ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.030.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 30

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
29ta' Jannar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 030/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 13, 15.1.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 030/02

Kawża C-47/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata — Tikkettjar — Żieda tal-kelma pura jew tal-espressjoni ċikkulata pura fit-tikketti ta’ ċerti prodotti)

2

2011/C 030/03

Kawża C-108/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Baranya Megyei Bíróság — Repubblika tal-Ungerija) — Ker-Optika Bt. vs ÀNTSZ Dél-dunántúli Regionális Intézete (Moviment liberu tal-merkanzija — Saħħa pubblika — Kummerċjalizzazzjoni tal-lentijiet tal-kuntatt permezz tal-Internet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-bejgħ tal-lentijiet tal-kuntatt mill-ħwienet ta’ apparat mediku biss — Direttiva 2000/31/KE — Soċjetà tal-informazzjoni — Kummerċ elettroniku)

2

2011/C 030/04

Kawża C-145/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Land Baden-Württemberg vs Panagiotis Tsakouridis (Moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2004/38/KE — Artikoli 16(4) u 28(3)(a) — Ċittadin tal-Unjoni li twieled u għex għal iktar minn 30 sena fl-Istat ospitanti — Assenzi mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti — Kundanni kriminali — Deċiżjoni ta’ tkeċċija — Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika)

3

2011/C 030/05

Kawża C-153/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Schwerin — il-Ġermanja) — Agrargut Bäbelin GmbH & Co KG vs Amt für Landwirtschaft Bützow (Politika agrikola komuni — Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skema ta’ pagament uniku — Drittijiet ta’ art imwarrba — Artikolu 54(6) — Regolament (KE) Nru 796/2004 — Artikolu 50(4) — Dikjarazzjoni taż-żona kollha disponibbli għall-finijiet tal-użu tad-drittijiet ta’ art imwarrba — Artikolu 51(1) — Sanzioni)

4

2011/C 030/06

Kawża C-199/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Latvja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 6(2) — Applikazzjoni għal informazzjoni tariffarja li torbot — Kunċett ta’ tip wieħed biss ta’ merkanzija)

4

2011/C 030/07

Kawża C-213/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Barsoum Chabo vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen (Unjoni doganali — Regolament (KE) Nru 1719/2005 — Tariffa doganali komuni — Irkupru ta’ dazji doganali fuq l-importazzjoni — Importazzjoni ta’ prodotti tal-ikel ipproċessati — Faqqiegħ ippreservat — Subintestatura NM 20031030 — Ġbir ta’ ammont addizzjonali — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

5

2011/C 030/08

Kawża C-225/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Cortona — l-Italja) — Edyta Joanna Jakubowska vs Allessandro Manneggia (Regoli tal-Unjoni dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat — Direttiva 98/5/KE — Artikolu 8 — Prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-eżerċizzju fl-istess ħin tal-professjoni ta’ avukat u ta’ xogħol bħala uffiċjal part-time — Tħassir tar-reġistrazzjoni fil-lista tal-kamra tal-avukati)

5

2011/C 030/09

Kawża C-276/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — Everything Everywhere Limited (li qabel kienet T-Mobile UK Limited) vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs (Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjoni — Punti 1 u 3 tal-Artikolu 13B(d) — Negozjar ta’ kreditu — Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ħlasijiet u trasferimenti — Eżistenza ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi distinti jew ta’ provvista unika — Spejjeż supplementarji ffatturati waqt l-użu ta’ ċerti metodi ta’ ħlas għal servizzi ta’ telefonija mobbli)

6

2011/C 030/10

Kawża C-422/09, C-425/09 u C-426/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Vassiliki Stylianou Vandorou (C-422/09), Vassilios Alexandrou Giankoulis (C-425/09), Ioannis Georgiou Askoxilakis (C-426/09) vs Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton (Artikoli 39 KE u 43 KE — Direttiva 89/48/KE — Rikonoxximent ta’ diplomi — Kunċett ta’ esperjenza professjonali )

7

2011/C 030/11

Kawża C-429/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Halle — il-Ġermanja) — Günter Fuß vs Stadt Halle (Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttivi 93/104/KE u 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Pompieri impjegati fis-settur pubbliku — Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE — Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa — Qbiż — Kumpens għad-danni kkawżati minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni — Kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens — Modalitajiet proċedurali — Obbligu li ssir talba minn qabel lil minn jimpjega — Forma u portata tal-kumpens — Ħin liberu supplimentari jew kumpens — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

7

2011/C 030/12

Kawża C-464/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Holland Malt BV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Appell — Għajnuna mill-Istat — Linji gwida dwar l-għajnuna fis-settur agrikolu — Punt 4.2.5 — Suq tal-malt — Nuqqas ta’ ftuħ normali fis-suq — Miżura ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni)

8

2011/C 030/13

Kawża C-526/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikolu 11(1) u (2) — Ħruġ tal-ilma industrijali mormi fis-sistemi ta’ ġbir u fl-istazzjonijiet ta’ purifikazzjoni tal-ilma urban mormi — Issuġġettar għal leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ u/jew għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi — Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni)

9

2011/C 030/14

Kawża C-534/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2008/1/KE — Prevenżjoni u tnaqqis tat-tniġġis — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti)

9

2011/C 030/15

Kawża C-40/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 — Adattament annwali tal-pagi u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal tal-Unjoni Ewropea — Metodu ta’ adattament — Artikolu 65 — Artikoli 1 u 3 sa 7 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Klawżola ta’ eċċezzjoni — Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill — Adattament differenti minn dak propost mill-Kummissjoni — Klawżola ta’ reviżjoni li tippermetti l-adattament intermedjarju tal-pagi)

10

2011/C 030/16

Kawża C-563/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Granada — Spanja) — Carlos Sáez Sánchez, Patricia Rueda Vargas vs Junta de Andalucía, Manuel Jalón Morente et (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Spiżeriji — Prossimità — Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni — Awtorizzazzjoni għall-użu — Tqassim territorjali tal-ispiżeriji — Limiti stabbiliti abbażi ta’ kriterju tad-densità demografika — Distanza minima bejn l-ispiżeriji)

10

2011/C 030/17

Kawża C-3/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Rossano — l-Italja) — Franco Affatato vs Azienda Sanitaria Provinciale di Cosenza (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku — Kuntratti suċċessivi — Abbuż — Miżuri ta’ prevenzjoni — Sanzjonijiet — Trasformazzjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien determinat — Projbizzjoni — Kumpens għad-dannu — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

11

2011/C 030/18

Kawża C-76/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — ir-Repubblika Slovakka) — Pohotovosť s.r.o. vs Iveta Korčkovská (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti — Direttiva 2008/48/KE — Direttiva 87/102 — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum — Rata perċentwali annwali ta’ ħlas — Proċedura ta’ arbitraġġ — Sentenza ta’ arbitraġġ — Fakultà tal-qorti nazzjonali li tevalwa ex officio l-eventwali natura inġusta ta’ ċerti klawżoli)

12

2011/C 030/19

Kawża C-91/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Breda — Il-Pajjizi l-Baxxi) — VAV-Autovermietung GmbH vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Zuid, kantoor Roosendaal (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 49 KE sa 55 KE — Vetturi awtomobilistiċi — Użu fi Stat Membru ta’ vetturabil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor — Taxxa fuq din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta ntużat għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq)

13

2011/C 030/20

Kawża C-494/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ottubru 2010 — Dr. Biner Bähr, bħala amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija Hertie GmbH vs HIDD Hamburg-Bramfeld B.V. 1

13

2011/C 030/21

Kawża C-495/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-15 ta’ Ottubru 2010 — Centre hospitalier universitaire de Besançon vs Thomas Dutrueux, Caisse primaire d'assurance maladie du Jura

14

2011/C 030/22

Kawża C-506/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2010 — Rico Graf u Rudolf Engel vs Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt

14

2011/C 030/23

Kawża C-508/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

14

2011/C 030/24

Kawża C-509/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Josef Geistbeck und Thomas Geistbeck vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

15

2011/C 030/25

Kawża C-511/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ottubru 2010 — Finanzamt Hildesheim vs BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

16

2011/C 030/26

Kawża C-512/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

16

2011/C 030/27

Kawża C-515/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

17

2011/C 030/28

Kawża C-517/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fit-2 ta’ Novembru 2010 — María Luisa Gómez Cueto vs Administración del Estado

17

2011/C 030/29

Kawża C-520/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Novembru 2010 — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

18

2011/C 030/30

Kawża C-521/10 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 minn Grúas Abril Asistencia, S.L. mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fl-24 ta’ Awissu 2010 fil-Kawża T-386/09, Gruas Abril Asistencia, S.L. vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

2011/C 030/31

Kawża C-522/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Würzburg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2010 — Doris Reichel-Albert vs Deutsche Rentenversicherung Nordbayern

18

2011/C 030/32

Kawża C-523/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Novembru 2010 — Wintersteiger AG vs Products 4U Sondermaschinenbau GmbH

19

2011/C 030/33

Kawża C-524/10: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

20

2011/C 030/34

Kawża C-527/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (Ir-Repubblika tal-Ungerija) fil-15 ta’ Novembru 2010 — ERSTE Bank Hungary Nyrt. vs Magyar Állam, B.C.L Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt.

20

2011/C 030/35

Kawża C-528/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

21

2011/C 030/36

Kawża C-529/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-16 ta’ Novembru 2010 — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Safilo Spa

22

2011/C 030/37

Kawża C-531/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovakkja

22

2011/C 030/38

Kawża C-533/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance de Roubaix (Franza) fis-17 ta’ Novembru 2010 — CIVAD SA vs Receveur des douanes de Roubaix, Directeur régional des douanes et droits indirects de Lille, Administration des douanes

23

2011/C 030/39

Kawża C-535/10: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2010 minn 4care AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-575/08, 4care AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

23

2011/C 030/40

Kawża C-536/10: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2010 minn MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-233/08, Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

24

2011/C 030/41

Kawża C-542/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

25

2011/C 030/42

Kawża C-546/10 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 minn Hans-Peter Wilfer mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fit-8 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-458/08 — Wilfer vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

25

2011/C 030/43

Kawża C-547/10 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 mill-Konfederazzjoni Svizzera mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-Kawża T-319/05, Il-Konfederazzjoni Svizzera vs Il-Kummissjoni Ewropea (partijiet oħra fil-proċedura: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Landkreis Waldshut)

26

2011/C 030/44

Kawża C-548/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

27

2011/C 030/45

Kawża C-555/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

27

2011/C 030/46

Kawża C-565/10: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Europea vs Ir-Repubblika Taljana

28

2011/C 030/47

Kawża C-582/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

30

2011/C 030/48

Kawża C-383/08: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

30

2011/C 030/49

Kawża C-244/09: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

31

2011/C 030/50

Kawża C-528/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubbika tal-Estonja

31

2011/C 030/51

Kawża C-44/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

31

2011/C 030/52

Kawża C-103/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

31

2011/C 030/53

Kawża C-114/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — Belpolis Benelux SA vs Belgische Staat

31

2011/C 030/54

Kawża C-146/10: Digriet tal-President tal-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

31

2011/C 030/55

Kawża C-195/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

32

2011/C 030/56

Kawża T-231/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

32

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 030/57

Kawża T-11/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Frucona Košice vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Rinunzja parzjali għal debitu fiskali fil-kuntest ta’ ftehim — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kriterju tal-kreditur privat f’ekonomija tas-suq)

33

2011/C 030/58

Kawża T-49/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Sofiane Fahas vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Motivazzjoni — Rikors għad-danni)

33

2011/C 030/59

Kawża T-59/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Nute Partecipazioni u La Perla vs UASI — Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti la PERLA — Raġuni relattiva għal rifjut — Ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009))

34

2011/C 030/60

Kawża T-69/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Direttiva 2001/18/KE — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jiksru miżura ta’ armonizzazzjoni — Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni — Nuqqas ta’ notifika fit-terminu ta’ sitt xhur previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(6) KE)

34

2011/C 030/61

Kawża T-238/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Commune de Valbonne (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ riċerka u ta’ taħriġ li jirrigwarda proġett ta’ tagħlim reċiproku bejn il-komun ta’ Valbonne (Franza) u l-provinċja ta’ Ascoli Piceno (l-Italja) — Talba għar-rimbors tas- somom imħallsa bil-quddiem )

35

2011/C 030/62

Kawża T-303/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Tresplain Investments vs UASI — Hoo Hing (Golden Elephant Brand) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva Golden Elephant Brand — Trade mark nazzjonali figurattiva mhux irreġistrata GOLDEN ELEPHANT — Raġuni relattiva għal rifjut — Riferiment għad-dritt nazzjonali li jirregola t-trade mark preċedenti — Azzjoni taħt il-common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) — Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) — Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009) — Motivi ġodda — Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

35

2011/C 030/63

Kawża T-494/08 sa T-500/08 u T-509/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2010 — Ryanair vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Rifjut espliċitu ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki — Obbligu li jsir eżami konkret u individwali)

36

2011/C 030/64

Kawża T-526/08 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Strack (Appell — Appell inċidentali — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Ċaħda ta’ kandidatura — Ħatra f’pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Rikors għad-danni — Dannu morali)

36

2011/C 030/65

Kawża T-169/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2010 — Vidieffe vs UASI — Ellis International Group (GOTHA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOTHA — Trade mark Komunitajra figurattiva preċedenti gotcha — Raġuni relattiva għal rifjut — Possibbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/90 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

37

2011/C 030/66

Kawżi T-253/09 u T-254/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Wilo vs UASI (Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku u rappreżentazzjoni ta’ uċuħ ħodor) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta uċuħ ħodor — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

37

2011/C 030/67

Kawża T-282/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Fédération internationale des logis vs UASI (Kwadru konvess aħdar) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kwadru konvess aħdar — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

37

2011/C 030/68

Kawża T-307/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Earle Beauty vs UASI (NATURALLY ACTIVE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali NATURALLY ACTIVE — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv intrinsiku — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

38

2011/C 030/69

Kawża T-329/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Fédération internationale des logis vs UASI (Sfumatura kannella) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi sfumatura kannella — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

38

2011/C 030/70

Kawża T-95/09 R III: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2010 — United Phosphorus vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Direttiva 91/414/KEE — Deċiżjoni li tirrigwarda n-nuqqas ta’ inklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 — Estensjoni ta’ miżura ta’ sospensjoni ta’ eżekuzzjoni)

39

2011/C 030/71

Kawża T-317/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — Concord Power Nordal vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Suq intern fil-gass naturali — Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE — Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tibdel id-deċiżjoni tagħha rigward l-għoti ta’ eżenzjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

39

2011/C 030/72

Kawża T-381/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — RWE Transgas vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Suq intern fil-gass naturali — Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE — Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tibdel id-deċiżjoni tagħha rigward l-għoti ta’ eżenzjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

39

2011/C 030/73

Kawża T-489/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

40

2011/C 030/74

Kawża T-521/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2010 — Confortel Gestión vs UASI — Homargrup (CONFORTEL AQUA 4)

41

2011/C 030/75

Kawża T-527/10: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2010 — Google vs UASI — Giersch Ventures (GMail)

41

2011/C 030/76

Kawża T-528/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Truvo Belgium vs UASI — AOL (TRUVO)

42

2011/C 030/77

Kawża T-530/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Reber vs UASI — Klusmeier (Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM)

42

2011/C 030/78

Kawża T-531/10: Rikors ippreżentat fid-22 ta’ Novembru 2010 — Häfele vs UASI (Vorfront)

43

2011/C 030/79

Kawża T-532/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2010 — Cosepuri vs EFSA

43

2011/C 030/80

Kawża T-533/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 — DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni

44

2011/C 030/81

Kawża T-534/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI — Garmo (HELLIM)

45

2011/C 030/82

Kawża T-535/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI — Garmo (GAZI Hellim)

45

2011/C 030/83

Kawża T-536/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 — Kessel vs UASI — Janssen-Cilag (Premeno)

46

2011/C 030/84

Kawża T-537/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Adamowski vs UASI — Fagumit (FAGUMIT)

46

2011/C 030/85

Kawża T-538/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Adamowski vs UASI — Fagumit (Fagumit)

47

2011/C 030/86

Kawża T-539/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 — Acino Pharma vs Il-Kummissjoni

48

2011/C 030/87

Kawża T-540/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

48

2011/C 030/88

Kawża T-541/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — ADEDY et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

49

2011/C 030/89

Kawża T-542/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — XXXLutz Marken vs UASI — Meyer Manufacturing (CIRCON)

50

2011/C 030/90

Kawża T-546/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Nordmilch vs UASI — Lactimilk (MILRAM)

50

2011/C 030/91

Kawża T-547/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Omya vs UASI — Alpha Calcit (CALCIMATT)

51

2011/C 030/92

Kawża T-551/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Fri-El Acerra vs Il-Kummissjoni

52

2011/C 030/93

Kawża T-552/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — riha Richard Hartinger Getränke vs UASI — Lidl Stiftung (VITAL&FIT)

52

2011/C 030/94

Kawża T-553/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Biodes vs UASI — Manasul International (FARMASUL)

53

2011/C 030/95

Kawża T-554/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Frontex

54

2011/C 030/96

Kawża T-555/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — JBF RAK LLC vs Il-Kunsill

54

2011/C 030/97

Kawża T-556/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2010 — Novatex vs Il-Kunsill

55

2011/C 030/98

Kawża T-557/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — H. Eich vs UASI — Arav (H.Eich)

56

2011/C 030/99

Kawżi magħquda T-394/08, T-408/08, T-436/08, T-453/08 u T-454/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2010 — Regione autonoma della Sardegna et vs Il-Kummissjoni

56

2011/C 030/00

Kawża T-578/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2010 — DVB Project vs UASI — Eurotel (DVB)

56

2011/C 030/01

Kawża T-21/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2010 — Eurotel vs UASI — Proġett DVB (DVB)

57

2011/C 030/02

Kawża T-29/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Novembru 2010 — Easycamp vs UASI — Oase Outdoors (EASYCAMP)

57

2011/C 030/03

Kawża T-412/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2010 — CEA vs Il-Kummissjoni

57

2011/C 030/04

Kawża T-105/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2010 — BASF vs Il-Kummissjoni

57

2011/C 030/05

Kawża T-192/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2010 — Ferracci vs Il-Kummissjoni

57

2011/C 030/06

Kawża T-193/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2010 — Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni

57

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 030/07

Kawża F-5/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 Brune vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ iskrizzjoni fil-lista ta’ riżerva — Żvolġiment tal-eżami orali — Stabbiltà tal-Bord tal-Għażla)

58

2011/C 030/08

Kawża F-41/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 — Honnefelder vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Żvolġiment tal-eżami orali — Natura stabbli tal-Bord tal-Għażla)

58

2011/C 030/09

Kawża F-50/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Bartha vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-Bordijiet tal-Għażla ta’ kompetizzjoni)

58

2011/C 030/10

Kawża F-87/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Schuerings vs Fondation européenne pour la formation (ETF) (Servizz pubbliku — Persunal tal-Fondation européenne pour la Formation — Membru tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Tkeċċija — Rekwiżit ta’ motiv validu — Tneħħija tal-post vakanti — Dmir ta’ premura — Assenjazzjoni mill-ġdid)

59

2011/C 030/11

Kawża F-88/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Monique Vandeuren vs Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (Servizz pubbliku — Persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ — Membru tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Tkeċċija — Rekwiżit ta’ raġuni valida — Kanċellament tal-pożizzjoni — Dmir ta’ premura — Assenjazzjoni mill-ġdid)

59

2011/C 030/12

Kawża F-6/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Fares vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Klassifikazzjoni fi grad — Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali)

59

2011/C 030/13

Kawża F-23/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (Servizz Pubbliku — Persunal tal-BĊE — Ħatra ad interim ta’ uffiċjal — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Att li jakkawża preġudizzju — Konstatazzjoni ta’ invalidità — Interess ġuridiku)

60

2011/C 030/14

Kawża F-65/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-mard — Marda serja — Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-kriterji stabbiliti mill-kunsill mediku — Ċaħda tat-talbiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi)

60

2011/C 030/15

Kawża F-74/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Gowitzke vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol — Artikolu 4 tal-politika ta’ determinazzjoni tal-gradi u tal-iskali tal-persunal tal-Europol — Evalwazzjoni mill-ġdid ta’ pożizzjoni fi grad ogħla — Klassifikazzjoni fil-grad)

60

2011/C 030/16

Kawża F-75/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Wenig vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba għal assistenza — Preġudizzju għall-integrità u l-preżunzjoni tal-innoċenza)

61

2011/C 030/17

Kawża F-80/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 Lenz vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Ħlas ta’ spejjeż marbuta ma’ kura mogħtija minn Heilpraktiker — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

61

2011/C 030/18

Kawża F-82/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2010 — Nolin vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Tneħħija tal-punti tal-mertu u ta’ prijorità)

61

2011/C 030/19

Kawża F-89/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2010 — Gagalis vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — Inċident fuq il-post tax-xogħol — Invalidità permanenti parzjali — Deċiżjoni li jitħallsu sa 75 % tal-ispejjeż ta’ kura termika — Rimbors ta’ servizzi mediċi skont l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal u rimbors addizzjonali skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Esklużjoni tal-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni — Rifjut ta’ rimbors addizzjonali — Interpretazzjoni tal-Artikolu 73(3) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 9 tar-Regoli Komuni dwar l-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ inċident u ta’ mard minn fuq il-post tax-xogħol)

62

2011/C 030/20

Kawża F-97/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Novembru 2010 — Taillard vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leave tal-mard suċċessiv — Arbitraġġ — Konklużjonijiet favur il-kapaċità għax-xogħol — Ċaħda ta’ ċertifikat mediku ġdid maħruġ b’mod regolari — Nuqqas ta’ kontroll mediku — Imputazzjoni tal-leave tal-mard fuq it-tul tal-leave annwali — Inammissibbiltà — Rikors għal annullament u għad-danni)

62

2011/C 030/21

Kawża F-1/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-mard — Talbiet għal rimbors ta’ spejjeż mediċi — Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ motivazzjoni)

62

2011/C 030/22

Kawża F-8/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Gheysens vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Obbligu ta’ motivazzjoni)

63

2011/C 030/23

Kawża F-96/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Andrecs et vs Il-Kummissjoni

63

2011/C 030/24

Kawża F-101/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2010 — Massez et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

63

2011/C 030/25

Kawża F-102/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2010 — Geradon vs Il-Kunsill

64

2011/C 030/26

Kawża F-103/10: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2010 — Stephan Jaeger vs FEACVT

64

2011/C 030/27

Kawża F-105/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2010 — Bömcke vs BEI

65

2011/C 030/28

Kawża F-108/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

65

2011/C 030/29

Kawża F-111/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni

65

2011/C 030/30

Kawża F-115/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Jacques Biwer et vs Il-Kummissjoni

66

2011/C 030/31

Kawża F-117/10: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2010 — Van Soest vs Il-Kummissjoni

66

2011/C 030/32

Kawża F-119/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Di Tullio vs Il-Kummissjoni

66

2011/C 030/33

Kawża F-121/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2010 — Heath vs BĊE

67

2011/C 030/34

Kawża F-123/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — Bancale u Buccheri vs Il-Kummissjoni

67

2011/C 030/35

Kawża F-125/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2010 — Schuerewegen vs Il-Parlament

68

2011/C 030/36

Kawżi F-39/10 u F-39/10 R: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Settembru 2010 De Roos-Le Large vs Il-Kummissjoni

68

2011/C 030/37

Kawża F-44/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Novembru 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

69

2011/C 030/38

Kawża F-53/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-3 ta’ Settembru 2010 — Hecq vs Il-Kummissjoni

69

2011/C 030/39

Kawża F-77/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Diċembru 2010 — Arroyo Redondo vs Il-Kummissjoni

69

2011/C 030/40

Kawża F-79/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Diċembru 2010 — Dubus vs Il-Kummissjoni

69

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/1


2011/C 30/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 13, 15.1.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 346, 18.12.2010

ĠU C 328, 4.12.2010

ĠU C 317, 20.11.2010

ĠU C 301, 6.11.2010

ĠU C 288, 23.10.2010

ĠU C 274, 9.10.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-47/09) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata - Tikkettjar - Żieda tal-kelma ‘pura’ jew tal-espressjoni ‘ċikkulata pura’ fit-tikketti ta’ ċerti prodotti)

2011/C 30/02

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u D. Nardi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ġunju 2000, rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 431) u tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ 20 Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 05, p. 75) — Tikkettjar tal-prodotti miċ-ċikkulata — Żieda tal-kelma “puro” jew tal-espressjoni “cioccolato puro” fit-tikketti tal-prodotti miċ-ċikkulata li ma fihomx xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw.

Dispożittiv

(1)

Billi tipprevedi l-possibbiltà li jiġi kkompletat permezz tal-aġġettiv “pura” l-isem tal-bejgħ tal-prodotti miċ-ċikkulata li ma fihomx xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, minn naħa, l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tat-23 ta’ Ġunju 2000, rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u min-naħa l-oħra taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva u tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ 20 Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Baranya Megyei Bíróság — Repubblika tal-Ungerija) — Ker-Optika Bt. vs ÀNTSZ Dél-dunántúli Regionális Intézete

(Kawża C-108/09) (1)

(Moviment liberu tal-merkanzija - Saħħa pubblika - Kummerċjalizzazzjoni tal-lentijiet tal-kuntatt permezz tal-Internet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-bejgħ tal-lentijiet tal-kuntatt mill-ħwienet ta’ apparat mediku biss - Direttiva 2000/31/KE - Soċjetà tal-informazzjoni - Kummerċ elettroniku)

2011/C 30/03

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ker-Optika Bt.

Konvenuta: ÀNTSZ Dél-dunántúli Regionális Intézete

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Baranya Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 u 30 KE u tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25 p. 399) — Kummerċjalizzazzjoni ta’ lentijiet tal-kuntatt permezz tal-Internet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-bejgħ ta’ lentijiet tal-kuntatt għal ħwienet speċjalizzati fl-apparat mediku biss

Dispożittiv

Regoli nazzjonali dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ lentijiet tal-kuntatt jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis suq intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), inkwantu jikkonċernaw l-att ta’ bejgħ ta’ tali lentijiet permezz tal-Internet. Min-naħa l-oħra, regoli nazzjonali dwar il-kunsinna tal-imsemmija lentijiet ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE kif ukoll id-Direttiva 2000/31 għandhom jiġu interpretati fis-sens illi jipprekludu leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ lentijiet tal-kuntatt ħlief mill-ħwienet speċjalizzati f’apparat mediku.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Land Baden-Württemberg vs Panagiotis Tsakouridis

(Kawża C-145/09) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2004/38/KE - Artikoli 16(4) u 28(3)(a) - Ċittadin tal-Unjoni li twieled u għex għal iktar minn 30 sena fl-Istat ospitanti - Assenzi mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti - Kundanni kriminali - Deċiżjoni ta’ tkeċċija - Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika)

2011/C 30/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Baden-Württemberg

Konvenut: Panagiotis Tsakouridis

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 16(4) u 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77) — Deċiżjoni ta’ tkeċċija meħuda fil-konfront ta’ ċittadin Ewropew, li twieled u għex għal iktar minn tletin sena fl-Istat Membru ospitanti, minħabba diversi kundanni penali — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika” u tal-kundizzjonijiet li jwasslu għat-telf tal-protezzjoni kontra t-tkeċċija, miksuba taħt id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ċittadin tal-Unjoni kien għex fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin li jippreċedu d-deċiżjoni ta’ tkeċċija, kriterju determinanti għall-għoti tal-protezzjoni ogħla li tipprovdilu din id-dispożizzjoni, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni t-totalità tal aspetti relevanti f’kull każ inkwistjoni, b’mod partikolari t-tul ta’ kull waħda mill-assenzi tal-persuna kkonċernata mill-Istat ospitanti, it-tul akkumulat u l-frekwenza ta’ dawn l-assenzi kif ukoll ir-raġunijiet li mmotivaw lill-persuna kkonċernata meta telqet minn dan l-Istat Membru u li jistgħu jistabbilixxu jekk dawn l-assenzi jimplikawx jew le l-ispostament lejn Stat ieħor li huwa ċ-ċentru tal-interessi personali, familjari jew professjonali.

(2)

F’każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 28(3) tad Direttiva 2004/38, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika” li tista’ tiġġustifika miżura ta’ tkeċċija ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun irrisjeda fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti. F’każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2004/38, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat taqa’ taħt il-kunċett ta’ “raġunijiet gravi ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika”.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Schwerin — il-Ġermanja) — Agrargut Bäbelin GmbH & Co KG vs Amt für Landwirtschaft Bützow

(Kawża C-153/09) (1)

(Politika agrikola komuni - Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ pagament uniku - Drittijiet ta’ art imwarrba - Artikolu 54(6) - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Artikolu 50(4) - Dikjarazzjoni taż-żona kollha disponibbli għall-finijiet tal-użu tad-drittijiet ta’ art imwarrba - Artikolu 51(1) - Sanzioni)

2011/C 30/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Schwerin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrargut Bäbelin GmbH Co KG

Konvenut: Amt für Landwirtschaft Bützow

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Schwerin — Interpretazzjoni tal-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269-337) u tal-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll [sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll] kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243-283) — Għajnuna agrikola — Obbligu ta’ bidwi li jattiva d-drittijiet għat-twarrib tar-raba’ qabel kull dritt ieħor sabiex jevita d-dikjararazzjonijiet żejda — Ksur ta’ dan l-obbligu minn bidwi li, wara t-twarrib tar-raba’, ma għandu l-ebda art li tinħadem — Sanzjonijiet

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 54(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li bidwi ma jistax jitlob li jibbenefika mill-għajnuna taħt id-drittijiet għall-pagament li jiddisponi minnha, inkluż b’rabta maż-żoni li mhumiex eliġibbli għall-għajnuna għal art imwarrba, sakemm ma attivax qabel id-drittijiet kollha tiegħu ta’ art imwarrba.

(2)

L-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal 21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll [sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll] kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2006, tas-27 ta’ April 2006, moqri flimkien mal-Artikolu 50(4) tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, is-sanzjoni prevista f’dan l-Artikolu 51(1) mhix applikabbli għal bidwi li, filwaqt li naqas milli jattiva d-drittijiet kollha tiegħu ta’ art imwarrba peress li ma kienx jiddisponi minn numru suffiċjenti ta’ ettari eliġibbli għall-għajnuna għal art imwarrba, attiva drittijiet għall-pagament ibbażati fuq mergħat permanenti.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Latvja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-199/09) (1)

(Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 6(2) - Applikazzjoni għal informazzjoni tariffarja li torbot - Kunċett ta’ “tip wieħed biss ta’ merkanzija”)

2011/C 30/06

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schenker SIA

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Kunċett ta’ “tip wieħed biss ta’ merkanzija” — Merkanzija li għandha kwalitajiet u karatteristiċi differenti iżda li tista’ tiġi kklassifikata taħt l-istess kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda — Ħruġ ta’ informazzjoni tariffarja li torbot waħda għal din il-merkanzija kollha jew inkella informazzjoni tariffarja speċifika għal kull waħda minnhom.

Dispożittiv

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1602/2000, tal-24 ta’ Lulju 2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li applikazzjoni għal informazzjoni tariffarja li torbot tista’ tkopri merkanzija differenti bil-kundizzjoni li din il-merkanzija tkun tappartjeni lill-istess tip ta’ merkanzija. Hija biss il-merkanzija li jkollha karatteristiċi simili u li l-elementi ta’ distinzjoni bejnietha jkunu kompletament irrilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħha li tista’ titqies li tappartjeni lill-istess tip ta’ merkanzija fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Barsoum Chabo vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(Kawża C-213/09) (1)

(Unjoni doganali - Regolament (KE) Nru 1719/2005 - Tariffa doganali komuni - Irkupru ta’ dazji doganali fuq l-importazzjoni - Importazzjoni ta’ prodotti tal-ikel ipproċessati - Faqqiegħ ippreservat - Subintestatura NM 2003 10 30 - Ġbir ta’ ammont addizzjonali - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2011/C 30/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Barsoum Chabo

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Volum 2, p. 382) fir-rigward tal-ammont ta’ ħlas supplementari fuq l-importazzjoni tal-prodotti li jinsabu fis-subintestatura 20031030000 — Faqqiegħ ippreservat — Prinċipju ta’ proporzjonalità

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda magħmula ma rrileva ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-ammont tad-dazju doganali speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, applikabbli skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, li jinġabar fuq l-importazzjonijiet ta’ faqqiegħ ippreservat tal-ġeneru Agaricus li jaqa’ taħt is-subintestatura 2003 10 30 tan-Nomenklautra Magħquda li tinsab fl-anness imsemmi, imwettqa barra mill-kwota miftuħa mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1864/2004, tas-26 ta’ Ottubru 2004, li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1995/2005, tas-7 ta’ Diċembru 2005.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Cortona — l-Italja) — Edyta Joanna Jakubowska vs Allessandro Manneggia

(Kawża C-225/09) (1)

(Regoli tal-Unjoni dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat - Direttiva 98/5/KE - Artikolu 8 - Prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-eżerċizzju fl-istess ħin tal-professjoni ta’ avukat u ta’ xogħol bħala uffiċjal part-time - Tħassir tar-reġistrazzjoni fil-lista tal-kamra tal-avukati)

2011/C 30/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Cortona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edyta Joanna Jakubowska

Konvenut: Allessandro Manneggia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di pace di Cortona — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52), tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 83), u tal-Artikoli 3, 4, 10, 81 u 98 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat huwa inkompatibbli max-xogħol part-time f’servizz pubbliku — Kanċellazzjoni mir-reġistru tal-avukati ta’ dawk l-avukati li ma jagħżlux bejn l-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom jew ix-xogħol part-time

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 3(1)(ġ) KE, 4 KE, 10 KE, 81 KE u 98 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lill-uffiċjali pubbliċi impjegati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol part-time li jeżerċitaw il-professjoni ta’ avukat, minkejja li jkunu abilitati li jeżerċitaw din il-professjoni, u li timponi t-tħassir tagħhom mil-lista tal-kamra tal-avukati.

(2)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa mixtieq li l-Istat Membru ospitanti jimponi, fuq l-avukati rreġistrati u impjegati fih — kemm jekk fuq bażi full-time jew part-time — ma’ avukat ieħor, ma’ assoċjazzjoni jew azjenda ta’ avukati, jew ma’ impriża pubblika jew privata, restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju fl-istess ħin tal-professjoni ta’ avukat u tal-impjieg imsemmi, sa kemm dawn ir-restrizzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u jkunu japplikaw għall-avukati kollha rreġistrati fl-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — Everything Everywhere Limited (li qabel kienet T-Mobile UK Limited) vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-276/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjoni - Punti 1 u 3 tal-Artikolu 13B(d) - Negozjar ta’ kreditu - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ħlasijiet u trasferimenti - Eżistenza ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi distinti jew ta’ provvista unika - Spejjeż supplementarji ffatturati waqt l-użu ta’ ċerti metodi ta’ ħlas għal servizzi ta’ telefonija mobbli)

2011/C 30/09

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Everything Everywhere Limited (li qabel kienet T-Mobile UK Limited)

Konvenut: The Commissioners of Her Majesty’s Revenue Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet — Portata — Kunċett ta’ “servizz li għandu l-effett li jitrasferixxi fondi u li jinvolvi tibdiliet fis-sitwazzjoni legali u finanzjarja” — Servizzi li jiddebitaw kont wieħed u jikkreditaw kont ieħor b’ammont korrispondenti — Servizzi li ma jinkludux it-twettiq ta’ attivitajiet li jikkonsistu fid-debitu ta’ kont u l-kreditu ta’ kont ieħor f’ammont korrispondenti, iżda li, meta jseħħ trasferiment ta’ fondi, jistgħu jitqiesu bħala li kienu l-kawża ta’ dak it-trasferiment — Sistema ta’ pagament ta’ telefonati li jsiru permezz ta’ telefon ċellulari.

Dispożittiv

Għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud, l-ispejjeż supplementarji ffatturati minn fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni lill-klijenti tiegħu, meta dawn ma jħallsux għal dawn is-servizzi permezz tas-sistema ta’ “debitu dirett” jew ta’ trasferiment Bankers’ Automated Clearing System, iżda permezz ta’ karta ta’ kreditu, jew ta’ karta ta’ debitu, permezz ta’ ċekk jew permezz ta’ flus kontanti għand kaxxier tal-bank jew għand kaxxier ta’ aġent awtorizzat biex jiġbor il-ħlas f’isem dan il- fornitur ta’ servizzi, ma jikkostitwixxux il-kontroparti ta’ provvista ta’ servizzi distinta u indipendenti mill-provvista ta’ servizzi prinċipali li tikkonsisti fil-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Vassiliki Stylianou Vandorou (C-422/09), Vassilios Alexandrou Giankoulis (C-425/09), Ioannis Georgiou Askoxilakis (C-426/09) vs Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton

(Kawża C-422/09, C-425/09 u C-426/09) (1)

(Artikoli 39 KE u 43 KE - Direttiva 89/48/KE - Rikonoxximent ta’ diplomi - Kunċett ta’ ‘esperjenza professjonali’)

2011/C 30/10

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vassiliki Stylianou Vandorou (C-422/09), Vassilios Alexandrou Giankoulis (C-425/09), Ioannis Georgiou Askoxilakis (C-426/09)

Konvenuta: Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 7. p. 337) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 2001, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/48/KEE u 92/51/KEE dwar is-sistema ġenerali ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u d-Direttivi tal-Kunsill 77/452/KEE, 77/453/KEE, 78/686/KEE, 78/687/KEE, 78/1026/KEE, 78/1027/KEE, 80/154/KEE, 80/155/KEE, 85/384/KEE, 85/432/KEE, 85/433/KEE u 93/16/KEE li jikkonċernaw il-professjonijiet tal-infermier responsabbli mill-kura ġenerali, tad-dentist, tal-kirurgu veterinarju, tal-qabla, tal-arkitett, tal-farmaċista u tat-tabib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4. p. 138) — Aċċess għal professjoni rregolata jew għall-prattika ta’ din il-professjoni bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini — Professjoni ta’ awdituri li jkunu ħadu l-ġurament — Kunċett ta’ “esperjenza professjonali”

Dispożittiv

Awtorità nazzjonali inkarigata bir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru ieħor għandha l-obbligu, skont l-Artikoli 39 KE u 43 KE, li tieħu inkunsiderazzjoni, meta tistabbilixxi miżuri ta’ kumpens possibbli, intiżi sabiex ipattu għad-differenzi sostanzjali bejn it-taħriġ imwettaq minn applikant u t-taħriġ meħtieġ fl-Istat Membru ospitanti, kull esperjenza prattika li tista’ tkopri, kompletament jew parzjalment, l-imsemmija differenzi.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Halle — il-Ġermanja) — Günter Fuß vs Stadt Halle

(Kawża C-429/09) (1)

(Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttivi 93/104/KE u 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Pompieri impjegati fis-settur pubbliku - Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE - Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa - Qbiż - Kumpens għad-danni kkawżati minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni - Kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens - Modalitajiet proċedurali - Obbligu li ssir talba minn qabel lil minn jimpjega - Forma u portata tal-kumpens - Ħin liberu supplimentari jew kumpens - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

2011/C 30/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Halle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Günter Fuß

Konvenut: Stadt Halle

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Halle — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993 (ĠU L 307, p. 18) u tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, p. 9) u b’mod partikolari l-Artikoli 6(b), 16(b) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/88/CE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, bi ksur tal-imsemmija direttivi, ħin ta’ xogħol li jaqbeż tmienja u erbgħin siegħa fil-ġimgħa għall-uffiċjali li jaħdmu fid-dipartimenti ta’ intervent tal-pompieri professjonali — Dritt għall-uffiċjal li jkun qabeż il-ħin ta’ xogħol massimu li jingħata kumpens fil-forma ta’ ħin liberu jew fil-forma ta’ kumpens finanzjarju

Dispożittiv

(1)

Ħaddiem, bħal G. Fuß fil-kawża prinċipali, li ħadem, bħala pompier impjegat f’dipartiment ta’ intervent li jaqa’ fis-settur pubbliku, ħin medju ta’ xogħol fil-ġimgħa li jaqbeż dak previst fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, jista’ jinvoka d-dritt tal-Unjoni sabiex jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat bl-għan li jikseb il-kumpens għad-dannu kkawżat minħabba l-ksur ta’ din id-dispożizzjoni.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġislazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali:

li tissuġġetta, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, id-dritt għal ħaddiem fis-settur pubbliku li jikseb kumpens għad-dannu kkawżat minħabba l-ksur, mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat, ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88, għal kundizzjoni bbażata fuq il-kunċett ta’ nuqqas li jmur lil hinn mill-ksur suffiċjentement serju tal-imsemmi dritt, u

li tissuġġetta d-dritt ta’ ħaddiem fis-settur pubbliku li jikseb kumpens għad-dannu subit mill-ksur, mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat, tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 għall-kundizzjoni li ssir talba minn qabel lil min jimpjegah sabiex jikseb l-osservanza ta’ din id-dispożizzjoni.

(3)

Il-kumpens, li huwa r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, għad-danni li dawn ikkawżaw lill-individwi bil-ksur tad-dritt tal-Unjoni għandu jkun xieraq għad-dannu subit. Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa d-dritt nazzjonali kkonċernat li għandu jistabbilixxi, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jekk id-dannu subit minn ħaddiem, bħal G. Fuß fil-kawża prinċipali, minħabba l-ksur ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni għandux jiġi kkumpensat bl-għoti lil dan tal-aħħar ta’ ħin liberu supplimentari jew ta’ kumpens finanzjarju, kif ukoll, min-naħa l-oħra, ir-regoli li jirrigwardaw il-metodu ta’ kalkolu ta’ dan il-kumpens. Il-perijodi ta’ referenza previsti fl-Artikoli 16 sa 19 tad-Direttiva 2003/88 huma rrilevanti f’dan ir-rigward.

(4)

Ir-risposti mogħtija għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma identiċi, kemm jekk il-fatti tal-kawża prinċipali jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2000/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 2000 jew taħt dawk tad-Direttiva 2003/88.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Holland Malt BV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-464/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Linji gwida dwar l-għajnuna fis-settur agrikolu - Punt 4.2.5 - Suq tal-malt - Nuqqas ta’ ftuħ normali fis-suq - Miżura ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni)

2011/C 30/12

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Holland Malt BV (rappreżentanti: O. Brouwer, A. Stoffer u P. Schepens, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u A. Stobiecka-Kuik, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u Y. de Vries, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) (li saret il-Qorti Ġenerali), tad-9 ta’ Settembru 2009, Holland Malt BV vs Il-Kummissjoni (T-369/06) — Holland Malt, sostnuta mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni 2007/59/KE tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2006, li biha ddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi favur Holland malt B.V. għall-ħolqien ta’ unità ta’ produzzjoni ta’ malt f’Eemshaven (Groningen), taħt il-forma ta’ għajnuna għall-investiment ta’ EUR 7 425 000, suġġetta għall-kundizzjoni sospensiva tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat Nru C 14/2005 — ex N 149/2004) (ĠU L 32, p. 76) — Applikazzjoni tal-linji Gwida dwar l-għajnuna fis-settur agrikolu

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Holland Malt BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-526/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 11(1) u (2) - Ħruġ tal-ilma industrijali mormi fis-sistemi ta’ ġbir u fl-istazzjonijiet ta’ purifikazzjoni tal-ilma urban mormi - Issuġġettar għal leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ u/jew għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi - Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni)

2011/C 30/13

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u G. Braga da Cruz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) — Liċenzja għall-ħruġ ta’ ilma mormi — “Estação de Serviço Sobritos”

Dispożittiv

(1)

Billi ppermettiet il-ħruġ tal-ilma industrijali mormi tas-sit industrijali ta’ Estação de Serviço Sobritos Lda, li tinsab fiż-żona urbana ta’ Matosinhos, fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni adegwata maħruġa f’dan ir-rigward, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/721/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-534/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2008/1/KE - Prevenżjoni u tnaqqis tat-tniġġis - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti)

2011/C 30/14

Lingwa tal-Kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Patakia u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 24. p. 8) — Kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet jintużaw skont il-ħtiġiet tad-direttiva.

Dispożittiv

(1)

Billi li ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz ta’ permessi mogħtija skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (verżjoni kodifikata), jew, b’mod xieraq, permezz ta’ eżami mill-ġdid u, fejn meħtieġ, ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2), mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għal dispożizzjonijiet komunitarji speċjali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 13.2.10.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-40/10) (1)

(Rikors għal annullament - Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 - Adattament annwali tal-pagi u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal tal-Unjoni Ewropea - Metodu ta’ adattament - Artikolu 65 - Artikoli 1 u 3 sa 7 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Klawżola ta’ eċċezzjoni - Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill - Adattament differenti minn dak propost mill-Kummissjoni - Klawżola ta’ reviżjoni li tippermetti l-adattament intermedjarju tal-pagi)

2011/C 30/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, G. Berscheid u J.-P. Keppenne, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u D. Waelbroeck, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u M. A. Neergaard, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament — Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni [pagi] u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom (ĠU L 348, p. 10) — Nuqqas ta’ osservanza tal-metodu ta’ aġġustament annwali tal-pagi u tal-pensjonijiet għal perijodu ta’ referenza — Ksur tal-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-Artikoli 1 u 3 sa 7 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill — Protezzjoni tal-aspettativi leġittimi u tal-prinċipju “pater legem quam ipse fecisti” — Klawżola ta’ reviżjoni li tippermetti l-aġġustament intermedjarju tal-pagi.

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 2 u 4 sa 18 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni [il-pagi] u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom, huma annullati.

(2)

L-effett tal-Artikoli 2 u 4 sa 17 tar-Regolament Nru 1296/2009 jibqa’ jeżisti sad-dħul fis-seħħ ta’ regolament ġdid tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(4)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Olanda, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Granada — Spanja) — Carlos Sáez Sánchez, Patricia Rueda Vargas vs Junta de Andalucía, Manuel Jalón Morente et

(Kawża C-563/08) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Spiżeriji - Prossimità - Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni - Awtorizzazzjoni għall-użu - Tqassim territorjali tal-ispiżeriji - Limiti stabbiliti abbażi ta’ kriterju tad-densità demografika - Distanza minima bejn l-ispiżeriji)

2011/C 30/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Granada

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carlos Sáez Sánchez, Patricia Rueda Vargas

Konvenuti: Junta de Andalucía, Manuel Jalón Morente et

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Granada — Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni li tipprovdi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda — Limiti skont in-numru ta’ abitanti u l-ħtieġa li tinżamm distanza minima bejn l-ispiżeriji

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala regola ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi limiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ stabbiliment ta’ spiżeriji ġodda, li tipprovdi li:

f’kull żona farmaċewtika, bħala prinċipju, għal kull 2 800 abitant, tista’ tinħoloq biss spiżerija waħda;

spiżerija addizzjonali tista’ tinfetaħ biss jekk jinqabeż dan il-limitu, u għal kull frazzjoni ta’ iktar minn 2 000 abitant, u

kull spiżerija għandha tosserva distanza minima fir-rigward tal-ispiżeriji li jeżistu diġà, fejn din id-distanza bħala regola hija ta’ 250 metru.

Madankollu, l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali sa fejn ir-regoli bażiċi ta’ 2 800 abitant jew ta’ 250 metru jipprevjenu, f’kull żona ġeografika b’karatteristiċi demografiċi partikolari, il-ftuħ ta’ numru biżżejjed ta’ spiżeriji li jistgħu jiżguraw servizz farmaċewtiku adegwat, ħaġa li l-qorti nazzjonali għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Rossano — l-Italja) — Franco Affatato vs Azienda Sanitaria Provinciale di Cosenza

(Kawża C-3/10) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Kuntratti suċċessivi - Abbuż - Miżuri ta’ prevenzjoni - Sanzjonijiet - Trasformazzjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien determinat - Projbizzjoni - Kumpens għad-dannu - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

2011/C 30/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Rossano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Franco Affatato

Konvenuta: Azienda Sanitaria Provinciale di Cosenza

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Rossano — Interpretazzjoni tal-klawżoli 2, 3, 4 u 5 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Kompatibbiltà ta’ ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li ma tiġix indikata l-kawża tal-ewwel kuntratt għal żmien fiss fir-rigward tal-ħaddiema tas-settur tat-tagħlim — Kunċett ta’ korpi tal-Istat — Inklużjoni ta’ persuna li tippreżenta l-karatteristiċi ta’ Poste Italiane SpA

Dispożittiv

(1)

L-ewwel tnax-il domanda preliminari magħmula mit-Tribunale di Rossano (l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Diċembru 2009, huma manifestament inammissibbli.

(2)

Il-klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li:

din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista bl-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165, tat-30 ta’ Marzu 2001, li jipprovdi regoli ġenerali dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol fl-amministrazzjonijiet pubbliċi, li tipprojbixxi, fil-każ ta’ abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi min-naħa ta’ persuna li tħaddem li tifforma parti mis-settur pubbliku, li dawn jiġu ttrasformati f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, meta l-ordinament ġuridiku intern tal-Istat Membru kkonċernat jipprovdi, fis-settur inkwistjoni, miżuri effettivi oħrajn sabiex jiġi evitat, u jekk meħtieġ, sanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa sa fejn il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni kif ukoll l-implementazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt intern jamluha miżura xierqa sabiex tipprevjeni u, jekk meħtieġ, tissanzjona l-użu abbużiv mill-amministrazzjoni pubblika ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet tax-xogħol għal żmien determinat suċċessivi;

din, bħala tali, bl-ebda mod ma tista’ taffettwa l-istrutturi fundamentali politiċi u kostituzzjonali, u lanqas il-funzjonijiet essenzjali tal-Istat Membru kkonċernat fis-sens tal-Artikolu 4(2) TUE.

(3)

L-imsemmi ftehim qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri previsti minn leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sabiex tissanzjona l-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet tax-xogħol għal żmien determinat ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura interna u lanqas ma għandhom jagħmlu l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa sa fejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern intiżi li jissanzjonaw l-użu abbużiv mill-amministrazzjoni pubblika ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet tax-xogħol għal żmien determinat suċċessivi humiex konformi ma’ dawn il-prinċipji.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — ir-Repubblika Slovakka) — Pohotovosť s.r.o. vs Iveta Korčkovská

(Kawża C-76/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Direttiva 2008/48/KE - Direttiva 87/102 - Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum - Rata perċentwali annwali ta’ ħlas - Proċedura ta’ arbitraġġ - Sentenza ta’ arbitraġġ - Fakultà tal-qorti nazzjonali li tevalwa ex officio l-eventwali natura inġusta ta’ ċerti klawżoli)

2011/C 30/18

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pohotovosť s.r.o.

Konvenuta: Iveta Korčkovská

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský súd v Prešove — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) u tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66) — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum li jistipula rata ta’ interessi użurarja u l-użu ta’ proċedura ta’ arbitraġġ f’każ ta’ disputa — Fakultà tal-qorti tar-rinviju, li quddiemha tressqet proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni arbitrali definittiva, li tevalwa ex officio n-natura eventwalment inġusta ta’ dawn il-klawżoli

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, timponi fuq qorti nazzjonali, li quddiemha tressaq rikors intiż għall-eżekuzzjoni forzata ta’ sentenza mogħtija b’arbitraġġ li tkun res judicata u fejn il-konsumatur ikun kontumaċi, l-obbligu li tevalwa, anki ex officio, in-natura inġusta tal-penali stabbilita f’kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn il-fornitur tal-kreditu u konsumatur, fejn l-imsemmija penali tkun ġiet applikata fl-imsemmija sentenza, meta din il-qorti jkollha l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni legali u fattwali meħtieġa għal dan il-għan u, skont ir regoli tal-proċedura nazzjonali, l-imsemmija qorti tista’ tipproċedi b’din l-evalwazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri simili bbażati fuq id-dritt nazzjonali.

(2)

Hija l-qorti nazzjonali kkonċernata li għandha tiddetermina jekk klawżola f’kuntratt ta’ kreditu bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi, skont il-konstatazzjonijiet magħmula minn din il-qorti, penali li hija sproporzjonalment għolja u li trid titħallas mill-konsumatur, għandhiex, fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti meta ġie konkluż il-kuntratt, titqies bħala inġusta fis-sens tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 93/13. Fl-affermattiv, hija l-imsemmija qorti li għandha tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw skont id-dritt nazzjonali sabiex tiżgura li dan il-konsumatur ma jiġix marbut mill-imsemmija klawżola.

(3)

Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, in-nuqqas ta’ indikazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta’ ħlas f’kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, liema indikazzjoni hija importanti ħafna fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, tat-22 ta’ Diċembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur, kif emendata bid-Direttiva 98/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, jista’ jikkostitwixxi element deċisiv fil-kuntest tal-analiżi mill-qorti nazzjonali sabiex tistħarreġ jekk klawżola f’kuntratt ta’ kreditu għall-konsum dwar l-ispiża tiegħu li fih ma hemmx l-imsemmija indikazzjoni hijiex abbozzata b’mod ċar u li tinftiehem fis-sens tal-Artikolu 4 tad Direttiva 93/13. Jekk dan mhux il-każ, din il-qorti għandha l-fakultà li tevalwa, anki ex officio, jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha preżenti meta dan il-kuntratt ġie konkluż, in-nuqqas ta’ indikazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta’ ħlas fil-klawżola ta’ dan il-kuntratt dwar l-ispiża ta’ dan il-kreditu jistax jagħti lil din il-klawżola natura inġusta fis-sens tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 93/13. Madankollu, minkejja l-possibbiltà li l-imsemmi kuntratt jiġi evalwat skont id-Direttiva 93/13, id-Direttiva 87/102 għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-qorti nazzjonali tapplika ex officio d-dispożizzjonijiet li jittrasponu fid-dritt nazzjonali l-Artikolu 4 ta’ din l-aħħar direttiva u li jistabbilixxu li l-konsegwenza tan-nuqqas tal-indikazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta’ ħlas f’kuntratt ta’ kreditu għall-konsum hija li l-kreditu mogħti jitqies bħala eżenti mill-interessi u mill-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Breda — Il-Pajjizi l-Baxxi) — VAV-Autovermietung GmbH vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Zuid, kantoor Roosendaal

(Kawża C-91/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 49 KE sa 55 KE - Vetturi awtomobilistiċi - Użu fi Stat Membru ta’ vetturabil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor - Taxxa fuq din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta ntużat għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq)

2011/C 30/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Breda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAV-Autovermietung GmbH

Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Zuid, kantoor Roosendaal

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Breda — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56 TFUE sa 62 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal ġbir ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni meta l-vettura tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq.

Dispożittiv

L-Artikoli 49 KE sa 55 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha, persuna li tirresjedi jew li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor li tuża f’dan l-Istat Membru vettura bil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor għandha, meta tuża din il-vettura għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq tal-ewwel Stat Membru, tħallas it-totalità ta’ taxxa, fejn il-bilanċ, ikkalkolat permezz tad-dewmien tal-użu tal-imsemmija vettura f’dan in-netwerk huwa rimborsat, mingħajr interessi, wara li jintemm dan l-użu.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ottubru 2010 — Dr. Biner Bähr, bħala amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija Hertie GmbH vs HIDD Hamburg-Bramfeld B.V. 1

(Kawża C-494/10)

()

2011/C 30/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Essen.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dr. Biner Bähr, amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija Hertie GmbH.

Konvenuta: HIDD Hamburg-Bramfeld B.V. 1.

Domandi preliminari

(1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja timxi bħala prinċipju mal-ġurisprudenza tagħha “Seagon vs Deko” (Kawża C-339/07) li tistabbilixxi li l-qrati ta’ Stat Membru, li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ falliment, għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (1), sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment kontra konvenut li l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jinsab fi Stat Membru ieħor, anki fil-każ fejn l-ewwel nett jiġu invokati, minbarra l-azzjoni revokatorja, drittijiet li jirriżultaw mir-regoli ta’ żamma tal-kapital ibbażati fuq dispożizzjoni nazzjonali tad-dritt tal-kumpanniji li mill-punt ekonomiku huma intiżi għall-istess għan jew għal “żieda” kwantitattiva meta mqabbla mal-azzjoni revokatorja u li huma indipendenti mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment?

(2)

Fil-każ fejn l-ewwel domanda teħtieġ risposta negattiva: azzjoni revokatorja bbażata fuq falliment, li l-għan tagħha huwa fl-istess ħin u primarjament dritt indipendenti mill-proċedura ta’ falliment, li l-amministratur ġudizzjarju jinvoka abbażi tad-dritt tal-kumpaniji u li ekonomikament hija intiża għall-istess għan jew għal “żieda” kwantitattiva, taqa’ taħt l-eċċezzjoni ratione materiae prevista fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 (2) jew inkella l-ġurisdizzjoni internazzjonali għandha tiġi ddeterminata f’dan ir-rigward skont ir-Regolament Nru 44/2001 b’deroga mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża “Seagon vs Deko” (C-339/07)?

(3)

Il-proċedura inkwistjoni tirrigwarda kuntratt fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, meta r-rabta bejn il-partijiet fil-kawża hija bbażata biss fuq relazzjoni indiretta kkostitwita minn sehem ta’ 100 % tal-kumpannija parent tal-grupp f’kull kumpannija involuta fil-kawża?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-15 ta’ Ottubru 2010 — Centre hospitalier universitaire de Besançon vs Thomas Dutrueux, Caisse primaire d'assurance maladie du Jura

(Kawża C-495/10)

()

2011/C 30/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Centre hospitalier universitaire de Besançon

Konvenuti: Thomas Dutrueux, Caisse primaire d'assurance maladie du Jura

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tagħha, id-Direttiva 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985 (1), tippermetti l-implementazzjoni ta’ sistema ta’ responsabbiltà bbażata fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-pazjenti ta’ stabbilimenti pubbliċi tas-saħħa, sa fejn tirrikonoxxilhom b’mod partikolari d-dritt li jiksbu mingħand dawn l-istabbilimenti, saħansitra fl-assenza ta’ nuqqas min-naħa ta’ dawn l-istabbilimenti, kumpens għad-danni kkawżati minn ħsara fil-prodotti u fl-apparat użati minn dawn l-istabbilimenti, bla ħsara għall-possibbiltà tal-istabbiliment li jippreżenta rikors kontra l-produttur fuq il-bażi tal-garanzija?

(2)

Id-Direttiva tillimita l-possibbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-responsabbiltà tal-persuni li jużaw apparat u prodotti difettużi fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi u jikkawżaw, b’dan il-mod, danni lill-benefiċjarju tal-provvista?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257)


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2010 — Rico Graf u Rudolf Engel vs Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt

(Kawża C-506/10)

()

2011/C 30/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rico Graf u Rudolf Engel

Konvenut: Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1)(a) tal-liġi tal-Land ta’ Baden-Württemberg li timplementa l-liġi dwar it-tranżazzjonijiet fuq proprjetà immobbli u l-liġi dwar il-kirjiet agrikoli [Baden-Württembergisches Ausführungsgesetz zum Grundstücksverkehrsgesetz und zum Landpachtverkehrsgesetz (Gesetzblatt, p. 85)], fil-verżjoni tagħha tal-21 ta’ Frar 2006, huwa konformi mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) ?


(1)  ĠU 2002, L 114, p. 6.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/14


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-508/10)

()

2011/C 30/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u R. Troosters, delegati)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

tikkonstata li billi talab il-ħlas ta’ taxxi għoljin u inġusti miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u mill-membri tal-familja tagħhom li jixtiequ l-istatus ta’ resident għal żmien twil, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 2003/109/KE (1) u, għaldaqstant, l-obbligi imposti fuqu mill-Artikolu 258 TFUE.

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li ammont, skont il-każ, ta’ bejn EUR 201 u 839 għall-ipproċessar ta’ talba għall-istatus ta’ resident għal żmien twil hija sproporzjonata meta mqabbla mal-ammont ta’ EUR 30 li għandhom iħallsu ċ-ċittadini tal-Unjoni għall-għoti ta’ permess ta’ residenza. Għaldaqstant, tali proċedura ma tistax titqies li hija “ġusta”. Il-Kummissjoni ssostni li taxxi daqsekk għoljin — irrispettivament minn jekk jirriflettux jew le l-ispejjeż attwali sostnuti — jistgħu jikkostitwixxu “mezz biex ifixklu l-eżerċizzju tad-dritt tar-residenza”, fis-sens tal-premessa 10 tad-Direttiva, u għalhekk jistgħu jiskoraġġixxu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom mid-Direttiva. Il-Kummissjoni tipproduċi bħala prova l-ilmenti li ċ-ċittadini ressqu quddiemha f’dan il-qasam.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Josef Geistbeck und Thomas Geistbeck vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

(Kawża C-509/10)

()

2011/C 30/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Josef Geistbeck u Thomas Geistbeck

Konvenuta: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Domandi preliminari

Id-domandi li ġejjin, li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kusnill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (2), huma rrinvijati lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont is-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu, kif ukoll it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE:

(a)

Il-kumpens raġonevoli dovut minn bidwi, skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94, lil detentur ta’ dritt tal-varjetajiet ta’ pjanti tal-Komunità għax ikun uża materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà protetta miksuba minn tiżrigħ mingħajr ma jkun wettaq l-obbligi stipulati fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1768/95, għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-ammont medju li jintalab għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetajiet protetti tal-ispeċi tal-pjanti kkonċernata fl-istess żona jew abbażi tal-ħlas (inqas) li jkun dovut, skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94 u l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1768/95, f’każ ta’ tiżrigħ awtorizzat?

(b)

Jekk il-kalkolu għandu jsir biss abbażi tal-ħlas dovut f’każ ta’ tiżrigħ awtorizzat:

F’sitwazzjoni bħal din, u meta l-bidwi jkun ikkommetta biss att wieħed ta’ ksur minħabba negliġenza jew intenzjoni tiegħu, id-detentur tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti jista’ jikkalkola l-ammont tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 2100/94 bħala somma fissa, abbażi tal-ħlas li jsir għall-għoti ta’ liċenzja għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ propogazzjoni?

(c)

Meta jiġi kkalkolat il-kumpens raġonevoli dovut skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94 jew il-kumpens għad-dannu dovut skont l-Artikolu 94(2) tal-imsemmi regolament, l-ispejjeż tal-mezzi ta’ kontroll partikolarment għoljin li tidħol fihom entità li tiddefendi d-drittijiet ta’ numru kbir ta’ detenturi ta’ drittijiet jistgħu, jew saħansitra għandhom, jittieħdu inkunsiderazzjoni b’tali mod li jingħata d-doppju tal-kumpens miftiehem normalment jew id-doppju tal-ħlas dovut skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ottubru 2010 — Finanzamt Hildesheim vs BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

(Kawża C-511/10)

()

2011/C 30/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Hildesheim

Konvenuta: BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri jippreskrivu b’mod prinċipali kriterju ta’ determinazzjoni ta’ proporzjon li huwa differenti minn dak ibbażat fuq in-natura tat-tranżazzjoni għad-determinazzjoni tal-proporzjon tat-taxxa input fuq il-kostruzzjoni ta’ bini ta’ użu mħallat?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/16


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-512/10)

()

2011/C 30/26

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Stølbæk u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika tal-Polonja, fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-ewwel pakkett ferrovjarju, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) u l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità kif emendata (1) u l-Artikoli 4(2) u 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (2), kif ukoll l-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva 2001/14/KE, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/14/KE flimkien mal-Artikolu 7(3) u (4) tad-Direttiva 91/440/KEE kif emendata u l-Artikoli 7(3) u 8(1) tad-Direttiva 2001/14/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tinvoka tliet motivi għaliex ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tal-ewwel pakkett ferrovjarju.

L-ewwel nett, skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja ma pprovdietx mekkaniżmi li jiżguraw l-indipendenza deċiżjonali u organizzattiva tal-amministratur tal-infrastruttura li jeżerċita funzjonijiet essenzjali bħall-PLK S.A. (Polskie Linie Kolejowe, kumpannija b’responsabbiltà limitata) fil-konfront tal-kumpannija holding, jiġifieri kemm il-kumpannija ta’ kontroll PKP S.A. kif ukoll kumpanniji tat-trasport ferrovjarju oħra li jiddependu mill-kumpannija holding.

It-tieni nett, skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja ma ħaditx il-miżuri xierqa — skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/14/KE u l-Artikolu 7(3) u (4) tad-Direttiva 91/440/KEE — sabiex tiżgura l-kisba fil-ħin ta’ ekwilibriju finanzjarju mill-amministratur tal-infrastruttura PLK S.A.. Ir-Repubblika tal-Polonja awtorizzat lill-PLK S.A. takkumula telf sal-2012.

It-tielet nett, skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja ma pprovdietx is-sistema speċjali ta’ inċentivi rikjesta mill-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva 2001/14/KE għall-kumpannija PLK S.A. sabiex tnaqqas l-ispejjeż u l-piż għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja.

Ir-raba’ nett, skont il-Kummissjoniu, ir-Repubblika tal-Polonja ma ħaditx — minkejja l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2001/14/KE — il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-piżijiet miġbura għall-aċċess minimu għall-infrastruttura ferrovjarja jiġu kkalkolati abbażi ta’ spejjeż imputabbli direttament lill-użu tas-servizz ferrovjarju. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Polonja ma pprovdietx il-mekkaniżmu ta’ kontroll rikjest mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, li jippermetti li jiġi stabbilit jekk il-partijiet varji tas-suq jistgħux isostnu ekonomikament il-piżijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja u għall-użu tagħha.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/17


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-515/10)

()

2011/C 30/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u A. Marghelis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tiżgura li l-iskart tas-siment tal-asbestos jiġi pproċessat f’miżbli adegwati, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(e), tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 6(d) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [miżbla] (1) u d-dispożizzjonijiet tal-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma artifiċjali [miżbla] skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (2)

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqajjem motiv wieħed insostenn tar-rikors tagħha, ibbażat fuq interpretazzjoni inkorretta tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/31/KE u, b’mod partikolari, tad-definizzjoni “skart”.

Fil-fatt, ir-rikorrenti tikkontesta l-interpretazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi li tgħid li l-iskart jista’ jkun kemm skart inerti kif ukoll skart perikoluż. Skont il-Kummissjoni, id-direttiva, bil-kontra, tirrikonoxxi li hemm tliet kategoriji distinti ta’ skart, “perikoluż”, “mhux perikoluż” u “inerti”, li jirrappreżentaw obbligi differenti u distinzjoni preċiża fil-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-iskart differenti fil-miżbli. Għalhekk, l-iskart tas-siment tal-asbestos għandu jitqies bħala “skart perikoluż” skont il-lista ta’ skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE (3), kif emendata bid-Deċiżjoni 2001/573/KE (4), u għandhom jittieħdu prekawzjonijiet partikolari sabiex dawn jintremew. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tikklassifika l-iskart tas-siment tal-asbestos bħala inerti u li tawtorizza l-aċċettazzjoni tiegħu f’miżbla għall-iskart inerti ma tosservax ir-rekwiżiti tad-direttiva.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 314.

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Mejju 2000, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 151).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 2001, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-lista ta’ skart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 165).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fit-2 ta’ Novembru 2010 — María Luisa Gómez Cueto vs Administración del Estado

(Kawża C-517/10)

()

2011/C 30/28

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Canarias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Luisa Gómez Cueto

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1) tat-28 ta’ Ġunju tapplika għall-persunal tal-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma marbuta magħhom b’relazzjoni ta’ pożizzjoni ta’ uffiċjali?

(2)

F’każ affermattiv, tmur kontra d-dritt Komunitarju liġi nazzjonali li ma testendix l-effetti retroattivi ta’ regola li titrasponi l-imsemmija direttiva mid-data li fiha kellha tiġi trasposta fid-dritt intern?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3. p. 368)


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Novembru 2010 — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-520/10)

()

2011/C 30/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lebara Ltd

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

(1)

Meta persuna taxxabbli (il-“Kummerċjant A”) tbiegħ skedi tat-telefon li jirrappreżentaw id-dritt li jiġu rċevuti servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mingħand din il-persuna, l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummerċjant A jagħmel żewġ provvisti għall-finijiet tal-VAT: waħda fil-mument tal-bejgħ inizjali tal-iskeda tat-telefon minn Kummerċjant A lil persuna taxxabbli oħra (il-“Kummerċjant B”) u l-oħra fil-mument tal-użu tal-iskeda (jiġifieri l-użu tagħha minn persuna — “l-utent finali” — sabiex isiru t-telefonati)?

(2)

Jekk dan huwa il-każ, kif għandha tiġi applikata (skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni) l-VAT fil-katina ekonomika li tikkonsisti fil-bejgħ, mill-Kummerċjant A, tal-iskeda tat-telefon lil Kummerċjant B, fejn il-Kummerċjant B jerġa’ jbiegħ l-iskeda tat-telefon fl-Istat Membru B u, fl-aħħar nett, din tinxtara mill-utent finali fi Stat Membru B, li juża l-iskeda tat-telefon sabiex jagħmel telefonati?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/18


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 minn Grúas Abril Asistencia, S.L. mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fl-24 ta’ Awissu 2010 fil-Kawża T-386/09, Gruas Abril Asistencia, S.L. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-521/10 P)

()

2011/C 30/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Grúas Abril Asistencia, S.L. (rappreżentant: R. García García, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

Tilqa’ l-argumenti mressqa u, wara li twettaq il-formalitajiet legali neċessarji, tirrevoka d-digriet ta’ inammissibbiltà u tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli peress li l-appellanti għandha locus standi, u tiddeċiedi fuq il-mertu skont it-talbiet tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa intiż kontra d-digriet, mogħti mill-Qorti Ġenerali, li ddikjara l-inammissibbiltà tar-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tibdiex proċedura bil-għan li tikkorreġi l-ksur allegat. Il-Qorti Ġenerali ssostni li ma jistax jiġi ppreżentat rikors kontra tali rifjut minn individwu.

Ir-rikorrenti tqis li l-individwi, bħala destinatarji tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-appell u li tikkonċernahom direttament u individwalment, jistgħu jippreżentaw rikors għal annullament skont l-Artikoli 230 TKE u III-365 tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, u l-ġurisprudenza. Ir-rikorrenti titlob ir-revoka tad-digriet ta’ inammissibbiltà u li għaldaqstant ir-rikors għal annullament jiġi iddikjarat ammissibbli.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Würzburg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2010 — Doris Reichel-Albert vs Deutsche Rentenversicherung Nordbayern

(Kawża C-522/10)

()

2011/C 30/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Würzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Doris Reichel-Albert

Konvenuta: Deutsche Rentenversicherung Nordbayern

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-perijodi għat-trobbija tat-tfal, magħmula fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal perijodi magħmula fit-territorju nazzjonali biss meta l-ġenitur li rabba lit-tfal kien jirrisjedi abitwalment mat-tifel tiegħu barra mit-territorju nazzjonali u, matul il-perijodu għat-trobbija jew immedjatament qabel it-twelid tat-tifel tiegħu, kien suġġett għal perijodi ta’ kontribuzzjoni obbligatorja minħabba attività bħala impjegat jew minħabba attività bħala persuna li taħdem għal rasha mwettqa hemmhekk jew meta, fil-każ ta’ residenza komuni ma’ konjuġi jew sieħeb barra mill-pajjiż, dan il-konjuġi jew sieħeb tal-ġenitur li rabba lit-tfal kien suġġett għal tali perijodi ta’ kontribuzzjoni obbligatorja jew inkella ma ħallasx tali kontribuzzjoni għar-raġuni li kien jaqa’ taħt il-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 5(1) u (4) tal-Kapitolu VI tas-Sozialgesetzbuch (iktar ’il quddiem l-“SGB VI”) jew kien eżenti mill-obbligu li jħallas kontribuzzjoni soċjali taħt l-Artikolu 6 tal-SGB VI [inċiżi 2 u 3 tal-Artikolu 56(3), l-Artikoli 57 u 249 SGB VI]?

(2)

Id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, għandha tiġi interpretata b’mod li jmur lil hinn mill-kontenut letterali tagħha u fis-sens li, b’mod eċċezzjonali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, anki meta ma jkunx hemm attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, il-perijodi għat-trobbija tat-tfal meta, jekk ma jsirx hekk, skont is-sistemi legali rispettivi, tali perijodi la jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-Istat Membru kompetenti u lanqas fi Stat Membru ieħor fejn il-persuna kkonċernata tkun irrisjediet abitwalment matul il-perijodu għat-trobbija tat-tfal?


(1)  ĠU L 284, p. 1.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Novembru 2010 — Wintersteiger AG vs Products 4U Sondermaschinenbau GmbH

(Kawża C-523/10)

()

2011/C 30/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wintersteiger AG

Konvenuta: Products 4U Sondermaschinenbau GmbH

Domandi preliminari

(1)

Il-frażi “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), meta jkun ikkonstatat preġudizzju, ikkawżat minn persuna stabbilita fi Stat Membru ieħor, għal trade mark tal-Istat tal-forum bl-użu ta’ keyword (AdWord) li hija identika għal dik it-trade mark f’mutur ta’ tfittxija tal-internet, li toffri s-servizzi tagħha f’diversi top-level domains nazzjonali, għandha tiġi interpretata fis-sens,

1.1.

li l-ġurisdizzjoni hija stabbilita biss fil-każ meta l-keyword tintuża fis-sit tal-mutur ta’ tfittxija li t-top-level domain tiegħu huwa dak tal-Istat tal-forum;

1.2.

li l-ġurisdizzjoni hija stabbilita biss mill-fatt li s-sit tal-internet tal-mutur ta’ tfittxija li fuqu tintuża l-keyword jista’ jiġi kkonsultat fl-Istat tal-forum;

1.3.

li l-ġurisdizzjoni tiddependi, minbarra l-possibbiltà li s-sit tal-internet jiġi kkonsultat, mir-realizzazzjoni ta’ kundizzjonijiet addizzjonali?

(2)

Fil-każ ta’ tweġiba pożittiva għad-domanda 1.3:

Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk, fil-każ tal-użu ta’ trade mark tal-Istat tal-forum bħala keyword (AdWord) fuq is-sit tal-internet ta’ mutur ta’ tfittxija b’top-level domain nazzjonali li ma jkunx dak tal-Istat tal-forum, il-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 5(3) hijiex stabbilita?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/20


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-524/10)

()

2011/C 30/33

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi applikat skema speċjali għall-bdiewa fir-rigward tal-iskema introdotta bid-Direttiva tal-VAT (1), minħabba l-fatt li teżentahom mill-ħlas tal-VAT, billi applikat perċentwali fissa ta’ kumpens b’rata żero, filwaqt li għamlet kumpens negattiv sostanzjali fir-riżorsi proprji tagħha biex tkun tista’ tkopri l-VAT, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 296 sa 298 tad-Direttiva tal-VAT.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-leġiżlazzjoni Portugiża ma tipprovdix kumpens fiss għall-bdiewa permezz tal-VAT mħallsa fuq l-input. Meta saru kontrolli tar-riżorsi proprji għas-snin 2004 u 2005, fil-Portugall fit-13 u l-14 ta’ Novembru 2007, l-awtoritajiet Portugiżi indikaw li l-VAT fuq l-input mhux imnaqqas mill-bdiewa suġġetti għall-iskema speċjali kien żdied b’madwar 5,3 % tal-bejgħ rispettiv fl-2004 u b’madwar 7,9 % fl-2005. Billi huma kkunsidraw li minħabba f’hekk il-VAT mitluba fis-settur tal-biedja kienet eċċessiva, l-awtoritajiet Portugiżi wettqu kumpens negattiv, ta’ madwar EUR 70 miljun fl-2004, fil-kalkoli tagħhom tal-bażi taxxabbli tar-riżorsi proprji. Wara li eżaminat fid-dettall il-kompatibbiltà mad-Direttiva tal-VAT tal-iskema speċjali applikata għall-bdiewa fil-Portugall, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Repubblika Portugiża mhux qed tosserva l-obbligi imposti bl-Artikoli 296 sa 298 tad-Direttiva tal-VAT. Fil-fatt, l-iskema komuni b’rata fista prevista mid-Direttiva tal-VAT tirrikjedi li tiġi stabbilita perċentwali ta’ kumpens adegwata dejjem sakemm id-data makroekonomika rilevanti tindika li l-VAT imħallsa fuq l-input mill-bdiewa li jaqgħu taħt din l-iskema speċjali ma tkunx żero jew kważi żero.

Jekk huwa minnu li l-Istati Membri ma humiex awtorizzati li jistabbilixxu perċentwali fissi ta’ kumpens li jeċċedu l-oneru fiskali tal-VAT fuq l-input, peress li tali kumpensi eċċessivi jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għas-setturi inkwistjoni, minn dan ma jistax jiġi dedott li l-leġiżlazzjoni Portugiża, li ma tipprovdi ebda kumpens favur bdiewa suġġetti għall-iskema speċjali, hija konformi mad-Direttiva tal-VAT. L-Istati Membri ma jistgħux liberament jinjoraw id-data makroekonomika u jiddeċiedu, sempliċement, li ma hemmx lok għall-ħlas ta’ xi tip ta’ kumpens għall-VAT fuq l-input mitlub. F’dan il-każ, l-Istat Membru japplika għall-bdiewa tiegħu skema speċjali sostanzjalment differenti, fl-istruttura u fl-għanijiet tiegħu, mill-iskema komuni b’rata fissa tal-bdiewa, skont kif previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT.

Il-Kummissjoni tqis li l-iskema speċjali introdotta bil-leġiżlazzjoni Portugiża għat-tranżazzjonijiet magħmula mill-bdiewa ma tikkostitwix applikazzjoni korretta u koerenti ta’ din l-iskema komuni. Fil-verità, din il-leġiżlazzjoni hija sempliċement eżenzjoni mit-taxxa u, għaldaqstant, teskludi totalment mis-sistema tal-VAT il-bdiewa kollha li ma jagħżlux l-iskema normali ta’ tassazzjoni. Jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-bdiewa koperti minn din l-iskema fil-preżent jirrappreżentaw parti sinjifikattiva tas-settur agrikolu Portugiż, din l-għażla offruta mil-leġiżlatur nazzjonali tippreġudika serjament il-prinċipju ta’ applikazzjoni ġenerali tat-taxxa, li jipprovdi li l-VAT għandu jintalab bl-iktar forma ġenerali possibbli u l-ambitu tiegħu għandu jkopri l-fażijiet kollha ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-beni, kif ukoll tal-provvista ta’ servizzi. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ eżenzjoni applikabbli għat-tranżazzjonijiet magħmula mill-bdiewa ma hija prevista f’ebda dispożizzjoni tad-Direttiva tal-VAT, u tmur direttament kontra kif inhu pprovdut fl-Artikolu 296(1) li jiippermetti biss lill-Istati Membri jagħżlu bejn tliet skemi ddefiniti sew fir-rigward tat-tassazzjoni tal-bdiewa: l-applikazzjoni ta’ skema normali, l-applikazzjoni ta’ skema speċjali prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu XII jew l-applikazzjoni ta’ skema komuni b’rata fissa prevista fil-Kapitolu 2 tal-istess titolu.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (Ir-Repubblika tal-Ungerija) fil-15 ta’ Novembru 2010 — ERSTE Bank Hungary Nyrt. vs Magyar Állam, B.C.L Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt.

(Kawża C-527/10)

()

2011/C 30/34

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ERSTE Bank Hungary Nyrt.

Konvenuti: L-Istat Ungeriż, B.C.L Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt.

Intervenjenti: dr. Bárándy és Társai Ügyvédi Iroda, Komerční banka, a.s.

Domanda preliminari

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (1), għandu jiġi applikat fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja ta’ dritt ċivili li tikkonċerna l-eżistenza ta’ dritt in rem [f’dan il-każ, security deposits (óvadék)], fid-dawl tal-fatt li l-pajjiż fejn jinsabu l-beni li huma s-suġġett tal-bond, jiġifieri beni mobbli, u sussegwentement il-flus li ħadu posthom, kien għadu ma huwiex membru tal-Unjoni Ewropea meta bdiet, fi Stat Membru ieħor, il-proċedimenti ta’ falliment attwali, iżda li kien Membru meta seħħet il-preżentata tar-rikors?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/21


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-528/10)

()

2011/C 30/35

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex matul l-applikazzjoni tal-ewwel serje għal-linji tal-ferroviji, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) sa (5) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE (1) kif ukoll taħt l-Artikolu 30(1) u l-Artikoli 4 u 30(5) tal-istess direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

i)    Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ inċentivi sabiex jintaqqsu l-ispejjeż tal-konċessjoni tal-infrastruttura u l-livell tal-ħlasijiet għall-aċċess

Il-Kummissjoni tqis li, mingħajr ma tat ġustifikazzjoni suffiċjenti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tapplika fil-prattika sistema ta’ inċentivi lill-operaturi tal-infrastruttura sabiex tnaqqas l-ispejjeż tal-konċessjoni tal-infrastruttura u tal-livell tal-ħlasijiet għall-aċċess, u b’hekk kisret l-obbligi li hija għandha taħt l-Artikolu 6(2) sa (5) tad-Direttiva 2001/14/KE.

ii)    Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ sistema għat-titjib fil-prestazzjonijiet

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, mingħajr ma tat ġustifikazzjoni suffiċjenti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tistabbilixxi uffiċjalment serje ta’ mekkaniżmi sabiex tiżgura l-funzjonament u l-applikazzjoni ta’ sistema għat-titjib fil-prestazzjonijiet intiża sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun in-nuqqasijiet u ttejjeb il-prestazzjonijiet tan-netwerk ferrovjarju fil-Greċja, u konsegwentement, naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE.

iii)    Nuqqas li jiġi stabbilit korp regolatorju indipendenti, li għandu l-possibbiltà li jimponi sanzjonijiet

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, mingħajr ma tat ġustifikazzjoni suffiċjenti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli tiżgura l-istabbiliment ta’ korp regolatorju kompetenti fil-qasam tat-trasport, liema korp ikun indipendenti kemm mill-operaturi tal-infrastruttura, mill-korpi responsabbli għat-tariffi, mill-korpi tat-tqassim u mill-applikanti, fuq livell organizzattiv, ġuridiku, deċiżjonali u fid-deċiżjonijiet finanzjarji tiegħu. B’mod iktar preċiż, il-Kunsill Nazzjonali tal-ferroviji jaġixxi taħt is-superviżjoni tal-Minstru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet, li, kif huwa magħruf, jeżerċita influwenza deċiżiva fuq l-impriża ferrovjarja TRAINOSE. Minħabba din is-sitwazzjoni, jista’ jinftiehem faċilment li jeżisti kunfitt ta’ interessi, fid-dawl tal-pożizzjoni tal-impjegati ta’ dawn il-korpi li, bħala membri tal-korp ta’ kontroll, huma marbuta jiżguraw in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni kontra l-kompetituri tal-impriża pubblika ferrovjarja, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-doveri ta’ kontroll tagħhom, l-interessi kummerċjali tal-impriża li hija taħt is-sorveljanza tal-ministru stess. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/14/KE.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, mingħajr ma tat ġustifikazzjoni suffiċjenti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji tat-tip li jiżguraw li l-korp regolatorju jkun jista’ jimponi sanzjonijiet fil-każ ta’ rifjut li tiġi pprovduta informazzjoni jew fil-każ ta’ rimedju għal ċerti sitwazzjonijiet. B’mod partikolari, ir-Repubblika Ellenika ma adottatx id-deċiżjoni li tiddefinixxi n-natura tas-sanzjonijiet, l-ammont tal-multi, kif ukoll il-proċedura sabiex dawn jiġu applikati u rkuprati, li jirrużulta fi ksur tal-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 30(1),(4) u (5) tad-Direttiva 2001/14/KE.


(1)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-16 ta’ Novembru 2010 — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Safilo Spa

(Kawża C-529/10)

()

2011/C 30/36

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Konvenuta: Safilo Spa

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju li ma tistax tabbuża mid-dritt fil-qasam fiskali, kif iddefinit fis-sentenzi fil-Kawżi C-255/02 u C-425/06, Halifax u Part Service, huwa prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju li japplika biss fil-qasam tat-taxxi armonizzati u fl-oqsma rregolati minn regoli tad-dritt Komunitarju sekondarju, jew jestendi, bħala ipoteżi ta’ abbuż tal-libertajiet fundamentali, għall-qasam tat-taxxi mhux armonizzati, bħat-taxxi diretti, meta l-intaxxar ikopri fatti ekonomiċi transnazzjonali, bħall-akkwist ta’ drittijiet ta’ tgawdija minn kumpannija tal-ishma ta’ kumpannija oħra, li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz?

(2)

Indipendentement mir-risposta għad-domanda preċedenti, hemm interess Komunitarju fil-fatt illi l-Istati Membri jipprovdu strumenti xierqa biex jiġġieldu kontra l-evażjoni fiskali fil-qasam tat-taxxi mhux armonizzati; tali interess jipprekludi n-nuqqas ta’ applikazzjoni, fil-kuntest ta’ miżura ta’ amnestija, tal-prinċipju ta’ abbuż ta’ dritt, irrikonoxxut ukoll bħala regola tad-dritt nazzjonali; f’każ bħal dan, hemm ksur tal-prinċipji li jirriżultaw mill-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?

(3)

Il-prinċipji li jirregolaw is-suq wieħed jinkludu projbizzjoni milli, minbarra l-miżuri straordinarji ta’ rinunzja totali għal kreditu fiskali, tiġi stipulata miżura straordinarja li tirregola l-estinzjoni ta’ kawżi fiskali, b’applikazzjoni limitata fiż-żmien u bil-kundizzjoni li titħallas biss parti minima mit-taxxa dovuta?

(4)

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u r-regolamentazzjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat jostakolaw is-sistema ta’ estinzjoni ta’ kawżi fiskali li dwarha tittratta din il-kawża?

(5)

Il-prinċipju ta’ effettività tad-dritt Komunitarju jipprekludi regola ta’ proċedura straordinarja u limitata fiż-żmien, li tneħħi l-istħarriġ tal-legalità (u b’mod partikolari l-istħarriġ tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dritt Komunitarju) minn idejn il-qorti tal-aħħar istanza, li għandha l-obbligu li tirrinvija domandi preliminari dwar validità u interpretazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/22


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovakkja

(Kawża C-531/10)

()

2011/C 30/37

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra u J. Javorský, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovakkja

Talbiet

tiddikjara li, billi l-Ministeru tat-Trasport, tal-Posta u tat-Telekomunikazzjonijiet tar-Repubblika tas-Slovakkja kkonkluda kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza li għandu rilevanza transfrontali, u dan mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa għal offerti, ir-Repubblika tas-Slovakkja naqset mill-obbligi tagħha taħt il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u l-prinċipju ta’ trasparenza, kif stabbiliti fl-Artikoli 49 u 56 TFUE, u msemmija fl-Artikolu 2 tad-direttiva 2004/18/KE (1);

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovakkja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Ministeru tat-Trasport, tal-Posta u tat-Telekomunikazzjonijiet tar-Repubblika tas-Slovakkja kkonkluda kuntratt għall-provvista ta’ servizzi li għandu rilevanza transfrontali fir-rigward tal-valur tal-kuntratt, tal-kompetenzi mitluba, u tal-fatt li l-fornitur preċedenti tas-servizzi kienet kumpannija ta’ Stat Membru ieħor. Il-kuntratt ġie ffirmat mingħajr ebda pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa għal offerti. B’dan il-mod, mingħajr ebda dubju, inkiser il-prinċipju ta’ trasparenza, għaliex il-kumpanniji l-oħra, differenti minn dawk li l-Ministeru għażel li jikkuntattja, ma ġewx informati bl-eżistenza ta’ tali appalt u ma kellhomx il-possibiltà li jippreżentaw l-offerta tagħhom. Peress li kiser il-prinċipju ta’ trasparenza, il-Ministeru wkoll mar kontra l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, u dan billi ttratta b’mod differenti lill-grupp ta’ kumpanniji li l-Ministeru kkuntattja fir-rigward tal-kuntratt pubbliku u l-grupp — li minnu jagħmlu parti anki kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom barra mir-Repubblika tas-Slovakkja — li ma ġewx ikkuntattjati, iżda setgħu kellhom interess f’tali appalt pubbliku. Peress li l-għoti tal-appalt ma kienx suġġett għal proċedura miftuħa, il-Ministeru stess irrinunzja għall-vantaġġi li f’dan il-każ setgħu jirriżultaw mill-eżistenza tas-suq intern u li anki permezz tagħhom seta’ jikseb offerta iktar konvenjenti għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza, għar-raġuni li kien ikun hemm numru ikbar ta’ kumpanniji mill-Unjoni Ewropea.


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, 2004/18/KE, dwar il-kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU L 134 pġ. 114).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance de Roubaix (Franza) fis-17 ta’ Novembru 2010 — CIVAD SA vs Receveur des douanes de Roubaix, Directeur régional des douanes et droits indirects de Lille, Administration des douanes

(Kawża C-533/10)

()

2011/C 30/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance de Roubaix

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CIVAD SA

Konvenuti: Receveur des douanes de Roubaix, Directeur régional des douanes et droits indirects de Lille, Administration des douanes

Domandi preliminari

(1)

L-illegalità ta’ regolament Komunitarju li la abbażi tal-fatti u lanqas abbażi tal-liġi ma jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors individwali għal annullament ippreżentat minn operatur, tikkostitwixxi fil-konfront tiegħu każ ta’ forza maġġuri li jawtorizza li jinqabeż it-terminu previst [fit-tieni subparagrafu tal-] Artikolu 236[(2)] tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1)?

(2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet [tat-tielet subparagrafu] tal-Artikolu 236[(2)] tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jimponu fuq l-awtoritajiet doganali l-obbligu li jagħtu rimbors ex officio tad-dażji antidumping meta l-illegalità tar-regolament tkun ġiet ikkonstatata wara li l-legalità tiegħu ġiet ikkontestata minn Stat Membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO):

(1)

mid-data tal-ewwel komunikazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat li tikkontesta l-legalità tar-regolament antidumping;

(2)

mid-data tar-rapport tal-grupp speċjali li jikkonstata l-illegalità tar-regolament antidumping;

(3)

mid-data tar-rapport tal-korp tal-appell tad-WTO li wassal lill-Komunità Ewropea sabiex tirrikonoxxi l-illegalità tar-regolament antidumping?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/23


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2010 minn 4care AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-575/08, 4care AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-535/10)

()

2011/C 30/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: 4care AG (rappreżentant: S. Redeker, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Laboratorios Diafarm, S.A.

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010, Kawża T-575/08, u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa mill-intervenjenti;

tikkundanna lill-appellat u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li permezz tagħha dik il-qorti ċaħdet ir-rikors ippreżentant mill-appellanti u intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-7 ta’ Ottubru 2008 li tiċħad l-applikazzjoni tal-appellanti għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv “Acumed”. Permezz tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti “AQUAMED ACTIVE”.

Skont l-appellanti, is-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Skont l-istess appellanti, il-Qorti Ġenerali għamlet evalwazzjoni żbaljata fir-rigward tal-karattru distintiv tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni, fir-rigward tax-xebh bejn is-sinjali kunfliġġenti u kif ukoll fir-rigward tal-kwistjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

L-appellanti ssostni li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-karattru distintiv, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti l-karattru deskrittiv tal-kelma “AQUAMED” fi ħdan it-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx l-importanza tan-numru kbir ta’ trade marks ta’ terzi preċedenti invokati mill-appellanti. L-appellanti tikkunsidra li l-espressjoni “AQUAMED ACTIVE” għandha, intrinsikament, karattru distintiv dgħajjef, u dan mhux biss minħabba l-użu ta’ elementi deskrittivi u komuni ħafna fis-settur tal-prodotti inkwistjoni. Hija żżid li, barra minn hekk, il-karattru distintiv ikompli jiddgħajjef, a posteriori, minħabba l-użu ta’ trade mark simili ta’ terzi fil-kummerċ. Skont l-appellanti, li kieku l-Qorti Ġenerali evalwat dan il-punt b’mod rilevanti, hija kienet tasal għall-konklużjoni li t-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni “AQUAMED ACTIVE” għandha, l-iktar l-iktar, karattru distintiv dgħajjef ħafna u li għalhekk għandha tibbenefika minn protezzjoni limitata.

L-appellanti ssostni li, fil-kuntest tal-eżami tax-xebh tas-sinjali, il-Qorti Ġenerali injorat ċirkustanzi essenzjali, b’tali mod li ma għamlitx evalwazzjoni globali. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkunsidrat li l-element “ACTIVE” tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni kellu jiġi injorat kompletament fil-kuntest tal-paragun tas-sinjali u li kien meħtieġ biss li jsir paragun tal-kliem “AQUAMED” u “Acumed”. L-appellanti tqis li, meta għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li l-kliem “AQUAMED” u “ACTIVE” huma marbutin mill-qrib ma’ xulxin, fatt dan li jipprekludi eliminazzjoni totali tal-kelma “ACTIVE”. Li kieku l-Qorti Ġenerali qabbel it-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni, “AQUAMED ACTIVE”, fit-totalità tagħha, mat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni, “Acumed”, hija kien ikollha tikkonstata li ma hemmx xebh bejn is-sinjali.

L-appellanti tqis li anki jekk wieħed iqabbel — b’mod żbaljat — il-kliem “AQUAMED” u “Acumed”, ikollu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali, fi kwalunkwe każ, wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. Skont l-appellanti, f’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali injorat ċertu numru ta’ deċiżjonijiet preċedenti fejn il-probabbiltà ta’ konfużjoni kienet ġiet eskluża f’ċirkustanzi paragunabbli. Barra minn hekk, skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, minħabba l-protezzjoni limitata tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni, anki differenzi minimi bejn is-sinjali huma biżżejjed sabiex tiġi eskluża l-probabbiltà ta’ konfużjoni. Minn dan l-appellanti tikkonkludi li, li kieku l-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni dan il-fatt, hija kienet tasal għall-konklużjoni li, minħabba d-differenzi fuq il-livell viżiv, fonetiku u kunċettwali, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kienet, fi kwalunkwe każ, suffiċjentement differenti mit-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/24


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2010 minn MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-233/08, Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-536/10)

()

2011/C 30/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata, sa fejn ir-rikors ġie miċħud fir-rigward tat-talbiet mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ April 2008, fil-Każ R 1525/2006-4; u

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-appell u tar-rikors.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali li permezz tagħha dik il-qorti ċaħdet ir-rikors sa fejn hija kkunsidrat li r-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ma kisirx l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (iktar ’il quddiem: ir-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja), kif ukoll l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja meta rrifjuta li jirreġistra t-trade mark verbali “ROI ANALYZER” għal prodotti fil-klassi 9 (softwer tal-kompjuter) u għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42 (konsultazzjoni għal negozju u żvilupp ta’ programmi għall-ipproċessar ta’ data, etc).

(2)

Il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq fatti żbaljati meta kkunsidrat li hemm kummerċ speċifiku ta’ prodotti u servizzi speċifiċi intiżi esklużivament għal professjonisti li għandhom għarfien u interess fil-ġestjoni tan-negozju. B’hekk, ma ġiex ikkunsidrat li l-prodotti li huma “softwer tal-kompjuter” fil-klassi 9 ikunu użati biss “b’mod partikolari” għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ data korporattiva. F’dan ir-rigward, varjetà ikbar ta’ softwer tkun tista’ taqa’ taħt din it-trade mark. Barra minn dan, is-softwer tar-rikorrenti huwa użat ukoll minn inġiniera u minn persuni oħra li ma jkunux familjari mat-terminoloġija tan-negozju. L-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar dan il-punt hija bbażata fuq fatti żbaljati.

Barra minn dan, il-Qorti Ġenerali għal darba oħra ibbażat ruħha fuq fatti żbaljati meta kkunsidrat li l-kelma “ROI” għandha tifsiriet differenti f’lingwi differenti, iżda meta dan l-element ikun flimkien mal-kelma “ANALYZER” il-pubbliku dejjem jarah bħala “Return On Investment”. L-argument tal-Qorti Ġenerali, li mingħajr ma jagħmel kunsiderazzjonijiet oħra l-pubbliku rilevanti jifhem din id-denominazzjoni bħala “strument għall-analiżi tar-rata ta’ ritorn fuq investiment”, huwa wieħed żbaljat.

Barra minn dan, il-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-prodotti u tas-servizzi f’dak li jirrigwarda ħardwer tal-kompjuter meta kkunsidrat li kien hemm raġunijiet għar-rifjut tar-reġistrazzjoni. Wara li ġew separati l-elementi tat-trade mark, l-isem ta’ dawn il-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 35 u 42 ġie legalment irreġistrat.

Fl-aħħar nett, saret referenza għar-reġistrazzjonijiet magħmula fl-UE, jiġifieri bħala trade marks Komunitarji, referenza li ġiet irrifjutata fuq il-bażi li t-trade marks nazzjonali ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni. Għal darba oħra, din il-preżunzjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni żbaljata.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/25


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-542/10)

()

2011/C 30/41

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Ł. Habiak u S. La Pergola, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha b’mod sħiħ mad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (1), u fi kwalunkwe każ billi ma nnotifikatx dawn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 94(1) tal-imsemmija Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/64 skada fl-1 ta’ Novembru 2009.


(1)  ĠU L 319, p. 1.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/25


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 minn Hans-Peter Wilfer mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fit-8 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-458/08 — Wilfer vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-546/10 P)

()

2011/C 30/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Hans-Peter Wilfer (rappreżentant: W. Prinz, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża T-458/08,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell ġie ppreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-appellant kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-25 ta’ Lulju 2008, li tiċħad l-applikazzjoni tiegħu għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tirriproduċi l-parti ta’ fuq ta’ gitarra ta’ kulur il-fidda, griż u kannella.

Insostenn tal-appell tiegħu l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-dokumenti li kienu inizjalment annessi mar-rikors. Ir-rikorrent jafferma li dawn kienu jirrigwardaw biss l-integrazzjoni tal-argumenti preċedenti li madankollu kellhom jiġu eżaminati.

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li għat-trade marks fl-għamla ta’ prodotti tridimensjonali kellha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, il-prodotti ta’ konsum regolari u, min-naħa l-oħra, il-prodotti speċjali. Il-prodotti speċjali huma kkaratterizzati mill-fatt li dawn, fl-opinjoni ġeneralment kondiviża mill-pubbliku interessat, jindikaw partijiet partikolari tal-prodott proprju sabiex jindikaw l-oriġini tiegħu. Konsegwentement, f’dan ir-rigward ma humiex applikabbli ċerti obbligi ta’ dimostrazzjoni tal-karattru distintiv. F’dan il-kuntest, għal tali partijiet tal-prodotti huwa diġà suffiċjenti minimu ta’ karattru distintiv. Barra minn hekk, il-kwistjoni tal-karattru distintiv ma ġietx ittrattata fid-dawl tal-prassi komuni li tipprovdi li huwa dejjem innotat mill-pubbliku interessat (mużiċisti professjonisti u dilettanti) li, strumenti bil-kordi, bħalma huma l-vjolini jew l-istradivari, huma identifikati minn għamla partikolari tal-parti ta’ fuq ta’ strument. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni li, għat-trade mark figurattiva li tirriproduċi biss parti minn prodott, li normalment isservi sabiex tindika l-prodott, bħalma hija l-parti ta’ fuq tal-kitarra, huwa diġà suffiċjenti minimu ta’ karattru distintiv.

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju tal-eżami ex officio tal-fatti skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, inkwantu, b’riferiment għall-kwistjoni tal-mod kif il-parti ta’ fuq ta’ kitarra tista’ tindika l-oriġini ta’ kitarra, ittraskurat ir-rabta regola/eċċezzjoni.

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-prinċipju ta’ trattament ugwali, inkwantu ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ trade marks Komunitarji u nazzjonali oħra li jirriproduċu wkoll biss il-parti ta’ fuq ta’ kitarra.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/26


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 mill-Konfederazzjoni Svizzera mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-Kawża T-319/05, Il-Konfederazzjoni Svizzera vs Il-Kummissjoni Ewropea (partijiet oħra fil-proċedura: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Landkreis Waldshut)

(Kawża C-547/10 P)

()

2011/C 30/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Konfederazzjoni Svizzera (rappreżentant: S. Hirsbrunner, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Landkreis Waldshut

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija fid-9 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-319/05, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/12/KE, tal-5 ta’ Diċembru 2003 u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż (inklużi dawk tal-ewwel istanza), skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u

fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi skont l-evalwazzjoni ġuridika tagħha, u tirriżerva d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż tal-appell għall-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa ppreżentat mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-319/05 (iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”). Din is-sentenza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/12/KE, tal-5 ta’ Diċembru 2003 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), dwar il-213 ir-Regolament ta’ implementazzjoni, tal-15 ta’ Jannar 2003, tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tat-traffiku tal-ajru li jistabbilixxi proċeduri għall-inżul u għat-tluq permezz ta’ istrumenti fl-ajruport ta’ Zurich (iktar ’il quddiem il-“213 ir-Regolament ta’ implementazzjoni”), fil-verżjoni tiegħu emendata bl-ewwel regolament, tal-1 ta’ April 2003, li jemenda l-213 ir-regolament ta’ implementazzjoni (iktar ’il quddiem il-“miżuri Ġernamiżi inkwistjoni”).

L-appellanti ssostni l-aggravji li ġejjin:

(1)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92, tat-23 ta’ Lulju 1992, dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament Nru 2408/92”), sa fejn hija llimitat il-qasam ta’ applikazzjoni għal projbizzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ traffiku. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li tali interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 2408/92, anki jekk kellha tkun possibbli fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, ma setgħatx tiġi invokata kontra l-appellanti skont l-Artikolu 1(2) tal-ftehim (1).

(2)

Billi naqset milli takkuża lill-Kummissjoni li warrbet mingħajr motivazzjoni l-applikabbiltà tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 2408/92, il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 253 KE). Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ikkunsidrat, inġustament, li l-fatt li l-Kummissjoni ressqet, waqt il-proċedura, “spjegazzjoni” kompletament differenti mill-motivazzjoni indikata fid-deċiżjoni kkontestata ma jikkostitwixxix sostituzzjoni tal-motivi waqt l-istanza.

(3)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 2408/92, fis-sens li ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-drittijiet tal-operaturi tal-ajruporti u tal-persuni li jgħixu fil-viċinanzi tiegħu.

(4)

Il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Hija wettqet żball ta’ liġi billi eskudiet mill-analiżi tagħha d-drittijiet tal-operaturi tal-ajruporti u tal-persuni li jgħixu fil-viċinanzi tiegħu. Għall-kuntrarju għat-talbiet tar-rikors, hija rrifjutat li tivverifika n-neċessità tal-miżuri. Hija applikat b’mod laxk wisq il-ħtieġa ta’ ġustifikazzjoni bbażata fuq motivi oġġettivi. Skont il-Qorti Ġenerali, l-interess li tiġi ffavorita żona ta’ natura turistika ma ħaqqux protezzjoni, peress li l-interessi ekonomiċi ma jistgħux jikkostitwixxu ġustifikazzjoni oġġettiva.

(5)

Il-kontroll tal-proporzjonalità, imwettaq mill-Qorti Ġenerali, huwa vvizzjat bi żbalji ta’ liġi serji. Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi. Hija ma spjegatx il-fatti b’mod komplet. Billi injorat is-setgħa ta’ kontroll tagħha, hija ssostwixxiet il-konstatazzjoni tal-fatti tal-Kummissjoni bil-konstatazzjonijiet tagħha. Bi ksur tad-dritt għal smigħ, hija tibbaża ruħha fuq kunsiderazzjonijiet ta’ fatt li dwarhom l-appellanti ma nstemgħatx.

(6)

Fir-rigward tal-eżami tar-restrizzjonijiet inqas restrittivi, il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli tat-tqassim tal-oneru tal-prova kif ukoll ta’prinċipji oħra.

(7)

Fir-rigward tal-ispjegazzjonijiet dwar il-miżura alternattiva ta’ valur limitu ta’ ħoss, il-Qorti Ġenerali tressaq argumenti li huma manifestament kontradittorji.


(1)  Nota: Dan huwa l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat fil-21 ta’ Ġunju 1999 fil-Lussemburgu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 94).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/27


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-548/10)

()

2011/C 30/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u C. Egerer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija kisret l-obbligi tagħha skont id Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil Komunità Ewropea (Inspire) (1), peress li hija ma kkomunikatx kompletament il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva, jew li hija ma kkomunikathomx kompletament lill-Kummissjoni, u

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta’ Mejju 2009.


(1)  ĠU L 108, p. 1.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/27


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-555/10)

()

2011/C 30/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tikkonstata li, matul l-implementazzjoni tal-ewwel pakkett tal-ferroviji, ir-Repubblika tal-Awstrija naqqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 6(3) u l-Anness II tad-Direttiva 91/440/KEE kif emendata kif ukoll skont l-Artikoli 4(2) u 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-indipendenza tal-operatur tal-infrastruttura tal-ferroviji meħtieġa mid-direttiva ma ġietx korrettament implementata fid-dritt nazzjonali Awstrijak.

Ċertament, l-organizzazzjoni eżistenti fl-Awstrija li tgħaqqad f’kumpannija holding minn naħa, impriża li teżerċita funzjonijiet essenzjali ta’ użu tal-infrastruttura tal-ferroviji u, min-naħa l-oħra, impriża li tipprovdi servizzi tal-ferroviji hija fil-prinċipju legali. Madankollu, għandu jiġi żgurat li dawn iż-żewġ impriżi huma ekonomikament indipendenti minn xulxin.

Il-kumpanija holding ma għandu jkollha l-ebda kontroll fuq il-kumpannija sussidjarja li twettaq il-funzjonijiet essenzjali tal-operazzjoni tal-infrastruttura tal-ferroviji. Dan ma huwiex żgurat fl-Awstrija. L-indipendenza tal-operatur tal-infrastruttura ma hija kkontrollata minn ebda awtorità indipendenti u l-kompetituri ma għandhom ebda opportunità effettiva ta’ rimedju fil-każ ta’ trattament preferenzjali minn impriża partikolari.

Lanqas ma hemm biżżejjed dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew kuntrattwali sabiex jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-kumpannija holding u s-sussidjarja tagħha li jwettqu l-funzjonijiet essenzjali tal-użu tal-infrastruttura ferrovjarja.

Skont il-Kummissjoni, anki d-diversi rabtiet personali bejn il-kumpannija holding u l-kumpannija sussidjarja, bħall-pożizzjonijiet doppji fil-bordijiet tad-diretturi tal-kumpanniji rispettivi, iqajmu dubji dwar l-indipendenza ekonomika. Hija tqis li huwa neċessarju li, għal ftit snin, id-diriġenti eżekuttivi ta’ impriża jiġu esklużi minn dmirijiet ta’ amministrazzjoni fl-impriża l-oħra. Barra minn dan, huwa meħtieġ li l-ħatra tal-persunal li jamministra l-entità li twettaq il-funzjonijiet essenzjali ta’ użu ssir biss taħt il-kontroll ta’ awtorità indipendenti.

Barra minn dan, skont il-Kummissjoni, jidher li huwa neċessarju wkoll li ssir separazzjoni fiżika u personali tas-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi sabiex tiġi żgurata l-indipendenza meħtieġa mill-impriża responsabbli mill-funzjonijiet essenzjali ta’ użu tal-infrastruttura tal-ferroviji.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/28


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Europea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-565/10)

()

2011/C 30/46

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li billi naqset li

tieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-agglomerazzjonijiet ta’

Chieti u Gissi (Abruzzo),

Acri, Siderno, Bagnara Calabra, Bianco, Cassano allo Ionio, Castrovillari Crotone, Santa Maria del Cedro, Gioia Tauro, Lamezia Terme, Melito di Porto Salvo, Mesoraca, Montebello Ionico, Montepaone, Motta San Giovanni, Reggio Calabria, Rende, Rossano, Scalea, Sellia Marina, Soverato u Strongoli (Calabria),

Afragola, Nola, Ariano Irpino, Avellino, Battipaglia, Benevento, Capaccio, Capri, Caserta, Mercato Sanseverino, Torre del Greco, Aversa, Ischia, Casamicciola Terme, Forio, Napoli Est, Napoli Nord, Napoli Ovest, Vico Equense, Salerno u Montesarchio (Campania),

Cervignano del Friuli u Monfalcone (Friuli Venezia-Giulia),

Frascati u Zagarolo (Lazio),

Camisano, Genova, La Spezia, Riva Ligure, Sanremo u Ventimiglia (Liguria),

Tolentino (Marche),

Campobasso 1 u Isernia (Molise),

Manduria, Porto Cesareo, Supersano u Traviano (Puglia),

Follonica u Piombino (Toscana),

Misterbianco + altri, Paternò, Aci Catena, Adrano, Catania + altri, Giarre-Mascali-Riposto + altri, Caltagirone, Aci Castello, Acireale + altri, Belpasso, Biancavilla, Gravina di Catania, Tremestieri Etneo, San Giovanni La Punta, Caltanissetta-San Cataldo, Macchitella, Niscemi, Agrigento e periferia, Favara, Palma di Montechiaro, Porto Empedocle, Sciacca, Cefalù, Carini + ASI Palermo, Monreale, Palermo + frazioni limitrofe, Santa Flavia, Augusta, Avola, Priolo Gargallo, Carlentini, Ragusa, Marina di Ragusa, Santa Croce Camerina, Vittoria, Scoglitti, Favignana, Marsala, Partanna l (Villa Ruggero), Capo d’Orlando, Giardini Naxos, Consortile Letojanni, Pace del Mela, Piraino, Roccalumera, Consortile Sant’Agata Militello, Consortile Torregrotta, Messina l, Messina u Messina 6 (Sicilia),

li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000, li jarmu f’ilmijiet riċeventi li ma humiex ikkunsidrati bħala “żoni sensittivi” fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE (1), jiġu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva,

tieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li fl-agglomerazzjonijiet ta’

Gissi u Lanciano-Castel Frentano (Abruzzo),

Acri, Siderno, Bagnara Calabra, Cassano allo Ionio, Castrovillari, Crotone, Melito di Porto Salvo, Montebello Ionico, Montepaone, Motta San Giovanni, Reggio Calabria u Rossano (Calabria),

Ariano Irpino, Avellino, Battipaglia, Benevento, Capaccio, Capri, Caserta, Aversa, Ischia, Casamicciola Terme, Forio, Massa Lubrense, Napoli Est, Napoli Nord u Vico Equense (Campania),

Trieste-Muggia-San Dorligo (Friuli Venezia-Giulia),

Zagarolo (Lazio),

Albenga, Borghetto Santo Spirito, Finale Ligure, Genova, Imperia, La Spezia, Margherita Ligure, Quinto, Rapallo, Recco u Riva Ligure (Liguria),

Campobasso l u Isernia (Molise),

Casamassima, Casarano, Manduria, Monte Sant’Angelo, Porto Cesareo, Salice Salentino, San Giovanni Rotondo, San Vito dei Normanni, Squinzano, Supersano u Vernole (Puglia),

Vicenza (Veneto),

Misterbianco + altri, Scordia-Militello Val di Catania, Palagonia, Aci Catena, Giarre-Mascali-Riposto + altri, Caltagirone, Aci Castello, Bronte, Acireale + altri, Belpasso, Gravina di Catania, Tremestieri Etneo, San Giovanni La Punta, Macchitella, Niscemi, Riesi, Agrigento e periferia, Favara, Palma di Montechiaro, Menfi, Porto Empedocle, Ribera, Sciacca, Bagheria, Cefalù, Carini + ASI Palermo, Misilmeri, Monreale, Santa Flavia, Termini Imerese, Trabia, Augusta, Avola, Carlentini, Rosolini, Pozzallo, Ragusa, Modica, Scicli, Scoglitti, Campobello di Mazara, Castevetrano l, Triscina Marinella, Trapani-Erice (Casa santa), Favignana, Marsala, Mazara del Vallo, Partanna l (Villa Ruggero), Barcellona Pozzo di Gotto, Capo d’Orlando, Furnari, Giardini Naxos, Consortile Letojanni, Pace del Mela, Piraino, Roccalumera, Consortile Sant’Agata Militello, Consortile Torregrotta, Gioiosa Marea, Messina l, Messina 6, Milazzo, Patti u Rometta (Sicilia),

li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000, li jarmu f’ilmijiet riċeventi li ma humiex ikkunsidrati bħala “żoni sensittivi” fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE, l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir, jiġi suġġett għal trattament skont kif previst fl-Artikolu 4(1) u (3) tal-istess direttiva,

tieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban mibnija biex iħarsu l-kriterji tal-Artikoli 4 sa 7 ikunu ppjanati, mibnija, mħaddma u miżmuma biex jiżguraw operat suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet klimatiċi normali kollha u li t-tfassil ta’ tali impjanti ta’ trattament jieħu inkunsiderazzjoni l-varjazzjonijiet staġunali tat-tagħbija. Fl-agglomerazzjonijiet ta’

Gissi u Lanciano-Castel Frentano (Abruzzo),

Acri, Siderno, Bagnara Calabra, Cassano allo Ionio, Castrovillari, Crotone, Melito di Porto Salvo, Montebello Ionico, Montepaone, Motta San Giovanni, Reggio Calabria u Rossano (Calabria),

Ariano Irpino, Avellino, Battipaglia, Benevento, Capaccio, Capri, Caserta, Aversa, Ischia, Casamicciola Terme, Forio, Massa Lubrense, Napoli Est, Napoli Nord u Vico Equense (Campania),

Trieste-Muggia-San Dorligo (Friuli Venezia-Giulia),

Zagarolo (Lazio),

Albenga, Borghetto Santo Spirito, Finale Ligure, Genova, Imperia, La Spezia, Margherita Ligure, Quinto, Rapallo, Recco u Riva Ligure (Liguria),

Casamassima, Casarano, Manduria, Monte Sant’Angelo, Porto Cesareo, Salice Salentino, San Giovanni Rotondo, San Vito dei Normanni, Squinzano, Supersano u Vernole (Puglia),

Vicenza (Veneto),

Misterbianco + altri, Scordia — Militello Val di Catania, Palagonia, Aci Catena, Giarre-Mascali-Riposto + altri, Caltagirone, Aci Castello, Bronte, Acireale + altri, Belpasso, Gravina di Catania, Tremestieri Etneo, San Giovanni La Punta, Macchitella, Niscemi, Riesi, Agrigento e periferia, Favara, Palma di Montechiaro, Menfi, Porto Empedocle, Ribera, Sciacca, Bagheria, Cefalù, Carini + ASI Palermo, Misilmeri, Monreale, Santa Flavia, Termini Imerese, Trabia, Augusta, Avola, Carlentini, Rosolini, Pozzallo, Ragusa, Modica, Scicli, Scoglitti, Campobello di Mazara, Castevetrano l, Triscina Marinella, Trapani-Erice (Casa santa), Favignana, Marsala, Mazara del Vallo, Partanna l (Villa Ruggero), Barcellona Pozzo di Gotto, Capo d’Orlando, Furnari, Giardini Naxos, Consortile Letojanni, Pace del Mela, Piraino, Roccalumera, Consortile Sant’Agata Militello, Consortile Torregrotta, Gioiosa Marea, Messina l, Messina 6, Milazzo, Patti u Rometta (Sicilia),

ir-Repubblika Taljana kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(1) u (2), l-Artikolu 4(1) u (3), flimkien mal-Anness l, Taqsima B, u l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha l-Kummissjoni ssostni li l-Italja ma implementatx b’mod korrett, f’diversi partijiet tat-territorju nazzjonali tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

Il-Kummissjoni tikkonstata, qabel kollox, ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1) u (2) tad-direttiva, li permezz tagħhom l-Istati Membri kienu obbligati jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2000, l-agglomerazzjonijiet kollha li jkollhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ aktar minn 15 000 jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma mormi urban skont ir-rekwiżiti tal-Anness I A. F’diversi agglomerazzjonijiet tar-reġjuni ta’ Abruzzo, Calabria, Campania, Friuli Venezia-Giulia, Lazio, Liguria, Molise, Puglia, Toscana u Sicilia li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni tali obbligu ma ġiex sodisfatt b’mod korrett.

L-Artikolu 4 tal-istess direttiva jipprevedi, barra minn dan, fil-paragrafi (1) u (3), li, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2000, l-Istati Membri kellhom jipprovdu fir-rigward tar-rimi kollu minn agglomerazzjoni li għandhom popolazzjoni ta’ iktar minn 15 000, li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir, jiġi suġġett, qabel ir-rimi, għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti, b’mod konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Anness I B tal-istess direttiva. Il-Kummissjoni kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjoni inkwistjoni f’numru ta’ agglomerazzjonijiet fir-reġjuni ta’ Abruzzo, Calabria, Campania, Friuli Venezia-Giulia, Lazio, Liguria, Molise, Puglia, Veneto u Sicilia. Fil-maġġoranza tal-każijiet, in-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 4 tad-direttiva jkun jinvolvi wkoll ksur tal-Artikolu 10 tal-imsemmija direttiva, li l-impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban ikunu ppjanati, mibnija, mħaddma u miżmuma biex jiżguraw operat suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet lokali klimatiċi normali kollha.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/30


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-582/10)

()

2011/C 30/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell u B. Schöfer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), sa fejn naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, jew, fi kwalunkwe każ, sa fejn naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawn id-dispożizzjonijiet.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/68/KE skada fit-30 ta’ Ġunju 2009.


(1)  ĠU L 260, p. 13.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/30


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-383/08) (1)

()

2011/C 30/48

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/31


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-244/09) (1)

()

2011/C 30/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 233, 26.09.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/31


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubbika tal-Estonja

(Kawża C-528/09) (1)

()

2011/C 30/50

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-44/10) (1)

()

2011/C 30/51

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-103/10) (1)

()

2011/C 30/52

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — Belpolis Benelux SA vs Belgische Staat

(Kawża C-114/10) (1)

()

2011/C 30/53

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/31


Digriet tal-President tal-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-146/10) (1)

()

2011/C 30/54

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-195/10) (1)

()

2011/C 30/55

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża T-231/10) (1)

()

2011/C 30/56

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


Il-Qorti Ġenerali

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Frucona Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-11/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Rinunzja parzjali għal debitu fiskali fil-kuntest ta’ ftehim - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-kreditur privat f’ekonomija tas-suq)

2011/C 30/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: B. Hartnett, barrister, O. H. Geiss u A. Barger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u K. Walkerová, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: St. Nicolaus-trade a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: N. Smaho, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/254/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat C-25/05 (ex NN 21/05), mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s. (ĠU L 112, p. 14).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Frucona Košice a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Sofiane Fahas vs Il-Kunsill

(Kawża T-49/07) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Motivazzjoni - Rikors għad-danni)

2011/C 30/58

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Sofiane Fahas (Mielkendorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Zillmer, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bishop, E. Finnegan u S. Marquardt, sussegwentement M. Bishop, J.-P. Hix u E. Finnegan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Taljana (rappresentanti: I. Bruni, aġent, assistit minn G. Albenzio, avvocato dello Stato)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament parzjali, l-iktar reċenti, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta’ Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE (ĠU L 188, p. 21), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, kif ukoll sabiex il-Kunsill jiġi kkundannat li ma jsemmix iktar isem ir-rikorrent fid-deċiżjonijiet futuri tiegħu, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Sofiane Fahas għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Nute Partecipazioni u La Perla vs UASI — Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC)

(Kawża T-59/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti la PERLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009))

2011/C 30/59

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nute Partecipazioni SpA, li kienet Gruppo La Perla SpA (Bolonja, l-Italja); u La Perla Srl (Bolonja) (rappreżentanti: R. Morresi u A. Dal Ferro, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Rampini, sussegwentement minn O. Montalto, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Worldgem Brands Srl, li kienet Worldgem Brands — Gestão e Investimentos Lda (Creazzo, l-Italja) (rappreżentanti: V. Bilardo, M. Mazzitelli u C. Bacchini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2007 (Każ R 537/2004-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nute Partecipazioni SpA u Worldgem Brands Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Novembru 2007 (Każ R 537/2004-2) hija annullata sa fejn l-UASI ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u kkundanna lil Nute Partecipazioni SpA għall-ispejjeż tagħha.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll 90 % tal-ispejjeż ta’ Nute Partecipazioni u ta’ La Perla Srl quddiem il-Qorti Ġenerali u l-ispejjeż kollha ta’ Nute Partecipazioni quddiem il-Bord tal-Appell.

(4)

Nute Partecipazioni u La Perla għandhom ibatu 10 % tal-ispejjeż tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali.

(5)

Worldgem Brands Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/08) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 2001/18/KE - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jiksru miżura ta’ armonizzazzjoni - Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni - Nuqqas ta’ notifika fit-terminu ta’ sitt xhur previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(6) KE)

2011/C 30/60

Lingwa tal-kawża: il-Pollak

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Dowgielewicz, sussegwentement M. Dowgielewicz, B. Majczyna u M. Jarosz, u fl-aħħar M. Szpunar, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, C. Zadra u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent); ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u M. Tassopoulou, aġenti); u r-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: inizjalment E. Riedl, sussegwentement E. Riedl u C. Pesendorfer, u fl-aħħar E. Riedl, C. Pesendorfer, G. Hesse u M. Fruhmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/62/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2007, rigward l-Artikoli 111 u 172 tal-Abbozz ta’ Att Pollakk dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament, innotifikati mir-Repubblika tal-Polonja skont l-Artikolu 95(5) KE bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU 2008, L 16, p. 17).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/62/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2007, rigward l-Artikoli 111 u 172 tal-Abbozz ta’ Att Pollakk dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament, innotifikati mir-Repubblika tal-Polonja skont l-Artikoli 95(5) KE bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Commune de Valbonne

(Kawża T-238/08) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ riċerka u ta’ taħriġ li jirrigwarda proġett ta’ tagħlim reċiproku bejn il-komun ta’ Valbonne (Franza) u l-provinċja ta’ Ascoli Piceno (l-Italja) - Talba għar-rimbors tas- somom imħallsa bil-quddiem)

2011/C 30/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Escobar Guerrero, sussegwentement minn F. Dintilhac u A. Sauka, aġenti, assistiti minn E. Bouttier, avukat)

Konvenut: Commune de Valbonne (Franza) (rappreżentant: B. Rapp-Jung, avukat)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 238 KE intiż sabiex il-komun ta’ Valbonne jiġi kkundannat għar-rimbors ta’ ħlasijiet bil-quddiem imħallsa mill-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi minħabba dewmien, fil-kuntest tal-kuntratt Valaspi MM 1027, tad-29 ta’ Diċembru 1997.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Tresplain Investments vs UASI — Hoo Hing (Golden Elephant Brand)

(Kawża T-303/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva Golden Elephant Brand - Trade mark nazzjonali figurattiva mhux irreġistrata GOLDEN ELEPHANT - Raġuni relattiva għal rifjut - Riferiment għad-dritt nazzjonali li jirregola t-trade mark preċedenti - Azzjoni taħt il-common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009) - Motivi ġodda - Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

2011/C 30/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tresplain Investments Ltd (Tsing Yi, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: D. McFarland, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hoo Hing Holdings Ltd (Romford, Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 889/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Hoo Hing Holdings Ltd u Tresplain Investments Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

It-talbiet ta’ Hoo Hing Holdings Ltd intiżi għall-annullament parzjali u għall-bidla tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 889/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Hoo Hing Holdings Ltd u Tresplain Investments Ltd, huma miċħuda.

(3)

Tresplain Investments għandha tbati l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-UASI kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Hoo Hing Holdings. Hoo Hing Holdings għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2010 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-494/08 sa T-500/08 u T-509/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Rifjut espliċitu ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki - Obbligu li jsir eżami konkret u individwali)

2011/C 30/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida u I.-G. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. O-’Reilly u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet impliċiti tal-Kummissjoni li jirrifjutaw li jagħtu aċċess lir-rikorrenti għal ċerti dokumenti li jirrigwardaw proċeduri ta’ verifika ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lilha mill-operaturi tal-ajruporti ta’ Aarhus (id-Danimarka) (Kawża T-494/08), ta’ Alghero (l-Italja) (Kawża T-495/08), ta’ Berlin-Schönefeld (il-Ġermanja) (Kawża T-496/08), ta’ Frankfurt-Hahn (il-Ġermanja) (Kawża T-497/08), ta’ Lübeck-Blankensee (il-Ġermanja) (Kawża T-498/08), ta’ Pau-Béarn (Franza) (Kawża T-499/08), ta’ Tampere-Pirkkala (il-Finlandja) (Kawża T-500/08) u ta’ Bratislava (is-Slovakkja) (Kawża T-509/08), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet espliċiti sussegwenti li jirrifjutaw aċċess għall-imsemmija dokumenti.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-494/08, T-495/08, T-496/08, T-497/08, T-498/08, T-499/08, T-500/08 u T-509/08 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

(2)

Ir-rikorsi huma inammissibbli sa fejn huma intiżi kontra d-deċiżjonijiet impliċiti ta’ rifjut ta’ aċċess fil-Kawżi T-494/08, T-495/08, T-499/08, T-500/08 u T-509/08.

(3)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikorsi fil-Kawżi T-496/08, T-497/08 u T-498/08 sa fejn dawn huma diretti kontra d-deċiżjonijiet impliċiti ta’ rifjut ta’ aċċess.

(4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(5)

Ryanair Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi T-494/08, T-495/08, T-499/08, T-500/08 u T-509/08.

(6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Ryanair fil-Kawżi T-496/08, T-497/08 u T-498/08.


(1)  ĠU C 32, 7.2.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Strack

(Kawża T-526/08 P) (1)

(Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra f’pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Rikors għad-danni - Dannu morali)

2011/C 30/64

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u B. Eggers, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Il-punti 1, 2, 3, 5 u 6 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Settembru 2008, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05), huma annullati.

(2)

Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.

(3)

Il-kawża hija rrinvijata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lil A. fil-kariga ta’ kap tad-diviżjoni “Sejħiet għal offerti u kuntratti” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura ta’ Guido Strack għal dan l-istess impjieg, it-talbiet għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit minn G. Strack, li jammonta għal EUR 2 000, kif ukoll l-ispejjeż.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2010 — Vidieffe vs UASI — Ellis International Group (GOTHA)

(Kawża T-169/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOTHA - Trade mark Komunitajra figurattiva preċedenti gotcha - Raġuni relattiva għal rifjut - Possibbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/90 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 30/65

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Vidieffe Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: M. Lamandini, D. De Pasquale u M. Pappalardo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Perry Ellis International Group Holdings, Ltd (Nassau, il-Baħamas)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Frar 2009, (Każ R 657/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Perry Ellis Group Holdings, Ltd u Vidieffe Srl.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta’ Frar 2009 (Każ R 657/2008-1) hija annullata sa fejn tannulla d-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni, minn naħa, għall-“prodotti tal-[ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda] (mhux inklużi fi klassijiet oħra); bagolli u bagalji; umbrelel, parasol, bsaten u bsaten tal-mixi” inklużi fil-klassi 18 u, min-naħa l-oħra, għall-prodotti kollha inklużi fil-klassi 25.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawks sostnuti minn Vidieffe Srl.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Wilo vs UASI (Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku u rappreżentazzjoni ta’ uċuħ ħodor)

(Kawżi T-253/09 u T-254/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Kaxxa tal-krank (crankcase) b’uċuħ ta’ mutur elettriku - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta uċuħ ħodor - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 30/66

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Braun, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: B. Schmidt u P. Quay, aġenti)

Suġġett

Żewp rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Marzu 2009 (Każijiet R 1184/2008-1 u R 1196/2008-1), dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ kaxxa tal-krank [crankcase] b’uċuħ ta’ mutur elettriku u ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta uċuħ ħodor.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Wilo SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Fédération internationale des logis vs UASI (Kwadru konvess aħdar)

(Kawża T-282/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kwadru konvess aħdar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 30/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération internationale des logis (Pariġi, Franza) (rappreżentant: B. Brisset, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliar-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ April 2009 (Każ R 1511/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ kwadru konvess aħdar bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Fédération internationale des logis hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Earle Beauty vs UASI (NATURALLY ACTIVE)

(Kawża T-307/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali NATURALLY ACTIVE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv intrinsiku - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 30/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liz Earle Beauty Co. Ltd. (Ryde, Isle of Wight, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Cover, sussegwentement minn K. O’Rourke, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Mejju 2009 (Każ R 27/2009-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “NATURALLY ACTIVE” bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Mejju 2009 (Każ R 27/2009-2), hija annullata safejn hija tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali NATURALLY ACTIVE, għal boroż għall-ħwejjeġ għall-ħasil, basktijiet u kaxxi tal-kosmetiċi, boroż tal-baħar, basktijiet tal-idejn, basktijiet li jiddendlu minn fuq l-ispalla, boroż bi spag, portmonijiet, kartieri, vanity cases, kaxxetti għall-affarijiet tas-sbuħija, basktijiet tal-kanvas u boroż għall-mirja, li jirriżultaw mill-klassi 18 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u ta’ servizzi għar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Liz Earle Beauty Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż tal-UASI. Din tal-aħħar għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Fédération internationale des logis vs UASI (Sfumatura kannella)

(Kawża T-329/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi sfumatura kannella - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 30/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération internationale des logis (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: iniżjalment C. Champagner Katz, sussegwentement minn B. Brisset, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 202/2009-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sfumatura kannella bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Fédération internationale des logis hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/39


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2010 — United Phosphorus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/09 R III)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 91/414/KEE - Deċiżjoni li tirrigwarda n-nuqqas ta’ inklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 - Estensjoni ta’ miżura ta’ sospensjoni ta’ eżekuzzjoni)

2011/C 30/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United Phosphorus Ltd (Warrington, Cheshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Parpala u F. Wilman, aġenti)

Suġġett

Talba għall-estensjoni tal-miżura ta’ sospensioni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta’ Novembru 2008, dwar in-noninklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 326, p. 35)

Dispożittiv

(1)

Il-miżura ta’ sospensjoni ta’ eżekuzzjoni maħruġa fil-punt 1 tad-dispożittiv tad-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali, tat-28 ta’ April 2009, United Phosphorus vs Il-Kummissjoni (T-95/09 R, li mhux ippubblikat fil-Ġabra) hija estiża sal-31 ta’ Diċembru 2001, iżda mhux iktar tard mill-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali jekk din issir qabel din id-data.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — Concord Power Nordal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-317/09) (1)

(Rikors għal annullament - Suq intern fil-gass naturali - Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE - Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tibdel id-deċiżjoni tagħha rigward l-għoti ta’ eżenzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

2011/C 30/71

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Concord Power Nordal GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Hammerstein, C.-S. Schweer u C. Wünschmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, O. Beynet u B. Schima, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: OPAL NEL Transport GmbH (Kassel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Quack u O. Fleischmann, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2009, indirizzata lill-Bundesnetzagentur (awtorità regolatorja Ġermaniża) abbażi tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal trattament kunfidenzjali ppreżentati minn Concord Power Nordal GmbH.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud.

(3)

Concord Power Nordal għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)

OPAL NEL Transport GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — RWE Transgas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/09) (1)

(Rikors għal annullament - Suq intern fil-gass naturali - Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE - Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tibdel id-deċiżjoni tagħha rigward l-għoti ta’ eżenzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

2011/C 30/72

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: RWE Transgas a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: inizjalment minn W. Deselaers, D. Seeliger u S. Einhaus, sussegwentement minn W. Deselaers, D. Seeliger, S. Einhaus u T. Weck, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, O. Beynet u B. Schima, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2009, indirizzata lill-Bundesnetzagentur (awtorità regolatorja Ġermaniża) abbażi tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

RWE Transgas a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

(Kawża T-489/10)

()

2011/C 30/73

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines (Teheran, l-Iran), Bushehr Shipping Co. Ltd (Valletta, Malta), Cisco Shipping Company Limited (Seul, il-Korea t’Isfel), Hafize Darya Shipping Lines (HDSL) (Teheran, l-Iran), Irano Misr Shipping Co. (Teheran, l-Iran), Irinvestship Ltd (Londra, ir-Renju Unit), IRISL (Malta) Ltd (Sliema, Malta), IRISL Club (Teheran, l-Iran), IRISL Europe GmbH (Hamburg) (Hamburg, il-Ġermanja), IRISL Marine Services and Engineering Co. (Teheran, l-Iran), IRISL Multimodal Transport Company (Teheran, l-Iran), ISI Maritime Ltd (Malta) (Valletta, Malta), Khazer Shipping Lines (Bandar Anzali) (Gilan, l-Iran), Leadmarine (Singapore), Marble Shipping Ltd (Malta) (Sliema, Malta), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID) (Teheran, l-Iran), Shipping Computer Services Co. (SCSCOL) (Teheran, l-Iran), Soroush Saramin Asatir (SSA) (Tehran, Iran), South Way Shipping Agency Co. Ltd (Teheran, l-Iran), Valfajr 8th Shipping Line Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: F. Randolph, M. Lester, barristers, u M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (2) sa fejn dawn il-miżuri jirrigwardaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dan il-każ, ir-rikorrenti, kumpanniji marittimi bbażati fl-Iran, fir-Renju Unit, f’Malta, fil-Ġermanja, f’Singapor u fil-Korea t’Isfel, jitolbu l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn huma ġew inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridici, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomici tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

Ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi insostenn tat-talbiet tagħhom.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-miżuri kkontestati ġew adottati bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u tad-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva peress li dawn ma jipprevedu l-ebda proċedura għall-komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-provi li abbażi tagħhom ittieħdet id-deċiżjoni li jiġu ffriżati l-assi tagħhom, jew sabiex huma jingħataw l-opportunità li jikkumentaw b’mod utli fuq dawk il-provi. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li r-raġunijiet inklużi fir-regolament u fid-deċiżjoni fihom allegazzjonijiet ta’ kondotta li huma ġenerali, mhux sostanzjati u vagi li jikkonċernaw tnejn biss mir-rikorrenti. Fir-rigward tar-rikorrenti l-oħra, ma tingħata l-ebda prova jew informazzjoni minbarra konnessjoni allegata u mhux speċifikata mal-ewwel rikorrent. Skont ir-rikorrenti, il-Kunsill ma pprovdiex informazzjoni suffiċjenti sabiex huma jkunu effettivament f’pożizzjoni li, b’risposta, huma jressqu l-opinjoni tagħhom, u dan ma jippermettix lil qorti tevalwa jekk id-deċiżjoni u l-evalwazzjoni tal-Kunsill kinux fondati u bbażati fuq provi konvincenti.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill naqas li jipprovdi raġunijiet suffiċjenti għall-inklużjoni tagħhom fil-miżuri kkontestati, bi ksur tal-obbligu tiegħu li jiddikjara b’mod ċar ir-raġunijiet attwali u speċifiċi li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet individwali li wassluh sabiex jikkunsidra li r-rikorrenti pprovdew sostenn għall-proliferazzjoni nukleari.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-miżuri kkontestati jikkostitwixxu restrizzjoni spropozjonata u mhux iġġustifikata tad-dritt ta’ proprjetà tar-rikorrenti u tal-libertà li jwettqu l-kummerċ tagħhom. Il-miżuri ta’ ffriżar tal-fondi għandhom impatt qawwi u li jipperdura fit-tul fuq id-drittijiet fundamentali tagħhom. Ir-rikorrenti jissottomettu li l-inklużjoni tagħhom ma hijiex razzjonalment marbuta mal-għan tar-regolament u d-deċiżjoni kkontestati peress li l-allegazzjonijiet kontra r-rikorrenti ma humiex relatati mal-proliferazzjoni nukleari. Fi kwalunkwe każ, il-Kunsill ma wriex li l-iffriżar totali tal-assi huwa l-mezz l-inqas oneruż sabiex jiġi żgurat tali għan, u lanqas li l-ħsara li hija sinjifikattiva ħafna għar-rikorrenti hija ġġustifikata u propozjonata.

Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċieda li l-kriterji għall-indikazzjoni fir-regolament ikkontestat u d-deċiżjoni kkontestata kienu sodisfatti fir-rigward tar-rikorrenti. L-ebda waħda mill-allegazzjonijiet kontra r-rikorrenti ma hija relatata mal-proliferazzjoni jew mal-armi nukleari. Sempliċi dikjarazzjoni li xi wħud mir-rikorrenti huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn jew huma l-aġenti tal-ewwel rikorrenti ma hijiex sufficjenti sabiex tissodisfa l-kriterji. Għaldaqstant, fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-Kunsill naqas milli jevalwa l-pożizzjoni fattwali.


(1)  ĠU L 195, p. 25

(2)  ĠU L 195, p. 39


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/41


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2010 — Confortel Gestión vs UASI — Homargrup (CONFORTEL AQUA 4)

(Kawża T-521/10)

()

2011/C 30/74

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Confortel Gestión, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: I. Valdelomar Serrano)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Homargrup, SA (Sta Susana, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tanulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tal-5 ta’ Awwissu 2010, fil-Każ R 1359/2009-2, u għaldaqstant ir-reġistrazzjoni tat-Trade mark Komunitarja Nru 5.276.951 “CONFORTEL Aqua 4” għall-klassijiet kollha mitluba, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Confortel Gestión, SA.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “CONFORTEL Aqua 4” għal servizzi fil-klassijiet 41, 43 u 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Homargrup, SA.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade marks Komunitarji verbali u figurattiva “AQUA” u “A AQUA HOTEL” u t-trade marks Spanjoli verbali u figurattiva “AQUAMARINA”, “AQUATEL” u “AQUAMAR” għal servizzi fil-klassi 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/41


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2010 — Google vs UASI — Giersch Ventures (GMail)

(Kawża T-527/10)

()

2011/C 30/75

Lingwa tar-rikors: l -Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Google, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giersch Ventures LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 342/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Il-marka figurattiva “GMail”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 — Applikazzjoni għat-Trade Mark Komunitarja Nru 5685136

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-Reġistrazzjoni Ġermaniza Nru 30666860 tat-trade mark verbali “G-mail”, irreġistrata għal, fost oħrajn, prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38, 39 u 42; Ir-Reġistrazzjoni Ġermaniza Nru 30025697 tat-trade mark figurativa “G-mail … und die Post geht richtig ab”, għal servizzi fil-klassijiet 38, 39 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja (i) fil-paragun viżiv bejn it-trade mark ikkontestata u t-trade mark preċedenti opposta, (ii) fil-fatt illi ma kkunsidrax il-perċezzjoni taċ-ċrieki tal-konsumaturi kkonċernati, (iii) fl-assunzjoni illi l-elementi verbali ta’ trade marks komposti dejjem jiġbdu iktar attenzjoni mill-elementi viżivi, u ma segwiex il-ġurisprudenza fuq dan il-punt, (iv) fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark verbali preċedenti, kollha kemm hi, ma kellix titqies li hija intrinsikament dgħajfa, u (v) fil-konklużjoni tiegħu li l-argumenti tar-rikorrent fir-rigward tas-sinjifikat tal-paragun viżiv ma’ dak fonetiku tat-trade marks kien inkonklużiv.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/42


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Truvo Belgium vs UASI — AOL (TRUVO)

(Kawża T-528/10)

()

2011/C 30/76

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Truvo Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentant: O. van Haperen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AOL LLC (Dulles, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta’ Awwissu 2010 fil-Każ R 893/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “TRUVO”, għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38 u 41 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5632948

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 4756169 tat-trade mark figurattiva “TRUVEO” għal servizzi fil-klassi 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjonijiet kollha fil-klassi 38 għat-trade mark komunitarja miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja (i) fil-paragun viżiv u fonetiku tas-sinjali, (ii) fil-paragun tiegħu tas-sinjali għaliex irrifjuta li jattribwixxi xi tifsira għat-trade mark tal-parti li għamlet oppożizzjoni, (iii) fil-paragun tiegħu tas-servizzi, u (iv) fl-evalwazzjoni tiegħu tal-pubbliku kkonċernat.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/42


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Reber vs UASI — Klusmeier (Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM)

(Kawża T-530/10)

()

2011/C 30/77

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Reber Holding GmbH & Co. KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anna Klusmeier (Bielefeld, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 363/2008-4, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-predeċessur fid-dritt ta’ Anna Klusmeier.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM” għal-prodotti fil-klassijiet 30 u 32.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade marks jew sinjail invokati insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks figurattivi Ġermaniżi li jinkludu l-element verbali “W. Amadeus Mozart” għall-prodotti u s-servizzi li ġejjin: prodotti tal-ħobż, kejkijiet, ċikkulati u ħlewwiet, forniment ta’ oġġetti fil-kuntest ta’ kafejiet u ta’ ħwienet tat-te.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(2) flimkien mal-Artikolu 42(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li d-dokumenti dwar l-użu prodotti mir-rikorrenti jikkostitwixxu indikazzjoni konkreta tal-forma ta’ użu tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni “W. Amadeus Mozart”, u ksur tal-Artikolu 15(1) u (2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li ntwera li t-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni intużaw b’mod inekwivoku bħala trade marks.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/43


Rikors ippreżentat fid-22 ta’ Novembru 2010 — Häfele vs UASI (Vorfront)

(Kawża T-531/10)

()

2011/C 30/78

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni R 570/2010-1, tal-14 ta’ Settembru 2010, tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Vorfront” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 19 u 20.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li t-trade mark ikkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex purament deskrittiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.03.2009, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/43


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2010 — Cosepuri vs EFSA

(Kawża T-532/10)

()

2011/C 30/79

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cosepuri Soc. coop. p.a. (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: F. Fiorenza, avukat)

Konvenuta: Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla ċ-ċaħda, tal-15 ta’ Settembru 2010, ta’ awtorizzazzjoni għall-aċċess ta’ dokumenti minn Cosepuri.

tordna l-EFSA tesebixxi d-dokumenti kklassifikati.

tikkundanna l-EFSA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti fil-kawża preżenti, li hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-336/10 (1), Cosepuri vs EFSA, topponi d-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), tal-15 ta’ Settembru 2010, dwar il-proċedura ta’ sejħa għal offerti CFT/EFSA/FIN/2010/01 (avviż ta’ kuntratt 2010/S 51-074689) li għandha bħala suġġett l-għoti ta’ servizz mekkuk ta’ trasport fl-Italja u fl-Ewropa, fejn il-kuntratt ingħata lil kumpannija oħra.

Permezz tad-deċiżjoni kkontestata l-EFSA rrifjutat l-aċċess għal ċerti dokumenti tas-sejħa għal offerti, b’mod partikolari dokumenti dwar id-dħul u l-għażla tal-offerta l-iktar vantaġġuża mill-perspettiva ekonomika.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tallega ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002 (2), u tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001 (3), u l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni, tal-prinċipju ta’ trasparenza u tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega abbuż ta’ poter.

Ir-rikorrenti tilmenta, b’mod partikolari, li l-konvenuta naqset milli tindika d-dannu attwali li l-offerent magħżul kien ser iġarrab li kieku ngħata l-aċċess għad-dokumenti mitluba, u li ma ngħatawx raġunijiet adegwati għar-rifjut parzjali tat-talba, peress illi fil-kuntest ta’ sejħa għal offerta l-informazzjoni inkwistjoni kienet ta’ natura komparattiva, inkluża fid-dokumenti tal-offerta mill-offerenti u, għalhekk, ma taqax fl-ambitu ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob li dawn il-proċeduri jingħaqdu ma’ dawk tal-Kawża T-339/10 li għadha pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 288, p. 47.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74)

(3)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1,Vol., p. 331)


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/44


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 — DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-533/10)

()

2011/C 30/80

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA (Tres Cantos, Madrid, Spanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u M. Ganino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4925 finali tal-20 ta’ Lulju 2010, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti f’din il-kawża, operatur tat-televiżjoni bis-satellita bil-ħlas, qegħda topponi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4925 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, “dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Corporación de Radio y Televisión Española (RTVE)” li ddikjarat din l-iskema, fil-verżjoni tagħha emendata bil-Ley 8/2009, tat-28 ta’ Awwissu, dwar il-finanzjament tal-Corporación de Radio y Televisión Española, kompatibbli mas-suq komuni mingħajr il-bżonn li jiġu analizzati l-metodi ta’ finanzjament tagħha.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma setatx tawtorizza din l-iskema ta’ għajnuna mingħajr ma tanalizza l-metodi ta’ finanzjament introdotti mil-liġi msemmija iktar ’il fuq u, speċifikament, it-taxxa ta’ 1,5 % fuq id-dħul gross ta’ operazzjoni tal-persuni li jipprovdu servizzi ta’ televiżjoni bil-ħlas.

Insostenn tat-talbiet tagħha r-rikorrenti tinvoka dawn il-motivi:

żball ta’ liġi mill-Kummissjoni peress li awtorizzat l-għajnuna li hija s-suġġett tal-kawża mingħajr ma analizzat il-metodu ta’ finanzjament tagħha. F’dan ir-rigward hija tafferma li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżami ta’ għajnuna ma jistax ikun isseparat mill-eżami tal-metodu ta’ finanzjament tagħha jekk dan jifforma parti integrali mill-għajnuna, u li, fir-rigward ta’ dan il-każ, it-taxxa ta’ 1,5 % fuq id-dħul gross ta’ operazzjoni tal-persuni li jipprovdu servizzi ta’ televiżjoni bil-ħlas tifforma parti integrali mill-iskema ta’ għajnuna, li hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni kien imissha analizzat din l-iskema flimkien mal-għajnuna.

ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, peress li l-Kummissjoni awtorizzat skema ta’ għajnuna li ma tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li t-taxxi li jiffinanzjaw l-iskema jinvolvu distorsjoni serja tal-kompetizzjoni, fis-suq ta’ akkwist tal-kontenut u f’dak tat-telespettaturi downstream, li jmur kontra l-interess komuni.

ksur tal-Artikoli 49 u 65 TFUE. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret dawn id-dispożizzjonijiet inkwantu l-metodu ta’ finanzjament tal-għajnuna awtorizzata tirrestrinġi l-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital, billi tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ dawn il-libertajiet mill-operaturi tat-televiżjoni bil-ħlas u minn investituri oħra stabbiliti fi Stati Membri oħra.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/45


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI — Garmo (HELLIM)

(Kawża T-534/10)

()

2011/C 30/81

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: C. Milbradt u H. Van Volxem, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 794/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Garmo AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HELLIM” għal prodotti fil-klassi 29

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark kollettiva “HALLOUMI” għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), għaliex it-trade marks u l-prodotti inkwistjoni huma simili u teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks, kif ukoll ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, għaliex ir-rikorrenti setgħet tistenna li tingħata l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-pożizzjoni meħuda mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/45


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI — Garmo (GAZI Hellim)

(Kawża T-535/10)

()

2011/C 30/82

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: C. Milbradt u H. Van Volxem, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 1497/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Garmo AG.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “GAZI Hellim” għall-prodotti fil-klassi 29.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali kollettiva “HALLOUMI” għal prodotti fil-klassi 29.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li t-trade marks u l-prodotti inkwistjoni huma simili u billi teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/46


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 — Kessel vs UASI — Janssen-Cilag (Premeno)

(Kawża T-536/10)

()

2011/C 30/83

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kessel Marketing & Vertriebs GmbH (Mörfelden-Walldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Bund, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Janssen-Cilag GmbH (Neuss, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 708/2010-4;

tikkundanna, skont l-Artikolu 87(2) u (5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, lill-UASI kif ukoll lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Premeno” għal prodotti fil-klassi 5.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Janssen-Cilag GmbH.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “Pramino” għal prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn ma tressqitx prova konklużiva tal-użu tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkritika l-fatt li ma ġietx aċċettata l-legalità tal-limitazzjoni tal-lista ta’ prodotti u ta’ servizzi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/46


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Adamowski vs UASI — Fagumit (FAGUMIT)

(Kawża T-537/10)

()

2011/C 30/84

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ursula Adamowski (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o. (Wolbrom, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 1002/2009-1;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 3 005 980;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell u għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “FAGUMIT”, għal prodotti fil-klassijiet 12 u 17.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “FAGUMIT”, għal prodotti fil-klassi 17.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark iddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(c), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(4), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell naqset milli tipproduċi provi legalment validi li juru li s-sinjal kummerċjali “FAGUMIT” huwa effettivament użat; ksur tal-Artikolu 53(1)(b), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell effettivament iddikjarat li kienet qiegħda taqbel ma’ reġistrazzjoni tad-dritt ta’ trade mark għas-sinjal “FAGUMIT”, kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn fil-mument rilevanti tal-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata ebda aġir in mala fide ma seta’ jiġi imputat lir-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/47


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Adamowski vs UASI — Fagumit (Fagumit)

(Kawża T-538/10)

()

2011/C 30/85

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ursula Adamowski (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o. (Wolbrom, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 1003/2009-1;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 3 093 226;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri ta’ kanċellazzjoni, ta’ appell u ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Fagumit” għal prodotti fil-klassijiet 12 u 17

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “FAGUMIT”, għal prodotti fil-klassi 17

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), għaliex il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell naqset milli tippreżenta dokumenti validi, li minnhom jirriżulta użu effettiv tas-sinjal distintiv “FAGUMIT”; ksur tal-Artikolu 53(1)(b) flimkien mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, għaliex il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell effettivament tat il-kunsens tagħha għal reġistrazzjoni tad-drittiijiet ta’ trade mark taħt l-isem “FAGUMIT”, kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn ir-rikorrenti ma kellhiex tinżamm responsabili għal aġir male fide fil-mument li fih ippreżentat l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/48


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 — Acino Pharma vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/10)

()

2011/C 30/86

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Acino Pharma GmbH (Miesbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Buchner, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoniiet tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Marzu 2010, bin-numri C(2010) 2203, C(2010) 2204, C(2010) 2205, C(2010) 2206, C(2010) 2207, C(2010) 2208, C(2010) 2210 u C(2010) 2218, kif ukoll id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Settembru 2010, bin-numri C(2010) 6428, C(2010) 6429, C(2010) 6430, C(2010) 6432, C(2010) 6433, C(2010) 6434, C(2010) 6435 u C(2010) 6436;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Minn naħa, ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Marzu 2010, li permezz tagħhom ġie sospiż it-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali “Clopidogrel Acino — Clopidogrel”, “Clopidogrel Acino Pharma GmbH — Clopidrogel”, “Clopidrogel ratiopharm — Clopidrogel”, “Clopidrogel Sandoz — Clopidgrogel”, “Clopidrogel 1A Pharma — Clopidrogel”, “Clopidrogel Acino Pharma — Clopidrogel”, “Clopidrogel Hexal — Clopidrogel” u “Clopidrogel ratiopharm GmbH — Clopidrogel”, u ġew irtirati l-lottijiet li jinsabu diġà fis-suq. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Settembru 2010, li emendaw l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-imsemmija prodotti mediċinali u li pprojbixxew kull tqegħid fis-suq sussegwenti ta’ ċerti lottijiet ta’ dawn il-prodotti mediċinali.

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li r-rekwiżiti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1), moqrija flimkien mal-Artikoli 116 u 117 tad-Direttiva 2001/83/KE (2), għal sospensjoni, irtirar, ritorn jew bidla tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq Komunitarju tal-prodotti mediċinali inkwistjoni ma humiex sodisfatti. Ir-rikorrenti pproduċiet f’diversi istanzi tal-proċedura l-prova li l-ksur ikkonstatat ma affettwax ħażin il-kwalità tal-imsemmija prodotti mediċinali.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma pproduċietx il-provi neċessarji sabiex turi li r-rekwiżiti fl-Artikoli 116 u 117 tad-Direttiva 2001/83/KE ġew sodisfatti.

Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta stabbiliet il-livell ta’ protezzjoni applikabbli.

Permezz tar-raba’ motiv tagħha, hija ssostni li l-forom proċedurali sostanzjali ma ġewx osservati minħabba l-illegalità tal-opinjoni tal-Kumitat għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. Skont l-interpretazzjoni proposta mir-rikorrenti, l-illegalità ta’ din l-opinjoni twassal, minħabba l-importanza deċiżiva tagħha għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, għall-illegalità ta’ dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, il-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati ma tippermettix li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni eżerċitat is-setgħat mogħtija lilha.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni permezz tal-ħames motiv tagħha li l-Kummissjoni ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjonijiet ikkontestati, peress li hija ma pprovdietx il-motivi tagħha stess iżda rreferiet esklużivament għall-analiżi xjentifika tal-Kumitat għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.


(1)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).

(2)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/48


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/10)

()

2011/C 30/87

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-Renju ta’ Spanja jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha

tannulla d-Deċiżjoni C(2010) 6154, tat-13 ta’ Settembru 2010, li permezz tagħha l-Kummissjoni naqqset l-għajnuna allokata mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-fażijiet ta’ proġett

“Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Medda Lleida-Martorell (Pjattaforma). Medda IX-A” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.005)

“Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Medda Lleida-Martorell (Pjattaforma). Medda X-B (Avinyonet del Penedés-Sant Sadurní d’Anoia)” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.008)

“Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Tramo Lleida-Martorell (Pjattaforma). Medda XI-A y XI-B (Sant Sadurni d’Anoia-Gelida)” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.009) u

“Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Medda Lleida-Martorell (Plataforma). Medda IX-C” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.010

sussidjarjament, f’dak li jikkonċerna l-korrezzjonijiet applikati għall-emendi li jirriżultaw mill-qbiż tal-limiti tal-ħoss (medda IX-A), tal-emenda tal-PGOU (pjan ġenerali ta’ amministrazzjoni urbana) tal-muniċipalità ta’ Santa Oliva (medda IX-A) u tad-differenzi tal-kundizzjonijiet ġeotekniċi (meded X-B, XI-A, XI-B u IX-C), tannulla parzjalment id-deċiżjoni sa fejn tnaqqas l-ammont tal-korrezzjoni ta’ EUR 2 348 201,96.

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-deċiżjoni meħuda, il-Kummissjoni naqqset l-għajnuna inizjalment allokata mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-fażijiet ta’ proġetti msemmija iktar ’il fuq minħabba li twettqu xi irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi.

Skont ir-Renju ta’ Spanja, id-deċiżjoni għandha tiġi annullata għat-tliet motivi segwenti:

(a)

Ksur tal-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 (1), peress li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tagħha mingħajr ma osservat it-terminu ta’ tliet xhur wara s-seduta li kienet ġiet konvokata għaliha.

(b)

Ksur tal-Artikolu 20(2)(f) tad-Direttiva 93/38 (2), peress li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni sa fejn l-għoti ta’ prestazzjonijiet addizzjonali huwa operazzjoni differenti mill-emenda ta’ kuntratt li qed jiġi implementat prevista mil-leġiżlazzjoni Spanjola dwar il-kuntratti pubbliċi, b’mod li din l-emenda ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/38.

(c)

Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 20(2)(f) tad-Direttiva 93/38 sa fejn il-kundizzjonijiet kollha li jippermettu lill-awtoritajiet Spanjoli li jaġġudikaw, wara l-proċedura nnegozzjata mingħajr reklamar, ix-xogħlijiet addizzjonali li saru fl-erba’ fażijiet tal-proġett affettwati mill-korrezzjonijiet kienu sodisfatti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/49


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — ADEDY et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-541/10)

()

2011/C 30/88

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Anotati Dioikisi Enoseon Dimosion Ypallilon (ADEDY) (Ateni, il-Greċja), S. Papaspiros (Ateni, il-Greċja) u I. Iliopoulos (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: M. Tsipra, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/486/UE, tas-7 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 241, p. 12)

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE, tat-8 ta’ Ġunju 2010, indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-11 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 145, p. 6)

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/486/UE, tas-7 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 241, p. 12) u l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE, tat-8 ta’ Ġunju 2010, indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-11 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 145, p. 6).

Ir-rikorrenti jressqu l-motivi li ġejjin insostenn tal-argumenti tagħhom:

 

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjonijiet ikkontestati ġew adottati b’abbuż tal-kompetenzi mogħtija mit-Trattati lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill. B’mod partikolari, l-Artikoli 4 u 5 tat-Trattati jinkludu l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ propozjonalità. Barra minn dan, l-Artikolu 5(2) tat-Trattati jipprevedi espressament li kwalunkwe kompetenza li ma ngħatatx mill-Istati Membri lill-Unjoni fit-Trattati tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Skont l-Artikolu 126 et seq tat-Trattati, il-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill fl-ambitu tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv u li jistgħu jiġu inklużi fid-deċiżjonijiet tiegħu, ma jistgħux jiġu previsti speċifikament, espressament u rigorżament, għaliex it-Trattati ma jagħtux tali setgħa lill-Kunsill.

 

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jenfasizzaw li d-deċiżjonijiet kkontestati ġew adottati bi ksur tal-kompetenzi mogħtija mit-Trattati lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill u li fil-kontenut tagħhom jmorru kontra dawn tal-aħħar. B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet ikkontestati jindikaw l-Artikoli 126(9) u 136 tat-Trattat bħala l-bażi legali għall-adozzjoni tagħhom. Madankollu, l-atti kkontestati ġew adottati b’abbuż tal-kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill permezz ta’ tali artikoli, sempliċiment bħala miżura ta’ implementazzjoni ta’ ftehim bilaterali bejn il-ħmistax-il Stat Membru taż-żona tal-Euro, li kienu ddeċidew dwar l-għoti ta’ self bilaterali, u l-Ġreċja. Madankollu, tali kompetenza għall-adozzjoni ta’ miżura mill-Kunsill ma hijiex irrikonoxxuta u lanqas prevista mit-Trattati.

 

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jenfasizzaw li d-deċiżjonijiet kkontestati, li introduċew tnaqqis fil-pagi u fil-pensjonijiet, jiksru drittijiet patrimonjali kweżiti tar-rikorrenti u għaldaqstant ġew adottati bi ksur tal-Artikolu 1 tal-ewwel protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/50


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — XXXLutz Marken vs UASI — Meyer Manufacturing (CIRCON)

(Kawża T-542/10)

()

2011/C 30/89

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meyer Manufacturing Co. Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 40/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CIRCON” għal prodotti fil-klassijiet 7, 11 u 21

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Meyer Manufacturing Company Limited

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “CIRCULON” għal prodotti fil-klassijiet 11 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), għaliex ma teżisti l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, kif ukoll ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, għaliex il-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni, fid-deċiżjoni tiegħu, fatti li l-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell ma kinitx ippreżentat.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/50


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Nordmilch vs UASI — Lactimilk (MILRAM)

(Kawża T-546/10)

()

2011/C 30/90

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nordmilch AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lactimilk, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Settembru 2010 fil-Każijiet magħquda R 1041/2009-4 u R 1053/2009-4, sa fejn tirrifjuta l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 002 851 384 għal ċerti prodotti fil-klassijiet 5 u 29;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MILRAM” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30, 32, 33 u 43.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Lactimilk, SA.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “RAM”, għal prodotti fil-klassi 29, kif ukoll diversi trade marks verbali nazzjonali “RAM” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzalment miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni miċħuda, sa fejn ġiet miċħuda l-oppożizzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti u reġistrazzjoni tal-prodotti inkwistjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni, fir-rigward ta’ trade mark opposta, li l-protezzjoni tagħha kienet skadiet meta ngħatat id-deċiżjoni tal-15 ta’ Settembru 2010.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/51


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Omya vs UASI — Alpha Calcit (CALCIMATT)

(Kawża T-547/10)

()

2011/C 30/91

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Omya AG (Oftringen, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Kuschmirek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbH (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fis-16 ta’ Settembru 2001 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 1370/2009-1, u tordna lill-konvenut sabiex jirreġistra t-trade mark Nru 5 200 654“CALCIMATT” għall-prodotti kollha mniżżla fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

sussidjarjament, tissospendi l-proċedura sal-adozzjoni mill-UASI ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tħassir tat-trade mark EU 003513488, “CALCILAN” invokata insostenn tal-oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Omya

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “CALCIMATT” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 2.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbH (Köln, il-Ġermanja)

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks verbali li kienu s-suġġett ta’ reġistrazzjoni internazzjonali “CALCIPLAST”, “CALCILIT”, u “CALCICELL” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 19, it-trade marks verbali Komunitarji “Calcilit” u “CALCILAN” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 19, kif ukoll it-trade marks verbali nazzjonali “CALCICELL” u “CALCIPLAST” għal prodotti fil-klassi 1.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-applikazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade marks inkwistjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jixxiebhu tant li jistgħu jiġu konfużi fil-kuntest tal-prodotti imsemmija rispettivament.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/52


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Fri-El Acerra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/10)

()

2011/C 30/92

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Fri-El Acerra Srl (Acerra, Napoli, Italja) (rappreżentanti: M. Todino u P. Fattori, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla integralment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-15 ta’ Settembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 8/2009, li permezz tagħha hija ddikjarat inkompatibbli mas-suq intern il-miżura ta’ għajnuna li r-Repubblika Taljana ipprevediet li timplementa favur Fri-El Acerra s.r.l.;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-rikorrenti qiegħda tikkontesta deċiżjoni tal-Kummissjoni li ddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni għajnuna mogħtija lilha mill-awtoritajiet Taljani, li tirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ installazzjoni ta’ bijomassa f’Acerra.

(1)   L-ewwel motiv: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3) TFUE, applikazzjoni żbaljata tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat reġjonali u distorsjoni tal-ġurisprudenza dwar l-effett ta’ inċentiv.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat ir-rekwiżit formali u kronoloġiku tal-punt 38 tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat reġjonali 2007-2013, meta attribwixxietlu effett ta’ preżunzjoni assoluta fir-rigward tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, u naqset milli tikkunsidra n-natura sostanzjali ta’ dan tal-aħħar. Għalhekk, il-Kummissjoni għamlet interpretazzjoni formalistika ta’ dan ir-rekwiżit, b’mod kuntrarju għal dak stabbilit fil-ġurisprudenza dwar l-effett ta’ inċentiv, u naqset milli tevalwa suffiċjentement id-dokumenti pprovduti mill-partijiet.

(2)   It-tieni motiv: Ksur tal-prinċipji ġenerali tas-sistema legali Komunitarja u b’mod partikolari ksur tal-prinċipji ta’ tempus regit actum u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żabljat bħala applikabbli ir-rekwiżit formali previst mil-linji gwida 2007, ippubblikati fl-2006, għal fatti li ġraw qabel il-pubblikazzjoni ta’ dawn tal-aħħar. Din l-applikazzjoni tmur kontra l-prinċipji fundamentali tas-sistema legali Komunitarja, fosthom il-prinċipju ta’ tempus regit actum, li jissanzjona n-nuqqas ta’ retroattività ta’ dispożizzjoni legali fiż-żmien, u l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(3)   It-tielet motiv: Żball manifest tal-evalwazzjoni, inkwantu l-Kummissjoni għamlet distorsjoni tal-fatti, billi evalwat b’mod żbaljat ir-rekwiżit tat-tkabbir tax-xogħol u kif ukoll il-kontribut tal-enerġija għaż-żona industrijali ta’ Acerra, u billi kkonkludiet b’mod żbaljat li l-proġett jinvolvi biss kontribut marġinali għall-politika tal-enerġija u għall-iżvilupp reġjonali.

Dan il-motiv huwa bbażat fuq il-kunsiderazzjonijiet li l-konvenuta:

evalwat b’mod formalistiku, u b’mod kuntrarju għall-prassi tagħha stess, ir-rekwiżit tat-tkabbir tax-xogħol, billi neħħietu mill-kuntest tat-tip ta’ suq u mill-kuntest ekonomiku li fih jaqa’ l-proġett ta’ għajnuna;

barra minn hekk ma evalwatx suffiċjentement il-kontribut dirett li l-enerġija elettrika prodotta minn Fri-El tipprovdi għaż-żona industrijali ta’ Acerra, billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni Taljana fil-qasam tal-enerġija u l-effett indirett ta’ inċentiv għall-istabbiliment industrijali u għall-iżvilupp reġjonali;

ma kkunsidratx il-kontribut ta’ Fri-El Acerra għall-politika tal-enerġija reġjonali, li tipprevedi bħala għan li sal-2013 tintlaħaq kwantità partikolari ta’ enerġija elettrika prodotta minn sorsi rinovabbli.

(4)   Ir-raba’ motiv: Żball manifest tal-evalwazzjoni, inkwantu l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat l-inkompatibbiltà tal-għajnuna fis-sens tal-linji gwida fil-qasam tal-ambjent.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni sostniet b’mod żbaljat li l-awtoritajiet Taljani u Fri-El Acerra ma pproduċewx dokumentazzjoni xierqa. Barra minn hekk, hija ma applikatx ir-rekwiżit tal-inċentiv hekk kif previst fil-linji gwida, li jipprevedu test ta’ natura sostanzjali u mhux biss formali.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/52


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — riha Richard Hartinger Getränke vs UASI — Lidl Stiftung (VITAL&FIT)

(Kawża T-552/10)

()

2011/C 30/93

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: riha Richard Hartinger Getränke GmbH & Co. Handels-KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Ottubru 2010, fil-Każ R 1229/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “VITAL & FIT”, għal prodotti fil-klassi 32.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Lidl Stiftung & Co. KG.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ħames drittijiet preċedenti, fosthom it-trade mark verbali nazzjonali “VITAFIT”, għal prodotti fil-klassi 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn ma hemmx xebh li joħloq probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, kif ukoll ksur tar-regoli proċedurali sa fejn il-Bord tal-Appell ma eżaminax huwa stess l-allegat xebh fonetiku bejn it-trade marks, sa fejn il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni, u lanqas ma evalwa, id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju u tal-Qorti Ġenerali li fuqhom ibbażaw ruħhom il-partijiet u sa fejn il-Bord tal-Appell ma speċifikax jekk kienx qiegħed jikkunsidra biss is-suq Ġermaniż u l-perċezzjoni tiegħu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/53


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Biodes vs UASI — Manasul International (FARMASUL)

(Kawża T-553/10)

()

2011/C 30/94

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Biodes, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manasul Internacional S.L. (Ponferrada, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 1034/2009-1, u

tikkundanna lill-UASI u lil kull intervenjent possibbli għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Biodes, S.L.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “FARMASUL” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Manasul Internacional S.L.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks figurattivi nazzjonali “MANASUL” u “MANASUL ORO” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx xebh bejn it-trade marks inkwistjoni, peress li l-persuna li qed topponi naqset milli tanalizza t-tieni kuntratt ta’ liċenzja li emenda l-ewwel kuntratt ta’ liċenzja, u peress li t-trade mark preċedenti ma għandhiex l-allegata reputazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/54


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Frontex

(Kawża T-554/10)

()

2011/C 30/95

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-FRONTEX li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata bi tweġiba għas-sejħa għal offerti Frontex/OP/98/2010 — EOROSUR Proġett Pilota Kbir (ĠU 2010, S 90-134098), kif ukoll kull deċiżjoni oħra relatata tal-FRONTEX, inkluża dik li permezz tagħha l-kuntratt rispettiv ingħata lill-kuntrattur magħżul;

tannulla d-deċiżjoni tal-FRONTEX li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata bi tweġiba għal-Lott 1 u l-Lott 6 tas-sejħa għal offerti Frontex/OP/87/2010 — Kuntratt Qafas (ĠU 2010, S 66-098323), kif ukoll kull deċiżjoni oħra relatata tal-FRONTEX, inkluża dik li permezz tagħha l-kuntratti rispettivi ngħataw lill-kuntratturi magħżula;

tordna lill-FRONTEX tħallas lir-rikorrenti d-danni sostnuti minħabba l-proċedura tas-sejħa għal offerti inkwistjoni fl-ammont ta’ EUR 9 358 915,00;

tordna lill-FRONTEX tħallas lir-rikorrenti d-danni sostnuti minħabba telf ta’ opportunità u danni għar-reputazzjoni u l-kredibbiltà tagħha fl-ammont ta’ EUR 9 358 915,00; u

tikkundanna lill-FRONTEX għall-ħlas tal-ispejjeż legali u spejjeż oħra tar-rikorrenti marbuta ma’ dan ir-rikors, anki f’każ li r-rikors preżenti jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, tas-16 ta’ Settembru 2010 u tal-20 ta’ Ottubru 2010, li jiċħdu l-offerta tagħha fil-kuntest tas-sejħa għal offerti Frontex/OP/98/2010 — EOROSUR Proġett Pilota Kbir (ĠU 2010, S 90-134098) u l-Lott 1 u l-Lott 6 tas-sejħa għal offerti Frontex/OP/87/2010 — Kuntratt Qafas (ĠU 2010, S 66-098323), kif ukoll ta’ kull deċiżjoni oħra relatata tal-FRONTEX, inkluża dik li permezz tagħha l-kuntratti rispettivi ngħataw lill-kuntratturi magħżula. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-danni allegati minħabba s-sejħa għal offerti.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq il-motivi segwenti.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-Artikoli 100(2) tar-Regolament Finanzjarju (1), l-obbligu ta’ motivazzjoni, peress illi l-FRONTEX irrifjutat li tipprovdi lir-rikorrenti ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni suffiċjenti.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet diversi żbalji serji ta’ evalwazzjoni, ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u ma osservatx il-kriterji ta’ esklużjoni, u għalhekk kisret l-Artikoli 93(1)(f) u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress illi ħawdet illegalment il-kriterji tal-għażla mal-kriterji tal-għoti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74)


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/54


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — JBF RAK LLC vs Il-Kunsill

(Kawża T-555/10)

()

2011/C 30/96

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JBF RAK LLC, Al Jazeerah Al Hamra, Ras Al Khaimah, l-Emirati Għarab Magħquda (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta’ Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (1);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kunsill kiser l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (2), sa fejn huwa injora l-fatt li importazzjonijiet ta’ materja prima mibgħuta mir-Renju tal-Arabja Sawdija ma kinux suġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni u, għaldaqstant, żbalja fil-kalkolu tal-marġni ta’ sussidju. Ir-rikorrenti ssostni li, f’dan il-każ, il-Kunsill naqas:

li jistabbilixxi b’mod korrett l-ammont ta’ sussidju kumpensatorju peress li huwa ma ħax inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ unjoni doganali bejn il-membri tal-Kunsill għall-kooperazzjoni fil-Golf (KKG);

li jieħu inkusiderazzjoni l-impatt ta’ tali unjoni doganali fuq l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji.

Fid-dawl ta’ dan, ir-rikorrenti ssostni li d-dazju kumpensatorju jaqbeż l-ammont ta’ sussidju kumpensatorju stabbilit fl-investigazzjoni.

(2)

Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kunsill kiser l-Artikolu 30(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 3 sa fejn huwa rrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet ippreżentati fil-ħin mir-rikorrenti fil-5 ta’ Awwissu 2010.

(3)

Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kunsill kiser l-Artikolu 11(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 sa fejn huwa naqas li jeżamina l-eżattezza tal-informazzjoni ppreżentata mir-rikorrenti fil-5 ta’ Awwissu 2010.

(4)

Permezz tar-raba’motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn huwa adotta r-regolament ikkontestat mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni l-informazzjoni kollha li kellu fid-dispożizzjoni tiegħu.


(1)  ĠU L 254, p. 10

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, (ĠU L 188, p. 93)


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/55


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2010 — Novatex vs Il-Kunsill

(Kawża T-556/10)

()

2011/C 30/97

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novatex Ltd (Karachi, il-Pakistan) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010 tas- 27 ta’ Settembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (1)

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kunsill tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (2), billi kkonkluda bi żball li r-Reġim tat-Taxxa Finali (FTR) huwa skema li tippreċedi d-dħul pubbliku, u, konsegwentement, jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja u li l-FTR invarjabbilment jagħti benefiċċji lir-rikorrenti. Ir-rikorrenti ssostni li:

ir-Reġim tat-Taxxa Finali ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fuq il-bażi tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, interpretat konformement mad-dispożizzjoni rilevanti tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji u l-interpretazzjoni tiegħu li tirriżulta mill-ġurisprudenza tad-WTO.

ir-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 interpretat konformement mad-dispożizzjoni relevanti tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji, billi jikkonkludi li r-Reġim tat-Taxxa Finali jagħti benefiċċji lir-rikorrenti.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kunsill:

tal-Artikoli 3(2) u 6(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 interpretat konformement mad-dispożizzjoni rilevanti tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji, billi użat ir-rata kummerċjali applikabbli fis-seħħ waqt il-perijodu ta’ investigazzjoni, kif tidher fuq is-sit web tal-Bank Statali tal-Pakistan, minnflok ir-rata kummerċjali fis-seħħ fiż-żmien meta r-rikorrenti kkonkludiet il-kuntratt ta’ self;

tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 interpretat konformement mad-dispożizzjoni rilevanti tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji, billi użat id-denominatur żbaljat, jiġifieri, il-qliegħ totali mill-esportazzjoni, filwaqt li d-denominatur adatt kien il-qliegħ totali.


(1)  ĠU L 254.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/56


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — H. Eich vs UASI — Arav (H.Eich)

(Kawża T-557/10)

()

2011/C 30/98

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: H. Eich Srl (Signa, l-Italja) (rappreżentanti: D. Mainini, T. Rubin, A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli, G. Petrocchi, B. Passaretti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arav Holding Srl (Palma Campania, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Settembru 2010;

tiddikjara l-validità tat-trade mark H. Eich imsemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6.256.242;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha sostnuti matul il-proċedimenti kollha, inklużi ż-żewġ istanzi quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: H. Eich.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “H. Eich” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6.256.242), għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Arav Holding Srl.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “H-Silvian Heach” (trade mark Taljana Nru 976 125, u trade mark Nru 880 562, skont il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid, għall-Benelux, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Ġreċja, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Renju Unit u l-Iżvezja) għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Motivi invokati: applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ineżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni).


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2010 — Regione autonoma della Sardegna et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-394/08, T-408/08, T-436/08, T-453/08 u T-454/08) (1)

()

2011/C 30/99

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża T-436/08.


(1)  ĠU C 285, 8.11.2008.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2010 — DVB Project vs UASI — Eurotel (DVB)

(Kawża T-578/08) (1)

()

2011/C 30/100

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2010 — Eurotel vs UASI — Proġett DVB (DVB)

(Kawża T-21/09) (1)

()

2011/C 30/101

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 69 tal-21.3.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Novembru 2010 — Easycamp vs UASI — Oase Outdoors (EASYCAMP)

(Kawża T-29/09) (1)

()

2011/C 30/102

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2010 — CEA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-412/09) (1)

()

2011/C 30/103

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2010 — BASF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-105/10) (1)

()

2011/C 30/104

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2010 — Ferracci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-192/10) (1)

()

2011/C 30/105

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010, p. 45.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2010 — Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-193/10) (1)

()

2011/C 30/106

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010

Brune vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/08) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ iskrizzjoni fil-lista ta’ riżerva - Żvolġiment tal-eżami orali - Stabbiltà tal-Bord tal-Għażla)

2011/C 30/107

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Markus Brune (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tniżżilx lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva għall-kompetizzjoni AD/26/05 minħabba r-riżultat insuffiċjenti tal-eżami orali tiegħu mill-eżami orali tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Mejju 2007, li ma tniżżilx lil M. Brune fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05 hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008, p. 69.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 — Honnefelder vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-41/08) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Żvolġiment tal-eżami orali - Natura stabbli tal-Bord tal-Għażla)

2011/C 30/108

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stephanie Honnefelder (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bode, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Berardis-Kayser u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni AD/26/05 minħabba li ma ġabitx biżżejjed punti fl-eżami orali.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Mejju 2007, li S. Honnefelder ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05 hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 128, 24.05.2008, p. 38.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Bartha vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-Bordijiet tal-Għażla ta’ kompetizzjoni)

2011/C 30/109

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Gábor Bartha (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Homoki, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, V. Bottka u A. Sipos, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/56/06.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Jannar 2008, li biha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/56/06 ċaħdet it-talba ta’ G. Bartha sabiex isir eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-imsemmi Bord tal-Għażla li ċaħdet l-applikazzjoni tiegħu, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008, p. 73


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/59


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Schuerings vs Fondation européenne pour la formation (ETF)

(Kawża F-87/08) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Fondation européenne pour la Formation - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Rekwiżit ta’ motiv validu - Tneħħija tal-post vakanti - Dmir ta’ premura - Assenjazzjoni mill-ġdid)

2011/C 30/110

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gisela Schuerings (Nice, Franza) (rappreżentanti: N. Lhoest u L. Delhaye, avukati)

Konvenuta: Fondation européenne pour la formation (ETF) (rappreżentanti: T. Ciccarone, aġent, assistit minn L. Levi, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l- Fondation européenne tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-danni materjali u morali subiti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-tkeċċija ta’ G. Schuerings, tat-23 ta’ Ottubru 2007, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Fondation européenne pour la formation (ETF) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008, p. 43.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/59


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Monique Vandeuren vs Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

(Kawża F-88/08) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Rekwiżit ta’ raġuni valida - Kanċellament tal-pożizzjoni - Dmir ta’ premura - Assenjazzjoni mill-ġdid)

2011/C 30/111

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Monique Vandeuren (Pino Torinese, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment N. Lhoest, avukat, sussegwentement N. Lhoest u L. Delhaye, avukati)

Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentanti: T. Ciccarone, aġent, assistit minn L. Levi, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l-Fondazzjoni Ewropea tiġi kkundannata tħallas id-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni ta’ tkeċċija ta’ M. Vandeuren, tat-23 ta’ Ottubru 2007, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008, p. 44.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/59


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Fares vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-6/09) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifikazzjoni fi grad - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali)

2011/C 30/112

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Soukaïna Fares (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

It-talba għal annullament tad-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni tar-rikorrenti fil-grupp tal-funzjoni III, grad 8.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li biha S. Fares ġiet ikklassifikata fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III tal-membri tal-persunal bil-kuntratt, kif din id-deċiżjoni tirriżulta mill-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt ta’ S. Fares tat-28 ta’ Marzu 2008, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009, p. 54.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/60


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża F-23/09) (1)

(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Ħatra ad interim ta’ uffiċjal - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Att li jakkawża preġudizzju - Konstatazzjoni ta’ invalidità - Interess ġuridiku)

2011/C 30/113

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Feyerbacher u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-Bank dwar il-ħatra ta’ konsulent ad interim għad-Diviżjoni OVS u għall-annullament tal-avviż ta’ post vakanti ECB/074/08, kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha adottati abbażi ta’ din tal-aħħar. Barra minn dan, it-talba sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata għall-ħlas ta’ somma bl-għan li jiġi kkumpensat id-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009, p. 21.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/60


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-mard - Marda serja - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-kriterji stabbiliti mill-kunsill mediku - Ċaħda tat-talbiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi)

2011/C 30/114

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad rimbors għal 100 % tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009, p. 43.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/60


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Gowitzke vs Europol

(Kawża F-74/09) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Artikolu 4 tal-politika ta’ determinazzjoni tal-gradi u tal-iskali tal-persunal tal-Europol - Evalwazzjoni mill-ġdid ta’ pożizzjoni fi grad ogħla - Klassifikazzjoni fil-grad)

2011/C 30/115

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Werner Siegfried Gowitzke (Den Haag, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: D. C. Coppens, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol tal-5 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi emendata l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad 5, skala 1.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009, p. 85.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/61


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Wenig vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għal assistenza - Preġudizzju għall-integrità u l-preżunzjoni tal-innoċenza)

2011/C 30/116

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fritz Harald Wenig (Woluwé-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: irrappreżentat inizjalment minn G.-A. Dal u D. Voillemot, avukati, sussegwentement minn G.-A. Dal, D. Voillemot, T. Bontinck u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċità li ċaħdet it-talba tar-rikorrent tat-23 ta’ Settembru 2008 għal assistenza mill-Kummissjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Novembru 2008.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ F. Wenig huwa miċħud.

(2)

F. Wenig għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009, p. 85.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/61


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010

Lenz vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-80/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Ħlas ta’ spejjeż marbuta ma’ kura mogħtija minn “Heilpraktiker” - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

2011/C 30/117

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erika Lenz (Osnabrük, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment irrappreżentata minn V. Lenz u J. Römer, avukati, sussegwentement minn V. Lenz, J. Römer u P. Birden, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2009 li ma tirrimborsax l-ispejjeż marbuta ma’ trattament mediku minn “Heilpraktiker”.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ E. Lenz huwa miċħud.

(2)

E. Lenz għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009, p. 66.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/61


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2010 — Nolin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Tneħħija tal-punti tal-mertu u ta’ prijorità)

2011/C 30/118

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. J. Baquero Cruz, agent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ Diċembru 2008 fir-rigward tat-tneħħija tal-punti ta’ promozzjoni u ta’ prijorità tar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

M. Nolin għandu jbati l-ispejje


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009, p. 37.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/62


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2010 — Gagalis vs Il-Kunsill

(Kawża F-89/09) (1)

(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Inċident fuq il-post tax-xogħol - Invalidità permanenti parzjali - Deċiżjoni li jitħallsu sa 75 % tal-ispejjeż ta’ kura termika - Rimbors ta’ servizzi mediċi skont l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal u rimbors addizzjonali skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Esklużjoni tal-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni - Rifjut ta’ rimbors addizzjonali - Interpretazzjoni tal-Artikolu 73(3) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 9 tar-Regoli Komuni dwar l-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ inċident u ta’ mard minn fuq il-post tax-xogħol)

2011/C 30/119

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Spyridon Gagalis (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lhoëst, avukat, sussegwentent minn N. Lhoëst u L. Delhaye, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tirrifjuta lir-rikorrent ir-rimbors sa 75 % tal-ispejjeż kollha marbuta ma’ kura termika, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

S. Gagalis għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009, p. 45.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/62


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Novembru 2010 — Taillard vs Il-Parlament

(Kawża F-97/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave tal-mard suċċessiv - Arbitraġġ - Konklużjonijiet favur il-kapaċità għax-xogħol - Ċaħda ta’ ċertifikat mediku ġdid maħruġ b’mod regolari - Nuqqas ta’ kontroll mediku - Imputazzjoni tal-leave tal-mard fuq it-tul tal-leave annwali - Inammissibbiltà - Rikors għal annullament u għad-danni)

2011/C 30/120

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christine Taillard (Thionville, Franza) (rappreżentanti: N. Cambonie u C. Lelièvre, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Minn naħa waħda, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddikjara bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jiċċertifika l-inkapaċità għax-xogħol tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni sussegwenti li jitnaqsu l-ġranet tal-leave. Min-naħa l-oħra, talba għad-dannu subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2009, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew irrifjuta li jaċċetta ċ-ċertifikat mediku tal-5 ta’ Jannar 2009 u li naqqas l-assenza ta’ C. Taillard mis-6 sad-9 ta’ Jannar 2009 mill-leave annwali tagħha hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Parlament għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn C. Taillard.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010, p. 81.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/62


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-1/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-mard - Talbiet għal rimbors ta’ spejjeż mediċi - Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ motivazzjoni)

2011/C 30/121

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-ħlas ta’ 100 % tal-ispejjeż mediċi tar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet impliċiti li permezz tagħhom il-Kummissjoni Ewropea ċaħdet l-applikazzjonijiet tal-25 ta’ Diċembru 2008 ta’ L. Marcuccio għar-rimbors bir-rata normali ta’ ċerti spejjeż mediċi huma annullati.

(2)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010, p. 52.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/63


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Gheysens vs Il-Kunsill

(Kawża F-8/10) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 30/122

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Johan Gheysens (Malines, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Balta u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jiġix estiż il-kuntratt tar-rikorrent u, konsegwentement, li tintemm ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu mal-Kunsill.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ J. Gheysens huwa miċħud.

(2)

J. Gheysens ibati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010, p. 69.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/63


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Andrecs et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/10)

()

2011/C 30/123

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stefan Robert Andrecs (Brussell, Il-Belġju) et (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li taġġusta r-remunerazzjonijiet, il-pensjonijiet u allokazzjonijet oħra tar-rikorrenti, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, fl-attestazzjonijiet ta’ remunerazzjoni tagħhom, fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ffissat l-ammont ġdid tar-remunerazzjonijiet, pensjonijiet u allokazzjonijiet oħra statutorji tar-rikorrenti, hekk kif jidher b’ mod partikolari fl-attestazzjonijiet ta’ remunerazzjoni R 6/2009 u 01/2010 tal-partijiet ikkonċernati u tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha, fl-24 ta’ Ġunju 2010, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti ppreżentat fid-29 ta’ Marzu 2010, sa fejn l-imsemmija deċiżjonijiet jiċħdu lir-rikorrenti żieda fir-remunerazzjonijiet, pensjonijiet u allokazzjonijiet statutorji oħra tagħhom ta’ 3,7 % tal-ammont oriġinali tagħhom, u li tiċħad it-talba tagħhom għall-għoti ta’ interessi kkalkolati fuq l-ammonti li tagħhom huma jibqgħu kredituri, b’rata fissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti, mid-data li fiha s-somom inkwistjoni saru eżiġibbli, sal-ħlas komplet tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/63


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2010 — Massez et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-101/10)

()

2011/C 30/124

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lieven Massez (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u oħrajn (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tal-istqarriji ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarriji ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-kumitat għall-ilmenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2010 li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti mressqa kontra l-istqarriji ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tagħhom għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u kontra l-istqarriji ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010;

sa fejn dan ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jistabbilixxu stqarriji ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarriji ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010;

jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tħallas lir-rikorrenti l-arretrati tar-remunerazzjoni, flimkien mal-interessi moratorji;

jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/64


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2010 — Geradon vs Il-Kunsill

(Kawża F-102/10)

()

2011/C 30/125

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Félix Geradon (Sint Pieters Leeuw, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tal-istqarrija ta’ regolarizzazzjoni ta’ remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-adattament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2010 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra l-istqarrija ta’ regolarizzazzjoni ta’ remunerazzjoni għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u kontra l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tiegħu stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar 2010;

tannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu l-istqarrijiet ta’ regolarizzazzjoni ta’ remunerazzjoni għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar 2010;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikkorenti l-arretrati tar-remunerazzjoni, flimkien mal-interessi moratorji;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/64


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2010 — Stephan Jaeger vs FEACVT

(Kawża F-103/10)

()

2011/C 30/126

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stephan Jaeger (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Fondation européenne pour l’amélioration des conditions de vie et de travail (FEACVT)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tal-istqarrija ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-adattament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri tal-persunal oħra fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjonijet tal-FEACVT dwar l-istabbiliment tal-istqarrijiet ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tiegħu wara l-1 ta’ Jannar 2010;

jikkundanna lill-FEACVT tħallas lir-rikorrent l-arretrati tar-remunerazzjoni, flimkien mal-interessi moratorji;

jikkundanna lill-FEACVT għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/65


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2010 — Bömcke vs BEI

(Kawża F-105/10)

()

2011/C 30/127

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni meħuda mid-direttur tar-riżorsi umani tal-konvenut li tikkonferma li l-mandat ta’ rappreżentant tal-persunal tar-rikorrent skada u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tad-direttur tar-riżorsi umani tal-BEI nnotifikata lir-rikorrent permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Ottubru 2010 li huwa rċieva fil-15 ta’ Ottubru 2010,

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali kkawżati mid-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq lir-rikorrent u għal dan il-għan takkordalu l-ammont ta’ EUR 25 000,

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/65


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-108/10)

()

2011/C 30/128

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stefania Filice et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, riprodotti fid-dikjarazzjonijiet ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, li jillimitaw l-aġġustament tal-pagi tagħhom, b’effett minn Lulju tal-2009, b’żieda ta’ 1,85 % skont l-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u membri oħra tal-persunal fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li dehru fid-dikjarazzjonijiet għax-xahar ta’ Jannar 2010 u x-xhur sussegwenti u d-dikjarazzjonijiet tal-arretrati għas-sena 2009, liema dikjarazzjonijiet juru aġġustament bir-rata ta’ 1,85 % minflok bir-rata ta’ 3,7 %;

jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrimborsa d-differenza bejn l-ammont ta’ remunerazzjonijiet imħallsa skont ir-regolament Nru 1296/09 sad-data li fiha tingħata s-sentenza tal-kawża preżenti u dawk l-ammonti li kien ikollhom jitħallsu li kieku l-aġġustament kien ġie kkalkultat b’mod korrett, kif ukoll l-imgħax bir-rati ffissati mill-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli matul il-perijodi kkonċernati, b’żieda ta’ tliet punti u nofs, u dan b’effett mid-data li fiha s-somom mitluba fil-kawża prinċipali saru dovuti;

jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/65


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/10)

()

2011/C 30/129

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Belén Bernaldo de Quirós (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad in-nota tar-rikorrenti li permezz tagħha titlob mingħand il-konvenuta l-protezzjoni skont l-Artikolu 22a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, u t-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrenti tal-1 ta’ Ottubru 2009 u, jekk ikun meħtieġ, tal-ittra/deċiżjoni tal-IDOC tat-3 ta’ Novembru 2009 u tal-ittra tad-direttur ġenerali tad-Direzzjoni Ġenerali Riżorsi Umani tal-Kummissjoni Ewropea, tat-22 ta’ Marzu 2010;

sa fejn ikun meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tagħha, deċiżjoni tat-3 ta’ Awwissu 2010 u nnotifikata l-għada, l-4 ta’ Awwissu 2010;

Għaldaqstant,

li l-miżuri msemmija fit-talba tagħha tal-1 ta’ Ottubru 2009 jittieħdu mill-Awtorità tal-Ħatra;

li b’mod partikolari, il-protezzjoni prevista fl-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal tiġi ggarantita;

li l-ilmenti li saru kontra r-rikorrenti jiġu rtirati min-noti tas-6 ta’ Mejju u tat-30 ta’ Settembru 2008 u li jingħataw id-danni bħala ħlas għall-ħsara li sofriet ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/66


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Jacques Biwer et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-115/10)

()

2011/C 30/130

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jacques Biwer (Bascharage, il-Lussemburgu) u oħrajn (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċerta għajnuna finanzjarji mogħtija minn Stat Membru lill-istudenti tat-tagħlim superjuri tiġi kkunsidrata bħala allowance tal-istess natura bħal allowances tal-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-iskola mogħtija lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-PMO tal-Lussemburgu, li ma ġietx ikkomunikata lir-rikorrenti, li permezz tagħha ċerta għajnuna finanzjarji mogħtija mill-Istat Lussemburgiż, permezz taċ-CEDIES, lill-istudenti tat-tagħlim superjuri, fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż, tiġi issa kkunsidrata bħala allowance tal-istess natura bħall allowances mogħtija abbażi tal-Artikoli 1, 2 u 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, skont l-Artikolu 67(2), li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowances għall-istudji mogħtija lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti;

jannulla l-istqarrijiet ta’ kull xahar tas-salarju tar-rikorrenti stabbiliti skont id-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq sa minn Jannar 2010 u tax-xhur segwenti u jordna l-ħruġ ta’ stqarrijiet ġodda emendati b’effett minn Jannar 2010;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/66


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2010 — Van Soest vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-117/10)

()

2011/C 30/131

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Barry Van Soest (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temmet il-proċedura ta’ reklutaġġ tar-rikorrent, li għadda minn kompetizzjoni u li tniżżel fil-lista ta’ riżerva, peress li ma għandux diploma ta’ edukazzjoni sekondarja li tagħtih aċċess għal studji ogħla.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni HRB.2/TV/iu (2010) 6293;

tannulla d-Deċiżjoni HRD.2/AL/db Ares(2010) 511204 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra din id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/66


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Di Tullio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/10)

()

2011/C 30/132

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Di Tullio (Rovigo, l-Italja) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tad-dipartimenti tal-OLAF li tirrifjuta lir-rikorrent l-għoti ta’ leave għal servizz nazzjonali skont l-Artikolu 18 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ April 2010 tad-dipartimenti tal-OLAF li tirrifjuta lir-rikokrrent l-għoti ta’ leave għal servizz nazzjonali minkejja sejħa mill-ġdid mill-Guardia di Finanza tal-24 ta’ Frar 2010;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Settembru 2010 dwar iċ-ċaħda tal-ilment tar-rikorrent parzjalment għal raġunijiet li ma humiex dawk invokati fid-deċiżjoni kkontestata tas-27 ta’ April 2010;

konsegwentement għal dawn l-annullamenti, tqiegħed lir-rikorrent f’pożizzjoni ta’ leave għal servizz nazzjonali mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2010 inklużi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/67


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2010 — Heath vs BĊE

(Kawża F-121/10)

()

2011/C 30/133

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michael Heath (Southampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Jannar 2010 u tax-xhur segwenti, sa fejn dawn japplikaw żieda fil-pensjoni ta’ 0,6 % wara eżerċizzju ta’ aġġustament tal-pensjonijiet għall-2010, u l-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-dikjarazzjoni tas-salarju ta’ Jannar 2010 u tax-xhur segwenti sa fejn din tapplika żieda fil-pensjoni ta’ 0,6 %, sabiex tapplika żieda ta’ 2,1 % ikkalkolata skont GSA regolari;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet għal reżami u tal-ilmenti mressqa mir-rikorrenti, deċiżjonijiet bid-dati rispettivament tal-11 ta’ Mejju 2010 u tad-9 ta’ Settembru 2010;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-differenza bejn iż-żieda fil-pensjoni ta’ 0,6 % mogħtija illegalment lir-rikorrent sa minn Jannar 2010 u dik ta’ 2,1 % li kellu jkollu dritt għaliha, jiġifieri żieda fil-paga ta’ 1,5 % fix-xahar sa minn Jannar 2010. Dawn l-ammonti għandhom jitħallsu bl-interessi mill-iskadenza rispettiva sal-ġurnata tal-ħlas effettiv, ikkalkolati abbażi ta’ rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 5 000, għall-ħlas ta’ dannu materjali tar-rikorrent li jirriżulta mit-telf tal-kapaċità ta’ akkwist tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 5 000, ikkalkolati ex aequo et bono bħala kumpens għad-danni morali;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/67


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 — Bancale u Buccheri vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-123/10)

()

2011/C 30/134

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Giovanni Bancale (Waterloo, il-Belġju) u Roberto Buccheri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla COM/INT/OLAF/09/AD8 u COM/INT/OLAF/09/AD10 li r-rikorrenti ma jiġux ammessi għall-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara l-illegalità tal-punt 4 tat-Titolu III tal-avviż tal-kompetizzjoni EPSO/COM/INT/OLAF/09, inkwantu jipprojbixxi li tittieħed inkunsiderazzjoni esperjenza ta’ livell universitarju miksuba qabel il-lawrja;

tannulla d-deċiżjonijiet li jirrifjutaw l-applikazzjonijiet tar-rikorrenti għall-kompetizzjoni EPSO/COM/INT/OLAF/09;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/68


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2010 — Schuerewegen vs Il-Parlament

(Kawża F-125/10)

()

2011/C 30/135

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Daniel Schuerewegen (Marienthal, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li permezz tagħha r-rikorrent tkeċċa mill-post tax-xogħol tiegħu u li permezz tagħha l-pass tax-xogħol tiegħu ġie revokat kif ukoll il-miżuri meħuda sussegwentement għal din id-deċiżjoni u t-talba għal danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-30 ta’ Awwissu 2010 li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-25 ta’ Marzu 2010 li permezz tagħha r-rikorrent tkeċċa bl-użu tal-forza, mingħajr ġustifikazzjoni u notifika bil-miktub jew verbali u mingħajr avviż bil-quddiem, u li permezz tagħha l-pass tax-xogħol tieġħu ġie revokat, kif ukoll il-miżuri meħuda sussegwentement għal din id-deċiżjoni;

jindika lill-konvenut l-effetti tal-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u b’mod partikolari l-kumpens għad-danni sostnuti mir-rikorrent;

jikkundanna lill-konvenut għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi kollha li jirriżultaw mill-problemi tas-saħħa tar-rikorrent wara dawn l-avvenimenti;

jikkundanna lill-konvenut jirrestitwixxi kull ġurnata ta’ leave annwali li r-rikorrent ħa wara l-25 ta’ Marzu 2010, flimkien ma’ kull ġurnata ta’ leave għal mard;

jikkundanna lill-konvenut jibgħat lir-rikorrent apoloġija pubblika u bil-miktub sabiex kulħadd ikun jaf li huwa ma wettaq l-ebda żball;

jikkundanna lill-konvenut jiżgura li r-rikorrent sussegwentement ma jġarrab l-ebda trattament jew miżura ta’ natura vessatorja jew diskriminatorja minħabba l-att ikkontestat li jikkawża preġudizzju;

jikkundanna lill-konvenut jiżgura li l-ebda traċċa tal-att li jikkawża preġudizzju, tal-motivazzjonijiet tiegħu jew tal-konsegwenzi tiegħu ma jibqa’ fil-fajl individwali tar-rikorrent;

jikkundanna lill-konvenut isib mill-ewwel u malajr post għar-rikorrent li jkun biżżejjed ’il bogħod mill-post tax-xogħol attwali sabiex ikun jista’ jerġa’ jibda jaħdem f’kundizzjonijiet umanament aċċettabbli;

jikkundanna lill-konvenut jiżġura li l-persuni li pparteċipaw, biex ikkonċepew, b’mod attiv jew indirettament, fl-att li jikkawża preġudizzju jkunu s-suġġett ta’ twissija u/jew sanzjonijiet adegwati;

jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 10 000 għad-danni morali kif ukoll l-ammont provviżorju ta’ EUR 5 000 għad-danni materjali, bħal ħsara għal żieda;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/68


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Settembru 2010

De Roos-Le Large vs Il-Kummissjoni

(Kawżi F-39/10 u F-39/10 R)

()

2011/C 30/136

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea ordna t-tħassir tal-kawża.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/69


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Novembru 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/10) (1)

()

2011/C 30/137

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010, p. 56


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/69


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-3 ta’ Settembru 2010 — Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-53/10)

()

2011/C 30/138

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/69


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Diċembru 2010 — Arroyo Redondo vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/10) (1)

()

2011/C 30/139

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża, wara ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010, p. 65.


29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/69


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Diċembru 2010 — Dubus vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-79/10) (1)

()

2011/C 30/140

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża, insegwitu għal ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010, p. 66.