ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.063.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 63

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
13 ta' Marzu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 063/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 51, 27.2.2010

1

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 063/02

Kawża C-444/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Gdańsk-Północ — Ir-Repubblika tal-Polonja) — MG Probud Gdynia sp. z.o.o. vs Główny Urząd Celny w Saarbrücken (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Proċedimenti ta’ falliment — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi d-deċiżjoni li jinfetħu proċedimenti ta’ falliment meħuda mill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor kif ukoll id-deċiżjonijiet relatati mal-iżvolġiment u mal-għeluq ta’ dawn il-proċedimenti ta’ falliment)

2

2010/C 063/03

Kawżi magħquda C-471/07 u C-472/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Association générale de l’industrie du médicament (AGIM) ASBL (C-471/07 u C-472/07), Bayer SA (C-471/07 u C-472/07), Pfizer SA (C-471/07 u C-472/07), Servier Benelux SA (C-471/07 u C-472/07), Janssen Cilag SA (C-471/07), Sanofi-Aventis Belgium SA, li kienet Sanofi-Synthelabo SA (C-472/07) vs État belge (Direttiva 89/105/KE — Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Artikolu 4(1) — Effett dirett — Iffriżar tal-prezzijiet)

2

2010/C 063/04

Kawża C-546/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 49 KE — Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni — Lista msemmija fl-Artikolu 24 tal-Att ta’ Adeżjoni: il-Polonja — Paragrafu 13 tal-Kapitolu 2 — Possibbiltà, għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li tidderoga mill-Artikolu 49(1) KE — Klawżola standstill — Ftehim tal-31 ta’ Jannar 1990 bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-kollokament ta’ ħaddiema ta’ impriżi Pollakki sabiex iwettqu kuntratti ta’ xogħol — Esklużjoni tal-possibbiltà, għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jikkonkludu, ma’ impriżi Pollakki, kuntratti ta’ xogħol li għandhom jitwettqu fil-Ġermanja — Estensjoni tar-restrizzjonijiet li jeżistu fid-data tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni dwar l-aċċess għall-ħaddiema Pollakki fis-suq tax-xogħol Ġermaniż)

3

2010/C 063/05

Kawża C-555/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Landesarbeitsgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Seda Kücükdeveci vs Swedex GmbH & Co. KG (Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età — Direttiva 2000/78/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-tkeċċija li, għall-kalkolu taż-żmien tal-avviż tat-temm ta’ impjieg, ma tiħux inkunsiderazzjoni l-perijodu tax-xogħol maħdum qabel l-impjegat ikun laħaq l-età ta’ 25 sena — Ġustifikazzjoni tal-miżura — Leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-Direttiva — Rwol tal-qorti nazzjonali)

4

2010/C 063/06

Kawża C-118/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta' Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Transportes Urbanos y Servicios Generales, SAL vs Administración del Estado (Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ ekwivalenza — Azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà kontra l-Istat — Ksur tad-dritt tal-Unjoni — Ksur tal-Kostituzzjoni)

4

2010/C 063/07

Kawża C-226/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Oldenburg — Il-Ġermanja) — Stadt Papenburg vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi — Deċiżjoni tal-Istat Membru kkonċernat li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja redatta mill-Kummissjoni — Interessi u perspettivi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni)

5

2010/C 063/08

Kawża C-229/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main — (il-Ġermanja) — Colin Wolf vs Stadt Frankfurt am Main (Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 4(1) — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Dispożizzjoni nazzjonali li tiffissa għal 30 sena l-età massima għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali fil-korp ta’ impjieg tal-pompieri — Għan segwit — Kunċett ta’ ħtieġa essenzjali u determinanti tax-xogħol)

6

2010/C 063/09

Kawża C-233/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Milan Kyrian vs Celní úřad Tábor (Assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ krediti — Direttiva 76/308/KEE — Setgħa ta’ stħarriġ tal-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità mitluba — Forza eżekuttiva tat-titolu li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru — Natura regolari tan-notifika tat-titolu lid-debitur — Notifika b’lingwa li d-destinatarju ma jifhimx)

6

2010/C 063/10

Kawża C-264/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Belgische Staat vs Direct Parcel Distribution Belgium NV (Kodiċi Doganali tal-Komunità — Dejn doganali — Ammont tad-dazju — Artikoli 217 u 221 — Riżorsi proprji tal-Komunitajiet — Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 — Artikolu 6 — Rekwiżit ta’ dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazju qabel ma dan l-ammont jiġi kkomunikat lid-debitur — Kunċett ta’ ammont legalment dovut)

7

2010/C 063/11

Kawża C-311/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance ta’ Mons — il-Belġju) — Société de Gestion Industrielle (SGI) vs L-Istat Belġjan (Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Taxxi diretti — Leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq id-dħul — Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji — Kumpanniji li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ interdipendenza — Vantaġġ eċċezzjonali jew gratwit mogħti minn kumpannija residenti lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor — Żieda tal-ammont tal-vantaġġ inkwistjoni għall-profitti stess tal-kumpannija residenti li tat dan il-vantaġġ — Tqassim bilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Ġlieda kontra l-evażjoni fiskali — Prevenzjoni ta’ prattiki abbużivi — Proporzjonalità)

8

2010/C 063/12

Kawża C-333/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-merkanzija — Artikoli 28 KE u 30 KE — Restrizzjoni kwantitattiva għall-importazzjoni — Miżura li għandha effett ekwivalenti — Sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari — Għajnuniet għall-ipproċessar u oġġetti tal-ikel li fil-preparazzjoni tagħhom intużaw għajnuniet għall-ipproċessar minn Stati Membri oħra fejn huma legalment iffabbrikati u/jew ikkummerċjalizzati — Proċedura li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiksbu l-inklużjoni ta’ tali sustanzi f’lista pożittiva — Klawżola ta’ rikonoxximent reċiproku — Qafas leġiżlattiv nazzjonali li joħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi)

8

2010/C 063/13

Kawża C-343/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Eropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/41/KE — Attivitajiet u supervizzjoni tal-istituzzjonijiet għall-pensjonijiet professjonali — Nuqqas ta’ traspożizzjoni parzjali fit-terminu previst — Assenza ta’ istituzzjonijiet għall-pensjonijiet professjonali stabbiliti fit-territorju nazzjonali — Kompetenza tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistema nazzjonali tagħhom tal-pensjonijiet għall-irtirar)

9

2010/C 063/14

Kawża C-362/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Jannar 2010 — Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rikors għal annullament — Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 230 KE)

9

2010/C 063/15

Kawża C-398/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 — Audi AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikoli 7(1)(b) u 63 — Trade mark verbali Vorsprung durch Technik — Trade marks li jikkonsistu fi slogans ta’ reklamar — Karattru distintiv — Applikazzjoni għal trade mark għal numru ta’ prodotti u servizzi — Pubbliku rilevanti — Evalwazzjoni u motivazzjoni globali — Dokumenti ġodda)

10

2010/C 063/16

Kawża C-406/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) — Ir-Renju Unit) — Uniplex (UK) Ltd vs NHS Business Services Authority (Direttiva 89/665/KEE — Proċedura ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Data minn meta jibda jiddekorri t-terminu għall-preżentata tar-rikors)

11

2010/C 063/17

Kawżi magħquda C-430/08 u C-431/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, Edinburgh, u tal-VAT and Duties Tribunal, L-Irlanda ta’ Fuq — Ir-Renju Unit — Terex Equipment Ltd (C-430/08), FG Wilson (Engineering) Ltd (C-431/08), Caterpillar EPG Ltd (C-431/08) vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Regolament (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikoli 78 u 203 — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 865 — Proċedura tal-ipproċessar tad-dħul — Kodiċi ta’ proċedura doganali żbaljat — Meta jiġi inkors dejn doganali — Reviżjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana)

11

2010/C 063/18

Kawża C-456/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 93/37/KEE — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Notifika lill-kandidati u lill-offerenti tad-deċiżjonijiet dwar l-għoti tal-kuntratt — Direttiva 89/665/KEE — Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Data minn meta jibda jiddekorri t-terminu għall-preżentata ta’ rikors)

12

2010/C 063/19

Kawża C-462/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg — il-Ġermanja) — Ümit Bekleyen vs Land Berlin (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Dritt tal-wild ta’ ħaddiem Tork li jaċċetta kull offerta ta’ impjieg fl-Istat Membru ospitanti fejn huwa jkun ħa taħriġ professjonali — Bidu tat-taħriġ professjonali wara t-tluq tal-ġenituri minn dan l-Istat Membru)

13

2010/C 063/20

Kawża C-470/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Gerechtshof te Arnhem — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — K. van Dijk vs Gemeente Kampen (Politika agrikola komuni — Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skema ta’ pagament uniku — Trasferiment tad-drittijiet għall-pagament — Skadenza tal-kuntratt ta’ kiri — Obbligi tal-kerrej u ta’ sid il-kera)

13

2010/C 063/21

Kawża C-472/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās Tiesas Senāts — ir-Repubblika tal-Latvja) — Alstom Power Hydro vs Valsts ieņēmumu dienests (Talba għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 18(4) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għar-rimbors ta’ ħlas żejjed tal-VAT)

14

2010/C 063/22

Kawża C-473/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Finanzgericht — il-Ġermanja) — Ingenieurbüro Eulitz GbR Thomas und Marion Eulitz vs Finanzamt Dresden I (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 13 A(1)(j) — Eżenzjoni — Lezzjonijiet mogħtija minn għalliema privatament, li jirrigwardaw tagħlim tal-iskola jew tal-università — Servizzi pprovduti minn għalliem indipendenti fil-kuntest ta’ kors ta’ taħriġ vokazzjonali kontinwu organizzat minn istitut terz)

14

2010/C 063/23

Kawża C-22/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika tal-enerġija — Ekonomija tal-enerġija — Direttiva 2002/91/KE — Prestazzjoni tal-enerġija tal-bini — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

15

2010/C 063/24

Kawża C-403/09 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Mariboru — Ir-Repubblika tas-Slovenja) — Jasna Detiček vs Maurizio Sgueglia (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Miżuri provviżorji dwar id-dritt ta’ kustodja — Deċiżjoni eżekuttiva fi Stat Membru — Tneħħija illegali ta’ minuri — Stat Membru ieħor — Qorti oħra — Assenjazzjoni tal-kustodja tal-minuri lill-ġenitur l-ieħor — Ġurisdizzjoni — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari)

16

2010/C 063/25

Kawżi magħquda C-162/08 sa C-164/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla), tat-23 ta’ Novembru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis — il-Greċja) — Geórgios K. Lagoudakis vs Kentro Anoiktis Prostasias Hlikiomenon Dimou Rethymnis (C-162/08) u Dimitrios G. Ladakis, Andréas M. Birtas, Konstantinos G. Kyriakopoulos, Emmanouil V. Klamponis, Sofoklis E. Mastorakis vs Dimos Geropotamou (C-163/08) u Michail Zacharioudakis vs Dimos Lampis (C-164/08) (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżoli 5 u 8 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-settur pubbliku — L-ewwel jew l-uniku kuntratt — Kuntratti suċċessivi — Miżuri legali ekwivalenti — Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi — Sanzjonijiet — Projbizzjoni assoluta tal-bidla tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss f’kuntratti għal żmien indefinit fis-settur pubbliku — Konsegwenzi ta’ traspożizzjoni żbaljata ta’ direttiva — Interpretazzjoni konformi)

16

2010/C 063/26

Kawża C-444/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Novembru 2009 — Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja, Seas at Risk VZW, li kienet Stichting Seas at Risk Federation, WWF — World Wide Fund for Nature, Stichting Greenpeace Council (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Regolament (KE) Nru 1954/2003 — Rikors għal annullament — Inammissibbiltà — Entità reġjonali jew lokali — Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment din l-entità — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u manifestament infondat)

18

2010/C 063/27

Kawżi maqgħquda C-488/08 P u C-489/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2009 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Dr. Grandel GmbH (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade marks verbali Epican u Epican Forte — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja EPIGRAN — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment — Appelli manifestament inammissibbli)

18

2010/C 063/28

Kawża C-494/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Prana Haus GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali PRANAHAUS — Regolament (KE) Nru 40/94 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

19

2010/C 063/29

Kawża C-497/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Charlottenburg — il-Ġermanja) — Amiraike Berlin GmbH (Ġurisdizzjoni volontarja — Ħatra ta’ likwidatur ta’ kumpannija — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

19

2010/C 063/30

Kawża C-112/09 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 minn Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2009 fil-Kawża T-456/08, Sociedad General de Autores y Editores de España vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

19

2010/C 063/31

Kawża C-463/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha (Spanja) fil-25 ta’ Novembru 2009 — CLECE, S.A. vs María Socorro Martín Valor u Ayuntamiento de Cobisa

20

2010/C 063/32

Kawża C-487/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-30 ta’ Novembru 2009 — INMOGOLF SA vs Administración General del Estado

20

2010/C 063/33

Kawża C-488/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Asociación de Transporte por Carretera vs Administración General del Estado

21

2010/C 063/34

Kawża C-497/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Finanzamt Burdorf vs Manfred Bog

21

2010/C 063/35

Kawża C-499/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG vs Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst

22

2010/C 063/36

Kawża C-501/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Lothar Lohmeyer vs Finanzamt Minden

22

2010/C 063/37

Kawża C-502/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Fleischerei nier GmbH & Co. KG vs Finanzamt Detmold

23

2010/C 063/38

Kawża C-505/09 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2009 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tat-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-263/07, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

23

2010/C 063/39

Kawża C-506/09 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 mir-Repubblika Portugiża mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-385/05, Transnáutica — Transportes e Navegação SA vs Il-Kummissjoni

24

2010/C 063/40

Kawża C-515/09: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

25

2010/C 063/41

Kawża C-516/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Tanja Borger vs Tiroler Gebietskrankenkasse

25

2010/C 063/42

Kawża C-523/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fil-15 ta’ Diċembru 2009 — AS Rakvere Piim, AS Maag Piimatööstus vs Veterinaar- ja Toiduamet

25

2010/C 063/43

Kawża C-527/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

26

2010/C 063/44

Kawża C-528/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

26

2010/C 063/45

Kawża C-530/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Poznaniu (il-Polonja) fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Inter-Mark Group Sp. z o.o., Sp. Komandytowa vs Minister Finansów

27

2010/C 063/46

Kawża C-535/09 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 mir-Repubblika tal-Estonja kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-324/05, L-Estonja vs Il-Kummissjoni

28

2010/C 063/47

Kawża C-536/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče Republike Slovenije fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Marija Omejc vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

28

2010/C 063/48

Kawża C-537/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (L-Ingilterra) fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Ralph James Bartlett, Natalio Gonzalez Ramos, Jason Michael Taylor vs Secretary of State for Work and Pensions

29

2010/C 063/49

Kawża C-541/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Varese, tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Siddiquee Mohammed Mohiuddin vs Azienda Sanitaria Locale Provincia di Varese

30

2010/C 063/50

Kawża C-542/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

31

2010/C 063/51

Kawża C-545/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

31

2010/C 063/52

Kawża C-551/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

32

2010/C 063/53

Kawża C-1/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia provincial de Tarragona (Spanja) fl-4 ta’ Jannar 2010 — Proċeduri kriminali kontra Valentín Salmerón Sánchez

32

2010/C 063/54

Kawża C-2/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia (L-Italja) fl-4 ta’ Jannar 2010 — Azienda Agro-Zootecnica Franchini sarl u Eolica di Altamrua s.r.l. vs Regione Puglia

33

2010/C 063/55

Kawża C-3/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Rossano (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2010 — Franco Affatato vs Azienda Sanitaria di Cosenza, Azienda Sanitaria n. 3 di Rossano

34

2010/C 063/56

Kawża C-4/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-5 ta’ Jannar 2010 — Bureau National Interprofessionnel du Cognac

36

2010/C 063/57

Kawża C-5/10 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2010 minn Giampietro Torresan kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-234/06, Torresan vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) UASI u Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG

36

2010/C 063/58

Kawża C-7/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit 8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Justitie; parti l-oħra: T. Kahveci

37

2010/C 063/59

Kawża C-9/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Justitie, parti l-oħra: O. Inan

37

2010/C 063/60

Kawża C-10/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

38

2010/C 063/61

Kawża C-14/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-11 ta’ Jannar 2010 — Nickel Institute vs Secretary of State for Work and Pensions

38

2010/C 063/62

Kawża C-15/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) fil-11 ta’ Jannar 2010 — Etimine SA vs Secretary of State for Work and Pensions

39

2010/C 063/63

Kawża C-16/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) tal-11 ta’ Jannar 2010 — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications and British Telecommunications PLC

40

2010/C 063/64

Kawża C-24/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

41

2010/C 063/65

Kawża C-27/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-18 ta’ Jannar 2010 — Bureau National Interprofessionnel du Cognac

41

2010/C 063/66

Kawża C-39/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

42

2010/C 063/67

Kawża C-110/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

43

2010/C 063/68

Kawża C-452/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco — Spanja) — Emilia Flores Fanega vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Bolumburu S.A.

43

2010/C 063/69

Kawża C-516/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika tal-Polonja

43

2010/C 063/70

Kawża C-530/08: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

43

2010/C 063/71

Kawża C-44/09: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

44

2010/C 063/72

Kawża C-46/09: Digriet tal-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

44

2010/C 063/73

Kawża C-121/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

44

2010/C 063/74

Kawża C-126/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

44

2010/C 063/75

Kawża C-139/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

44

2010/C 063/76

Kawża C-141/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

44

2010/C 063/77

Kawża C-149/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

44

2010/C 063/78

Kawża C-280/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

45

2010/C 063/79

Kawża C-297/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Proċeduri kriminali vs X

45

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 063/80

Kawża T-34/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 — Goncharov vs UASI — DSB (DSBW) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja DSBW — Trade mark verbali Komunitarja preċedenti DSB — Raġuni assoluta għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

46

2010/C 063/81

Kawża T-309/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 — G-Star Raw Denim vs UASI — ESGW (G Stor) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G Stor — Trade marks nazzjonali u Kommunitarji verbali u figurattivi preċedenti G-STAR u G-STAR RAW DENIM — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

46

2010/C 063/82

Kawża T-331/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2010 — REWE-Zentral vs UASI — Grupo Corporativo Teype (Solfrutta) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għal trade mark Komunitarja verbali Solfrutta — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FRUTISOL — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

47

2010/C 063/83

Kawża T-443/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2010 — Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura għal sejħa għal offerti — Offerta miċħuda — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għall-miżuri provviżorji — Telf ta’ opportunità — Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli — Nuqqas ta’ urġenza)

47

2010/C 063/84

Kawża T-474/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2009 — Fercal — Consultadoria e Serviços vs UASI — Jacson of Scandinavia (JACKSON SHOES)

47

2010/C 063/85

Kawża T-1/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2010 — PPG u SNF vs ECHA

48

2010/C 063/86

Kawża T-12/10 P: Appell ta’ Luigi Marcuccio ppreżentat fil-15 ta’ Jannar 2010 mid-digriet tad-29 ta’ Ottubru 2009 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-94/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

49

2010/C 063/87

Kawża T-16/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Alisei vs Il-Kummissjoni

49

2010/C 063/88

Kawża T-11/98: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Jannar 2010 — van Hest vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

50

2010/C 063/89

Kawża T-348/03 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2010 — Koninklijke FrieslandCampina vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 063/90

Kawża T-173/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2010 — Reno Schuhcentrum vs Payless ShoeSource Worldwide (Payless ShoeSource)

51

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 063/91

Kawża F-100/09: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2009 — Michail vs Il-Kummissjoni

52

2010/C 063/92

Kawża F-101/09: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2009 — AA vs Il-Kummissjoni

52

2010/C 063/93

Kawża F-1/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

52

2010/C 063/94

Kawża F-2/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

53

2010/C 063/95

Kawża F-4/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2010 — Nastvogel vs Il-Kunsill

54

2010/C 063/96

Kawża F-5/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2010 — Clarke vs UASI

54

2010/C 063/97

Kawża F-6/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2010 — Munch vs UASI

55

MT

 


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/1


2010/C 63/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 51, 27.2.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 37, 13.2.2010

ĠU C 24, 30.1.2010

ĠU C 11, 16.1.2010

ĠU C 312, 19.12.2009

ĠU C 297, 5.12.2009

ĠU C 282, 21.11.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Opinjonijiet

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Gdańsk-Północ — Ir-Repubblika tal-Polonja) — MG Probud Gdynia sp. z.o.o. vs Główny Urząd Celny w Saarbrücken

(Kawża C-444/07) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Proċedimenti ta’ falliment - Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi d-deċiżjoni li jinfetħu proċedimenti ta’ falliment meħuda mill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor kif ukoll id-deċiżjonijiet relatati mal-iżvolġiment u mal-għeluq ta’ dawn il-proċedimenti ta’ falliment)

2010/C 63/02

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Gdańsk-Północ

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MG Probud Gdynia sp. z.o.o.

Konvenuta: Główny Urząd Celny w Saarbrücken

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Rejonowy Gdańsk — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 4, 16, 17 u 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Approprjazzjoni, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, tal-beni finanzjarji li kienu jinsabu fil-kont tal-bank ta’ impriża wara li nfetħu proċedimenti ta’ falliment kontriha fi Stat Membru ieħor, minkejja d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fih infetħu l-proċedimenti — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi l-proċedimenti ta’ falliment miftuħa minn qorti ta’ Stat Membru ieħor fin-nuqqas ta’ ftuh ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment f’dan l-Istat.

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, b’mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 16, 17 u 25 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawża bħal dik prinċipali, wara l-ftuħ ta’ proċedimenti prinċipali ta’ falliment fi Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, li fih ma jkunu nfetħu ebda proċedimenti sekondarji ta’ falliment, għandhom l-obbligu, suġġett għar-raġunijiet għal rifjut derivanti mill-Artikoli 25(3) u 26 ta’ dan ir-Regolament, li jirrikonoxxu u jeżegwixxu d-deċiżjonijiet kollha relatati ma’ dawn il-proċedimenti prinċipali ta’ falliment u, għaldaqstant, m’għandhomx id-dritt li jordnaw, b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, miżuri eżekuttivi fir-rigward tal-assi tad-debitur iddikjarat fallut li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, meta l-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat tal-ftuħ ma tippermettix dan u meta l-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 10 ta’ dan ir-Regolament mhumiex sodisfatti.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Association générale de l’industrie du médicament (AGIM) ASBL (C-471/07 u C-472/07), Bayer SA (C-471/07 u C-472/07), Pfizer SA (C-471/07 u C-472/07), Servier Benelux SA (C-471/07 u C-472/07), Janssen Cilag SA (C-471/07), Sanofi-Aventis Belgium SA, li kienet Sanofi-Synthelabo SA (C-472/07) vs État belge

(Kawżi magħquda C-471/07 u C-472/07) (1)

(Direttiva 89/105/KE - Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikolu 4(1) - Effett dirett - Iffriżar tal-prezzijiet)

2010/C 63/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association générale de l’industrie du médicament (AGIM) ASBL (C-471/07 u C-472/07), Bayer SA (C-471/07 u C-472/07), Pfizer SA (C-471/07 u C-472/07), Servier Benelux SA (C-471/07 u C-472/07), Janssen Cilag SA (C-471/07), Sanofi-Aventis Belgium SA, li kienet Sanofi-Synthelabo SA (C-472/07)

Konvenut: État belge

Fil-presenza ta’: Sanofi-Aventis Belgium SA (C-471/07)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345) — Iffriżar tal-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali impost mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru — Portata tal-obbligu, impost fuq dan ta’ l-aħħar, li jirrevedi, għall-inqas darba fis-sena, jekk il-kundizzjonijiet “makro-ekonomiċi” jiġġustifikawx iż-żamma tal-iffriżar — Ir-reviżjoni hija limitata biss għall-eżami tal-kontroll tal-ispejjeż marbuta mas-saħħa pubblika jew għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti makroekonomiċi tal-iffriżar tal-prezzijiet fuq l-industrija farmaċewtika?

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, filwaqt li josservaw l-għan ta’ trasparenza stabbilit minn din id-direttiva kif ukoll ir-rekwiżiti previsti fid-dispożizzjoni msemmija, il-kriterji li abbażi tagħhom għandha ssir ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi msemmija f’din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li dawn il-kriterji jkunu bbażati fuq elementi oġġettivi u verifikabbli.

(2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li, mill-aspett tal-kontenut tiegħu, mhuwiex preċiż biżżejjed sabiex individwu jkun jista’ jinvokah quddiem qorti nazzjonali kontra Stat Membru.

(3)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’, 18-il xahar wara li tkun intemċmet miżura ta’ ffriżar ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali rimborsabbli li kienet damet għal tmien snin, jadotta miżura ġdida ta’ ffriżar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali mingħajr ma jwettaq ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi prevista f’din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 22, 26.01.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-546/07) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 KE - Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni - Lista msemmija fl-Artikolu 24 tal-Att ta’ Adeżjoni: il-Polonja - Paragrafu 13 tal-Kapitolu 2 - Possibbiltà, għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li tidderoga mill-Artikolu 49(1) KE - Klawżola ‘standstill’ - Ftehim tal-31 ta’ Jannar 1990 bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-kollokament ta’ ħaddiema ta’ impriżi Pollakki sabiex iwettqu kuntratti ta’ xogħol - Esklużjoni tal-possibbiltà, għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jikkonkludu, ma’ impriżi Pollakki, kuntratti ta’ xogħol li għandhom jitwettqu fil-Ġermanja - Estensjoni tar-restrizzjonijiet li jeżistu fid-data tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni dwar l-aċċess għall-ħaddiema Pollakki fis-suq tax-xogħol Ġermaniż”)

2010/C 63/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, M. Lumma u C. Blaschke, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE u tal-paragrafu 13 tal-Kapitolu 2 (Moviment liberu tal-persuni) tal-Anness XII (Lista msemmija fl-Artikolu 24 tal-Att ta’ Adeżjoni: Polonja) tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (ĠU 2003, L 236, p.875) — Interpretazzjoni u applikazzjoni mill-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-Konvenzjoni tal-31 ta’ Jannar 1990 bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar it-trasferiment ta’ ħaddiema ta’ impriżi Pollakki biex iwettqu kuntratti għal servizzi — Esklużjoni tal-possibbiltà, għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jikkonkludu kuntratti ma’ impriżi Pollakki għal xogħlijiet li għandhom jitwettqu fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — Żieda tar-restrizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data li fiha ġie ffirmat it-Trattat ta’ Adeżjoni, dwar l-aċċess ta’ ħaddiema Pollakki b’kuntratti temporanji (“Werkvertragsarbeitnehmer”) għas-suq tax-xogħol nazzjonali.

Dispożittiv

(1)

Billi interpretat, fil-prassi amministrattiva tagħha, il-frażi “impriża tal-parti l-oħra”, li tinsab fl-Artikolu 1(1) tal-Ftehim, tal-31 ta’ Jannar 1990, bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-kollokament ta’ ħaddiema ta’ impriżi Pollakki sabiex iwettqu kuntratti għal servizzi, kif emendat fl-1 ta’ Marzu u fit-30 ta’ April 1993, bħala li tfisser “impriża Ġermaniża”, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(4)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Landesarbeitsgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Seda Kücükdeveci vs Swedex GmbH & Co. KG

(Kawża C-555/07) (1)

(Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età - Direttiva 2000/78/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-tkeċċija li, għall-kalkolu taż-żmien tal-avviż tat-temm ta’ impjieg, ma tiħux inkunsiderazzjoni l-perijodu tax-xogħol maħdum qabel l-impjegat ikun laħaq l-età ta’ 25 sena - Ġustifikazzjoni tal-miżura - Leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-Direttiva - Rwol tal-qorti nazzjonali)

2010/C 63/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorreni: Seda Kücükdeveci

Konvenuta: Swedex GmbH & Co. KG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesarbeitsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età u tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Liġi nazzjonali dwar it-tkeċċija mix-xogħol li tistabbilixxi perijodi ta’ avviż bil-quddiem li jitwalu skont l-anzjanità tas-servizz, madankollu mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu ta’ impjieg qabel ma l-impjegat jilħaq l-età ta’ 25 sena

Dispożittiv

(1)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar partikolari l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età hekk kif inhu stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill, 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, milli tipprovdi li l-perijodi ta’ xogħol imwettqa mill-impjegat qabel ma jilħaq l-età ta’ 25 sena ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-terminu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg.

(2)

Meta titressaq kawża bejn individwi quddiem qorti nazzjonali, hija għandha tiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età, hekk kif ġie kkonkretizzat permezz tad-Direttiva 2000/78, billi jekk ikun meħtieġ tippermetti li ma tiġix applikata kull dispożizzjoni li tmur kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali, indipendentement mill-eżerċizzju tal-possibbiltà li hija għandha, fil-każijiet imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 236 TFUE, li tressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dan il-prinċipju.


(1)  ĠU C 79, 29.03.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta' Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Transportes Urbanos y Servicios Generales, SAL vs Administración del Estado

(Kawża C-118/08) (1)

(Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà kontra l-Istat - Ksur tad-dritt tal-Unjoni - Ksur tal-Kostituzzjoni)

2010/C 63/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Transportes Urbanos y Servicios Generales, SAL

Konvenut: Administración del Estado

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo (Spanja) — Ksur minn Stat Membru tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dritt tal-Unjoni — Obbligu li jingħata kumpens għad-danni — Att li jmur kontra l-kostituzzjoni ta’ Stat Membru u att li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola ta’ Stat Membru li skontha azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat ibbażata fuq ksur ta’ dan id-dritt minn liġi nazzjonali kkonstatat minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mogħtija skont l-Artikolu 226 KE tista’ titkompla biss jekk dak li qed iressaqha eżawrixxa minn qabel kull rimdeju nazzjonali li bih jista’ jikkontesta l-validità tal-att amministrattiv dannuż adottat abbażi ta’ din il-liġi, filwaqt li tali regola mhijiex applikabbli għal azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat ibbażata fuq ksur tal-Kostituzzjoni minn din l-istess liġi kkonstatat mill-qorti kompetenti.


(1)  ĠU C 128, 24.05.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Oldenburg — Il-Ġermanja) — Stadt Papenburg vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-226/08) (1)

(Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni tal-Istat Membru kkonċernat li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja redatta mill-Kummissjoni - Interessi u perspettivi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni)

2010/C 63/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Oldenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stadt Papenburg

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Olderburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(3), tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) kif ukoll tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102-145) — Interessi ekonomiċi ta’ muniċipalità, relatati mal-użu ta’ port fuq ix-xmara u mħarsa mill-Kostituzzjoni, li jistgħu jiġu affettwati għal żmien twil min nomina eventwali tas-sit ikkonċernat bħala sit ta’ importanza għall-Komunità — Interessi u perspettivi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat waqt it-teħid tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità mħejjija mill-Kummissjoni.

Dispożittiv

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax Stat Membru li jirrifjuta, għal raġunijiet oħra minbarra l-ħarsien tan-natura, li jagħti l-approvazzjoni tiegħu fir-rigward tal-inklużjoni ta’ wieħed jew diversi siti fil-lista preliminari ta’ siti ta’ importanza Komunitarja mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea.

(2)

L-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, għandu jiġi interpretat fis-sens li xogħlijiet ta’ manutenzjoni kontinwi fil-kanal navigabbli tal-estwarju, li mhumiex marbuta direttament jew mhumiex meħtieġa għat-tmexxija tas-sit u li kienu diġà ġew awtorizzati bis-saħħa tal-liġi nazzjonali qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, għandhom, sa fejn jikkostitwixxu proġett u jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq is-sit ikkonċernat, jiġu suġġetti għal evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom fuq dan is-sit skont l-imsemmija dispożizzjonijiet fil-każ li dawn ix-xogħlijiet jitkomplew wara l-inklużjoni, b’mod konformi mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, tas-sit fil-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja.

Jekk, fid-dawl, b’mod partikolari, tar-rikorrenza, tan-natura jew tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmija xogħlijiet, dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu operazzjoni unika, b’mod partikolari meta l-għan tagħhom huwa li jżommu l-kanal navigabbli f’ċertu fond permezz ta’ tħammil regolari u neċessarju għal dan il-għan, dawn ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jistgħu jitqiesu bħala l-istess proġett fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105.


(1)  ĠU C 209, 15.08.08


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main — (il-Ġermanja) — Colin Wolf vs Stadt Frankfurt am Main

(Kawża C-229/08) (1)

(Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 4(1) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Dispożizzjoni nazzjonali li tiffissa għal 30 sena l-età massima għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali fil-korp ta’ impjieg tal-pompieri - Għan segwit - Kunċett ta’ “ħtieġa essenzjali u determinanti tax-xogħol”)

2010/C 63/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Colin Wolf

Konvenuta: Stadt Frankfurt am Main

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(1) u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Kunċetti ta’ trattament differenti bbażat fuq l-età “objettivament [oġġettivament] u raġonevolment iġġustifikat” kif ukoll ta’ “ħtieġa ta’ perijodu raġjonevoli ta’ mpjieg qabel l-irtirar” — Dispożizzjoni nazzjonali li tiffissa għal 30 sena l-età massima għal reklutaġġ ta’ impjegati pubbliċi fis-servizz tal-pompieri.

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiffissa għal 30 sena l-età massima għar-reklutaġġ fil-korp ta’ impjieg fis-servizz tekniku intermedjarju tal-pompieri.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Milan Kyrian vs Celní úřad Tábor

(Kawża C-233/08) (1)

(“Assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ krediti - Direttiva 76/308/KEE - Setgħa ta’ stħarriġ tal-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità mitluba - Forza eżekuttiva tat-titolu li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru - Natura regolari tan-notifika tat-titolu lid-debitur - Notifika b’lingwa li d-destinatarju ma jifhimx”)

2010/C 63/09

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Milan Kyrian

Konvenut: Celní úřad Tábor

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) — Interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt għal smigħ xieraq, ta’ amministrazzjoni tajba u tal-Istat tad-dritt, kif ukoll tal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/308/KEE, tal-15 ta’ Marzu 1976, dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 1), fil-verżjoni tagħha emendata bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 79/1071/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, li temenda d-Direttiva 76/308/KEE dwar għajnuna reċiproka biex ikunu rkuprati talbiet li jirriżultaw minn ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, u ta’ imposti agrikoli u dazji doganali (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 02, Vol. 01, p. 299), kif ukoll bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 2001/44/KE, tal-15 ta’ Ġunju 2001, li temenda d-Direttiva 76/308/KEE dwar l-assistenza bejn xulxin [reċiproka] għall-irkupru tal-pretensjonijiet [krediti] li jirriżultaw mill-ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema tal-iffinanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), u ta’ imposti agrikoli u dazji doganali u fir-rigward ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u ċertu dazji tas-sisa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 12 p. 27,) — Possibbiltà għall-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità mitluba, li jistħarrġu, skont il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f’dan l-Istat, l-eżegwibbiltà u r-regolarità tan-notifika tat-titolu li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tal-kreditu — Titolu li ma fihx indikazzjoni tad-data tat-twelid tad-debitur, u miktub b’lingwa li huwa ma jifhimx u li mhijiex il-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru mitlub

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE, tal-15 ta’ Marzu 1976, dwar l-assistenza bejn xulxin [reċiproka] għall-irkupru ta’ pretensjonijiet [krediti] relatati ma’ ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/44/KE, tal-15 ta’ Ġunju 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala regola ġenerali, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità mitluba ma għandhomx ġurisdizzjoni biex jistħarrġu n-natura eżekuttiva tat-titolu li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru. Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn jiġi ppreżentat quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru rikors kontra l-validità jew ir-regolarità tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni, bħan-notifika tat-titolu eżekuttiv, din il-qorti għandha s-setgħa tistħarreġ jekk dawn il-miżuri twettqux b’mod regolari skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-imsemmi Stat Membru.

(2)

Fil-kuntest tal-assistenza reċiproka stabbilita bis-saħħa tad-Direttiva 76/308, kif emendata bid-Direttiva 2001/44, id-destinatarju ta’ titolu eżekuttiv li jippermetti l-irkupru għandu, sabiex jitqiegħed f’pożizzjoni li jkun jista’ jiddefendi d-drittijiet tiegħu, jirċievi n-notifika ta’ dan it-titolu b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità mitluba. Sabiex jiġi ggarantit ir-rispett ta’ dan id-dritt, hija l-qorti nazzjonali li għandha tapplika d-dritt nazzjonali tagħha filwaqt li tishar sabiex tiżgura l-effikaċja sħiħa tad-dritt Komunitarju.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Belgische Staat vs Direct Parcel Distribution Belgium NV

(Kawża C-264/08) (1)

(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Dejn doganali - Ammont tad-dazju - Artikoli 217 u 221 - Riżorsi proprji tal-Komunitajiet - Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 - Artikolu 6 - Rekwiżit ta’ dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazju qabel ma dan l-ammont jiġi kkomunikat lid-debitur - Kunċett ta’ ammont “legalment dovut”)

2010/C 63/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Belgische Staat

Konvenuta: Direct Parcel Distribution Belgium NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikoli 217(1) u 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (verżjoni fis-seħħ fl-1992) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) u tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169) — Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni — Jekk huwiex meħtieġ li l-ammont tad-dazju jiddaħħal fil-kontijiet qabel il-komunikazzjoni lid-debitur — Kunċett ta’ “dħul fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti” — Irkupru ta’ ħlas mhux dovut.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-“dħul fil-kontijiet” tal-ammont tad dazju li għandu jiġi rkuprat, imsemmi f’dan l-artikolu, jikkostitwixxi “d-dħul fil-kontijiet” ta’ dan l-ammont kif iddefinit fl-Artikolu 217(1) tal-istess kodiċi.

(2)

Id-“dħul fil-kontijiet” fis-sens tal-Artikolu 217(1) tar-Regolament Nru 2913/92 għandu jiġi distint mid-dħul tal-intitolamenti kkonstatati fil-kontijiet tar-riżorsi proprji msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet. Peress li l-Artikolu 217 tar-Regolament Nru 2913/92 ma jistabbilixxix proċeduri prattiċi dwar id-“dħul fil-kontijiet” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk lanqas ma jistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ natura teknika jew formali, dan id-dħul fil-kontijiet għandu jsir b’mod li jiġi żgurat li l-awtoritajiet doganali kompetenti jdaħħlu l-ammont eżatt tad-dazju fuq l importazzjoni jew tad-dazju fuq l-esportazzjoni li jirriżulta minn dejn doganali fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti b’tali mod, b’mod partikolari, li d-dħul fil-kontijiet tal-ammonti kkonċernati jkun jista’ jiġi stabbilit b’ċertezza, inkluż fir-rigward tal-persuna responsabbli għall-ħlas.

(3)

L-Artikolu 221(1) tar-Regolament Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-komunikazzjoni mill-awtoritajiet doganali lid-debitur, skont il-proċeduri xierqa, tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li għandu jitħallas tista’ ssir b’mod validu biss jekk l-ammont ta’ dan id-dazju jkun qabel iddaħħal fil-kontijiet mill-imsemmija awtoritajiet. L-Istati Membri mhumiex marbuta li jadottaw regoli ta’ proċedura speċifiċi li jirrigwardaw il-proċeduri li skonthom għandha sseħħ il-komunikazzjoni lill-persuna responsabbli għall-ħlas tal-ammont tad-dazju msemmi peress li għall-imsemmija komunikazzjoni jistgħu jiġu applikati regoli ta’ proċedura interni ta’ portata ġenerali li jiggarantixxu informazzjoni xierqa lill-persuna responsabbli għall-ħlas u li jippermettulha, b’għarfien sħiħ tal-fatti, tiżgura d-difiża tad-drittijiet tagħha.

(4)

Id-dritt Komunitarju ma jipprekludix lill-qorti nazzjonali milli tibbaża ruħha fuq preżunzjoni, marbuta mad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet doganali, li d-“dħul fil-kontijiet” tal-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 217 tar Regolament Nru 2913/92 sar qabel il-komunikazzjoni ta’ dan l-ammont lid-debitur, bil-kundizzjoni li jkunu rrispettati l-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza.

(5)

L-Artikolu 221(1) tar-Regolament Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-komunikazzjoni tal-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprat għandha tkun ġiet ippreċeduta mid-dħul fil-kontijiet ta’ dan l-ammont mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru kkonċernat u li, jekk ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet skont l-Artikolu 217(1) tar-Regolament Nru 2913/92, dan l-ammont ma jkunx jista’ jiġi rkuprat minn dawn l awtoritajiet, liema awtoritajiet, madankollu, iżommu l-possibbiltà li jagħmlu komunikazzjoni ġdida tal-istess ammont filwaqt li josservaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 221(1) tar-Regolament Nru 2913/92 u r-regoli ta’ preskrizzjoni fis-seħħ fid-data li fih jkun ġie inkors id-dejn doganali.

(6)

Għalkemm l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew tad-dazju fuq l-esportazzjoni jibqa’ “legalment dovut” fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 236(1) tar-Regolament Nru 2913/92, anki meta dan l-ammont ikun ġie kkomunikat lill-persuna responsabbli għall-ħlas mingħajr ma jkun qabel iddaħħal fil-kontijiet skont l Artikolu 221(1) ta’ dan ir-regolament, xorta jibqa’ l-fatt li, jekk tali komunikazzjoni ma tkunx għadha possibbli minħabba li jkun skada t terminu stabbilit fl-Artikolu 221(3) tar-regolament imsemmi, din il-persuna responsabbli għall-ħlas għandha bħala prinċipju tkun tista’ tikseb ir-rimbors ta’ dan l-ammont mingħand l-Istat Membru li jkun ġabru.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance ta’ Mons — il-Belġju) — Société de Gestion Industrielle (SGI) vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-311/08) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Taxxi diretti - Leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq id-dħul - Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji - Kumpanniji li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ interdipendenza - Vantaġġ eċċezzjonali jew gratwit mogħti minn kumpannija residenti lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor - Żieda tal-ammont tal-vantaġġ inkwistjoni għall-profitti stess tal-kumpannija residenti li tat dan il-vantaġġ - Tqassim bilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Ġlieda kontra l-evażjoni fiskali - Prevenzjoni ta’ prattiki abbużivi - Proporzjonalità)

2010/C 63/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance ta’ Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société de Gestion Industrielle (SGI)

Konvenuta: L-Istat Belġjan

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance ta’ Mons (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 43, 48 u 56 KE — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-taxxa, għal kumpannija residenti, fuq vantaġġ eċċezzjonali jew gratwit mogħti minnha lil kumpannija mhux residenti li magħha għandha rabta ta’ interdipendenza, filwaqt li ma tipprevedix tali taxxa meta l-istess vantaġġ jingħata lil kumpannija residenti

Dispożittiv

L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix fil-prinċipju leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li biha kumpannija residenti hija ntaxxata għal vantaġġ eċċezzjonali jew gratwit meta din il-kumpannija tat dan il-vantaġġ lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, li magħha hija marbuta, direttament jew indirettament, b’rabtiet ta’ interdipendenza, filwaqt li kumpannija residenti ma tistax tiġi ntaxxata fuq tali vantaġġ meta dan il-vantaġġ jingħata lil kumpannija residenti oħra, li fir-rigward tagħha l-ewwel kumpannija għandha tali rabtiet. Madankollu hija l-qorti tar rinviju li għandha tivverifika li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha, meħuda flimkien.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-333/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 28 KE u 30 KE - Restrizzjoni kwantitattiva għall-importazzjoni - Miżura li għandha effett ekwivalenti - Sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari - Għajnuniet għall-ipproċessar u oġġetti tal-ikel li fil-preparazzjoni tagħhom intużaw għajnuniet għall-ipproċessar minn Stati Membri oħra fejn huma legalment iffabbrikati u/jew ikkummerċjalizzati - Proċedura li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiksbu l-inklużjoni ta’ tali sustanzi f’“lista pożittiva” - Klawżola ta’ rikonoxximent reċiproku - Qafas leġiżlattiv nazzjonali li joħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi)

2010/C 63/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues et R. Loosli-Surrans, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 28 KE — Sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari għall-għajnuniet għall-ipproċessar u għall-oġġetti tal-ikel li fil-preparazzjoni tagħhom intużaw għajnuniet għall-ipproċessar minn Stati Membri oħra fejn huma legalment iffabbrikati u/jew ikkummerċjalizzati — Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni u/jew ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Dispożittiv

(1)

Billi stabbiliet, għall-għajnuniet għall-ipproċessar u għall-oġġetti tal-ikel li fil-preparazzjoni tagħhom intużaw għajnuniet għall-ipproċessar ġejjin minn Stati Membri oħra fejn huma legalment iffabbrikati u/jew ikkummerċjalizzati, sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari li ma tirrispettax il-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 28 KE.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Eropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-343/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/41/KE - Attivitajiet u supervizzjoni tal-istituzzjonijiet għall-pensjonijiet professjonali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni parzjali fit-terminu previst - Assenza ta’ istituzzjonijiet għall-pensjonijiet professjonali stabbiliti fit-territorju nazzjonali - Kompetenza tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistema nazzjonali tagħhom tal-pensjonijiet għall-irtirar)

2010/C 63/13

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċekk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u N. Yerrell, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli tadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4 p. 350)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 8, 9, 13, 15 sa 18 u 20(2) sa (4) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 22(1) ta’ din id-direttiva.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Jannar 2010 — Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-362/08 P) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rikors għal annullament - Kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat” fis-sens tal-Artikolu 230 KE)

2010/C 63/14

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Internationaler Hilfsfonds eV (rappreżentanti: H. Kaltenecker u R. Karpenstein, Rechtsanwälte)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, S. Fries u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2008, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-141/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors li għandu bħala suġġett talba għal annullament tal-allegata deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Frar 2005, li tirrifjuta lill-appellanti l-aċċess għal ċerti dokumenti tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 bil-għan tal-kofinanzjament ta’ programm ta’ għajnuna medika organizzata fil-Kazakastan — Inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament kontra att purament konfermattiv ta’ deċiżjoni preċedenti mhux ikkontestata fit-termini stabbiliti — Klassifikazzjoni żbaljata tal-att ikkontestat — Inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament kontra att li jikkostitwixxi risposta inizjali, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-5 ta’ Ġunju 2008, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-141/05), hija annullata.

(2)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej hija miċħuda.

(3)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ Internationaler Hilfsfonds eV intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-14 ta’ Frar 2005, li tirrifjutalha l-aċċess għal ċerti dokumenti miżmuma minn din tal-aħħar.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din l-istanza u kif ukoll għal dawk tal-ewwel istanza marbuta mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.

(5)

Fir-rigward tal-kumplament l-ispejjeż huma riżervati.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 — Audi AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-398/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 7(1)(b) u 63 - Trade mark verbali Vorsprung durch Technik - Trade marks li jikkonsistu fi slogans ta’ reklamar - Karattru distintiv - Applikazzjoni għal trade mark għal numru ta’ prodotti u servizzi - Pubbliku rilevanti - Evalwazzjoni u motivazzjoni globali - Dokumenti ġodda)

2010/C 63/15

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Audi AG (rappreżentanti: S. O. Gillert u F. Schiwek, Rechtsanwälte)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008, fil-Kawża T-70/06, Audi vs UASI, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2005, li tiċħad parzjalment l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “VORSPRUNG DURCH TECHNIK” fir-rigward ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 25, 28, 37 sa 40 u 42 — Trade marks ikkostitwiti minn slogans pubbliċitarji — Karattru distintiv — Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi — Motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-pubbliku li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivi ppreżentati għall-ewwel darba fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tad-9 ta’ Lulju 2008, Audi vs UASI (Vorsprung durch Technik) (T-70/06), hija annullata inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li t-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ma kienx kiser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94, tat-22 ta’ Diċembru 1994, meta adotta d-deċiżjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 237/2005-2).

(2)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 237/2005-2), hija annullata inkwantu din ċaħdet parzjalment, abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Vorsprung durch Technik.

(3)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) — Ir-Renju Unit) — Uniplex (UK) Ltd vs NHS Business Services Authority

(Kawża C-406/08) (1)

(Direttiva 89/665/KEE - Proċedura ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Data minn meta jibda jiddekorri t-terminu għall-preżentata tar-rikors)

2010/C 63/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Queen’s Bench Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Uniplex (UK) Ltd

Konvenuta: NHS Business Services Authority

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Queen’s Bench Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u servizzi] (ĠU L 395, p. 33) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ tliet xhur sabiex jitressaq rikors — Data li fiha jibda jiddekorri t-terminu — Data li fiha seħħ il-ksur tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew id-data li fiha r-rikorrenti saret taf b’dan il-ksur

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u xogħlijiet], kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, jirrikjedi li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors intiż sabiex jikkonstata ksur tar-regoli ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew jinkiseb kumpens għad-danni għall-ksur ta’ dawn ir-regoli jibda jiddekorri minn meta r-rikorrent kien jaf jew kellu jaf b’dan il-ksur.

(2)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 92/50, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil qorti nazzjonali li tiċħad bħala dekadenti rikors intiż sabiex jikkonstata ksur tar-regoli għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew jinkiseb kumpens għad-danni għall-ksur ta’ dawn ir-regoli skont il-kriterju, evalwat b’mod diskrezzjonali, li rikors tali għandu jiġi ppreżentat malajr kemm jista’ jkun.

(3)

Id-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 92/50, tordna lill-qorti nazzjonali li tipproroga, billi tuża’ s-setgħa diskrezzjonali tagħha, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors b’mod li tiżgura lir-rikorrenti terminu ekwivalenti għal dak li kien ikollu li kieku t-terminu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli beda jiddekorri minn meta kien jaf jew kellu jkun jaf bil-ksur tar-regoli għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar it-termini għall-preżentata ta’ rikors ma jistgħux jingħataw interpretazzjoni konformi mad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 92/50, il-qorti nazzjonali tkun obbligata ma tapplikahomx, sabiex tapplika integralment id-dritt Komunitarju u tħares id-drittijiet li dan tal-aħħar jagħti lill-individwi.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, Edinburgh, u tal-VAT and Duties Tribunal, L-Irlanda ta’ Fuq — Ir-Renju Unit — Terex Equipment Ltd (C-430/08), FG Wilson (Engineering) Ltd (C-431/08), Caterpillar EPG Ltd (C-431/08) vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawżi magħquda C-430/08 u C-431/08) (1)

(“Regolament (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikoli 78 u 203 - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 865 - Proċedura tal-ipproċessar tad-dħul - Kodiċi ta’ proċedura doganali żbaljat - Meta jiġi inkors dejn doganali - Reviżjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana”)

2010/C 63/17

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunal, Edinburgh, u l-VAT and Duties Tribunal, Northern Ireland — Renju-Unit

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Terex Equipment Ltd (C-430/08), FG Wilson (Engineering) Ltd (C-431/08), Caterpillar EPG Ltd (C-431/08)

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Edinburgh Tribunal Centre — Interpretazzjoni tal-Artikoli 78, 203 u 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 865 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU L 253, p. 1) — Merkanzija introdotta fil-Komunità Ewropea taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul — Użu, bi żball, ta’ kodiċi ta’ proċedura doganali (KPD) żbaljat fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ippreżentati waqt l-esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija barra mill-Komunità li kienu jidentifikaw din il-merkanzija bħala “esportazzjoni permanenti” minflok “esportazzjoni mill-ġdid” — Possibbiltà ta’ reviżjoni tad-dikjarazzjoni sabiex jiġi kkoreġut il-KPD u sabiex tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-użu, fid-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tal-kodiċi ta’ proċedura doganali 10 00 li jindika l-esportazzjoni ta’ merkanzija Komunitarja minflok il-kodiċi 31 51 relatat mal-merkanzija li hija suġġetta għal sospensjoni ta’ dazji skont il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul iwassal, skont l-Artikolu 203(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 865, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1677/98, tad-29 ta’ Lulju 1998, sabiex jiġi inkors dejn doganali.

(2)

L-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 2913/02 jippermetti li tiġi riveduta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni ta’ merkanzija sabiex jiġi kkorreġut il-kodiċi ta’ proċedura doganali li jkun ingħatalha mid-dikjarant u li l-awtoritajiet doganali huma mitluba, l-ewwel nett, jeżaminaw jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali kkonċernata ġewx applikati abbażi ta’ elementi ineżatti jew inkompleti u jekk l-għanijiet tal-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul ma ġewx mhedda, b’mod partikolari li l-merkanzija suġġetta għall-imsemmija proċedura doganali effettivament ġiet esportata mill-ġdid u, it-tieni nett, jieħdu, jekk ikun il-każ, il-miżuri neċessarji sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni ġdida disponibbli għalihom.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-456/08) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/37/KEE - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Notifika lill-kandidati u lill-offerenti tad-deċiżjonijiet dwar l-għoti tal-kuntratt - Direttiva 89/665/KEE - Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Data minn meta jibda jiddekorri t-terminu għall-preżentata ta’ rikors”)

2010/C 63/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, M. Konstantinidis u E. White, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, A. Collins, SC)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU L 395, p. 33) — Ksur tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (ĠU L 199 p. 54) — Notifika tad-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt — Obbligu li jiġi stipulat b’mod ċar it-terminu ta’ appell minn deċiżjoni li tagħti kuntratt pubbliku

Dispożittiv

(1)

L-Irlanda,

minħabba l-fatt li n-National Roads Authority ma informatx lill-offerent mhux magħżul bid-deċiżjoni tagħha tal-għoti tal-kuntratt għall-proġettazzjoni, il-bini, il-finanzjament u l-ġestjoni tal-bypass fil-punent tal-belt ta’ Dundalk; u

u peress li żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 84A(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-qrati Superjuri (Rules of the Superior Courts), fil-verżjoni li tirriżulta mill-iStatutory Instrument No 374/1998, inkwantu dawn iwasslu għal inċertezza fir-rigward tad-deċiżjoni li kontra tagħha l-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom jinbdew u fir-rigward tad-determinazzjoni tat-termini għall-preżentata ta’ tali proċeduri,

naqset, fir-rigward tal-ewwel ilment, milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, u tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1997, u fir-rigward tat-tieni ilment, milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 92/50.

(2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg — il-Ġermanja) — Ümit Bekleyen vs Land Berlin

(Kawża C-462/08) (1)

(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - Dritt tal-wild ta’ ħaddiem Tork li jaċċetta kull offerta ta’ impjieg fl-Istat Membru ospitanti fejn huwa jkun ħa taħriġ professjonali - Bidu tat-taħriġ professjonali wara t-tluq tal-ġenituri minn dan l-Istat Membru)

2010/C 63/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ümit Bekleyen

Konvenuta: Land Berlin

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE/Turkija — Ċittadin Tork li twieled fl-Istat Membru ospitanti u li, wara li mar lura mal-ġenituri tiegħu fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, jerġa’ lura waħdu, wara iktar minn 10 snin, fl-Istat Membru ospitanti fejn il-ġenituri tiegħu kienu, fl-imgħoddi, fis-suq legali tax-xogħol matul perijodu ta’ iktar minn tliet snin, sabiex jibda taħriġ professjonali — Dritt ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol u dritt ta’ residenza korrispondenti fl-Istat Membru ospitanti ta’ dan iċ-ċittadin Tork wara tmiem it-taħriġ professjonali

Dispożittiv

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta ħaddiem Tork ikun eżerċita legalment impjieg fl-Istat Membru ospitanti għal iktar minn tliet snin, il-wild ta’ dan il-ħaddiem jista’ jinvoka f’dan l-Istat Membru, wara li jkun lesta t-taħriġ professjonali tiegħu f’dan l-Istat, id-dritt ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol u d-dritt ta’ residenza korrispondenti, minkejja l-fatt li wara li kien mar lura mal-ġenituri tiegħu fl-istat ta’ oriġini jkun ġie lura waħdu f’dan l-Istat Membru sabiex jibda dan it-taħriġ.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Gerechtshof te Arnhem — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — K. van Dijk vs Gemeente Kampen

(Kawża C-470/08) (1)

(Politika agrikola komuni - Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ pagament uniku - Trasferiment tad-drittijiet għall-pagament - Skadenza tal-kuntratt ta’ kiri - Obbligi tal-kerrej u ta’ sid il-kera)

2010/C 63/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Arnhem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K. van Dijk

Konvenut: Gemeente Kampen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te Arnhem — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 226) — Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku — Trasferiment tad-drittijiet għall-pagament — Obbligi tal-kerrej u ta’ sid il-kera

Dispożittiv

Id-dritt Komunitarju ma jobbligax lill-kerrej, fl-iskadenza tal-kirja, li jitrasferixxi lis-sid il-kera l-artijiet bi qbiela inkwistjoni flimkien mad-drittijiet għall-pagament ikkostitwiti għal dawn l-artijiet jew relatati magħhom, u lanqas li jħallsu kumpens.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās Tiesas Senāts — ir-Repubblika tal-Latvja) — Alstom Power Hydro vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-472/08) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 18(4) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għar-rimbors ta’ ħlas żejjed tal-VAT)

2010/C 63/21

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alstom Power Hydro

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Liġi nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talbiet għal rimbors ta’ ħlas żejjed ta’ taxxi

Dispożittiv

L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talba għal rimbors ta’ ħlas żejjed tat-taxxa fuq il-valur miżjud miġbur indebitament mill-amministrazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Finanzgericht — il-Ġermanja) — Ingenieurbüro Eulitz GbR Thomas und Marion Eulitz vs Finanzamt Dresden I

(Kawża C-473/08) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13 A(1)(j) - Eżenzjoni - Lezzjonijiet mogħtija minn għalliema privatament, li jirrigwardaw tagħlim tal-iskola jew tal-università - Servizzi pprovduti minn għalliem indipendenti fil-kuntest ta’ kors ta’ taħriġ vokazzjonali kontinwu organizzat minn istitut terz)

2010/C 63/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sächsisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ingenieurbüro Eulitz GbR Thomas und Marion Eulitz

Konvenut: Finanzamt Dresden I

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sächsisches Finanzgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 09, Vol. 01, p. 23) — Eżenzjoni ta’ “tagħlim [lezzjonijiet] mogħti privatament minn għalliema u jkopri edukazzjoni ta’ l-iskola jew ta’ l-università” — Tagħlim mogħti minn inġinier iggradwat fi ħdan korsijiet ta’ perfezzjonament offruti minn skola privata, u intiż li jagħti kwalifiki speċjalizzati postuniversitarji fil-qasam tal-protezzjoni min-nirien lil inġiniera u periti — Għoti ta’ servizzi ta’ tagħlim fuq bażi kontinwa u fl-istess ħin qadi ta’ dmirijiet fuq livell amministarattiv fir-rigward ta’ ċerti korsijiet — Għoti ta’ remunerazzjoni anki fil-każ ta’ annullament tal-korsijiet minħabba nuqqas ta’ reġistrazzjoni ta’ parteċipanti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi ta’ tagħlim ipprovduti minn inġinier iggradwat fi ħdan istitut ta’ taħriġ bħala assoċjazzjoni rregolata mid-dritt privat, fi ħdan korsijiet li jintemmu b’eżami u li l-parteċipanti fihom diġà jkollhom, għall-inqas, kwalifiki ta’ perit jew inġinier miksubin minn stabbiliment ta’ tagħlim superjuri jew stabbiliment ekwivalenti, jikkostitwixxu “tagħlim [lezzjonijiet][…] [li] jkopri edukazzjoni [tagħlim] ta’ l-iskola jew ta’ l-università” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Jistgħu wkoll jikkostitwixxu tali lezzjonijiet l-attivitajiet barra dak tat-tagħlim fil-veru sens tal-kelma, sakemm dawn l-attivitajiet jitwettqu, essenzjalment, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ għarfien u ta’ kompetenzi bejn l-għalliem u l-istudenti, fir-rigward tal-edukazzjoni [tagħlim] tal-iskola jew tal-università. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha, sa fejn huwa neċessarju, tivverifika jekk l-attivitajiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxux “tagħlim [lezzjonijiet]” li jirrigwarda l-“edukazzjoni [tagħlim] ta’ l-iskola jew ta’ l-università” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.

(2)

L-Artikolu 13A(1)(j) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, persuna bħal T. Eulitz, li hija assoċjata mar-rikorrenti fil-kawża prinċiapli, li tipprovdi servizzi ta’ għalliem fil-kuntest ta’ korsijiet proposti minn organizzazjzoni terza, ma tistax titqies li tagħti tagħlim “privatament”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-22/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika tal-enerġija - Ekonomija tal-enerġija - Direttiva 2002/91/KE - Prestazzjoni tal-enerġija tal-bini - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 63/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jinnotifika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 02 p. 168).

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15(1) ta’ din id-direttiva.

(2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Mariboru — Ir-Repubblika tas-Slovenja) — Jasna Detiček vs Maurizio Sgueglia

(Kawża C-403/09 PPU) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Miżuri provviżorji dwar id-dritt ta’ kustodja - Deċiżjoni eżekuttiva fi Stat Membru - Tneħħija illegali ta’ minuri - Stat Membru ieħor - Qorti oħra - Assenjazzjoni tal-kustodja tal-minuri lill-ġenitur l-ieħor - Ġurisdizzjoni - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari)

2010/C 63/24

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Mariboru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jasna Detiček

Konvenut: Maurizio Sgueglia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Miżuri provviżorji u kawtelatorji — Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru A biex tiddeċiedi provviżorjament dwar talba għall-kisba tal-kustodja ta’ minuri, filwaqt li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-mertu tal-kawża — li hija l-qorti li tiddeċiedi t-talba għad-divorzju — tinsab fi Stat Membru B.

Dispożittiv

L-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ma jippermettix lil qorti ta’ Stat Membru li tadotta miżura provviżorja fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri intiża li tagħti l-kustodja ta’ minuri li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru lil wieħed mill-ġenituri tiegħu meta qorti ta’ Stat Membru ieħor, li għandha ġurisdizzjoni skont l-imsemmi regolament li tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kwistjoni dwar il-kustodja tal-minuri, tkun diġà tat deċiżjoni li tafda b’mod provviżorju l-kustodja ta’ dan il-minuri lill-ġenitur l-ieħor, u li din id-deċiżjoni tkun ġiet iddikjarata eżekuttiva fit-territorju tal-ewwel Stat Membru


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla), tat-23 ta’ Novembru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis — il-Greċja) — Geórgios K. Lagoudakis vs Kentro Anoiktis Prostasias Hlikiomenon Dimou Rethymnis (C-162/08) u Dimitrios G. Ladakis, Andréas M. Birtas, Konstantinos G. Kyriakopoulos, Emmanouil V. Klamponis, Sofoklis E. Mastorakis vs Dimos Geropotamou (C-163/08) u Michail Zacharioudakis vs Dimos Lampis (C-164/08)

(Kawżi magħquda C-162/08 sa C-164/08) (1)

(L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżoli 5 u 8 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-settur pubbliku - L-ewwel jew l-uniku kuntratt - Kuntratti suċċessivi - Miżuri legali ekwivalenti - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi - Sanzjonijiet - Projbizzjoni assoluta tal-bidla tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss f’kuntratti għal żmien indefinit fis-settur pubbliku - Konsegwenzi ta’ traspożizzjoni żbaljata ta’ direttiva - Interpretazzjoni konformi)

2010/C 63/25

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Rethymnis

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Geórgios K. Lagoudakis (C-162/08), Dimitrios G. Ladakis, Andréas M. Birtas, Konstantinos G. Kyriakopoulos, Emmanouil V. Klamponis, Sofoklis E. Mastorakis (C-163/08), Michail Zacharioudakis (C-164/08)

Konvenuti: Kentro Anoiktis Prostasias Hlikiomenon Dimou Rethymnis (C-162/08), Dimos Geropotamou (C-163/08), Dimos Lampis (C-164/08)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Monomeles Protodikeio Rethymnis — Interpretazzjoni tal-klawżoli 5 u 8(1) u (3) tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175, p. 43) — Projbizzjoni milli tiġi adottata leġiżlazzjoni nazzjonali bl-iskuża ta’ traspożizzjoni meta leġiżlazzjoni nazzjonali, ekwivalenti għall-klawżola 5(1) tad-direttiva, hija diġà fis-seħħ u meta l-leġiżlazzjoni l-ġdida tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni tal-ħaddiema impjegati taħt kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss.

Dispożittiv

(1)

Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jidher bħala anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix l-adozzjoni, minn naħa ta’ Stat Membru, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet Presidenzjali 164/2004, li jipprovdi dispożizzjonijiet dwar il-ħaddiema reklutati fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-settur pubbliku, li, bil-għan li tittrasponi speċifikament id-Direttiva 1999/70 sabiex id-dispożizzjonijiet tagħha jiġu applikati għas-settur pubbliku, tipprevedi l-implementazzjoni tal-miżuri preventivi tal-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi elenkati fil-punt 1(a) sa (ċ) ta’ din il-klawżola, meta diġà jkunu jeżistu fid-dritt intern, liema ħaġa għandha tivverifika l-qorti tar-rinviju, “miżuri legali ekwivalenti” fis-sens tal-imsemmija klawżola, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920 dwar it-tmiem obbligatorju tal-kuntratt tax-xogħol tal-impjegati tas-settur privat, sa fejn, madankollu, l-imsemmija leġiżlazzjoni, minn naħa, ma taffetwax in-natura effettiva tal-prevenzjoni tal-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien fiss hekk kif jirriżulta mill-imsemmija miżuri legali ekwivalenti u, min-naħa l-oħra, sa fejn hija tirrispetta d-dritt Komunitarju, u, b’mod partikolari, il-klawżola 8(3) ta’ dan il-ftehim.

(2)

Il-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tiġi applikata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat b’tali mod li t-tiġdid ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi, fis-settur pubbliku, jitqies li huwa ġustifikat b’ “raġunijiet oġġettivi” fis-sens tal-imsemmija klawżola għar-raġuni biss li dawn il-kuntratti huma bbażati fuq dispożizzjonijiet legali li jippermettu t-tiġdid tagħom sabiex jissodisfaw ċerti bżonnijiet provviżorji, filwaqt li fir-realtà, l-imsemmija bżonnijiet ikunu permanenti u fit-tul. Min-naħa l-oħra, din l-istess klawżola ma tapplikax għall-konklużjoni tal-ewwel jew l-uniku kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol għal żmien fiss.

(3)

Il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li t-“tnaqqis” previst minn din il-klawżola għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni li kien applikabbli, fl-Istat Membru kkonċernat, kemm għall-ħaddiema li kkonkludew kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi, kif ukoll għall-ħaddiema li kkonkludew l-ewwel u l-uniku kuntratt għal żmien fiss.

(4)

Il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet Presidenzjali 164/2004, li, diversament minn regola tad-dritt intern preċedenti, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920, minn naħa, ma tipprevedix iktar, meta jkun sar użu abbużiv minn kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-settur pubbliku, il-kwalifika mill-ġdid ta’ dawn f’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indefinit jew tissuġġetta lil din il-kwalifika mill-ġdid għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet kumulattivi u restrittivi u, min-naħa l-oħra, teskludi mill-benefiċċju tal-miżuri ta’ protezzjoni li tipprevedi, lill-ħaddiema li kkonkludew l-ewwel jew l-uniku kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss, meta tali emendi, li għandhom jiġu vverifikati mill-imsemmija qorti, jirrigwardaw kategorija limitata ta’ ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss jew huma kkumpensati permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss fis-sens tal-klawżola 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas.

(5)

Madankollu, l-implementazzjoni ta’ dan il-Ftehim Qafas permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet Presidenzjali 164/2004, ma tistax twassal sabiex tonqos il-protezzjoni li kienet preċedentement applikabbli fis-sistema legali interna għall-ħaddiema għal żmien fiss, għal livell inferjuri minn dak stabbilit mid-dispożizzjonijiet minimi ta’ protezzjoni previsti mill-istess Ftehim Qafas. B’mod partikolari, l-osservanza tal-klawżola 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas teħtieġ li tali leġiżlazzjoni tipprevedi, f’dak li jirrigwarda l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi, miżuri effettivi u vinkolanti ta’ prevenzjoni ta’ tali użu abbużiv kif ukoll sanzjonijiet li għandhom natura effettiva u disswassiva biżżejjed sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa ta’ dawn il-miżuri preventivi. B’hekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti.

(6)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta s-sistema legali interna tal-Istat Membru kkonċernat tkun tinkludi, fis-settur ikkunsidrat, miżuri effettivi oħra sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il-każ, jiġi ssanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi fis-sens tal-klawżola 5(1) ta’ dan il-ftehim, dan il-fatt ma jostakolax l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali li tipprekludi b’mod assolut, fis-settur pubbliku biss, li jiġu ttrasformati f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indefinit sensiela ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss li, peress li kellhom l-għan li jkopru bżonnijiet permanenti u fit-tul ta’ min iħaddem, għandhom jitqiesu li huma abbużivi. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa sa fejn il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni kif ukoll l-implementazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt intern jagħmlu lil din il-leġiżlazzjoni miżura adegwata sabiex tipprevjeni u, jekk ikun il-każ, tissanzjona l-użu abbużiv mill-amministrazzjoni pubblika ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien fiss suċċessivi.

(7)

Min-naħa l-oħra, peress li l-klawżola 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas ma tapplikax għall-ħaddiema li kkonkludew l-ewwel jew l-uniku kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss, din id-dispożizzjoni ma tobbligax lill-Istati Membri li jadottaw sanzjonijiet meta fir-realtà, tali kuntratt ikun ikopri bżonnijiet permanenti u fit-tul ta’ min iħaddem.

(8)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha, kemm jista’ jkun, tagħti interpretazzjoni konformi mal-klawżoli 5(1) u 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss lid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt intern, kif ukoll tistabbilixxi, f’dan il-kuntest, jekk “miżuri legali ekwivalenti” fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn il-klawżoli, bħal dik stabbilita fl-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920, għandhomx jiġu applikati għall-kawżi prinċipali minflok ċerti dispożizzjonijiet oħra tad-dritt intern.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Novembru 2009 — Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja, Seas at Risk VZW, li kienet Stichting Seas at Risk Federation, WWF — World Wide Fund for Nature, Stichting Greenpeace Council

(Kawża C-444/08 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Regolament (KE) Nru 1954/2003 - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Entità reġjonali jew lokali - Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment din l-entità - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u manifestament infondat)

2010/C 63/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Região autónoma dos Açores (rappreżentanti: M. Renouf u C. Bryant, Solicitors)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u F. Florindo Gijón, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: K. Banks, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent), Seas at Risk VZW, li kienet Stichting Seas at Risk Federation, WWF — World Wide Fund for Nature, Stichting Greenpeace Council

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2008, Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill (T-37/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inamissibbli rikors għal annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar l-immaniġġjar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 6, p. 44) — Rekwiżit li tkun individwalment ikkonċernat mill-att ikkontestat

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Região autónoma dos Açores huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  GU C 327, 20.12.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2009 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Dr. Grandel GmbH

(Kawżi maqgħquda C-488/08 P u C-489/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade marks verbali Epican u Epican Forte - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja EPIGRAN - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Appelli manifestament inammissibbli)

2010/C 63/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Matthias Rath (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Dr. Grandel GmbH

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru, Rath vs UASI u Grandel (T-373/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestmanet infondat fil-liġi r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ottubru 2006, li tiċħad parzjalment ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li, billi laqgħet l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “EPIGRAN”, irrifjutat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “EPICAN FORTE” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

M. Rath huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Prana Haus GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-494/08 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali PRANAHAUS - Regolament (KE) Nru 40/94 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2010/C 63/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Prana Haus GmbH (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndörfer, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tas-17 ta’ Settembru 2008, Prana Haus GmbH vs UASI (T-226/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ April 2007, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PRANAHAUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 35 — Karattru deskrittiv tat-trade mark

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Prana Haus GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 32, 07.02.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Charlottenburg — il-Ġermanja) — Amiraike Berlin GmbH

(Kawża C-497/08) (1)

(Ġurisdizzjoni volontarja - Ħatra ta’ likwidatur ta’ kumpannija - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2010/C 63/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Charlottenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Amiraike Berlin GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Charlottenburg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10, 43, u 48 tat-Trattat KE — Rikonoxximent minn Stat Membru ta’ miżura ta’ esproprjazzjoni relatata ma’ beni li jinsabu fit-territorju tiegħu, imposta mis-sistema legali ta’ Stat Membru ieħor — Tħassir tal-“Companies House” mir-reġistru tal-kumpanniji minħabba ksur tal-obbligi ta’ pubblikazzjoni, ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata Brittanika, bil-konsegwenza li l-patrimonju tagħha, inklużi l-beni immobbli li jinsabu fil-Ġermanja, intiret mill-Kuruna Brittanika.

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domadna magħmula mill-Amtsgericht Charlottenburg permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Novembru 2008.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/19


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 minn Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2009 fil-Kawża T-456/08, Sociedad General de Autores y Editores de España vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-112/09 P)

2010/C 63/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho u R. Vallina Hoset, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-14 ta’ Jannar 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħet l-appell.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha (Spanja) fil-25 ta’ Novembru 2009 — CLECE, S.A. vs María Socorro Martín Valor u Ayuntamiento de Cobisa

(Kawża C-463/09)

2010/C 63/31

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CLECE, S.A..

Konvenuti: María Socorro Martín Valor u Ayuntamiento de Cobisa

Domanda preliminari

(1)

Każ fejn kunsill lokali jieħu lura jew jieħu f’idejh l-attività ta’ tindif tad-diversi bini tiegħu, li preċedentement kienet ipprovduta minn impriża kontraenti, u li għalih il-kunsill lokali impjega persunal ġdid, għandu jitqies li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE (1), kif iddefinit mill-Artikolu 1(1)(a) u (b) tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-30 ta’ Novembru 2009 — INMOGOLF SA vs Administración General del Estado

(Kawża C-487/09)

2010/C 63/32

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INMOGOLF SA

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE (1), tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (attwalment id-Direttiva 2008/7/KE) (2) jipprojbixxi li jiġi ntaxxat it-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ta’ stocks, ishma jew sigurtajiet analogi, u li l-Artikolu 12(1)(a) tagħha jawtorizza esklużivament lill-Istati Membri li jimponu dazji fuq it-trasferiment ta’ titoli, kemm jekk imposti b’rata uniformi u kemm jekk le, u peress li l-Artikolu 108 tal-Liġi 24/1988, tat-28 ta’ Lulju 1988, dwar is-suq tat-titoli (skont il-kliem tat-tnax-il dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 18/1991, tas-6 ta’ Ġunju 1991), għalkemm jistabbilixxi regola ġenerali ta’ eżenzjoni, kemm mit-taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll mit-taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ titoli, madankollu jissuġġetta dawn it-tranżazzjonijiet għat-taxxa fuq it-trasferimenti patrimoniali bħala trasferimenti patrimonjali bi ħlas, meta dawn jirrappreżentaw parti mill-kapital azzjonarju fejn l-attiv huwa kompost minn, minn tal-inqas, 50 % proprjetà immobbli u fejn ix-xerrej, bħala riżultat ta’ dan it-trasferiment, jikseb pożizzjoni li tippermettilu li jeżerċita kontroll fuq l-entità, mingħajr distinzjoni bejn kumpanniji ta’ amministrazzjoni tal-patrimonju u kumpanniji li jeżerċitaw attività ekonomika:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, tipprekludi l-applikazzjoni awtomatika ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru, bħal dik tal-Artikolu 108(2) tal-Liġi 24/1988 fuq is-suq tat-titoli, li tissuġġetta ċerti trasferimenti ta’ titoli li jaħbu trasferimenti ta’ proprjetà immobili, anki fil-każ fejn ma kienx hemm l-intenzjoni li tiġi evitata t-taxxa?

Fil-każ fejn l-intenzjoni li tiġi evitata t-taxxa mhijiex neċessarja:

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KE, tas-17 ta’ Lulju 1969, tipprekludi dispożizzjoni leġiżlattiva, bħal-liġi Spanjola 24/1988, li tistabbilixxi taxxa fuq ix-xiri tal-parti l-kbira tal-kapital ta’ kumpanniji li l-attiv tagħhom huwa fil-parti l-kbira kkostitwit minn proprjetà immobbli, minkejja li dawn il-kumpanniji huma operattivi u li l-proprjetà imobbli ma tistax tiġi mifruda mill-attività ekonomika eżerċitata mill-kumpannija?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11.

(2)  ĠU L 46, p. 11.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Asociación de Transporte por Carretera vs Administración General del Estado

(Kawża C-488/09)

2010/C 63/33

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación de Transporte por Carretera

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

(1)

Fil-każ fejn il-post fejn twettaq il-ksur materjali jiġi ddeterminat wara li Stat Membru ikun ikkonstata irregolarità fis-sistema doganali tat-trasport TIR u jkun ressaq quddiem l-assoċjazzjoni garanti tat-territorju tiegħu talba għall-ħlas tal-ammont li jikkorrispondi għall-kont tat-taxxa, il-fatt li l-Istat Membru fejn twettaq il-ksur jibda proċedura ġdida sabiex jitlob il-ħlas tad-dazji dovuti mid-debituri prinċipali u mill-assoċjazzjoni garanti tal-post ta’ fejn twettaq il-ksur materjali, fil-limiti tar-responsabbiltà ta’ din tal-aħħar, huwa kompatibbli mal-Artikolu 454(3) u mal-Artikolu 455 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1), tat-2 ta’ Lulju 1993, meta d-determinazzjoni tal-post ta’ fejn twettaq il-ksur issir wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit mid-dispożizzjonijiet Komunitarji?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva:

(2)

L-assoċjazzjoni garanti tal-Istat Membru fejn effettivament twettqet l-irregolarità tista’ tallega, abbażi tal-Artikolu 454(3) u tal-Artikolu 455 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, jew tal-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, il-preskrizzjoni tad-dritt li jintalab l-ammont kopert mir-responsabbiltà ta’ garanzija minħabba li t-terminu stabbilit skada mingħajr ma kienet taf bil-fatti qabel l-iskadenza tal-imsemmi terminu?

(3)

It-talba għal ħlas imressqa quddiem l-assoċjazzjoni garanti tal-Istat li kkonstatat l-irregolarità mwettqa mill-amminstrazzjoni doganali ta’ dan l-Istat skont l-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni TIR għandha l-effett li tissospendi l-proċedura mibdija kontra l-assoċjazzjoni garanti tal-post ta’ fejn twettaq il-ksur?

(4)

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni TIR tista’ tiġi interpretata fis-sens li t-terminu hemmhekk previst huwa applikabbli għall-Istat tal-post ta’ fejn twettaq il-ksur, anki meta l-Istat li kkonstata l-irregolarità ma ssospendiex t-talba għal ħlas imressqa quddiem l-assoċjazzjoni garanti, minkejja li kien hemm proċeduri kriminali fir-rigward tal-fatti kkonstatati?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Finanzamt Burdorf vs Manfred Bog

(Kawża C-497/09)

2010/C 63/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Burdorf

Konvenut: Manfred Bog

Domandi preliminari

(1)

Il-bejgħ ta’ ikel jew platti msajra għall-konsum immedjat jikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti fis-sens tal-Artikolu 5 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE (1) fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ?

(2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tippendendi fuq jekk humiex ipprovduti elementi addizzjonali ta’ servizz (il-provvista, għall-użu, ta’ faċilitajiet oħra għall-konsum fuq il-post)?

(3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, it-terminu “affarijiet tal-ikel” fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri biss ikel għat-“take away” meta huwa normalment mibjugħ fi ħwienet tal-merċa, jew huwa jkopri wkoll ikel jew pjatti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG vs Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst

(Kawża C-499/09)

2010/C 63/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG

Konvenut: Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst

Domandi preliminari

(1)

Il-bejgħ ta’ ikel jew platti msajra għall-konsum immedjat jikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti fis-sens tal-Artikolu 5 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE (1) fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ?

(2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tippendendi fuq jekk humiex ipprovduti elementi addizzjonali ta’ servizz (il-provvista, għall-użu, ta’ mwejjed, siġġijiet u faċilitajiet oħra għall-konsum, l-esperjenza ta’ żjara fiċ-ċinema)?

(3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, it-terminu “affarijiet tal-ikel” fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri biss ikel għat-“take away” meta huwa normalment mibjugħ fi ħwienet tal-merċa, jew huwa jkopri wkoll ikel jew platti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Lothar Lohmeyer vs Finanzamt Minden

(Kawża C-501/09)

2010/C 63/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lothar Lohmeyer

Konvenut: Finanzamt Minden

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ “affarijiet ta’ l-ikel”, li jinsab fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), għandu jinftiehem fis-sens li jkopri biss affarijiet tal-ikel “għal take-away”, bħall-ikel li normalment jinbiegħ fi kjosks tal-ikel, jew fis-sens li jkopri wkoll ikel, jew platti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat?

(2)

Jekk il-kunċett ta’ “affarijiet ta’ l-ikel” li jinsab fil-Kategorija 1 tal-Anness H tad-Direttiva 77/388 jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-ikel, jew platti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 77/388 għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri anki l-provvista ta’ ikel, jew ta’ platti ta’ ikel, ippreparat reċentement, li l-akkwirent ma jixtrix bl-iskop ta’ take-away iżda jikkonsmah fil-post filwaqt li juża l-attrezzaturi għal dan il-għan, bħal, pereżempju, xkafef, imwejjed żgħar jew strutturi simili?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Fleischerei nier GmbH & Co. KG vs Finanzamt Detmold

(Kawża C-502/09)

2010/C 63/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fleischerei nier GmbH & Co. KG

Konvenut: Finanzamt Detmold

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ “affarijiet ta’ l-ikel”, li jinsab fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1), għandu jinftiehem fis-sens li jkopri biss affarijiet tal-ikel “għal take-away”, bħall-ikel li normalment jinbiegħ fi kjosks tal-ikel, jew fis-sens li jkopri wkoll ikel, jew platti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat?

(2)

Jekk il-kunċett ta’ “affarijiet ta’ l-ikel” li jinsab fil-Kategorija 1 tal-Anness H tad-Direttiva 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, jiġi interpretat fis-sens li jkorpi anki l-ikel u l-platti mħejjija għall-konsum immedjat:

Il-proċess ta’ tħejjija ta’ ikel u platti tal-ikel għandu jiġi kkunsidrat bħala element li għandu n-natura ta’ provvista ta’ servizzi f’kuntest fejn ikollu jiġi deċiż jekk il-provvista ta’ servizz uniku minn impriża li toffri servizzi ta’ catering (li tipprovdi u tittrasporta ikel jew platti tal-ikel lesti għall-konsum u, eventwalment, tqiegħed għad-dispożizzjoni pożati, platti u/jew imwejjed biex wieħed jiekol bil-wiefqa, u anki tiġborhom lura) għandhiex tiġi kkunsidrata bħala provvista ta’ affarijiet tal-ikel li tista’ tkun suġġetta għal rata mnaqqsa tal-VAT (Kategorija 1 tal-Anness H tad-direttiva msemmija) jew jekk għandhiex tiġi kkunsidrata bħala provvista ta’ servizzi li mhijiex intitolata li tkun suġġetta għal rata mnaqqsa (Artikolu 6(1) tad-direttiva msemmija)?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda:

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 2(1) flimkien mal-Artikolu 5(1) u mal-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li, fil-klassifikazzjoni tal-provvista ta’ servizz uniku minn impriża li toffri servizzi ta’ catering bħala provvista ta’ oġġetti jew bħala provvista ta’ servizzi sui generis, isir riferiment biss għan-numru tal-elementi li jkollhom in-natura ta’ provvista ta’ servizzi (tnejn jew iktar) fil-konfront ta’ dawk li jkollhom in-natura ta’ provvista ta’ oġġetti jew, irrispettivament min-numru tagħhom, għandha tingħata iktar importanza lill-elementi li jkollhom in-natura ta’ provvista ta’ servizzi u, jekk dan ikun il-każ, skont liema kriterji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/23


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2009 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tat-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-263/07, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-505/09 P)

2010/C 63/38

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Kružíková, E. White u E. Randvere)

Appellati: Ir-Repubblika tal-Estonja, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-Estonja tqis li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropea [li issa saret il-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Jannar 2010 ] (iktar ’il quddiem: “il-Qorti Ġenerali”) għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

(1)

Il-Qorti Ġenerali, billi ddeċidiet li r-rikors għal annullament huwa ammissibbli għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 1(3) u (4), l-Artikolu 2(3) u (4), u l-Artikolu 3(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2007 (dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, innotifikat mir-Repubblika tal-Estonja skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE (1)) kisret l-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Il-Qorti Ġenerali ammettiet, b’mod żbaljat, l-ammissibbiltà tar-rikors kontra s-sentenza fit-totalità tagħha, anki meta r-rikorrenti indikat il-bażi għal annullament biss għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 1(1) u (2), l-Artikolu 2(1) u (2), u l-Artikolu 3(1).

(2)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 9(1) u (3) tad-direttiva billi, essenzjalment, fid-determinazzjoni tagħha tal-portata u tas-setgħa ta’ stħarriġ tal-Kummissjoni u tal-eżerċizzju ta’ din is-setgħa skont l-Artikolu 9(3) tad-direttiva interpretat b’mod żbaljata kemm il-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali kif ukoll l-għan tad-direttiva. Il-pjanijiet ta’ allokazzjoni mhumiex miżuri ta’ traspożizzjoni klassiċi ta’ direttiva, li jistgħu jiġu evalwati a posteriori. L-aċċettazzjoni tal-użu, minn kull Stat Membru, tad-data tiegħu stess li mhijiex ikkontrollata, toħloq riskju ta’ nuqqas ta’ trattament ugwali tal-Istati Membri. L-għanijiet tad-direttiva jistgħu jintlaħqu biss jekk id-domanda ta’ kwoti taqbeż l-offerta. Għandu jkun hemm distinzjoni bejn il-limitu massimu tal-kwantità ġenerali ta’ kwoti separabbli u l-kwantità ġenerali tal-kwoti separabbli.

(3)

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-portata tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Peress li t-tfassil ta’ pjan ta’ allokazzjoni kien responsabbiltà tal-Istati Membri, il-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza biex timla’ l-lakuni tiegħu, iżda setgħet biss tevalwa l-konformità tal-pjan ta’ allokazzjoni meta mqabbel mad-direttiva.

(4)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fir-rigward tal-klassifikazzjoni ġuridika tad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn iddikjarat li d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-deċiżjoni kkontestata ma jistgħux jiġu sseparati mill-Artikolu 1(1) u (2), mill-Artikolu 2(1) u (2), u mill-Artikolu 3(1) u, konsegwentement, annullat id-deċiżjoni fit-totalità tagħha. Fir-realtà, ma hemmx tali karattru li jista’ jiġi sseparat peress li mill-istruttura u l-motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jirriżulta b’mod ċar li kull paragrafu tal-Artikolu 2 għandu rabta inseparabbli mal-paragrafu korrispondenti tal-Artikolu 1, iżda li ma hemmx rabta inseparabbli mal-paragrafi l-oħra tal-Artikolu 2. L-istess jgħodd għall-paragrafi tal-Artikolu 1.


(1)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 07, p. 631)


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/24


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 mir-Repubblika Portugiża mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-23 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-385/05, Transnáutica — Transportes e Navegação SA vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-506/09 P)

2010/C 63/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Fernandes, C. Guerra Santos, J. Gomes, P. Rocha, aġenti)

Appellata: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ t-talba tal-awtoritajiet Portuġiżi intiża sabiex il-ġudizzju ta’ din il-kawża jiġi sospiż sakemm il-Qorti Ġenerali tagħti s-sentenza tagħha, sa fejn fi proċeduri ta’ partijiet terzi huwa neċessarju li jiġu ttratati mhux biss il-liġi iżda wkoll il-fatti tal-kawża;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej mogħtiha fit-23 ta’ Settembru fil-Kawża T-385/05 Transnáutica — Transportes e Navegação SA vs Il-Kummissjoni li biha din il-qorti annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 05/2004 tas-6 ta’ Lulju 2005 li tirrifjuta t-talba ta’ Transnáutica għall-ħlas lura u r-remissjoni ta’ ċerti dażji.

tikkundanna lil Transnáutica għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta kkonkludiet li l-awtoritajiet doganali Portugiżi wettqu żball fl-istabbiliment u l-kontroll tal-garanzija globali użata fl-operazzjonijiet tranżitu inkwistjoni.

L-appellanti ssostni wkoll li huwa impossibbli li tiġi stabilita rabta kawżali bejn l-iżbalji allegatament imwettqa mill-awtoritajiet Portugiżi u t-tneħħija sussegwenti tal-oġġetti mis-sorveljanza doganali u tqis li, billi kkonkludiet mod ieħor, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret id-dritt tal-Unjoni Ewropea.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/25


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-515/09)

2010/C 63/40

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Marghelis u K. Saaremäel-Stoilov)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tittrasponi d-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1), ir-Repubblika tal-Estonaja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu sabiex id-direttiva tiġi trasposta fis-sistema legali nazzjonali skada fl-1 ta’ Mejju 2008.


(1)  ĠU L 102, p. 15


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Tanja Borger vs Tiroler Gebietskrankenkasse

(Kawża C-516/09)

2010/C 63/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tanja Borger

Konvenut: Tiroler Gebietskrankenkasse

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri wkoll — għal perijodu ta’ sitt xhur — persuna li, wara l-perijodu statutorju ta’ sentejn sospensjoni tar-relazzjoni tagħha ta’ xogħol wara t-twelid ta’ wild, tiftiehem għal perijodu ulterjuri ta’ sitt xhur ta’ leave mhux imħallas mal-persuna li tħaddimha sabiex tieħu l-benefiċċji għat-tfal dipendenti jew benefiċċju ta’ kumpens korrispondenti għall-perijodu statutorju massimu, u mbagħad twaqqaf ir-relazzjoni ta’ xogħol?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

L-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri wkoll — għal perijodu ta’ sitt xhur — persuna li, wara t-tmiem tal-perijodu statutorju ta’ sentejn sospensjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħha, tiftiehem għal perijodu ulterjuri ta’ sitt xhur ta’ leave mhux imħallas mal-persuna li tħaddimha, jekk matul dak il-perijodu hija tirċievi benefiċċji għat-tfal dipendenti jew benefiċċju ta’ kumpens korripsondenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fil-15 ta’ Diċembru 2009 — AS Rakvere Piim, AS Maag Piimatööstus vs Veterinaar- ja Toiduamet

(Kawża C-523/09)

2010/C 63/42

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Rakvere Piim, AS Maag Piimatööstus

Konvenuta: Veterinaar- ja Toiduamet

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li imprenditur jintalab, għall-attivitajiet imsemmija fit-Taqsima A tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, ir-rati minimi tat-tariffi previsti fit-Taqsima B tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, anki meta l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fir-rigward tal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament huma inqas mir-rati minimi ċċitati iktar ’il fuq?

(2)

Fil-kundizzjonijiet imsemmija fid-domanda preċedenti, Stat Membru għandu dritt li jintroduċi, għall-attivitajiet imsemmija fit-Taqsima A tal-Anness IV tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, tariffi inqas mir-rati minimi previsti fit-Taqsima B tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, meta l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fir-rigward tal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament huma inqas mir-rati minimi ċċitati iktar ’il fuq, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(6) ta’ dan ir-regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/26


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-527/09)

2010/C 63/43

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u E. Randvere)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/43/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fid-29 ta’ Ġunju 2008.


(1)  ĠU L 157, p. 87.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/26


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-528/09)

2010/C 63/44

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u K. Saaremäel-Stoilov)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tal-parti ikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2002/96/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 Jannar 2003, dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, billi ma ttrasponietx b’mod korrett fid-dritt intern tagħha l-Artikolu 3(i)(iii), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 Jannar 2003, tirregola t-trattament ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Wara analiżi tal-miżuri li bihom din id-direttiva hija implementata fil-liġi Estonjana, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Repubblika tal-Estonja ma ttrasponietx b’mod korrett fid-dritt intern tagħha l-Artikolu 3(i)(iii), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva.

L-Artikolu 3(i)(iii) tad-Direttiva jiddefinixxi l-produttur ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Il-leġiżlazzjoni Estonjana dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku fiha żewġ definizzjonijiet differenti ta’ produttur u dan jagħmel diffiċli l-komprensjoni u l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-trattament ta’ tagħmir elettroniku.

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva jipprovdi li l-ispejjeż ta’ ġbir, trattament u rimi/qerda b’mod ambjentali ma għandhomx jintwerew separatament lix-xerrejja fil-ħin tal-bejgħ ta’ prodotti ġodda. Ir-Repubblika tal-Estonja ma ttrasponietx dan ir-rekwiżit fid-dritt intern tagħha.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal perijodu tranżitorju ta’ tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, il-produtturi jitħallew juru lix-xerrejja, fil-ħin tal-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż ta’ ġbir, trattament u rimi/qerda b’mod ambjentali, fejn l-ispejjeż imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-ispejjeż attwalment miġbura. L-Estonja ma ttrasponietx dan l-obbligu fid-dritt intern tagħha.

Ir-Repubblika tal-Estonja rrikonoxxiet il-ksur imsemmi tal-Artikolu 3(i)(iii), tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(2) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva u fit-tweġiba tagħha għall-opinjoni motivata tal-Kummissjoni qablet li temenda l-liġi dwar l-iskart sabiex tirrimedja għal dan il-ksur. Billi sal-lum il-Kummissjoni għadha ma kkonstatatx li r-Repubblika tal-Estonja adottat l-emenda għal-liġi dwar l-iskart, jew għall-inqas ma kkomunikatilhiex, il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva billi ma ttrasponietx b’mod korrett fid-dritt intern tagħha l-Artikolu 3(i)(iii), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 359


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Poznaniu (il-Polonja) fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Inter-Mark Group Sp. z o.o., Sp. Komandytowa vs Minister Finansów

(Kawża C-530/09)

2010/C 63/45

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Inter-Mark Group Sp. z o.o., Sp. Komandytowa

Konvenut: Minister Finansów

Domanda preliminari

(a)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-provvista ta’ servizzi li jikkonsistu fit-tqegħid għad-dispożizzjoni b’mod temporanju ta’ stands ta’ espożizzjonijiet u ta’ fieri għal klijenti li jippreżentaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom f’fieri u f’espożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-provvista ta’ servizzi — imsemmija minn dawn id-dispożizzjonijiet — huma anċillari għal servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ fieri u ta’ esposiżżjonijiet, jiġifieri servizzi simili għal attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment, li huma ntaxxati fil-post fejn materjalment iseħħu,

(b)

jew għandu jiġi kkunsidrat li din hija provvista ta’ servizzi ta’ reklamar intaxxata fil-post fejn il-kosumatur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu b’mod permanenti, jew għandu stabbiliment fiss permanenti li għalih ġie pprovdut is-servizz, jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan, il-post ta’ residenza permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti, skont l-Artikolu 56(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE,

peress li din il-provvista ta’ servizzi għandha bħala għan li b’mod temporanju jkun hemm disponibbli stands għal klijenti li jippreżentaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom f’fieri u f’espożizzjonijiet, fejn normalment minn qabel jiġi elaborat id-disinn u l-viżwalizzazzjoni tal-istand, u eventwalment, it-trasport tal-komponenti u l-muntaġġ tal-istand fil-post fejn qed tiġi organizzata l-fiera jew l-espożizzjoni, u fejn il-klijenti ta’ min jipprovdi s-servizz, li jesibixxu l-prodotti jew is-servizzi tagħhom, separatament iħallsu miżata lill-organizzatur tal-wirja għas-sempliċi possibblità li jieħdu sehem f’dawn il-fieri jew espożizzjonijiet, li tkopri l-ispejjeż għas-servizzi u għall-provvisti ta’ utilità ġenerali, għall-infrastruttura tal-fiera, għas-servizzi ta’ komunikazzjoni lill-medja, u affarrijiet oħra simili,

Kull esibitur huwa responsabbli personalment għall-arranġament u l-kostruzzjoni tal-istand tiegħu u f’dan ir-rigward għandu l-possibbiltà li juża s-servizzi kontenzjużi li jeħtieġu interpretazzjoni.

Għad-dħul għall-fieri u l-espożizzjonijiet, l-organizzaturi jitolbu mingħand il-viżitaturi li jħallsu individwalment miżata għad-dħul, li jmur għand l-organizzatur tal-wirja u mhux għand min jipprovdi s-servizz.


(1)  ĠU L 347, p. 1


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/28


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 mir-Repubblika tal-Estonja kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-324/05, L-Estonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-535/09 P)

2010/C 63/46

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: L. Uibo)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Latvja

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata kollha kemm hi;

tikkonferma t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Estonja tqis li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza) għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

(1)

Il-Qorti tal-Prim’Istanza żnaturat l-evidenza u applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ kolleġjalità stabbilit fl-Artikolu 219 KE.

(2)

Il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat l-Att ta’ Adeżjoni u r-Regolament Nru 60/2004 (1).

(a)

Il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 60/2004 billi kkunsidrat li l-kunċett ta’ “ħażniet” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jkopri anki r-riżervi domestiċi.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza ddefiniet l-għan tar-Regolament Nru 60/2004 u tal-punt 2 tal-Kapitolu 4 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni b’mod dejjaq wisq meta kkunsidrat li dan l-għan huwa li jiġi evitat “kull” tfixkil.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat l-Artikoli 6 u 7(1) tar-Regolament Nru 60/2004 billi kkunsidrat li l-Istati Membri huma obbligati jeliminaw il-ħażniet żejda ta’ zokkor, obbligu li ma għandu ebda bażi legali.

(b)

Il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod ħażin l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament Nru 60/2004 billi llimitat b’mod li huwa inammissibbli l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u eskludiet minn dan il-kamp ta’ applikazzjoni ċ-ċirkustanzi li fihom ġew ikkostitwiti l-ħażniet Estonjani taz-zokkor.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza evalwat b’mod żbaljat l-evidenza u żnaturatha meta eżaminat l-argumenti Estonjani li l-kostituzzjoni ta’ riżervi domestiċi għandha rwol importanti fil-konsum u fil-kultura tal-Estonjani.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma evalwatx b’mod korrett l-aspettattivi leġittimi tal-Estonja li nħolqu b’riżultat tal-impenji meħuda mill-Kummissjoni matul in-negozjati fid-dawl tal-adeżjoni.

Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma evalwatx b’mod korrett il-kontribuzzjoni tal-UE għall-kostituzzjoni tal-ħażniet.

(3)

Il-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat, b’mod żbaljat, li l-Kummissjoni ma kinitx kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni.

(4)

Il-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat, b’mod żbaljat li l-Kummissjoni ma kinitx kisret il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tal-14 ta’ Jannar 2004, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 125).


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče Republike Slovenije fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Marija Omejc vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-536/09)

2010/C 63/47

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Upravno sodišče Republike Slovenije.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marija Omejc.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja.

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjoni “jipprevjeni milli titwettaq verifika fuq il-post” għandha tiġi interpretata b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali li jorbot il-kunċett ta’ projbizzjoni mal-aġir intenzjonali ta’ persuna partikolari jew man-negliġenza tagħha?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: id-dispożizzjoni “jipprevjeni milli titwettaq verifika fuq il-post”, għanda tiġi interpretata fis-sens li tkopri wkoll, barra l-atti intenzjonali jew is-sitwazzjonijiet maħluqa apposta li jrendu impossibbli li titwettaq verifika, kull att ieħor jew kull ommissjoni oħra attribwibbli għan-negliġenza tal-bidwi jew tar-rappreżentant tiegħu jekk minħabba dan, il-verifika fuq il-post ma tistax titwettaq kompletament?

(3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda: L-impożizzjoni ta’ sanzjoni abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 796/2004/KE (1), tiddependi mill-fatt li l-bidwi ġie informat b’mod adattat dwar il-parti tal-verifika li teħtieġ il-parteċipazzjoni tiegħu?

(4)

Fil-każ fejn il-persuna responsabbli għar-razzett ma tgħix fih, il-kwistjoni tad-definizzjoni tar-rappreżentant abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 796/2004/KE, għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dritt nazzjonali jew tad-dritt Komunitarju?

(5)

Jekk id-domanda fil-punt preċedenti għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dritt Komunitarju: Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 796/2004/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li għandha tiġi kkunsidrata bħala r-rappreżentant tal-bidwi waqt il-verifiki fuq il-post, kull persuna adulta, li tista’ taħdem, li tgħix fir-razzett u li hija responsabbli għal mill-inqas parti tal-ġestjoni ta’ dan ir-razzett?

(6)

Jekk id-domanda tal-punt 4 għandha tiġi eżaminata fid-dawl tad-dritt Komunitarju u jekk ir-risposta għad-domanda tal-punt 5 hija negattiva: Il-persuna responsabbli ta’ razzett (bidwi fis-sens tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 796/2004/KE), li ma jgħix hemmhekk huwa marbut biex jinnomina rappreżentant li jista’, ġeneralment, jiġi kkuntattjat f’kull mument fir-razzett?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa — ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3 Vol. 44 p. 243


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (L-Ingilterra) fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Ralph James Bartlett, Natalio Gonzalez Ramos, Jason Michael Taylor vs Secretary of State for Work and Pensions

(Kawża C-537/09)

2010/C 63/48

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ralph James Bartlett, Natalio Gonzalez Ramos, Jason Michael Taylor

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

Domandi preliminari

(1)

(a)

L-element ta’ mobbiltà fil-benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b’diżabbiltà taħt l-Artikoli 71 sa 76 tas-Social Security Contributions and Benefits Act 1992 jista’, għal perijodi li matulhom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (1), tal-14 ta’ Ġunju 1971, fil-verżjoni fis-seħħ immedjatament qabel il-5 ta’ Mejju 2005, jiġi kklassifikat separatament mill-benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b’diżabbiltà fl-intier tiegħu, bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament jew bħala benefiċċju speċjali mhux kontributorju skont l-Artikolu 4(2)(a) jew b’xi mod ieħor?

(b)

Jekk ir-risposta għad-domanda (a) hija fl-affermattiv, liema hija l-kategorija korretta?

(c)

Jekk ir-risposta għad-domanda (a) hija fin-negattiv, liema hija l-kategorija korretta għall-benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b’diżabbiltà?

(d)

Jekk ir-risposti għad-domandi (b) u (c) hija li l-element ta’ mobbiltà għandu jiġi kklassifikat bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali, il-benefiċċju inkwistjoni huwa benefiċċju ta’ mard skont l-Artikolu 4(1)(a) jew benefiċċju ta’ invalidità skont l-Artikolu 4(1)(b)?

(e)

Ir-risposti għall-kwalunkwe domanda hawn fuq imsemmija huma affettwati mil-limitazzjoni ratione temporis stipulate fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ottubru 2007, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-299/05, Ġabra p. I-8695)?

(2)

(a)

L-element ta’ mobbiltà fil-benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b’diżabbiltà taħt l-Artikoli 71 sa 76 tas-Social Security Contributions and Benefits Act 1992 jista’, għal perijodi li matulhom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, fis-seħħ mill-5 ta’ Mejju 2005 bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 647/2005 (2), jiġi kklassifikat separatament mill-benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b’diżabbiltà fl-intier tiegħu, bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament jew bħala benefiċċju speċjali mhux kontributorju skont l-Artikolu 4(2)(a) jew b’xi mod ieħor?

(b)

Jekk ir-risposta għad-domanda (a) hija fl-affermattiv, liema hija l-kategorija korretta?

(c)

Jekk ir-risposta għad-domanda (a) hija fin-negattiv, liema hija l-kategorija korretta għall-benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b’diżabbiltà?

(d)

Jekk ir-risposti għad-domandi (b) u (c) hija li l-element ta’ mobbiltà għandu jiġi kklassifikat bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali, il-benefiċċju inkwistjoni huwa benefiċċju ta’ mard skont l-Artikolu 4(1)(a) jew benefiċċju ta’ invalidità skont l-Artikolu 4(1)(b)?

(3)

Jekk bħala risposti għad-domandi preċedenti l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkunsidra li l-element ta’ mobbiltà għandu jiġi kklassifikat korrettament bħala benefiċċju speċjali mhux kontributorju, jeżistu regoli jew prinċipji oħra Komunitarji li huma rilevanti għall-kwistjoni dwar jekk ir-Renju Unit għandux id-dritt li juża xi waħda mill-kundizzjonijiet ta’ residenza jew ta’ preżenza msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tas-Social Security (Disability Living Allowance) Regulations 1991 f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni f’dawn il-kawżi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità

(2)  Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

ĠU L 117, p. 1


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Varese, tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Siddiquee Mohammed Mohiuddin vs Azienda Sanitaria Locale Provincia di Varese

(Kawża C-541/09)

2010/C 63/49

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Varese, l-Italja.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Siddiquee mohammed Mohiuddin.

Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale Provincia di Varese.

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, jikkostitwixxu dritt suġġettiv tal-persuni kkonċernati li jkunu suġġetti, fir-rigward tal-prodotti tal-ikel u x-xorb, għal kontrolli magħmula biss minn impjegati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet hemm elenkati, u jistgħu dawn jiġu invokati f’kawża u jkunu opponibbli fil-konfront tal-pretensjonijiet ta’ sanzjoni tal-Istati Membri?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva, id-Direttiva 2000/13/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2000, fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel tikkonċerna, fil-kuntest tas-sistema Komunitarja ta’ regolamentazzjoni ta’ tikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel u xorb, l-aspetti sanitarji?

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (3), tas-27 ta’ Lulju 1976, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi u l-emendi sussegwenti tagħha, u regoli Komunitajri oħra rilevanti, jipprekludu Stat Membru milli jkun jista’ jiddisintgwi bejn ir-responsabbiltajiet tal-operaturi fil-qasam bl-esklużjoni tan-negozjant minħabba l-attività tiegħu?

(4)

Fil-każ ta’ risposta negattiva, l-Artikolu 6 tad-Direttiva u l-emendi sussegwenti tagħha għandhom jinftiehmu fis-sens li joħolqu responsabbiltà in solidum bejn il-produttur tal-prodott kosmetiku u s-sempliċi negozjant li ma jintervjenix fl-istadji ta’ produzzjoni, ippakkjar u tikkettjar tal-prodott kosmetiku?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45 p. 200.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5 p. 75.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 3 p. 285.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/31


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-542/09)

2010/C 63/50

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u M. Van Beek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

tiddikjara li, billi jeżiġi, fil-WSF (1), li l-ħaddiema migranti u l-membri tal-familji tagħhom dipendenti fuqhom jissodisfaw rekwiżit ta’ residenza, jiġifieri l-imsemmija “regola tat-3 snin minn 6”, sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati għall-finanzjament tal-istudji f’pajjiż barrani, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 45 TFUE u taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68 (2).

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fid-dawl tal-fatt li, sal-llum, il-Pajjiżi l-Baxxi għadhom ma adottawx il-miżuri kollha neċessarji sabiex ineħħi r-rekwiżit ta’ residenza, l-imsemmija “regola tat-3 snin minn 6”, li l-ħaddiema migranti u l-membri tal-familji tagħhom dipendenti fuqhom għandhom jissodisfaw sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament tal-istudji f’pajjiż barrani, prevista fil-WSF, il-Kummissjoni tqis li l-Pajjiżi l-Baxxi naqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 45 TFUE u taħt ir-Regolament Nru 1612/68.


(1)  Wet Studiefinanciering 2000 [Liġi dwar il-finanzjament tal-Istudji 2000]

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 05, Vol. 01, p. 15)


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/31


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-545/09)

2010/C 63/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, B. Eggers, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li l-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-istatut tal-iskejjel Ewropej (1) għandu jiġi interpretat u applikat b’tali mod li jiżgura li l-għalliema ssekondati minn Stat Membru jkollhom aċċess għall-istess progressjoni fl-istatus u fil-paga matul l-issekondar tagħhom, bħal dawk li jgawdu l-għalliema impjegati f’dak l-Istat Membru, u li l-esklużjoni ta’ ċerti għalliema ssekondati mir-Renju Unit mill-aċċess għal skali ta’ paga mtejba (magħrufa wkoll bħala “threshold pay”, “excellent teacher system”, “advanced skills teachers”) u minn pagamenti oħra (bħal “teaching and learning responsibility payments”) matul l-issekondar tagħhom, kif ukoll mill-progressjoni fuq skali ta’ paga kurrenti disponibbli għall-għalliema impjegati fi skejjel miżmuma minn fondi pubbliċi fl-Ingilterra u Wales, huwa inkompatibbli mal-Artikoli 12(4)(a) u 25(1) tal-Konvenzjoni;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din hija talba taħt l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-istatut tal-iskejjel Ewropej (“il-Konvenzjoni”) għal deċiżjoni rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikoli 12(4)(a) u 25(1) tal-Konvenzjoni.

Skont il-Konvenzjoni, l-għalliema fl-iskejjel Ewropej huma ssekondati mill-Istat Membru tal-oriġini tagħhom. L-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni jipprovdi li għalliema ssekondati “jżommu d-drittijiet ta’ promozzjoni u rtirar garantiti mir-regoli nazzjonali tagħhom”. Minkejja dan, il-pagi tal-għalliema ssekondati mir-Renju Unit jiġu “ffriżati” matul il-perijodu tal-issekondar. Għalhekk, għalliema ssekondati mal-iskejjel Ewropej huma mċaħħda mill-aċċess għal skali ta’ paga mtejba (magħrufa wkoll bħala “threshold pay”, “excellent teacher system”, “advanced skills teachers”) u minn pagamenti oħra (bħal “teaching and learning responsibility payments”) kif ukoll mill-progressjoni fuq skali ta’ paga kurrenti disponibbli għall-għalliema impjegati fi skejjel miżmuma minn fondi pubbliċi fl-Ingilterra u Wales.

Din il-politika tmur kontra l-ittra u l-għan tal-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni. Hija tnaqqas id-drittijiet għall-pensjoni tal-għalliema kkonċernati u l-prospettivi tal-karriera tagħhom meta jirritornaw fir-Renju Unit. Barra minn hekk, dan jaffettwa ħażin l-baġit tal-Unjoni li jagħmel tajjeb għad-differenza bejn paga nazzjonali iktar baxxa u ż-żieda mill-Komunità għal għalliema ssekondati.

L-Artikolu 12(4)(a) tal-Konvenzjoni u konsegwentement, l-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni, għandhom għalhekk ikunu interpretati u applikati b’tali mod li jiggarantixxu lill-għalliema ssekondati aċċess komplet għal skali ta’ paga mtejba, progressjoni fuq skali ta’ paga kurrenti u konċessjonijiet oħra.


(1)  ĠU L 212, 17.08.1994, p. 3


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-551/09)

2010/C 63/52

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross u M. Adam, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 288 TFUE kif ukoll taħt l-Artikoli 1 u 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ April 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 56/2007 (ex NN 77/06), mogħtija mill-Awstrija fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland (2008/719/KE) billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tirkupra l-għajnuna;

tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 288 TFUE kif ukoll taħt l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ April 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 56/2007 (ex NN 77/06) mogħtija mill-Awstrija fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland (2008/719/KE) billi ma nnotifikatx fil-ħin lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont il-Kummissjoni, it-terminu stabbilit għar-Repubblika tal-Awstrija fid-deċiżjoni tagħha, tat-30 ta’ April 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 56/2007 (ex NN 77/06) mogħtija mill-Awstrija fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland (2008/719/KE), għan-notifika tal-informazzjoni neċessarja għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna, skada.

Ftehim li ġie konkluż bejn il-Kummissjoni u r-Repubblika tal-Awstrija wara li skada t-terminu msemmi hawn fuq, rigward l-ammont tas-somma li għandu jiġi rkuprat, ġie rrevokat mir-Repubblika tal-Awstrija minħabba li l-kumpannija milquta mit-talba għal rimbors kienet qed tipprevedi li tikkanċella l-akkwist tal-Bank Burgenland fil-każ ta’ obbligu ta’ ħlas. Skont ir-Repubblika tal-Awstrija, dan il-kanċellament kien iwassal għal konsegwenzi serji għall-ekonomija tal-Land ta’ Burgenland. Skont il-Kummissjoni, dan il-fatt ma jiġġustifikax, madankollu, ir-rinunzja tat-talba għal irkupru.

Ir-rikors ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq lanqas ma jaffettwa l-obbligu ta’ eżekuzzjoni tagħha.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia provincial de Tarragona (Spanja) fl-4 ta’ Jannar 2010 — Proċeduri kriminali kontra Valentín Salmerón Sánchez

(Kawża C-1/10)

2010/C 63/53

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audencia provincial de Tarragona.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Valentín Salmerón Sánchez

Konvenuti: Ministerio Fiscal u Dorotea López León

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-vittma li tiġi mifhuma, stabbilit fil-Premessa 8 tad-Deċiżjoni Kwadru (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa obbligu pożittiv, li għandhom l-awtoritajiet pubbliċi inkarigati li jipproċedu legalment kontra u jirreprimu l-atti kriminali, li jippermettu lill-vittma li tesprimi l-evalwazzjoni, ir-riflessjoni u l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-effetti diretti li jista’ jkollha fuq ħajjitha l-impożizzjoni ta’ miżuri repressivi fil-konfront tal-awtur tal-vjolenzi li miegħu għandha relazzjoni familjari jew affettiva stretta?

(2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/JAI għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li l-Istati għandhom li jirrikonoxxu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-vittma jimponilhom li jieħdu inkunsiderazzjoni l-opinjoni tagħha meta l-konsegwenzi kriminali tal-proċeduri jistgħu jikkompromettu fil-qofol tiegħu u direttament l-eżerċizzju tad-dritt tagħha għall-iżvilupp liberu tal-personalità tagħha u tal-ħajja privata u familjari tagħha?

(3)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/JAI għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet pubbliċi ma jistgħux jirrifjutaw li jieħdu inkunsiderazzjoni r-rieda ħielsa tal-vittma meta hija topponi l-impożizzjoni jew iż-żamma ta’ ordni ta’ protezzjoni, peress li l-aggressur huwa membru tal-familja tagħha, meta mhija kkonstatata l-ebda sitwazzjoni oġġettiva ta’ riskju ta’ reċedività, u meta jiġi kkonstatat li livell ta’ kompetenza personali, soċjali, kulturali u emotiva jeskludu l-possibbiltà tal-issuġġettar tal-awtur tal-vjolenzi, jew inkella, bil-kontra ta’ dan, li r-rilevanza ta’ din il-miżura għandha tiġi kkonfermata f’kull każ fid-dawl tal-kategorija partikolari ta’ dawn l-atti kriminali?

(4)

L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/JAI, sa fejn jipprovdi li l-Istati għandhom jiżguraw livell ta’ protezzjoni xieraq lill-vittma, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-impożizjoni ġeneralizzata u obbligatorja ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni jew ta’ trażżin minn kull kuntatt bħala pieni anċillari f’kull każ fejn persuna tkun vittma ta’ att kriminali mwettaq fil-kuntest familjari, fid-dawl tal-kategorija partikolari ta’ dan il-ksur, jew inkella, bil-kontra ta’ dan, fis-sens li l-imsemmi Artikolu 8 jimponi evalwazzjoni individwalizzata li tippermetti li jiġi identifikat, każ b’każ, il-livell xieraq ta’ protezzjoni fid-dawl tal-interessi inkwistjoni?

(5)

L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/JAI għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-esklużjoni ġenerali tal-medjazzjoni matul il-proċeduri kriminali li jirrigwardaw atti kriminali mwettqa fil-kuntest familjari fid-dawl tal-kategorija partikolari ta’ dawn l-atti kriminali, jew inkella, bil-kontra ta’ dan, li hemm lok li l-medjazzjoni tiġi permessa wkoll f’dan it-tip ta’ proċeduri, billi jiġu evalwati, każ b’każ, l-interessi inkwistjoni?


(1)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/JAI, tal-15 ta’ Marzu 2001, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4 p. 72


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia (L-Italja) fl-4 ta’ Jannar 2010 — Azienda Agro-Zootecnica Franchini sarl u Eolica di Altamrua s.r.l. vs Regione Puglia

(Kawża C-2/10)

2010/C 63/54

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Agro-Zootecnica Franchini sarl u Eolica di Altamura s.r.l.

Konvenuta: Regione Puglia

Domanda preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-paragrafu 1226 tal-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 296 tas-27 ta’ Diċembru 2006, tal-Artikolu 5(1) tad-Digriet tal-Ministeru għall-Ambjent u għall-Protezzjoni tat-territorju u tal-baħar tas-17 ta’ Ottubru 2007 u tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 2 tal-Liġi Reġjonali Nru 31 ta’ Puglia, tal-21 ta’ Ottubru 2008, huma kompatibbli mad-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari mal-prinċipji li jirriżultaw mid-Direttivi 2001/77/KE (1) u 2009/28/KE (2) (dwar l-enerġija rinovabbli) u mid-Direttivi 1979/409/KE (3) u 1992/43/KE (4) (dwar il-protezzjoni tal-għasafar u tal-habitats naturali), inkwantu dawn jipprojbixxu assolutament u bla distinzjoni, li turbini tar-riħ mhux intiżi għall-konsum proprju jitqiegħdu f’siti ta’ importanza għall-Komunità (SIK) u f’żoni speċjali ta’ protezzjoni (ŻSP) li jikkostitwixxu n-netwerk ekoloġiku “NATURA 2000”, minflok ma jiġi previst li ssir stima adegwata tal-effetti ambjentali li tanalizza l-impatt tal-proġett maħsub fuq is-sit speċifikament ikkonċernat bl-intervent?


(1)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121

(2)  ĠU L 140, p. 16

(3)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98

(4)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Rossano (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2010 — Franco Affatato vs Azienda Sanitaria di Cosenza, Azienda Sanitaria n. 3 di Rossano

(Kawża C-3/10)

2010/C 63/55

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Rossano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Franco Affatato

Konvenuta: Azienda Sanitaria di Cosenza, Azienda Sanitaria n. 3 di Rossano.

Domandi preliminari

(1)

Il-klawżola 2(1) tal-ftehim qafas implementat bid-Direttiva 1999/70/KE (1) tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik prevista mill-Artikolu 8(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 468/97 u mill-Artikolu 4(1) tal-Liġi Nru 81/00 għall-ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika, li, billi teskludi l-istabbiliment ta’ relazzjoni ta’ impjieg fir-rigward tal-ħaddiema kkontemplati minnha, twassal sabiex teskludi l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni fuq ir-relazzjoniji ta’ impjieg għal żmien fiss, li timplementa d-Direttiva 1999/70KE?

(2)

Il-klawżola 2(2) tal-ftehim qafas implementat bid-Direttiva 1999/70/KE tippermetti li ħaddiema bħall-ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika, irregolati mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 468/97 u mil-Liġi Nru 81/00, jiġu inklużi fil-kamp ta’ nonapplikazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE?

(3)

Il-ħaddiema msemmija fid-domanda 2 huma koperti mid-definizzjoni pprovduta fil-klawżola 3(1) tal-ftehim qafas implementat bid-Direttiva 1999/70/KE?

(4)

Il-klawżola 5 tal-ftehim qafas implementat bid-Direttiva 1999/70/KE u l-prinċipju ta’ trattament ugwali/nondiskriminazzjoni jipprekludu leġiżlazzjoni għall-ħaddiema tas-settur tat-tagħlim [ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 4(1) tal-Liġi Nru 124/1999 u l-Artikolu 1(1)(a) tad-Digriet Ministerjali Nru 430/00] li tippermetti li ma tiġix indikata l-kawża tal-ewwel kuntratt għal żmien fiss, filwaqt li, bħala regola ġenerali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali teħtieġ dan fir-rigward ta’ kull relazzjoni ta’ impjieg oħra għal żmien fiss, li tippermetti li l-kuntratti jiġġeddu indipendentement mill-eżistenza ta’ eżiġenzi permanenti u fit-tul, li ma tipprovdi la t-tul massimu totali tal-kuntratti jew relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien fiss, la n-numru ta’ tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazjonijiet u lanqas, normalment, l-ebda perijodu bejn it-tiġdid, jew fi kliem ieħor, fil-każ ta’ supplenzi annwali, il-perijodi li jikkorrispondu għall-vaganzi tas-sajf fejn l-attività skolastika tkun sospiża jew ridotta ħafna.

(5)

Il-corpus ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw is-settur tat-tagħlim, kif deskritt, jista’ jiġi kkunsidrat bħala grupp ta’ miżuri ekwivalenti legali intiżi sabiex jipprevjenu l-abużi?

(6)

Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70/KE, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01 u l-Artikolu 36 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/01 jistgħu jiġu kkunsidrati bħala dispożizzjoni li tippreżenta l-karatteristiċi ta’ dispożizzjoni ta’ implementazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien fiss fis-settur tat-tagħlim?

(7)

Persuna, li tippreżenta l-karatterisitiċi ta’ Poste Italiane SpA, jiġifieri:

persuna proprjetà tal-Istat;

suġġetta għall-kontroll tal-Istat;

fejn il-Ministeru tal-Komunikazzjonijiet jagħżel il-fornitur tas-servizz universali u, bħala regola ġenerali, jwettaq l-attivitajiet kollha ta’ verifika u stħarriġ materjali u ta’ kontabbiltà tal-persuna inkwistjoni, filwaqt li jistabbilixxi l-iskopijiet li jirrigwardaw is-servizz universali pprovdut;

li twettaq serviżż ta’ neċessità pubblika ta’ interess ġenerali ewlieni;

li l-baġit tagħha huwa marbut ma’ dak tal-Istat;

fejn l-ispejjeż tas-servizz ipprovdut huma ddeterminati mill-Istat li jħallas lill-persuna ammonti sabiex jiġu koperti l-ispejjeż għola tas-servizz,

għandha tiġi kkunsidrata bħala korp tal-Istat, għall-finijiet tal-applikazzjoni diretta tad-dritt Komunitarju?

(8)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 7 tkun fl-affermattiv, skont il-klawżola 5, l-imsemmija kumpannija tista’ tikkostitwixxi settur, jiġifieri l-persunal kollu li jista’ jintuża minn din il-persuna, jew kategorija speċifika ta’ ħaddiema, għall-finijiet tad-differenzazzjoni tal-miżuri restrittivi?

(9)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 7 tkun fl-affermattiv, il-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE waħedha, jew moqrija flimkien mal-klawżoli 2 u 4 u mal-prinċipju ta’ trattament ugwali/nondiskriminazzjoni, tipprekludi dispożizzjoni bħall-Artikolu 2(1a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01, li tippermetti li l-perijodu ta’ kuntratt tax-xogħol fir-rigward ta’ persuna speċifika jiġi stabbilit mingħajr kawża, jew li, b’kuntrast mal-miżura restrittiva interna normalment prevista (Artikolu 1 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01), teżenta lill-din il-persuna mill-obbligu li tindika bil-miktub u tipprova, fil-każ ta’ kontestazzjoni, ir-raġunijiet tekniċi jew ir-raġunijiet relatati ma’ eżiġenzi ta’ produzzjoni, ta’ organizzazzjoni jew ta’ sostituzzjoni ta’ impjegati li ddeterminaw l-istabbiliment tal-perijodu tal-kuntratt tax-xogħol, fid-dawl tal-fatt li huwa possibbli li tingħata estensjoni tal-kuntratt inizjali li tkun meħtieġa minħabba raġunijiet oġġettivi u fir-rigward tal-istess xogħol li għalih ġie konkluż il-kuntratt għal żmien fiss?

(10)

Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01 u l-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/01 jikkostitwixxu leġiżlazzjoni ġenerali ta’ implementazzjoni tad-Direttiva1999/70/KE għall-persunal tal-Istat, fid-dawl tal-eċċezzjonijiet għall-imsemmija dispożizzjonijiet ġenerali kif iddefiniti insegwitu għar-risposti għad-domandi 1 sa 9?

(11)

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet sanzjonatorji fir-rigward tal-ħaddiema soċjalment utli/ta’ utilità pubblika u tal-ħaddiema fis-settur tat-tagħlim kif deskritti, id-Direttiva 1999/70/KE, u b’mod partikolari, il-klawżola 5(2)(b), tipprekludi l-applikazzjoni b’analoġija ta’ leġiżlazzjoni li hija sempliċement intiża li tirregola l-kumpens, bħal dik prevista fl-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/01, jew fi kliem ieħor, il-Klawżola 5(2)(b) tistabbilixxi prinċipju ta’ preferenza sabiex il-kuntratti jew ir-relazjonijiet ta’ impjieg jitqiesu bħala konklużi għal żmien indefinit?

(12)

Il-prinċipju Komunitarju ta’ trattament ugwali/nondiskriminazzjoni, il-klawżola 4 u l-klawżola 5(1), jipprekludu differenzjazzjoni ta’ sistemi ta’ sanzjoni fis-settur tal-“persunal tal-korpi tal-Istat” fid-dawl tal-oriġini tar-relazzjoni ta’ impjieg, jew tal-persuna li tħaddem, jew saħansitra fis-settur tat-tagħlim?

(13)

Jekk jiġi kkunsidrat li l-kamp ta’ implementazzjoni intern tad-Direttiva 1999/70/KE fir-rigward tal-Isat jew tal-korpi assimilati mal-Istat ġie ddefinit insegwitu għar-risposti għad-domandi preċedenti, il-klawżola 5 tipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/01, li assolutament tipprojbixxi lill-Istat milli jikkonverti relazzjonijiet ta’ impjieg, jew fi kliem ieħor liema huma l-verifiki ulterjuri li l-qorti nazzjonali għandha tagħmel għall-finijiet tan-nonapplikazzjoni tal-projbizzjoni li jiġu stabbiliti relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien indefinit mal-imsemmija awtoritajiet pubbliċi?

(14)

Id-Direttiva 1999/70/KE għandha topera integralment fir-rigward tal-Italja, jew, fi kliem ieħor, il-konverżjoni tar-relazzjonijiet ta’ impjieg f’dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni pubblika tmur kontra l-prinċipji fundamentali tas-sistema legali interna b’tali mod li hemm lok li l-klawżola 5 ma tiġix applikata f’dan ir-rigward peress li din tinvolvi effett li jmur kontra l-Artikolu 1-5 tat-Trattat ta’ Lisbona, billi ma tirrispettax l-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali, jew, fi kliem ieħor, il-funzjonijiet Statali essenzjali tal-Italja?

(15)

Il-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE, peress li tipprovdi, fil-każ ta’ projbizzjoni ta’ konverżjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg, għan-neċessita ta’ miżura li toffri garanziji effettivi u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, meta mqabbla ma’ sitwazzjonijiet simili tad-dritt intern, sabiex jiġu debitament issanzjonati l-abbużi li jirriżultaw mill-ksur tal-imsemmija klawżola 5 u mxejna l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt Komunitarju, timponi t-teħid inkunsiderazzjoni, bħala sitwazzjoni simili tad-dritt intern, tar-relazzjoni ta’ impjieg għal żmien indefinit mal-Istat, li kienet tirriżulta għall-ħaddiem fin-nuqqas tal-Artikolu 36, jew inkella ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien indefinit ma’ persuna privata, li fir-rigward tagħha r-relazzjoni ta’ impjieg kienet tkun ikkaratterizzata minn stabbiltà simili għal dik ta’ relazjoni ta’ impjieg mal-Istat?

(16)

Il-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE, peress li tipprovdi, fil-każ ta’ projbizzjoni ta’ konverżjoni tar-relazjoni ta’ impjieg, għan-neċessita ta’ miżura li toffri garanziji effettivi u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, meta mqabbla ma’ sitwazzjonijiet simili tad-dritt intern, sabiex jiġu debitament issanzjonati l-abbużi li jirriżultaw mill-ksur tal-imsemmija klawżola 5 u mxejna l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt Komunitarju, timponi t-teħid inkunsiderazzjoni, għas-sanzjoni:

(a)

taż-żmien neċessarju sabiex jinsab impjieg ġdid u tal-impossibbiltà ta’ aċċess għal-impjieg li għandu l-karatteristiċi msemmija fid-domanda 15;

(b)

jew, min-naħa l-oħra, tal-ammont ta’ remunerazzjoni li kien jinkiseb fil-każ li r-relazzjoni ta’ impjieg għal żmien fiss kellha tiġi konvertita għal relazjoni ta’ impjieg għal żmien indefinit?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-5 ta’ Jannar 2010 — Bureau National Interprofessionnel du Cognac

(Kawża C-4/10)

2010/C 63/56

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bureau National Interprofessionnel du Cognac

Konvenuta: Oy Gust. Ranin, Patentti- ja rekisterihallituksen valituslautakunta

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż [spirti] u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament Nru 110/2008”) huwa applikabbli għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark — applikazzjoni li saret fid-19 ta’ Diċembru 2001 u rreġistrata fil-31 ta’ Jannar 2003 –li fiha indikazzjoni ġeografika protetta minn dan ir-regolament?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandha tiġi rrifjutata peress illi tikser l-Artikoli 16 u 23 tar-Regolament Nru°110/2008 trade mark li tinkludi b’mod partikolari indikazzjoni ġeografika tal-oriġini protetta minn dan ir-regolament, jew it-terminu ġeneriku għal din l-indikazzjoni u t-traduzzjoni tagħha, u li ġiet irreġistrata għal spirti li f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-proċess ta’ produzzjoni u l-kontenut ta’ alkoħol, ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ użu tal-indikazzjoni ġeografika inkwistjoni?

(3)

Indipendentement mir-risposta għall-ewwel domanda, trade mark bħal dik deskritta fit-tieni domanda għandha tiġi kkunsidrata bħala ta’ natura li tqarraq il-pubbliku, pereżempju fir-rigward tan-natura, tal-kwalità jew tal-oriġini ġeografika tal-prodotti jew servizzi, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (2), tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, li llum il-ġurnata ġie ssostitwit bid-Direttiva 2008/95/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva 89/104/KEE”)?

(4)

Indipendentement mir-risposta għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li ladarba Stat Membru, fuq il-bażi tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE, ikun ipprovda li r-reġistrazzjoni ta’ trade mark għandha tiġi rrifjutata jew, jekk hija ġiet irreġistrata, għandha tiġi ddikjarata invalida billi u sa fejn l-użu ta’ din it-trade mark jista’ jkun ipprojbit taħt leġiżlazzjoni differenti minn dik fil-qasam tat-trade marks tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Komunità, r-reġistrazzjoni ta’ trade mark għandha tiġi rrifjutata sa fejn din tkun tinkludi elementi li jiksru r-Regolament Nru°110/2008 u li fuq il-bażi tagħhom l-użu tagħha jista’ jkun ipprojbit?


(1)  ĠU L 39, p. 16.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92.

(3)  ĠU L 299, p. 25.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/36


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2010 minn Giampietro Torresan kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-234/06, Torresan vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) UASI u Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG

(Kawża C-5/10 P)

2010/C 63/57

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Giampietro Torresan (rappreżentanti: G. Recher u R. Munarini, avukati)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellant

Tannulla s-sentenza mogħtija fil-Kawża T-234/06, Nru tar-reġistrazzjoni 414968, innotifikata b’faks tad-19 ta’ Novembru 2009;

Tilqa’, fl-intier tagħhom, it-talbiet li l-appellant diġà ressaq quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-234/06,

Fi kwalunkwe każ, bir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-proċeduri kollha, inklużi dawk taż-żewġ stadji quddiem l-UASI u tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam agrikolu u alimentari;

(2)

Ksur u/jew applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, fir-rigward tal-kunċett tal-konsumatur medju;

(3)

Ksur tar-regoli dwar is-sistema lingwistika tal-proċess;

(4)

Żnaturament tal-fatti jew tal-provi, kollha elementi intiżi sabiex juru, bħala konsegwenza unika u finali, il-karattru assolutament distintiv u mhux deskrittiv tat-trade mark Cannabis, sabiex jiġi kkonstatat ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u l-motivazzjoni kontradittorja mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza insostenn tal-karattru deskrittiv tat-trade mark Cannabis. Għaldaqstant, is-sentenza mogħtija fil-Kawża T-234/06, hawnhekk ikkontestata, għandha tiġi annullata fit-totalità tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit 8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Justitie; parti l-oħra: T. Kahveci

(Kawża C-7/10)

2010/C 63/58

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretris van Justitie

Parti l-oħra: T. Kahveci

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq legali tal-impjieg ta’ Stat Membru ma jistgħux jibqgħu jinvokaw din id-dispożizzjoni wara li dan il-ħaddiem kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żamm iċ-ċittadinanza Torka?

(2)

Għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda, huwa rilevanti l-mument li fih il-ħaddiem Tork ikkonċernat kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti?


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Justitie, parti l-oħra: O. Inan

(Kawża C-9/10)

2010/C 63/59

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Staatssecretaris van Justitie

O. Inan.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80[, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkija] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq legali tal-impjieg ta’ Stat Membru ma jistgħux jibqgħu jinvokaw din id-dispożizzjoni wara li dan il-ħaddiem kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żamm iċ-ċittadinanza Torka?

(2)

Għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda, huwa rilevanti l-mument li fih il-ħaddiem Tork ikkonċernat kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti?


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/38


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-10/10)

2010/C 63/60

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tal-parti rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tikkonstata li, billi awtorizzat tnaqqis tat-taxxa għad-donazzjonijiet lill-istabbilimenti b’funzjonijiet ta’ riċerka u ta’ edukazzjoni biss fil-każ ta’ stabbilimenti li jinsabu fl-Awstrija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tat-Trattat ŻEE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont il-Kummissjoni, donazzjonijiet lill-istituzzjonijiet ta’ riċerka u ta’ edukazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, jaqgħu taħt il-moviment liberu tal-kapital skont l-Artikolu 56 KE. Il-Gvern Awstrijak jawtorizza tnaqqis tat-taxxa biss fil-każ ta’ donazzjonijiet li jsiru lil tali istituzzjonijiet stabbiliti fl-Awstrija, iżda mhux fil-każ ta’ donazzjonijiet li jsiru lil stabbilimenti fi Stati Membri oħra jew fi Stati oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea. Dan jikser l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tat-Trattat ŻEE.

Ir-Repubblika tal-Awstrija tiġġustifika din ir-regola abbażi tal-fatt li din tikkonċerna restrizzjoni permissibbli tal-għoti ta’ donazzjonijiet f’każijiet speċifiċi li teħles lill-Istat minn dak li altrimenti kien ikun obbligu fuqu li jipprovdi finanzi. Dan jirriżulta mis-sentenza fil-Kawża C-396/04 Centro di Musicologia Walter Stauffer (1).

Il-Kummissjoni tikkontesta din il-ġustifikazzjoni. Hija ssostni li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni jagħmlu distinzjoni abbażi ta’ kriterji ġeografiċi u indipendentement mill-għan tal-istabbilimenti benefiċjarji. Barra minn hekk, ma hemm ebda evidenza fir-rigward tal-effett alternattiv, sostnut mir-Repubblika tal-Awstrija, bejn l-iffinanzjar dirett mill-Istat u donazzjonijiet li jibbenefikaw mit-taxxa li jsiru minn persuni privati. Anke jekk jeżisti l-effett alternattiv sostnut mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-fehma tal-Kummissjoni, dan ma jiġġustifikax restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital, peress li dan ma jikkonċernax interess ikklassifikat u fiskalment sistematiku skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-204/90 Bachmann (2).


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 2006, Centro di Musicologia Walter Stauffer, C-386/04, Ġabra p. I-8203

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 1992, Bachmann, C-204/90, Ġabra p. I-249.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-11 ta’ Jannar 2010 — Nickel Institute vs Secretary of State for Work and Pensions

(Kawża C-14/10)

2010/C 63/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nickel Institute

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE (1) (“it-30 Direttiva ATP”) u/jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009 (2) (l-“Ewwel Regolament ATP”), huma invalidi, sa fejn huma intiżi sabiex jikklassifikaw jew jirriklassifikaw il-karbonati tan-nikel skont l-effetti rilevanti, peress li:

(a)

il-klassifikazzjonijiet saru mingħajr evalwazzjoni xierqa tal-proprjetajiet intrinsiċi tal-karbonati tan-nikel skont il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ data stabbiliti fl-Anness VI għad-Direttiva 67/548/KEE (3) (Id-“Direttiva dwar sustanzi perikolużi”);

(b)

ma kienx hemm kunsiderazzjoni xierqa dwar jekk il-proprjetajiet intrinsiċi tal-karbonati tan-nikel jistgħux jippreżentaw riskju waqt trattament u użu normali, kif meħtieġ mit-Taqsimiet 1.1 u 1.4 tal-Anness VI għad-Direttiva dwar sustanzi perikolużi;

(c)

ma ġewx stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-użu tal-proċedura fl-Artikolu 28 tad-Direttiva dwar sustanzi perikolużi;

(d)

il-klassifikazzjonijiet kienu bbażati illegalment fuq dikjarazzjoni ta’ deroga mħejjija sabiex evalwazzjoni ta’ riskju setgħet issir minn awtorità kompetenti skont ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 (4); u/jew

(e)

ma ngħatawx ir-raġunijiet għall-adozzjoni tal-klassifikazzjonijiet kif meħtieġ mill-Artikolu 253 KE?

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/2/KE (5) (il-“31 Direttiva ATP”) u/jew l-Ewwel Regolament ATP huma invalidi, sa fejn huma intiżi sabiex jikklassifikaw jew jirriklassifikaw l-idrossidi tan-nikel u sustanzi tan-nikel fi gruppi (flimkien, is-“sustanzi tan-nikel ikkontestati”) għall-għanijiet diġà invokati, peress li:

(a)

il-klassifikazzjonijiet saru mingħajr evalwazzjoni xierqa tal-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tan-nikel ikkontestati skont il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ data stabbiliti fl-Anness VI għad-Direttiva dwar sustanzi perikolużi, imma pjuttost abbażi ta’ ċerti metodi ta’ referenzi kollettivi;

(b)

ma kienx hemm kunsiderazzjoni xierqa dwar jekk il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tan-nikel ikkontestati jistgħux jippreżentaw riskju waqt trattament u użu normali, kif meħtieġ mit-Taqsimiet 1.1 u 1.4 tal-Anness VI għad-Direttiva dwar sustanzi perikolużi; u/jew

(c)

ma ġewx stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-użu tal-proċedura fl-Artikolu 28 tad-Direttiva dwar sustanzi perikolużi?

(3)

L-Ewwel Regolament ATP huwa invalidu, sa fejn jikkonċerna l-karbonati tan-nikel u s-sustanzi tan-nikel ikkontestati, peress li:

(a)

ma ġewx stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-użu tal-proċedura fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (6) (ir-“Regolament CLP”) ma kinux ġew stabbiliti, u/jew

(b)

il-klassifikazzjonijiet għat-Tabella 3.1 tal-Anness VI għar-Regolament CLP ġew stabbiliti mingħajr evalwazzjoni xierqa tal-proprjetajiet tal-karbonati tan-nikel u tas-sustanzi tan-nikel ikkontestati skont il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ data stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament CLP, imma pjuttost skont l-Anness VII tar-Regolament CLP?


(1)  Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE, tal-21 ta’ Awissu 2008, li temenda, bil-għan li tadatta għall-progress tekniku, għat-30 darba, d-Direttiva tal-Kunsill Nru 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 246, p. 1)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009, tal-10 ta’ Awwissu 2009, li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 235, p. 1)

(3)  Direttiva tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 1967, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 1, p. 27)

(4)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93, tat-23 ta’ Marzu 1993, dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 212)

(5)  Direttiva tal-Kummissjoni 2009/2/KE, tal-15 ta’ Jannar 2009, li temenda, bil-għan li tadattaha għall-progress tekniku, għall-31 darba, id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 11, 16.1.2009, p. 6)

(6)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 353, p. 1)


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) fil-11 ta’ Jannar 2010 — Etimine SA vs Secretary of State for Work and Pensions

(Kawża C-15/10)

2010/C 63/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Etimine SA

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

Domandi preliminari

(1)

Il-klassifikazzjonijiet tal-borat ikkontestati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58 (1) u/jew fir-Regolament tal-Kummissjoni 790/2009 huma invalidi abbażi ta’ wieħed jew iktar mill-motivi li ġejjin:

(a)

Il-klassifikazzjonijiet ġew inklużi fid-Direttiva 2008/58 bi ksur ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali?

(b)

Il-klassifikazzjonijiet ġew inklużi fid-Direttiva 2008/58 bi ksur tad-Direttiva 67/548 (2) u/jew b’riżultat ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni billi:

(i)

Il-Kummissjoni ma applikatx jew naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ “trattament u użu normali” li jinsab fl-Anness VI tad-Direttiva 67/548 ?

(ii)

Kien hemm applikazzjoni illegali tal-kriterji tal-evalwazzjoni tar-riskji?

(iii)

Il-Kummissjoni naqset milli tapplika jew applikat b’mod żbaljat il-kriterju ta’ “adegwatezza” bi ksur tal-punt 4.2.3.3 tal-Anness VI tad-Direttiva 67/548 ?

(iv)

Il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra korrettement il-ħtieġa ta’ data epidemjoloġika/umana? u/jew

(v)

Il-Kummissjoni kisbet data b’mod illegali fir-rigward ta’ waħda mis-sustanzi tal-borat għall-klassifikazzjoni ta’ sustanzi oħra tal-borat u/jew tat raġuni inadegwata għal din il-kisba ta’ data li tmur kontra l-Artikolu 253 KE?

(c)

Il-klassifikazzjonijiet ġew inklużi fid-Direttiva 2008/58 bi ksur tal-prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju ta’ proporzjonalità?

(2)

Il-klassifikazzjonijiet ikkontestati tal-borat tar-Regolament Nru 790/2009 huma invalidi fis-sens li:

(a)

Ir-Regolament Nru 790/2009 ġie adottat b’mod żbaljat billi ntużat il-proċedura msemmija fl-Artikolu 53 bħala l-bażi legali tiegħu?

(b)

Il-kriterji għal klassifikazzjoni ġdida armonizzata taħt l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (3) ma ġewx applikati, u minnflok, ġie applikat b’mod żbaljat l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008?


(1)  Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE tal-21 ta’ Awissu 2008 li temenda, bil-għan li tadatta għall-progress tekniku, għat-30 darba d-Direttiva tal-Kunsill Nru 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 246,p. 1)

(2)  Direttiva tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 1967, rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 1, p. 27)

(3)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 353, p. 1)


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) tal-11 ta’ Jannar 2010 — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications and British Telecommunications PLC

(Kawża C-16/10)

2010/C 63/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd

Konvenut: Office of Communications and British Telecommunications PLC

Domandi preliminari

(1)

Għandha s-setgħa mogħtija lill-Istati Membri taħt l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2002/22/KE (1) (“Direttiva Servizz Universali”), moqri flimkien mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (2) (“Direttiva Kwadru [Qafas]”), mal-Artikoli 3(2) u 6(2) tad-Direttiva 2002/20/KE (3) (“Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni”) u mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/22 u dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt Komunitarju, li jaħtru impriża waħda jew iktar sabiex jiggarantixxu l-provvista ta’ servizz universali, jew elementi differenti ta’ servizz universali, kif identifikati fl-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 9(2) tad-Direttiva 2002/22, tiġi interpetata fis-sens li:

(a)

tippermetti lill-Istat Membru, fejn jiddeċiedi li jaħtar impriża skont din id-dispożizzjoni, li jimponi biss obbligi speċifiċi fuq din l-impriża li jeħtieġu li l-impriża stess tipprovdi lill-utenti finali s-servizz universali jew element minnu li għalih hija ġiet maħtura, jew fis-sens li

(b)

tippermetti lill-Istat Membru, meta jiddeċiedi li jaħtar impriża taħt din id-dispożizzjoni, li jissuġġetta lill-impriża maħtura għall-obbligi speċifiċi li l-Istat Membru jikkunsidra bħala l-iktar effiċjenti, xierqa u proporzjonati sabiex jiggarantixxu l-provvista tas-servizz universali jew element minnu lill-utenti finali, kemm jekk dawn l-obbligi jeħtieġu li l-impriża stess tipprovdi s-servizz universali jew element minnu lill-utenti finali kif ukoll jekk le?

(2)

Id-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, meta dawn jinqraw ukoll fid-dawl tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/22, jippermettu lill-Istati Membri li, f’ċirkustanzi fejn impriża tinħatar taħt l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva Servizz Universali għall-finijiet tal-obbligu previst fl-Artikolu 5(1)(b) tal-istess direttiva (direttorju komprensiv tat-telefon tas-servizzi ta’ konsultazzjoni) mingħajr ma tkun meħtieġa li tipprovdi dan is-servizz direttament lill-utenti finali, jimponu obbligi speċifiċi fuq l-impriża maħtura sabiex din:

(a)

iżżomm u taġġorna bażi ta’ data komprensiva tal-informazzjoni dwar l-abbonati;

(b)

tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ kull persuna li tkun tixtieq tipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni ta’ direttorju aċċessibbli għall-pubbliku jew direttorji, il-kontenut ta’ bażi ta’ data komprensiva tal-informazzjoni dwar l-abbonati, kif aġġornata regolarment, f’forma li tinqara’ b’mod mekkaniku (kemm jekk tali persuna jkollha l-ħsieb li tipprovdi direttorju komprensiv tas-servizzi ta’ konsultazzjoni lill-utenti finali kif ukoll jekk le); u

(c)

tipprovdi lil din il-persuna l-kontenut tal-bażi ta’ data taħt kundizzjonijiet li jkunu ġusti, oġġettivi, li jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż involuti u li ma jkunux diskriminatorji?


(1)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29 p. 367)

(2)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).

(3)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-24/10)

2010/C 63/64

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanassou-Apostolopoulou u G. Braun)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva 2006/46/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni, jew f’kull każ billi ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/46 fil-liġi nazzjonali skada fil-5 ta’ Settembru 2008.


(1)  ĠU L 224, 16.08.2006, p. 1


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/41


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-18 ta’ Jannar 2010 — Bureau National Interprofessionnel du Cognac

(Kawża C-27/10)

2010/C 63/65

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bureau National Interprofessionnel du Cognac

Konvenuta: Oy Gust. Ranin, Patentti- ja rekisterihallituksen valituslautakunta

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż [spirti] u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament Nru 110/2008”) huwa applikabbli għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark — applikazzjoni li saret fid-19 ta’ Diċembru 2001 u rreġistrata fil-31 ta’ Jannar 2003 –li fiha indikazzjoni ġeografika protetta minn dan ir-regolament?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandha tiġi rrifjutata peress illi tikser l-Artikoli 16 u 23 tar-Regolament Nru°110/2008 trade mark li tinkludi b’mod partikolari indikazzjoni ġeografika tal-oriġini protetta minn dan ir-regolament, jew it-terminu ġeneriku għal din l-indikazzjoni u t-traduzzjoni tagħha, u li ġiet irreġistrata għal spirti li f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-proċess ta’ produzzjoni u l-kontenut ta’ alkoħol, ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ użu tal-indikazzjoni ġeografika inkwistjoni?

(3)

Indipendentement mir-risposta għall-ewwel domanda, trade mark bħal dik deskritta fit-tieni domanda għandha tiġi kkunsidrata bħala ta’ natura li tqarraq il-pubbliku, pereżempju fir-rigward tan-natura, tal-kwalità jew tal-oriġini ġeografika tal-prodotti jew servizzi, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (2), tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, li llum il-ġurnata ġie ssostitwit bid-Direttiva 2008/95/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva 89/104/KEE”)?

(4)

Indipendentement mir-risposta għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li ladarba Stat Membru, fuq il-bażi tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE, ikun ipprovda li r-reġistrazzjoni ta’ trade mark għandha tiġi rrifjutata jew, jekk hija ġiet irreġistrata, għandha tiġi ddikjarata invalida billi u sa fejn l-użu ta’ din it-trade mark jista’ jkun ipprojbit taħt leġiżlazzjoni differenti minn dik fil-qasam tat-trade marks tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Komunità, r-reġistrazzjoni ta’ trade mark għandha tiġi rrifjutata sa fejn din tkun tinkludi elementi li jiksru r-Regolament Nru°110/2008 u li fuq il-bażi tagħhom l-użu tagħha jista’ jkun ipprojbit?


(1)  ĠU L 39, p. 16.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92.

(3)  ĠU L 299, p. 25.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/42


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-39/10)

2010/C 63/66

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u K. Saaremäel-Stoilov)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li r-Repubblika tal-Estonja ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, peress li fil-liġi tagħha ma pprovdietx il-possibilità li tingħata eżenzjoni fuq it-taxxa fuq id-dħul ta’ individwi jew persuni mhux residenti, li d-dħul totali tagħhom huwa tant baxx li kienu jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul kieku kienu persuni taxxabbli residenti;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni rċeviet ilmenti dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-pensjonijiet għall- irtirar li joriġina fl-Estonja, mingħand ċittadin Estonjan residenti fir-Repubblika tal-Finlandja. Iċ-ċittadin inkwistjoni lmenta għal fatt li r-Repubblika tal-Estonja ma tapplikax, għal pensjoni għal irtirar tiegħu, il-valur limitu abitwalment previst għar-residenti, li taħtu tiġi applikata eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul, u lanqas il-valur limitu abitwalment previst għall-irtirati residenti, li taħtu tiġi applikata eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul.

Min għamel l-ilment jirċievi n-nofs tad-dħul tiegħu bħala pensjoni mir-Repubblika tal-Estonja u n-nofs l-ieħor bħala pensjoni li ġejja mir-Repubblika tal-Finlandja. Id-dħul tiegħu huwa baxx ħafna u li kieku kien jitħallas it-totalità tad-dħul tiegħu fl-istess Stat Membru, dan id-dħul kien jiġi ntaxxat b’rata inqas jew kien ikun eżenti għal kollox.

Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, anki jekk it- tassazzjoni diretta taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, dawn għandhom jimplementaw il-kompetenza tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea u jevitaw id-diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza.

Il-fatt li persuna taxxabbli mhux residenti, li tagħmel użu mill-moviment liberu tal-ħaddiema, ma tistax tibbenefika minn eżenzjoni tat-taxxa li jistgħu jgawdu minnha persuni taxxabbli residenti, tikkostitwixxi, fiha nnifisha, differenza fit-trattament bejn persuna mhux residenti u persuna residenti u, fl-istess ħin, restrizzjoni tal-moviment liberu transkonfinali.

Sa fejn huwa xieraq, din id-differenza fit-trattament għandha titqies li hija adegwata u ġġustifikata għal raġuni ta’ differenza fuq livell residenzjali.

F’sitwazzjoni fejn id-dħul totali dinji ta’ persuna taxxabbli huwa tant baxx li s-sors tad-dħul tal-pajjiż ma huwa ntaxxat xejn jew huwa ntaxxat b’rata iktar baxxa kieku dan kien persuna residenti, il-Kummissjoni tqis li l-Istati Membri għandhom, fl-impożizzjoni tat-taxxa tal-individwi mhux residenti, jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi personali u familjari tagħhom b’mod li jiggarantixxu trattament indaqs b’relazzjoni mal-persuni taxxabbli residenti.

Bħalma l-Istat Membru ppreveda, fil-liġi tiegħu, valur limitu li taħtu huwa preżunt li persuna taxxabbli m’għandhiex l-mezzi għall-finanzjament tal-ispejjeż pubbliċi, m’hemmx raġuni għalfejn għandu jagħmel distinzjoni, skont il-post ta’ residenza tagħhom, fil-konfront ta’ persuni taxxabbli li d-dħul tagħhom jibqa’ taħt limitu stabbilit.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-dispożizzjonijiet tat-tulumaksuseaduse (liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul) imorru kontra l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea peress li ma jippermettux li individwi mhux residenti, li jirċievu n-nofs tad-dħul tagħhom mill-Estonja u n-nofs l-ieħor minn Stat Membru ieħor, u li d-dħul totali tagħhom huwa tant baxx li kieku kienu persuni taxxabbli residenti jkunu eżenti mit-taxxa fuq id-dħul, jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/43


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-110/08) (1)

2010/C 63/67

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 158, 21.06.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/43


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco — Spanja) — Emilia Flores Fanega vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Bolumburu S.A.

(Kawża C-452/08) (1)

2010/C 63/68

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/43


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-516/08) (1)

2010/C 63/69

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/43


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-530/08) (1)

2010/C 63/70

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-44/09) (1)

2010/C 63/71

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Digriet tal-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-46/09) (1)

2010/C 63/72

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 90, 18.4.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-121/09) (1)

2010/C 63/73

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 141, 20.6.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-126/09) (1)

2010/C 63/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 141, 20.6.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-139/09) (1)

2010/C 63/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-141/09) (1)

2010/C 63/76

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustiżżja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 141 20.06.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-149/09) (1)

2010/C 63/77

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/45


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-280/09) (1)

2010/C 63/78

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/45


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Proċeduri kriminali vs X

(Kawża C-297/09) (1)

2010/C 63/79

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 11, 16.1.2010


Il-Qorti Ġenerali

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 — Goncharov vs UASI — DSB (DSBW)

(Kawża T-34/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja DSBW - Trade mark verbali Komunitarja preċedenti DSB - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 63/80

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Karen Goncharov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti): G. Hasselblatt u A. Spath, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Poch, sussegwentement B. Schmidt, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DSB (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: F. González Diáz u T. Graf, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 1330/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DSB u K. Goncharov.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

K. Goncharov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 — G-Star Raw Denim vs UASI — ESGW (G Stor)

(Kawża T-309/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G Stor - Trade marks nazzjonali u Kommunitarji verbali u figurattivi preċedenti G-STAR u G-STAR RAW DENIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 63/81

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: G-Star Raw Denim kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Vos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u J. Novais Gonçalves, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ESGW Holdings Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2008 (R 1232/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G-Star Raw Denim kft u ESGW Holdings Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

G-Star Raw Denim kft hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2010 — REWE-Zentral vs UASI — Grupo Corporativo Teype (Solfrutta)

(Kawża T-331/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja verbali Solfrutta - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FRUTISOL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 63/82

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Grupo Corporativo Teype, SL (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1679/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Corporativo Teype, SL u REWE-Zentral AG.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1679/2007-2), hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/47


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2010 — Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura għal sejħa għal offerti - Offerta miċħuda - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għall-miżuri provviżorji - Telf ta’ opportunità - Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta’ urġenza”)

2010/C 63/83

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Agriconsulting Europe SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar il-proċedura għal sejħa għal offerti EuropAid/127054/C/SER/Multi, dwar il-provvista ta’ servizzi għal żmien qasir esklużivament favur pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/47


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2009 — Fercal — Consultadoria e Serviços vs UASI — Jacson of Scandinavia (JACKSON SHOES)

(Kawża T-474/09)

2010/C 63/84

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Fercal — Consultadoria e Serviços, Ltda (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Rodrigues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jacson of Scandinavia AB (Vollsjö, l-Isvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta’ Awwissu 2009, fil-Każ R 1253/2008-2, u, konsegwentement, li tinżamm ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 077 858, “JACKSON SHOES”.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:“JACKSON SHOES”

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali Svediża “JACSON OF SCANDINAVIA AB”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud bħala inammissibbli

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(4) u 53(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, peress li ma teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark “JACKSON SHOES” u t-trade mark “JACSON OF SCANDINAVIA AB”.

Għalkemm jeżisti xebh viżiv u fonetiku bejn l-ismijiet JACKSON u JACSON, il-paragun bejn is-sinjali għandu jsir billi jiġu kkunsidrati b’mod sħiħ: “JACKSON SHOES”/“JACSON OF SCANDINAVIA AB”.

Ma jistax jiġi rrikonoxxut (abbażi ta’ sempliċi isem kummerċjali Svediż) dritt esklużiv ta’ użu, fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, ta’ isem li komunement jintuża minn bosta pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, minn eluf ta’ persuni u minn impriżi oħra, li b’hekk huwa sinjal li ftit li xejn huwa ta’ natura distintiva. Għaldaqstant, ma jistax jiġi prekluż li dan l-istess sinjal jew ieħor li jixxiebah jintuża mill-ġdid minn terzi persuni, flimkien ma elementi oħra.

Barra minn hekk, konsumatur medju faċilment jinduna li jinsab ikkonfrontat b’sinjali distintivi ta’ tip differenti: wieħed jikkonsisti fi trade mark verbali u l-ieħor f’isem kummerċjali, f’dan il-każ permezz tal-inklużjoni tas-sigla AB.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/48


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2010 — PPG u SNF vs ECHA

(Kawża T-1/10)

2010/C 63/85

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) (Brussell, il-Belġju), SNF SAS (Andrézieux, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, P. Sellar u R. Cana, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-att ikkontestat;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri;

tieħu dawk il-miżuri addizzjonali oħra li jidhrilha ġusti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti qegħdin jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (iktar ’il quddiem l-“ECHA”) tas-7 ta’ Diċembru 2009 dwar l-identifikazzjoni tal-akrilamidu (KE Nru 201-173-7) bħala sustanza li tossidisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) (iktar ’il quddiem “REACH”), meħuda skont l-Artikolu 59 ta’ REACH.

Fuq il-bażi tad-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti saru jafu dwarha permezz ta’ komunikat stampa tal-ECHA tas-7 ta’ Diċembru 2009, is-sustanza akrilamidu ġiet inkluża fil-lista ta’ 15-il sustanza kimika ġdida tal-Lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna. Ir-rikorrenti jargumentaw li, b’konsegwenza ta’ dan, huma se jkunu meħtieġa jipprovdu ċerta informazzjoni dwar il-livell ta’ akrilamidu fil-prodotti tagħhom li jbiegħu lill-klijenti sabiex dawn il-klijenti jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi ta’ notifika u ta’ informazzjoni imposti fuqhom minn REACH. Barra minn hekk, huma jistgħu jkunu meħtieġa jaġġornaw l-iskedi ta’ data ta’ sigurtà u/jew jikkomunikaw lill-klijenti tagħhom informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna.

Ir-rikorrenti jargumentaw li l-att ikkontestat huwa illegali minħabba li huwa bbażat fuq evalwazzjoni tal-akrilamidu li hija xjentifikament u legalment difettuża. Skont l-argumenti tagħhom il-konvenuta wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta adottat l-att ikkontestat. B’mod partikolari, ir-rikorrenti jargumentaw li l-att ikkontestat jikser ir-regoli applikabbli, stabbiliti taħt REACH għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna.

Fil-qosor, ir-rikorrenti jsostnu li l-att ikkontestat effettivament jidentifika l-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna fuq il-bażi li l-akrilamidu huwa sustanza kimika. Madankollu, ir-rikorrenti jsostnu li l-akrilamidu jintuża esklużivament bħala sustanza intermedja u għalhekk huwa eżentat mit-Titolu VII ta’ REACH dwar l-awtorizzazzjoni, skont l-Artikoli 2(8) u 59 tar-regolament imsemmi.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jargumentaw li l-att ikkontestat ġie adottat mingħajr bażi ta’ provi suffiċjenti u għalhekk il-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-att ikkontestat jikser, minbarra r-rekwiżiti ta’ REACH, il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1-850)


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/49


Appell ta’ Luigi Marcuccio ppreżentat fil-15 ta’ Jannar 2010 mid-digriet tad-29 ta’ Ottubru 2009 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-94/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/10 P)

2010/C 63/86

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

fi kwalunkwe każ: tannulla in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet appellat.

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza li fir-rigward tiegħu ingħata d-digriet appellat, kien perfettament ammissibbli in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni.

prinċipalment: tilqa’ in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni l-petitum tar-rikorrent li jinsab fir-rikors fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-konvenuta għar-rifużjoni, favur l-appellant, tal-ispejjez, tad-drittijiet u tal-onorarji kollha sostnuti minnu, u inerenti għall-istanzi kollha eżerċitati s’issa, tal-kawża de qua.

sussidjarjament: tirrinvija l-kawża de qua quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament kompost, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fil-mertu dwar l-istess kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell qiegħed isir mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tad-29 ta’ Ottubru 2009, mogħti fil-Kawża F-94/08. Dan id-digriet ċaħad bħala manifestament inammissibbli rikors għall-annullament tan-nota tat-28 ta’ Marzu 2008 li biha l-Kummissjoni Ewropea informatu bl-intenzjoni tagħha li tagħmel tnaqqis mill-benefiċċju ta’ invalidità tiegħu sabiex titħallas tal-ispejjeż sostnuti f’istanza preċedenti.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant jinvoka l-iżnaturament u d-distorsjoni tal-fatti fid-digriet appellat, in-nuqqas totali ta’ motivazzjoni, kif ukoll l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni żbaljati tal-prinċipju tempus regis actum u tal-kunċett ta’ deċiżjoni li tikkawża preġudizzju.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/49


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Alisei vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-16/10)

2010/C 63/87

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alisei (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, avukat, R. Sciaudone, avukat, A. Neri, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda;

tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, Alisei titlob:

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ottubru 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni, minn naħa, ma laqgħetx l-applikazzjoni għal sussidju ppreżentata mir-rikorrenti taħt is-sejħa għal proposti “Facility for rapid response to soaring food prices in developing countries” (EuropeAid/128608/C/ACT/Multi), u min-naħa l-oħra, poġġiet l-applikazzjoni tagħha f’lista ta’ riżerva;

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2009 li biha l-Kummissjoni għażlet l-applikazzjoni għal sussidju ppreżentata minn organizzazzjoni oħra;

il-kumpens għad-danni mġarrba.

Huwa kkunsidrat f’dan il-kuntest li, in konformità mal-istruzzjonijiet li hemm fis-sejħa għal proposti, ir-rikorrenti ressqet azzjoni intiża lejn titjib fil-kapaċità produttiva ta’ São Tomé u Príncipe, u għal dan il-għan indikat bħala sieħeb lokali organizzazzjoni esperta fil-qasam tal-agrikoltura.

Peress li b’mod preliminari ntgħażlet il-proposta tar-rikorrenti, hija ġiet mistiedna sabiex tippreżenta l-applikazzjoni sħiħa sal-15 ta’ Settembru 2009.

Peress li ma rċeviet ebda komunikazzjoni dwar ir-riżultat tal-evalwazzjoni tal-offerta tagħha, kuntrarjament għall-organizzazzjonijiet l-oħra li kienu rrispondew għas-sejħa għall-proposti inkwistjoni, ir-rikorrenti talbet informazzjoni permezz ta’ posta elettronika tas-17 ta’ Novembru 2009. Permezz ta’ risposta fl-istess jum, il-Kummissjoni informat li r-risposta diġà ntbagħatet lill-parteċipanti kollha u, fi kwalunkew każ, annettiet kopja tagħha. Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni Ewropea informat lir-rikorrenti li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ma kienx għażel il-proposta tagħha għall-finijiet tal-għoti tas-sussidju u li hija kienet iddeċidiet li tinkludi l-proposta tagħha f’lista ta’ riżerva li hija valida sal-31 ta’ Diċembru 2009. Il-Kummissjoni informat ukoll li, fil-każ li ma jkun sar ebda kuntatt ma’ Alisei sa dan il-perijodu, hija ma kinitx ser tibqa’ tittieħed inkunsiderazzjoni għall-għoti ta’ sussidju taħt l-istedina sabiex jiġu ppreżentati proposti inkwistjoni.

In sostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ċaħdet l-applikazzjoni tar-rikorrenti għal sussidju, hija tallega:

il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma indikatx, u volontarjament u espliċitament ċaħdet it-talba għal informazzjoni f’dan is-sens, ir-raġunijiet (lanqas fil-qosor) li għalihom l-applikazzjoni tar-rikorrenti ma ġietx ikkunsidrata u mqiegħda f’lista ta’ riżerva;

il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza tal-azzjoni amministrattiva, tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tad-dritt ta’ difiża, sa fejn il-Kummissjoni tkun informat lill-kompetituri l-oħra esklużi bir-raġunijiet għall-esklużjoni filwaqt li ssuġġettat l-għoti ta’ informazzjoni lir-rikorrenti għall-iskadenza tal-perijodu ta’ validità tal-lista ta’ riżerva.

In sostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tat is-sussidju lill-organizzazzjoni li tagħtih, hija ssostni:

l-evalwazzjoni żbaljata u infondata tad-deċiżjoni sa fejn il-Kummissjoni għażlet għal sussidju applikazzjoni ppreżentata minn organizzazzjoni b’esperjenza professjonali limitata u b’kapaċità teknika mhux suffiċjenti, kif ukoll nieqsa minn awtonomija meta mqabbla ma’ dawk ippreżentati minn organizzazzjonijiet oħra, u b’mod partikolari dik tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti titlob, fl-aħħar nett, il-kumpens għad-dannu mġarrab.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Jannar 2010 — van Hest vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-11/98) (1)

2010/C 63/88

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 07.03.1998


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2010 — Koninklijke FrieslandCampina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-348/03 RENV) (1)

2010/C 63/89

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 21, 24.1.2004.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2010 — Reno Schuhcentrum vs Payless ShoeSource Worldwide (Payless ShoeSource)

(Kawża T-173/07) (1)

2010/C 63/90

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 170, 21.07.2007.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/52


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2009 — Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/09)

2010/C 63/91

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Christos Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meidani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza magħmula skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-fastidju psikoloġiku li r-rikorrent jallega li kien vittma tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tad-9 ta’ Marzu 2009 tat-talba għal assistenza taħt l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa d-dannu morali li jammonta għas-somma ta’ EUR 30 000;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/52


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2009 — AA vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-101/09)

2010/C 63/92

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Prinċipalment, l-annullament parzjali tad-deċiżjoni li r-rikorrenti tiġi kklassifikata fl-iskala 2 tal-grad AD6 u li l-konvenuta tiġi kkundannata tagħmel tajjeb għad-danni morali u materjali kkawżati. Sussidjarjament, li l-konvenuta tiġi kkundannata tikkumpensa d-danni morali u materjali kkawżati mid-dewmien fir-reklutaġġ tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2009 fil-parti li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni definittiva tar-rikorrenti kif ukoll tikkundanna lir-rikorrenti tħallas id-danni li jammontaw għal EUR 321 854 u l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata ta’ 6.75 % għad-danni morali u materjali subiti.

Sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tħallas id-danni li jammontaw għal EUR 2 331 246 u l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata ta’ 6.75 % għad-danni morali u materjali kkawżati mid-dewmien fir-reklutaġġ tar-rikorrenti;

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/52


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-1/10)

2010/C 63/93

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, Lecce) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet tar-rikorrent għal rimbors ta’ 100 % ta’ ċerti spejjeż mediċi tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet, adottati taħt kwalunkwe forma, li permezz tagħhom iż-żewġ applikazzjonijiet għal rimbors tal-25 ta’ Diċembru 2008 ġew miċħuda;

tannulla d-deċiżjoni, adottata taħt kwalunkwe forma, li permezz tagħha l-applikazzjoni tas-27 ta’ Diċembru 2008 ġiet miċħuda;

tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni, adottata taħt kwalunkwe forma, li tiċħad l-ilment tal-11 ta’ Lulju 2009 imressaq mir-rikorrent kontra ż-żewġ deċiżjonijiet li jiċħdu ż-żewġ applikazzjonijiet għal rimbors tal-25 ta’ Diċembru 2008, kif ukoll kontra d-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tas-27 ta’ Diċembru 2008;

tannulla, sa fejn meħtieġ, in-nota tal-21 ta’ Settembru 2009 li waslet għand ir-rikorrent fis-26 ta’ Ottubru 2009, f’lingwa li ma hijiex dik Taljana, u fl-24 ta’ Diċembru 2009, fil-verżjoni tagħha bit-Taljan;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, mingħajr dewmien ulterjuri, bħala rimbors ta’ 100 % tal-ispejjeż mediċi inkorsi minnu u li tagħhom talab rimbors taħt l-iskema konġunta ta’ assigurazzjoni kontra l-mard, is-somma ta’ EUR 2 519,08 jew kwalunkwe somma oħra iżgħar li l-Qorti Ġenerali tqis ġusta u ekwa f’dan ir-rigward u, barra minn hekk, tħallas l-interessi fuq is-somma hawn fuq imsemmija, dekorribbli mill-ewwel jum tal-ħames xahar wara l-jum meta d-destinatarju tal-applikazzjoni tas-27 ta’ Diċembru 2008 u taż-żewġ applikazzjonijiet għal rimbors tal-25 ta’ Diċembru 2008 kien f’pożizzjoni li jieħu konjizzjoni tagħhom, bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, jew bir-rata, b’kapitalizzazzjoni u b’dies a quo li l-Qorti Ġenerali tqis ġusti u ekwi;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, mingħajr dewmien ulterjuri, id-differenza bejn is-somom imħallsa minnu għall-ispejjeż mediċi inkorsi bejn l-1 ta’ Diċembru 2000 u t-30 ta’ Novembru 2008 inklużivament u li kienu s-suġġett ta’ diversi applikazzjonijiet għal rimbors min-naħa tar-rikorrent taħt l-iskema konġunta ta’ assigurazzjoni kontra l-mard matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Diċembru 2000 u t-30 ta’ Novembru 2008 u s-somom rimborsati lilu sal-lum, jew sa fejn il-Qorti Ġenerali tqis ġust u ekwu u, barra minn hekk, tħallas l-interessi fuq id-differenza hawn fuq imsemmija, jew sa fejn il-Qorti Ġenerali tqis ġust u ekwu, dekorribbli mill-ewwel jum tal-ħames xahar wara l-jum meta d-destinatarju tal-applikazzjoni tas-27 ta’ Diċembru 2008 kien f’pożizzjoni li jieħu konjizzjoni tagħha, bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, jew bir-rata, b’kapitalizzazzjoni u b’dies a quo li l-Qorti Ġenerali tqis ġusti u ekwi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/53


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-2/10)

2010/C 63/94

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, Lecce) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet tar-rikorrent għar-rimbors ta’ 100 % ta’ xi spejjeż mediċi.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni, indipendentement mill-forma tagħha, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tas-17 ta’ Marzu 2009;

jannulla, quatenus opus est, in-nota tad-9 ta’ Ġunju 2009;

jannulla, quatenus opus est, id-deċiżjoni ta’ ċaħda, indipendentement mill-forma tagħha, tal-ilment tal-15 ta’ Settembru 2009, li tressaq mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni taċ-ċaħda tat-talba tas-17 ta’ Marzu 2009;

jannulla, quatenus opus est, in-nota tat-22 ta’ Settembru 2009;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lill-attur id-differenza bejn kemm dan nefaq fi spejjeż mediċi sostnuti minnu bejn l-1 ta’ Diċembru 2000 u s-17 ta’ Marzu 2009 inklużi, u li fir-rigward tagħhom kien hemm serje ta’ talbiet għal rimbors fil-perijodu ta’ żmien bejn l-1 ta’ Diċembru 2000 u s-17 ta’ Marzu 2009, u kemm s’issa ġie rimborsat lura lilu mill-iskema komuni ta’ assigurazzjoni kontra l-mard, jiġifieri kemm it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ġust u xieraq f’dan ir-rigward, flimkien mal-interessi fuq id-differenza msemmija, jiġifieri fuq kemm it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ġust u xieraq, mill-ewwel jum tal-ħames xahar sussegwenti għall-mument li fih id-destinatarju tat-talba tas-17 ta’ Marzu 2009 ġie nnotifikat, b’rata ta’ 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, jiġifieri, bil-kapitalizzazzjoni u bid-dies a quo li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ġust u xieraq;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/54


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2010 — Nastvogel vs Il-Kunsill

(Kawża F-4/10)

2010/C 63/95

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christiana Nastvogel (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, H.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni li tistabblixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2007;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/54


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2010 — Clarke vs UASI

(Kawża F-5/10)

2010/C 63/96

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nicole Clarke (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, dikjarazzjoni tal-annullament tal-klawżola tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti li tipprevedi t-terminazzjoni awtomatika tal-kuntratt ta’ xogħol fil-każ li r-rikorrenti ma tintgħażilx f’kompetizzjoni esterna intiża għal xogħol mal-UASI, u min-naħa l-oħra, dikjarazzjoni li l-kompetizzjonijiet UASI/AD/01/07, UASI/AD/02/07, UASI/AST/01/07 u UASI/AST/02/02, m’għandhomx effett fuq il-kuntratt tar-rikorrenti. Fl-aħħar nett, talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla d-deċiżjonijiet tal-UASI inklużi fl-ittra tat-12 ta’ Marzu 2009, li permezz tagħhom ġie mitmum il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti b’applikazzjoni tat-terminu ta’ avviż minn qabel ta’ 8 xhur, li jibda jiddekorri mis-16 ta’ Marzu 2009, u jiddikjara t-tkomplija tal-kuntratt ta’ xogħol, mhux xolt, bejn ir-rikorrenti u l-UASI. Sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis neċessarju, ir-rikorrenti titlob ukoll l-annullament tal-atti l-oħra tal-UASI, li r-rikorrenti tqis mhux awtonomi, tat-3 ta’ Awwissu 2009 (sospensjoni tat-terminu ta’ avviż minn qabel għal tliet xhur) u tad-9 ta’ Ottubru 2009 (ilment miċħud).

jannulla jew jiddikjara l-annullament tal-klawżola ta’ xoljiment fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti mal-UASI; u, sussidjarjament,

jiddikjara li, anki fil-futur, it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti ma tistax tkun ibbażata fuq klawżola ta’ xoljiment f’tali kuntratt;

jiddikjara, b’mod iktar sussidjarju, li fi kwalunkwe każ il-kompetizzjonijiet imsemmija fl-ittra tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2009 ma setgħux ikollhom effetti negattivi li jirriżultaw mill-klawżola ta’ xoljiment.

jikkundanna lill-UASI jikkumpensa lir-rikorrenti, b’ammont xieraq stabbilit mill-qorti, għad-dannu morali u immaterjali subit minnha minħabba d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 tar-rikors.

Fil-każ li tiġi mitmuma l-attività konkretament imwettqa mir-rikorrenti fil-mument li tingħata d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u/jew jintemm il-pagament ta’ ħlas dovut mill-UASI lir-rikorrenti, minkejja li jkun hemm kuntratt ta’ xogħol, minħabba l-aġir illegali tal-UASI:

jikkundanna lill-UASI, wara li jkun iddikjara l-obbligu ta’ dan tal-aħħar li jimpjega lir-rikorrenti taħt il-kundizzjonijiet preċedenti u li jintegraha mill-ġdid fis-servizz, jikkumpensa b’mod sħiħ lir-rikorrenti għad-dannu materjali subit minnha, b’mod partikolari billi jħallas l-arretrati u kwalunkwe spejjeż oħra sostnuti minnha minħabba l-aġir illegali tal-UASI (filwaqt li jnaqqas il-benefiċċju tal-qgħad irċevut).

sussidjarjament, fil-każ li, minħabba motivi ta’ dritt jew ta’ fatt fil-kawża inkwistjoni, ir-rikorrenti ma tkunx integrata mill-ġdid fis-servizz u/jew ma jitkomplix il-kuntratt ta’ xogħol taħt il-kundizzjonijiet preċedenti, jikkundanna lill-UASI jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu materjali subit minnha minħabba t-terminazzjoni illegali tal-attività tagħha, b’somma ekwivalenti għad-differenza bejn l-aspettattivi għall-paga tagħha u l-ħlas li r-rikorrenti kienet tirċievi kieku ma ġiex xolt il-kuntratt, b’kunsiderazzjoni tad-dritt tal-pensjoni u ta’ drittijiet oħra.

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/55


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2010 — Munch vs UASI

(Kawża F-6/10)

2010/C 63/97

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Yannick Munch (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett

Minn naħa, annullament tal-klawżola fil-kuntratt tar-rikorrent li tipprevedi x-xoljiment awtomatiku tal-kuntratt ta’ impjieg fil-każ li r-rikorrent ma jintgħażilx bħala riżultat ta’ kompetizzjoni esterna organizzata mill-UASI u, min-naħa l-oħra, dikjarazzjoni li l-kompetizzjonijiet OHMI/AD/01/07, OHMI/AD/02/07, OHMI/AST/01/07 u OHMI/AST/02/02 ma għandhom ebda impatt fuq il-kuntratt tar-rikorrent. Fl-aħħar nett, talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

jannulla d-deċiżjonijiet tal-UASI li jinsabu fl-ittra tat-12 ta’ Marzu 2009 u li permezz tagħhom ġie stabbilit it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg tar-rikorrent b’applikazzjoni ta’ perijodu ta’ 7 xhur, li jiddekorri mis-16 ta’ Marzu 2009, bħala perijodu ta’ avviż preliminari għax-xoljiment, u jikkonferma l-kontinwazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg, li ma ġietx xolta, bejn ir-rikorrent u l-UASI. Fil-każ li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jidhirlu neċessarju, ir-rikorrent jitlob l-annullament tal-att sussegwenti tal-UASI, li fil-fehma tar-rikorrent mhuwiex att awtonomu, tad-9 ta’ Ottubru 2009 (ċaħda tal-ilment).

jannulla jew jiddikjara n-nullità tal-klawżola ta’ xoljiment li tinsab fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent mal-UASI; sussidjarjament,

jiddikjara li lanqas fil-futur ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent ma jista’ jiġi bbażat fuq il-klawżola ta’ xoljiment li tinsab f’dan il-kuntratt;

jikkonferma, b’mod iktar sussidjarju, li, fi kwalunkwe każ, il-kompetizzjonijiet indikati fl-ittra tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2009 ma setgħtux idaħħlu fis-seħħ l-effetti negattivi tal-klawżola ta’ xoljiment.

jikkundanna lill-UASI jikkumpensa lir-rikorrent, f’ammont adegwat stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku b’mod ekwu, għad-danni morali u immaterjali mġarrba minnu b’konsegwenza tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-ewwel punt ta’ dawn it-talbiet.

jikkundanna lill-UASI — wara li jkun ikkonferma l-obbligu ta’ dan tal-aħħar li jżomm lir-rikorrent bħala impjegat tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet u li jerġa’ jdaħħlu fis-servizz tiegħu — jikkumpensa kompletament lir-rikorrent għad-danni materjali mġarrba minnu, b’mod partikolari billi jħallaslu d-dħul eventwali bl-arretrati kollha u l-ispejjeż addizzjonali kollha li huwa ġarrab minħabba l-aġir illegali tal-UASI (filwaqt li jnaqqas il-benefiċċji ta’ qgħad li huwa rċieva).

Sussidjarjament, fil-każ li minħabba motivi ta’ dritt jew ta’ fatt ir-rikorrent ma jiġix integrat mill-ġdid fis-servizz tal-UASI u/jew ma titkompliex ir-relazzjoni ta’ impjieg taħt l-istess kundizzjonijiet, jikkundanna lill-UASI jikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu materjali mġarrab minnu minħabba l-waqfien illegali tal-impjieg tar-rikorrent, u dan f’ammont ugwali għad-differenza bejn id-dħul li huwa mistenni jikseb matul ħajtu u d-dħul li r-rikorrent kien jirċievi li kieku l-kuntratt ma ġiex xolt, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet għall-pensjoni u benefiċċji oħra.

Minn tal-inqas, fi kwalunkwe każ, jirrikonoxxi li r-rikorrent huwa intitolat, minħabba d-dannu materjali mġarrab minnu b’konsegwenza tal-waqfien illegali tal-impjieg tiegħu, għal kumpens f’ammont ugwali għad-differenza bejn id-dħul riċevut sal-15 ta’ Ottubru 2009 u d-dħul li r-rikorrent kien jirċievi li kieku l-kuntratt ma ġiex xolt qabel il-15 ta’ Novembru 2009, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet għall-pensjoni u benefiċċji oħra.

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.