda peress li huwa impossibbli li tittieħed deċiżjoni dwar eċċezzjoni essenzjali għad-deċiżjoni, jew il-qorti titlef il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi fuq proċeduri ta’ ksur wara li tkun tqajmet eċċezzjoni dwar in-nullità?

(5)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali tista’ tibbaża fuq l-Artikolu 31 tar-Regolament il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi fuq azzjoni intiża għall-kisba ta’ miżura provviżorja bbażata fuq privattiva barranija (bħall-projbizzjoni ta’ ksur transkonfinali) u li kontra tagħha titqajjem eċċezzjoni dwar in-nullità ta’ privattiva invokata, jew (fis-sitwazzjoni fejn jiġi deċiż li l-applikabbiltà tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament ma taffettwax il-ġurisdizzjoni tar-Rechtbank li tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-ksur) il-ġurisdizzjoni tagħha li tiddeċiedi fuq eċċezzjoni dwar in-nullità tal-privattiva barranija invokata?

(6)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda, liema huma l-fatti jew iċ-ċirkustanzi li huma neċessarji sabiex tiġi konkluża rabta vera, kif imsemmi fil-punt 40 tas-sentenza Van Uden (2), bejn is-suġġett tal-miżuri mitluba u l-ġurisdizzjoni territorjali tal-Istat kontraenti tal-qorti li quddiemha titressaq it-talba għal tali miżuri?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)

(2)  Sentenza tas-17 ta’ Novembru 1998, Van Uden, C-391/95, Ġabra p. I-7091.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) fl-24 ta’ Diċembru 2010 — TUI Travel plc, British Airways plc, easyJet Airline Co. Ltd, International Air Transport Association, The Queen vs Civil Aviation Authority

(Kawża C-629/10)

2011/C 89/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TUI Travel plc, British Airways plc, easyJet Airline Co. Ltd, International Air Transport Association.

Konvenuta: Civil Aviation Authority.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu l-ħlas tal-kumpens previst fl-Artikolu 7 lill-passaġġieri li t-titjiriet tagħhom kellhom dewmien fis-sens tal-Artikolu 6, u jekk dan huwa l-każ f’liema ċirkustanzi?

(2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, l-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 huma invalidi, għalkollox jew parzjlament, minħabba ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali?

(3)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, l-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 huma invalidi, għalkollox jew parzjalment, minħabba (a) inkompatibbiltà mal-Konvenzjoni ta’ Montréal, (b) ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, u/jew (ċ) ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali?

(4)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermativa u t-tielet domanda tingħata risposta negattiva, x’limiti, jekk ikun il-każ, għandhom jiġu imposti fuq l-effett ratione temporis tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-każ?

(5)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, x’effett għandu jingħata, jekk ikun il-każ, lis-sentenza Sturgeon et bejn id-19 ta’ Novembru 2009, id-data meta ngħatat, u d-data tas-sentenza li ser tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-każ?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fil-24 ta’ Diċembru 2010 — University of Queensland, CSL Ltd. vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

(Kawża C-630/10)

2011/C 89/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: University of Queensland, CSL Ltd.

Konvenut: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament Nru 469/2009 (1) (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament”), jirrikonoxxi fost l-għanijiet l-oħra identifikati fil-premessi, in-neċessità li l-għoti ta’ ĊPS minn kull Stat Membru tal-Komunità lil proprjetarji ta’ privattivi nazzjonali jew Ewropej ikun taħt l-istess kundizzjonijiet, kif indikat fil-premessi 7 u 8. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni Komunitarja tal-liġi dwar il-privattivi, xi jrid ifisser l-Artikolu 3(a) tar-Regolament bi “prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ” u liema huma l-kriterji sabiex dan jiġi deċiż?

(2)

F’kawża bħal din inkwistjoni li tinvolvi prodott mediċinali li jinkludi iktar minn ingredjent attiv wieħed, jeżistu kriterji ulterjuri jew differenti biex jiġi ddeterminat jekk “prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ” jew le, skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament u, jekk ikun il-każ, liema huma dawn il-kriterji ulterjuri jew differenti?

(3)

Wieħed minn dawn il-kriterji ulterjuri jew differenti jikkonċerna l-każ dwar jekk l-ingredjenti attivi jiġu mħallta flimkien pjuttost milli jiġu pprovduti f’formulazzjonijiet separati iżda fl-istess waqt?

(4)

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 3(a), tilqima li tkopri numru ta’ mard li tinkludi bosta antiġeni hija “protett[a] minn privattiva bażika” jekk antiġen wieħed mit-tilqima jinsab “protett minn privattiva bażika fis-seħħ”?

(5)

F’kawża bħal din inkwistjoni li tinvolvi prodott mediċinali li jinkludi iktar minn ingredjent attiv wieħed, huwa rilevanti għall-evalwazzjoni dwar jekk “il- prodott ikun protett minn privattiva bażika” jew le skont l-Artikolu 3(a) li l-privattiva bażika tkun waħda minn grupp ta’ privattivi bbażati fuq l-istess applikazzjoni oriġinali għal privattiva u li jinkludi privattiva prinċipali u żewġ privattivi diviżjonali li bejniethom jipproteġu l-ingredjenti attivi kollha fil-prodott mediċinali?

(6)

F’kawża bħal din inkwistjoni li tinvolvi privattiva bażika bi pretensjonijiet għal “proċess sabiex jinkiseb prodott” fis-sens tal-Artikolu 1(c), il-“prodott” imsemmi fl-Artikolu 3(a) għandu jinkiseb direttament permezz ta’ dan il-proċess?

(7)

Ir-Regolament ĊPS u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(b), jippermetti l-għoti ta’ Ċertifikat ta’ Protezzjoni Supplimentari għal ingredjent attiv individwali fejn:

(a)

privattiva bażika fis-seħħ tipproteġi l-ingredjent attiv individwali fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament ĊPS; u

(b)

prodott mediċinali li jinkludi l-ingredjent attiv individwali flimkien ma’ wieħed jew iktar ingredjenti attivi huwa s-suġġett ta’ awtorizzazzjoni valida mogħtija skont id-Direttiva 2001/83/KE (2) jew 2001/82/KE (3) li hija l-ewwel awtorizzazzjoni kummerċjali li tqiegħed l-ingredjent attiv individwali fis-suq?

(8)

Ir-risposta għad-domanda Nru 7 tkun differenti skont jekk l-awtorizzazzjoni tkunx għall-ingredjent attiv individwali mħallat ma’ wieħed jew iktar ingredjenti attivi pjuttost milli jiġi pprovdut f’formulazzjonijiet separati iżda fl-istess waqt?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 152, p. 1)

(2)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)

(3)  Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 3)


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Jannar 2011 — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Philips Electronics UK Ltd

(Kawża C-18/11)

2011/C 89/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs.

Konvenuta: Philips Electronics UK Ltd.

Domandi preliminari

(1)

Meta Stat Membru (bħar-Renju Unit) jinkludi fil-bażi taxxabbli tiegħu il-qligħ u t-telf ta’ kumpannija li għall-finijiet tat-taxxa hija stabbilita u residenti fi Stat Membru ieħor (bħall-Pajjiżi l-Baxxi) sa fejn il-qligħ huwa attribwibbli għal kummerċ fir-Renju Unit imwettaq minn kumpannija tal-Pajjiżi l-Baxxi permezz ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fir-Renju Unit, tkun restrizzjoni fuq il-libertà ta’ stabbiliment fir-Renju Unit ta’ ċittadin ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 49 TFUE (ex Artikolu 43 KE) jekk ir-Renju Unit jipprekludi t-trasferiment tat-telf fir-Renju Unit ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fir-Renju Unit ta’ kumpannija mhux residenti fir-Renju Unit lil kumpannija stabbilita fir-Renju Unit bħala għajnuna fi ħdan grupp, fejn parti minn dak it-telf jew xi ammont ikkunsidrat fil-komputazzjoni tiegħu “jikkorrispondi għal, jew jirrappreżenta, kull ammont li, fir-rigward ta’ kull taxxa barranija jista’ (f’kull perijodu) jitnaqqas minn jew b’xi mod ieħor jittieħed inkunsiderazzjoni kontra qligħ mhux derivanti mir-Renju Unit tal-kumpannija jew ta’ kull persuna”, jiġifieri li jiġi permess it-trasferiment ta’ telf fir-Renju Unit fil-każ ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fir-Renju Unit biss fil-każ fejn huwa ċar li fiż-żmien meta ssir it-talba ma jista’ qatt ikun hemm tnaqqis jew allowance fi Stat ieħor minbarra r-Renju Unit (inkluż Stat Membru ieħor (bħall-Pajjiżi l-Baxxi)), u fejn ma jkunx suffiċjenti li tkun intalbet għajnuna disponibbli f’pajjiż barrani, u f’ċirkostanzi fejn ma hemm ebda kundizzjoni ekwivalenti applikabbli għat-trasferiment ta’ telf fir-Renju Unit ta’ kumpannija residenti fir-Renju Unit?

(2)

F’każ ta’ risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, dik ir-restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata:

(a)

biss abbażi tal-bżonn li jiġi prekluż l-użu doppju tat-telf, jew

(b)

biss abbażi tal-bżonn li jinżamm il-bilanċ bejn is-setgħat ta’ impożizzjoni tal-Istati Membri, jew

(ċ)

abbażi tal-bżonn li jinżamm il-bilanċ bejn is-setgħat ta’ impożizzjoni tal-Istati Membri flimkien mal-bżonn li jiġi prekluż l-użu doppju tat-telf?

(3)

F’każ ta’ risposta fil-pożittiv għat-tieni domanda, ir-restrizzjoni hija proporzjonata għal tali ġustifikazzjoni jew ġustifikazzjonijiet?

(4)

Jekk xi restrizzjoni fuq id-drittijiet ta’ kumpannija stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi ma hijiex iġġustifikata jew sa fejn ma tkunx proporzjonata fir-rigward ta’ xi ġustifikazzjoni, id-dritt tal-UE jeħtieġ li r-Renju Unit jipprovdi lill-kumpannija stabbilita fir-Renju Unit b’rimedju, bħad-dritt li titlob għajnuna fi ħdan grupp fil-konfront tal-profitti tagħha?


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-21 ta’ Jannar 2011 — A Oy

(Kawża C-33/11)

2011/C 89/21

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A Oy

Konvenuta: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

(1)

Il-punt 6 tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (1) dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “linji ta’ l-ajru li joperaw għall-ħlas prinċipalment fuq rottot internazzjonali” jinkludi l-kumpannija tal-ajru kummerċjali li l-attività tagħhom tikkonsisti prinċipalment fi vjaġġi fuq rotot internazzjonali bi ħlas fis-settur tat-titjiriet nolleġġati, sabiex jaqdu l-bżonnijiet ta’ impriżi u ta’ individwi?

(2)

Il-punt 6 tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’dan il-punt tapplika biss għall-kunsinna ta’ ajruplani direttament lil kumpannija tal-ajru li l-attività tagħha tikkonsisti prinċipalment fi vjaġġi fuq rotot internazzjonali bi ħlas jew fis-sens li din l-eżenzjoni tapplika wkoll għall-kunsinna ta’ ajruplani lil operatur li l-attività prinċipali tiegħu ma hijiex l-operazzjoni ta’ vjaġġi fuq rotot internazzjonali bi ħlas, iżda li jqiegħed l-ajruplan għad-dispożizzjoni ta’ operatur li jopera tali vjaġġi?

(3)

Fid-dawl tal-fatt li l-kumpannija tal-ajru setgħet ukoll tuża l-ajruplani għal titjiriet oħra, huwa rilevanti għar-risposta li tingħata għat-tieni domanda li l-proprjetarju tal-arjuplani jiffattura l-ispejjeż li jikkorrispondu għall-użu ta’ dawn l-ajruplani lil individwu, li jkun l-azzjonist ta’ dan il-proprjetarju, u li juża l-ajruplani mixtrija prinċipalment għall-iskopijiet tiegħu, kummerċjali u/jew privati?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato — Sezione Seconda (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2011 — Pioneer Hi-Bred Italia Srl vs Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali

(Kawża C-36/11)

2011/C 89/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato — Sezione Seconda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred Italia Srl

Konvenuta: Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali

Domanda preliminari

Meta l-Istat Membru jkun ikkunsidra li għandu jissuġġetta l-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-kultivazzjoni ta’ OMĠ, anki jekk dawn ikunu inklużi fil-Katalgu komuni Ewropew, għal miżuri ta’ natura ġenerali li jkunu xierqa biex jiżguraw il-koeżistenza ma’ uċuħ tar-raba’ konvenzjonali jew organiċi, l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2001/18/KE (1), moqri fid-dawl tar-Rakkomandazzjoni 2003/556/KE (2) u tar-Rakkomandazzjoni sussegwenti 2010/C200/01 (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-perijodu ta’ qabel l-adozzjoni tal-miżuri ġenerali: a) l-awtorizzazzjoni għandha tingħata, sa fejn tirrigwarda OMĠ inklużi fil-Katalgu komuni Ewropew; b) jew l-eżami tat-talba għal awtorizzazzjoni għandu jiġi sospiż sakemm jiġu adottati l-miżuri ta’ natura ġenerali; ċ) jew, l-awtorizzazzjoni għanda tingħata, iżda għandha tkun suġġetta għal rekwiżiti xierqa biex jiġi evitat f’każijiet speċifiċi l-kuntatt, anki jekk aċċidentali, tal-uċuħ tar-raba’ modifikati ġenetikament li huma awtorizzati mal-uċuħ tar-raba’ konvenzjonali jew organiċi ta’ madwarhom?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77.

(2)  ĠU 2003, L 189, p. 36.

(3)  ĠU 2010, C 200, p. 1.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/12


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-349/09) (1)

2011/C 89/23

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/12


Digriet tal-President tas-17 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-486/09) (1)

2011/C 89/24

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-80/10) (1)

2011/C 89/25

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2010 — KEK Diavlos vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-251/10) (1)

2011/C 89/26

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto — Il-Portugall) — Companhia Siderúrgica Nacional, CSN Caymann Ltd vs Unifer Steel SL, BNP Paribas (Suisse), Colepccl (Portugal) SA, Banco Português de Investimento SA (BPI)

(Kawża C-315/10) (1)

2011/C 89/27

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-353/10) (1)

2011/C 89/28

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-394/10) (1)

2011/C 89/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-398/10) (1)

2011/C 89/30

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010


Il-Qorti Ġenerali

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Cetarsa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-33/05) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ proporzionalità - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kooperazzjoni)

2011/C 89/31

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Compañía española de tabaco en rama, SA (Cetarsa) (Navalmoral de la Mata, Spanja) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, J. Buendía Sierra u A. Givaja Sanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), fit-tieni lok u sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni u, fit-tielet lok, kontrotalba tal-Kummissjoni għaż-żieda tal-imsemmi ammont.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Compañía española de tabaco en rama, SA (Cetarsa) fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), huwa ffissat għal EUR 3 147 300.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-kontrotalba tal-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

(4)

Cetarsa għandha tbati tmien partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż tagħha u tmien partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni. Din tal-aħħar għandha tbati żewġ partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż tagħha u żewġ partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż sostnuti minn Cetarsa.


(1)  ĠU C 82, 02.04.2005.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-205/07) (1)

(Sistema lingwistika - Pubblikazzjoni fis-sit internet tal-EPSO ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess sa biex jitlesta elenku ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala aġenti kuntrattwali - Pubblikazzjoni fi tliet lingwi uffiċjali - Artikoli 12 KE u 290 KE - Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Regolament Nru 1)

2011/C 89/32

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: B. Tidore, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/EU/27/07, sabiex jitlesta elenku ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala aġenti kuntrattwali sa biex iwettqu attivitajiet varji fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji Komunitarji, ippublikata fis-sit internet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) fis-27 ta’ Marzu 2007.

Dispożittiv

(1)

Is-sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/EU/27/07 sabiex jitlesta elenku ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala aġenti kuntrattwali sa biex iwettqu attivitajiet varji fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji Komunitarji, ippublikata fis-sit internet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal fis-27 ta’ Marzu 2007, hija annullata.

(2)

Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2011 — Paroc vs UASI (INSULATE FOR LIFE)

(Kawża T-157/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INSULATE FOR LIFE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Deċiżjoni purament konfermattiva - Inammissibbiltà parzjali)

2011/C 89/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Paroc Oy AB (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Palm)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-21 ta’ Frar 2008 (Każ R 54/2008-2), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali INSULATE FOR LIFE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Paroc Oy AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-584/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti - Modifika prevista mill-awtoritajiet Taljani ta’ skema awtorizzata minn qabel mill-Kummissjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni)

2011/C 89/34

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cantiere navale De Poli SpA (Venezja, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Abate u R. Longanesi Cattani, sussegwentement A. Abate u A. Franchi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, C. Urraca Caviedes u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/38/KE, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat 20/08 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplementa permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/04 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (ĠU 2010, L 17, p. 50).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Cantiere navale De Poli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti - Modifika maħsuba mill-awtoritajiet Taljani ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata bil-quddiem mill-Kummissjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni)

2011/C 89/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, C.Urraca Caviedes u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/38/KE, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C-20/08 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplementa permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/04 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (ĠU 2010, L 17, p. 50).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 7.3.2009.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2011 — Lan Airlines vs UASI — Air Nostrum (LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM)

(Kawża T-194/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM - Trade marks Komunitarji verbali u figurattiva preċedenti LAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 89/36

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Lan Airlines, SA (Renca, iċ-Ċilì) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, SA (Manises, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Frar 2009 (Każ R 107/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lan Airlines, SA u Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Lan Airlines, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 167, 18.7.2009.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2011 — Ineos Healthcare vs UASI — Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

(Kawża T-222/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALPHAREN - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009))

2011/C 89/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ineos Healthcare Ltd (Warrington, Cheshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Marzu 2009 (Każ R 1897/2007-2), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries Ltd u Ineos Healthcare Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Marzu 2009 (Każ R 1897/2007-2) hija annullata fir-rigward ta’ prodotti li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: “Prodotti farmaċewtiċi u veterinarji li jkun fihom l-idrossidu tal-karbonat tal-manjesju, ħadid jew hydrotalcite, jew derivattivi ta’ dawn il-komponenti’, “Fosfati għall-kura tal-hyperphosphatemia”.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż esposti minn Ineos Healthcare Ltd.

(4)

Ineos Healthcare għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 180, 1.8.2009.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Gühring vs UASI (Taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat u taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat)

(Kawża T-299/09 u T-300/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2011/C 89/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gühring OHG (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u B. Schmidt, aġenti)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI (Każijiet R 1330/2008-1 u R 1329/2008-1) dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat u tat-taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-299/09 u T-300/09 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

(2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(3)

Gühring OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2011 — M vs EMEA

(Kawża T-136/10) (1)

(Rikors għad-danni - Nuqqas ta’ kompetenza tal-Qorti Ġenerali - Rinviju quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

2011/C 89/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: M (Broxbourne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Thomann, barrister, u I. Khawaja, solicitor)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Suġġett

Talba għad-danni, skont l-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE, minħabba dannu allegatament subit wara aċċident fuq il-post tax-xogħol.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa rrinvjat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/17


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Interspeed vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-587/10)

2011/C 89/40

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Interspeed Holding Kompanija, A.D. (Belgrad, ir-Repubblika Serba) (rappreżentant: Marko Bošnjak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti għal-lucrum cessans, għat-telf ta’ qligħ u għat-tnaqqis fil-valur tal-assi tagħha għall-ammont totali ta’ EUR 131 879 601, flimkien mas-somom anċillari, ikkostitwiti mill-interessi moratorji fuq il-kumpens mitlub, mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors sad-data tal-ħlas effettiv;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Pezz ta’ dan ir-rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 256 u 268 TFUE, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkundanna lill-Kummissjoni għall-kumpens għal-lucrum cessans, għat-telf ta’ qliegħ u għat-tnaqqis fil-valur tal-assi tar-rikorrenti għall-ammont totali ta’ EUR 131 879 601, flimkien mas-somom anċillari, ikkostitwiti mill-interessi moratorji fuq il-kumpens mitlub, mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors sad-data tal-ħlas effettiv, ikkalkolati bir-rata ta’ interess applikabbli fil-perijodu rilevanti mill-Bank Ċentrali Ewropew, għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament, b’żieda ta’ żewġ punti perċentwali, flimkien mal-ispejjeż tal-avukat u l-ispejjeż ġudizzjarji l-oħra sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-kawża.

Fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali ma tilqax ir-rikors tar-rikorrenti, din tal-aħħar titlob, fir-rigward tal-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li kull parti tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq il-motivi li ġejjin.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti sssotni li l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (iktar ‘ilquddiem l-“EAR”) wettqet aġir illeċitu, inkwantu:

fid-19 ta’ Diċembru 2006 wettqet sejħa għal offerti;

fit-22 ta’ Diċembru ppubblikat avviż għall-għażla tal-applikant li kien ser iwettaq ix-xogħlijiet fejn tinqasam il-fruntiera ta’ Preševo;

fl-10 ta’ Mejju 2007 ikkonkludiet il-kuntratt għat-twettiq ta’ xogħlijiet fejn tinqasam il-fruntiera ta’ Preševo Nru 04SERO 1105004;

ħallset għad-diżinn tar-rikostruzzjoni ta’ fejn tinqasam il-fruntiera ta’ Preševo;

għażlet u ħallset lill-applikant magħżul Putevi Užice A..D.;

għażlet u nnominat lill-korp ta’ kontroll E GIS BCEOM International s.a. fir-rigward tat-twettiq tax-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni u ħallset is-somma ta’ EUR 180 850 għas-servizz ta’ kontroll, abbażi tal-kuntratt ta’ rikostruzzjoni u ta’ kontroll Nru 06SERO 1102/008-1713 81 konkluż fis-16 ta’ Diċembru 2008 u tal-kuntratt Nru 04SERO 1105/00 1-162954 konkluż fl-24 ta’ Settembru 2004, ta’ valur kuntrattwali totali ta’ EUR 606 276,39;

xtrat l-għodda necessarja għal fejn tinqasam il-fruntiera (containers, żbarri u affarijiet simili);

ħadet sehem bħala investitur fir-rikostruzzjoni, ikkoordinat b’mod dirett, u segwiet l-investiment tagħha permezz tal-uffiċċju tagħha f’Belgrad.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li, permezz tal-aġir imsemmi iktar ’ilfuq, l-EAR interferiet illegalment fl-aspettativi leġittimi u fid-drittijiet legalment protetti li r-rikorrenti setgħet teżerċita sat-tmiem ta’ Diċembru 2007 (fir-rigward tal-punt tal-bejgħ) jew sas-7 ta’ Mejju 2009 (fir-rigward tad-drittijiet tagħha fil-kuntest tat-terminal doganali tal-merkanzija). Tali għoti ta’ kuntratt u tali drittijiet huma espressi fid-dritt ta’ protezzjoni tal-proprjeta, li jirrapreżenta wieħed mid-drittijiet fundamentali protetti, inter alia, mill-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-aġir tal-EAR imsemmi iktar ’il fuq jikkostitwixxi ksur serju u manifest tal-prinċipji giuridici ġenerali li, fil-kawża preżenti, huma essenzjalment il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi, id-dritt għall-protezzjoni tal-proprjeta, il-prinċipju ta’ proporzionalità u l-prinċipju ta’ trasparenza. In-natura manifestament serja tal-ksur hija evidenti, inter alia, mid-dannu subit mir-rikorrenti.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-aġir tal-EAR ikkawża dannu patrimoniali fir-rigward ta’:

lucrum cessans minħabba l-impossibbiltà li jiġi pperċepit id-dħul mill-attività tat-terminal doganali tal-merkanzija, li ammonta għal EUR 56 838 141;

lucrum cessans minħabba l-impossibbiltà li jiġi pperċepit id-dħul mill-attività tal-punt ta’ bejgħ, fiż-żona fejn tinqasam il-fruntiera ta’ Preševo, li ammonta għal EUR 46 800 000;

telf ta’ qligħ minħabba l-impossibbiltà li tinġabar ir-renta u d-dħul l-ieħor ġej miċ-ċentru kummerċjali li jinsab eżatt fejn tinqasam il-fruntiera ta’ Preševo, li ammonta għal EUR 42 681 600.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li d-dannu subit ġie kkawżat mingħajr dubju mill-attività ta’ “rikostruzzjoni” fiż-żona fejn tinqasam il-fruntiera ta’ Preševo, li ġiet iddisinjata u mibdija mill-EAR.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-EAR kellha konoxxenza sħiħa tal-fatt li r-rikorrenti kienet il-proprjetarja tad-drittijiet imsemmija iktar ’il fuq, fiż-żona fejn tinqasam il-fruntiera ta’ Preševo u li, għaldaqstant, kisret deliberatament id-drittijiet tar-rikorrenti.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/18


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-588/10)

2011/C 89/41

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, E. Leftheriotou u X. Βasakou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali:

tilqa’ r-rikors;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2010“li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea”, għall-parti dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji li għandha tagħmel ir-Repubblika Ellenika.

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-Repubblika Ellenika titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, “li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea”, innotifikata taħt in-numru C(2010) 7555 u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE taħt in-numru L 288 tal-5 ta’ Novembru 2010, p. 24 (ĠU L 288, p. 24), għall-parti dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji li għandha tagħmel ir-Repubblika Ellenika fl-oqsma a) tal-primjums diretti — art li tinħarat b) tat-tabakk, ċ) tal-kundizzjonalità, d) tal-għaneb imqadded, e) tal-gżejjer tal-baħar Eġew, u f) tal-primjums tal-annimali.

Rigward il-korrezzjoni għall-primjums diretti — art li tinħarat, ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, in-nuqqas ta’ bażi legali valida sabiex japplikaw il-linji gwida antiki għall-Politika Agrikola Komuni l-ġdida (PAK) u l-isekma ġdida ta’ pagament uniku, kif ukoll in-nuqqas ta’ definizzjoni, f’din l-iskema l-ġdida, ta’ kontrolli ewlenin u sekondarji, sabiex jistgħu jiġu applikati l-perċentwali stabbiliti ta’ korrezzjoni.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tenfasizza li l-applikazzjoni tal-linji gwida l-antiki għall-PAK il-ġdida tikser essenzjalment il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-impożizzjoni tal-korrezzjoni, jiġifieri ammont tliet darbiet ogħla, tikser il-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi, peress li, minħabba deċiżjonijiet ġudizzjarji, ma kienx possibbli li jsir it-tiġdid u t-tlestija tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula raba agrikoli — sistema ta’ informazzjoni ġeografika (SIĦA-SIĠ) u l-Greċja u l-UE qablu fuq pjan ta’ azzjoni għat-tlestija ta’ SIĦA-SIĠ, li ġiet osservata rigorożament.

Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti ssostni li a) il-fatti ġew evalwati ħażin u b’mod żbaljat (fir-rigward tat-twettiq allegatament tardiv u tal-kwalità ħażina tal-kontrolli fuq il-post) u b) mit-tqabbil tad-data ta’ SIĦA-SIĠ għas-sena tat-talba 2006 ma’ dik ta’ SIĦA-SIĠ kompleta u affidabbli tal-2009 jirriżulta, kif il-Kummissjoni setgħet tivverifika minn kontroll fuq il-post, li d-differenzi u n-nuqqasijiet huma minimi u ma jaqbżux it-2.5 %.

Rigward il-korrezzjoni li saret għall-qasam tat-tabakk, ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, li saret interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1), peress li l-oġġezzjonijiet imqajma mill-UE ma ħolqu l-ebda riskju għall-FAEGG.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tenfasizza li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-primjum kienu b’mod eżawrjenti u esklużivament ġew definiti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 (2) u, għalhekk, il-Kummissjoni imponiet illegalment fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 2848/1998 (3), bħala kundizzjoni ulterjuri għall-għoti tal-primjum, li t-tabakk jingħata lill-ewwel proċessur mhux iktar tard mit-30 ta’ April tas-sena li tiġi wara s-sena tal-ħsad (kunsinni tardivi tat-tabakk).

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dispożizzjoni fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 2848/1998 tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, fid-dawl tal-fatt li dewmien ta’ ftit jiem fil-kunsinna tat-tabakk, li l-produtturi tat-tabakk ma humiex responsabili għalih, iżda hija responsabili l-industriji — xerrejja tat-tabakk, iċaħħad lill-produtturi mid-dħul annwali totali tagħhom, mingħajr ma jkun hemm it-tnaqqis gradwali tal-primjum, u tikser ukoll l-Artikolu 39(1) tat-TFUE, u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti ssostni li ma huwiex legali li l-produtturi jkunu mċaħħda mill-primjum dovut minħabba dewmien ta’ ftit jiem fil-kunsinna tat-tabakk u speċjalment meta l-impriża invokat l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li ma jippermettux li fiż-żmien stabbilit tipprovdi ittri ta’ garanzija u tipparteċipa fil-konsenji tat-tabakk.

Fil-ħames lok, ir-rikorrenti tenfasizza li huwa żbaljat li l-Kummissjoni kkunsidrat li t-trasferiment ta’ kuntratti ta’ kultivazzjoni ma kienx awtorizzat bir-Regolament (KEE) Nru 2075/92 u mir-Regolament (KE) Nru 2848/98.

Fis-sitt lok, ir-rikorrenti ssostni a) l-evalwazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 5 u 6(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 rigward l-approvazzjoni tat-tliet kumpanniji tal-ewwel trasformazzjoni ma kellhomx it-tagħmir tagħhom stess (kumpanniji mhux ammissibbli) u b) li l-Kummissjoni b’mod partikolari ma kkunsidratx id-data taċ-Ċentru tat-Trattament tat-Tabakk tal-Ġreċja Ċentrali, A.T.P.L.

Rigward il-kundizzjonalità, ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, in-nuqqas ta’ bażi legali valida għall-impożizzjoni ta’ korrezzjoni f’dan il-qasam.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni retroattiva ta’ dak li hemm fid-dokument AGRI 64043 tad-9 ta’ Ġunju 2006 għas-sena ta’ stħarriġ 2005 huwa inaċċettabbli.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-obbligu ta’ kooperazzjoni imposti mill-trattat, peress li l-sena 2005 kienet tikkorrispondi għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema l-ġdida, u li hija tkun direttament u b’mod sħiħ konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE, hekk li, abbażi wkoll tal-prinċipju ġenerali ta’ ekwità, ta’ korrezzjonijiet ta’ madwar 10 % fil-qasam il-ġdid tal-obbligazzjonijiet ma jkunux iġġustifikati.

Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti dwar is-sitt punti kollha mressqa mill-Unjoni Ewropea.

Fuq l-għeneb imqadded, ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, li l-korrezzjonijiet illegali u mhux iġġustifikati huma bbażati fuq żball ta’ fatt kif ukoll fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tad-dispożizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 3(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1621/1999 (4).

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tenfasizza li multiplikazzjoni b’ħamsa, minn 2 % għal 10 % tal-korrezzjoni applikat għall-għeneb imqadded bejn il-perijodu 2002-2003 u l-perijodu 2003-2004 u l-fatt li din il-korrezzjoni iktar minn irdoppjat u minn 10 saret 25 % bejn il-perijodi 2003-2004, 2004-2005 u l-perijodu 2005-2006 jirriżulta minn applikazzjoni żbaljata tal-linji gwida dwar evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. Din tikkostitwixxi wkoll ksur ċar tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u jeċċedi s-setgħat tal-Unjoni Ewropea.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li a) l-multiplikazzjoni b’ħamsa fil-korrezzjoni applikata għal għaneb imqadded ta’ Korintu, minn 5 % għall-perjodu 2004-2005 għal 25 % għall-perijodu 2005-2006 hija interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-linji gwida dwar il-korrezzjonijiet stabbiliti, ksur manifest tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u teċċedi s-setgħat tal-Unjoni Ewropea dwar l-impożizzjoni tal-korrezzjoni, u li b) l-attribuzzjoni tal-ammont ta’ 5 % għall-perijodu 2004-2005, perijodu li matulu l-ebda għajnuna ingħatat għall-ħbula raba fejn hemm il-vinjii ma laħqux il-qaligħ minimu hija arbitrarja u mhux ġustifikata.

Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti ssostni l-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti dwar l-allegati nuqqasijiet tar-reġistru tal-vinji, l-identifikazzjoni u l-kejl tal-ħbula raba tal-vinji.

Fil-ħames lok, ir-rikorrenti tenfasizza l-interpretazzjoni żbaljata tal-fatti rigward in-nuqqasijiet allegati ta’ rekwiżiti dwar il-ġestjoni u l-kontroll tal-miżura.

Fir-rigward tal-gżejjer tal-baħar Eġew, ir-rikorrent tallega, fl-ewwel lok, il-ksur tal-prinċipju ta’ res judicata, inkwantu, fid-deċiżjoni tagħha tas-27 ta’ Ottubru 2005 (Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-175/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat il-korrezzjoni finanzjarja imposta f’dan il-qasam għall-istess snin, u fin-nuqqas, il-ksur tal-Artikoli 264 u 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li kien hemm interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 (5) li jipprovdi li l-korrezzjonijiet huma imposti abbażi tar-regola ta’ 24 xahar, fin-nuqqas hemm ksur tal-forom sostanziali, fin-nuqqas hemm inkompetenza tal-Kummissjoni ratione temporis li timponi korrezzjoni fl-2010 ibbażati fuq l-ittra tagħha tas-17 ta’ Awwissu 2000, fin-nuqqas li l-impożizzjoni ta’ korrezzjonijiet fl-2010 minħabba nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll fl-1999, l-2000 u l-2001 tikser il-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ dewmien raġjonevoli u ta’ azzjoni f’waqtha tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-fatt li l-proċedura damet, mingħajr ġustifikazzjoni, ħafna iżżejjed.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-primjums tal-annimali, ir-rikorrenti tenfasizza, fl-ewwel lok, l-invalidità tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet minħabba l-fatt li l-Kummissjoni kient inkompetenti ratione temporis sabiex timponi korrezzjonijiet finanzjarji u, fit-tieni lok, l-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità rigward l-evalwazzjoni tar-riskju li jeżisti għall-fondi li minħabba dawn il-problemi inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal- 21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92, tat-30 ta' Ġunju 1992, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat

(3)  Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2848/98, tat-22 ta’ Diċembru 1998, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 dwar l-iskema ta’ premju, kwoti ta’ produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lil gruppi ta’ produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1621/1999, tat-22 ta’ Lulju 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb biex jipproduċi ċerti varjetajiet ta’ għeneb imqadded

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/20


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-2/11)

2011/C 89/42

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7555, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea, sa fejn tapplika korrezzjoni finanzjarja fil-Miżura POSEI fil-konfront tal-Portugall, għas-snin 2005, 2006 u 2007, ta’ ammont totali ta’ EUR 743 251,25.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi: ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 885/2006 (1); żball fl-interpretazzjoni tal-premessa 28 tar-Regolament Nru 43/2003 (2); ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 (3); ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ proporzjonalità.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 885/2006 sa fejn hija ma indikat ebda riżultati ta’ verifiki u ebda osservazzjonijiet li jikkonċernaw is-snin 2005 u 2006, biex b’hekk ipprekludiet lill-awtoritajiet Portugiżi milli juru li l-konklużjonijiet tagħha ma kinux eżatti fil-parti fejn isir referiment għal dawn is-snin jew milli tikkorreġi nuqqasijiet b’tali mod li tissodisfa r-regoli Komunitarji u, għaldaqstant ipprekludietha milli tibbenefika mill-garanzija proċedurali mogħtija lill-Istati Membri permezz ta’ din id-dispożizzjoni.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet interpretazzjoni żbaljata tal-premessa 28 tar-Regolament Nru 43/2003 sa fejn, minn naħa, ikkunsidrat li l-investigazzjoni magħmula mill-awtoritajiet Portugiżi kienet insuffiċjenti fid-dawl tar-regoli tal-Unjoni minħabba l-livell ta’ irregolaritajiet ivverifikati, mingħajr madankollu ma spjegat, fl-ebda mument, fhiex u għalfejn dawn l-investigazzjonijiet kellhom ikunu differenti jew iktar dettaljati, iżda, min-naħa l-oħra, b’kontradizzjoni, ikkunsidrat l-istess investigazzjoni suffiċjenti għall-kalkolu tal-korrezzjoni finanzjarja.

Barra minn hekk il-Kummissjoni kisret ukoll l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, li jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-infiq li għandu jiġi eskluż mill-finanzjament Komunitarju meta tikkonkludi li dan l-infiq ma sarx skont ir-regoli Komunitarji, billi eskludiet mill-finanzjament Komunitarju l-infiq magħmul mir-Repubblika Portugiża meta kkonkludiet, b’mod żbaljat, li dan l-infiq ma sarx skont l-istess regoli.

Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, sa fejn, fil-verifika tal-kontabbiltà FAEG (Garanzija), injorat kompletament id-direttivi stabbiliti tad-Dokument ta’ xogħol VI/5330/97 tat-23.12.1997, direttivi li stabilixxiet u imponiet hija stess b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega li, ukoll minħabba nuqqas ta’ osservanza tad-direttivi msemmija iktar ’il fuq, il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, hija kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tar-Repubblika Portugiża bl-stess mod li ħadet inkunsiderazzjoni sitwazzjonijiet ugwali oħra, b’mod partikolari billi applikat rata ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 %, skont dawn id-direttivi. Hija kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi, preċiżament minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn id-direttivi, il-Kummissjoni applikat rati ta’ korrezzjoni ħafna ogħla, jiġifieri, bejn 44,32 % u 90,48 %, mir-rata li kienet ġustifikata fid-dawl tad-dannu finanzjarju kkonċernat.

Ukoll f’din l-aħħar sekwenza ta’ motivi, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, li jgħid:“[i]l-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li jridu jiġu esklużi filwaqt li tqis b’mod partikolari il-livell misjub tan-nuqqas ta’ konformità. Il-Kummissjoni għandha tqis in-natura u l-gravità tal-kontravenzjoni u tat-telf finanzjarju sofrut mill-Komunità”.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal- 21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 43/2003, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 f’dak li jirrigwardja l-għajnuna għall-produzzjoni lokali ta’ prodotti minn uċuħ tar-raba fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/21


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2011 — Singapore Airlines u Singapore Airlines Cargo PTE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/11)

2011/C 89/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Singapore Airlines Ltd u Singapore Airlines Cargo PTE Ltd (rappreżentanti: J. Kallaugher, solicitor, J. P. Poitras, solicitor, J. R. Calzado u É. Barbier de la Serre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 fil-Każ COMP/39.258 — ġarr ta’ merkanzija bl-ajru;

flimkien jew sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

(1)

Permezz tal-ewwel motiv ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni tikser forom proċedurali sostanzjali, fosthom:

id-dritt għal qorti indipendenti u imparzjali

id-dritt għal ċertezza legali u prevedibbiltà tal-pieni; u

id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti peress illi Singapore Airlines Cargo PTE Ltd ma ngħatatx l-aċċess għar-risposti tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ippreżentati mill-impriżi l-oħra li lilhom kienet indirizzata d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u għall-materjal ieħor fil-pusses tal-Kummissjoni li serva ta’ bażi għad-deċiżjoni.

(2)

Permezz tat-tieni motiv ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni hija vvizjata bi sensiela ta’ żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE fir-rigward tan-natura u l-iskop tal-allegat “kartell”, peress illi:

id-deċiżjoni hija vvizjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata għaliex tonqos milli tispjega l-bażi tal-konstatazzjonijiet essenzjali tagħha u ma tiddefinixxix is-swieq rilevanti.

id-deċiżjoni hija vvizjata bi żbalji ta’ evalwazzjoni fir-rigward tan-natura u l-iskop tal-allegat “kartell”. B’mod partikolari, l-allegati kuntatti fid-deċiżjoni ma jikkostitwixxux netwerk dinji wieħed u l-konstatazzjoni ta’ “għan komuni” li jorbot dawn il-kuntatti ma hijiex sostnuta mill-provi;

il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddefinit l-elementi tal-allegat ksur kumpless;

il-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat l-allegat ksur kumpless marbut man-nuqqas ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq ħlasijiet addizzjonali u

il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta qieset l-allegati tliet “elementi” tal-ksur bħala ksur uniku.

(3)

Permezz tat-tielet motiv ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt meta applikat l-Artikolu 101 TFUE għal aġir marbut ma’ bejgħ f’ġurisdizzjonijiet barranin peress illi:

il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt meta applikat l-Artikolu 101 TFUE għal aġir li jaffettwa swieq barra mill-UE, u b’hekk kisret ir-regoli li jillimitaw il-ġurisdizzjoni tal-UE fuq dan l-aġir; u

il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta rrifjutat li tikkunsidra l-fatt li f’ġurisdizzjonijiet barranin li spiss jissemmew fid-deċiżjoni, id-deċiżjoni ma tirreflettix b’mod adegwat il-fatt li l-aġir ġie effettivament issorveljat u effettivament impost mill-aġenziji governattivi.

(4)

Permezz tar-raba’ motiv ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet numru ta’ żbalji meta imputat l-allegat ksur lil Singapore Airlines Cargo PTE Ltd peress illi:

il-Kummissjoni wettqet diversi żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta analizzat u qieset kuntatti qabel l-1 ta’ Mejju 2004, kuntatti dwar talbiet mill-operaturi għal ħlasijiet ta’ kummissjonijiet, kuntatti dwar il-ħlasijiet addizzjonali fuq is-sigurtà, kuntatti dwar il-ħlasijiet addizzjonali fuq il-fjuwil barra mill-UE u kuntatti dwar il-ħlasijiet addizzjonali fuq il-fjuwil fl-UE;

il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-użu tal-kuntatti ta’ alleanza WOW sabiex tistabbilixxi l-parteċipazzjoni ta’ Singapore Airlines Cargo PTE Ltd fl-allegat ksur; u

il-Kummissjoni ma stabbilixxitx li Singapore Airlines Cargo PTE Ltd kienet taf jew kellha tkun taf bl-allegat ksur jew bl-elementi li jikkostitwixxuh.

(5)

Permezz tal-ħames motiv ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha, abbażi tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li teżamina bir-reqqa u b’mod imparzjali l-elementi kollha tal-każ.

(6)

Permezz tas-sitt motiv ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni għandha diversi żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti peress illi:

il-Kummissjoni kisret il-Linji gwida dwar il-metodu tal-iffissar tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2), il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fl-ikkalkolar tal-valur tal-bejgħ jiġi kkalkolati, għaliex ma kkunsidratx

il-fatt li dħul mill-bejgħ tat-traffiku li jidħol ma jirrigwardax il-bejgħ fi ħdan iż-ŻEE

il-portata ġeografika limitata tal-aġir li fir-rigward tiegħu d-deċiżjoni tikkonstata ksur;

ir-rwol relattiv tar-rikorrenti; u

il-fatt li l-allegat koordinament kien jinvolvi biss ħlasijiet addizjonali.

il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra b’mod xieraq l-iskop u t-tul tal-allegata parteċipazzjoni ta’ Singapore Airlines Cargo PTE Ltd fil-ksur; u

in-nuqqas tad-deċiżjoni li tagħti tnaqqis għal parteċipazzjoni limitata lil Singapore Airlines Cargo PTE Ltd jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/22


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Fraas vs UASI (disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, iswed, beige, aħmar skur u aħmar ċar)

(Kawża T-50/11)

2011/C 89/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Novembru 2010, fil-Każ R 1316/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrapreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, iswed, beige, aħmar skur u aħmar ċar, għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 18, 24 u 25.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), inkwantu t-trade mark inkwistjoni għandha karattru distintiv, u ksur tal-Artikoli 75 u 76 tal-istess regolament, inkwantu l-Bord tal-Appell ma eżaminax id-diversi argumenti ta’ fatt u ta’ dritt tar-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/23


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2011 — SAS Cargo Group A/S et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-56/11)

2011/C 89/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SAS Cargo Group A/S (Kastrup, id-Danimarka), Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden (Stockholm, l-Isvezja), u SAS AB (Stockholm, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Kofmann, B. Creve, avukati, I. Forrester, QC, J. Killick u G. Forwood, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni, kompletament jew parzjalment,

tiddikjara li r-rikorrenti ma humiex responsabbli għall-ksur uniku, kontinwu u kumpless ta’ dimensjoni internazzjonali deskritt fid-deċiżjoni kkontestata u, jekk ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni sa fejn tikkunsidra lir-rikorrenti responsabbli,

barra minn hekk, jew sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż, u

tordna kull miżura oħra li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa fiċ-ċirkustanzi tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2010) 7694 finali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.258) — Ġarr tal-merkanzija bl-ajru li jikkonċerna l-koordinazzjoni ta’ ċerti elementi tal-prezz li għandhom jitħallsu għas-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija bl-ajru marbuta mas-surcharge tal-fjuwil, mas-surcharge tas-sigurtà kif ukoll mal-ħlas ta’ kummissjoni fuq is-surcharges lit-trasportaturi tal-merkanzija.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi:

(1)

L-ewwel motiv: id-deċiżjoni kkontestata tikser il-forom proċedurali sostanzjali, kif ukoll id-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba, id-drittijiet tagħhom ta’ difiża u l-prinċipju ġenerali ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, billi tiċħad lir-rikorrenti l-aċċess għall-provi rilevanti, kemm dawk li jakkużaw kif ukoll dawk li jiskaġunaw, li l-Kummissjoni rċiviet wara n-notifika tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, u madankollu l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, bbażat ruħha fuq il-provi li jakkużaw.

(2)

It-tieni motiv: ir-rikorrenti jinvokaw eċċezzjoni ta’ inkompetenza sa fejn id-deċiżjoni tapplika l-Artikoli 101 TFUE/53 ŻEE għas-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija bl-ajru ġewwa ż-ŻEE meta ġie applikat il-kriterju tal-effett meta dan ma huwiex rilevanti għall-applikazzjoni rationae loci tal-Artikoli 101 TFUE/53 ŻEE, u li hi tapplika, b’mod żbaljat, il-kriterju ta’ implementazzjoni fir-rigward ta’ bejgħ li sar barra miż-ŻEE.

(3)

It-tielet motiv: il-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-imġiba li fiha r-rikorrenti kienu involuti u wkoll fil-konklużjoni tagħha li din l-imġiba tagħti prova tal-parteċipazzjoni tagħhom fi ksur uniku u kontinwu ta’ dimensjoni internazzjonali jew l-għarfien tagħhom ta’ dan il-ksur; barra minn hekk, ċerti okkorrenzi ta’ mġiba invokati ma jikkostitwixxix ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni applikabbli.

(4)

Ir-raba’ motiv: ir-rikorrenti jsostnu li l-ammont tal-multa ma huwiex iġġustifikat u huwa sproporzjonat jekk wieħed jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti ma kinux involuti fi ksur uniku u kontinwu ta’ dimensjoni internazzjonali kif ukoll tal-elementi rilevanti (inklużi ċ-ċirkustanzi attenwanti) li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ kwalunkwe multa imposta fuq ir-rikorrenti.

(5)

Il-ħames motiv: ir-rikorrenti jsostnu li saru proċedimenti arbitrarji u selettivi fil-konfront tagħhom, filwaqt li fil-konfront ta’ 72 trasportatur ieħor li, skont id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, ipparteċipaw f’laqgħat jew f’diskussjonijiet allegatament illegali, ma nbdew ebda proċedimenti. Din tqajjem kwistjonijiet serji fid-dawl tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Is-sitt motiv: ir-rikorrenti jinvokaw ksur tad-dritt tagħhom ta’ smigħ minn qorti indipendenti u imparzjali kif stabbilit fl-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn id-deċiżjoni ttieħdet minn awtorità amministrattiva li għandha simultanjament is-setgħa li tinvestiga u dik li tissanzjona.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/23


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2011 minn Michael Nolin mis-sentenza mogħtija fl-1 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-82/09, Nolin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/11 P)

2011/C 89/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi,

li s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża F-82/09 (Michel Nolin vs Il-Kummissjoni), hija annullata;

u tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda,

tiddikjara u tiddeċiedi,

li d-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li tħassar il-punti ta’ mertu u ta’ prijorità kollha tal-appellant, wara l-promozzjoni tiegħu fil-grad AD 13 skont l-Artikolu 29(1)(a)(iii) tar-Regolamenti tal-Persunal hija annullata;

li l-Kummissjoni hija kkundanna għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravvji.

(1)

L-ewwel aggravvju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ legalità u ta’ ċertezza legali, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi billi ddeċieda li l-Kummissjoni setgħet, fin-nuqqas ta’ bażi legali, tibbaża d-deċiżjoni kkontestata fuq l-istruttura ġenerali tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni tal-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji ta’ liġi i) billi ddeċieda li d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni għandu kompetenza residwali li ma setgħetx tingħatalu legalment permezz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, skont l-Artikolu 2 tar- Regolamenti tal-Persunal u ii) u billi ddeċieda li l-uffiċjali promossi skont l-Artikoli 29 u 45 tar-Regolamenti tal-Persunal kienu jinsabu, wara l-ħatra jew wara l-promozzjoni tagħhom, fl-istess sitwazzjoni legali filwaqt li s-sitwazzjonijiet tagħhom ma humiex identiċi la fir-rigward tal-proċedura, la fir-rigward tal-funzjonijiet u lanqas fir-rigward tar-responsabbiltajiet.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/24


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2011 — ISOTIS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/11)

2011/C 89/47

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Koinonia tis Pliroforias Anoichti stis Eidikes Anagkes –ISOTIS (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li r-rikorrenti bl-ebda mod ma kisret l-artikoli II.16.2 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti FP6, II.7.3 (irregolarità finanzjarja gravi) u II.7.4 (dikjarazzjonijiet foloz) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti eTEN u II.10.3 (ksur tal-kuntratt u nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti CIP;

tikkonstata li l-Kummissjoni kisret il-kuntratti kontenzjużi meta kkontestat l-eliġibbiltà tal-ispejjeż tar-rikorrenti;

tikkonstata li l-ispejjeż li jammontaw għal EUR 932 362,44 li r-rikorrenti ssottomettiet lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratti ACCESS-eGOV, EU4ALL, eABILITIES, EMERGE, ENABLE, ASK-IT, NAVIGABILE, EURIDICE u T-SENIORITY huma eliġibbli u li r-rikorrenti ma għandhiex għalfejn tirrimborsa l-ammonti mogħtija mill-Kummissjoni;

tikkonstata li l-fatt li l-Kummissjoni damet biex ħallset l-aħħar pagamenti għall-finijiet tal-finanzjament tal-kuntratti EU4ALL, ASK-IT u ENABLE jikkostitwixxi nuqqas tat-twettiq tal-obbligi kuntrattwali tagħha;

tikkonstata li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 52 584,05 miżjuda bl-interessi li bdew jiddekorru minn meta ġie nnotifikat dan ir-rikors għall-ispejjeż li r-rikorrenti kellha tħallas fil-kuntest tal-kuntratt EU4ALL;

tikkonstata li l-Kummissjoni hija obbligata tagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 20 678,61 miżjuda bl-interessi li bdew jiddekorru minn meta ġie nnotifikat dan ir-rikors għall-ispejjeż li r-rikorrenti kellha tħallas fil-kuntest tal-kuntratt ASK-IT;

tikkonstata li l-Kummissjoni hija obbligata tagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 11 693,05 miżjuda bl-interessi li bdew jiddekorru minn meta ġie nnotifikat dan ir-rikors għall-ispejjeż li r-rikorrenti kellha tħallas fil-kuntest tal-kuntratt ENABLE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors preżenti, li huwa bbażat fuq, minn naħa, il-klawżoli ta’ arbitraġġ li jinsabu fil-kuntratti kontenzjużi u, min-naħa l-oħra, fuq il-liġi Belġjana, li jirreferu għaliha dawn il-kuntratti, ir-rikorrenti qed tippreżenta żewġ motivi.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-ispejjeż li hija ppreżentat lill-Kummissjoni kienu eliġibbli u li ma naqsietx mill-obbligi kuntrattwali tagħha. B’mod partikolari r-rikorrenti tafferma li l-kritika tal-Kummissjoni fil-konfront tagħha wara verifika finanzjarja dwar il-programmi ACCESS-eGOV, EU4ALL, eABILITIES, EMERGE, ENABLE, ASK-IT, NAVIGABLE, EURADICE u T-SENIORITY, kritika li tikkonċerna l-ġestjoni finanzjarja u l-eliġibbiltà tal-ispejjeż tagħha, hija totalment infondata. Għalhekk, ir-rikorrenti ma naqset bl-ebda mod milli tosserva l-obbligi kuntrattwali tagħha u t-totalità ta’ dawn l-ispejjeż għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala eliġibbli.

Fit-tieni lok, billi tikkontesta l-eliġibbiltà tal-ispejjeż u billi tikkawża dewmien fil-ħlas ta’ xi wħud minnhom, il-Kummissjoni tonqos mill-obbligi kuntrattwali tagħha. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li, billi tikkontesta l-eliġibbiltà tal-ispejjeż, il-Kummissjoni tadotta mġieba antikuntrattwali, li tmur kontra l-bona fide u tikkostitwixxi abbuż ta’ dritt, għaliex il-konklużjonijiet li rriżultaw mill-verifika finanzjarja kienu kompletament infondati, impreċiżi u ġenerali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tafferma li d-dewmien ikkawżati mill-Kummissjoni fl-aħħar pagamenti li kienu ddestinati għall-finanzjament tal-kuntratti EU4ALL, ASK-IT u ENABLE jikkostitiwixxi nuqqas tat-twettiq tal-obbligi kuntrattwali tagħha u r-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Kummissjoni hija obbligata twettaq dawn il-pagamenti.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/25


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2011 — Vermop Salmon vs UASI — Leifheit (Clean Twist)

(Kawża T-61/11)

2011/C 89/48

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken, O. Sude u M. Ring, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2010, fil-Każ R 671/2010-1;

tannulla t-trade mark Komunitarja Nru 4892642 “Clean Twist”;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ibati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti;

fil-każ li Leifheit AG tipparteċipa fil-proċedura bħala intervenjenti, tikkundannaha tbati l-ispejjeż tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Clean Twist” għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 21

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Leifheit AG

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade marks verbali preċedenti “TWIX” u “TWIXTER” għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 9, 12, 21, 22 u 25; ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 53(1)(a) tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, inkwantu hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/25


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2011 — Run2Day Franchise vs UASI — Runners Point (Run2)

(Kawża T-64/11)

2011/C 89/49

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Run2Day Franchise (Utrecht, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: H.J. Koenraad, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Runners Point Warenhandels GmbH (Recklinghausen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru fil-Każ R 349/2010-1;

tordna lill-konvenut, u, jekk ikun applikabbli, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, biex ibatu l-ispejjeż tal-proċeduri;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appelll

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Run2”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6517502

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir- reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3800448 tat-trade mark verbali “RUN2DAY”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 35; ir-reġistrazzjni tat-trade mark Komunitarja Nru 3832458 tat-trade mark figurattiva fil-kuluri “RUN2DAY”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 35; ir-reġistrazzjoni fil-Benelux tat-trade mark Nru 811897 tat-trade mark figurattiva bil-kulur “RUN2DAY”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li ma kienx hemm il-probabbiltà ta’ konfużjoni.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/26


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2011 — Present Service Ullrich vs UASI — Punt-Nou (babilu)

(Kawża T-66/11)

2011/C 89/50

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Present Service Ullrich Verwaltungs-GmbH (Erlangen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Graf von Kalckreuth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Punt-Nou, SL (Ontynient, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta’ Novembru 2010 fil-Każ R 773/2010-2;

tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikant għat-trade mark “babilu” u tiddikjara li t-trade mark “babilu” għandha tiġi rreġistrata għall-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Present Service ullrich Verwaltungs-GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “babilu”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiniet 16, 18, 35, 36, 38 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7205305

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Punt-Nou, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 3363645 għat-trade mark verbali “BABIDU”, għal, fost oħrajn, is-servizzi fil-klassi 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa kompletament

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks minn naħa tal-pubbliku rilevanti.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/26


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Truvo Belgium vs UASI — AOL (Truvo)

(Kawża T-69/11)

2011/C 89/51

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Truvo Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentant: O. F. A. W. van Haperen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AOL LLC (Dulles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Ottubru 2010 fil-Każ R 956/2009-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur “Truvo” għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6288484

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade Komunitarja rreġistrata bin-Nru 4756169 tat-trade mark figurattiva “TRUVEO” għal servizzi fil-klassi 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark miċħuda għall-klassi 38 kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, kif ukoll ma għandhiex motivazzjoni adegwata peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball (i) fil-paragun tas-servizzi, (ii) fil-paragun tas-sinjali, (iii) fl-evalwazzjoni tiegħu tal-pubbliku rilevanti u (iv) fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/27


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2011 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/11)

2011/C 89/52

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2010, tat-8 ta’ Novembru 2010, dwar it-tnaqqis ta’ ċerti kwoti tas-sajd għall-2010 minħabba sajd żejjed tal-ħut fis-sena ta’ qabel (ĠU L 291, p. 31) u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi:

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ bażi legali minħabba li l-bażi legali tal-att ikkontestat huwa l-Artikolu 105 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, tal-20 ta’ Novembru 2009 (1), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010, filwaqt li l-ksur li għalih japplikaw is-sanzjonijiet inkwistjoni kien twettaq matul l-2009.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ legalità u ta’ ċertezza legali, peress li saret implementazzjoni ta’ sistema ta’ sanzjonijiet li ma kinitx fis-seħħ fiż-żmien meta twettaq il-ksur.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet punittivi inqas favorevoli, sa fejn sistema inqas favorevoli hija applikata għal ksur imwettaq fl-2009.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-impossibbiltà li l-Kummissjoni titħalla tiddetermina l-liġi applikabbli skont il-mument li hija tagħżel sabiex tibda teżamina aġir.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343. p.1)


19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2011 — Sumitomo Chemical Agro Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-416/06) (1)

2011/C 89/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/28


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Frar 2011 — Chiavegato vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/10) (1)

2011/C 89/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża, wara ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 260, 25.09.10, p. 28