ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.046.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 46

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
12 ta' Frar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 046/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 38, 5.2.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 046/02

Kawża C-504/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fil-21 ta’ Ottubru 2010 — Tanoarch s.r.o. vs Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky

2

2011/C 046/03

Kawża C-539/10 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 minn Stichting Al-Aqsa kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-348/07 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

2

2011/C 046/04

Kawża C-543/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-22 ta’ Novembru 2010 — Refcomp SpA vs Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

3

2011/C 046/05

Kawża C-550/10 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-348/07 — Stichting Al-Aqsa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

3

2011/C 046/06

Kawża C-551/10 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2010 minn Éditions Odile Jacob SAS mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-279/04, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

4

2011/C 046/07

Kawża C-553/10 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-452/04, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni Ewropea

5

2011/C 046/08

Kawża C-554/10 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 minn Lagardère SCA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-452/04, Editions Jacob vs Il-Kummissjoni Ewropea

5

2011/C 046/09

Kawża C-558/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Chartres (Franza) fid-29 ta’ Novembru 2010 — Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Bourges-Maunoury (née Heintz) vs Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

6

2011/C 046/10

Kawża C-569/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

6

2011/C 046/11

Kawża C-571/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano (l-Italja) fis-7 ta’ Diċembru 2010 — Kamberaj Servet vs Istituto per l’Edilizia Sociale della Provincia Autonoma di Bolzano (IPES), Giunta della Provincia Autonoma di Bolzano, Provincia Autonoma di Bolzano

7

2011/C 046/12

Kawża C-573/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Timișoara (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Diċembru 2010 — Sergiu Alexandru Micșa vs Administrația Finanțelor Publice Lugoj, Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș, Administrația Fondului pentru Mediu

8

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 046/13

Kawża T-286/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta Diċembru 2010 — Fidelio vs UASI (Hallux) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Hallux — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

9

2011/C 046/14

Kawża T-336/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

9

2011/C 046/15

Kawża T-337/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta’ ċerva taċ-ċikkulata) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ ċerva taċ-ċikkulata — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

9

2011/C 046/16

Kawżi magħquda T-345/08 u T-357/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Rubinstein u L’Oréal vs UASI — Allergan (BOTOLIST u BOTOCYL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji verbali BOTOLIST u BOTOCYL — Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti BOTOX — Raġuni relattiva għal rifjut — Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009))

10

2011/C 046/17

Kawża T-346/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta’ qanpiena b’żigarella ħamra) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ qanpiena b’żigarella ħamra — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

10

2011/C 046/18

Kawża T-395/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta’ fenek taċ-ċikkulata) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ fenek taċ-ċikkulata — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009))

10

2011/C 046/19

Kawża T-13/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Storck vs UASI (Forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Drittijiet tad-difiża)

11

2011/C 046/20

Kawża T-161/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Ilink Kommunikationssysteme vs UASI (ilink) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ilink — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

11

2011/C 046/21

Kawża T-192/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Amen Corner vs UASI — Comercio Electrónico Ojal (SEVE TROPHY) (Trade mark Kommunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Aapplikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SEVE TROPHY — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Seve Ballesteros Trophy u SEVE TROPHY — Ragunijiet relattivi għal rifjut — Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Nuqqas ta’ arrikiment indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti u nuqqas ta’ ħsara kkawżat lilhom — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

11

2011/C 046/22

Kawża T-281/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer vs UASI (CHROMA) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHROMA — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

12

2011/C 046/23

Kawża T-363/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Longevity Health Products vs UASI — Gruppo Lepetit (RESVEROL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

12

2011/C 046/24

Kawża T-497/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KOMPRESOR PLUS — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

12

2011/C 046/25

Kawża T-513/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Baena Grupo vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (figura bilqiegħda) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta figura bilqiegħda — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti — Raġuni għal invalidità — Karattru individwali — Impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

13

2011/C 046/26

Kawża T-73/10 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Apostolov vs Il Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni — Ċaħda tal-kandidatura — Terminu għall-preżentata ta’ appell — Dewmien — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

13

2011/C 046/27

Kawża T-549/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Natura Selection vs UASI — Afoi Anezoulaki (natur)

13

2011/C 046/28

Kawża T-562/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping vs Il-Kunsill

14

2011/C 046/29

Kawża T-569/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Bimbo vs UASI — Panrico (BIMBO DOUGHNUTS)

15

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 046/30

Kawża F-29/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Diċembru 2010 — Lorenzo vs Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

16

2011/C 046/31

Kawża F-35/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Adriaansen vs Il-Bank Ewropew għall-Investiment

16

2011/C 046/32

Kawża F-52/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Merhzaoui vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej

16

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/1


2011/C 46/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 38, 5.2.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 30, 29.1.2011

ĠU C 13, 15.1.2011

ĠU C 346, 18.12.2010

ĠU C 328, 4.12.2010

ĠU C 317, 20.11.2010

ĠU C 301, 6.11.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fil-21 ta’ Ottubru 2010 — Tanoarch s.r.o. vs Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky

(Kawża C-504/10)

2011/C 46/02

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tanoarch s.r.o.

Konvenut: Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjoni li tippermetti lill-persuna taxxabbli li tnaqqas, mit-taxxa dovuta, it-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi li hija tuża għall-ħtiġijiet tal-impriża tagħha bħala persuna taxxabbli hija konformi mal-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima jekk it-taxxa hija imposta fuqha minn persuna taxxabbli oħra, għal oġġetti u għal servizzi li huma, jew għandhom jiġu, ipprovduti lill-persuna taxxabbli, u jekk ir-rikorrenti, bħala koapplikant fir-rigward tal-invenzjoni li għadha ma ngħatatx privattiva, għandha diġà d-dritt ex lege li tuża b’mod indipendenti l-invenzjoni li hija s-suġġett tal-privattiva fil-globalità tagħha?

(2)

Is-Sitt Direttiva tista’ tiġi interpretata fis-sens li d-dritt diġà eżistenti tal-persuna taxxabbli, stabbilit bil-liġi, għal użu awtonomu tal-privattiva jirriżulta f’impossibbiltà legali li jintuża s-servizz għall-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi bħala persuna taxxabbli u li, b’dan il-mod, is-servizz akkwistat ġie legalment eżawrit?

(3)

Il-fatt li, f’din il-kawża, l-invenzjoni għadha ma ġietx irreġistrata bħala privattiva u li partijiet minnha biss huma ttrasferiti għandu wkoll effett fuq l-abbuż tad-dritt tal-persuna taxxabli li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa skont tas-sentenza tal-21 ta’ Frar 2002, Halifax, mogħtija fil-Kawża C-255/02?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/2


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 minn Stichting Al-Aqsa kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-348/07 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-539/10 P)

2011/C 46/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Stichting Al-Aqsa (rappreżentanti: A.M. van Eik u M.J.G. Uiterwaal, avukati)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Europea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-348/07, sa fejn aggravji u argumenti huma mressqa, f’isem l-appellanti, kontra l-motivi ta’ din is-sentenza u, permezz ta’ deċiżjoni ġdida, tilqa’ t-talbiet magħmula mill-appellanti fl-ewwel istanza, flimkien mal-korrezzjoni tal-bażi li fuqha tistrieħ is-sentenza appellata;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Il-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Settembru 2010 (fil-Kawża T-348/07) ikkunsidrat li peress li s-Sanctieregeling [Sanctieregeling terrorisme 2003], li kienet tikkostitwixxi l-bażi tal-inklużjoni tal-appellanti fil-lista, kienet ġiet imħassra, sentenza tal-Imħallef għal miżuri provviżorji lanqas ma kienet tipprovdi bażi suffiċjenti sabiex iż-żamma tal-appellanti fil-lista tibqa’ ġġustifikata. L-appellanti (iktar ’il quddiem ukoll “Al-Aqsa”) taqbel ma’ dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali.

(2)

Madankollu, ċerti punti mill-motivi tas-sentenza jiddikjaraw uħud mill-motivi tar-rikors ta’ Al-Aqsa bħala infondati. Il-Qorti Ġenerali għalhekk qieset li s-Sanctieregeling, flimkien mas-sentenza tal-Imħallef għal miżuri provviżorji, tista’ tiġi kkunsidrata bħala deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali kompetenti, li tissodisfa d-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 1(4) tal-PK [Pożizzjoni Komuni 2001/931]. Il-Qorti Ġenerali sussegwentement ikkunsidrat li, fir-rigward ta’ Al-Aqsa, element ta’ “[għarfien]” jista’ jiġi stabbilit fis-sens tal-Artikolu 1(3) tal-PK u kif meħtieġ mill-Artikolu 1(4) tar-Regolament Nru 2580/2001 (1).

(3)

L-appellanti ma tistax taqbel ma’ dawn il-kunsiderazzjonijiet u tikkontesthom fl-appell tagħha. Qabel ma tiżviluppa l-aggravji tagħha, hija tibda bil-kwistjoni tal-ammissibbiltà tal-appell.

(4)

L-aggravji li l-appellanti tinvoka jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali eċċediet il-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha meta stabbilixxiet hija stess liema prova għandha tiġi kkunsidrata bħala deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 1(4) tal-PK (aggravju 1).

(5)

Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li s- Sanctieregeling, indipendentement minn jekk mhux flimkien mas-sentenza tal-Imħallef għal miżuri provviżorji jew le, tista’ tiġi kkunsidrata bħala deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 1(4) tal-PK (aggravju 2).

(6)

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali eċċediet il-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħha billi interpretat hija stess is-sentenza u, tal-inqas, wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-interpretazzjoni tas-sentenza (aggravju 3).

(7)

Al-Aqsa titlob li r-rikors promotur tagħha jiġi ddikjarat fondat u li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiġu annullati, bil-korrezzjoni tal-motivi li fuqhom hija bbażata s-sentenza appellata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207).


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-22 ta’ Novembru 2010 — Refcomp SpA vs Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

(Kawża C-543/10)

2011/C 46/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Refcomp SpA

Konvenuti: Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

Domandi preliminari

(1)

Klawżola ta’ ġurisdizzjoni, li ssir f’sensiela Komunitarja ta’ kuntratti, bejn manifattur ta’ oġġett u xerrej skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 (1), għandha effett fir-rigward tas-subakkwirent u, jekk dan ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet?

(2)

Il-klawżola ta’ ġurisdizzjoni għandha effett fir-rigward tas-subakkwirent u tal-assiguraturi surrogati tiegħu anki meta l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 ma japplikax għall-azzjoni tas-subakkwirent kontra l-manifattur, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza tagħha Handte tas-17 ta’ Ġunju 1992 (2)?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

(2)  Sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1992, Handte, C-26/91, Ġabra 1992, p. I-03967.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-348/07 — Stichting Al-Aqsa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-550/10 P)

2011/C 46/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u M. Noort, aġenti)

Appellati: Stichting Al-Aqsa, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza appellata fil-Kawża T-348/07 u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 1(4) u (6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 (1) meta ddeċidiet li d-digriet tal-qorti li kkunsidrat l-applikazzjoni għal miżuri provviżorji ma setax, wara t-tħassir tas-Sanctieregeling terrorisme 2003 (deċiżjoni ta’ sanzjonijiet fil-qasam tat-terroriżmu), jibqa’ jservi bħala bażi sabiex Al-Aqsa tiġi inkluża fil-lista tal-UE tal-iffriżar tal-assi.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas 27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207)


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/4


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2010 minn Éditions Odile Jacob SAS mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-279/04, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-551/10 P)

2011/C 46/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys, M. Potel-Saville u L. Eskenazi, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża T-452/04, Editions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni, u b’hekk tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Odile Jacob, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi minn Odile Jacob fl-ewwel istanza, kif ukoll dawk inkorsi minnha fil-kuntest ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Editions Odile Jacob tqajjem żball fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ konċentrazzjoni fis-sens tar-Regolament 4064/89 (1) u żball ta’ kwalifika ġuridika ta’ holding operation, bi ksur tal-kriterji rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ kontroll taħt l-Artikolu 3(3) tar-Regolament 4064/89. L-ewwel nett, billi iżolat il-holding operation, li permezz tagħha Natexis Banques Populaires (NBP) saret akkwirent temporanju ta’ Vivendi Universal Publishing, mill-arranġament legali li wassal għall-ikkontrollar ta’ VUP minn Lagardère, il-Qorti Ġenerali injorat l-għan ġenerali tal-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet, intiż sabiex tiġi identifikata r-realtà ekonomika li fuqha huma bbażati numru ta’ tranżazzjonijiet legali. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali ma ħolqitx biss eċċezzjoni ġdida għar-Regolament 4064/89, li tippermetti li holding operations, indipendentement mill-kumpannija responsabbli li tipprovdi l-assi li għandhom jiġu ċeduti, jaħarbu mill-kontroll tal-konċentrazzjonijiet, iżda neħħiet ukoll kull effett utli mill-Artikolu 3(5)(a) ta’ dan ir-regolament.

It-tieni nett, billi neħħiet l-kwalifika ta’ holding operation skont l-Artikolu 3(5)(a) tar-Regolament 4064/89, il-Qorti Ġenerali, f’kull każ, wettqet applikazzjoni żbaljata u parzjali tal-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament, limitata biss għal qari tal-elementi kuntrattwali li strutturaw it-tranżazzjoni ikkontestata.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tindika żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali ma nislitx il-konsegwenzi ġuridiċi tal-ksur imwettaq mill-Kummissjoni. Billi żgurat li dan il-ksur tar-Regolament 4064/89 ikun eżenti minn kull stħarriġ, b’mod partikolari l-ksur tal-obbligu ta’ sospensjoni, in-nuqqas ta’ notifika li tiġġustifika l-kompetenza tal-Kummissjoni u l-frodi permezz tas-sostituzzjoni apparenti ta’ xerrej, il-Qorti Ġenerali aċċettat frodi tal-liġi, li hija simili għal abbuż ta’ poter mill-Kummissjoni.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, Editions Odile Jacob tinvoka żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali billi naqset milli tissanzjona permezz ta’ annullament ksur tal-forom proċedurali sostanzjali li jivvizzja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Dan l-aggravju jirrigwarda b’mod partikolari n-nuqqas ta’ motivazzjoni dwar il-kwalifika tat-tranżazzjoni kkontestata u l-applikabbiltà tal-Artikolu 3(5)(a) tar-Regolament 4064/89 għal parti minn din it-tranżazzjoni u tindika ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi.

Permezz tar-raba’ u l-aħħar aggravju tagħha, l-appellanti tindika żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li għamlet il-Qorti Ġenerali bi ksur tal-kriterji ġuridiċi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħolqien jew tat-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti u tan-natura adegwata tal-impenji fir-rigward tal-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 31).


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/5


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-452/04, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-553/10 P)

2011/C 46/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, O. Beynet u S. Noë, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Éditions Odile Jacob SAS, Wendel Investissement SA, Lagardère SCA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Settembru 2010, Editions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni (T-452/04), sa fejn hija tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2004) 203365, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirent tal-assi ċeduti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) (1);

tiddeċiedi b’mod definittiv, jekk dan ikun il-każ, dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiċħad ir-rikors għal annullament, u

tikkundanna lir-rikorrenti [Éditions Jacob] għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli teżamina l-konsegwenzi tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju fir-rigward ta’ Editis dwar il-missjoni tagħha fir-rigward ta’ Wendel. Skont l-appellanti, fil-fatt, in-nuqqas ta’ indipendenza ta’ persuna responsabbli għall-evalwazzjoni ta’ kandidat għandha effett legali biss jekk jiġi stabbilit li din il-persuna ħadet inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha interessi oħra għajr l-eżerċizzju tajjeb tal-missjoni tagħha.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat il-fatti billi kkonkludiet li ir-rapport tal-mandatarju kellu influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li fir-realtà, anki jekk il-Kummissjoni għandha tieħu dan inkunsiderazzjoni, hija ma hijiex marbuta bl-opinjoni tal-mandatarju u hija meħtieġa li tibqa’ tmexxi l-investigazzjoni neċessarja sabiex tivverifika li x-xerrej jissodisfa l-kriterji ta’ approvazzjoni.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, li jinkludi żewġ partijiet, il-Kummissjoni tallega, minn naħa, interpretazzjoni żbaljata tal-liġi fir-rigward tal-effikaċja tal-ewwel motiv imqajjem mir-rikorrenti dwar il-validità tad-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU L 125, p. 54.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/5


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 minn Lagardère SCA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-452/04, Editions Jacob vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-554/10 P)

2011/C 46/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati)

Partijiet l-oħra fil-kawża: Éditions Odile Jacob SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Wendel Investissement SA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża T-452/04, sa fejn din annullat d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirent tal-assi ċeduti fil-kuntest tal-proċedura għall-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet Nru COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP;

tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Odile Jacob quddiem il-Qorti Ġenerali kontra din id-deċiżjoni;

tikkundanna lil Odile Jacob għall-ispejjeż kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Lagardère tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi invokat bħala eċċezzjoni l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarju sabiex tibbaża l-annullament tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, li jinkludi erba’ partijiet, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-preżenza tar-rappreżentant tal-mandatarju fl-amministrazzjoni ta’ Editis bħala terz indipendenti tista’ tiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni. Dan jirriżulta mill-iżnaturament ta’ ċerti fatti, min-nuqqas ta’ motivazzjoni manifesta u minn varji żbalji ta’ liġi: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ indipendenza (l-ewwel parti); il-Qorti Ġenerali ma werietx fil-motivazzjoni tagħha kif ir-rabtiet eżistenti bejn ir-rappreżentant tal-mandatarju u Editis setgħu vvizzjaw il-kontenut tar-rapport ippreżentat mill-mandatarju lill-Kummissjoni (it-tieni parti); il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u vvizzjat is-sentenza appellata b’nuqqas ta’ motivazzjoni manifesta meta kkunsidrat li r-rapport tal-mandatarju kellu “influwenza deċiżiva” fuq id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni (it-tielet parti) u, fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li tannulla d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, mingħajr ma weriet kif din kellha kontenut differenti fin-nuqqas tal-irregolaritajiet allegati (ir-raba’ parti).


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Chartres (Franza) fid-29 ta’ Novembru 2010 — Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Bourges-Maunoury (née Heintz) vs Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

(Kawża C-558/10)

2011/C 46/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Chartres

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Bourges-Maunoury (née Heintz)

Konvenuta: Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

Domanda preliminari

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Kapitolu V tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej (1), jipprekludi li d-dħul kollu ta’ persuna taxxabbli, inkluż dħul Komunitarju, jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont massimu tat-taxxa solidali fuq il-ġid?


(1)  ĠU L 152, p. 13, li sar l-Artikolu 12 tal-Kapitolu V tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 266).


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/6


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-569/10)

2011/C 46/10

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: K. Herrmann, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma ħaditx il-miżuri necessari sabiex tiżgura li l-aċċess għal attività ta’ prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi ma jkunx diskriminatorju fil-konfront tal-entitajiet interessati u li l-awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ tali attività jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet interessati kollha jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet u fuq il-bażi ta’ kriterji ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel il-bidu tal-perijodu tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ir-Repubblika Pollakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(2), 3(1) u 5, punti 1 u 2 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/22/KE, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tressaq tliet motivi insostenn tan-nuqqas tar-Repubblika tal-Polonja li twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 94/22/KE.

Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li r-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi Pollakka fuq l-attivitajiet ġeoloġiċi u estrattivi (Prawo geologiczne i górnicze) u mir-regolament ta’ applikazzjoni relattiv, li l-entità interessata għandha tissodisfa għall-finijiet tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, huma tali li jqiegħdu lill-entitajiet li diġà joperaw fis-suq Pollakk f’sitwazzjoni favorevoli fil-konfront ta’ entitajiet oħra, u dan b’mod kuntrarju għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fl-aċċess għal dawn l-attivitajiet.

Fit-tieni lok, il-liġi Pollakka ma tissuġġettax il-proċedura kollha tal-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi għall-proċedura prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE. Il-liġi Pollakka tissuġġetta l-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi għall-ksib tad-dritt ta’ xogħol f’minjieri jew ta’ konċessjoni. Huwa biss il-ksib tad-dritt ta’ xogħol f’minjieri li huwa ppreċedut, bħala regola ġenerali, minn proċedura tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni, u dan mingħajr ħsara, madankollu, għad-dritt ta’ prijorità għal sentejn favur l-entità li tkun identifikat u ddokumentat l-operazzjoni ta’ tħaffir u li tkun ippreparat id-dokumentazzjoni ġeoloġika bil-preċiżjoni meħtieġa għall-ksib tal-konċessjoni ta’ tħaffir f’minjieri.

Fit-tielet lok, skont il-Kummissjoni, l-evalwazzjoni tal-offerti ppreżentati sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi ma ssirx biss fuq il-bażi tal-kriterji tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22/KE. Barra minn hekk, mhux il-kriterji kollha ta’ evalwazzjoni tal-offerti huma ġeneralment disponibbli jew ippubblikati fil-Ġurnal Ufficiali tal-UE.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 262.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano (l-Italja) fis-7 ta’ Diċembru 2010 — Kamberaj Servet vs Istituto per l’Edilizia Sociale della Provincia Autonoma di Bolzano (IPES), Giunta della Provincia Autonoma di Bolzano, Provincia Autonoma di Bolzano

(Kawża C-571/10)

2011/C 46/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kamberaj Servet

Konvenuti: Istituto per l’Edilizia Sociale della Provincia Autonoma di Bolzano (IPES), Giunta della Provincia Autonoma di Bolzano, Provincia Autonoma di Bolzano

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ supremazija (principe de primauté) tad-dritt tal-Unjoni jimponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li tapplika b’mod sħiħ u immedjat ir-regoli tal-Unjoni li jkollhom effett dirett, u li ma tapplikax regoli interni li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni anki jekk dawn ikunu ġew adottati biex japplikaw prinċipji fundamentali tal-ordinament kostituzzjonali tal-Istat Membru?

(2)

F’każ ta’ kunflitt bejn regola interna u l-KEDB ir-riferiment tal-Artikolu 6 TUE għall-KEDB, jimponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li tagħti applikazzjoni diretta lill-Artikolu 14 u lill-Artikolu 1 tal-Protokoll addizzjonali Nru 12, u li ma tapplikax ir-regola interna inkompatibbli, mingħajr, qabel dan, ma jkollha tqajjem kwistjonijiet ta’ kostituzzjonalità quddiem il-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali?

(3)

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 6 TUE, l-Artikoli 21 u 34 tal-Karta u d-Direttivi 2000/43/KE u 2003/109/KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (rectius: provinċjali) bħal dik li tinsab fid-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 15(3) tad-d.p.r. Nru 670/1972, tal-Artikoli 1 u 5 tal-1. p. Nru 13 tal-1998 kif ukoll fid-Deliberazione della Giunta provinciale (Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Provinċja) Nru 1865 tal-20.07.2009, fil-parti fejn għall-benefiċċji kkunsidrati u b’mod partikolari għall-hekk imsejjaħ “sussidio casa” (sussidju għad-dar) tagħti importanza liċ-ċittadinanza u tagħti lill-ħaddiema residenti li ilhom residenti għal żmien tmien u li ma jappartjenux għall-Unjoni jiġifieri lill-persuni mingħajr ċittadinanza trattament agħar miċ-ċittadini residenti Komunitarji (Taljani u mhux Taljani)?

F’każ li d-domandi preċedenti jingħataw risposta affermattiva:

(4)

F’każ ta’ ksur tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni bħall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u l-ħtieġa ta’ ċertezza legali, meta teżisti leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ implementazzjoni li tippermetti lill-qorti “tordna t-twaqqif tal-aġir li jikkawża preġudizzju u tadotta kull provvediment ieħor xieraq, skont iċ-ċirkustanzi u l-effetti tad-diskriminazzjoni” u li timponi li “jiġi ordnat it-twaqqif tal-aġir, tal-imġiba jew tal-att diskriminatorju, fejn ikunu għadhom jeżistu, kif ukoll it-tneħħija tal-effetti” u tawtorizza li jiġi ordnat “sabiex ma jiġux ripetuti, fiż-żmien stabbilit fil-provvediment, pjan ta’ tneħħija tad-diskriminazzjonijiet aċċertati”, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/43/KE, fil-parti fejn jipprovdi li s-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi, fost id-diskriminazzjonijiet aċċertati u l-effetti li għandhom jitneħħew, anki sabiex jiġu evitati diskriminazzjonijiet mhux iġġustifikati bil-maqlub, il-vjolazzjonijiet kollha li jsiru fil-konfront tad-destinatarji tad-diskriminazzjonijiet, anki jekk ma humiex parti mill-kawża?

F’każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta affermattiva:

(5)

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 6 TUE, l-Artikoli 21 u 34 tal-Karta u d-Direttivi 2000/43/KE u 2003/109/KE, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (rectius: provinċjali) li teżiġi biss miċ-ċittadini mhux Komunitarji u mhux anki miċ-ċittadini Komunitarji (Taljani u mhux Taljani), li huma ttrattati bl-istess mod biss għal dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ residenza fit-territroju tal-provinċja ta’ iktar minn 5 snin, li jissodisfaw ir-rekwiżit addizzjonali ta’ tliet snin ta’ attività ta’ xogħol sabiex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju tas-sussidju għad-dar?

(6)

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 6 TUE u l-Artikoli 18, 45, 49 TFUE flimkien mal-Artikoli 1, 21, 34 tal-Karta, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (rectius: provinċjali) li timponi fuq iċ-ċittadini Komunitarji (Taljani u mhux Taljani) l-obbligu li jiddikjaraw li jappartjenu għal jew jiddikjaraw li jaggregraw ruħhom ma’ wieħed mit-tliet gruppi lingwistici preżenti fl-Alto Adige/Südtirol sabiex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju tas-sussidju għad-dar?

(7)

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 6 TUE u l-Artikoli 18, 45, 49 TFUE flimkien mal-Artikoli 21 u 34 tal-Karta, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (rectius: provinċjali) li timponi fuq iċ-ċittadini Komunitarji (Taljani u mhux Taljani) l-obbligu li jkunu ilhom residenti jew jaħdmu fit-territorju tal-provinċja għal għall-inqas 5 snin sabiex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju tas-sussidju għad-dar?


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Timișoara (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Diċembru 2010 — Sergiu Alexandru Micșa vs Administrația Finanțelor Publice Lugoj, Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-573/10)

2011/C 46/12

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Timișoara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sergiu Alexandru Micșa

Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice Lugoj, Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș, Administrația Fondului pentru Mediu.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq it-tniġġis, f’każ tal-ewwel reġistrazzjoni, fit-territorju nazzjonali, ta’ vetturi li għandhom ċerti karatteristiċi tekniċi stabbiliti b’mod preċiż, filwaqt li vetturi oħra huma suġġetti, skont il-liġi nazzjonali, għall-ħlas tat-taxxa?

(2)

Fil-każ fejn l-Artikolu 110 TFUE jipprekludi l-eżenzjoni, imsemmija fl-ewwel domanda, f’ċirkustanzi speċifiċi biss, jikkostitwixxi tali ċirkustanza l-fatt li t-totalità jew il-parti l-kbira jew sinjifikattiva tal-vetturi prodotti fit-territorju nazzjonali jkollhom karatteristiċi tekniċi li fuqhom hemm eżenzjoni (għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li tali karatteristiċi jinsabu wkoll fil-vetturi prodotti fi Stati Membri oħra tal-UE u anki għal dawn hija prevista l-eżenzjoni)?

(3)

Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta affermattiva għat-tieni domanda, liema huma l-karatteristiċi li għandu jkollu prodott sabiex jagħmluh simili, fis-sens tal-Artikolu 110 TFUE, għal vettura li, b’mod kumulattiv, għandha l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

hija ġdida (jiġifieri ma ġietx mibjugħa qabel b’għan differenti minn dak tal-bejgħ mill-ġdid jew il-kunsinna tagħha u li għaldaqstant qatt ma ġiet irreġistrata) jew użata u li ġiet irreġistrata fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropa mill-15 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009 inklużi;

(b)

kienet iddisinjata u mmanifatturata għall-ġarr ta’ passiġġieri u, barra mis-siġġu tas-sewwieq, għandha mhux iktar minn tmien postijiet bilqiegħda (vetturi tal-kategorija M1, skont il-leġiżlazzjoni Rumena) jew tkun ġiet iddisinjata u mmanifatturata għall-ġarr ta’ merkanzija ta’ piż massimu ta’ mhux iktar minn 3.5 tunnellati (vetturi tal-kategorija N1, skont il-leġiżlazzjoni Rumena);

(c)

taqa’ taħt ir-regola ta’ tniġġis Euro 4 u

(d)

għandha kapaċità taċ-ċilindru ta’ mhux iktar minn 2 000 cc (karatteristika li tikkonċerna unikament il-vetturi tal-kategorija M1)?


Il-Qorti Ġenerali

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta Diċembru 2010 — Fidelio vs UASI (Hallux)

(Kawża T-286/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Hallux - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 46/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fidelio KG (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2008 (Każ R 632/2007-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Hallux bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Fidelio KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra)

(Kawża T-336/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 46/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1332/2005-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta’ ċerva taċ-ċikkulata)

(Kawża T-337/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ ċerva taċ-ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 46/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2008 (Każ R 780/2005-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ċerva taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Rubinstein u L’Oréal vs UASI — Allergan (BOTOLIST u BOTOCYL)

(Kawżi magħquda T-345/08 u T-357/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks Komunitarji verbali BOTOLIST u BOTOCYL - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti BOTOX - Raġuni relattiva għal rifjut - Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009))

2011/C 46/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Helena Rubinstein SNC (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati) (Kawża T-345/08); u L’Oréal SA (Pariġi) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati) (Kawża T-357/08)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Allergan, Inc. (Irvine, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Fil-Kawża T-345/08, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Mejju 2008 (Każ R 863/2007-1), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Allergan, Inc. u Helena Rubinstein SNC, u, fil-Kawża T-357/08, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 865/2007-1), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Allergan, Inc. u L’Oréal SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Helena Rubinstein SNC hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-345/08.

(3)

L’Oréal SA hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-357/08.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta’ qanpiena b’żigarella ħamra)

(Kawża T-346/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ qanpiena b’żigarella ħamra - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 46/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 943/2007-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ qanpiena b’żigarella ħamra bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta’ fenek taċ-ċikkulata)

(Kawża T-395/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ fenek taċ-ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009))

2011/C 46/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Lulju 2008 (Każ R 419/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ fenek taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Storck vs UASI (Forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata)

(Kawża T-13/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Drittijiet tad-difiża)

2011/C 46/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u R. Manea, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2008 (Każ R 185/2006-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Ilink Kommunikationssysteme vs UASI (ilink)

(Kawża T-161/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ilink - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 46/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ilink Kommunikationssysteme GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schütze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Frar 2009 (Każ R 1849/2007-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ilink bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ilink Kommunikationssysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Amen Corner vs UASI — Comercio Electrónico Ojal (SEVE TROPHY)

(Kawża T-192/09) (1)

(Trade mark Kommunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Aapplikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SEVE TROPHY - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Seve Ballesteros Trophy u SEVE TROPHY - Ragunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Nuqqas ta’ arrikiment indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti u nuqqas ta’ ħsara kkawżat lilhom - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 46/21

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Amen Corner, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. A. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Comercio Electrónico Ojal, SL (Madrid)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Marzu 2009 (Każ R 462/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Amen Corner, SA u Comercio Electrónico Ojal, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Amen Corner, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer vs UASI (CHROMA)

(Kawża T-281/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHROMA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 46/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Steinzeug Cremer Breuer AG (Frechen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1429/2008-4), li jirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CHROMA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Deutsche Steinzeug Cremer Breuer AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Longevity Health Products vs UASI — Gruppo Lepetit (RESVEROL)

(Kawża T-363/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 46/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gruppo Lepetit SpA (Lainate, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1204/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gruppo Lepetit SpA u Longevity Health Products, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 7.11.2009.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS)

(Kawża T-497/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KOMPRESOR PLUS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 46/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Séoul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: J. Blanchard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliar-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2009 (Każ R 397/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali KOMPRESSOR PLUS bħala trade mark Kommunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

LG Electronics, Inc. għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Baena Grupo vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (figura bilqiegħda)

(Kawża T-513/09) (1)

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta figura bilqiegħda - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

2011/C 46/25

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Manuel Baena Grupo, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Herbert Neuman (Tarifa, Spanja) u Andoni Galdeano del Sel (Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1323/2008-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel, minn naħa, u José Manuel Baena Grupo, SA, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1323/2008-3) hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn José Manuel Baena Grupo, SA. Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Apostolov vs Il Kummissjoni

(Kawża T-73/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni - Ċaħda tal-kandidatura - Terminu għall-preżentata ta’ appell - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 46/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Svetoslav Apostolov (Saarwellingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Schneider-Addae-Mensah, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009, Apostolov vs Il-Kummissjoni (F-8/09, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż b’mod partikolari għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud

(2)

Svetoslav Apostolov għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/13


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Natura Selection vs UASI — Afoi Anezoulaki (natur)

(Kawża T-549/10)

2011/C 46/27

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Natura Selection, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Afoi Anezoulaki AE trading bħala FIERATEX S.A. (Kilkis, il-Greċja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 217/2010-2;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Diċembru 2009;

tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6908214 mogħtija mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għal “tvalji”; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “natur” għal prodotti fil-klassi 24 — applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6908214

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 2016384 tat-trade mark figurattiva “natura selection” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 20, 25, 35, 38, 39, u 42; it-trade mark Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 2704948 tat-trade mark figurattiva “natura” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 25 u 35; it-trade mark Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 3694627 tat-trade mark figurattiva “natura casa” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 20, 35 u 39; it-trade mark Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 4713368 tat-trade mark figurattiva “natura” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 20, 25 u 35; it-trade mark internazzjonali rreġistrata taħt in-Nru 642074 tat-trade mark figurattiva “natura selection” għal servizzi fil-klassi 39; it-trade mark Spanjola rreġistrata taħt in-Nru 1811494 tat-trade mark figurattiva “natura selection” għal servizzi fil-klassi 39; is-sinjal ta’ stabbiliment nazzjonali Spanjol irreġistrat taħt in-Nru 251725 tat-trade mark figurattiva “natura selection” għall-attività li ġejja “stabbiliment iddedikat għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti ta’ rigali”; is-sinjal ta’ stabbiliment nazzjonali Spanjol irreġistrat taħt in-Nru 252321 tat-trade mark figurattiva “natura selection” għall-attività li ġejja “stabbiliment iddedikat għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti ta’ rigali”; is-sinjal ta’ stabbiliment nazzjonali Spanjol irreġistrat taħt in-Nru 208780 tat-trade mark “NATURA SELECTION, S.L.” għall-attività li ġejja “stabbiliment iddedikat għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti ta’ rigali. Stabbilit f’Barcelona”.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell assuma b’mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks minħabba nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks u bejn il-prodotti.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/14


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping vs Il-Kunsill

(Kawża T-562/10)

2011/C 46/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kienzle u M. Schlingmann, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, b’mod partikolari dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv: ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-Kunsill kiser id-dritt tagħha għal protezzjoni legali effettiva u b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ motivazzjoni, peress li ma pprovdiex raġunijiet suffiċjenti sabiex jinkludiha fl-Anness VIII tar-regolament ikkontestat.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas, għalkemm kien ġie mitlub speċifikament, milli jipprovdi motivi jew opinjoni u l-provi rilevanti sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrenti fl-Anness VIII tar-regolament ikkontestat.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tilmenta fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha li l-Kunsill kiser id-dritt għal smigħ tagħha, sa fejn huwa naqas milli jagħti lir-rikorrenti l-opportunità, hekk kif stabbilita fl-Artikolu 36(3) u (4) tar-regolament ikkontestatat sabiex tippreżenta osservazzjonijiet dwar l-inklużjoni tagħha fil-lista ta’ persuni sanzjonati, li kien iwassal sabiex il-Kunsill kien ikollu jeżamina mill-ġdid din il-kwistjoni.

(2)

It-tieni motiv: ksur tad-dritt fundamentali tar-rikorrenti għal rispett għal proprjetà.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-inklużjoni tagħha fl-Anness VIII tar-regolament ikkontestat jikkostitwixxi interferenza inġustifikata fir-rigward tad-dritt fundamentali tagħha għal proprjetà, peress li ma jidhirx ċar mir-raġunament insuffiċjenti magħmul mill-Kunsill għalfejn hija kienet ġiet inkluża fil-lista ta’ persuni sanzjonati taħt l-Artikolu 16(2) tar-regolament ikkontestat.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-inklużjoni tagħha fl-Anness VIII tar-regolament ikkontestat hija bbażata fuq evalwazzjoni żbaljata ovvja tas-sitwazzjoni tagħha u tal-attivitajiet tagħha min-naħa tal-Kunsill.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni fil-kuntest tat-tieni motiv tagħha li l-inklużjoni tagħha fl-Anness VIII tar-regolament ikkontestat hija inkompatibbli mal-għanijiet segwiti mir-regolament u tikkostitwixxi ndħil sproporzjonat mad-drittijiet għal proprjetà tagħha.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/15


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Bimbo vs UASI — Panrico (BIMBO DOUGHNUTS)

(Kawża T-569/10)

2011/C 46/29

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Panrico, SL (Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel id-deċiżjoni, tas-7 ta’ Ottubru 2010, tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ R 838/2009-4 u tirreġistra t-trade mark Komunitarja bl-applikazzjoni Nru 5096847;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni, tas-7 ta’ Ottubru 2010, tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ R 838/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bimbo, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BIMBO DOUGHNUTS” għal prodotti fil-klassi 30, applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5096847

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali “DONUT” irreġistrata fi Spanja taħt in-Nru 399563 għal prodotti fil-klassi 30, trade mark figurattiva “donuts” irreġistrata fi Spanja taħt in-Nru 643273 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark verbali “DOGHNUTS” irreġistrata fi Spanja taħt in-Nru 1288926 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark figurattiva “donuts” irreġistrata fi Spanja taħt in-Nru 2518530 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark verbali “DONUTS” irreġistrata fil-Portugall taħt in-Nru 316988 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark verabli “DONUT” li hija rreġistrata f’livell internazzjonali taħt in-Nru 355753 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark figurattiva “donuts” li hija rreġistrata f’livell internazzjonali taħt in-Nru 814272 għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma qiesx il-fatti invokati u l-provi prodotti fil-ħin mill-partijiet u hija tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b) tal-imsemmi regolament peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/16


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Diċembru 2010 — Lorenzo vs Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(Kawża F-29/10) (1)

2011/C 46/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010, p. 59.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/16


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Adriaansen vs Il-Bank Ewropew għall-Investiment

(Kawża F-35/10) (1)

2011/C 46/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010, p. 54.


12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/16


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Merhzaoui vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej

(Kawża F-52/10) (1)

2011/C 46/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010, p. 61